Proċedura : 2017/2134(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0298/2017

Testi mressqa :

A8-0298/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2017 - 5.15

Testi adottati :

P8_TA(2017)0400

RAPPORT     
PDF 604kWORD 52k
11.10.2017
PE 610.565v02-00 A8-0298/2017

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex tipprovdi l-finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli

(COM(2017)0480 – C8-0235/2017 – 2017/2134(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Jens Geier

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex tipprovdi l-finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli

(COM(2017)0480 – C8-0235/2017 – 2017/2134(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0480 – C8-0235/2017),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1) (ir-Regolament dwar il-QFP) u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottat fl-1 ta' Diċembru 2016(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0298/2017),

A.  billi, wara r-reviżjoni tar-Regolament dwar il-QFP, hemm disponibbli ammont annwali ta' EUR 676 miljun fi prezzijiet kurrenti skont l-Istrument ta' Flessibbiltà, li żdied b'ammonti li skadew mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea u mill-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'mod speċifiku EUR 646 miljun sa tmiem l-2016; billi ammont ta' EUR 530 miljun fl-ambitu tal-Istrument ta' Flessibbiltà fil-baġit tal-2017, diġà ġie mobilizzat, b'hekk hemm EUR 792 miljun disponibbli għal aktar mobilizzazzjoni;

B.  billi r-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta' Garanzija tal-EFSD(4) daħal fis-seħħ fit-28 ta' Settembru 2017;

C.  billi wara li l-Kummissjoni eżaminat il-possibbiltajiet kollha ta' allokazzjoni mill-ġdid tal-approprjazzjonijiet ta' impenn skont l-Intestatura 4 (Ewropa Globali), ipproponiet li timmobilizza l-Istrument ta' Flessibbiltà għal ammont ta' EUR 275 miljun lil hinn mil-limitu massimu tal-Intestatura 4 biex tipprovdi l-finanzjament tal-EFSD;

1.  Jinnota li l-limitu massimu tal-2017 għall-Intestatura 4 ma jippermettix finanzjament adegwat tal-EFSD; itenni l-pożizzjoni stabbilita tiegħu li r-riżorsi finanzjarji għal azzjoni esterna tal-Unjoni ma jippermettux li jiġu koperti l-ħtiġijiet ta' politika esterna proattiva u sostenibbli;

2.  Jaqbel, għalhekk, li l-Istrument ta' Flessibbiltà jiġi mobilizzat għal ammont ta' EUR 275 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament;

3.  Itenni li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument, kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-QFP, tindika għal darb'oħra l-bżonn kruċjali ta' aktar flessibbiltà fil-baġit tal-Unjoni;

4.  Itenni l-opinjoni stabbilita tiegħu li l-pagamenti minn impenji mobilizzati preċedentement permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà jistgħu jingħaddu biss oltre l-limiti massimi tal-QFP;

5.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(2)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)

ĠU L 51, 28.2.2017.

(4)

ĠU L 249, 27.9.2017, p. 1.


ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex tipprovdi l-finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  L-Istrument ta' Flessibbiltà huwa maħsub biex jippermetti l-finanzjament ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fil-limiti disponibbli ta' intestatura jew intestaturi oħra.

(2)  Il-limitu massimu fuq l-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà huwa EUR 600 000 000 (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM) Nru 1311/2013(2).

(3)  Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi ta' bħalissa relatati mal-migrazzjoni, l-influssi tar-rifuġjati u t-theddid għas-sigurtà, huwa meħtieġ li jiġu mobilizzati ammonti addizzjonali sinifikanti għall-finanzjament ta' miżuri adegwati b'mod urġenti.

(4)  Wara li ġew eżaminati l-possibbiltajiet kollha għall-allokazzjoni mill-ġdid tal-approprjazzjonijiet skont il-limitu massimu tan-nefqa għall-Intestatura 4 (Ewropa Globali), jeħtieġ li jiġi mobilizzat l-Istrument ta' Flessibbiltà biex jissupplimenta l-finanzjament disponibbli fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017, lil hinn mil-limiti massimi tal-Intestatura 4 bl-ammont ta' EUR 275 000 000 biex jiġi pprovdut il-finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD). Dan l-ammont jinkludi l-ammonti li skadew fis-snin preċedenti tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea u tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u li saru disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013.

(5)  Abbażi tal-profil tal-pagamenti mistenni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament korrispondenti għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà jenħtieġ li jkunu għall-2017 biss,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.  Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017, l-Istrument ta' Flessibbiltà għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 275 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-Intestatura 4 (Ewropa Globali).

L-ammont imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jintuża biex jiġi pprovdut il-finanzjament tal-Fond ta' Garanzija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli.

2.  Abbażi tal-profil tal-pagamenti mistenni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament korrispondenti għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà se jkunu EUR 250 000 000 għall-2017. L-ammont għandu jkun awtorizzat skont il-proċedura baġitarja.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi ...

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

(1)

  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

10.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Urmas Paet, Pina Picierno, Răzvan Popa, Paul Rübig, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrey Novakov, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marie-Pierre Vieu, Auke Zijlstra


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

31

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez, Urmas Paet

ECR

Richard Ashworth, Bernd Kölmel

PPE

Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, John Howarth, Pina Picierno, Răzvan Popa, Isabelle Thomas, Derek Vaughan, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Manuel dos Santos

Verts/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

5

-

EFDD

Jonathan Arnott

ENF

Auke Zijlstra

GUE/NGL

Liadh Ní Riada, Marie-Pierre Vieu

NI

Eleftherios Synadinos

1

0

ENF

Stanisław Żółtek

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali