Proċedura : 2016/0254(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0274/2017

Testi mressqa :

A8-0274/2017

Dibattiti :

PV 10/12/2018 - 17
CRE 10/12/2018 - 17

Votazzjonijiet :

PV 11/12/2018 - 5.9

Testi adottati :

P8_TA(2018)0491

RAPPORT     ***I
PDF 965kWORD 101k
28.7.2017
PE 599.596v02-00 A8-0274/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2062/94

(COM(2016)0528 – C8-0344/2016 – 2016/0254(COD))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Czesław Hoc

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT TAL-BAĠITS
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2062/94

(COM(2016)0528 – C8-0344/2016 – 2016/0254(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0528),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 153(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0344/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta' Marzu 2017(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0274/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/943 biex tikkontribwixxi għat-titjib tal-ambjent tax-xogħol, fir-rigward tal-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, permezz ta' azzjoni mfassla biex iżżid u xxerred l-għarfien li x'aktarx jassisti dan it-titjib.

(1)  L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/943 biex tikkontribwixxi għat-titjib tal-ambjent tax-xogħol, fir-rigward tal-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, permezz ta' azzjoni mfassla biex iżżid u xxerred l-għarfien u proposti politiċi bbażati fuq ir-riċerka li x'aktarx jassisti dan it-titjib. L-għan ewlieni tal-EU-OSHA għandu jkun li tipprovdi informazzjoni li hija speċjalizzata u li tagħti kontribut sostantiv fil-qasam ta' għarfien espert tagħha.

__________________

__________________

3 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1).

3 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Sa mit-twaqqif tagħha fl-1994, l-EU-OSHA kellha rwol importanti fl-appoġġ tat-titjib tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol madwar l-Unjoni Ewropea. Fl-istess ħin kien hemm żviluppi fil-qasam tas-sigurtà u tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol (OSH). F'dan ir-rigward xi aġġustamenti huma meħtieġa biex ikunu deskritti l-għanijiet u l-kompiti tal-EU-OSHA kif imqabbla mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94.

(2)  Sa mit-twaqqif tagħha fl-1994, l-EU-OSHA kellha, bis-saħħa tal-għarfien espert tagħha, rwol importanti fl-appoġġ tat-titjib tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol madwar l-Unjoni Ewropea. Fl-istess ħin kien hemm żviluppi fil-qasam tas-sigurtà u tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol (OSH) u l-ambjenti tax-xogħol inklużi l-iżviluppi teknoloġiċi, b'mod partikolari fil-qasam diġitali, li jżidu mal-isfida li jiġu promossi standards għolja tal-OSH. F'dan ir-rigward xi aġġustamenti huma meħtieġa biex ikunu deskritti l-għanijiet u l-kompiti tal-EU-OSHA kif imqabbla mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94.

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Dan ir-Regolament, għalhekk, iħassar ir-Regolament (UE) Nru 2062/94, bil-għan li jaġġorna l-mandat u l-kompiti tal-EU-OSHA biex jirriflettu aħjar l-attivitajiet attwali tagħha, inkluża l-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikolari lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Peress li t-tliet hekk imsejħa Aġenziji tripartitiċi - l-EU-OSHA, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) - jindirizzaw kwistjonijiet relatati mas-suq tax-xogħol, mal-ambjent tax-xogħol u mal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-ħiliet, il-koordinazzjoni mill-qrib fost it-tliet Aġenziji hija meħtieġa u l-modi biex jittejbu l-effiċjenza u s-sinġeriji għandhom jiġu sfruttati. Barra minn hekk, kull meta rilevanti, l-Aġenzija għandha tfittex li tidħol f'kooperazzjoni effiċjenti mal-kapaċitajiet ta' riċerka interni tal-Kummissjoni Ewropea.

(5)  Peress li t-tliet hekk imsejħa aġenziji tripartitiċi, l-EU-OSHA, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), jindirizzaw kwistjonijiet relatati mas-suq tax-xogħol, mal-ambjent tax-xogħol u mal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-ħiliet, il-koordinazzjoni mill-qrib fosthom hija meħtieġa. L-aġenziji għandhom, għalhekk, jikkomplementaw lil xulxin fil-ħidma tagħhom fejn għandhom oqsma simili ta' interess, filwaqt li jagħtu spinta lill-għodod li jaħdmu tajjeb, bħall-Memorandum ta' Qbil bejn l-EU-OHSA u l-Eurofound. Huma għandhom jisfruttaw modi biex itejbu l-effiċjenza u s-sinerġiji u jevitaw kwalunkwe duplikazzjoni fil-mandati, l-objettivi u l-attivitajiet tagħhom bejn xulxin u bejnhom u bejn il-Kummissjoni. Barra minn hekk, kull meta rilevanti, l-EU-OSHA għandha tfittex li tikkoopera b'mod effiċjenti mal-kapaċitajiet ta' riċerka interni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  In-natura tripartitika tal-EU-OSHA, il-Eurofound, u s-Cedefop tirrappreżenta espressjoni siewja ħafna ta' approċċ komprensiv ibbażat fuq id-djalogu soċjali bejn is-sħab soċjali u l-awtoritajiet nazzjonali u tal-Unjoni, li huwa estremament importanti sabiex jinstabu soluzzjonijiet soċjali u ekonomiċi b'mod konġunt u sostenibbli.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Rigward il-governanza tal-EU-OSHA, sabiex tiġi żgurata bidla fis-sħubija tiegħu matul iż-żmien, il-Bord tat-Tmexxija għandu jikkunsidra li jillimita l-għadd ta' mandati konsekuttivi li l-membri tiegħu jistgħu jwettqu, permezz tar-regoli operattivi tiegħu jew mekkaniżmi oħra.

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Sabiex jiġu żgurati l-awtonomija u l-indipendenza sħaħ tagħha, u biex tkun tista' twettaq b'mod xieraq l-objettivi u l-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-EU-OSHA tingħata baġit adegwat u awtonomu bi dħul li jiġi essenzjalment minn kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun applikabbli għall-EU-OSHA f'dak li jirrigwarda l-kontribuzzjoni tal-Unjoni u kwalunkwe sussidju ieħor debitabbli lill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-kontijiet tal-EU-OSHA jiġu awditjati mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-EU-OSHA jenħtieġ li jiġu pprovduti, sakemm ikun possibbli, miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (Ċentru tat-Traduzzjoni). Meta jkun xieraq, pereżempju minħabba l-urġenza ta' traduzzjoni jew l-ammont kbir ta' xogħol taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni, jew fejn it-traduzzjoni tifforma parti integrali minn proġett akbar, fornituri oħra ta' servizzi tat-traduzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovdu wkoll servizzi ta' traduzzjoni. Tali fornituri oħra tas-servizzi tat-traduzzjoni jenħtieġ li jiżguraw l-istess livell ta' kwalità bħaċ-Ċentru tat-Traduzzjoni bi prezz li ma jkunx ogħla, jenħtieġ li jikkonformaw mal-istandards ambjentali, tax-xogħol u soċjali tal-Unjoni, u jenħtieġ li jirrispettaw ir-regoli tal-akkwist pubbliku, meta jkun xieraq.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-għan tal-Aġenzija għandu jkun li tipprovdi lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri, is-sħab soċjali u dawk involuti fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol bl-informazzjoni teknika, xjentifika, legali u ekonomika u l-kompetenza kwalifikata ta' użu f'dak il-qasam.

2.  Sabiex jittejjeb l-ambjent tax-xogħol fir-rigward tal-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, l-għan tal-Aġenzija tripartitika għandu jkun li tipprovdi lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri, is-sħab soċjali u dawk involuti fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol bl-informazzjoni teknika, xjentifika, legali u ekonomika u l-kompetenza kwalifikata ta' użu f'dak il-qasam.

Emenda     10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tiġbor, tanalizza u xxerred informazzjoni teknika, xjentifika u ekonomika dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol fl-Istati Membri sabiex tgħaddiha lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-partijiet interessati; dan il-ġbir għandu jseħħ sabiex jiġu identifikati r-riskji u l-prattiki tajba kif ukoll il-prijoritajiet u l-programmi nazzjonali eżistenti u sabiex jiġi pprovdut l-input meħtieġ għall-prijoritajiet u l-programmi tal-Unjoni Ewropea;

(a)  tiġbor, tanalizza u xxerred informazzjoni teknika, xjentifika u ekonomika dwar is-sigurtà u s-saħħa fiżika u mentali fuq il-post tax-xogħol fl-Istati Membri sabiex tgħaddiha lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-partijiet interessati; dan il-ġbir għandu jseħħ sabiex jiġu identifikati r-riskji u l-prattiki tajba kif ukoll il-prijoritajiet u l-programmi nazzjonali eżistenti u sabiex jiġi pprovdut l-input meħtieġ għall-prijoritajiet u l-programmi tal-Unjoni;

Emenda     11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tiġbor u tanalizza informazzjoni teknika, xjentifika u ekonomika dwar ir-riċerka fis-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol u dwar attivitajiet oħrajn ta' riċerka li jinvolvu aspetti konnessi mas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, u xxerred ir-riżultati tar-riċerka u tal-attivitajiet ta' riċerka;

(b)  tiġbor u tanalizza informazzjoni teknika, xjentifika u ekonomika dwar ir-riċerka fis-sigurtà u s-saħħa fiżika u mentali fuq il-post tax-xogħol u dwar attivitajiet oħrajn ta' riċerka li jinvolvu aspetti konnessi mas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol u l-inklużjoni fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll ixxerred ir-riżultati tar-riċerka u tal-attivitajiet ta' riċerka;

Emenda     12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tippromwovi u ssostni l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza fost l-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol inkluża informazzjoni dwar programmi ta' taħriġ;

(c)  tippromwovi u ssostni l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza fost l-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa fiżika u mentali fuq il-post tax-xogħol inkluża informazzjoni dwar programmi ta' taħriġ;

Emenda     13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  tipprovdi lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri bl-informazzjoni teknika, xjentifika, legali u ekonomika oġġettiva disponibbli u l-kompetenza kkwalifikata li jeħtieġu biex jifformulaw u jimplimentaw politiki għaqlin u effettivi maħsuba biex jipproteġu s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema; għal dan il-għan, tipprovdi lill-Kummissjoni Ewropea b'mod partikolari bl-informazzjoni teknika, xjentifika, legali u ekonomika u l-kompetenza kkwalifikata li teħtieġ sabiex twettaq il-kompiti tagħha biex tidentifika, tħejji u tevalwa l-leġiżlazzjoni u l-miżuri fil-qasam tal-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal ħaddiema, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatt tal-leġiżlazzjoni, l-adattament tal-leġiżlazzjoni għall-progress tekniku, xjentifiku jew leġiżlattiv kif ukoll tal-implimentazzjoni prattika tal-leġiżlazzjoni fl-intrapriżi, b'referenza partikolari għal impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju;

(e)  tipprovdi lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u lill-Istati Membri l-informazzjoni teknika, xjentifika, legali u ekonomika oġġettiva disponibbli u l-kompetenza kkwalifikata li jeħtieġu biex jifformulaw u jimplimentaw politiki għaqlin u effettivi maħsuba biex jippromwovu l-inklużjoni fuq il-post tax-xogħol u jipproteġu s-sigurtà u s-saħħa fiżika u mentali tal-ħaddiema, inklużi il-prevenzjoni u l-antiċipazzjoni ta' perikli potenzjali; għal dan il-għan, tipprovdi lill-Kummissjoni b'mod partikolari l-informazzjoni teknika, xjentifika, legali u ekonomika u l-kompetenza kkwalifikata li teħtieġ sabiex twettaq il-kompiti tagħha biex tidentifika, tħejji u tevalwa l-leġiżlazzjoni u l-miżuri fil-qasam tal-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal ħaddiema, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatt tal-leġiżlazzjoni, l-adattament tal-leġiżlazzjoni għall-progress tekniku, xjentifiku jew leġiżlattiv kif ukoll tal-implimentazzjoni prattika tal-leġiżlazzjoni fl-intrapriżi, b'referenza partikolari għal impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju;

Emenda     14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  abbażi tal-analiżi u r-riċerka tagħha stess, tipprovdi lil min ifassal il-politika, inklużi s-sħab soċjali, proposti politiċi bbażati fuq ir-riċerka fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema;

Ġustifikazzjoni

L-OSHA żgur li hija kapaċi tieħu l-pass li tittrasforma l-għoti ta' analiżi u informazzjoni fi proposti siewja għat-tfassil ta' politika. Dan jenħtieġ li jkun espliċitu fil-kompiti u l-mandat tagħha.

Emenda     15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  tiġbor u tagħmel disponibbli informazzjoni dwar kwistjonijiet ta' sigurtà u saħħa minn u lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali;

(g)  tiġbor u tagħmel disponibbli informazzjoni dwar kwistjonijiet ta' sigurtà u saħħa fiżika u mentali minn u lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali;

Emenda     16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  tipprovdi informazzjoni teknika, xjentifika u ekonomika dwar metodi u strumenti għall-implimentazzjoni ta' attivitajiet preventivi, tidentifika prattiki tajbin u tippromwovi azzjonijiet preventivi, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lill-problemi speċifiċi ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Fir-rigward ta' prattiki tajbin, l-Aġenzija għandha tiffoka b'mod partikolari fuq prattiki li jikkostitwixxu strumenti prattiċi li għandhom jintużaw fit-tfassil ta' valutazzjoni tar-riskji għas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, u tidentifika l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex dawn jiġu trattati;

(h)  tipprovdi informazzjoni teknika, xjentifika u ekonomika dwar metodi u strumenti għall-implimentazzjoni ta' attivitajiet preventivi, tidentifika prattiki tajbin u tippromwovi azzjonijiet preventivi, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lill-problemi speċifiċi ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Fir-rigward ta' prattiki tajbin, l-Aġenzija għandha tiffoka b'mod partikolari fuq prattiki li jikkostitwixxu strumenti prattiċi li għandhom jintużaw fit-tfassil ta' valutazzjoni tar-riskji għas-sigurtà u s-saħħa fiżika u mentali fuq il-post tax-xogħol, u tidentifika l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex dawn jiġu trattati;

Emenda     17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  tistabbilixxi strateġija għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward ta' kwistjonijiet li għalihom l-Aġenzija tkun kompetenti;

Emenda     18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  twettaq attivitajiet ta' sensibilazzazzjoni u ta' komunikazzjoni u kampanji dwar kwistjonijiet ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

(j)  twettaq attivitajiet ta' sensibilazzazzjoni u ta' komunikazzjoni u kampanji dwar kwistjonijiet ta' saħħa fiżika u mentali u sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  tistabbilixxi strateġija ta' komunikazzjoni li hija koerenti u rilevanti mal-istrateġiji u l-attivitajiet tal-Kummissjoni u ma' dawk ta' istituzzjonijiet u aġenziji oħra.

Emenda     20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Qabel ma jikkummissjonaw lil organizzazzjoni esterna biex twettaq studji fl-oqsma ta' kompetenza tal-Aġenzija, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkonsultaw lill-Aġenzija sabiex jivverifikaw id-disponibbiltà tagħha u għandhom jallokaw riżorsi lill-Aġenzija għal dak l-iskop.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha żżomm djalogu mill-qrib b'mod partikolari ma' korpi speċjalizzati, kemm jekk pubbliċi jew privati, awtoritajiet pubbliċi u organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u l-impjegaturi. L-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-għanijiet tagħha stess, għandha tiżgura kooperazzjoni ma' Aġenziji oħra tal-Unjoni Ewropea bil-għan li jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u li jiġu promossi s-sinerġija u l-komplementarjetà fl-attivitajiet tagħhom, b'mod partikolari mal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali u, fejn rilevanti, ma' Aġenziji oħrajn tal-UE.

3.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha żżomm djalogu mill-qrib b'mod partikolari ma' korpi speċjalizzati, kemm jekk pubbliċi jew privati, nazzjonali jew internazzjonali, ma' awtoritajiet pubbliċi, ma' istituzzjonijiet edukattivi, ma' organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u l-impjegaturi u, fejn dawn jeżistu, ma' korpi nazzjonali tripartitiċi. L-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-għanijiet tagħha stess, għandha tiżgura kooperazzjoni ma' aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u li jiġu promossi s-sinerġija u l-komplementarjetà fl-attivitajiet tagħhom, inkluż il-possibbiltà li jaħdmu flimkien, b'mod partikolari mal-Eurofound, mas-Cedefop u, fejn rilevanti, ma' aġenziji oħrajn tal-Unjoni.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  tliet esperti indipendenti maħtura mill-Parlament Ewropew.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-membri msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jinħatru mill-Kunsill minn fost il-membri u s-sostituti tal-Kumitat ta' Konsulenza għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol9.

Il-membri msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jinħatru mill-Kunsill minn fost il-membri u s-sostituti tal-Kumitat ta' Konsulenza għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol9 abbażi ta' listi ta' kandidati mressqa mill-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-impjegaturi u tal-impjegati rispettivament.

__________________

__________________

9 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1–4

9 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1–4

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-membri msemmija fil-punt (a) għandhom jinħatru fuq proposta mill-Istati Membri.

imħassar

Ġustifikazzjoni

It-tħassir ta'dan is-subparagrafu tal-proposta tal-Kummissjoni u ż-żewġ subparagrafi li ġejjin ser jiżgura konsistenza fil-proċedura tal-ħatra bejn it-tliet Aġenziji.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-membri msemmija fil-punti (b) u (c) għandhom jinħatru fuq proposta mill-kelliema tal-gruppi rispettivi fi ħdan il-Kumitat.

imħassar

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-proposti mit-tliet gruppi fi ħdan il-Kumitat għandhom jiġu ppreżentati lill-Kunsill; il-proposti għandhom jiġu mgħoddija wkoll lill-Kummissjoni għall-skopijiet ta' informazzjoni.

imħassar

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew għandu jaħtar l-esperti msemmija fil-punt (da) tal-ewwel subparagrafu wara li jkun ivverifika li l-ħatriet ma joħolqu ebda kunflitt ta' interess.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, waqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji tagħhom. Il-partijiet kollha rrappreżentati fil-Bord tat-Tmexxija għandhom jagħmlu sforzi biex jiżguraw rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa u biex jillimitaw id-dawran tar-rappreżentanti tagħhom, sabiex jiggarantixxu l-kontinwità tal-ħidma tal-Bord.

3.  Il-Membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, waqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji tagħhom. Il-partijiet kollha rrappreżentati fuq il-Bord tat-Tmexxija għandhom jagħmlu sforzi biex jillimitaw id-dawran tar-rappreżentanti tagħhom, sabiex jiggarantixxu l-kontinwità tal-ħidma tal-Bord. Meta jaħtru r-rappreżentanti u s-sostituti rispettivi tagħhom fuq il-Bord tat-Tmexxija, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u s-sħab soċjali għandhom jiżguraw rappreżentanza bbilanċjata tal-irġiel u n-nisa.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Kull membru u membru sostitut għandu jiffirma dikjarazzjoni tal-interessi bil-miktub meta jibda l-inkarigu u għandu jaġġornaha meta jkun hemm bidla fiċ-ċirkustanzi f'dak ir-rigward. L-Aġenzija għandha tippubblika d-dikjarazzjonijiet tal-interessi u l-aġġornamenti fuq is-sit web tagħha.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-mandat għall-membri u għas-sostituti tagħhom għandu jkun ta' erba' snin. Dan għandu jkun jista' jiġġedded. Meta jiskadi l-mandat tagħhom jew fl-eventwalità tar-riżenja tagħhom, il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm il-ħatriet tagħhom jiġu mġedda jew sakemm jiġu sostitwiti.

4.  Il-mandat għall-membri u għas-sostituti tagħhom għandu jkun ta' erba' snin. Dak il-mandat jista' jiġġedded. Meta jiskadi l-mandat tagħhom jew fl-eventwalità tar-riżenja tagħhom, il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm il-ħatriet tagħhom jiġu mġedda jew sakemm jiġu sostitwiti.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Rappreżentant tal-Eurofound, rappreżentant tas-Cedefop u rappreżentant tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għandu jkollhom id-dritt li jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija sabiex jittejbu l-effiċjenza tal-aġenziji u s-sinerġiji bejniethom.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jagħti l-orjentazzjoni ġenerali għall-attivitajiet tal-Aġenzija u kull sena jadotta d-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri intitolati għall-vot u skont l-Artikolu 6;

(a)  jagħti l-orjentazzjonijiet strateġiċi għall-attivitajiet tal-aġenzija u kull sena jadotta d-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri intitolati għall-vot u skont l-Artikolu 6;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri u l-esperti indipendenti tiegħu;

(f)  jadotta regoli, inklużi miżuri għall-identifikazzjoni ta' riskji potenzjali fi stadju bikri, għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri u l-esperti indipendenti tiegħu, kif ukoll għal esperti nazzjonali ssekondati u persunal ieħor mhux impjegat mill-Aġenzija, kif imsemmi fl-Artikolu 20;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  jadotta l-pjanijiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni bbażati skont analiżi tal-ħtiġijiet u jaġġornahom regolarment;

(g)  jadotta l-pjanijiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni bbażati skont analiżi tal-ħtiġijiet u jaġġornahom regolarment u jirrifletti dan fid-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-programm ta' ħidma annwali għandu jinkludi l-għanijiet dettaljati u r-riżultati mistennija, inklużi l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, skont il-prinċipji ta' bbaġitjar u ġestjoni bbażati fuq l-attività. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 5. Dan għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti. Il-programmazzjoni annwali u/jew pluriennali għandha tinkludi l-istrateġija għal relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 30 u l-azzjonjiet marbuta ma' dik l-istrateġija.

3.  Il-programm ta' ħidma annwali għandu jinkludi l-għanijiet dettaljati u r-riżultati mistennija, inklużi l-indikaturi tal-prestazzjoni, kif ukoll l-attivitajiet u l-programmi li għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni ex ante jew ex post. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, skont il-prinċipji ta' bbaġitjar u ġestjoni bbażati fuq l-attività. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 5. Dan għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti. Il-programmazzjoni annwali u pluriennali għandha tinkludi l-istrateġija għal relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 30 u l-azzjonjiet marbuta ma' dik l-istrateġija.

Emenda     36

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-programmazzjoni ta' riżorsi għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi aġġornata meta dan ikun xieraq, u b'mod partikolari sabiex jiġi indirizzat l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 28.

6.  Il-programmazzjoni ta' riżorsi għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi aġġornata meta dan ikun xieraq, u b'mod partikolari sabiex jiġi indirizzat l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 28. Meta jingħataw kompiti ġodda lill-Aġenzija mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew b'atti ġuridiċi tal-Unjoni, dan għandu jitqies fil-programmazzjoni tagħha tar-riżorsi u f'dik finanzjarja.

Ġustifikazzjoni

It-tfassil tal-liġijiet tal-UE jista' jassenja kompiti ġodda lill-aġenzija. Jekk dan ma jitqiesx fil-baġit u fl-ippjanar tar-riżorsi, l-aġenzija mhux ser tkun tista' twettaq b'mod sodisfaċenti l-kompiti l-ġodda tagħha u lanqas ma tkun tista' tadatta ruħha għal talbiet ġodda.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi President u tliet Viċi Presidenti kif ġej - wieħed minn fost il-membri li jirrappreżentaw l-Istati Membri, wieħed minn fost il-membri li jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, wieħed fost il-membri li jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet tal-impjegati u wieħed minn fost il-membri li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni. Il-President u l-Viċi Presidenti għandhom ikunu eletti b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija bi dritt tal-vot.

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi President u tliet Viċi Presidenti kif ġej - wieħed minn fost il-membri li jirrappreżentaw l-Istati Membri, wieħed minn fost il-membri li jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, wieħed fost il-membri li jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet tal-impjegati u wieħed minn fost il-membri li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni. Il-President u l-Viċi Presidenti għandhom ikunu eletti b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija bi dritt tal-vot. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura rappreżentanza bbilanċjata bejn in-nisa u l-irġiel għall-President u l-Viċi Presidenti, meqjusa flimkien.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-Aġenzija għandha tippubblika informazzjoni dwar il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija fuq is-sit web tagħha b'mod trasparenti u f'waqtu.

Emenda     39

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta jkun meħtieġ, minħabba l-urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista' jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f'isem il-Bord tat-Tmexxija, b'mod partikolari dwar kwistjonijiet ta' ġestjoni amministrattiva, inkluż is-sospensjoni tad-delega tas-setgħat ta' awtorità tal-ħatra u kwistjonijiet baġitarji.

3.  Meta jkun meħtieġ, minħabba l-urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista' jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f'isem il-Bord tat-Tmexxija.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President tal-Bord tat-Tmexxija, it-tliet Viċi Presidenti, il-koordinaturi tat-tliet gruppi kif imsemmi fl-Artikolu 4(5) u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni. Kull grupp imsemmi fl-Artikolu 4(5) jista' jaħtar sa żewġ sostituti biex jattendu l-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, fin-nuqqas tal-membri sħaħ. Il-President tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun ukoll il-President tal-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, iżda ma għandux ikollu d-dritt tal-vot.

4.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President tal-Bord tat-Tmexxija, it-tliet Viċi Presidenti, il-koordinaturi tat-tliet gruppi kif imsemmi fl-Artikolu 4(5) u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni. Kull grupp imsemmi fl-Artikolu 4(5) jista' jinnomina sa żewġ sostituti biex jattendu l-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, fin-nuqqas tal-membri sħaħ, filwaqt li tiġi żgurata rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa. Il-President tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun ukoll il-President tal-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, iżda ma għandux ikollu d-dritt tal-vot.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun ta' sentejn snin. Dak il-mandat għandu jkun jista' jiġi estiż. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jintemm meta tintemm is-sħubija tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija.

5.  Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun ta' sentejn snin. Dak il-mandat jista' jiġġedded. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jintemm meta tintemm is-sħubija tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija.

Emenda     42

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jiltaqa' mill-anqas tliet darbiet fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq it-talba tal-membri tiegħu.

6.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jiltaqa' mill-anqas tliet darbiet fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq it-talba tal-membri tiegħu. Kull koordinatur għandu jinforma lill-membri tal-grupp tiegħu jew tagħha stess, wara kull laqgħa, dwar il-kontenut tad-diskussjoni, b'mod trasparenti u f'waqtu.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġġestixxi l-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti rendikont ta' għemilu lill-Bord tat-Tmexxija.

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għat-tmexxija ġenerali tal-Aġenzija skont id-direzzjoni strateġika stabbilita mill-Bord tat-Tmexxija u għandu jagħti rendikont ta' għemilu lill-Bord tat-Tmexxija.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  it-twaqqif ta' sistema effettiva ta' monitoraġġ sabiex tippermetti t-twettiq tal-evalwazzjonijiet regolari msemmija fl-Artikolu 28 u sistema ta' rapportar biex tiġbor fil-qosor ir-riżultati tagħhom;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  it-tħejjija ta' pjan ta' azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet ta' rapporti tal-awditjar intern jew estern u ta' evalwazzjonijiet, kif ukoll investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u regolarment lill-Bord tat-Tmexxija u lill-Bord Eżekuttiv;

(f)  it-tħejjija ta' pjan ta' azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet ta' rapporti tal-awditjar intern jew estern u tal-evalwazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 28, kif ukoll investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u regolarment lill-Bord tat-Tmexxija u lill-Bord Eżekuttiv;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 5 - punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  l-iżgurar ta' bilanċ bejn l-irġiel u n-nisa fl-Aġenzija;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  skont id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), it-teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-ġestjoni tar-riżorsi umani;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – punt 5 – punt jb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(jb)  it-teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-istrutturi interni tal-Aġenzija u, meta jkun meħtieġ, l-emenda tagħhom, filwaqt li jitqiesu ħtiġijiet relatati mal-attivitajiet tal-Aġenzija u l-ġestjoni baġitarja soda;

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli wkoll biex jiddeċiedi jekk ikunx neċessarju għall-fini li jitwettqu l-kompiti tal-Aġenzija b'mod effiċjenti u effettiv li jiġi stabbilit uffiċċju wieħed jew aktar fi Stat Membru wieħed jew aktar. Din id-deċiżjoni tirrikjedi l-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni, tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Istat Membru li fih irid jiġi stabbilit l-uffiċċju lokali. Din id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet li jridu jitwettqu f'dak l-uffiċċju lokali b'mod li jiġu evitati kostijiet bla bżonn u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Aġenzija.

6.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli wkoll biex jiddeċiedi jekk ikunx neċessarju għall-fini li jitwettqu l-kompiti tal-Aġenzija b'mod effiċjenti u effettiv li jiġi stabbilit uffiċċju lokali wieħed fi Brussell bħala uffiċċju ta' kollegament biex tiżdied il-kooperazzjoni tal-Aġenzija mal-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni. Din id-deċiżjoni għandha tkun soġġetta għall-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni, tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Istat Membru li fih irid jiġi stabbilit l-uffiċċju lokali. Din id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet li jridu jitwettqu f'dak l-uffiċċju lokali b'mod li jiġu evitati kostijiet bla bżonn u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Aġenzija.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-abbozz preliminari tal-estimi għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi u r-riżultati mistennija tad-dokument ta' programmazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 6(1), u għandu jqis ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi u r-riżultati mistennija, b'konformità mal-prinċipju ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozzi tal-estimi lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tissottometti l-abbozz tal-estimi lill-awtorità baġitarja u lill-Aġenzija flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija kkonsolidati bil-kontijiet tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri.

Sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija kkonsolidati bil-kontijiet tal-Kummissjoni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Ġustifikazzjoni

Għall-konsistenza ma' proposti oħra tal-Aġenzija u referenzi oħra f'dan it-test.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Mal-wasla tal-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija, f'konformità mal-Artikolu 148 tar-Regolament Finanzjarju, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà tiegħu/tagħha stess u jibgħathom lill-Bord tat-Tmexxija għal opinjoni.

3.  Mal-wasla tal-osservazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Aġenzija, f'konformità mal-Artikolu 148 tar-Regolament Finanzjarju, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà tiegħu/tagħha stess u jibgħathom lill-Bord tat-Tmexxija għal opinjoni.

Emenda     54

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jibgħat, sal-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

5.  L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jibgħat, sal-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

Emenda     55

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija minn lista ta' kandidati proposta mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti.Għall-fini li jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija għandha tiġi rappreżentata mill-President tal-Bord tat-Tmexxija.

 

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija minn lista ta' kandidati proposta mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Bord tat-Tmexxija u għandha tikseb il-kunsens tiegħu, permezz ta' proċedura bil-miktub jekk meħtieġ, qabel ma tipproponi l-lista ristretta tagħha ta' kandidati. Ladarba jinħatar, id-Direttur Eżekuttiv għandu jattendi seduta ta' smigħ fil-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew. Għall-fini li jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija għandha tiġi rappreżentata mill-President tal-Bord tat-Tmexxija.

Emenda     56

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga biss b'deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

6.  Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga biss b'deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, abbażi ta' valutazzjoni motivata tal-prestazzjoni tiegħu jew tagħha bħala Direttur Eżekuttiv.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Aġenzija tista' tistabbilixxi uffiċċji lokali fl-Istati Membri, soġġett għall-kunsens tagħhom u skont l-Artikolu 11(6).

4.  L-Aġenzija tista' tistabbilixxi uffiċċji ta' kollegament fi Brussell skont l-Artikolu 11(6).

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għat-tħaddim tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-korpi tal-Unjoni Ewropea.

3.  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għat-tħaddim tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-Korpi tal-Unjoni Ewropea jew, meta jkun xieraq, minn servizzi oħra tat-traduzzjoni.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- 1.  L-Aġenzija għandha taġixxi b'livell għoli ta' trasparenza.

Emenda     60

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  F'konformità mal-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, l-Aġenzija għandha twettaq evalwazzjonijiet ex ante ta' dawk l-attivitajiet tagħha li jinvolvu nefqa sinifikanti kif ukoll evalwazzjonijiet ex post.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

Emenda     61

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa mhux iżjed tard minn ħames(5) snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 35 imbagħad kull ħames(5) snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni f'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti tagħha. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

1.  Sa mhux iżjed tard minn ħames(5) snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 37 imbagħad kull ħames(5) snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tissottometti evalwazzjoni f'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti tagħha. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Bord tat-Tmexxija matul l-evalwazzjoni tagħha. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija, u r-riżorsi finanzjarji, baġitarji u umani addizzjonali relatati jekk jiġu allokati kompiti ġodda lill-Aġenzija jew jekk jiżdied il-volum ta' xogħol marbut mal-kompiti eżistenti.

Emenda     62

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa fejn ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Aġenzija tista' tikkopera mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi u/jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. Għal dan l-għan, soġġett għal approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, l-Aġenzija tista' tistabbilixxi arranġamenti ta' ħidma mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali. Dawn l-arranġamenti ma għandhomx joħolqu obbligi ġuridiċi imposti fuq l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

1.  Sa fejn ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Aġenzija tista' tikkopera mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi u/jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. Għal dan l-għan, l-Aġenzija tista' tistabbilixxi arranġamenti ta' ħidma mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali. Dawn l-arranġamenti ma għandhomx joħolqu obbligi ġuridiċi imposti fuq l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

(1)

  ĠU C209, 30.7.2017, p. 49.


NOTA SPJEGATTIVA

I. EU-OSHA

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) tfittex li tagħmel il-postijiet tax-xogħol Ewropej aktar sikuri, aktar ħielsa mill-periklu u aktar produttivi. Hija tippromwovi kultura ta' prevenzjoni tar-riskju u taqsam l-għarfien u l-prattiki tajba dwar is-saħħa u s-sigurtà. L-Aġenzija taħdem id f'id mal-gvernijiet, l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi u dawk tal-ħaddiema, il-korpi u n-netwerks tal-UE u l-kumpaniji privati.

Meta l-EU-OSHA ġiet stabbilita, bl-adozzjoni tar-Regolament fundatur tagħha fl-1994, dan sar bil-għan li tipprovdi lill-korpi tal-UE, lill-Istati Membri, lis-sħab soċjali u lil dawk involuti fil-qasam b'informazzjoni utli teknika, xjentifika u ekonomika fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol. Dan ir-Regolament fundatur ġie sussegwentement immodifikat diversi drabi, l-aktar reċenti fl-2005.

Id-dikjarazzjoni tal-missjoni tagħha tistabbilixxi l-iskop tal-Aġenzija bħala "Aħna niżviluppaw, niġbru u nipprovdu informazzjoni, analiżi u għodod affidabbli u rilevanti biex navvanzaw l-għarfien, noħolqu sensibilizzazzjoni u niskambjaw l-informazzjoni u l-prattika tajba dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali (OSH) li għandha taqdi l-bżonnijiet ta' dawk involuti fl-OSH." Hija ddikjarat ukoll għan ġenerali għall-perjodu attwali: "Li nkunu rikonoxxuti fuq quddiem nett tal-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol fl-Ewropa abbażi tad-djalogu tripartitiku, il-parteċipazzjoni u l-iżvilupp ta' kultura ta' prevenzjoni tar-riskju tal-OSH, biex niżguraw ekonomija intelliġenti, sostenibbli, produttiva u inklużiva."

Il-proposta tal-Kummissjoni żżomm l-istruttura tripartitika tal-EU-OSHA, riflessa fl-għanijiet tagħha u l-kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija tagħha. Dan l-approċċ ġie approvat mill-partijiet ikkonċernati. Ir-Rapporteur jaqbel li n-natura tripartitika tal-Aġenzija hija essenzali għaliha biex tkun infurmata sew dwar is-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha. Dan jippermetti wkoll lill-Aġenzija biex taqsam l-aħjar prattiki u tilħaq lill-ħaddiema madwar l-Ewropa b'mod li jkun immirat tajjeb.

II. Dikjarazzjoni konġunta dwar l-aġenziji deċentralizzati

Fid-19 ta' Lulju 2012, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni ffirmaw dikjarazzjoni konġunta li tistabbilixxi approċċ komuni li, għalkemm mhix legalment vinkolanti, għandha tiġi kkunsidrata f'deċiżjonijiet futuri dwar l-aġenziji deċentralizzati. Il-proposta tal-Kummissjoni tfittex li tallinja r-Regolament fundatur tal-EU-OHSA b'diversi punti inklużi f'dan l-approċċ komuni.

Ir-Rapporteur għall-EU-OSHA qed jaħdem mar-Rapporteurs għas-CEDEFOP (l-aġenzija li tittratta mat-taħriġ vokazzjonali) u l-Eurofound (il-fondazzjoni għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol) sabiex jiġi żgurat li t-tliet Regolamenti jirriflettu bis-sħiħ il-prinċipji tad-dikjarazzjoni konġunta kif ukoll żviluppi oħra li diġà ġew inkorporati fir-regolamenti li japplikaw għal xi aġenziji oħra tal-UE.

Attwalment, il-Kummissjoni qed twettaq evalwazzjoni trażversali biex tivvaluta l-għanijiet, il-mandati, il-governanza u l-kompiti tal-Aġenzija, inkluż fir-rigward ta' aġenziji oħra li joperaw fil-qasam tas-suq tax-xogħol, tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali, u l-ħiliet. Għal din ir-raġuni, l-abbozz ta' rapport attwali ma għandux l-għan li jemenda l-kompiti stipulati fl-Artikolu 2.

Tali bidliet jistgħu jiġu kkunsidrati ladarba r-riżultati tal-evalwazzjoni huma magħrufa. Madankollu, ser ikun importanti li jiġi żgurat li kwalunkwe tibdil propost ma jinterferixxix mal-ħidma eżistenti li l-OSHA diġà qed twettaq.

III. L-emendi proposti

Il-proposta tal-Kummissjoni diġà tirrifletti xi punti importanti indirizzati fid-dikjarazzjoni konġunta u fl-approċċ komuni. Dawn jinkludu:

•  l-istruttura tal-Bord tat-Tmexxija;

•  Bord Eżekuttiv, li jissostitwixxi l-Bureau eżistenti, biex jgħin jipprepara u jsegwi d-deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija kif ukoll jieħu ċerti deċiżjonijiet proviżorji urġenti;

•  ir-relazzjonijiet tal-EU-OHSA ma' korpi oħra tal-UE, b'mod partikolari s-CEDEFOP u l-Eurofound;

•  miżuri kontra l-frodi jew kwalunkwe kunflitt ta' interess; kif ukoll

•  l-evalwazzjoni tal-programmi u l-infiq.

L-emendi proposti għandhom l-għan li jsaħħu u jiċċaraw xi wħud minn dawn il-kwistjonijiet, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtieġa li tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni bejn l-aġenziji.

Dan huwa partikolarment importanti minħabba pressjoni fuq l-infiq pubbliku u l-ħtieġa li nserrħu ras iċ-ċittadini li t-taxxi tagħhom qed jintefqu bl-aktar mod kosteffettiv possibbli.

Barra milli jeżamina l-possibbiltà ta' rduppjar tal-attivitajiet tal-Aġenziji, programm effettiv ta' evalwazzjoni ex ante u ex post, integrat fil-proċess baġitarju u tal-ippjanar annwali, flimkien mal-użu effettiv tal-indikaturi ta' prestazzjoni, huma ugwalment importanti fl-immassimizzar tal-effiċjenza.

Xi emendi jenfasizzaw il-ħtieġa għal komunikazzjoni effettiva u trasparenza, filwaqt li jittieħed vantaġġ sħiħ tal-metodi moderni ta' komunikazzjoni. Dan huwa importanti biex ix-xogħol tal-EU-OSHA jkun jista' jilħaq in-numru massimu ta' benefiċjarji potenzjali, inklużi intrapriżi mikro u żgħar u l-impjegati tagħhom.

Emendi oħrajn ifittxu li jassistu komunikazzjoni effettiva bejn il-livelli differenti tat-teħid ta' deċiżjonijiet, partikolarment il-Bords Eżekuttivi u tat-Tmexxija, u mal-partijiet ikkonċernati.

IV. Konklużjoni

Ir-rieżami attwali tar-Regolament fundatur tal-EU-OSHA, flimkien mar-Regolamenti dwar is-CEDEFOP u l-Eurofound, li qed jiġu aġġornati b'mod parallel, jirrappreżenta riforma importanti, iżda limitata. Huwa jipprovdi opportunità biex jiġu allinjati aspetti tal-organizzazzjoni tal-Aġenzija u jissaħħu mill-ġdid prinċipji importanti bħall-evalwazzjoni, it-trasparenza u l-kosteffettività. Ir-Rapporteur fittex li dawn l-għanijiet jintlaħqu filwaqt li jiġu evitati bidliet mhux meħtieġa, meta wieħed iqis il-ħidma li l-EU-OHSA diġà qed twettaq fl-għajnuna biex jiġu żgurati l-ogħla standards tas-saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol.


OPINJONI TAL-KUMITAT TAL-BAĠITS (10.5.2017)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2062/94

(COM(2016)0528 – C8-0344/2016 – 2016/0254(COD))

Rapporteur għal opinjoni:Jens Geier

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-reviżjoni tar-Regolament Fundatur tal-EU-OSHA se tallinja ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament eżistenti li jirregola l-EU-OSHA mal-Approċċ Komuni dwar l-Aġenziji Deċentralizzati. It-tieni nett, ir-reviżjoni toffri l-opportunità li jiġu aġġornati l-għanijiet u l-kompiti tal-EU-OSHA.

Iż-żewġ Aġenziji tripartitiċi l-oħra tal-Unjoni Ewropea, il-Eurofound u s-CEDEFOP, ukoll se jgħaddu minn reviżjoni tar-Regolamenti Fundaturi rispettivi tagħhom fl-istess ħin bħall-EU-OSHA.

L-implikazzjonijiet baġitarji f'termini ta' riżorsi umani u finanzjarji, kif ippreżentati f'aktar dettall fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva, huma konformi mal-Komunikazzjoni (2013)519 tal-Kummissjoni.

Ir-rapporteur jipproponi li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-kooperazzjoni bejn l-Aġenziji tripartitiċi, bil-għan li tissaħħaħ din il-kooperazzjoni.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jipproponi l-introduzzjoni ta' rappreżentant maħtur mill-Parlament Ewropew fil-Bord ta' Ġestjoni tal-Aġenzija, biex jieħu post rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni. Dan l-approċċ huwa konformi mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta' Lulju 2012.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Peress li t-tliet hekk imsejħa Aġenziji tripartitiċi - l-EU-OSHA, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) - jindirizzaw kwistjonijiet relatati mas-suq tax-xogħol, mal-ambjent tax-xogħol u mal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-ħiliet, il-koordinazzjoni mill-qrib fost it-tliet Aġenziji hija meħtieġa u l-modi biex jittejbu l-effiċjenza u s-sinerġiji għandhom jiġu sfruttati. Barra minn hekk, kull meta rilevanti, l-Aġenzija għandha tfittex li tidħol f'kooperazzjoni effiċjenti mal-kapaċitajiet ta' riċerka interni tal-Kummissjoni Ewropea.

(5)  Peress li t-tliet hekk imsejħa Aġenziji tripartitiċi - l-EU-OSHA, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) - jindirizzaw kwistjonijiet relatati mas-suq tax-xogħol, mal-ambjent tax-xogħol u mal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-ħiliet, il-koordinazzjoni mill-qrib fost it-tliet Aġenziji hija meħtieġa u l-modi biex jittejbu l-effiċjenza u s-sinerġiji għandhom jiġu sfruttati. B'mod partikolari, il-kondiviżjoni jew l-akkomunament ta' kompiti amministrattivi bejn dawn l-aġenziji huma previsti u l-aġenziji jenħtieġ li jadottaw il-programmi ta' ħidma annwali rispettivi tagħhom f'kooperazzjoni mill-qrib ma' xulxin, sabiex jevitaw duplikazzjoni ta' xogħol. Barra minn hekk, kull meta rilevanti, l-Aġenzija għandha tfittex li ttejjeb il-ġestjoni tar-riżorsi billi tiġbor flimkien l-attiv tagħha, it-tagħmir u l-persunal tagħha sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji għall-utenti u jiġu massimizzati l-vantaġġi, u li tidħol f'kooperazzjoni effiċjenti mal-kapaċitajiet ta' riċerka interni tal-Kummissjoni Ewropea.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni u jinħoloq iffrankar finanzjarju, tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġu promossi s-sinerġiji u l-komplementarjetà, jenħtieġ li l-Aġenzija tikkoopera mill-qrib ma' aġenziji oħra rilevanti tal-Unjoni u tikkonkludi ftehimiet ta' kooperazzjoni magħhom.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Il-baġit tal-Aġenzija jenħtieġ li jiġi żviluppat f'konformità mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, b'kont meħud tal-għanijiet u r-riżultati mistennija tiegħu.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha żżomm djalogu mill-qrib b'mod partikolari ma' korpi speċjalizzati, kemm jekk pubbliċi jew privati, awtoritajiet pubbliċi u organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u l-impjegaturi. L-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-għanijiet tagħha stess, għandha tiżgura kooperazzjoni ma' Aġenziji oħra tal-Unjoni Ewropea bil-għan li jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u li jiġu promossi s-sinerġija u l-komplementarjetà fl-attivitajiet tagħhom, b'mod partikolari mal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali u, fejn rilevanti, ma' Aġenziji oħrajn tal-UE.

3.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha żżomm djalogu mill-qrib b'mod partikolari ma' korpi speċjalizzati, kemm jekk pubbliċi jew privati, awtoritajiet pubbliċi u organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u l-impjegaturi.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-għanijiet tagħha stess, għandha tikkoopera ma' aġenziji oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol u maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għal raġunijiet ta' koordinament u biex jinħoloq iffrankar finanzjarju, tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġu promossi s-sinerġiji u l-komplementarjetà fl-attivitajiet tagħhom.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  L-Aġenzija għandha tikkonkludi ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni biex tiffaċilita u tippromwovi l-kooperazzjoni magħhom.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn:

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn:

(a)  membru wieħed li jirrappreżenta lill-Gvern ta' kull Stat Membru;

(a)  membru wieħed li jirrappreżenta lill-Gvern ta' kull Stat Membru;

(b)  membru wieħed li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi minn kull Stat Membru;

(b)  membru wieħed li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi minn kull Stat Membru;

(c)  membru wieħed li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi minn kull Stat Membru;

(c)  membru wieħed li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi minn kull Stat Membru;

(d)  tliet membri li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni.

(d)  żewġ membri li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni;

 

(da)  membru indipendenti wieħed li jirrappreżenta lill-Parlament Ewropew

Il-membri kollha msemmija fil-punti (a)-(d) għandhom ikunu intitolati għall-vot.

Il-membri kollha msemmija fil-punti (a)-(da) għandhom ikunu intitolati għall-vot.

 

Il-ħatra għandha tidħol fis-seħħ meta l-persuna kkonċernata tiffirma dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess.

Il-membri msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jinħatru mill-Kunsill minn fost il-membri u s-sostituti tal-Kumitat ta' Konsulenza għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol.

Il-membri msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jinħatru mill-Kunsill minn fost il-membri u s-sostituti tal-Kumitat ta' Konsulenza għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol.

Il-membri msemmija fil-punt (a) għandhom jinħatru fuq proposta mill-Istati Membri.

Il-membri msemmija fil-punt (a) għandhom jinħatru fuq proposta mill-Istati Membri.

Il-membri msemmija fil-punti (b) u (c) għandhom jinħatru fuq proposta mill-kelliema tal-gruppi rispettivi fi ħdan il-Kumitat.

Il-membri msemmija fil-punti (b) u (c) għandhom jinħatru fuq proposta mill-kelliema tal-gruppi rispettivi fi ħdan il-Kumitat.

Il-proposti mit-tliet gruppi fi ħdan il-Kumitat għandhom jiġu ppreżentati lill-Kunsill; il-proposti għandhom jiġu mgħoddija wkoll lill-Kummissjoni għall-skopijiet ta' informazzjoni.

Il-proposti mit-tliet gruppi fi ħdan il-Kumitat għandhom jiġu ppreżentati lill-Kunsill; il-proposti għandhom jiġu mgħoddija wkoll lill-Kummissjoni għall-skopijiet ta' informazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri li għandhom jirrappreżentawha.

Il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew għandhom jaħtru l-membri li għandhom jirrappreżentawhom.

 

Rappreżentant taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali u rappreżentant tal-Eurofound għandu jkollhom l-istatus ta' osservatur waqt il-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija.

Ġustifikazzjoni

Id-dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta' Lulju 2012 tipprevedi l-possibilità li l-Parlament jaħtar membru tal-Bord ta' Tmexxija.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jemenda l-programm ta' ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija. Il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddelega s-setgħa li jagħmel l-emendar mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali lid-Direttur Eżekuttiv.

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jemenda l-programm ta' ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija. Huwa għandu jkun responsabbli li jevita d-duplikazzjoni tal-programm mal-aġenziji tripartitiċi l-oħra tal-Unjoni u li jiżgura li r-riprijoritizzazzjoni tal-attivitajiet tkun dejjem ikkunsidrata bħala alternattiva valida qabel potenzjalment jingħataw riżorsi finanzjarji addizzjonali. Il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddelega s-setgħa li jagħmel l-emendar mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali lid-Direttur Eżekuttiv.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  il-kooperazzjoni ma' aġenziji oħra tal-Unjoni, u l-konklużjoni ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni magħhom.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-abbozz preliminari tal-estimi għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi u r-riżultati mistennija tad-dokument ta' programmazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 6(1), u għandu jqis ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa sabiex jinkisbu dawn l-objettivi u r-riżultati mistennija, b'konformità mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozzi tal-estimi lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozzi tal-estimi lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat simultanjament dawn l-abbozzi tal-estimi lill-Aġenzija.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għat-tħaddim tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-korpi tal-Unjoni Ewropea.

3.  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għat-tħaddim tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-korpi tal-Unjoni Ewropea jew fornituri oħra ta' servizz ta' traduzzjoni f'konformità mar-regoli tal-akkwist u fi ħdan il-limiti stabbiliti mir-regoli finanzjarji rilevanti.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa mhux iżjed tard minn ħames(5) snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 35 imbagħad kull ħames(5) snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni f'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti tagħha. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

1.  Sa mhux iżjed tard minn ħames(5) snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 35 imbagħad kull ħames(5) snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni f'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti tagħha. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)

Referenzi

COM(2016)0528 – C8-0344/2016 – 2016/0254(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

12.9.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

12.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jens Geier

15.9.2016

Data tal-adozzjoni

25.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Esteban González Pons, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Clare Moody, Victor Negrescu, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Denanot, Ivana Maletić, Derek Vaughan, Rainer Wieland, Tomáš Zdechovský

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

30

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Richard Ashworth, Zbigniew Kuźmiuk, Bernd Kölmel

GUE/NGL

Younous Omarjee

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Esteban González Pons, Ivana Maletić, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Rainer Wieland, Tomáš Zdechovský

S&D

Jean-Paul Denanot, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Vladimír Maňka, Clare Moody, Victor Negrescu, Derek Vaughan, Daniele Viotti, Manuel dos Santos

Verts/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

2

-

ENF

Stanisław Żółtek

NI

Eleftherios Synadinos

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)

Referenzi

COM(2016)0528 – C8-0344/2016 – 2016/0254(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

23.8.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

12.9.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

12.9.2016

ENVI

12.9.2016

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

31.8.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Czesław Hoc

28.9.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.3.2017

25.4.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

12.7.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Brando Benifei, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Terry Reintke, Robert Rochefort, Claude Rolin, Sven Schulze, Siôn Simon, Romana Tomc, Yana Toom, Marita Ulvskog, Renate Weber, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Lynn Boylan, Tania González Peñas, Marju Lauristin, Paloma López Bermejo, Anne Sander, Joachim Schuster, Michaela Šojdrová, Helga Stevens, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrejs Mamikins, Elena Valenciano

Data tat-tressiq

XX 28.7 2017 ss


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

46

+

ALDE

ECR

GUE/NGL

 

PPE

 

S&D

 

VERTS/ALE

Martina Dlabajová, Marian Harkin, Robert Rochefort, Yana Toom, Renate Weber

Arne Gericke, Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Helga Stevens, Jana Žitňanská

Lynn Boylan, Tania González Peñas, Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric, Paloma López Bermejo

David Casa, Danuta Jazłowiecka, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Romana Tomc, Michaela Šojdrová

Maria Arena, Guillaume Balas, Brando Benifei, Ole Christensen, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Jan Keller, Marju Lauristin, Andrejs Mamikins, Joachim Schuster, Siôn Simon, Marita Ulvskog, Elena Valenciano, Flavio Zanonato

Jean Lambert, Terry Reintke

3

-

ENF

NI

Dominique Martin, Joëlle Mélin

Lampros Fountoulis

1

0

ALDE

Enrique Calvet Chambon

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali