Proċedura : 2017/0042(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0277/2017

Testi mressqa :

A8-0277/2017

Dibattiti :

PV 13/09/2017 - 22
CRE 13/09/2017 - 22

Votazzjonijiet :

PV 14/09/2017 - 8.7

Testi adottati :

P8_TA(2017)0353

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 592kWORD 54k
1.9.2017
PE 604.624v02-00 A8-0277/2017

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tat-Tielet Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja

(06750/2017 – C8-0225/2017 – 2017/0042(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tat-Tielet Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja

(06750/2017 – C8-0225/2017 – 2017/0042(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06750/2017),

–  wara li kkunsidra t-Tielet Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja (06905/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(i) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0225/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0277/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u taċ-Ċilì.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kunsill qed jipproponi l-konklużjoni tat-Tielet Protokoll għall-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra(1)[1][1], iffirmat fit-18 ta' Novembru 2002, biex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE. Permezz ta' dan, il-Kroazja ssir Parti Kontraenti għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.

Il-Kunsill kien awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi fid-dawl tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE fl-14 ta' Settembru 2012. In-negozjati maċ-Ċilì ġew konklużi billi ġie inizjalat il-Protokoll fid-9 ta' Lulju 2015 fi Brussell, u ġie ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fid-29 ta' Ġunju 2017. Il-Protokoll issa qed jiġi riferut lill-Parlament għal approvazzjoni qabel ma finalment ikun jista' jiġi konkluż f'konformità mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a). Għandha tittieħed nota tal-fatt li kienet prevista applikazzjoni proviżorja sa ma jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu abbażi tal-Artikolu 218(5) tat-TFUE, u li l-Protokoll jiġi applikat b'effett mill-1 ta' Lulju 2013.

Mil-lat tekniku, dan il-Protokoll iżid massimu ta' 1000 tunnellata metrika ta' laħam tal-majjal mat-8 400 tunnellata eżistenti (b'użu ta' kalkoli standard dwar il-kumpens), jaġġorna l-iskeda tas-servizzi għall-integrazzjoni tal-iskeda għall-Kroazja u jaġġusta l-akkwist pubbliku biex jiġu integrati entitajiet Kroati.

Ir-rapporteur għal din il-proċedura, is-Sa Inmaculada Rodríguez-Piñero, tixtieq tirrakkomanda li tingħata l-approvazzjoni għall-Protokoll sabiex il-Kroazja tkun tista' ssir parti kontraenti tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.

Madankollu, ir-rapporteur tixtieq tappella għal:

(i)  kondiviżjoni msaħħa tal-informazzjoni mal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA) tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-ftehimiet internazzjonali, inkluż fir-rigward tan-negozjati tal-hekk imsejħa ftehimiet "tekniċi", bħal dawk marbuta mal-adeżjonijiet mal-UE.

(ii)  taqsiriet bil-miktub b'informazzjoni fattwali aċċessibbli (u intiża) għall-pubbliku u l-partijiet interessati mis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni li jispjegaw l-effetti ta' ftehimiet internazzjonali bħal dan, sabiex l-operaturi kollha u s-soċjetà ċivili jkunu jistgħu jifhmu u jibbenefikaw mill-bidliet.

(iii)  użu mrażżan tal-applikazzjoni proviżorja qabel l-approvazzjoni tal-PE, billi skont l-Artikolu 218(5) din l-applikazzjoni proviżorja hija prevista biss "jekk meħtieġ".

(1)

[1]  ĠU L 352, 30.12.2002, p. 3.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Protokoll għall-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja

Referenzi

06750/2017 – C8-0225/2017 – COM(2017)00952017/0042(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

4.7.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

6.7.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández

20.3.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

3.5.2017

11.7.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

30.8.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Tiziana Beghin, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Jude Kirton-Darling, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Nicola Danti, Seán Kelly, Sander Loones, Bolesław G. Piecha, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Arne Lietz

Data tat-tressiq

1.9.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

33

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Marietje Schaake

ECR

Sander Loones, Emma McClarkin, Bolesław G. Piecha, Joachim Starbatty

EFDD

Tiziana Beghin

ENF

Franz Obermayr

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz

PPE

Reimer Böge, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Christofer Fjellner, Seán Kelly, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Tokia Saïfi, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler

S&D

Maria Arena, Nicola Danti, Jude Kirton-Darling, Arne Lietz, David Martin, Emmanuel Maurel, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster

Verts/ALE

Yannick Jadot

0

-

--

--

0

0

--

--

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali