Proċedura : 2016/0256(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0275/2017

Testi mressqa :

A8-0275/2017

Dibattiti :

PV 10/12/2018 - 17
CRE 10/12/2018 - 17

Votazzjonijiet :

PV 11/12/2018 - 5.10
CRE 11/12/2018 - 5.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0492

RAPPORT     ***I
PDF 931kWORD 110k
28.7.2017
PE 601.030v01-00 A8-0275/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75

(COM(2016)0531 – C8-0342/2016 – 2016/0256(COD))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Enrique Calvet Chambon

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75

(COM(2016)0531 – C8-0342/2016 – 2016/0256(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 153(2)a tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0342/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta' Marzu 2017(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0275/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound) ġiet stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 1365/753 biex tikkontribwixxi għall-ippjanar u t-twaqqif ta' kondizzjonijiet aħjar tal-ħajja u tax-xogħol permezz ta' azzjoni maħsuba biex iżżid u ixxerred l-għarfien li x'aktarx jassisti dan l-iżvilupp.

(1)  Il-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound) ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/753 biex tikkontribwixxi għall-ippjanar u t-twaqqif ta' kondizzjonijiet aħjar tal-ħajja u tax-xogħol permezz ta' azzjoni maħsuba biex iżżid u ixxerred l-għarfien li x'aktarx jassisti dan l-iżvilupp. Jenħtieġ li l-Eurofound tipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika, lis-sħab soċjali u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra b'informazzjoni speċjalizzata u b'valur miżjud fil-qasam ta' kompetenza tagħha.

__________________

__________________

3 Ir-Regolament (KEE) Nru 1365/75 tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1).

3 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1).

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Sa mit-twaqqif tagħha fl-1975, il-Eurofound kellha rwol importanti fl-appoġġ tat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol madwar l-Unjoni Ewropea. Fl-istess ħin il-kunċetti u s-sinifikat tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol evolvew taħt l-influwenza ta' żviluppi fis-soċjetà u bidliet fundamentali fis-swieq tax-xogħol. F'dan ir-rigward huma meħtieġa aġġustamenti terminoloġiċi biex jiddeskrivu l-għanijiet u l-kompiti tal-Eurofound kif imqabbla mar-Regolament (KEE) Nru 1365/75.

(2)  Sa mit-twaqqif tagħha fl-1975, il-Eurofound kellha rwol importanti fl-appoġġ tat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol madwar l-Unjoni Ewropea. Fl-istess ħin il-kunċetti u s-sinifikat tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol evolvew taħt l-influwenza ta' żviluppi fis-soċjetà u bidliet fundamentali fis-swieq tax-xogħol u fir-rigward tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol. F'dan ir-rigward huma meħtieġa aġġustamenti terminoloġiċi biex jiddeskrivu l-għanijiet u l-kompiti tal-Eurofound kif imqabbla mar-Regolament (KEE) Nru 1365/75.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Peress li t-tliet hekk imsejħa aġenziji tripartitiċi, il-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP) jindirizzaw kwistjonijiet relatati mas-suq tax-xogħol u l-ambjent tax-xogħol u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-ħiliet, il-koordinazzjoni mill-qrib fost it-tliet Aġenziji hija meħtieġa u għandhom jiġu sfruttati modi li jtejbu l-effiċjenza u s-sinerġiji. Barra minn hekk, fejn rilevanti, l-Aġenzija għandha tfittex li tidħol f'kooperazzjoni effiċjenti mal-kapaċitajiet ta' riċerka interni tal-Kummissjoni Ewropea.

(5)  Peress li t-tliet aġenziji tripartitiċi, il-Eurofound, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), jindirizzaw kwistjonijiet relatati mas-suq tax-xogħol u l-ambjent tax-xogħol u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-ħiliet, il-koordinazzjoni mill-qrib fosthom hija meħtieġa. Għalhekk jenħtieġ li l-aġenziji jikkomplementaw lil xulxin f'xogħolhom meta jkollhom oqsma ta' interess simili, filwaqt li jagħtu spinta lill-għodod li jaħdmu sew, bħall-Memorandum ta' Qbil bejn il-Eurofound u l-EU-OSHA. Jenħtieġ li jisfruttaw modi biex itejbu l-effiċjenza u s-sinerġiji u jevitaw kwalunkwe duplikazzjoni fil-mandati, l-objettivi u l-attivitajiet tagħhom, bejniethom u bejnhom u l-Kummissjoni. Barra minn hekk, fejn rilevanti, il-Eurofound għandha tfittex li tikkoopera b'mod effiċjenti mal-kapaċitajiet ta' riċerka interni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Huwa importanti wkoll li l-Eurofound taħdem mill-qrib ma' korpi relatati fil-livell internazzjonali, tal-Unjoni u nazzjonali, bħall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), filwaqt li tipprovdi analiżi u tagħrif dwar politiki soċjali, tal-impjieg u relatati max-xogħol. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju massimu, huwa xieraq li l-Eurofound tistabbilixxi rabtiet ma' korpi nazzjonali, li jkunu tripartitiċi meta possibbli, meta jkun xieraq. Huwa importanti wkoll li l-Eurofound ikollha rabtiet funzjonali mill-qrib ħafna mal-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO) u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (SPC), sabiex tiżgura l-koordinazzjoni u s-sinerġiji, kif ukoll mal-ILO.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  In-natura tripartitika tal-Eurofound, l-EU-OSHA u s-Cedefop hija espressjoni siewja ħafna ta' approċċ komprensiv ibbażat fuq id-djalogu soċjali bejn is-sħab soċjali u l-awtoritajiet nazzjonali u tal-Unjoni, li huwa estremament importanti sabiex jinstabu soluzzjonijiet soċjali u ekonomiċi b'mod konġunt u sostenibbli.

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Sabiex jiġu żgurati l-awtonomija u l-indipendenza sħaħ tagħha, u biex tkun tista' twettaq b'mod xieraq l-objettivi tagħha u l-kompiti assenjati lilha skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Eurofound tingħata baġit adegwat u awtonomu bi dħul li jiġi essenzjalment minn kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun applikabbli għall-Eurofound f'dak li jirrigwarda l-kontribuzzjoni tal-Unjoni u kwalunkwe sussidju ieħor debitabbli lill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-kontijiet tal-Eurofound jiġu awditjati mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Jenħtieġ li l-baġit tal-Eurofound jitħejja f'konformità mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, b'kont meħud tal-għanijiet u r-riżultati mistennija tagħha.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)   Rigward il-governanza tal-Eurofound, sabiex tiġi żgurata bidla fis-sħubija tagħha matul iż-żmien, jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jikkunsidra li jillimita l-għadd ta' mandati konsekuttivi li l-membri tagħha jistgħu jwettqu, permezz tar-regoli operattivi tagħha jew mekkaniżmi oħra.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Eurofound għandhom jiġu pprovduti, sakemm ikun possibbli, miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (Ċentru tat-Traduzzjoni). Meta jkun xieraq, pereżempju minħabba l-urġenza ta' traduzzjoni jew l-ammont kbir ta' xogħol taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni, fornituri oħra ta' servizzi tat-traduzzjoni għandhom ikunu jistgħu jipprovdu wkoll tali servizzi ta' traduzzjoni. Tali fornituri ta' servizzi tat-traduzzjoni jenħtieġ li jiżguraw l-istess livell ta' kwalità bħaċ-Ċentru tat-Traduzzjoni bi prezz li ma jkunx ogħla, jenħtieġ li jikkonformaw mal-istandards ambjentali, tax-xogħol u soċjali tal-Unjoni, u jenħtieġ li jirrispettaw ir-regoli tal-akkwist pubbliku, meta jkun xieraq.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-għanijiet tal-Aġenzija għandhom ikunu li żżid u xxerred l-għarfien biex tassisti lill-Kummissjoni, istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-UE, l-Istati Membri u s-sħab soċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki mmirati lejn it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, fl-appoġġ ta' politiki tal-impjiegi u fil-promozzjoni ta' djalogu bejn il-maniġment u l-ħaddiema.

2.  L-għanijiet tal-Aġenzija tripartitika għandhom ikunu li żżid u xxerred l-għarfien biex tassisti lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, lill-Istati Membri, lis-sħab soċjali u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki fuq perjodu medju u twil ta' żmien immirati lejn it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, fl-appoġġ ta' politiki tal-impjiegi u fil-promozzjoni ta' djalogu bejn il-maniġment u l-ħaddiema.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tanalizza t-tendenzi fil-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol u l-iżviluppi tas-suq tax-xogħol;

(b)  tiġbor data permezz ta' stħarriġ u tanalizza t-tendenzi fil-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol u l-iżviluppi tas-suq tax-xogħol;

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  twettaq studji u, f'oqsma ta' kompetenza tal-Aġenzija, twettaq proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji abbażi ta' ġestjoni indiretta skont l-Artikolu 54(2) u l-Artikolu 58(1)(c)(iv) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.;

 

___________________

 

1a. Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

Emenda     13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  abbażi tal-analiżi u r-riċerka tagħha, tipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika, inklużi s-sħab soċjali, bi proposti politiċi bbażati fuq ir-riċerka fil-qasam tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol;

Justification

Is-saħħa tal-Eurofound hija wkoll li tieħu l-pass wara l-analiżi u r-riċerka biex tittrasferixxi dan f'ideat siewja għat-tfassil ta' politika. Dan jenħtieġ li jkun espliċitu fil-kompiti u l-mandat tagħha.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Aġenzija għandha tkompli twettaq stħarriġ biex tiżgura l-kontinwità tal-analiżijiet komparattivi u t-tendenzi fil-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol u tal-iżviluppi tas-suq tax-xogħol fl-Unjoni. Għal dak l-għan, ir-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa għandhom jiġu vvalutati u mogħtija lill-Aġenzija skont l-evoluzzjoni tal-ispejjeż tal-istħarriġ.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Qabel ma jikkummissjonaw lil organizzazzjoni esterna biex twettaq studji fl-oqsma ta' kompetenza tal-Aġenzija, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkonsultaw lill-Aġenzija sabiex jivverifikaw id-disponibbiltà tagħha, il-kompetenza tagħha fil-qasam u l-istudji li wettqet, u għandhom jikkunsidraw l-allokazzjoni, meta jkun meħtieġ, ta' riżorsi lill-Aġenzija fuq bażi temporanja.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha żżomm djalogu mill-qrib b'mod partikolari mal-korpi speċjalizzati, kemm jekk pubbliċi jew privati, awtoritajiet pubbliċi u organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u l-impjegaturi. L-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-għanijiet tagħha, għandha tiżgura kooperazzjoni ma' Aġenziji oħra tal-Unjoni Ewropea bil-għan li jiġu evitati duplikazzjonijiet u li jiġu promossi s-sinerġija u l-komplementarjetà fl-attivitajiet tagħhom, b'mod partikolari mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali u, fejn rilevanti, ma' Aġenziji oħrajn tal-UE.

2.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha żżomm djalogu mill-qrib b'mod partikolari mal-korpi speċjalizzati, kemm jekk pubbliċi jew privati, nazzjonali jew internazzjonali, mal-awtoritajiet pubbliċi, mal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni, mal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u l-impjegaturi u, meta jkunu jeżistu, mal-korpi tripartitiċi nazzjonali. L-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-għanijiet tagħha, għandha tiżgura kooperazzjoni ma' aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li jiġu evitati duplikazzjonijiet u li jiġu promossi s-sinerġija u l-komplementarjetà fl-attivitajiet tagħhom, inkluża l-possibbiltà li jaħdmu b'mod konġunt, b'mod partikolari mal-EU-OSHA, mas-Cedefop u, fejn rilevanti, ma' aġenziji oħrajn tal-Unjoni.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Aġenzija għandha tikkonkludi ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni sabiex tiffaċilita u tippromwovi l-kooperazzjoni magħhom.

Emenda     18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Direttur Eżekuttiv, li għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 11.

(c)  Direttur Eżekuttiv u Viċi Direttur, li għandhom jeżerċitaw ir-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikoli 11 u 11a rispettivament.

Emenda     19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  tliet esperti indipendenti maħtura mill-Parlament Ewropew;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-membri msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jinħatru mill-Kunsill abbażi ta' listi ta' kandidati ppreżentati mill-Istati Membri, mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-impjegaturi u tal-impjegati rispettivament. Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri li għandhom jirrappreżentawha.

Il-membri msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jinħatru mill-Kunsill abbażi ta' listi ta' kandidati ppreżentati mill-Istati Membri, mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-impjegaturi u tal-impjegati rispettivament. Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri li għandhom jirrappreżentawha. Il-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew għandu jaħtar l-esperti msemmija fil-punt (da) tal-ewwel subparagrafu wara li jkun ivverifika li l-ħatriet ma joħolqu ebda kunflitt ta' interess.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tal-politiki soċjali u dawk relatati max-xogħol, waqt li jitqiesu l-ħiliet tat-tmexxija, amministrattivi u baġitarji tagħhom. Il-partijiet irrappreżentati kollha fil-Bord tat-Tmexxija għandhom jagħmlu sforz biex jillimitaw id-dawran tar-rappreżentanti tagħhom, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-bord. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord tat-Tmexxija.

3.  Il-Membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-sostituti tagħhom għandu jkollhom għarfien xieraq fil-qasam tal-politiki soċjali u dawk relatati max-xogħol, kif ukoll il-ħiliet tat-tmexxija, amministrattivi u baġitarji rilevanti. Il-partijiet irrappreżentati kollha fil-Bord tat-Tmexxija għandhom jagħmlu sforz biex jillimitaw id-dawran tar-rappreżentanti tagħhom, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-bord. Meta jaħtru r-rappreżentanti u s-sostituti rispettivi tagħhom lill-Bord tat-Tmexxija, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u s-sħab soċjali għandhom jiżguraw rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Kull membru u membru sostitut għandu jiffirma dikjarazzjoni tal-interessi bil-miktub meta jibda l-inkarigu u għandu jaġġornaha meta jkun hemm bidla fiċ-ċirkustanzi f'dak ir-rigward. L-Aġenzija għandha tippubblika d-dikjarazzjonijiet tal-interessi u l-aġġornamenti fis-sit web tagħha.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-mandat għall-membri u għas-sostituti tagħhom għandu jkun ta' erba' snin. Dak il-mandat għandu jkun jista' jiġi estiż. Meta jiskadi l-mandat tagħhom jew fl-eventwalità tar-riżenja tagħhom, il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm il-ħatriet tagħhom jiġu mġedda jew sakemm jiġu sostitwiti.

4.  Il-mandat għall-membri u għas-sostituti tagħhom għandu jkun ta' erba' snin. Dak il-mandat jista' jiġġedded. Meta jiskadi l-mandat tagħhom jew fl-eventwalità tar-riżenja tagħhom, il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm il-ħatriet tagħhom jiġu mġedda jew sakemm jiġu sostitwiti. Il-Membri tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jiżguraw li l-interessi ġenerali tal-Unjoni u tal-Aġenzija jiġu mħarsa.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Rappreżentant tal-EU-OSHA, rappreżentant tas-Cedefop u rappreżentant tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għandu jkollhom id-dritt li jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija sabiex jittejbu l-effiċjenza tal-aġenziji u s-sinerġiji bejniethom.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jagħti l-orjentazzjonijiet ġenerali għall-attivitajiet tal-aġenzija u kull sena jadotta d-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri intitolati għall-vot u skont l-Artikolu 6;

(a)  jagħti l-orjentazzjonijiet strateġiċi għall-attivitajiet tal-aġenzija u kull sena jadotta d-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri intitolati għall-vot u skont l-Artikolu 6;

Emenda     26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri u l-esperti indipendenti tiegħu;

(f)  jadotta regoli, inklużi miżuri għall-identifikazzjoni ta' riskji potenzjali fi stadju bikri, għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri u l-esperti indipendenti tiegħu kif ukoll għal esperti nazzjonali ssekondati u persunal ieħor mhux impjegat mill-Aġenzija, kif imsemmi fl-Artikolu 20;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  jadotta l-pjanijiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni bbażati fuq analiżi tal-ħtiġijiet u jaġġornahom regolarment;

(g)  jadotta l-pjanijiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni bbażati fuq analiżi tal-ħtiġijiet u jaġġornahom regolarment u jirrifletti dan fid-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija;

Emenda     28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u, fejn xieraq, jestendi l-mandat tiegħu jew ineħħi d-Direttur Eżekuttiv mill-kariga skont l-Artikolu 19;

(k)  jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur, u, fejn xieraq, iġedded il-mandat tagħhom jew ineħħihom mill-kariga skont l-Artikolu 19;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt n

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n)  jieħu kull deċiżjoni dwar l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Aġenzija u, fejn ikun meħtieġ, il-modifika tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-attività tal-Aġenzija kif ukoll wara li titqies il-ġestjoni baġitarja soda.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni biex il-Bord tat-Tmexxija jadotta l-istrutturi interni kollha (u l-modifiki) trid tiġi ċċarata billi fil-prattika din tfisser mikroġestjoni u l-possibilità li tiġi imblukkata kwalunkwe inizjattiva tad-direttur meta jkollu bżonn jieħu deċiżjonijiet maniġerjali.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-programm ta' ħidma annwali għandu jinkludi l-għanijiet dettaljati u r-riżultati mistennija, inklużi l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, skont il-prinċipji ta' bbaġitjar u ġestjoni bbażati fuq l-attività. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 5. Dan għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti.

3.  Il-programm ta' ħidma annwali għandu jinkludi l-għanijiet dettaljati u r-riżultati mistennija, inklużi l-indikaturi tal-prestazzjoni, kif ukoll l-attivitajiet u l-programmi li għandhom jiġu soġġetti għal evalwazzjoni ex ante jew ex post. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, skont il-prinċipji ta' bbaġitjar u ġestjoni bbażati fuq l-attività. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 5. Dan għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti. Il-programmazzjoni annwali u pluriennali għandha tinkludi l-istrateġija għal relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 30 u l-azzjonjiet marbuta ma' dik l-istrateġija.

Emenda     31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programmazzjoni ta' riżorsi għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi aġġornata fejn dan ikun xieraq, u b'mod partikolari sabiex jiġi indirizzat l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 28.

Il-programmazzjoni ta' riżorsi għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi aġġornata fejn dan ikun xieraq, u b'mod partikolari sabiex jiġi indirizzat l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 28. Meta jingħataw kompiti ġodda lill-Aġenzija mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew b'atti ġuridiċi tal-Unjoni, dan għandu jitqies fil-programmazzjoni tagħha tar-riżorsi u fil-programmazzjoni finanzjarja.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi President u tliet Viċi presidenti kif ġej - wieħed minn fost il-membri li jirrappreżentaw l-Istati Membri, wieħed minn fost il-membri li jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, wieħed fost il-membri li jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet tal-impjegati u wieħed minn fost il-membri li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni. Il-President u l-Viċi Presidenti għandhom ikunu eletti b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija bi dritt tal-vot.

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi President u tliet Viċi Presidenti kif ġej wieħed minn fost il-membri li jirrappreżentaw l-Istati Membri, wieħed minn fost il-membri li jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, wieħed fost il-membri li jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet tal-impjegati u wieħed minn fost il-membri li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni. Il-President u l-Viċi Presidenti għandhom ikunu eletti b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija bi dritt tal-vot. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura rappreżentanza bilanċjata bejn in-nisa u l-irġiel għall-President u l-Viċi Presidenti, meqjusa flimkien.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Bord tat-Tmexxija jista' jistieden lil kwalunkwe persuna li jista' jkollha opinjoni li tkun ta' interess biex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.

4.  Il-Bord tat-Tmexxija jista' jistieden lil kwalunkwe persuna li jista' jkollha opinjoni li tkun ta' interess biex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur. Il-pajjiżi terzi membri taż-ŻEE li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Aġenzija jistgħu jkunu rappreżentati fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bi status ta' osservatur.

Emenda     34

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta jkun meħtieġ, minħabba urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista' jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f'isem il-Bord tat-Tmexxija, b'mod partikolari dwar kwistjonijiet ta' ġestjoni amministrattiva, inkluż is-sospensjoni tad-delega tas-setgħat ta' awtorità tal-ħatra u kwistjonijiet baġitarji.

3.  Meta jkun meħtieġ, minħabba urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista' jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f'isem il-Bord tat-Tmexxija.

Emenda     35

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President tal-Bord tat-Tmexxija, it-tliet Viċi Presidenti, il-koordinaturi tat-tliet gruppi kif imsemmi fl-Artikolu 4(5) u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni. Kull grupp imsemmi fl-Artikolu 4(5) jista' jinnomina sa żewġ sostituti biex jattendu l-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, fin-nuqqas tal-membri sħaħ. Il-President tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun ukoll il-President tal-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, iżda ma għandux ikollu d-dritt tal-vot.

4.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President tal-Bord tat-Tmexxija, it-tliet Viċi Presidenti, il-koordinaturi tat-tliet gruppi kif imsemmi fl-Artikolu 4(5) u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni. Kull grupp imsemmi fl-Artikolu 4(5) jista' jinnomina sa żewġ sostituti biex jattendu l-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, fin-nuqqas tal-membri sħaħ, filwaqt li tiġi żgurata rappreżentanza bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa Il-President tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun ukoll il-President tal-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, iżda ma għandux ikollu d-dritt tal-vot.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun ta' sentejn. Dak il-mandat għandu jkun jista' jiġi estiż. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jintemm meta tintemm is-sħubija tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija.

5.  Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun ta' sentejn. Dak il-mandat jista' jiġġedded. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jintemm meta tintemm is-sħubija tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija.

Emenda     37

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jiltaqa' tliet darbiet fis-sena. Il-President jista' jsejjaħ laqgħat addizzjonali fuq talba tal-membri tiegħu

6.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jiltaqa' tliet darbiet fis-sena. Il-President jista' jsejjaħ laqgħat addizzjonali fuq talba tal-membri tiegħu. Kull koordinatur għandu jinforma lill-membri tal-grupp tiegħu jew tagħha stess, wara kull laqgħa, dwar il-kontenut tad-diskussjoni, b'mod trasparenti u f'waqtu.

Emenda     38

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jmexxi l-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti rendikont ta' għemilu lill-Bord tat-Tmexxija.

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għat-tmexxija ġenerali tal-Aġenzija skont id-direzzjoni strateġika stabbilita mill-Bord tat-Tmexxija u għandu jagħti rendikont ta' għemilu lill-Bord tat-Tmexxija.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  it-tħejjija ta' pjan ta' azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet ta' rapporti tal-awditjar intern jew estern u ta' evalwazzjonijiet, kif ukoll investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u regolarment lill-Bord tat-Tmexxija u lill-Bord Eżekuttiv;

(f)  it-tħejjija ta' pjan ta' azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet ta' rapporti tal-awditjar intern jew estern u ta' evalwazzjonijiet, kif ukoll investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u jirrapporta dwar il-progress regolarment lill-Kummissjoni u regolarment lill-Bord tat-Tmexxija u lill-Bord Eżekuttiv;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5 – punt fa

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)   l-iżgurar ta' bilanċ bejn l-irġiel u n-nisa fl-Aġenzija;

Emenda     41

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  it-tħejjija ta' abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija u l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha.

(j)  it-tħejjija ta' abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija u l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha, bħala parti mid-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  skont id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), it-teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-ġestjoni tar-riżorsi umani;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – punt 5 – punt jb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(jb)  it-teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-istrutturi interni tal-Aġenzija u, meta jkun meħtieġ, l-emenda tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet relatati mal-attivitajiet tal-Aġenzija u l-ġestjoni baġitarja soda;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5 – punt jc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(jc)  il-kooperazzjoni ma' aġenziji oħra tal-Unjoni, u l-konklużjoni ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni magħhom.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli wkoll biex jiddeċiedi jekk ikunx neċessarju għall-fini li jitwettqu l-kompiti tal-Aġenzija b'mod effiċjenti u effettiv li jiġi stabbilit uffiċċju wieħed jew aktar fi Stat Membru wieħed jew aktar. Dik id-deċiżjoni tirrikjedi l-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni, tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Istat Membru li fih irid jiġi stabbilit l-uffiċċju lokali. Dik id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet li jridu jitwettqu f'dak l-uffiċċju lokali b'mod li jiġu evitati spejjeż bla bżonn u duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Aġenzija.

6.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli wkoll biex jiddeċiedi jekk ikunx neċessarju għall-fini li jitwettqu l-kompiti tal-Aġenzija b'mod effiċjenti u effettiv li jiġi stabbilit uffiċċju lokali wieħed fi Brussell bħala uffiċċju ta' kollegament biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni tal-Aġenzija mal-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tkun soġġetta għall-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni, tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Istat Membru li fih irid jiġi stabbilit l-uffiċċju lokali. Dik id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet li jridu jitwettqu f'dak l-uffiċċju lokali b'mod li jiġu evitati spejjeż bla bżonn u duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Aġenzija.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Kapitolu II – Taqsima 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Taqsima 3a: Il-Viċi Direttur

 

Artikolu 11a

 

Il-Viċi Direttur

 

1.   Il-Viċi Direttur għandu jappoġġja lid-Direttur Eżekuttiv fit-twettiq tal-funzjonijiet u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-Viċi Direttur għandu jkun taħt l-awtorità tad-Direttur Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta dettalji tal-funzjonijiet tal-Viċi Direttur lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni.

 

2.   Il-Viċi Direttur jista' jattendi l-laqgħat, u jakkumpanja lid-Direttur Eżekuttiv fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Bord Eżekuttiv.

 

3.   L-Artikolu 19 għandu japplika mutatis mutandis għall-Viċi Direttur.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-abbozz preliminari tal-estimi għandu jkun ibbażat fuq l-għanijiet u r-riżultati mistennija tad-dokument ta' programmazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 6(1), u għandu jqis ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet u r-riżultati mistennija, b'konformità mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz tal-estimi lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tissottometti l-abbozz tal-estimi lill-awtorità baġitarja u lill-Aġenzija flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija minn lista ta' kandidati proposta mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija minn lista ta' kandidati proposta mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti li tiggarantixxi valutazzjoni rigoruża tal-kandidati u livell għoli ta' indipendenza. Qabel il-ħatra tiegħu, il-kandidat magħżul għandu jattendi seduta ta' smigħ tal-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew.

Emenda     50

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Bord tat-Tmexxija, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn ħames snin.

4.  Il-Bord tat-Tmexxija, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jġedded il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn ħames snin.

Emenda     51

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fit-tmiem tal-perjodu ġenerali.

5.  Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun iġġedded ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fit-tmiem tal-perjodu ġenerali.

Emenda     52

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga biss b'deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

6.  Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga biss b'deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, abbażi ta' valutazzjoni motivata tal-prestazzjoni tiegħu/tagħha bħala Direttur Eżekuttiv.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Aġenzija tista' tistabbilixxi uffiċċji lokali fi Stat Membru wieħed jew aktar, suġġett għall-kunsens tagħhom u skont l-Artikolu 11(6).

4.  L-Aġenzija tista' tistabbilixxi uffiċċju ta' kollegament fi Brussell skont l-Artikolu 11(6).

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għat-tħaddim tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-korpi tal-Unjoni Ewropea.

3.  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għat-tħaddim tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-korpi tal-Unjoni Ewropea jew, meta jkun xieraq, minn servizzi oħra tat-traduzzjoni.

Emenda     55

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  L-Aġenzija għandha taġixxi b'livell għoli ta' trasparenza.

Emenda     56

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Skont l-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-Aġenzija għandha twettaq evalwazzjonijiet ex ante ta' dawk l-attivitajiet tagħha li jinvolvu nefqa sinifikanti kif ukoll evalwazzjonijiet ex post.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa mhux iżjed tard minn ħames (5) snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 37 imbagħad kull ħames (5) snin wara din, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni f'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti tagħha. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

1.  Sa mhux iżjed tard minn ħames (5) snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 37, imbagħad kull ħames (5) snin wara din, il-Kummissjoni għandha tissottometti evalwazzjoni f'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti tagħha. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-Bord tat-Tmexxija matul l-evalwazzjoni tagħha. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

Emenda     58

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni tal-Aġenzija ma tkunx ġustifikata aktar fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilha, tista’ tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat skont dan jew jitħassar.

imħassar

Emenda     59

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta strateġija għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward ta' kwistjonijiet li għalihom l-Aġenzija tkun kompetenti.

3.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta strateġija għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward ta' kwistjonijiet li għalihom l-Aġenzija tkun kompetenti bħala parti mid-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija.

Emenda     60

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Viċi Direttur tal-Aġenzija maħtur abbażi tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 1365/75 tal-Kunsill, għall-perjodu li jifdal tal-mandat tiegħu għandu jassisti lid-Direttur u lid-Direttur Eżekuttiv.

2.  Il-Viċi Direttur tal-Aġenzija maħtur abbażi tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 1365/75 tal-Kunsill, għall-perjodu li jifdal tal-mandat tiegħu għandu jkun assenjat ir-responsabbiltajiet tal-Viċi Direttur skont l-Artikolu 11a ta' dan ir-Regolament. Il-kondizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt tiegħu jew tagħha għandhom jibqgħu l-istess.

(1)

  ĠU C 209, 30.6.2017, p 49.


NOTA SPJEGATTIVA

Fit-23 ta' Awwissu 2016, il-Kummissjoni ppubblikat il-proposta tagħha għar-reviżjoni tar-regolament kostituttiv li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound).

Il-proposta għandha l-għan li tirrevedi r-regolament kostituttiv tal-Eurofound tal-1975. Ir-regolament kostituttiv tal-Eurofound ġie emendat tliet darbiet, fl-1993, fl-2003, u fl-2005, l-aktar biex jitqiesu t-tkabbir tal-UE jew bidliet fit-Trattat. Madankollu, dawn l-emendi ma biddlux b'mod sinifikanti l-prinċipji fundamentali tal-Aġenzija.

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta għal reviżjoni tal-Kummissjoni li kienet neċessarja u li se tipprovdi deskrizzjoni aktar ċara tar-rwol tal-Eurofound fl-appoġġ lill-Kummissjoni, lil istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE, lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali fit-tiswir ta' politiki dwar il-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol kif ukoll fil-promozzjoni tad-djalogu soċjali. Se taġġorna l-mandat tal-Eurofound bħala ċentru għall-analiżi, ir-riċerka u l-monitoraġġ tal-politika f'dawn l-oqsma ta' politika.

Ir-reviżjoni se tallinja ċerti dispożizzjonijiet tar-regolament kostituttiv eżistenti tal-Eurofound mal-Approċċ Komuni dwar l-Aġenziji Deċentralizzati. Il-Parlament Ewropew kien waħda mill-partijiet għad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta' Lulju 2012.

Ir-reviżjoni toffri wkoll l-opportunità li jiġu aġġornati l-għanijiet u l-kompiti tal-Eurofound. Sa mit-twaqqif tagħha fl-1975, il-Fondazzjoni adattat l-attivitajiet tagħha għall-iżviluppi kumplessivi soċjetali, istituzzjonali u ekonomiċi u xejriet emerġenti fil-politiki Ewropej fil-qasam tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol. L-għanijiet u l-kompiti ġodda se jiġu aġġustati biex jirriflettu aħjar dawn l-iżviluppi u l-kontribuzzjoni attwali tal-Eurofound għall-iżvilupp ta' politiki soċjali u dawk relatati mal-impjieg, billi jipprovdu riżultati tar-riċerka rilevanti u ta' kwalità għolja fil-qasam tal-impjiegi, ir-relazzjonijiet industrijali, il-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja.

Iż-żewġ aġenziji l-oħra hekk imsejħa tripartitiċi tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedfop) ukoll se ssirilhom reviżjoni tar-regolamenti kostituttivi rispettivi tagħhom fl-istess żmien li ssir dik tal-Eurofound.

Il-karatteristika komuni ta' dawn l-aġenziji hija n-natura tripartitika tagħhom, riflessa kemm fil-governanza kif ukoll fil-funzjonament tagħhom: l-awtoritajiet nazzjonali, it-trade unions u r-rappreżentanti tal-impjegaturi jipparteċipaw fil-korpi governattivi kif ukoll f'kumitati konsultattivi ddedikati tal-aġenziji.

Ir-rwol tal-Eurofound huwa li tinforma u tikkontribwixxi lejn tfassil ta' politika aħjar ibbażat fuq l-evidenza fl-oqsma rilevanti għall-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol. Ir-reviżjoni tqis il-politiki eżistenti tal-UE dwar il-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, u tipprevedi li l-ħidma tal-Eurofound tkun komplementari għal riċerka li għaddejja u ppjanata f'dan il-qasam imwettqa b'finanzjament tal-UE.

Ir-rapporteur jipproponi u jissuġġerixxi t-titjib ewlieni li ġej fil-proposta tal-Kummissjoni:

Il-proposta temenda l-att kostituttiv tal-Aġenzija Eurofound li, wara sensiela ta' reviżjonijiet, kien jeħtieġ konsolidazzjoni f'dokument li joffri modi kif tiżdied l-effiċjenza tal-Aġenzija kemm f'termini tal-użu tar-riżorsi proprji tagħha kif ukoll f'termini tal-ġestjoni, l-użu u l-potenzjal tagħhom, fl-ambitu tad-dmirijiet tal-Aġenzija, sabiex jitjieb il-mod kif topera u jiġi ffaċilitat l-użu massimu tas-sejbiet u l-kontenut li xxerred fl-UE. Il-Eurofound iżżomm ir-reputazzjoni tagħha bħala aġenzija deċentralizzata, u bħala ċentru għar-riċerka u d-djalogu bejn l-atturi soċjali, iżda trid tevolvi biex issir aġenzija denja ta' Ewropa impenjata sew fi proċess ta' kontinentalizzazzjoni.

Għal raġunijiet ta' effiċjenza, jeħtieġ li jitqies mill-ġdid jekk l-għażla ta' rappreżentant ta' Stat Membru f'kull wieħed mit-tliet livelli tripartitiċi għadhiex tagħmel sens jew jekk tidhirx assurda għaċ-ċittadin normali. Nuqqas ta' entużjażmu min-naħa tal-Kummissjoni u nuqqas ta' serjetà min-naħa tal-Istati Membri ppermettew li r-regola ta' rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru tibqa' fis-seħħ. Irridu nqisu mill-ġdid dan il-mudell u nesploraw modi oħra biex nirriformaw l-istatus quo, nirrazzjonalizzaw il-governanza tal-aġenziji, u nerġgħu ndaħħlu l-bilanċ bejn il-politika, l-amministrazzjoni u l-effiċjenza.

Id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tad-Direttur għandhom jingħataw spinta, jiġu delimitati, imsaħħa u professjonalizzati b'mod ċar, taħt il-kontroll evidenti tal-Bord Eżekuttiv u l-Bord tat-Tmexxija, bis-sorveljanza tal-Kummissjoni u l-obbligu li jingħata rendikont lill-Parlament Ewropew. Dan l-approċċ mhuwiex inkompatibbli mal-fatt li, bħal kwalunkwe intrapriża, l-Aġenzija għandha Viċi Direttur, għalkemm irid jiġi evitat kwalunkwe tip ta' tmexxija doppja u segmentazzjoni tar-responsabbiltajiet.

M'għandniex naqgħu fit-tentazzjoni li nnaqqsu l-importanza ta' din l-Aġenzija u rridu napprezzaw il-kwalità u l-livell ta' dettall tad-dokumenti li tipproduċi. Wasal iż-żmien li nimxu 'l quddiem u jiġi evitat li kompiti esterni jew doppji jiġu assenjati lil kumpaniji esterni u minflok jiġu fdati lill-Aġenzija. M'għandi l-ebda dubju li l-ammont iffrankat għall-Komunità jkun sinifikanti ferm. Biex ikun żgurat li jiġri hekk, ikun meħtieġ li ssir konsultazzjoni minn qabel mal-Aġenzija qabel kwalunkwe assenjazzjoni esterna tal-istudji li jaqgħu fl-ambitu u fl-oqsma ta' riċerka u kompetenza tal-Eurofound.

Reċentement fil-proċess tal-kostruzzjoni Ewropea, il-Kummissjoni ddeċidiet, f'ħafna każijiet b'mod għaqli, li tiddeċentralizza wħud mid-dmirijiet tagħha u tafdahom f'idejn aġenziji speċjalizzati, għalkemm jista' jidher li dan il-proċess qed iġebbed il-limiti ta' dak li huwa raġonevoli f'termini tad-duplikazzjoni tal-aġenziji u d-dmirijiet sabiex l-Istati Membri jiġu kkuntentati biex kull wieħed jospita s-sede ta' aġenzija tal-UE. F'perspettiva futura, għandha ssir evalwazzjoni serja, oġġettiva u indipendenti, bil-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet ewlenin, bl-għan ta' fużjoni tal-aġenziji, jew saħansitra l-għeluq possibbli ta' aġenziji li m'għadhomx ta' valur miżjud jew li dmirijiethom jistgħu jiġu ġestiti b'mod aktar effiċjenti minn aġenzija analoga. Irridu nimxu lejn proċess ta' konċentrazzjoni tal-aġenziji deċentralizzati biex tiżdied l-effikaċja u r-rilevanza tal-azzjoni tal-UE.

L-input tal-istituzzjonijiet Ewropej ewlenin fit-tfassil tal-pjanijiet ta' ħidma tal-Aġenzija għandu jissaħħaħ ukoll. Dawn għandhom ikunu parzjalment marbuta ma' strateġiji tal-UE fuq perjodu medju ta' żmien (pereżempju Ewropa 2020, il-pilastru soċjali, ir-rifuġjati, eċċ.) u jqisu kompiti potenzjali fuq perjodu qasir ta' żmien meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu dan.

Huwa wkoll il-waqt li nieħdu vantaġġ mill-ħidma u r-reputazzjoni eċċellenti tagħha fil-fora internazzjonali ddedikati għal din it-tema, filwaqt li jissaħħaħ ir-rwol tagħha b'appoġġ għall-politika tal-UE ta' influwenza u 'setgħa ta' persważjoni'.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (27.4.2017)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fondjazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75

(COM(2016)0531 – C8-0342/2016 – 2016/0256(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jens Geier

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kummissjoni pproponiet l-abbozz ta’ Regolament preżenti sabiex tallinja ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament eżistenti li jirregola l-Eurofound mal-Approċċ Komuni dwar l-Aġenziji Deċentralizzati. Ir-reviżjoni toffri wkoll l-opportunità li jiġu aġġornati l-għanijiet u l-kompiti tal-Eurofound.

Fir-rigward taż-żewġ Aġenziji l-oħrajn hekk imsejħa tripartitiċi tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), bħalissa għaddejja reviżjoni tar-Regolamenti Fundaturi rispettivi tagħhom fl-istess żmien mal-Eurofound.

L-implikazzjonijiet baġitarji f’termini ta’ riżorsi umani u finanzjarji, kif ippreżentati f’aktar dettall fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva, huma konformi mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2013)519.

Ir-rapporteur jipproponi li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-kooperazzjoni bejn l-Aġenziji tripartitiċi, bil-għan li tissaħħaħ din il-kooperazzjoni.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jipproponi l-introduzzjoni ta’ rappreżentant maħtur mill-Parlament Ewropew fil-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija, biex jieħu post rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni. Dan l-approċċ huwa konformi mal-Istqarrija Konġunta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta’ Lulju 2012.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Peress li t-tliet hekk imsejħa aġenziji tripartitiċi, il-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP) jindirizzaw kwistjonijiet relatati mas-suq tax-xogħol u l-ambjent tax-xogħol u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-ħiliet, il-koordinazzjoni mill-qrib fost it-tliet Aġenziji hija meħtieġa u għandhom jiġu sfruttati modi li jtejbu l-effiċjenza u s-sinerġiji. Barra minn hekk, fejn rilevanti, l-Aġenzija għandha tfittex li tidħol f’kooperazzjoni effiċjenti mal-kapaċitajiet ta’ riċerka interni tal-Kummissjoni Ewropea.

(5)  Peress li t-tliet hekk imsejħa aġenziji tripartitiċi, il-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP) jindirizzaw kwistjonijiet relatati mas-suq tax-xogħol u l-ambjent tax-xogħol u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-ħiliet, il-koordinazzjoni mill-qrib fost it-tliet Aġenziji hija meħtieġa u għandhom jiġu sfruttati modi li jtejbu l-effiċjenza u s-sinerġiji. B’mod partikolari, huma previsti l-kondiviżjoni jew l-akkomunament ta’ kompiti amministrattivi bejn dawn l-aġenziji, u l-aġenziji jenħtieġ li jadottaw il-programmi ta’ ħidma annwali rispettivi tagħhom f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ xulxin, sabiex jevitaw duplikazzjoni ta’ xogħol. Barra minn hekk, fejn rilevanti, l-Aġenzija għandha tfittex li tidħol f’kooperazzjoni effiċjenti mal-kapaċitajiet ta’ riċerka interni tal-Kummissjoni Ewropea.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Il-baġit tal-Aġenzija jenħtieġ li jiġi żviluppat f’konformità mal-prinċipju ta’ bbaġitjar ibbażat fuq il-prestazzjoni, b’kont meħud tal-objettivi u r-riżultati mistennija tiegħu.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha żżomm djalogu mill-qrib b’mod partikolari mal-korpi speċjalizzati, kemm jekk pubbliċi jew privati, awtoritajiet pubbliċi u organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u l-impjegaturi. L-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-għanijiet tagħha, għandha tiżgura kooperazzjoni ma’ Aġenziji oħra tal-Unjoni Ewropea bil-għan li jiġu evitati duplikazzjonijiet u li jiġu promossi s-sinerġija u l-komplementarjetà fl-attivitajiet tagħhom, b’mod partikolari mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali u, fejn rilevanti, ma’ Aġenziji oħrajn tal-UE.

2.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha żżomm djalogu mill-qrib b’mod partikolari mal-korpi speċjalizzati, kemm jekk pubbliċi jew privati, awtoritajiet pubbliċi u organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u l-impjegaturi.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-għanijiet tagħha, għandha tikkoopera ma’ aġenziji oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali sabiex jinkisbu koordinazzjoni u ffrankar mil-lat finanzjarju, tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġu promossi s-sinerġiji u l-komplementarjetà fl-attivitajiet tagħhom.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  L-Aġenzija għandha tikkonkludi ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni biex tiffaċilita u tippromwovi l-kooperazzjoni magħhom.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn:

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn:

(a)  membru wieħed li jirrappreżenta lill-Gvern ta’ kull Stat Membru;

(a)  membru wieħed li jirrappreżenta lill-Gvern ta’ kull Stat Membru;

(b)  membru wieħed li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi minn kull Stat Membru;

(b)  membru wieħed li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi minn kull Stat Membru;

(c)  membru wieħed li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet tal-impjegati minn kull Stat Membru;

(c)  membru wieħed li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet tal-impjegati minn kull Stat Membru;

(d)  tliet membri li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni.

(d)  żewġ membri li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni;

 

(da)  membru wieħed indipendenti li jirrappreżenta lill-Parlament Ewropew.

Il-membri kollha msemmija fil-punti (a)-(d) għandu jkollhom id-dritt tal-vot.

Il-membri kollha msemmija fil-punti (a)-(da) għandu jkollhom id-dritt tal-vot.

 

Il-ħatra għandha ssir effettiva mal-iffirmar mill-persuna kkonċernata ta’ dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess.

Il-membri msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jinħatru mill-Kunsill abbażi ta’ listi ta’ kandidati ppreżentati mill-Istati Membri, mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-impjegaturi u tal-impjegati rispettivament. Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri li għandhom jirrappreżentawha.

Il-membri msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jinħatru mill-Kunsill abbażi ta’ listi ta’ kandidati ppreżentati mill-Istati Membri, mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-impjegaturi u tal-impjegati rispettivament. Il-Kummissjoni u l-Parlament għandhom jaħtru l-membri li għandhom jirrappreżentawhom.

 

Rappreżentant tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u rappreżentant taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għandu jkollhom status ta’ osservatur waqt il-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija.

Ġustifikazzjoni

Id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta’ Lulju 2012 tipprevedi l-possibilità li l-Parlament jaħtar membru tal-Bord tat-Tmexxija.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jemenda l-programm ta’ ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddelega s-setgħa li jsir l-emendar mhux sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali lid-Direttur Eżekuttiv.

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jemenda l-programm ta’ ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija. Huwa għandu jkun responsabbli li jevita d-duplikazzjoni tal-programm mal-aġenziji tripartitiċi l-oħra tal-Unjoni u li jiżgura li r-riprijoritizzazzjoni tal-attivitajiet tkun dejjem ikkunsidrata bħala alternattiva valida qabel ma potenzjalment jingħataw riżorsi finanzjarji addizzjonali. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddelega s-setgħa li jsir l-emendar mhux sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali lid-Direttur Eżekuttiv.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  il-kooperazzjoni ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni, u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni magħhom.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-abbozz preliminari tal-estimi għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi u r-riżultati mistennija tad-dokument ta’ programmazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 6(1), u għandu jqis ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa sabiex jinkisbu dawn l-objettivi u r-riżultati mistennija, b’konformità mal-prinċipju ta’ bbaġitjar ibbażat fuq il-prestazzjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz tal-estimi lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz tal-estimi lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat simultanjament dawn l-abbozzi tal-estimi lill-Aġenzija.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għat-tħaddim tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-korpi tal-Unjoni Ewropea.

3.  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għat-tħaddim tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-korpi tal-Unjoni Ewropea jew fornituri oħra ta’ servizz tat-traduzzjoni f’konformità mar-regoli tal-akkwist u fi ħdan il-limiti stabbiliti mir-regoli finanzjarji rilevanti.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa mhux iżjed tard minn ħames (5) snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 37 imbagħad kull ħames (5) snin wara din, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni f’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti tagħha. B’mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal din.

1.  Sa mhux iżjed tard minn ħames (5) snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 37 imbagħad kull ħames (5) snin wara din, il-Kummissjoni għandha tressaq evalwazzjoni f’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti tagħha. B’mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal din.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound)

Referenzi

COM(2016)0531 – C8-0342/2016 – 2016/0256(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

12.9.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

12.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jens Geier

15.9.2016

Data tal-adozzjoni

25.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Esteban González Pons, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Clare Moody, Victor Negrescu, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Denanot, Ivana Maletić, Derek Vaughan, Rainer Wieland, Tomáš Zdechovský

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

30

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Richard Ashworth, Zbigniew Kuźmiuk, Bernd Kölmel

GUE/NGL

Younous Omarjee

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Esteban González Pons, Ivana Maletić, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Rainer Wieland, Tomáš Zdechovský

S&D

Jean-Paul Denanot, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Vladimír Maňka, Clare Moody, Victor Negrescu, Derek Vaughan, Daniele Viotti, Manuel dos Santos

Verts/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

2

-

ENF

Stanisław Żółtek

NI

Eleftherios Synadinos

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound)

Referenzi

COM(2016)0531 – C8-0342/2016 – 2016/0256(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

23.8.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

12.9.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

12.9.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Enrique Calvet Chambon

28.9.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.3.2017

25.4.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

12.7.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Terry Reintke, Robert Rochefort, Claude Rolin, Sven Schulze, Siôn Simon, Romana Tomc, Yana Toom, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Lynn Boylan, Tania González Peñas, Marju Lauristin, Paloma López Bermejo, Anne Sander, Joachim Schuster, Michaela Šojdrová, Helga Stevens, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrejs Mamikins

Data tat-tressiq

28.7.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

46

+

ALDE

ECR

GUE/NGL

PPE

S&D

VERTS/ALE

Martina Dlabajová, Marian Harkin, Robert Rochefort, Renate Weber

Arne Gericke, Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Helga Stevens, Jana Žitňanská

Lynn Boylan, Tania González Peñas, Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric, Paloma López Bermejo

David Casa, Danuta Jazłowiecka, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Michaela Šojdrová, Romana Tomc

Maria Arena, Guillaume Balas, Brando Benifei, Ole Christensen, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Jan Keller, Marju Lauristin, Javi Lopez, Andrejs Mamikins, Joachim Schuster, Siôn Simon, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

Jean Lambert, Terry Reintke, Tatjana Zdanoka

3

-

ENF

NI

Dominique Martin, Joëlle Mélin

Lampros Fountoulis

3

0

ALDE

Tiziana Beghin, Enrique Calvet Chambon, Yana Toom

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali