Proċedura : 2013/0255(APP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0290/2017

Testi mressqa :

A8-0290/2017

Dibattiti :

PV 04/10/2017 - 17
CRE 04/10/2017 - 17

Votazzjonijiet :

PV 05/10/2017 - 4.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0384

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 621kWORD 56k
29.9.2017
PE 609.373v01-00 A8-0290/2017

dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE")

(09941/2017 – C8-0229/2017 – 2013/0255(APP))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Barbara Matera

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE")

(09941/2017 – C8-0229/2017 – 2013/0255(APP))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (09941/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 86 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0229/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0290/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-protezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kontra l-baġit tal-UE u l-interessi finanzjarji tal-UE attwalment jidħlu fil-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri. L-OLAF, l-Europol u l-Eurojust m'għandhomx il-mandat li jmexxu investigazzjonijiet kriminali u dan il-vojt istituzzjonali se jimtela' mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

It-twaqqif tal-UPPE se jwassal għal bidla sostanzjali fil-mod kif jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-UE se tgħaqqad l-isforzi tal-infurzar tal-liġi fil-livell nazzjonali u Ewropew b'approċċ unifikat, omoġenju u effiċjenti biex tiġi miġġielda l-frodi fil-livell tal-UE. Bħalissa, l-awtoritajiet nazzjonali biss jistgħu jinvestigaw l-frodi fil-livell tal-UE u konsegwentement iwettqu t-tħarrik, iżda l-kompetenzi tagħhom jieqfu mal-fruntieri nazzjonali tagħhom.

Fis-17 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta għal regolament tal-Kunsill biex jitwaqqaf l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) li jiddefinixxi l-kompetenzi u l-proċeduri tiegħu. L-Artikolu 86 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE) jipprevedi l-bażi ġuridika u r-regoli għat-twaqqif tal-UPPE. Skont l-Artikolu 86, ir-regolament propost għandu jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ta' approvazzjoni: il-Kunsill irid jiddeċiedi dan b'mod unanimu wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Fis-7 ta' Frar 2017, il-Kunsill ħa nota tan-nuqqas ta' unanimità favur din il-proposta. L-Artikolu 86 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li f'tali każ grupp ta' mill-inqas disa' Stati Membri jista' jitlob li t-test ikkonċernat jitressaq quddiem il-Kunsill Ewropew, bħala tentattiv finali biex jiġi żgurat kunsens. Ir-rapporteur jiddispjaċiha li 20 Stat Membru biss jipparteċipaw, sal-lum, fil-kooperazzjoni msaħħa, u tinkoraġġixxi lill-Istati Membri mhux parteċipanti jingħaqdu wkoll fil-futur.

Fit-8 ta' Ġunju, l-Istati Membri parteċipanti fil-kooperazzjoni msaħħa adottaw approċċ ġenerali fuq il-proposta.

Il-PE adotta 3 rapporti interim (2014, 2015 u 2016) relatati mal-UPPE fejn qajjem numru ta' punti ta' tħassib f'dak li għandu x'jaqsam mal-kompetenzi tal-UPPE, id-Direttiva PIF u l-frodi tal-VAT, l-istruttura, l-investigazzjonijiet, id-drittijiet proċedurali, l-istħarriġ ġudizzjarju u r-relazzjonijiet ma' aġenziji rilevanti oħra tal-UE.

•  L-istruttura tal-UPPE 

L-UPPE se jkun korp tal-Unjoni bi struttura deċentralizzata bl-għan li jintegra l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi. Prosekutur Pubbliku Ewropew se jmexxi l-UPPE u kull membru parteċipanti se jiġi rrappreżentat minn prosekutur. Skont ir-Regolament, l-investigazzjonijiet se jitwettqu minn Prosekuturi Delegati Ewropej (EDP) li jkunu jinsabu f'kull Stat Membru. In-numru ta' EDP għall-Istati Membri se jiġi deċiż fuq livell nazzjonali, iżda kull Stat għandu jkollu mill-inqas wieħed. Il-Prosekuturi Delegati se jkunu parti integrali mill-UPPE iżda jkomplu wkoll jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom bħala prosekuturi nazzjonali. Meta jaġixxu f'isem l-UPPE, huma għandhom ikunu indipendenti għalkollox mill-korpi tal-prosekuzzjoni nazzjonali.

•  Il-kompetenzi

L-UPPE se jkun responsabbli għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u t-tressiq quddiem il-qorti tal-awturi ta' reati li jmorru kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-funzjonijiet ta' prosekutur se jitwettqu fi ħdan il-qrati kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward ta' dawn ir-reati.

L-għadd ta' kompetenzi u proċedimenti għall-UPPE jinkludu d-direttiva proposta dwar il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tad-dritt kriminali ("id-Direttiva PIF"). F'Diċembru 2016, il-PE u l-Kunsill laħqu ftehim proviżorju dwar il-proposta PIF. Huma qablu li jinkludu każijiet serji ta' frodi transfruntiera tal-VAT fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, u stabbilew il-limitu ta' valur għal EUR 10 miljun.

Ir-rapporteur tilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-kriterju ta' "dannu" ttaffa sew permezz tal-eċċezzjonijiet introdotti u m'għadux aktar applikabbli għall-Artikolu 3(a), (b) u (d) tad-Direttiva PIF (nefqa mhux relatata mal-akkwist; nefqa relatata mal-akkwist u dħul li ġej minn riżorsi proprji tal-VAT). Ġiet introdotta l-possibbiltà li jiġu trasferiti każijiet mill-awtoritajiet nazzjonali għall-UPPE, li fuqhom l-UPPE kieku ma kienx ikun kapaċi jeżerċita kompetenza.

Ir-Regolament UPPE jwessa' l-ambitu tal-obbligi ta' rapportar mill-awtoritajiet nazzjonali u jagħti l-UPPE aktar possibbiltajiet biex jitlob informazzjoni addizzjonali. Id-dimensjoni transfruntiera ta' delitti serji li jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-UPPE tista', fil-futur, tiġi estiża.

•  L-istħarriġ ġudizzjarju

Ir-Regolament tal-UPPE jiżgura sistema komprensiva ta' stħarriġ ġudizzjarju mill-qrati nazzjonali u jippermetti possibbiltajiet ta' stħarriġ dirett mill-Qorti tal-Ġustizzja (deċiżjoni tal-UPPE li jwarrab każ safejn tali deċiżjonijiet ikunu kkontestati abbażi tal-liġi tal-UE, tilwim relatat ma' kumpens għal ħsarat ikkawżati mill-UPPE, tilwim dwar klawsoli ta' arbitraġġ, kwistjonijiet relatati mal-persunal u deċiżjonijiet li jaffettwaw id-drittijiet ta' data tas-suġġetti bħad-dritt ta' aċċess pubbliku għal dokumenti).

  Il-miżuri investigattivi

L-UPPE se jkollu miżuri investigattivi suffiċjenti biex iwettaq l-investigazzjonijiet tiegħu. L-Artikolu 30 tar-Regolament jipprevedi lista ta' miżuri fejn ir-reat suġġett għall-investigazzjoni huwa punibbli b'piena massima ta' mill-inqas erba' snin ħabs. F'dan ir-rigward, il-koleġiżlaturi qablu dwar kriterji biex l-Istati Membri jitolbu miżuri investigattivi bbażati fuq il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku stipulat fid-Direttiva 2014/41/UE rigward l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea fi kwistjonijiet kriminali;

•  Is-salvagwardji proċedurali  

Il-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati u akkużati hija garantita f'konformità sħiħa mad-drittijiet tal-persuni suspettati u akkużati kif minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Ir-regolament jipprevedi drittijiet ta' difiża għall-persuni ssuspettati mill-UPPE, b'mod partikolari d-dritt għal għajnuna legali, id-dritt ta' interpretazzjoni u traduzzjoni, id-dritt għal informazzjoni u aċċess għall-materjal marbut mal-kawża, u d-dritt li jippreżentaw evidenza, u li jitolbu lill-UPPE jiġbor l-evidenza f'isem il-persuna ssuspettata;

•  L-Eurojust, l-OLAF u l-Europol

Bħala għodda meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tiegħu, l-UPPE jista' jistabbilixxi u jżomm relazzjonijiet ta' kooperazzjoni ma' aġenziji tal-Unjoni eżistenti, uffiċċji jew korpi bħalma huma l-Eurojust, l-OLAF u l-Europol.

Jeħtieġ li l-kompetenzi tal-UPPE u l-Eurojust, b'mod partikolari, ikunu definiti b'mod ċar sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt. Bl-għan li tiġi evitata ripetizzjoni dannuża u l-kompetenzi sovrapposti bejn iż-żewġ uffiċċji, il-kompetenzi għandhom ikunu ċari u definiti. Fuq bażi ta' każ b'każ, abbażi ta' kriterji preċiżi, iż-żewġ uffiċċji jistgħu jaħdmu mill-qrib filwaqt li jiskambjaw informazzjoni dwar l-investigazzjonijiet tagħhom.

Fir-relazzjonijiet tiegħu mal-OLAF, l-UPPE għandu jistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib b'mod partikolari fuq l-iskambju ta' informazzjoni. Id-dispożizzjonijiet fir-regolament jipprevedu l-evitar ta' investigazzjonijiet paralleli għall-istess fatti. L-UPPE jista' jitlob lill-OLAF jipprovdi informazzjoni, jiffaċilita l-koordinazzjoni u jmexxi investigazzjonijiet amministrattivi.

Ir-relazzjoni bejn l-UPPE u l-Europol se tkun ibbażata fuq kooperazzjoni stretta u l-UPPE, meta jkun meħtieġ għall-iskop tal-investigazzjonijiet tiegħu, għandu jkun kapaċi jikseb kwalunkwe informazzjoni rilevanti miżmuma mill-Europol.

•  Il-pajjiżi mhux parteċipanti

Ir-rapporteur tilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill li tinkludi fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 59a, rigward ir-relazzjonijiet bejn l-UPPE u l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fil-kooperazzjoni msaħħa, it-talba biex dawn jinformaw l-UPPE bħala awtorità kompetenti għall-finijiet tar-rispett tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali.

•  Konklużjonijiet

Minkejja li r-rapporteur xtaqet regolament aktar ambizzjuż, hija tqis li t-tħassib tal-PE ġie fil-parti l-kbira tiegħu indirizzat fit-test kif inhu bħalissa.

Ir-rapporteur jiddispjaċiha li mhux l-Istati Membri kollha tal-UE qed jipparteċipaw fit-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, iżda tilqa' l-fatt li 20 minnhom ftehmu fuq approċċ ġenerali li jinkludi b'mod partikolari reati PIF u partikolarment reati serji ta' frodi tal-VAT. Ir-rapporteur tinkoraġġixxi lill-Istati Membri mhux parteċipanti jieħdu sehem fil-kooperazzjoni msaħħa fil-futur.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Referenzi

09941/2017 – C8-0229/2017 – COM(2013)05342013/0255(APP)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

17.7.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

11.9.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

11.9.2017

CONT

11.9.2017

JURI

11.9.2017

PETI

11.9.2017

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

27.9.2017

CONT

27.9.2017

JURI

27.9.2017

PETI

27.9.2017

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Barbara Matera

10.11.2015

 

 

 

Rapporteurs preċedenti

Monica Macovei

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.11.2016

25.9.2017

28.9.2017

 

Data tal-adozzjoni

28.9.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

5

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Lorenzo Fontana, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Louis Michel, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Anna Hedh, Lívia Járóka, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jean Lambert, Gilles Lebreton, Angelika Mlinar, Emil Radev, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Jaromír Štětina

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Maurice Ponga, Cristian Dan Preda

Data tat-tressiq

29.9.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

40

+

PPE

Heinz K. Becker, Michał Boni, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Lívia Járóka, Barbara Kudrycka, Roberta Metsola, Maurice Ponga, Cristian Dan Preda, Emil Radev, Traian Ungureanu, Jaromír Štětina

S&D

Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Cécile Kashetu Kyenge, Dietmar Köster, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Soraya Post, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

ECR

Monica Macovei

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Louis Michel, Angelika Mlinar, Cecilia Wikström

Verts/ALE

Jan Philipp Albrecht, Jean Lambert, Judith Sargentini

EFDD

Laura Ferrara

5

-

ENF

Lorenzo Fontana, Gilles Lebreton

GUE/NGL

Marina Albiol Guzmán, Malin Björk, Cornelia Ernst

2

0

ECR

Helga Stevens

GUE/NGL

Marie-Christine Vergiat

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali