Proċedura : 2017/2011(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0294/2017

Testi mressqa :

A8-0294/2017

Dibattiti :

PV 24/10/2017 - 18
CRE 24/10/2017 - 18

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2017 - 7.7
CRE 25/10/2017 - 7.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0413

RAPPORT     
PDF 917kWORD 88k
11.10.2017
PE 606.242v03-00 A8-0294/2017

dwar aspetti tad-drittijiet fundamentali fl-integrazzjoni tar-Rom fl-UE: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu

(2017/2038(INI))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Soraya Post

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar aspetti tad-drittijiet fundamentali fl-integrazzjoni tar-Rom fl-UE: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu

(2017/2038(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-preambolu tat-TUE, b'mod partikolari t-tieni inċiż u mir-raba' sas-seba' inċiż tiegħu,

–  wara li kkunsidra, fost l-oħrajn, l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(3), it-tieni inċiż, u l-Artikolu 6 tat-TUE,

  wara li kkunsidra, fost l-oħrajn, l-Artikolu 10 u l-Artikolu 19(1) tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta' Diċembru 2000 (minn hawn 'il quddiem "il-Karta"), li ġiet ipproklamata fit-12 ta' Diċembru 2007 fi Strasburgu u daħlet fis-seħħ mat-Trattat ta' Lisbona f'Diċembru 2009,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-1948,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, adottata fi New York fl-20 ta' Novembru 1989, u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni A/70/L.1 adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-25 ta' Settembru 2015, bit-titolu "Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli",

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni A/RES/60/7 adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-1 ta' Novembru 2005, dwar it-Tifkira tal-Olokawst,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iż-żieda fl-anti-Żingariżmu u l-vjolenza razzista kontra r-Rom fl-Ewropa, adottata fl-1 ta' Frar 2012,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni ta' Politika Ġenerali Nru 13 tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza (ECRI) dwar il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni kontra r-Rom,

–  wara li kkunsidra l-Karta tal-partiti politiċi Ewropej għal soċjetà nonrazzista, adottata mill-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa fit-32 Sessjoni tiegħu f'Marzu 2017,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1985 (2014) dwar is-sitwazzjoni u d-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali fl-Ewropa u r-Riżoluzzjoni 2153 (2017) dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni tar-Rom u tal-vjaġġaturi, tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali Thorbjorn Jagland tal-11 ta' April 2017 dwar l-10 objettivi għall-10 snin li ġejjin,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-ILO dwar id-Diskriminazzjoni fir-Rigward tal-Impjiegi u x-Xogħol, 1958 (Nru 111),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri effettivi ta' integrazzjoni tar-Rom fl-Istati Membri, il-konklużjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2016 dwar l-aċċelerazzjoni tal-proċess ta' integrazzjoni tar-Rom u tat-13 ta' Ottubru 2016 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 14/2016,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Ġunju 2011 dwar il-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-integrazzjoni tar-Rom (COM(2010)0133, COM(2012)0226, COM(2013)0454, COM(2015)0299, COM(2016)0424), inkluża l-Komunikazzjoni dwar "Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom fl-2020" (COM(2011)0173),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ottubru 2016 dwar "Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: tliet snin wara" (COM(2016)0646),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 dwar "L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-Rom(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2015 fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tar-Rom – l-anti-Żingariżmu fl-Ewropa u r-rikonoxximent, min-naħa tal-UE, tal-jum ta' tifkira tal-ġenoċidju tar-Rom matul it-Tieni Gwerra Dinjija(6),

  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2015(7), b'mod partikolari l-paragrafi 117-122 dwar id-drittijiet tar-Rom,

–  wara li kkunsidra r-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-2016 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali,

–  wara li kkunsidra l-istħarriġ EU-MIDIS I u II tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali u stħarriġ u rapporti oħra dwar ir-Rom,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 14/2016 tal-Qorti tal-Awdituri dwar inizjattivi ta' politika u appoġġ finanzjarju tal-UE għall-integrazzjoni tar-Rom: sar progress sinifikanti fl-aħħar għaxar snin, iżda sforzi addizzjonali huma meħtieġa fil-prattika,

–  wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Ewrobarometru "Id-Diskriminazzjoni fl-UE fl-2015",

–  wara li kkunsidra r-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u, fost affarijiet oħra, il-pjan ta' azzjoni tagħha dwar it-titjib tas-sitwazzjoni tar-Rom u tas-Sinti fiż-żona tal-OSKE,

–  wara li kkunsidra r-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' sorveljanza u tas-soċjetà ċivili, primarjament dawk taċ-Ċentru Ewropew għad-Drittijiet tar-Rom, Fundación Secretariado Gitano, OSF, ERGO u Amnesty International,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' referenza dwar l-anti-Żingariżmu tal-Alleanza Kontra l-Anti-Żingariżmu (Alliance against Anti-Gypsyism),

–  wara li kkunsidra r-rapport taċ-Ċentru għall-Istudji Politiċi Ewropej dwar "Combating Institutional Anti-Gypsyism: Responses and promising practices in the EU and selected Member States" (Il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu istituzzjonali: tweġibiet u prattiki promettenti fl-UE u fi Stati Membri magħżula),

  wara li kkunsidra l-Istitut Ewropew għall-Arti u l-Kultura Rom (ERIAC) li għadu kif twaqqaf f'Berlin u li għandu l-għan li jistabbilixxi l-preżenza artistika u kulturali tat-12-il miljun persuna Rom fl-Ewropa, jippermetti l-awto-espressjoni tagħhom u, permezz ta' dan, jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0294/2017),

A.  billi r-Rom għadhom qed jiġu mċaħħda mid-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa;

B.  billi r-Rom huma parti mill-kultura u l-valuri tal-Ewropa u kkontribwew għar-rikezza kulturali, id-diversità, l-ekonomija u l-istorja komuni tal-UE,

C.  billi "l-anti-Żingariżmu huwa forma speċifika ta' razziżmu, ideoloġija bbażata fuq is-superjorità razzjali, forma ta' diżumanizzazzjoni u razziżmu istituzzjonali li jieħdu s-saħħa tagħhom minn diskriminazzjoni storika, li hija espressa, fost l-oħrajn, permezz tal-vjolenza, id-diskors ta' mibegħda, l-isfruttament, l-istigmatizzazzjoni u l-aktar forma sfaċċata ta' diskriminazzjoni"(8);

D.  billi, minkejja l-isforzi fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali, l-anti-Żingariżmu persistenti u strutturali(9) jista' jiġi osservat ta' kuljum fil-livelli kollha tas-soċjetà Ewropea madwar l-Ewropa kollha, u jimmanifesta ruħu, pereżempju, f'abbandun individwali u istituzzjonali, diskriminazzjoni, inugwaljanza, tnaqqis ta' awtonomija, denigrazzjoni, aljenazzjoni u tfigħ inġust tal-ħtija, stigmatizzazzjoni, diskors ta' mibegħda, u f'li r-Rom jisfaw vittmi ta' vjolenza, faqar estrem u esklużjoni soċjali profonda; billi l-anti-Żingariżmu qed jiżdied u l-partiti politiċi jiggwadanjaw fil-popolarità billi jesprimu sentimenti li huma sfaċċatament kontra r-Rom;

E.  billi jistgħu jiġu identifikati forom differenti ta' anti-Żingariżmu fil-ħidma u fil-funzjonament tal-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet pubbliċi kważi fl-isferi u fil-livelli kollha fl-Istati Membri, u dan jimmanifesta ruħu l-aktar ta' spiss fin-nuqqas li r-Rom jingħataw aċċess indaqs jew kwalunkwe aċċess għall-utilitajiet u s-servizzi pubbliċi, iċ-ċaħda ta' drittijiet u trattament indaqs, l-ommissjoni tal-persuni Rom mit-tfassil ta' politika u l-proċessi ta' produzzjoni tal-għarfien, is-sottorappreżentanza tagħhom f'korpi uffiċjali fil-livelli kollha tas-soċjetà, il-ħolqien ta' programmi diskriminatorji u l-użu ħażin tal-opportunitajiet ta' finanzjament għat-titjib tal-ħajjiet tar-Rom;

F.  billi jista' saħansitra jiġi osservat anti-Żingariżmu involontarju fil-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-UE, peress li bosta programmi u fondi tal-UE li jista' jkollhom impatt pożittiv fuq il-kundizzjonijiet ta' għajxien u l-prospetti tal-ħajja tar-Rom ma jaslulhomx jew simbolikament jiddeżinjaw lir-Rom bħala wieħed mill-benefiċjarji tagħhom iżda ma jikkunsidrawx ir-realtajiet tagħhom u d-diskriminazzjoni li jiffaċċjaw;

G.  billi l-anti-Żingariżmu, minkejja li jista' ma jkunx konxju, jista' jintwera fl-acquis tal-UE, li sikwit jonqos milli jqis ir-realtajiet u l-isfidi tar-Rom, li, minħabba d-diskriminazzjoni li ġew sottomessi għaliha għal sekli sħaħ, ma jistgħux igawdu l-istess drittijiet u opportunitajiet, u l-istess livell ta' protezzjoni mogħti mill-acquis tal-UE liċ-ċittadini l-oħra tal-UE;

H.  billi hemm trattament paternalistiku persistenti fil-konfront tar-Rom, perċettibbli kemm fil-lingwa kif ukoll fl-azzjonijiet fis-soċjetà tagħna, li jenfasizza biss il-ħtieġa għall-"inklużjoni" jew l-"integrazzjoni" tar-Rom, meta, fil-fatt, hemm bżonn bidla fundamentali fl-approċċ; billi jeħtieġ jiġi żgurat l-aċċess tagħhom għad-drittijiet fundamentali u ċ-ċittadinanza, kif ukoll it-tgawdija sħiħa tagħhom;

I.  billi kontinwament issir referenza għar-Rom bħala poplu vulnerabbli, meta, fir-realtà, il-fatt li r-Rom jiġu mċaħħda mid-drittijiet tal-bniedem inaljenabbli tagħhom u mit-trattament u l-aċċess indaqs għall-assistenza soċjali, is-servizzi, l-informazzjoni, il-ġustizzja, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-impjieg, eċċ, jissuġġerixxi li huma l-istrutturi stabbiliti u mantnuti minn dawk fil-poter li huma diskriminatorji, u li jirrendu lir-Rom vulnerabbli; billi dan juri li l-awtoritajiet rilevanti injoraw ir-responsabbiltajiet tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem;

L-appartenenza u l-parteċipazzjoni

1.  Jenfasizza li sabiex jiġi miġġieled il-kunsens soċjetali subkonxju li jwassal għall-esklużjoni tar-Rom, jiġu miġġielda d-diskriminazzjoni u l-esklużjoni soċjali tagħhom, u jinqerdu l-istereotipi maħluqa u msaħħa permezz tal-letteratura popolari, il-midja, l-arti u l-lingwa matul is-sekli, huwa essenzjali li s-soċjetajiet inġenerali jiġu edukati dwar id-diversità tar-Rom, l-istorja u l-kultura tagħhom, u l-firxa u s-severità tal-anti-Żingariżmu li jiffaċċjaw fil-ħajja ta' kuljum; jistieden lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, jassumu responsabbiltà sħiħa għaċ-ċittadini Rom tagħhom u jniedu kampanji ta' sensibilizzazzjoni u sensitizzazzjoni intersezzjonali fit-tul;

2.  Iqis li l-parteċipazzjoni soċjali, ekonomika, politika u kulturali attiva u sinifikanti tar-Rom hija fundamentali fl-indirizzar effettiv tal-anti-Żingariżmu u fil-ħolqien tal-fiduċja reċiproka meħtieġa ħafna għall-benefiċċju tas-soċjetà kollha; jinnota r-responsabbiltà konġunta tal-Kummissjoni u l-Istati Membri f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għaldaqstant, ifasslu strateġiji li jinkludu miżuri kemm proattivi kif ukoll reattivi abbażi ta' konsultazzjonijiet reali u sistematiċi ma' rappreżentanti tar-Rom u NGOs, u jinvolvuhom fit-tmexxija, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' programmi u proġetti integrati mnedija fil-livelli kollha, inkluż fil-livell lokali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-ħolqien ta' organizzazzjonijiet ċivili u istituzzjonijiet pubbliċi Rom indipendenti u l-awtonomizzazzjoni ta' tmexxija Rom żagħżugħa u progressiva;

Ir-rikonċiljazzjoni u l-bini tal-fiduċja

3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, bil-ħsieb li tinħoloq il-fiduċja reċiproka essenzjali, twaqqaf kummissjoni għall-verità u r-rikonċiljazzjoni fil-livell tal-UE (fi ħdan strutturi eżistenti jew bħala korp separat) li tirrikonoxxi l-persekuzzjoni, l-esklużjoni u l-abbandun tar-Rom tul is-sekli, tiddokumentahom f'White Paper uffiċjali u tikkollabora mal-Parlament Ewropew u ma' esperti Rom fit-twettiq ta' dawn il-kompiti;

4.  Jistieden lill-Istati Membri joħolqu (fi ħdan l-istrutturi eżistenti jew bħala korp separat) kummissjonijiet għall-verità u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali li jirrikonoxxu l-persekuzzjoni, l-esklużjoni u l-abbandun tar-Rom tul is-sekli waqt li jinvolvu membri parlamentari, uffiċjali tal-gvern, avukati, rappreżentanti tar-Rom, NGOs u organizzazzjonijiet lokali u jiddokumentaw dawn il-kwistjonijiet f'White Paper uffiċjali, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jinkludu l-istorja tar-Rom fil-kurrikuli fl-iskejjel;

5.  Jistieden lill-Istati Membri jikkommemoraw il-vittmi tal-Olokawst tar-Rom, jiddedikaw it-2 ta' Awwissu bħala Jum ta' Tifkira tal-Olokawst tar-Rom u jagħtu restituzzjoni xierqa u immedjata lis-superstiti tal-Olokawst permezz ta' proċedura simplifikata, akkumpanjata minn kampanja ta' sensibilizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu lill-vittmi Rom fil-kommemorazzjonijiet tagħhom fis-27 ta' Jannar ta' kull sena biex jitfakkar il-Jum ta' Tifkira tal-Olokawst u jorganizzaw korsijiet ta' taħriġ volontarju għall-ħaddiema taċ-ċivil dwar l-Olokawst tar-Rom;

It-twettiq ta' kontrolli tal-prestazzjoni

6.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li, waqt li fl-Istati Membri qed jiġu implimentati diversi programmi mmirati, il-biċċa l-kbira tal-programmi prinċipali, fosthom dawk koperti mill-Fondi Strutturali, jonqsu milli jilħqu lil dawk l-aktar żvantaġġati, b'mod partikolari r-Rom; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri, għalhekk, tivverifika l-prestazzjoni tal-programmi tal-UE, bħalma huma l-programmi tal-edukazzjoni u tal-impjiegi, pereżempju Erasmus+ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI), b'mod aktar dettaljat u fuq bażi regolari;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni:

–  tivvaluta l-programmi u l-opportunitajiet ta' finanzjament tal-UE biex tiddetermina jekk jissodisfawx ir-rekwiżit ta' nondiskriminazzjoni u parteċipazzjoni u, fejn meħtieġ, tieħu miżuri korrettivi mingħajr dewmien,

–  tapplika skema ta' monitoraġġ u kontabbiltà finanzjarja robusta, fit-tul u ffukata fuq il-kwalità biex tivverifika l-prestazzjoni tal-Istati Membri fl-użu tal-programmi tal-UE,

–  tinvolvi b'mod attiv lid-destinatarji tal-proġetti Rom fil-proċess ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tagħhom b'mod effettiv u trasparenti,

–  tiżgura li l-mekkaniżmu tal-ilmenti eżistenti jkun aktar aċċessibbli u trasparenti għar-residenti, l-NGOs u l-awtoritajiet biex tippermettilhom li jirrapportaw fondi u programmi tal-UE diskriminatorji;

–  tissospendi l-finanzjament f'każijiet ta' użu ħażin tal-fondi tal-UE,

–  tirriforma l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) sabiex jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu b'mod aktar proattiv, u

–  testendi l-programmi ta' finanzjament "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" u "Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza" bir-rikonoxximent tar-rwol importanti tal-organizzazzjonijiet ta' sorveljanza tas-soċjetà ċivili u ta' partijiet ikkonċernati oħra fil-monitoraġġ tal-anti-Żingariżmu u tiżgura r-rispett tad-drittijiet fundamentali;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri:

–  jiżguraw li l-interventi rilevanti ffinanzjati mill-UE u li jista' jkollhom implikazzjonijiet għall-komunità Rom ikunu inklużivi u jiġġieldu s-segregazzjoni,

–  jiżguraw li prattiki ta' segregazzjoni jkunu deskritti b'mod ċar u eklużi espliċitament mill-finanzjament;

–  itejbu l-opportunitajiet ta' finanzjament sabiex jiġi żgurat li l-opportunitajiet ta' edukazzjoni u impjieg maħluqa jipprovdu soluzzjoni reali u sostenibbli għall-qgħad fit-tul, li hu neċessarju għal għajxien dinjituż;

–  jiżguraw li r-riżorsi disponibbli kollha jintużaw b'mod effikaċi, u

–  iżidu r-rata ta' assorbiment tal-fondi tal-UE f'konformità mal-prijoritajiet stabbiliti fl-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom;

9.  Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-koordinazzjoni fost l-awtoritajiet lokali u nazzjonali biex jeliminaw l-ostakli amministrattivi u politiċi u jużaw il-fondi tal-UE b'mod effikaċi sabiex itejbu s-sitwazzjoni tal-persuni Rom, b'mod partikolari t-tfal;

10.  Ifakkar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2013 li ssostni li l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar u d-diskriminazzjoni, inkluża, fost l-oħrajn, l-integrazzjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet emarġinati bħar-Rom, għandha tiġi ffaċilitata bl-allokazzjoni ta' mill-inqas 20 % tar-riżorsi totali tal-FSE f'kull Stat Membru għall-investiment fin-nies;

L-iżgurat ta' drittijiet indaqs u l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu permezz tat-taħriġ

11.  Ifakkar li d-drittijiet tal-minoranzi u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni jiffurmaw parti integrali mid-drittijiet fundamentali, u li bħala tali jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-valuri tal-UE li għandhom jiġu rispettati f'konformità mal-Artikolu 2 tat-TUE; ifakkar li l-UE tista' tieħu azzjoni jekk ikun hemm riskju ċar ta' ksur serju ta' dawk il-valuri min-naħa ta' Stat Membru, f'konformità mal-Artikolu 7 tat-TUE; jappoġġja l-adozzjoni ta' mekkaniżmu ta' monitoraġġ u sanzjonar b'saħħtu sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-istandards tad-drittijiet fundamentali, li jkun ta' benefiċċju kbir għar-Rom billi jiġu miġġielda b'mod sinifikanti l-manifestazzjonijiet ta' anti-Żingariżmu u l-ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom;

12.  Jistieden lill-Istati Membri, abbażi tar-rapporti allarmanti tal-NGOs u tal-organizzazzjonijiet ta' sorveljanza:

–  jimplimentaw u jinfurzaw id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 sabiex jiġu evitati u eliminati l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontra r-Rom, u jiżguraw li r-regolamenti amministrattivi lokali ma jkunux diskriminatorji u ma jirriżultawx fi prattiki ta' segregazzjoni;

–  jimplimentaw u jinfurzaw id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 peress li din tipprovdi l-mezzi biex il-ġlieda kontra r-retorika anti-Żingarista u l-vjolenza konta r-Rom tirnexxi;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni tgħin lill-Istati Membri fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-direttivi dwar it-trattament indaqs u tkompli tiftaħ proċedimenti ta' ksur kontra l-Istati Membri kollha, mingħajr eċċezzjoni, li jiksru, jew li jonqsu milli jittrasponu jew jimplimentaw direttivi dwar it-trattament indaqs, bħad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali (2000/43/KE)(10), id-Direttiva dwar il-Moviment Liberu u r-Residenza (2004/38/KE)(11), id-Direttiva għad-Drittijiet tal-Vittmi (2012/29/UE)(12), id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill (2008/913/ĠAI) dwar ir-razziżmu u l-ksenofobija(13), id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva(2010/13/EU)(14), kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill dwar it-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa (2004/113/KE)(15) u dik dwar it-trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol (2000/78/KE)(16);

14.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill itemmu l-imblokk u jerġgħu jibdew in-negozjati dwar id-Direttiva kontra d-Diskriminazzjoni;

15.  Jikkundanna l-fatt li ċerti Stati Membri jiċħdu l-inugwaljanza taċ-ċittadini Rom tagħhom, in-nuqqas ta' rieda politika tagħhom li jirrimedjaw in-nuqqas li jiżguraw l-aċċess tal-poplu Rom għad-drittijiet fundamentali u għat-tgawdija tagħhom, u l-fatt li jitfgħu l-ħtija fuqhom għall-esklużjoni soċjali tagħhom ikkawżata mir-razziżmu strutturali;

16.  Jistieden lill-Istati Membri:

–  jikkundannaw b'mod ċar u jissanzjonaw iċ-ċaħda tal-Olokawst tar-Rom, id-diskors ta' mibegħda u t-tfigħ inġust tal-ħtija – min-naħa tal-politiċi u l-uffiċjali pubbliċi fil-livelli kollha u fit-tipi ta' midja kollha – peress li dawn isaħħu direttament l-anti-Żingariżmu fis-soċjetà,

–  jieħdu miżuri ulterjuri biex jimpedixxu, jikkundannaw u jikkumbattu d-diskors ta' mibegħda kontra r-Rom, anke permezz tad-djalogu kulturali,

17.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw il-ħidma tagħhom mal-NGOs biex jipprovdu l-aħjar taħriġ dwar kif jiġi miġġieled il-preġudizzju, kif ukoll dwar kampanji effikaċi ta' ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda permezz tal-immappjar tal-ħtiġijiet speċifiċi u t-talbiet tal-NGOs sħab f'dan ir-riġward; jistieden lill-Kummissjoni tniedi appell għall-monitoraġġ u r-rappurtar min-naħa tas-soċjetà ċivili fir-rigward tad-diskors ta' mibegħda, ir-reati ta' mibegħda u ċ-ċaħda tal-Olokawst fl-Istati Membri;

18.  Jistieden lill-President tiegħu jikkundanna u jissanzjona lill-Membri tal-PE li jużaw lingwaġġ diffamatorju, razzist jew ksenofobiku jew imġiba bħal din fil-Parlament;

19.  Jiddeplora l-ksur tad-dritt tar-Rom għall-moviment liberu; jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu li l-prinċipji fundamentali tal-UE jridu japplikaw għaċ-ċittadini kollha tagħha, u li d-Direttiva dwar il-Moviment Liberu ma tippermettix tkeċċijiet kollettivi u kwalunkwe tip ta' tfassil ta' profili razzjali; jistieden lill-Istati Membri tal-oriġini jieħdu r-responsabbiltà tagħhom biex jiġġieldu l-faqar u l-esklużjoni taċ-ċittadini kollha tagħhom u jistieden ukoll lill-Istati Membri tal-wasla jżidu l-kooperazzjoni transfruntiera biex jiġġieldu d-diskriminazzjoni u l-isfruttament u jimpedixxu li l-esklużjoni tkompli fil-pajjiż tal-wasla;

20.  Jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw il-preġudizzju kontra r-rifuġjati u l-applikanti għal asil li jkunu Rom fil-kuntest tal-migrazzjoni; ifakkar li l-Istati Membri jirċievu applikanti għal asil mill-pajjiżi Balkani tal-Punent li, f'termini numeriċi, jikkonsistu f'ħafna Rom mis-Serbja u mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u li dan jista' jkun korrelatat mal-fatturi partikolari li jaffettwaw il-komunità Rom hemmhekk; jitlob l-inklużjoni ta' kapitolu speċifiku dwar il-persekuzzjoni minħabba l-anti-Żingariżmu fl-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini fir-rigward tal-pajjiżi kkonċernati;

21.  Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar l-għadd ta' persuni Rom apolidi fl-Ewropa, li jirriżulta fiċ-ċaħda totali tal-aċċess tagħhom għas-servizzi soċjali, edukattivi u ta' kura tas-saħħa u b'hekk jiġu mbuttati sal-marġni tas-soċjetà; jistieden lill-Istati Membri jtemmu l-apolidija u jiżguraw it-tgawdija tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem għal kulħadd;

22.  Jistieden lill-Istati Membri jwettqu r-reġistrazzjoni tat-twelid mingħajr diskriminazzjoni u jiżguraw l-identifikazzjoni taċ-ċittadini kollha tagħhom sabiex jiġi evitat li l-persuni Rom jiġu mċaħħda mill-aċċess għas-servizzi bażiċi essenzjali kollha; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri korrettivi immedjati biex tintemm ir-reġistrazzjoni diskriminatorja tat-twelid u, permezz tal-awtoritajiet lokali tagħhom, jieħdu passi attivi f'dan ir-rigward sabiex jiġi żgurat li kull tifel u tifla jiġu reġistrati; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u twettaq monitoraġġ tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri, tikkondividi l-aħjar prattiki dwar l-identifikazzjoni u l-protezzjoni ta' persuni li ċ-ċittadinanza tagħhom ma tkunx ġiet rikonoxxuta u li m'għandhomx aċċess għal dokumenti ta' identità, u tniedi kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar l-importanza tar-reġistrazzjoni tat-twelid;

23.  Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar l-inugwaljanzi fl-aċċess tar-Rom għall-informazzjoni, is-servizzi u l-kura tas-saħħa, kif ukoll in-nuqqas serju ta' karti tal-assigurazzjoni tas-saħħa fost ir-Rom u l-abbuż razzjali li jġarrbu; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri effettivi biex ineħħu kwalunkwe ostaklu għall-aċċess għas-sistema tal-kura tas-saħħa; jitlob lill-Istati Membri jiżguraw, fejn meħtieġ, finanzjament għall-programmi ta' medjatur tal-kura tas-saħħa għar-Rom, iżidu s-sensibilizzazzjoni għall-kura tas-saħħa u jtejbu l-aċċess għat-tilqim u l-kura tas-saħħa preventiva fil-komunitajiet Rom;

24.  Jinsab allarmat mid-diskriminazzjoni tan-nisa Rom, li sikwit jitqiegħdu fi swali tal-maternità segregati u ta' standard baxx, u jiffaċċjaw abbuż fiżiku, traskuraġni, maltrattament jew trattament inadegwat min-naħa tal-persunal mediku meta jippruvaw jagħmlu użu minn servizzi tas-saħħa sesswali jew riproduttiva, u li sikwit ma jkollhomx aċċess għal skrinjar tas-saħħa mobbli; iħeġġeġ lill-Istati Membri joħolqu mekkaniżmu korrettiv u ta' monitoraġġ għal dan l-għan immedjatament, u jiżguraw li l-persunal mediku li jikser l-etika jinżamm responsabbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-isforzi biex irawmu bini ta' kapaċità sostenibbli u komprensiv fost in-nisa Rom, joħolqu strutturi speċjalizzati bħal punti tal-ikklerjar sabiex jipprovdu materjal ta' informazzjoni dwar is-saħħa mfassal apposta, u jipprovdu l-appoġġ meħtieġ għall-inizjattivi għas-saħħa tal-komunità;

25.  Jistieden lill-Istati Membri jagħtu prijorità lit-tfal waqt l-implimentazzjoni tal-qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali dwar ir-Rom, b'mod partikolari billi jipprovdu aċċess għas-servizzi tas-saħħa, kundizzjonijiet ta' għajxien dinjitużi u aċċess għall-edukazzjoni għat-tfal Rom; jenfasizza li l-ġlieda kontra l-illitteriżmu fost it-tfal Rom hija fundamentali għat-titjib fl-integrazzjoni u l-inklużjoni tal-persuni Rom, u dan jippermetti li l-ġenerazzjonijiet li jmiss itejbu l-aċċess tagħhom għall-impjieg;

26.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkundannaw l-isterilizzazzjoni furzata u jipprovdu kumpens għan-nisa Rom li jkunu ġew soġġetti għal sterilizzazzjoni sistemika u appoġġjata mill-istat, u jagħmlu apoloġija pubblika lill-vittmi ta' dan id-delitt kontra l-umanità;

27.  Jinsab profondament allarmat mill-fenomenu tat-tneħħija illegali tat-tfal Rom minn mal-ġenituri tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jinvestigaw dawn il-każijiet mingħajr dewmien u jieħdu miżuri xierqa sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet bħal dawn;

28.  Jikkundanna l-fatt li l-Istati Membri naqsu milli jiżguraw li l-persuni Rom ikollhom aċċess indaqs għall-ġustizzja u l-ugwaljanza tagħhom quddiem il-liġi fl-għamla ta':

–  nuqqas ta' ġustizzja jew proċeduri li jimxu inaċċettabbilment bil-mod fl-iżgurar tal-ġustizzja għall-vittmi tar-reati ta' mibegħda, speċjalment dawk imwettqa minn uffiċjali tal-pulizija,

–  kriminalizzazzjoni sproporzjonata tar-Rom,

–  ħidma żejda mill-pulizija (tfassil ta' profili etniċi, proċeduri ta' kontrolli u t-tiftix eċċessivi, perkwiżizzjonijiet inġustifikati f'insedjamenti Rom, sekwestru u qerda arbitrarji tal-proprjetà, użu eċċessiv tal-forza waqt arresti, theddid, trattament umiljanti, abbuż fiżiku, u ċ-ċaħda tad-drittijiet waqt l-interrogazzjoni u fil-kustodja tal-pulizija),

–  u nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-pulizija fir-rigward ta' delitti mwettqa kontra r-Rom, bi ftit jew xejn għajnuna, protezzjoni (bħal f'każijiet ta' traffikar u għall-vittmi ta' vjolenza domestika) jew investigazzjoni fil-każijiet ta' delitti rapportati mir-Rom;

29.  Jistieden lill-Istati Membri:

–  jiggarantixxu li ċ-ċittadini kollha jkunu ndaqs quddiem il-liġi, u b'hekk jiżguraw li kulħadd ikollu aċċess indaqs għall-ġustizzja u għad-drittijiet proċedurali;

–  jipprovdu taħriġ intern obbligatorju lill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi u l-uffiċjali fis-sistema ġudizzjarja fil-livelli kollha li jkun ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u orjentat lejn is-servizz,

–  jinvestigaw, jistitwixxu proċedimenti legali u jipprovdu l-aħjar prattiki għall-identifikazzjoni u l-investigazzjoni tar-reati ta' mibegħda, inklużi dawk motivati speċifikament mill-anti-Żingariżmu,

–  iwaqqfu unitajiet kontra r-reati ta' mibegħda b'għarfien ta' anti-Żingariżmu fil-korpi tal-pulizija,

–  jinkoraġġixxu ħidma xierqa min-naħa tal-pulizija u, f'każijiet ta' kondotta ħażina tal-pulizija, japplikaw sanzjonijiet,

–  jirreklutaw professjonisti tas-soluzzjoni tat-tilwim biex jaħdmu mal-pulizija,

–  jinkoraġġixxu r-reklutaġġ attiv ta' persuni Rom bħala membri tal-korp tal-pulizija,

–  jiżguraw li l-programmi ta' appoġġ għall-vittmi jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tar-Rom u li tingħatalhom għajnuna meta jkunu qed jirrapportaw reati u jissottomettu lmenti,

–  ikomplu u jestendu l-kamp ta' applikazzjoni ġeografika tal-JUSTROM, programm konġunt tal-Kummissjoni u l-Kunsill tal-Ewropa dwar l-aċċess għall-ġustizza tan-nisa Rom;

–  jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva tal-UE kontra t-traffikar u jsaħħu l-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja tagħhom fil-ġlieda kontra t-traffikar, u,

–  jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva 2011/93/UE(17) biex jimpedixxu u jikkumbattu l-abbuż u l-isfruttament sesswali tat-tfal u jipproteġu l-vittmi;

30.  Jistieden lill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) ikompli jagħti taħriġ fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u s-sensitizzazzjoni intersezzjonali relatata tal-pulizija;

31.  Jinsab imħasseb ħafna dwar id-diskriminazzjoni mifruxa kontra r-Rom fil-qasam tal-akkomodazzjoni kkaratterizzat minn suq tal-kiri u tas-sjieda tal-proprjetà diskriminatorji, u sistema ta' akkomodazzjoni soċjali diskriminatorja, evizzjonijiet u demolizzjonijiet furzati tad-djar tar-Rom mingħajr il-forniment ta' akkomodazzjoni alternattiva adegwata, it-tqegħid tar-Rom f'kampijiet segregati u xelters ta' emerġenza maqtugħin mis-servizzi bażiċi, il-bini ta' ħitan madwar l-insedjamenti Rom, u n-nuqqas tal-awtoritajiet pubbliċi milli jiżguraw l-aċċess sħiħ ta' kuljum tal-persuni Rom għal ilma tal-vit tajjeb għax-xorb u għas-sistemi tad-drenaġġ;

32.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri effettivi biex jiżguraw it-trattament indaqs tar-Rom fl-aċċess għall-akkomodazzjoni u jagħmlu użu sħiħ mill-fondi tal-UE biex itejbu s-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni tar-Rom, b'mod partikolari billi jippromwovu d-desegregazzjoni, jeliminaw kwalunkwe segregazzjoni spazjali u jippromwovu l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità u investiment territorjali integrat appoġġjat mill-FSIE; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw l-aċċess għall-utilitajiet pubbliċi, bħall-ilma, l-elettriku u l-gass, kif ukoll l-infrastruttura għall-akkomodazzjoni f'konformità mar-rekwiżiti legali nazzjonali;

33.  jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-kompetenza tagħha fil-kuntest tal-iżgumbramenti furzati motivati mir-razziżmu; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-evizzjonijiet furzati jkunu f'konformità sħiħa mal-liġi tal-Unjoni kif ukoll ma' obbligi internazzjonali oħra tad-drittijiet tal-bniedem, bħal dawk li joħorġ mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jitlob, barra minn hekk, żieda fl-għadd u d-disponibbiltà ta' esperti tad-desegregazzjoni fl-Istati Membri li huma l-aktar ikkonċernati sabiex jingħata appoġġ lill-awtoritajiet biex jiżguraw li l-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej jippromwovu d-desegregazzjoni b'mod effettiv, u jitlob li jiġu allokati fondi mill-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FSE-FEŻR) għal miżuri ta' desegregazzjoni spazjali;

34.  Jilqa' l-inizjattivi proattivi li jfittxu li jtejbu s-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni tar-Rom fl-ibliet; jirrikonoxxi l-inizjattiva tal-Eurocities li tiġbor l-evidenza permezz ta' eżerċizzju ta' mmappjar li jesplora l-karatteristiċi tal-komunitajiet Rom li jgħixu fl-ibliet, l-isfidi li jiffaċċjaw u r-reazzjonijiet tal-ibliet fil-konfront tagħhom,

35.  Jiddeplora s-segregazzjoni skolastika persistenti, inkluża r-rappreżentanza żejda ta' tfal Rom fi "skejjel speċjali", skejjel għar-Rom biss, klassijiet separati, skejjel "kontejners", eċċ.; jistieden lill-Istati Membri jfasslu u jieħdu miżuri ta' desegregazzjoni skolastika speċifiċi u miżuri effikaċi oħra biex jiżguraw trattament indaqs u aċċess sħiħ għat-tfal Rom għal edukazzjoni ġenerali u ta' kwalità għolja u jiżguraw li t-tfal Rom kollha jtemmu, tal-inqas, l-edukazzjoni obbligatorja; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza li jiġu esplorati r-raġunijiet tat-tluq bikri mill-iskola, b'mod partikolari r-rwol tal-anti-Żingariżmu f'dan il-fenomenu; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri, barra minn hekk, jesploraw modi ġodda biex jingħalaq id-distakk edukattiv eżistenti permezz tat-tagħlim għall-adulti, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u t-tagħlim informali u mhux formali; jinsisti li dan għandu jsir filwaqt li tingħata attenzjoni wkoll għad-diskriminazzjoni intersezzjonali, bl-involviment ta' esperti Rom u medjaturi tal-iskejjel, u jiġu żgurati riżorsi adegwati għal dawn il-miżuri;

36.  Iqis allarmanti u inaċċettabbli d-diskriminazzjoni tar-Rom fil-qasam tal-impjieg, l-aktar ta' sikwit ikkaratterizzata minn qgħad fit-tul, kuntratti ta' żero sigħat, kundizzjonijiet ta' impjieg prekarji li huma nieqsa minn assigurazzjoni medika jew soċjali jew pensjonijiet, ostakli għas-suq tax-xogħol (li jeżistu anki għar-Rom b'edukazzjoni terzjarja) u n-nuqqas ta' possibbiltajiet ta' taħriġ mill-ġdid; iħeġġeġ lill-Istati Membri, għaldaqstant, jieħdu miżuri effikaċi biex jiżguraw it-trattament indaqs tar-Rom fl-aċċess għas-suq tax-xogħol u l-opportunitajiet ta' impjieg u jeqirdu ostakli diretti u indiretti, inkluża d-diskriminazzjoni;

37.  Jitlob lill-Istati Membri jikkollaboraw mas-settur privat biex jappoġġjaw opportunitajiet ta' taħriġ, impjieg u negozju għar-Rom, speċjalment fis-setturi teknoloġiċi li qed jikbru; jistieden lill-Istati Membri jesploraw b'mod ambizzjuż kif it-teknoloġiji l-ġodda jistgħu jassistu u jikkontribwixxu għall-inklużjoni soċjali u ekonomika tar-Rom u għall-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu; jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp reġjonali għall-ħolqien ta' opportunitajiet sostenibbli ta' impjieg fir-reġjuni l-inqas żviluppati;

38.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu politiki li taw prova ta' impatt pożittiv sinifikanti, bħat-taħriġ vokazzjonali u fuq il-post tax-xogħol, servizzi ta' konsulenza individwali, impjieg indipendenti, intraprenditorija soċjali u programmi tal-ewwel esperjenza ta' xogħol, sabiex titrawwem il-parteċipazzjoni tar-Rom fis-suq tax-xogħol u tiġi evitata t-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-faqar fil-komunitajiet Rom;

39.  Jikkundanna l-forom numerużi u inkroċjati ta' diskriminazzjoni kontra r-Rom, li sikwit ikunu mgħottija jew moħbija; jisħaq li l-politiki mmirati lejn bażi waħda ta' diskriminazzjoni għandhom jagħtu attenzjoni lis-sitwazzjoni ta' gruppi speċifiċi li x'aktarx jisfaw vittmi ta' diskriminazzjoni fuq diversi livelli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċjali lit-titjib tal-livell edukattiv, il-parteċipazzjoni, l-aċċess għall-impjiegi, l-akkomodazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni fil-każ tar-Rom li jiffaċċjaw diskriminazzjoni intersezzjonali u fuq diversi livelli, u jħeġġiġhom jinkludu programmi speċifiċi għalihom fil-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom wara l-2020;

40.  Jinnota bi tħassib li n-nisa Rom huma esposti għal diskriminazzjoni intersezzjonali u fuq diversi livelli, għax huma nisa u għax jappartjenu għall-grupp ta' minoranza etnika tar-Rom u għaldaqstant isibu ruħhom f'pożizzjoni żvantaġġata meta jiġu biex jipparteċipaw fis-soċjetà fil-livelli kollha u biex jiksbu aċċess għal servizzi u riżorsi bażiċi; jenfasizza li d-diskriminazzjoni hija saħansitra aktar akuta għan-nisa u l-bniet Rom li m'għandhomx dokumenti tal-identità; jenfasizza li t-tijib tas-sitwazzjoni tan-nisa u l-bniet Rom tirrikjedi politiki nondiskriminatorji speċifiċi u mmirati li jippermettu aċċess indaqs għall-impjieg u l-edukazzjoni, inkluż it-tagħlim tul il-ħajja, u li jiżguraw akkomodazzjoni ta' kwalità, li hija kruċjali għat-titjib tal-kundizzjonijiet ta' għajxien tagħhom u għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni;

41.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li fl-Istrateġiji Nazzjonali tagħhom għall-Integrazzjoni tar-Rom ikun hemm kapitolu speċifiku dwar id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, u li jiġu applikati miżuri ta' integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri f'kull taqsima tagħhom, b'mod partikolari fl-allokazzjoni tal-fondi, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom li jitolbu l-applikazzjoni ta' perspettiva tal-ġeneri fil-politiki u l-azzjonijiet kollha għall-avvanz tal-inklużjoni tar-Rom; jistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali jinvolvu lin-nisa Rom fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom; jenfasizza l-ħtieġa ta' data diżaggregata skont il-ġeneru li għandha tiġi miġbura sistematikament u analizzata regolarment, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jevalwaw jekk il-politiki jkunux qed iġibu t-titjib mixtieq għan-nisa u l-bniet Rom, u jieħdu azzjoni jekk ikun hemm nuqqas ta' progress; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-implimentazzjoni tal-aspetti kollha tal-Istrateġija Ewropa 2020 f'konformità mal-Istrateġija għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel 2010-2015;

42.  Jistieden lill-Istati Membri jqisu l-isfidi partikolari li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa u l-bniet Rom b'rabta maż-żwieġ bikri u furzat u ma' attakki fuq l-integrità fiżika tagħhom, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu u jappoġġjaw il-ġbir u t-tixrid tad-dejta dwar miżuri legali u oħrajn meħuda fil-livell nazzjonali biex jimpedixxu u jiġġieldu l-vjolenza fil-konfront tan-nisa u l-bniet Rom;

43.  Jinkoraġġixxi lin-negozji u lill-awtoritajiet lokali joħolqu skemi ta' taħriġ u opportunitajiet ta' xogħol għan-nisa Rom;

44.  Jistieden lill-gvernijiet jinkoraġġixxu u jappoġġjaw il-parteċipazzjoni effettiva tan-nisa Rom fil-ħajja pubblika u politika;

45.  Iqis li l-korpi ta' ugwaljanza huma essenzjali biex jinfurmaw lir-Rom dwar id-drittijiet tagħhom, jgħinuhom fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom u jirrappurtaw id-diskriminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu standards li jiżguraw setgħat u riżorsi adegwati għall-korpi ta' ugwaljanza biex iwettqu monitoraġġ u jaġixxu f'każijiet ta' anti-Żingariżmu; jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw il-ħidma u l-kapaċità istituzzjonali tal-korpi ta' ugwaljanza għall-promozzjoni tat-trattament indaqs billi jagħtuhom riżorsi adegwati biex ikunu jistgħu jipprovdu assistenza legali u ġudizzjarja effikaċi u jsaħħu l-ħidma tagħhom bl-għajnuna ta' konsulenti legali biex jiffaċilitaw ir-rappurtar ta' abbużi;

46.  Jinsab imħasseb dwar il-livell baxx ta' parteċipazzjoni tal-persuni Rom bħala interlokuturi mal-gvernijiet lokali, reġjonali u nazzjonali jew bħala rappreżentanti eletti f'tali gvernijiet u dwar il-fatt li l-gvernijiet naqsu milli jiggarantixxu li r-Rom jeżerċitaw ċittadinanza sħiħa; jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tas-soċjetà ċivili f'dan ir-rigward; jitlob kooperazzjoni usa' fost l-awtoritajiet nazzjonali u lokali kkonċernati, l-UE, il-Kunsill tal-Ewropa u l-NGOs; jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet u l-partiti politiċi tal-UE u tal-Istati Membri jippromwovu l-parteċipazzjoni politika u l-awtonomizzazzjoni tar-Rom u r-reklutaġġ tagħhom fl-amministrazzjonijiet pubbliċi; jitlob programmi ta' awtonomizzazzjoni għar-Rom, inklużi programmi mmirati biex iżidu u jiżguraw il-parteċipazzjoni fit-tul tar-Rom minn perspettiva intersezzjonali bħala rappreżentanti tal-gvernijiet lokali, reġjonali u nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jiżguraw li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tan-nisa Rom fit-tfassil tal-politika u t-teħid tad-deċiżjonijiet;

47.  Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu korsijiet ta' taħriġ obbligatorji, prattiċi u intersezzjonali relatati mad-drittijiet fundamentali u n-nondiskriminazzjoni lill-uffiċjali pubbliċi kollha, li għandhom responsabbiltajiet x'jassumu u li għandhom rwol prinċipali fl-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE u tal-Istati Membri, sabiex ikunu mgħammra bl-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex ikunu jistgħu jaqdu liċ-ċittadini kollha minn perspettiva bbażata fuq id-drittijiet tal-bniedem;

48.  Jistieden lill-Istati Membri, fid-dawl tas-setgħa li għandha l-midja li tinfluwenza l-perċezzjoni tal-minoranzi etniċi min-naħa tal-pubbliku:

–  jipprovdu taħriġ obbligatorju lil dawk li jaħdmu fix-xandir pubbliku u fil-midja biex jgħollu l-livell ta' sensibilizzazzjoni tagħhom dwar l-isfidi u d-diskriminazzjoni li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-Rom u dwar l-istereotipi li jagħmlu l-ħsara,

–  jippromwovu r-reklutaġġ tar-Rom fix-xandir pubbliku, u

–  jippromwovu r-rappreżentanza tar-Rom fil-bordijiet tax-xandir pubbliku;

49.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri – sabiex l-anti-Zingariżmu jieqaf darba għal dejjem – jinkludu korsijiet ta' taħriġ obbligatorji fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, iċ-ċittadinanza demokratika u l-litteriżmu politiku fil-kurrikuli tal-iskejjel fil-livelli kollha sabiex tintemm l-insikurezza tal-identità tal-persuni Rom u tissaħħaħ il-fiduċja tagħhom fihom infushom u l-kapaċità li jeżerċitaw u jitolbu l-ugwaljanza fir-rigward ta' drittijiethom;

50.  Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar it-tnaqqis li qed isir fis-settur pubbliku, li affettwa drammatikament l-attivitajiet tal-Istat kif ukoll tal-NGOs iffinanzjati mill-Istat fil-promozzjoni tal-ugwaljanza għall-persuni Rom u llimita l-firxa ta' dawn il-proġetti; jenfasizza li l-Istat u l-istituzzjonijiet tiegħu għandhom rwol fundamentali fil-promozzjoni tal-ugwaljanza, li ma jistax jiġi sostitwit;

Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom

51.  Jinnota bi tħassib li l-isforzi u l-mezzi finanzjarji li ġew investiti, kif ukoll id-diversi programmi u fondi Ewropej u nazzjonali li indirizzaw il-komunità Rom, ma kkontribwewx b'mod sinifikanti għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom u ma mexxewx 'il quddiem l-integrazzjoni tar-Rom, b'mod partikolari fil-livell lokali; jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, għall-fini tal-ġlieda kontra l-emarġinazzjoni, id-diskriminazzjoni u l-esklużjoni tar-Rom, u bil-ħsieb li jitmexxa 'l quddiem il-proċess ta' integrazzjoni tar-Rom u l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu:

–  ikunu ambizzjużi fil-ħolqien tal-Istrateġiji Nazzjonali tagħhom għall-Integrazzjoni tar-Rom, iwettqu aktar riċerka dwar prattiki lokali u programmi ta' suċċess bl-involviment attiv tar-Rom sabiex joħorġu fil-beraħ is-sitwazzjoni tagħhom u r-realtajiet u l-isfidi li jiffaċċjaw, u jagħtu attenzjoni speċjali lill-anti-Żingariżmu u l-konsegwenzi tiegħu bil-għan li jiġi żviluppat approċċ imtejjeb, komprensiv u olistiku għall-kwistjoni u b'hekk mhux biss jiġi indirizzat l-aspett ekonomiku u soċjali, iżda jiġi anke miġġieled ir-razziżmu, filwaqt li ssir ħidma fuq il-fiduċja reċiproka,

–  jimplimentaw bis-sħiħ l-Istrateġiji Nazzjonali tagħhom għall-Integrazzjoni tar-Rom;

–  jevalwaw l-effikaċja tagħhom u jaġġornawhom regolarment, kif ukoll jiddefinixxu azzjonijiet ċari u miżuri mfassla apposta u jiffissaw miri u objettivi li jistgħu jitkejlu,

–  jaħdmu mill-qrib ma' kull parti kkonċernata, inklużi l-entitajiet reġjonali u lokali, l-akkademiċi, l-organizzazzjonijiet lokali u l-NGOs, u jinvolvu lir-Rom b'mod attiv,

–  jiżviluppaw ulterjorment il-ġbir tad-data u metodoloġiji ta' monitoraġġ u rapportar ta' natura finanzjarja u orjentati lejn il-kwalità bbażati fuq il-ħidma fil-post, peress li dawn jappoġġjaw politiki effikaċi bbażati fuq l-evidenza u jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-effikaċja tal-istrateġiji, l-azzjonijiet u l-miżuri meħuda u jidentifikaw għaliex il-programmi u l-istrateġiji ma jġibux ir-riżultati tant mistennija,

–  jawtonomizzaw il-Punti ta' Kuntatt nazzjonali tar-Rom billi jiġi żgurat li jkollhom mandat adegwat, ir-riżorsi meħtieġa u kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa sabiex iwettqu l-kompiti ta' koordinazzjoni tagħhom;

Il-prijoritizzazzjoni tal-anti-Żingariżmu għat-titjib tal-istrateġija ta' wara l-2020

52.  Jilqa' l-isforzi li saru, u l-firxa wiesgħa ta' mekkaniżmi u fondi utli żviluppati mill-Kummissjoni biex titrawwem l-inklużjoni soċjali u ekonomika tar-Rom u l-fatt li din varat Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sal-2020, li jistieden lill-Istati Membri jadottaw strateġiji nazzjonali;

53.  Jistieden lill-Kummissjoni:

–  ittejjeb il-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom wara l-2020, billi tibni fuq il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), l-NGOs, l-organizzazzjonijiet ta' sorveljanza u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, biex ikun hemm approċċ aħjar, aġġornat u saħansitra aktar komprensiv,

–  tqiegħed l-anti-Żingariżmu fil-qofol tal-Qafas tal-UE wara l-2020 – flimkien mal-inklużjoni soċjali – u tintroduċi indikaturi antidiskriminatorji fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjiegi, l-akkomodazzjoni, is-saħħa, eċċ., peress li l-anti-Żingariżmu jimmina s-suċċess tal-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom;

–  tittratta l-anti-Żingariżmu bħala kwistjoni orizzontali, u tiżviluppa – bi sħubija mal-Istati Membri, l-FRA u l-NGOs – inventarju ta' passi prattiċi biex l-Istati Membri jiġġieldu l-anti-Żingariżmu;

–  tiffinalizza t-Task Force għar-Rom tas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni billi tistabbilixxi, fil-livell tal-Kummissarji, tim ta' proġett dwar il-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mar-Rom, li jlaqqa' flimkien il-Kummissarji rilevanti kollha li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni, iċ-ċittadinanza, id-drittijiet soċjali, l-impjiegi, l-edukazzjoni u l-kultura, is-saħħa, l-akkomodazzjoni, u d-dimensjoni esterna tagħhom, sabiex jiggarantixxu l-ħolqien ta' fondi u programmi tal-UE nondiskriminatorji u komplementari;

–  issaħħaħ u tikkomplementa l-ħidma tal-unità tal-Kummissjoni responsabbli mill-koordinazzjoni ta' kwistjonijiet marbuta man-nondiskriminazzjoni u r-Rom bit-tisħiħ tat-tim, l-allokazzjoni ta' riżorsi adegwati u r-reklutaġġ ta' aktar persunal sabiex ikun hemm biżżejjed kapaċitajiet biex jiġi miġġieled l-anti-Żingariżmu, titqajjem kuxjenza dwar l-Olokawst tar-Rom u titrawwem it-Tifkira tal-Olokawst;

54.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jinkorporaw id-drittijiet tar-Rom fil-kuntest tar-relazzjonijiet esterni; jinsisti bil-qawwa fuq il-bżonn tal-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu u l-promozzjoni tad-drittijiet tar-Rom fil-pajjiżi kandidati u potenzjalment kandidati;

55.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw u jxerrdu attivament id-definizzjoni operattiva ta' anti-Żingariżmu mogħtija mill-ECRI sabiex l-awtoritajiet statali jingħataw gwida ċara;

56.  Jistieden lill-gruppi politiċi kollha fil-Parlament u lill-partiti politiċi kollha fl-Istati Membri jirrispettaw il-karta riveduta tal-partiti politiċi Ewropej għal soċjetà nonrazzista u jitlobhom iġeddu l-impenn tagħhom regolarment u jikkundannaw u jissanzjonaw id-diskors ta' mibegħda;

57.  Jistieden lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tħejji studju dwar l-anti-Żingariżmu fl-UE u fil-pajjiżi kandidati, tiffoka fuq l-anti-Żingariżmu fil-ħidma tagħha dwar il-kwistjonijiet tar-Rom u tissorveljah fl-oqsma rilevanti kollha;

58.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lill-Kunsill tal-Ewropa u lin-Nazzjonijiet Uniti.

(1)

ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.

(2)

ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(3)

ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.

(4)

ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(5)

ĠU C 4E , 7.1.2011, p. 7; ĠU C 308E, 20.10.2011, p. 73; ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 112; ĠU C 468, 15.12.2016, p. 36; ĠU C 468, 15.12.2016, p. 157.

(6)

ĠU C 328, 6.9.2016, p. 4.

(7)

Testi adottati, P8_TA(2016)0485.

(8)

Ir-Rakkomandazzjoni ta' Politika Ġenerali Nru 13 tal-ECRI dwar "Combating Anti-Gypsyism and Discrimination against Roma" ("Il-Ġlieda kontra l-Anti-Żingariżmu u d-Diskriminazzjoni kontra r-Rom").

(9)

Xi drabi l-anti-Żingariżmu jiġi definit b'mod differenti u fid-diversi Stati Membri tista' ssir referenza għalih b'terminu xi ftit differenti, bħal "Antiziganismus" (bil-Ġermaniż).

(10)

ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.

(11)

ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.

(12)

ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.

(13)

ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55.

(14)

ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1.

(15)

ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.

(16)

ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(17)

ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

Għall-poplu Rom(1) ma nitolbu xejn aktar, iżda xejn anqas, milli nitolbu għall-massa tas-soċjetà.

Ir-Rom ilhom jiġu ttrattati b'mod li ma jitwemminx u inaċċettabbli għal sekli sħaħ.

Huma ġew imċaħħda mid-drittijiet tal-bniedem. Sfaw mitfugħa fl-iskjavitù, miċħuda, ippersegwitati, sterminati, u saħansitra lanqas l-emanċipazzjoni tas-soċjetajiet tagħna ma wasslu biex jintemm l-anti-Żingariżmu soċjetali. L-anti-Żingariżmu huwa t-twemmin li r-Rom huma inferjuri, inqas kapaċi mill-oħrajn, m'għandhom l-ebda prospett jew rieda li jlaħħqu man-non-Rom, mhumiex kapaċi jkunu ċittadini tajba tal-pajjiżi li fihom ilhom jgħixu għal sekli sħaħ; u l-anti-Żingariżmu huwa wkoll l-azzjonijiet mibnija fuq dan it-twemmin.

L-anti-Żingariżmu kif jidher fil-prattika? Skont l-istereotipi, jekk ir-Rom ikunu qed jittallbu, dan jagħmluh f'gaj bħala kriminali jew jinsabu f'din is-sitwazzjoni għax huma għażżenin minnhom. Jekk ġenituri Rom ikollhom tifel jew tifla bjondi, mela żgur li ħatfuh(a). Jekk it-tfal tagħhom ma jmorrux skola, dan għax ma jistgħux jissaportu d-dixxiplina u huma spirti ħielsa. Jekk huma mġiegħla jgħixu f'kamp segregat tar-Rom mingħajr ilma tax-xorb, sanità, tisħin u infestati mill-firien, dak ma jimpurtax, għax imdorrijin jgħixu hekk. U meta d-djar tagħhom jitwaqqgħu mingħajr ma jingħataw akkomodazzjoni alternattiva, dak ukoll aċċettabbli; jistgħu jgħixu fil-kesħa, il-ġilda tagħhom hija eħxen. Aħna mrobbija u mgħallma biex naħsbu b'dan il-mod u biex nissieħbu fil-proċess ta' diżumanizzazzjoni li hu soċjalment aċċettat u politikament istituzzjonalizzat.

Dak li jimpurtana minnu mhuwiex biss l-anti-Żingariżmu li jissawwar fil-ħsus tagħna, iżda huwa wkoll il-kliem li permezz tiegħu jimmanifesta ruħu: Ir-Rom m'għandhomx jiġu trattati bħala persuni vulnerabbli. Jekk in-nies huma mċaħħda mid-drittijiet tal-bniedem fundamentali tagħhom u huma mċaħħda mit-trattament indaqs, mill-aċċess għall-assistenza soċjali, għas-servizzi, għall-informazzjoni, mhuwiex huma li huma vulnerabbli, iżda pjuttost huma l-istrutturi stabbiliti u mantnuti minn dawk fil-poter li huma diskriminatorji u jirrenduhom vulnerabbli.

Aħna nitolbu bi dritt li t-trattament paternalistiku tar-Rom, kemm verbali u kemm bil-fatti, jieqaf. U peress li l-kliem, iva, jimporta, aħna nitolbu bi dritt bidla wkoll fil-mod kif nikkomunikaw dwarhom. Biex il-persuni Rom jiġu inklużi jew integrati, jenħtieġ li huma jkunu jistgħu jaċċedu għad-drittijiet fundamentali tagħhom u jgawduhom. Xejn aktar, xejn inqas.

Wara dewmien twil ħafna, il-politiċi għandhom jieħdu responsabbiltà indaqs għaċ-ċittadini Rom tagħhom. Inkella, ir-retorika politika kkaratterizzata minn diskors ta' mibegħda u tfigħ inġust tal-ħtija se jkomplu jikkontaminaw is-soċjetajiet tagħna, li l-biċċa l-kbira minna għadna nittamaw li se jkunu bbażati fuq il-valuri tar-rispett, it-tolleranza u s-sinċerità.

L-anti-Żingariżmu f'ċifri

Bl-għan li turi l-effetti severi u estensivi tal-anti-Żingariżmu, ir-rapporteur għandha l-ħsieb li tiġbed l-attenzjoni tagħkom lejn l-aħħar sejbiet ta' stħarriġ Ewropew u r-riżultati tar-riċerka:

Minħabba l-fatt li għal deċennji sħaħ kien hemm nuqqas ta' impenn reali biex nindirizzaw b'mod determinat l-anti-Żingariżmu, il-ħajja tal-parti l-kbira tan-nies Rom fl-Ewropa ftit li xejn hi promettenti u ma fihiex prospetti.

Għalkemm is-soċjetajiet Ewropej saru aktar u aktar imħalltin, l-istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2015 dwar "Id-diskriminazzjoni fl-UE"(2) juri biċ-ċar li 20 % ta' dawk li wieġbu jħossuhom skomdi kieku kellhom jaħdmu ma' persuna Rom, u 45 % biss minnhom jistgħu iħossuhom komdi kieku binhom jew binthom kellu jkollhom relazzjoni ma' persuna Rom.

Id-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' oriġini etnika hija l-aktar għamla mifruxa ta' diskriminazzjoni fl-UE, li tidher ukoll mir-riżultati tal-istħarriġ EU-MIDIS II(3). L-istħarriġ ipinġi stampa inaċċettabbli tar-realtà tar-Rom li jgħixu fl-UE:

•  80 % tal-ġenituri Rom u t-tfal tagħhom li ġew mistħarrġa, jgħixu fir-riskju tal-faqar, meta mqabbla ma' 17 % tal-popolazzjoni ġenerali;

•  wieħed minn kull tlett itfal Rom jinsabu fir-riskju li jmorru jorqdu bil-ġuħ mill-inqas darba fix-xahar;

•  47 % minnhom ma jattendux edukazzjoni bikrija tat-tfal;

•  waħda minn kull tliet unitajiet domestiċi Rom mistħarrġa tgħix f'dar mingħajr ilma tal-vit; waħda minn kull żewġ familji Rom tgħix mingħajr tojlit, doċċa jew kamra tal-banju ġewwa r-residenza tagħha; waħda minn kull ħames unitajiet domestiċi għandha dar bis-saqaf iqattar, ħitan u pedament umduti jew gwarniċi tat-twieqi mmermrin;

•  63 % tar-Rom żgħażagħ ta' bejn is-16 u l-24 sena ma kinux impjegati u lanqas ma kienu qed jirċievu edukazzjoni jew taħriġ, fi żmien l-istħarriġ EU-MIDIS II, meta mqabbel mal-medja tal-UE ta' 12 % fir-rata tan-NEET għall-istess grupp ta' età;

•  41 % tar-Rom iħossu li saret diskriminazzjoni kontrihom fl-iskola, fuq il-post tax-xogħol, fis-settur tal-akkomodazzjoni, u fl-isptarijiet.

Organizzazzjonijiet oħra, fosthom NGOs, u organizzazzjonijiet ta' sorveljanza u organizzazzjonijiet internazzjonali, jagħtu stampa simili tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tar-Rom u l-uċuh differenti tal-anti-Żingariżmu f'kull qasam tal-ħajja:

Akkomodazzjoni

•  40 % tar-Rom li ġew mistħarrġa jkollhom jaqbżu ċnut, jaqsmu awtostradi jew jiġu kkonfrontati minn klieb li jiġġerrew fit-toroq waqt li jkunu qed jippruvaw jiksbu l-ilma ta' kuljum, li ħafna drabi ma jkunx ġie ttestjat għas-sikurezza u jkun espost għall-kontaminanti. Fil-biċċa l-kbira, il-piż li jmorru jġibu l-ilma jaqa' fuq in-nisa u l-bniet. Instabet evidenza li ħafna Rom jibqgħu mingħajr ilma u drenaġġ minħabba d-diskriminazzjoni u n-nuqqas min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi li jiżguraw l-aċċess għal dawn is-servizzi ta' utilità pubblika(4).

•  Fl-Italja, eluf ta' familji Rom jgħixu f'kampijiet segregati maqtugħa mis-servizzi bażiċi, fejn il-kundizzjonijiet tal-għajxien huma ta' standard bil-wisq aktar baxx minn dak li suppost ikunu u mhumiex adattati biex jgħix fihom il-bniedem, bħal ngħidu aħna qrib miżbliet u runways tal-ajruporti, u dan bi ksur kemm tar-regolamenti nazzjonali tal-akkomodazzjoni kif ukoll tal-istandards internazzjonali(5).

•  Fir-Repubblika Ċeka, id-diskriminazzjoni fis-settur tal-kiri ġiegħlet lil madwar 100 000 Rom imorru jgħixu f'4 000 ħostel u dormitorju ta' standard baxx ħafna, u huma mitluba jħallsu sa tliet darbiet tal-valur tas-suq ta' appartament ordinarju mis-sidien tal-kerrejja(6).

•  Fi Franza, aktar minn 10 000 Rom (aktar minn sitta minn kull 10 familji Rom, inklużi persuni anzjani u tfal żgħar) ġew żgumbrati minn djarhom bil-forza fl-2016 – xi wħud minnhom diversi drabi – l-aktar f'nofs ix-xitwa, mingħajr ma ngħatatilhom akkomodazzjoni alternattiva(7).

•  Fl-Italja, bejn l-2013 u l-2016, madwar 2 200 ruħ ġew żgumbrati minn kampijiet informali mingħajr ma ngħataw akkomodazzjoni alternattiva adegwata, u ħafna tqiegħdu temporanjament f'rifuġji ta' emerġenza segregati, iffullati u maħmuġin mingħajr il-ħtiġijiet bażiċi. Bħala medja, kull waħda minn dawn il-persuni tkeċċew mill-inqas ħames darbiet matul dan il-perjodu ta' tliet snin(8).

•  Fil-Bulgarija, fi Frar tal-2016, inħarġu 514-il ordni ta' demolizzjoni kontra binjiet residenzjali, li 500 (97 %) minnhom kienu binjiet b'sidien Rom. Minn dawn l-ordnijiet, 201 kienu twettqu diġà. F'dawn il-każijiet ir-Rom – inklużi t-tfal u l-membri vulnerabbli tal-familji – ma ngħataw l-ebda akkomodazzjoni alternattiva, u b'riżultat ta' dan tħallew bla dar. Id-demolizzjoni tad-djar fil-komunitajiet tar-Rom saret en masse. Ir-Rom ma ngħatawx avviż dwar id-data eżatta tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet u l-biċċa l-kbira tagħhom ma setgħux ineħħu l-għamara u l-affarijiet personali tagħhom. Xi wħud minnhom tilfu wkoll id-dokumenti tal-identità u dokumenti personali oħra(9).

•  • Fis-Slovakkja, f'dawn l-aħħar snin, ittellgħu 14-il ħajt u struttura biex jissegregaw ir-Rom mill-bqija tas-soċjetà(10).

Aċċess għall-kura tas-saħħa

•  Riċerka fil-Bulgarija, fir-Rumanija, fis-Slovakkja, fl-Ungerija u fir-Repubblika Ċeka turi li r-rati tal-mortalità tat-trabi Rom huma ta' minn darbtejn sa 6 darbiet ogħla minn dawk tal-popolazzjoni ġenerali(11).

•  Ir-Rom għandhom stennija tal-għomor ta' 10 snin inqas minn dik ta' persuna Ewropea medja(12).

•  Għadd ta' sptarijiet fl-Ungerija, fir-Rumanija u fil-Bulgarija fihom swali tal-maternità segregati u ta' standard inferjuri, u l-pazjenti nisa Rom jiġu soġġetti għal abbuż razzjali u fiżiku meta jkunu qed iwelldu(13).

Aċċess għall-edukazzjoni

•  Is-segregazzjoni skolastika hija realtà tal-mistħija madwar l-Ewropa kollha. Għas-sena akkademika 2016/2017 fir-Repubblika Ċeka, it-tfal tal-iskola Rom kienu jammontaw għal 3.7 % tat-tfal fl-iskejjel elementari kollha, filwaqt li jammontaw għal-30.9 % tat-tfal kollha tal-iskola li qed jiġu mgħallma skont kurrikuli mfassla għat-tfal li jgħixu b'diżabilitajiet mentali ħfief(14).

•  Riċerka reċenti turi li 20 % tar-Rom fir-Repubblika Ċeka u fis-Slovakkja attendew skola jew klassi li hija kemm speċjali kif ukoll komposta biss jew l-aktar minn Rom; xejra simili dehret bnadi oħra, inkluż fi Franza, fil-Greċja, u fil-Bulgarija. Kull Rom minn tnejn fl-Ungerija u fis-Slovakkja jattendi skola jew klassi regolari komposta biss jew l-iktar minn Rom; is-sitwazzjoni fil-Greċja, fir-Repubblika Ċeka, fil-Bulgarija, fi Franza u fir-Rumanija mhijiex daqshekk differenti(15).

Aċċess għall-impjieg

•  Fl-Iżvezja, fl-2010, 80 % tan-nies Rom kienu qiegħda(16).

•  Fi Spanja, 38.5 % tar-Rom huma f'impjieg bi ħlas, filwaqt li l-massa tal-popolazzjoni tilħaq proporzjon ta' 83.6 %. L-aċċess tal-persuni Rom għall-impjieg huwa influwenzat minn fatturi ta' diskriminazzjoni u rifjut għal raġunijiet ta' etniċità f'bosta setturi, minħabba l-preġudizzji u l-istereotipi b'għeruq fondi fis-soċjetà(17).

Apolidija u nuqqas ta' dokumenti ta' identità personali

•  B'konsegwenza tal-gwerra tal-Balkani, għadd kbir ta' Rom fl-Italja huma apolidi jew qegħdin f'riskju li jsiru apolidi. Eluf ta' tfal Rom li twieldu fl-Italja qed jiffaċċjaw il-limbu tal-inviżibilità ġuridika u jinsabu mingħajr drittijiet bażiċi, minkejja l-fatt li l-familji tagħhom ilhom jgħixu fl-Italja għal għexieren ta' snin(18).

•  Fir-Rumanija, huwa stmat li madwar 15 000 persuna Rom jgħixu mingħajr ċertifikat tat-twelid, sitwazzjoni li tirriżulta f'li ma jkollhomx id-dritt għal identità u għal rikonoxximent effettiv taċ-ċittadinanza(19).

Aċċess għall-ġustizzja u prattiki ġusti tal-pulizija

•  In-nisa Rom ilhom għexieren ta' snin jiġu soġġetti għal sterilizzazzjoni furzata fir-Repubblika Ċeka, fil-Finlandja(20), fil-Ġermanja, fl-Ungerija, fis-Slovakkja u fl-Iżvezja. Għadd ta' gvernijiet għad iridu jistabbilixxu mekkaniżmu ta' kumpens u jirrikonoxxu li l-isterilizzazzjoni tan-nisa Rom mingħajr il-kunsens infurmat tagħhom kienet waħda sistemika u appoġġjata mill-istat qabel l-1990, u li din ippersistiet fis-seklu 21 minħabba l-fallimenti min-naħa ta' dawn l-istati milli jipproteġu l-awtonomija u d-drittijiet tan-nisa li jirċievu servizzi tas-saħħa riproduttiva b'mod speċifiku(21).

•  Ir-Rom Bulgari huma darbtejn iktar probabbli minn min mhux Rom li jirrappurtaw li jkunu ġew abbużati fl-għases tal-pulizija, ċifra li titla' għal 70 % għar-Rom minorenni(22).

•  Bosta Rom vittmi ta' vjolenza li ġew mistħarrġa fir-Rumanija qalu li t-tressiq ta' lment ikun kemm ta' piż żejjed kif ukoll inutli minħabba r-razziżmu u d-diskriminazzjoni f'kull livell tal-proċess(23).

Diskors ta' mibegħda u reati ta' mibegħda

•  Ir-Rom huma vittmi ta' attakki vjolenti u intimidazzjoni minn gruppi neo-Nazisti u gruppi tal-lemin estrem, kif ukoll ta' protesti fl-Ewropa kollha kontra r-Rom. Fir-Repubblika Ċeka, 32 % tar-Rom ġew soġġetti għal diskors ta' mibegħda u vjolenza; żewġ terzi mill-vittmi qatt ma rrappurtaw dawn ir-reati.

Id-data storika li rarament nisimgħu dwarha: 25-50 % tal-komunità Rom fl-Ewropa nqatlu fl-Olokawst. Madankollu, waqt il-Ġuri ta' Nuremberg, ħadd ma tressaq talli bagħat lin-nies Rom fil-kmamar tal-gass, ma ssejjaħ l-ebda xhud Rom fit-tribunal, u ħadd minnhom ma ngħata kumpens għad-delitti mwettqa kontrihom.

L-Olokawst tar-Rom ġie rikonoxxut għall-ewwel darba fl-1982 mill-Kanċillier Ġermaniż ta' dak iż-żmien Helmut Schmidt. Ma kienx qabel l-2001 li ġiet inawgurata f'Auschwitz wirja permanenti dwar "Il-qerda tar-Rom Ewropej". F'Berlin, ma kienx qabel l-2012 li nkixef l-ewwel sit ta' tifkira tar-Rom vittmi tal-Olokawst. F'għadd ta' pajjiżi tal-UE r-Rom vittmi tal-Olokawst għadhom ma ngħatawx kumpens xieraq, u fir-Repubblika Ċeka, dak li kien il-kamp ta' konċentrament Nazista għar-Rom, Lety, issa huwa razzett tal-majjali.

(1)

Il-kelma "Rom" tintuża bħala terminu ġenerali li jinkludi gruppi relatati differenti fl-Ewropa kollha, kemm jekk sedentarji kif ukoll mhumiex, bħalma huma l-komunitajiet Rom, Traveller, Sinti, Manouche, Kalé, Romanichel, Boyash, Ashkali, Eġizzjani, Yéniche, Dom u Lom, li jistgħu jkunu differenti f'dawk li huma kultura u stil ta' ħajja;

(2)

http://ec.europa.eu/COMMFrontOffice/publicopinion/index.cfm/Survey/getSurveyDetail/instruments/SPECIAL/surveyKy/2077

(3)

http://fra.europa.eu/en/project/2015/eu-midis-ii-european-union-minorities-and-discrimination-survey/publications

(4)

http://www.errc.org/article/thirsting-for-justice-new-report-reveals-depth-of-discrimination-faced-by-europes-roma-in-accessing-water/4561

(5)

https://www.amnesty.org/en/documents/eur30/5078/2016/en/

(6)

http://www.errc.org/article/errc-submission-to-the-european-commission-on-the-eu-roma-framework-february-2016/4462

(7)

http://www.errc.org/article/thousands-of-roma-forced-onto-streets-of-france-in-2016/4549

(8)

http://www.errc.org/article/errc-submission-to-the-european-commission-on-the-eu-roma-framework-february-2016/4462

(9)

http://www.equalopportunities.eu/docs/REPORT-2017-en.pdf

(10)

http://www.ergonetwork.org/ergo-network/campaigns/wall-free-europe/; http://snslp.sk/CCMS/files/NHRI_Report_ICCPR_SNCHR.pdf;

(11)

http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-11-216_en.htm

(12)

ibid

(13)

http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/etudes/join/2013/493021/IPOL-FEMM_ET(2013)493021_EN.pdf; http://www.szuleteshaz.hu/wp-content/uploads/2016/05/Roma-women-in-maternity-care.pdf; https://rm.coe.int/cc151casedoc1-en-complaint/1680725339; http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0016/235141/e96931.pdf

(14)

http://www.errc.org/cms/upload/file/czech-upr-march-2017.pdf

(15)

ttp://www.romaeducationfund.hu/sites/default/files/documents/segregation_of_roma_children_in_education_-_successes_and_challenges_-_final.pdf

(16)

http://www.regeringen.se/rattsdokument/statens-offentliga-utredningar/2010/07/sou-201055

(17)

https://www.gitanos.org/que-hacemos/areas/employment/en_cifras.html

(18)

http://www.statelessness.eu/sites/www.statelessness.eu/files/Italy_0.pdf

(19)

http://www.statelessness.eu/sites/www.statelessness.eu/files/Romania.pdf

(20)

https://www.researchgate.net/publication/316474619_On_the_History_of_Alegal_and_Coercive_Sterilization_Some_Legal_and_Ethical_Perspectives

(21)

http://www.errc.org/cms/upload/file/coercive-and-cruel-28-november-2016.pdf; http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/etudes/join/2013/493021/IPOL-FEMM_ET(2013)493021_EN.pdf

(22)

http://www.errc.org/blog/roma-lives-matter-bulgarian-rom-killed-for-possession-of-pesticides/168

(23)

http://www.ohchr.org/EN/NewsEvents/Pages/DisplayNews.aspx?NewsID=16737&LangID=


OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (12.7.2017)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar aspetti tad-drittijiet fundamentali fl-integrazzjoni tar-Rom fl-UE: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu

(2017/2038(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Malin Björk

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa C

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

C.  billi strutturali l-anti-Żingariżmu strutturali jista' jiġi osservat fil-livelli kollha tas-soċjetà Ewropea;

C.  billi l-anti-Żingariżmu strutturali jista' jiġi osservat fil-livelli kollha tas-soċjetà Ewropea u fiż-żoni ġeografiċi kollha tal-Ewropa;

Emenda    2

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Da (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Da.  billi d-diskriminazzjoni hija aktar akuta għan-nisa u l-bniet Rom li ma għandhomx dokumenti tal-identità;

Emenda    3

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Ga (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Ga.  billi huwa stmat li r-Rom jikkostitwixxu l-akbar minoranza fl-Unjoni Ewropea; billi d-diskriminazzjoni kontra r-Rom u l-istereotipi negattivi dwarhom għandhom għeruq profondi fl-Ewropa; billi n-nisa Rom huma esposti għal diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali minħabba li huma nisa u minħabba li jappartienu għall-minoranza etnika Rom;

Emenda    4

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Gb (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Gb.  billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tipprojbixxi kwalunkwe diskriminazzjoni pprattikata abbażi ta' kwalunkwe raġuni, inkluża l-oriġini etnika, u hemm minqux fiha r-rispett għad-diversità kulturali u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa; billi l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, ir-razziżmu, id-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza bejn is-sessi trid tkun impenn espliċitu tal-Unjoni Ewropea;

Emenda    5

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Gc (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Gc.  billi l-investiment fl-edukazzjoni tan-nisa u l-bniet Rom u t-titjib tal-ħiliet ta' litteriżmu u numeriżmu tagħhom, l-impenn akbar tagħhom fil-forza tax-xogħol u l-aċċess imtejjeb għar-riżorsi, minn vuċi politika akbar fis-soċjetà għal aċċess imtejjeb għas-self ta' flus u d-dritt għal sjieda tal-art, ġew identifikati bħala mezz li jawtonomizza lin-nisa u l-bniet Rom;

Emenda    6

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Gd (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Gd.  billi l-Istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 tirrikjedi li l-Kummissjoni tappoġġa l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-implimentazzjoni tal-aspetti kollha tal-istrateġija Ewropa 2020; billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom (NRIS) jeħtieġu "perspettiva tal-ġeneru li għandha tiġi applikata fil-politiki u l-azzjonijiet kollha għall-avvanz tal-inklużjoni tar-Rom";

Emenda    7

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Ge (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Ge.  billi r-razziżmu, l-iżvantaġġi ekonomiċi u sistemi diskriminatorji oħra jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' saffi ta' inugwaljanza u dinamika ta' tnaqqis ta' awtonomizzazzjoni għan-nisa Rom;

Emenda    8

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Gf (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Gf.  billi n-nisa b'mod ġenerali u n-nisa emarġinati, inlużi n-nisa Rom b'mod partikolari, għadhom qed jiffaċċjaw ħafna ostakoli għall-parteċipazzjoni sinifikanti f'livell politiku;

Emenda    9

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa G (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Gg.  billi skont data mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)1a, fl-2016, 16 % tan-nisa Rom biss kienu impjegati meta mqabbla mal-34 % tal-irġiel Rom; billi d-data wriet ukoll li fl-2016, 72 % tan-nisa Rom żgħażagħ ta' età ta' bejn is-16 u l-24 sena la kienu f'impjieg u lanqas f'edukazzjoni jew taħriġ, meta mqabbla mal-55 % tal-irġiel Rom żgħażagħ; billi 71 % tan-nisa Rom ta' età ta' bejn it-18 u l-24 sena jitilqu kmieni mill-edukazzjoni jew it-taħriġ;

 

 

1a.http://fra.europa.eu/en/publication/2016/eumidis-ii-roma-selected-findings

Emenda    10

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Gh (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Gh.  billi r-Rom huma partikolarment vulnerabbli għat-traffikar peress li huma affettwati b'mod sproporzjonat mid-diskriminazzjoni u mill-ostakoli li jiffaċċjaw biex jaċċedu għas-servizzi pubbliċi bħall-iskejjel, is-servizzi tas-saħħa u s-servizzi soċjali, u għall-opportunitajiet ta' impjieg; billi t-tfal Rom jinsabu f'riskju partikolari li jiġu traffikati u ritraffikati għall-finijiet ta' sfruttament sesswali u delitti fit-toroq;

Emenda    11

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Gi (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Gi.  billi l-vjolenza, inklużi l-vjolenza domestika, iż-żwieġ furzat, l-isterilizzazzjoni furzata u l-vjolenza verbali kontra n-nisa u l-bniet Rom, għadha mifruxa fl-Ewropa;

Emenda    12

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 1a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

1a.  Jiddispjaċih ħafna li l-persuni Rom, u b'mod partikolari n-nisa u l-bniet Rom, għadhom isofru minħabba diskriminazzjoni mifruxa u minn anti-Żingariżmu, li jalimenta ċiklu ta' żvantaġġ, esklużjoni, segregazzjoni u emarġinazzjoni; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi miġġieled ir-razziżmu anti-Rom f'kull livell u b'kull mezz; jenfasizza li dan il-fenomenu huwa forma ta' razziżmu partikolarment persistenti, vjolenti, rikorrenti u komuni;

Emenda    13

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 5a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

5a.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura r-riżorsi finanzjarji meħtieġa għall-politiki ta' antidiskriminazzjoni u antirazziżmu; jirrileva n-neċessità li l-programmi appoġġati mill-fondi ta' koeżjoni tal-UE jitfasslu biex jiggarantixxu perspettiva tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob li perspettiva ta' ugwaljanza bejn is-sessi u analiżi intersezzjonali jiġu inkorporati fl-arranġamenti tal-finanzjament; jemmen li l-valutazzjonijiet tal-impatt fuq is-sessi u l-ibbaġittjar skont is-sessi huma utli fil-valutazzjoni ta' x'impatt ikollhom fuq in-nisa l-prijoritajiet ta' finanzjament, l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u l-ispeċifikazzjonijiet għall-programmi ta' finanzjament; jenfasizza l-ħtieġa li data diżaggregata skont is-sessi tiġi miġbura sistematikament u analizzata regolarment;

Emenda    14

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 6a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

6a.  Jitlob li jsiru l-adozzjoni u l-implimentazzjoni rapida tal-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà sabiex jiġi żgurat aċċess ekwu għas-servizzi;

Emenda    15

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 7a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

7a.  Jitlob li tiġi approvata u implimentata b'mod rapidu d-direttiva kontra d-diskriminazzjoni, filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa li jiġu rispettati sensittivitajiet speċifiċi, ta' azzjonijiet immirati biex jiġu miġġielda saffi multipli ta' diskriminazzjoni u ta' għodod biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni b'mod trasversali fis-setturi kollha tas-soċjetà;

Emenda    16

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 8

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

8.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jipprevjenu u jopponu lid-diskors ta' mibegħda kontra r-Rom;

8.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jipprevjenu d-diskors ta' mibegħda kontra r-Rom u jindirizzawh b'mod determinat bl-istess mod bħal kwalunkwe diskors ta' mibegħda razzjali ieħor;

Emenda    17

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 13

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

13.  Jinsab profondament imħasseb dwar l-aċċess mhux ugwali tar-Rom għall-informazzjoni, għas-servizzi u għall-kura tas-saħħa, u dwar l-abbuż razzjali li huma jġarrbu;

13.  Jinsab profondament imħasseb dwar l-aċċess mhux ugwali tar-Rom għall-informazzjoni, għas-servizzi u għall-kura tas-saħħa, u dwar l-abbuż razzjali li huma jġarrbu; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-isforzi biex irawmu bini ta' kapaċità sostenibbli u komprensiv fost in-nisa Rom, biex joħolqu strutturi speċjalizzati bħalma huma punti tal-ikklerjar sabiex jipprovdu materjal ta' informazzjoni dwar is-saħħa imfassal apposta, u jipprovdu l-appoġġ neċessarju għall-inizjattivi għas-saħħa tal-komunità;

Emenda    18

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 13a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

13a.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jaċċeleraw l-isforzi kollha biex jiġġieldu kontra l-inugwaljanzi tas-saħħa billi jipprovdu aċċess ugwali għall-komunità Rom għal kura tas-saħħa pubblika ta' kwalità, u permezz tal-promozzjoni tas-saħħa, b'enfasi speċjali fuq il-ħtiġijiet ta' kura tas-saħħa għan-nisa u t-tfal Rom; jenfasizza l-importanza li jiġi pprovdut aċċess għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati għan-nisa u ż-żgħażagħ Rom;

Emenda    19

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 13b (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

13b.  Jilqa' l-iffirmar riċenti mill-Kummissjoni f'isem l-UE tal-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika; iħeġġeġ lill-Kunsill jikkonkludi r-ratifika tal-UE tal-konvenzjoni u lill-Istati Membri jħeġġiġhom jikkompletaw l-implimentazzjoni tagħha; jistieden lill-Istati Membri jagħtu każ l-isfidi partikolari ffaċċjati min-nisa u l-bniet Rom b'rabta maż-żwiġijiet bikrin u l-attakki fuq l-integrità fiżika tagħhom, bħall-isterilizzazzjoni furzata, fl-implimentazzjoni tal-konvenzjoni;

Emenda    20

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 14a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

14a.  Jistieden lill-gvernijiet u lill-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri jinvolvu lin-nisa Rom, permezz ta' organizzazzjonijiet tan-nisa, NGOs tar-Rom u partijiet interessati rilevanti, fit-tħejjija, fl-implimentazzjoni, fl-evalwazzjoni u fil-monitoraġġ tal-Istrateġiji Nazzjonali ta' Integrazzjoni tar-Rom (NRIS), u joħolqu rabtiet bejn il-korpi għall-ugwaljanza bejn is-sessi, l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u l-istrateġiji għall-inklużjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tindirizza l-ugwaljanza bejn is-sessi b'mod konsistenti meta tkun qed timplimenta l-Istrateġija UE 2020 u l-programmi ta' riforma nazzjonali;

Emenda    21

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 15a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

15a.  Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili Rom u jiżviluppaw il-kapaċità tagħha sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet tat-traffikar fil-komunitajiet Rom; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu taħriġ ulterjuri lill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, lill-gwardjani tal-kosta, lill-prosekuturi u lill-ġudikatura dwar aspetti varji tat-traffikar, inkluż permezz ta' sessjonijiet immirati lejn it-tagħlib tal-istereotipi u l-attitudnijiet negattivi lejn ir-Rom biex jirrilevaw il-fatt li ta' sikwit ikunu l-vittmi jew vittmi potenzjali tat-traffikar;

Emenda    22

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 15b (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

15b.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jippromwovu u jappoġġaw il-ġbir u t-tixrid tad-data dwar miżuri legali jew miżuri oħra meħuda fil-livell nazzjonali biex jipprevjenu u jikkumbattu l-vjolenza perpetrata kontra n-nisa u l-bniet Rom;

Emenda    23

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 16a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

16a.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiġġieldu kontra l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u jipprevenuhom u jipproteġu lill-vittmi, u jiżguraw li jiġu pprovduti għajnuna legali u rimedji legali effettivi, u jiddedikaw attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni tan-nisa, tat-tfal u tal-persuni LGBTI Rom, u tal-persuni Rom b'diżabilità, li ta' sikwit ikunu soġġetti għal forom multipli ta' diskriminazzjoni;

Emenda    24

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 19a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

19a.  Jenfasizza li t-tijib tas-sitwazzjoni tan-nisa u l-bniet Rom jirrikjedi politiki nondiskriminatorji speċifiċi u mmirati li jippermettu l-aċċess ugwali għall-impjieg u għall-edukazzjoni, inkluż għat-tagħlim tul il-ħajja, u li tkun żgurata abitazzjoni ta' kwalità, li hija ċ-ċavetta għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom u għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni;

Emenda    25

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 19b (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

19b.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2013 dwar il-promozzjoni tal-opportunitajiet ta' impjieg fis-servizz ċivili għall-persuni ta' oriġini ta' minoranza etnika, bħar-Rom, u partikolarment in-nisa Rom;

Emenda    26

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 19c (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

19c.  Jinkoraġġixxi lin-negozji u lill-awtoritajiet lokali joħolqu skemi ta' taħriġ u opportunitajiet tax-xogħol għan-nisa Rom;

Emenda    27

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 20a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

20a.  Jissottolinja l-fatt li prekundizzjoni għall-inklużjoni tar-Rom sensittiva għall-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE jenħtieġ li tkun pjan ta' azzjoni madwar l-UE kollha li jibni fuq aspetti tad-drittijiet fundamentali, li jirrileva d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-aċċess għad-drittijiet (inklużi l-edukazzjoni, is-servizzi tas-saħħa, l-impjieg, l-abitazzjoni u l-protezzjoni soċjali), l-anti-razziżmu u n-nondiskriminazzjoni, u li jkun ibbażat fuq l-objettivi, il-prinċipji u l-istrumenti definiti mit-trattati internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom kollha ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW);

Emenda    28

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 20b (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

20b.  Jitlob li tinġabar statistika dwar id-diskriminazzjoni multipla, li spiss tkun sigrieta u moħbija; jitlob li jiġi stabbilit programm speċjali tal-UE li jiġġieled kontra d-diskriminazzjoni multipla, b'enfasi speċjali fuq il-gruppi vulnerabbli; jitlob lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) tippubblika rapport dwar dan is-suġġett;

Emenda    29

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 20c (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

20c.  Jirrileva li huma meħtieġa politiki speċifiċi mmirati biex tiġi ttrattata b'mod determinat id-diskriminazzjoni intersezzjonali u multipla ffaċjata mill-LGBTI Rom b'mod partikolari;

Emenda    30

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 21

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

21.  Jinsab imħasseb dwar il-livell baxx ta' parteċipazzjoni tar-Rom bħala interlokuturi mal-gvernijiet lokali, reġjonali u nazzjonali jew bħala rappreżentanti eletti f'tali gvernijiet u dwar il-fatt li l-gvernijiet naqsu milli jiggarantixxu li r-Rom jeżerċitaw ċittadinanza sħiħa;

21.  Jinsab imħasseb dwar il-livell baxx ta' parteċipazzjoni tar-Rom bħala interlokuturi mal-gvernijiet lokali, reġjonali u nazzjonali jew bħala rappreżentanti eletti f'tali gvernijiet u dwar il-fatt li l-gvernijiet naqsu milli jiggarantixxu li r-Rom jeżerċitaw ċittadinanza sħiħa; jitlob li jsiru programmi ta' awtonomizzazzjoni mmirati bl-għan li tiżdied u tiġi żgurata l-parteċipazzjoni fit-tul tan-nisa, iż-żgħażagħ u l-persuni LGBTI Rom bħala rappreżentanti tal-gvernijiet lokali, reġjonali u nazzjonali;

Emenda    31

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 21a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

21a.  Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jiżguraw li l-parteċipazzjoni tan-nisa u l-bniet Rom fit-tfassil tal-politiki u t-teħid tad-deċiżjonijiet tittejjeb fl-iżvilupp tal-politiki u l-azzjonijiet kollha, u jippromwovu l-inklużjoni tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa Rom;

Emenda    32

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 21b (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

21b.  Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri janalizzaw jekk il-politiki hux qed jiksbu t-titjib mixtieq u kif qed jagħmlu dan, b'mod partikolari għan-nisa u l-bniet Rom; jitlob li jiġu implimentati miżuri korrettivi f'każ li ma jsirx progress biżżejjed;

Emenda    33

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 24a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

24a.  Jitlob li jittieħdu miżuri mmirati bl-għan tal-awtonomizzazzjoni ekonomika tan-nisa u l-bniet Rom, bħalma huma l-intraprenditorija soċjali u l-programmi ta' mikrofinanzjament, kif ukoll aċċess akbar għas-servizzi sabiex jingħelbu l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

Emenda    34

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 24b (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

24b.  Jirrileva l-ħtieġa li jitħeġġu l-parteċipazzjoni ċivika u politika u t-tmexxija tan-nisa Rom f'dawn l-oqsma, inklużi nisa Rom li joħorġu għal kariga eletta; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jappoġġaw il-programmi mmirati dwar l-edukazzjoni ċivika u t-taħriġ fit-tmexxija għan-nisa u l-bniet Rom;

Emenda    35

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 25a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

25a.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li kapitolu speċifiku dwar id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi huwa inkluż fl-NRIS tagħhom, u li jiġu applikati f'kull taqsima tiegħu miżuri ta' integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri mmirati lejn il-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

Emenda    36

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 27a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

27a.  Jistieden lill-gvernijiet jinkoraġġixxu u jappoġġaw il-parteċipazzjoni effettiva tan-nisa Rom fil-ħajja pubblika u politika permezz ta' firxa wiesgħa ta' miżuri, inkluż permezz tal-kunsiderazzjoni tal-istabbiliment ta' kwoti minimi għar-rappreżentanza tan-nisa fil-korpi eletti;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

12.7.2017

 

 

 


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

28.9.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Louis Michel, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Anna Hedh, Lívia Járóka, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jean Lambert, Gilles Lebreton, Angelika Mlinar, Emil Radev, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Jaromír Štětina

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Bocskor, Maurice Ponga, Cristian Dan Preda


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

46

+

PPE

Heinz K. Becker, Andrea Bocskor, Michał Boni, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Lívia Járóka, Barbara Kudrycka, Roberta Metsola, Maurice Ponga, Cristian Dan Preda, Jaromír Štětina, Traian Ungureanu

S&D

Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Cécile Kashetu Kyenge, Dietmar Köster, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Soraya Post, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

ECR

Monica Macovei, Helga Stevens, Branislav Škripek

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Louis Michel, Angelika Mlinar, Cecilia Wikström

GUE/NGL

Marina Albiol Guzmán, Malin Björk, Cornelia Ernst, Marie-Christine Vergiat

Verts/ALE

Jan Philipp Albrecht, Jean Lambert, Judith Sargentini

1

-

ENF

Lorenzo Fontana

3

0

EFDD

Laura Ferrara

ENF

Gilles Lebreton

PPE

Emil Radev

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali