Proċedura : 2017/2109(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0281/2017

Testi mressqa :

A8-0281/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/09/2017 - 9.5

Testi adottati :

P8_TA(2017)0336

RAPPORT     
PDF 690kWORD 53k
5.9.2017
PE 607.951v03-00 A8-0281/2017

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2017 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 li jakkumpanja l-proposta li jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja

(00000/2017 – C8-0000.2017 – 2017/2109(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Jens Geier

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2017 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 li jakkumpanja l-proposta li jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja

(00000/2017 – C8-0000.2017 – 2017/2109(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, kif adottat b'mod definittiv fis-7 ta' Diċembru 2016(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3) (ir-Regolament QFP),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2017, adottat mill-Kummissjoni fis-26 ta' Ġunju 2017 (COM(2017)0541),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2017, adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Settembru 2017 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (11813/2017 – C8-0304/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0281/2017),

A.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2017 jitratta l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) għal ammont ta' EUR 1 196 797 579 fir-rigward tat-terremoti li seħħew fl-Italja bejn Awwissu 2016 u Jannar 2017 fir-reġjuni tal-Abruzzo, il-Lazio, il-Marche u l-Umbria,

B.  billi l-ammont ta' EUR 30 000 000 diġà tħallsu f'dan il-każ ta' FSUE permezz ta' ħlas bil-quddiem mill-Baġit tal-Unjoni għall-2016,

C.  billi dik il-mobilizzazzjoni kienet tirrappreżenta l-akbar mobilizzazzjoni tal-FSUE li qatt saret;

D.  billi l-għan tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2017 huwa li jdaħħal formalment dan l-aġġustament baġitarju korrispondenti tiegħu fil-baġit tal-Unjoni għall-2017,

E.  billi bħala konsegwenza l-Kummissjoni qed tipproponi li temenda l-baġit 2017 u żżid l-Artikolu 13 06 01 "Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija" b'EUR 1 166 797 579 kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn u kemm f'approprjazzjonijiet ta' pagament;

F.  billi, filwaqt li l-ammont totali disponibbli għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE f'dan l-istadju tas-sena hu ta' EUR 293 971 080 inqas mill-ammont propost, il-Kummissjoni tipproponi li tkopri din id-differenza mill-ammont annwali disponibbli fl-2018, bi qbil mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament dwar il-QFP; billi din il-possibbiltà qatt ma ntużat qabel,

G.  billi l-FSUE kif definit fir-Regolament dwar il-QFP huwa strument speċjali u l-approprazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament korrispondenti għandhom ikunu bbaġitjati lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP,

H.  billi l-Kummissjoni qed tipproponi r-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament meħtieġa fi ħdan il-baġit tal-Unjoni għall-2017, u li tirriforni r-riżerva negattiva maħluqa mill-Baġit Emendatorju Nru 1/2017 (EUR 70 402 434) mil-linji baġitarji għall-programmi tal-fondi strutturali għall-2007-2013,

1.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi rilaxxata assistenza finanzjarja mill-FSUE għar-reġjuni milquta minn diżastri naturali; jinnota li l-ħolqien ta' sinerġiji bejn l-istrumenti kollha tal-Unjoni disponibbli huwa tal-ogħla importanza, biex jiġi żgurat li r-riżorsi jintużaw b'mod effikaċi għall-attivitajiet ta' rikostruzzjoni u għall-azzjonijiet l-oħra kollha meħtieġa;

2.  Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2017, kif imressaq mill-Kummissjoni;

3.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2017;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 4/2017 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)

  ĠU L 51, 28.2.2017.

(3)

  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)

  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(5)

  ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

Is-Sur Jean ARTHUIS

President

Kumitat għall-Baġits

Parlament Ewropew

Suġġett:  Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja

Għażiż Sur Arthuis,

Il-Kummissjoni Ewropea għaddiet lill-Parlament Ewropew il-proposta tagħha għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (COM(2017)0540), fuq il-bażi ta' applikazzjoni biex jiġi mobilizzat il-Fond ippreżentata mill-Italja wara serje ta' terremoti li seħħew bejn Awwissu 2016 u Jannar 2017 fir-reġjuni tal-Abruzzo, il-Lazio, il-Marche u l-Umbria.

Il-Kummissjoni tipproponi l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li tagħti stima tal-ħsarat ikkawżati mid-diżastri kif ġej:

Diżastru

Ħsara diretta totali

(f'miljuni ta' EUR)

Il-limitu massimu għal diżastru maġġuri

 

(f'miljuni ta' EUR)

2,5 % tal-ħsara diretta sal-limitu massimu

(f'miljuni ta' EUR)

6 % tal-ħsara diretta 'l fuq mil-limitu massimu(EUR)

 

Ammont totali tal-għajnuna proposta

 

(EUR)

L-ITALJA

21 878,767

3 312,242 

82 806 050

1 113 991 529

1 196 797 579

TOTAL

1 196 797 579

Meta jitqies l-ammont ta' EUR 30 000 000 li kienu diġà tħallsu għal dan il-każ tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) bħala ħlas bil-quddiem mill-baġit tal-2016, il-Kummissjoni tipproponi wkoll Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) Nru 4 għas-sena 2017 (COM(2017)0541 final) biex ikopri l-mobilizzazzjoni tal-FSUE proposta msemmija hawn fuq billi żżid l-artikolu tal-baġit 13 06 01 "Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali maġġuri b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija" b'EUR 1 166 797 579 kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll f'approprjazzjonijiet ta' pagament.

Il-koordinaturi tal-Kumitat ivvalutaw dawn il-proposti u talbuni niktiblek biex ninfurmak li l-maġġoranza tal-membri ta' dan il-Kumitat ma għandha l-ebda oġġezzjoni għal din il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE biex l-ammont imsemmi hawn fuq jiġi allokat kif propost mill-Kummissjoni, u tappoġġja l-korrispondenti ABE Nru 4/2017 kif propost mill-Kummissjoni.

Dejjem tiegħek,

Iskra MIHAYLOVA


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

30.8.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Urmas Paet, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Giovanni La Via, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Fabio Massimo Castaldo


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

35

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez, Urmas Paet,

ECR

Richard Ashworth, Zbigniew Kuźmiuk, Bernd Kölmel,

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

ENF

Marco Zanni,

GUE/NGL

Liadh Ní Riada, Younous Omarjee,

PPE

Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, Giovanni La Via, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský,

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, John Howarth, Vladimír Maňka, Pina Picierno, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Manuel dos Santos,

VERTS/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana,

1

-

ENF

André Elissen,

0

0

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali