Proċedura : 2017/2044(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0299/2017

Testi mressqa :

A8-0299/2017

Dibattiti :

PV 24/10/2017 - 13
CRE 24/10/2017 - 13

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2017 - 7.2
CRE 25/10/2017 - 7.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0408

RAPPORT     
PDF 1389kWORD 169k
11.10.2017
PE 610.722v01-00 A8-0299/2017(L-ewwel parti)

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(11815/2017 – C8-0313/2017 – 2017/2044(BUD))

Parti 1: Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Kumitat għall-Baġits

Rapporteurs: Siegfried Mureşan (Taqsima III – Kummissjoni)

Richard Ashworth (Taqsimiet oħra)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (11815/2017 – C8-0313/2017 – 2017/2044(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3) (Regolament QFP),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' April 2017 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2018(6),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, adottat mill-Kummissjoni fid-29 ta' Ġunju 2017 (COM(2017)0400),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Settembru 2017 u li ntbagħtet lill-Parlament fit-13 ta' Settembru 2017 (11815/2017 – C8-0313/2017),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2015 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-abbozz ta' baġit 2018(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0299/2017),

Taqsima III

Ħarsa ġenerali

1.  Jenfasizza li l-qari tal-Baġit 2018 min-naħa tal-Parlament jirrifletti bis-sħiħ il-prijoritajiet politiċi adottati b'maġġoranza kbira fir-riżoluzzjonijiet tiegħu msemmija hawn fuq tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-linji gwida ġenerali u tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-mandat għat-trilogu; ifakkar li t-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi, b'mod partikolari l-impjiegi taż-żgħażagħ, is-sigurtà u t-tibdil fil-klima huma fil-qalba ta' dawn il-prijoritajiet;

2.  Jenfasizza li l-Unjoni tkompli tħabbat wiċċha ma' għadd ta' sfidi u jinsab konvint li, filwaqt li tinżamm id-dixxipplina baġitarja, ir-riżorsi finanzjarji neċessarji jridu jiġu allokati mill-baġit tal-Unjoni, sabiex jiġu sodisfatti l-prijoritajiet politiċi u sabiex l-Unjoni tkun tista' tipprovdi tweġibiet konkreti u tirrispondi b'mod effikaċi għal dawk l-isfidi; jissottolinja li l-infiq tal-Unjoni jenħtieġ li jkun ibbażat fuq il-prinċipju tal-valur miżjud Ewropew u jenħtieġ li jirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà;

3.  Jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jiffinanzja l-politiki tal-Unjoni li jsaħħu l-impjiegi u t-tkabbir fir-reġjuni kollha tagħha permezz ta' investimenti fl-oqsma tar-riċerka, tal-edukazzjoni, tal-infrastruttura, tal-SMEs u tal-impjiegi, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ; ma jistax jifhem kif l-Unjoni tista' tikseb progress f'dawn l-oqsma meta wieħed iqis it-tnaqqis propost mill-Kunsill taħt is-subintestatura 1a; jiddeċiedi minflok li, barra minn hekk, isaħħaħ programmi ta' riċerka u innovazzjoni li għandhom rata ta' implimentazzjoni għolja ħafna u li, minħabba eċċess imdaqqas fid-domanda, qed iħabbtu wiċċhom ma' rata ta' suċċess partikolarment baxxa għall-applikazzjonijiet;

4.  Jibqa' impenjat ma' wegħdiet tiegħu li għamel matul in-negozjati tal-FEIS, jiġifieri li jimminimizza l-impatt tat-tnaqqis relatat mal-FEIS fuq Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali; jipproponi, għalhekk, li jiġi kkumpensat dak it-tnaqqis billi l-profil annwali oriġinali ta' dawn iż-żewġ programmi jerġa' jiġi kif kien, sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu kompletament l-objettivi miftiehma matul l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti;

5.  Jesprimi l-appoġġ politiku tiegħu għall-istabbiliment tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (ESC) u jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta leġiżlattiva mressqa f'dan ir-rigward min-naħa tal-Kummissjoni; iqis, madankollu, li sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-finanzjament tal-ESC u l-adozzjoni tar-regolament rilevanti permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jenħtieġ li l-ebda dispożizzjoni finanzjarja ma tiddaħħal għal dan l-iskop fil-Baġit 2018; jiddeċiedi, għalhekk, li jenħtieġ li l-approprjazzjonijiet u r-riallokazzjonijiet rilevanti li l-Kummissjoni daħħlet fl-Abbozz ta' Baġit 2018 (AB) għalissa jiġu invertiti, peress li d-deċiżjoni dwar il-Baġit 2018 jenħtieġ li ma tippreġudika bl-ebda mod l-eżitu tan-negozjati leġiżlattivi; jibqa' impenjat bis-sħiħ biex jintegra d-deċiżjoni dwar il-finanzjament tal-ESC fil-baġit tas-sena d-dieħla immedjatament permezz ta' baġit emendatorju, f'każ li n-negozjati dwar ir-regolament rilevanti ma jiġux konklużi qabel tmiem il-proċedura baġitarja tal-2018;

6.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-qgħad fost iż-żgħażagħ għadu f'livelli mingħajr preċedent u huwa konvint li sabiex il-futur ta' ġenerazzjoni sħiħa ta' żgħażagħ Ewropej ma jiġix ipperikolat, jeħtieġ li jittieħdu azzjonijiet addizzjonali; jiddeċiedi għalhekk li jsaħħaħ l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) lil hinn mil-livell propost mill-Kummissjoni għall-2018; jenfasizza li dan it-tisħiħ jenħtieġ li jitqies bħala addizzjonali għall-allokazzjoni kumplessiva li ġiet approvata politikament għall-YEI fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, u mhux biss bħala antiċipazzjoni ta' dik l-allokazzjoni fil-Baġit 2018;

7.  Ifakkar li l-politika ta' koeżjoni tiżvolġi rwol ewlieni fil-kisba ta' konverġenza ekonomika u soċjali fl-Unjoni, u b'hekk tiżgura l-iżvilupp u t-tkabbir; jisħaq fuq il-fatt li huwa mistenni li, fl-2018, il-programmi tal-politika ta' koeżjoni se jaċċeleraw u jilħqu r-ritmu operattiv tagħhom; u jenfasizza l-impenn li ħa l-Parlament biex jiżgura approprjazzjonijiet adegwati għal dawk il-programmi li jirrappreżentaw waħda mill-politiki fil-qalba tal-Unjoni; huwa mħasseb, madankollu, dwar id-dewmien inaċċettabbli fl-implimentazzjoni ta' programmi operattivi fil-livell nazzjonali; jappella lill-Istati Membri biex jiżguraw li d-deżinjazzjoni tal-awtoritajiet ta' ġestjoni, awditjar u ċertifikazzjoni tiġi konkluża u l-implimentazzjoni titħaffef; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tkompli bis-semplifikazzjoni tal-proċeduri relatati;

8.  Jemmen li, filwaqt li bħalissa l-quċċata tal-kriżi migratorja u tar-rifuġjati tidher li għaddiet, l-Unjoni trid tkun lesta biex twieġeb għal kwalunkwe eventwalità futura f'dan il-qasam u tfittex approċċ aktar proattiv fil-qasam tal-migrazzjoni; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli timmonitorja l-adegwatezza tal-allokazzjonijiet taħt l-Intestatura 3 u tagħmel użu sħiħ mill-istrumenti disponibbli kollha taħt il-QFP attwali biex iwieġbu fil-ħin għal kwalunkwe eventwalità mhux prevista li jista' jkun jeħtieġ finanzjament addizzjonali; ifakkar li, filwaqt li l-Unjoni rnexxielha tistabbilixxi xi mekkaniżmi li jgħinu biex jinstab tarf din is-sitwazzjoni, xorta waħda s'issa waslu aktar minn mitt elf f'rifuġjati u migranti fl-Ewropa bil-baħar fl-2017, skont il-UNHCR; jiddeċiedi għalhekk li jsaħħaħ b'mod limitat il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna, kif ukoll l-aġenziji b'responsabbiltajiet fil-qasam tal-asil, bħall-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), li jeħtieġ li jiġi pprovdut b'riżorsi finanzjarji u umani adegwati; jinnota għal darb'oħra li l-limitu massimu tal-Intestatura 3 hu wisq insuffiċjenti biex jipprevedi finanzjament xieraq għad-dimensjoni interna tal-kriżi migratorja u tar-rifuġjati, kif ukoll għal programmi prijoritarji oħrajn, bħall-programmi fil-qasam tal-kultura u ċ-ċittadinanza;

9.  Jissottolinja l-fatt li l-Intestatura 3 fil-parti l-kbira tagħha ġiet mobilizzata f'dawn l-aħħar snin biex tindirizza l-kriżi migratorja u tar-rifuġjati u li tali azzjonijiet jenħtieġ li jitkomplew għal kemm ikun meħtieġ; jinnota madankollu li l-finanzjament ipprovdut s'issa mhuwiex biżżejjed; għal din ir-raġuni jiddeċiedi li jsaħħaħ l-aġenziji fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni li kawża ta' żieda fix-xogħol u kompiti addizzjonali, f'dawn l-aħħar snin kienu qed iħabbtu wiċċhom ma' skarsezza ta' persunal u finanzjament;

10.   Jissottolinja li, li fid-dawl tat-tħassib reċenti ta' sigurtà madwar l-Unjoni, il-finanzjament taħt l-Intestatura 3 jenħtieġ ukoll li jqis lil miżuri li se jwasslu biex tissaħħaħ is-sigurtà taċ-ċittadini tal-Unjoni;

11.  Itenni li parti mis-soluzzjoni essenzjali tal-kriżi migratorja u tar-rifuġjati kif ukoll tat-tħassib dwar is-sigurtà taċ-ċittadini tal-Unjoni tinsab fl-indirizzar tal-kawżi profondi tal-migrazzjoni u fl-allokazzjoni ta' biżżejjed mezzi finanzjarji għal strumenti esterni li għandhom l-għan li jindirizzaw kwistjonijiet bħall-faqar, in-nuqqas ta' impjiegi, l-edukazzjoni u l-opportunitajiet ekonomiċi, l-instabbiltà, il-kunflitt u t-tibdil fil-klima li huwa wieħed mill-kawżi sottostanti wara l-flussi migratorji li qed jiżdiedu; huwa tal-fehma li l-Unjoni jenħtieġ li tagħmel użu ottimali ta' mezzi finanzjarji taħt l-Intestatura 4 li wrew li huma insuffiċjenti biex jindirizzaw ukoll l-isfidi esterni kollha, minħabba li r-riżorsi huma b'mod ċar insuffiċjenti u jenħtieġu li jiżdiedu b'mod aktar organiku.

12.  Jiddispjaċih li, filwaqt li jħejji l-pożizzjoni tiegħu, il-Parlament ma ġiex infurmat biżżejjed dwar l-impatt baġitarju tal-possibbiltà ta' deċiżjoni politika sabiex testendi l-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija; itenni l-pożizzjoni tiegħu, li ilu jħaddan, li inizjattivi ġodda m'għandhomx jiġu ffinanzjati għad-detriment ta' proġetti esterni eżistenti tal-UE; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni biex f'każ ta' estensjoni tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija, tipproponi l-finanzjament tagħha permezz ta' mezzi ġodda u tinvolvi aktar lill-NGOs lokali fl-implimentazzjoni tagħha; jinnota li l-limitu massimu tal-Intestatura 4 hu wisq insuffiċjenti biex jipprovdi rispons sostenibbli u effikaċi għall-isfidi esterni attwali, inklużi dawk tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati;

13.  Ifakkar li l-baġit tal-Unjoni jrid jappoġġa t-twettiq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi u l-miri tal-klima fit-tul tal-UE billi tintlaħaq il-mira ta' nfiq ta' 20 % għall-klima fil-QFP 2014-2020; jiddispjaċih li l-Kummissjoni naqset milli tressaq proposti konkreti u realistiċi biex jintlaħqu dawn l-għanijiet; għaldaqstant jipproponi żidiet lil hinn mil-livell tal-AB għal azzjonijiet relatati mal-klima; jinnota madankollu li dawn iż-żidiet mhumiex biżżejjed u jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-proposti neċessarji kollha sabiex jintlaħqu l-għanijiet fl-abbozzi tal-baġits li jmiss; jinnota, f'dan il-kuntest, li 8,2 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn totali proposti fl-AB huma relatati mal-protezzjoni tal-bijodiversità; jenfasizza li żieda annwali ta' 0,1 % tinsab f'kuntrast mat-tnaqqis inkwetanti u li qed jaċċelera fl-ispeċijiet u l-ħabitats;

14.  Japprezza li l-approċċ il-ġdid ta' "Baġit Iffukat fuq ir-Riżultati" għall-ewwel darba ġie integrat fit-tħejjija baġitarja interna tal-Kummissjoni sabiex tiġi rieżaminata n-nefqa bbażata fuq l-esperjenza miksuba s'issa u jiġu identifikati aġġustamenti possibbli;

15.  Ireġġa' t-tnaqqis li ppropona l-Kunsill għall-AB lura għal li kien; ma jistax jifhem ir-raġunament wara t-tnaqqis propost, pereżempju għall-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), żewġ programmi li diġà huma affettwati minn riallokazzjonijiet għall-FEIS, kif ukoll dawk għall-politiki esterni; jikkontesta, f'kull każ, l-intenzjoni ddikjarata tal-Kunsill li jiffoka fuq linji baġitarji b'rata ta' eżekuzzjoni jew kapaċità ta' assorbiment baxxi, peress li din mhijiex sostanzjata minn ċifri ta' implimentazzjoni reali u tinjora x-xejriet ta' implimentazzjoni differenti ta' ċerti programmi; 


16.  Jikkonkludi li, bl-iskop li jiġu ffinanzjati kif xieraq il-ħtiġijiet urġenti kollha, u meta jitqiesu l-marġnijiet stretti ħafna tal-QFP fl-2018, ikun meħtieġ li jintużaw il-mezzi kollha disponibbli fir-Regolament dwar il-QFP f'termini ta' flessibbiltà; jistenna li l-Kunsill jikkondividi dan l-approċċ u li jkun faċli jintlaħaq ftehim fil-fażi tal-konċiljazzjoni, biex b'hekk l-Unjoni tkun tista' taħtaf l-opportunità u tirrispondi b'mod effikaċi għall-isfidi li ġejjin; jissottolinja li d-devjazzjoni ta' kull sena baġitarja mill-programmazzjoni inizjali skont il-QFP attwali hija favur aġġustament 'il fuq mil-limiti massimi fil-QFP wara l-2020;

17.  Jistabbilixxi l-livell globali tal-approprjazzjonijiet għall-2018 għal EUR 162 597 930 901 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 146 712 004 932 f'approprjazzjonijiet ta' pagament; 


Subintestatura 1a – Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

18.  Jirrespinġi t-tnaqqis inġustifikat min-naħa tal-Kunsill ta' EUR 750 miljun għas-subintestatura 1a, li waħedha tirrappreżenta kważi żewġ terzi tat-tnaqqis kumplessiv tal-Kunsill f'impenji fl-intestaturi tal-QFP; jinnota li dan it-tnaqqis jikkontradixxi l-prijoritajiet politiċi li ddikkjara l-Kunsill stess;

19.  Jinsisti fuq il-fatt li sabiex jinkiseb t-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni, huwa kruċjali li jissaħħu l-investimenti fl-oqsma tar-riċerka, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, l-infrastruttura u l-impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju; iwissi li dan it-tnaqqis propost mill-Kunsill jipperikola programmi b'valur miżjud Ewropew reali u b'impatt dirett fuq il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir, bħal Orizzont 2020 jew is-CEF; jirrimarka, b'mod partikolari, li huwa essenzjali li jkun hemm biżżejjed finanzjament għal Orizzont 2020 biex jippermetti l-iżvilupp tar-riċerka u l-innovazzjoni, it-tmexxija fid-diġitalizzazzjoni u l-appoġġ tal-SMEs fl-Ewropa; ifakkar li dan il-programm ta prova ta' valur miżjud Ewropew qawwi bi 83 % tal-proġetti ffinanzjati minn Orizzont 2020 li ma kinux iseħħu kieku ma kienx għall-appoġġ fil-livell tal-Unjoni; itenni l-importanza tal-istrument ta' finanzjament tas-CEF biex jitlesta n-netwerk TEN-T u biex titwettaq iż-Żona Unika Ewropea tat-Trasport; konsegwentement jiddeċiedi li jreġġa' lura kull tnaqqis li għamel il-Kunsill u, barra minn hekk, ireġġa' lura kompletament il-profil oriġinali ta' Orizzont 2020 u l-linji tas-CEF li tnaqqsu għall-proviżjonament tal-Fond ta' Garanzija tal-FEIS;

20.  Jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jissaħħu kemm l-aspetti tal-edukazzjoni u tat-taħriġ kif ukoll dak taż-żgħażagħ ta' Erasmus+ bħala parti minn investiment strateġiku fiż-żgħażagħ Ewropej;

21.  Jenfasizza li l-prijorità ewlenija għall-Unjoni jenħtieġ li tkun li jkun hemm biżżejjed appoġġ finanzjarju għall-mikroimpriżi, l-imprendituri u l-SMEs peress li dawn huma s-sors ewlieni tal-ħolqien ta' impjiegi fl-Ewropa kollha; jenfasizza li l-iżgurar ta' aċċess tajjeb għall-finanzi huwa essenzjali biex l-SMEs jibqgħu kompetittivi u biex jiġu megħjuna jegħlbu l-isfidi marbuta mal-aċċess għas-suq intern kif ukoll għas-suq globali;

22.  Jiddeċiedi, għalhekk, li jkompli jsaħħaħ lil hinn mill-AB u l-profili inizjali ta' qabel il-FEIS u l-ESC, dawk il-programmi li huma essenzjali biex jagħtu spinta lit-tkabbir u l-impjiegi u li jirriflettu b'mod wiesa' l-prijoritajiet tal-Unjoni li ntlaħaq qbil dwarhom, jiġifieri Erasmus+, Orizzont 2020 (Marie Curie, il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, l-Istrument għall-SMEs), COSME u EaSI (Progress u Eures); jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi finanzjament suffiċjenti għal-linji baġitarji relatati mal-WIFI4EU u żżomm l-impenn ta' investiment tagħha bejn l-2017 u l-2020;

23.  Jilqa' l-inklużjoni tal-linja baġitarja tal-Avvenimenti Annwali Speċjali fil-Baġit tal-2018, li tippermetti l-iżvilupp ta' sens ta' appartenenza Ewropea fost iċ-ċittadini; jinnota li l-kamp ta' applikazzjoni tal-Avvenimenti Annwali Speċjali jenħtieġ li jservi b'mod ċar il-valur miżjud liċ-ċittadini Ewropej fl-Istati Membri kollha;

24.  Jisħaq fuq l-importanza li titqanqal ir-riċerka dwar difiża kooperattiva fl-Ewropa biex tindirizza n-nuqqasijiet kruċjali tal-kapaċitajiet fi żmien meta l-iżviluppi u l-inċertezzi internazzjonali jirrikjedu dejjem aktar li l-Ewropa tintensifika l-isforzi tagħha fil-qasam tad-difiża; jemmen li spejjeż addizzjonali fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka dwar id-difiża jenħtieġ li jiġu kkumpensati minn iffrankar fuq il-livell nazzjonali; jappoġġa ż-żieda fl-allokazzjoni għall-Azzjoni Preparatorja għar-riċerka dwar id-difiża; jappella li jkun hemm programm ta' riċerka dwar id-difiża fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss; madankollu, itenni l-pożizzjoni tiegħu li ilu jħaddan li inizjattivi ġodda għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta' approprjazzjonijiet ġodda u mhux għad-detriment ta' programmi eżistenti tal-Unjoni; jissottolinja, barra minn hekk, il-ħtieġa li jittejbu l-kompetittività u l-innovazzjoni fl-industrija tad-difiża Ewropea;

25.  Huwa tal-opinjoni li jenħtieġ li jiġu allokati aktar riżorsi fil-qafas tal-Baġit 2018 sabiex titwettaq valutazzjoni komprensiva u imparzjali tar-riskju maħluq minn pajjiżi terzi f'termini tan-nuqqasijiet strateġiċi tagħhom fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, abbażi ta' kriterji definiti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849(8) u sabiex titfassal lista ta' ġurisdizzjonijiet "b'riskju għoli";

26.  B'riżultat ta' dan, iżid il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għas-subintestatura 1a lil hinn mill-AB b'EUR 143,9 miljun (minbarra t-treġġigħ lura għal-livell preċedenti tal-FEIS u tal-ESC, il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji), biex jiġu ffinanzjati fi ħdan il-marġni disponibbli kif ukoll mobilizzazzjoni ulterjuri tal-Marġni Globali għall-Impenji;

Subintestatura 1b – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

27.  Ma jaqbilx mat-tnaqqis propost mill-Kunsill ta' EUR 240 miljun f'pagamenti taħt is-Subintestatura 1b, inkluż dwar linji ta' appoġġ, u jannullah sakemm ikun hemm previżjonijiet aġġornati mill-Kummissjoni;

28.  Jinnota bi tħassib dejjem akbar li d-dewmien inaċċettabbli fl-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) dgħajjef l-effikaċja tagħhom u poġġa pressjoni fuq l-awtoritajiet amministrattivi u l-benefiċjarji; itenni għal darb'oħra r-riskju li d-dewmien attwali jista' jkollu fuq l-akkumulazzjoni ta' kontijiet mhux imħallsa matul it-tieni nofs ta' dan il-QFP u l-bidu ta' dak li jmiss; itenni bil-qawwa l-appell tiegħu lill-Istati Membri biex ifittxu parir u għajnuna mingħand il-Kummissjoni sabiex jindirizzaw id-dewmien fil-ħatra ta' awtoritajiet maniġerjali, taċ-ċertifikazzjoni u tal-awditjar; jinsab aktar allarmat mit-tendenza għat-tnaqqis u n-nuqqas ta' preċiżjoni tal-istimi tal-Istati Membri;

29.  Ifakkar li r-rati ta' qgħad fost iż-żgħażagħ għadhom għoljin b'mod inaċċettabbli fl-Unjoni; jenfasizza li, sabiex tiġi indirizzata din il-kwistjoni, hu ferm importanti li jkun żgurat finanzjament adegwat ta' skemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) u l-FSE; jilqa' l-ftehim dwar il-ħtieġa li jingħata finanzjament ġdid għall-YEI, u l-inklużjoni tal-approprjazzjonijiet korrispondenti fl-AB tal-2018; iqis madankollu li, fid-dawl tal-isfidi u r-riskji kkawżati mill-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-YEI jenħtieġ li tibbenefika minn żieda fl-approprjazzjonijiet u għaldaqstant jiddeċiedi li jżid l-impenji għall-YEI għal EUR 600 miljun fl-2018; barra minn hekk, iqis li l-azzjonijiet ta' taħriġ professjonali, lejn iż-żgħażagħ u b'mod partikolari tal-apprendistat jenħtieġu li jkunu eleġibbli għall-finanzjament skont il-politika ta' koeżjoni;

30.  Jilqa' l-pakkett finanzjarju l-ġdid ta' EUR 142,8 miljun li nħoloq biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali bejn l-2017 u l-2020;

Intestatura 2 – Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

31.  Ifakkar li l-proposta tal-Kummissjoni għal żieda fl-approprjazzjonijiet sabiex jiġu ffinanzjati l-ħtiġijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) tirriżulta l-aktar minn ammont ħafna iktar baxx ta' dħul assenjat mistenni li jkun disponibbli fl-2018; jinnota t-tnaqqis tal-Kunsill ta' EUR 275 miljun, iżda jqis li l-Ittra Emendatorja tal-Kummissjoni jenħtieġ li tibqa' l-bażi għal kwalunkwe reviżjoni affidabbli tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG u jreġġa' lura l-livelli tal-AB skont dan, sakemm isir eżami ta' din l-Ittra Emendatorja fil-fażi tal-konċiljazzjoni;

32.  Jenfasizza li programmi ta' ħażna wrew li huma effikaċi fi żminijiet ta' kriżi u li tnaqqis fir-riżorsi finanzjarji allokati fil-proċess tal-ippjanar ikun kontroproduċenti;

33.  Jissottolinja li parti mis-soluzzjoni biex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ tinsab fl-għoti ta' appoġġ b'mod adegwat liż-żgħażagħ f'żoni rurali; għalhekk, jipproponi żieda ta' EUR 50 miljun aktar mil-livell tal-AB għal pagamenti għall-bdiewa żgħażagħ; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-aċċess taż-żgħażagħ għall-impjiegi fl-industrija tas-sajd permezz tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) u skemi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni;

34.  Jiddeċiedi, f'konformità mal-miri tagħha tal-Ewropa 2020 u mal-impenji internazzjonali tagħha biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, li jipproponi żieda ta' EUR 21,2 miljun aktar mil-livell tal-AB għal azzjonijiet relatati mal-klima; itenni li kemm il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) kif ukoll il-Kunsill ECOFIN żguraw li l-baġit tal-Unjoni mhuwiex skont il-miri klimatiċi tagħha;

35.   Iżid, għalhekk, l-approprjazzjonijiet ta' impenn bi EUR 78,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, b'hekk iħalli marġni ta' EUR 619,7 miljun taħt il-limitu massimu għall-impenji fl-Intestatura 2 ladarba jkunu esklużi l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji;

Intestatura 3 - Sigurtà u Ċittadinanza

36.  Jenfasizza li, għall-Parlament, l-indirizzar tal-migrazzjoni u s-sigurtà jridu jibqgħu prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni u jtenni l-konvinzjoni tiegħu li l-limitu massimu tal-Intestatura 3 wera li huwa ferm insuffiċjenti biex jiffinanzja b'mod adegwat id-dimensjoni interna ta' dawk l-isfidi;

37.  Jinnota li, filwaqt li l-għadd ta' migranti li jużaw ir-rotot tal-Mediterran Ċentrali u tal-Lvant biex jidħlu fl-Unjoni naqas fl-ewwel disa' xhur tal-2017, tibqa' l-pressjoni fuq ir-rotta tal-Mediterran tal-Punent; jinnota li aktar minn mitt elf migrant u rifuġjat daħlu l-Ewropa bil-baħar fl-ewwel disa' xhur tal-2017, b'aktar minn 75 % waslu fl-Italja u l-bqija maqsuma bejn il-Greċja, Ċipru u Spanja; huwa tal-fehma li żieda fil-finanzjament hija meħtieġa biex jiġu koperti bis-sħiħ il-ħtiġijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-migrazzjoni, b'mod partikolari permezz tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jtejbu l-miżuri u l-prattiki ta' integrazzjoni għal dawk li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, speċjalment minorenni mhux akkumpanjati, u, fejn meħtieġ, it-twettiq ta' operazzjonijiet ta' ritorn għal dawk li ma jkollhomx dritt għal protezzjoni filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipju ta' non-refoulement; f'dan il-kuntest jinsisti wkoll li l-EASO għandu jkun mgħammar b'riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex jippermetti lill-aġenzija twettaq il-kompiti assenjati lilha;

38.  Huwa favur il-ħolqien ta' linja baġitarja ġdida għal Fond għat-Tiftix u s-Salvataġġ biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-obbligi tagħhom skont id-dritt marittimu internazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva biex jinħoloq dan il-Fond tal-UE għat-Tiftix u s-Salvataġġ;

39.  Jinsab konvint li, biex jiġi indirizzat b'mod effikaċi t-tħassib dwar is-sigurtà taċ-ċittadini tal-Unjoni, il-baġit tal-Fond għas-Sigurtà Interna jeħtieġ fondi addizzjonali sabiex l-Istati Membri jiġu attrezzati aħjar fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata transkonfinali, ir-radikalizzazzjoni u ċ-ċiberkriminalità; jissottolinja, b'mod partikolari, li riżorsi suffiċjenti jridu jkunu previsti għat-tisħiħ tal-infrastrutturi tas-sigurtà u sabiex tingħata spinta lill-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet nazzjonali, inkluż permezz ta' titjib tal-interoperabilità tas-sistemi tal-informazzjoni filwaqt li fl-istess ħin jiġi garantit ir-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet individwali;

40.  Jenfasizza r-rwol kruċjali li jiżvolġu l-aġenziji tal-UE fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni biex jindirizzaw tħassib urġenti taċ-ċittadini tal-Unjoni; jiddeċiedi għaldaqstant li jżid l-approprjazzjonijiet baġitarji u l-persunal tal-Europol, inkluż il-ħolqien ta' 7 postijiet tal-persunal għal unità operattiva ġdida magħrufa bħala l-unità operattiva tal-Europol għat-tfal neqsin, kif ukoll biex tissaħħaħ l-Unità ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea (Eurojust), l-EASO u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL); itenni l-kontribut ta' dawn l-aġenziji biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam;

41.   Jitlob lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-progress reali li sar fin-negozjati interistituzzjonali li għaddejjin, tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji fl-2018 ta' proposti leġiżlattivi pendenti bħala parti mill-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, b'mod partikolari r-riforma fis-sistema ta' Dublin, is-sistema ta' Dħul/Ħruġ, is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar u l-EASO, sabiex ikun jista' jittieħed inkunsiderazzjoni fil-fażi ta' konċiljazzjoni;

42.  Jiddispjaċih bit-tnaqqis arbitrarju li għamel il-Kunsill li ammonta għal aktar minn EUR 30 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn f'bosta programmi fil-qasam tal-kultura, taċ-ċittadinanza, tal-ġustizzja, tas-saħħa pubblika, tad-drittijiet tal-konsumatur u tal-protezzjoni ċivili, mingħajr ma ta kas ir-rati ta' implimentazzjoni eċċellenti ta' dawn il-programmi u minkejja livelli diġà insuffiċjenti ta' finanzjament li jħallu ħafna proġetti ta' kwalità għolja mingħajr finanzjamenti; ireġġa' l-linji kollha lura għal-livell tal-AB u jipproponi żidiet addizzjonali lil-linji rilevanti;

43.  Itenni l-konvinzjoni tiegħu li wasal iż-żmien li jitqawwa l-finanzjament favur programmi importanti tal-Unjoni fl-oqsma tal-kultura u taċ-ċittadinanza, b'mod partikolari l-programmi "Ewropea Kreattiva" u "L-Ewropa għaċ-ċittadini" li għandhom rwol importanti fl-appoġġ tal-industriji kulturali u kreattivi, kif ukoll bħala ċittadinanza parteċipattiva, in vista tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2019; itenni li l-istituzzjonijiet kollha jeħtiġilhom jonoraw il-ftehim politiku li ntlaħaq dwar il-finanzjament 2018 tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali permezz tal-għoti ta' approprjazzjonijiet suffiċjenti għaliha bis-saħħa tas-sottoprogramm "Kultura" tal-programm "Ewropa Kreattiva", fl-assenza ta' linja baġitarja separata għas-Sena; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rieżami tal-inizjattivi taħt il-linja baġitarja tal-"azzjonijiet multimedjali" biex tiżgura li l-baġit jappoġġa b'mod effeikaċi kopertura indipendenti u ta' kwalità għolja tal-affarijiet tal-Unjoni;

44.  Huwa favur żieda fit-trasparenza u viżibbiltà għall-objettiv Daphne tal-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza, bħala strument ewlieni tal-UE għall-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza fil-konfront ta' tfal, żgħażagħ, nisa, persuni LGBTI u gruppi oħrajn f'riskju; isostni l-ħolqien ta' ċentru ta' monitoraġġ Ewropew dwar il-vjolenza sessista fi ħdan l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi;

45.  Isaħħaħ l-Intestatura 3 b'EUR 108,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn 'il fuq mill-abbozz ta' baġit, għajr għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji, u jipproponi li din iż-żieda tkun iffinanzjata bis-saħħa ta' mobilizzazzjoni ulterjuri tal-Istrumenti ta' Flessibbiltà;

Intestatura 4 – Ewropa Globali

46.  Jisħaq għal darb'oħra fuq il-fatt li l-azzjoni esterna tal-Unjoni qiegħda tħabbat wiċċha ma' bżonnijiet ta' finanzjament dejjem akbar li jaqbżu bil-kbir id-daqs attwali tal-Intestatura 4; iqis li l-mobilizzazzjoni tal-baġit tal-Unjoni biex tindirizza l-isfida tal-migrazzjoni se tkompli tirrikjedi risposti dinamiċi fis-snin li ġejjin; jisħaq li ma jistax jiġi kkunsidrat li żieda ad hoc ta' sena, bħal dik tal-2017, hija suffiċjenti fid-dawl tal-isfidi kumplessi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Unjoni u tal-ħtieġa urġenti għal preżenza esterna aktar qawwija min-naħa tal-Unjoni fid-dinja globali tal-lum;

47.  Huwa tal-fehma li għandha tingħata prijorità lill-ġirien immedjati tal-Unjoni u lill-miżuri mmirati biex jindirizzaw il-kwistjonijiet ewlenin li qegħdin iħabbtu wiċċhom magħhom, jiġifieri l-kriżi migratorja u tar-rifuġjati u l-isfidi umanitarji korrispondenti fil-Viċinat tan-Nofsinhar, u l-aggressjoni Russa fil-Viċinat tal-Lvant; jemmen li l-istabbiltà u l-prosperità tal-Viċinat tal-UE huma ta' ġid kemm għar-reġjuni kkonċernati kif ukoll għall-Unjoni fl-intier tagħha; itenni l-appell tiegħu biex jiżdied l-appoġġ għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, għall-Awtorità Palestinjana u għall-UNRWA sabiex jinstab tarf l-isfidi li qegħdin jikbru, bil-għan li jinkiseb l-objettiv iddikjarat tal-Unjoni li tippromwovi l-iżvilupp u l-istabbiltà fir-reġjun u tappoġġa r-reżiljenza tal-Palestinjani; itenni li l-appoġġ għall-pajjiżi li qed jimplimentaw ftehimiet ta' assoċjazzjoni mal-Unjoni huwa kruċjali biex jiġu ffaċilitati r-riformi politiċi u ekonomiċi, iżda jisħaq li dan l-appoġġ għandu japplika sakemm dawn il-pajjiżi jissodisfaw il-kriterji ta' eleġibbiltà, speċjalment fir-rigward tal-istat tad-dritt u tal-infurzar tal-istituzzjonijiet demokratiċi; jiddeċieda għaldaqstant li jżid ir-riżorsi għall-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI), għall-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) u għall-Assistenza Makrofinanzjarja (MFA);

48.  Jenfasizza l-importanza tar-rwol li l-Ewropa għandha fil-livell globali biex jinqered il-faqar u jiġi żgurat l-iżvilupp tal-aktar reġjuni żvantaġġati, skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU; għalhekk, jalloka riżorsi finanzjarji addizzjonali għall-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) u għall-Għajnuna Umanitarja; ifakkar li, peress li proporzjon sinifikanti tal-migranti li jaqsmu l-Baħar Mediterran huma mill-Afrika sub-Saħarjana, l-appoġġ tal-Unjoni f'dan ir-reġjun huwa kruċjali biex jiġu indirizzati l-kawżi profondi tal-migrazzjoni;

49.  Jopponi t-tnaqqis drastiku fil-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-istrumenti għal finanzjament estern (ENI, IPA, PI u DCI) għall-Erasmus+, minkejja l-fatt li l-programmi għall-iskambji ta' żgħażagħ huma wieħed mill-investimenti fit-tul fid-diplomazija kulturali u l-fehim reċiproku li l-aktar irnexxew, u jiddeċiedi għalhekk li jżid dawn il-kontribuzzjonijiet;

50.  Jiddeċiedi li jnaqqas l-appoġġ għar-riformi politiċi fit-Turkija fid-dawl tad-deterjorament inkwetenti tas-sitwazzjoni fejn tidħol id-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem; jiddeċiedi li jqiegħed parti mill-approprjazzjonijiet li jifdal f'riżerva li għandha tkun żblukkata meta t-Turkija tagħmel titjib li jista' jitkejjel fl-oqsma tal-istat tad-dritt, tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertà tal-istampa, bl-għan li dawn il-fondi jiġu diretti mill-ġdid lill-atturi tas-soċjetà ċivili għall-implimentazzjoni ta' miżuri li jappoġġaw dawn l-objettivi.

51.  Huwa tal-fehma li sabiex jiġu indirizzati b'mod adegwat il-kampanji ta' diżinformazzjoni u tiġi promossa dehra oġġettiva tal-Unjoni barra mill-konfini tagħha, jenħtieġu mezzi finanzjarji addizzjonali; jappella għaldaqstant li jitqawwa l-finanzjament biex jiġu miġġielda l-kampanji ta' diżinformazzjoni u l-attakki ċibernetiċi; jiddeċiedi, għalhekk, li jżid ir-riżorsi għall-azzjonijiet ta' komunikazzjoni strateġika li jitwettqu fil-Viċinat kif ukoll fil-Balkani tal-Punent; ifakkar fl-importanza li jsir investiment fil-viżibbiltà tal-azzjoni esterna tal-Unjoni b'mod li jissaħħaħ l-impatt tal-finanzjament f'dak il-qasam u tissaħħaħ d-diplomazija pubblika tal-UE bi qbil mal-ambizzjonijiet tal-Istrateġija Globali;

52.  Iqis li hemm bżonn jiżdiedu l-approprjazzjonijiet għal-linja baġitarja għall-Komunità Turko-Ċiprijotta bl-iskop li jingħataw kontribut deċiżiv għall-kontinwazzjoni u l-intensifikazzjoni tal-missjoni tal-Kumitat għall-Persuni Nieqsa f'Ċipru, u appoġġ għall-Kumitat Tekniku bikomunali għall-Patrimonju Kulturali, biex b'hekk jiġu promossi l-fiduċja u r-rikonċiljazzjoni bejn iż-żewġ komunitajiet;

53. Jenfasizza li t-tendenza tal-Kummissjoni li tuża mekkaniżmi baġitarji satellita bħal fondi fiduċjarji u strumenti simili oħra mhux dejjem urew li kienu ta' suċċess; jinsab imħasseb li l-istabbiliment ta' strumenti finanzjarji barra mill-baġit tal-Unjoni jista' jkun ta' theddida għall-unità u jaħrab mill-proċeduri baġitarji, u fl-istess ħin jimmina l-ġestjoni trasparenti tal-baġit u jxekkel id-dritt tal-Parlament li jeżerċita skrutinju effettiv tal-infiq; iqis, għaldaqstant, li l-istrumenti esterni li tnedew fis-snin reċenti jridu jiġu inkorporati fil-baġit tal-Unjoni, bil-Parlament ikollu skrutinju sħiħ fuq l-implimentazzjoni ta' dawn l-istrumenti; jinnota li sa tmiem Settembru 2017 total ta' EUR 795,4 miljun ġie impenjat għal Fondi Fiduċjarji tal-UE fil-Baġit 2017; jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja l-ammont li biħsiebha timpenja fl-2018 għall-Fondi Fiduċjarji; itenni t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għal dawn il-Fondi Fiduċjarji għandhom tendenza li jkunu inferjuri għall-wegħdiet tagħhom; jieħu nota tar-Rapport Speċjali Nru 11/2017 tal-QEA dwar il-Fond Fiduċjarju Bêkou tal-UE għar-Repubblika Ċentru-Afrikana; jinsab imħasseb dwar in-nuqqasijiet identifikati mill-QEA, bħan-nuqqas ta' valutazzjoni tal-ħtiġijiet globali u l-mekkaniżmi ta' koordinament li ma jiffunzjonawx sew ma' donaturi oħra; jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jivvaluta l-valur miżjud tal-Fondi Fiduċjarji tal-UE bħala strument tal-politika esterna tal-Unjoni;

54. Ifakkar li skont l-Artikolu 24 tar-Regolament dwar il-QFP, l-infiq u d-dħul kollu tal-Unjoni u tal-Euratom għandu jiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Finanzjarju; jistieden lill-Kummissjoni tippreżerva l-unità tal-baġit u tikkunsidraha bħala prinċipju gwida meta tintroduċi inizjattivi ġodda;

55.  Jenfasizza l-importanza tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali fit-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi u fil-bini tal-fiduċja pubblika tal-proċessi elettorali, li min-naħa tagħhom jippromwovu l-bini tal-paċi u l-istabbiltà; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati riżorsi finanzjarji suffiċjenti għal dan l-objettiv;

56.  Jirrimarka li finanzjament tad-DCI ma għandux jiġu trasferiti biex jiffinanzja l-inizjattiva ġdida Tisħiħ tal-Kapaċitajiet għas-Sigurtà u l-Iżvilupp (CBSD) taħt l-istrument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi; jiddeplora l-proposta tal-abbozz tal-baġit li tittrasferixxi EUR 7,5 miljun mid-DCI għall-CBSD, u jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jinstabu soluzzjonijiet alternattivi biex timtela din il-lakuna;

57.  Itenni t-talba tiegħu li l-linja baġitarja għar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE tiġi ttrasferita, b'mod li ma tħallix impatt fuq il-baġit, mill-baġit tal-PESK għall-baġit amministrattiv tas-SEAE sabiex l-attivitajiet diplomatiċi tal-Unjoni jiġu kkonsolidati ulterjorment;

58.  Jiddeċiedi, b'konsegwenza ta' dan, li jannulla l-kważi totalità tat-tnaqqis li għamel il-Kunsill u jqawwi l-Intestatura 4 bl-ammont ta' EUR 299,7 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn 'il fuq mill-abbozz ta' baġit (esklużi l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, it-trasferiment tar-RSUE u t-tnaqqis adottat);

Intestatura 5 - Amministrazzjoni; Intestaturi oħra - nefqa amministrattiva u ta' sostenn għar-riċerka

59.  Iqis li t-tnaqqis tal-Kunsill ma jirriflettix il-ħtiġijiet reali u b'hekk jipperikola n-nefqa amministrattiva li diġà hija sostanzjalment razzjonalizzata; ireġġa' l-abbozz ta' baġit lura għal li kien fir-rigward tan-nefqa amministrattiva kollha tal-Kummissjoni, inklużi n-nefqa amministrattiva u dik ta' sostenn għar-riċerka fl-Intestaturi 1 sa 4;

60.  Jiddeċiedi, konformement mal-konklużjoni tal-"Opinjoni Konġunta tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar tliet aspetti tar-relazzjoni bejn l-OLAF u l-Kumitat Superviżorju tiegħu" tat-12 ta' Settembru 2016, li jkun hemm proviżjonament ta' 10 % tal-approprjazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) sakemm il-Kumitat Superviżorju jingħata aċċess għall-fajls tal-każijiet tal-OLAF, filwaqt li jiżdiedlu kemm kemm il-baġit tiegħu, konformement mal-kompetenzi miżjuda;

61.  Jieħu nota li, fil-bidu tal-2017, l-OLAF investiga każ serju ta' frodi doganali fir-Renju Unit li kien ikkawżat minn sottovalutazzjoni ta' prodotti importati u li kkawża telf ta' introjtu ta' kważi EUR 2 biljun għall-baġit tal-Unjoni fil-perjodu 2013-2016; jinsab imħasseb dwar il-fatt li din il-frodi għadha ma twaqqfitx sal-lum u li t-telf għall-baġit tal-Unjoni għadu għaddej; jitlob lill-Kummissjoni tqis ir-reazzjoni kajmana tal-amministrazzjoni tar-Renju Unit għar-rakkomandazzjonijiet tagħha f'dan ir-rigward fin-negozjati dwar il-Brexit; jitlob lil dawk l-Istati Membri li oġġezzjonaw għall-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet biex jikkunsidraw mill-ġdid il-pożizzjoni tagħhom sabiex jippermettu soluzzjoni rapida għal din il-problema; 


Aġenziji deċentralizzati

62.  Japprova, bħala regola ġenerali, l-estimi tal-Kummissjoni tal-ħtiġijiet baġitarji tal-aġenziji; jikkunsidra, għaldaqstant, li kwalunkwe tnaqqis ulterjuri li jipproponi l-Kunsill jippreġudika l-funzjonament korrett tal-aġenziji u ma jippermettilhomx iwettqu l-kompiti assenjati lilhom; iqis li l-postijiet il-ġodda adottati fil-pożizzjoni tiegħu huma neċessarji biex jitwettqu l-kompiti addizzjonali li ġejjin minn żviluppi strateġiċi ġodda u leġiżlazzjoni ġdida; itenni l-impenn tiegħu li jissalvagwardja r-riżorsi u fejn meħtieġ jipprovdi riżorsi addizjonali biex jiġi żgurat l-funzjonament tajjeb tal-aġenziji;

63.  Jiddeċiedi, fil-kuntest tal-isfidi li l-Unjoni għadha qiegħda taffaċċja f'termini ta' migrazzjoni u ta' sigurtà, kif ukoll fid-dawl tal-ħtieġa ta' risposta koordinata fuq livell Ewropew, li jżid l-approprjazzjonijiet għall-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), l-Eurojust, is-CEPOL, l-EASO u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA);

64.  Ifakkar fl-importanza li l-Unjoni tenfasizza fuq il-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi; ifakkar fil-prijorità strateġika għall-Unjoni li tiżviluppa bis-sħiħ u timplimenta l-proġetti tagħha Galileo u EGNOS, li tagħhom hija parzjalment kompetenti l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA); ifakkar li l-GSA għandha defiċit ta' riżorsi għaċ-ċibersigurtà u għas-servizz pubbliku regolat u jiddeċiedi, għalhekk, li jżid il-livell tal-approprjazzjonijiet għaliha;

65.  Iqis li huma meħtieġa approprjazzjonijiet u persunal supplementari għall-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) biex tkun tista' twettaq il-missjoni estiża tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kodiċijiet u l-linji gwidi tan-netwerks tal-elettriku u tal-gass u l-monitoraġġ tagħha;

66.  Ifakkar b'mod partikolari li l-EEA tgħin lill-Unjoni tieħu deċiżjonijiet infurmati dwar it-titjib tal-ambjent, l-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet ambjentali fil-politiki ekonomiċi u l-progress lejn is-sostenibbiltà, u li, fil-kuntest tal-politika tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija 2030, il-Kummissjon pproponiet ħidma ġdida għall-EEA dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, mingħajr ebda żieda korrispondenti fl-organigramma;

67.  Jisħaq li filwaqt li r-riżorsi baġitarji u n-numru ta' karigi għal Gwardja Ewropea tal-Fruntieri u tal-Kosta jidhru li huma adegwati għalissa, il-ħtiġijiet futuri tal-Aġenzija fejn jidħlu r-riżorsi operattivi u l-persunal se jkollhom jiġu mmonitorjati mill-qrib;

Jilqa' l-inklużjoni ta' riżorsi adegwati previsti fil-baġit tal-2018 biex ikunu appoġġati l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE); jissottolinja li r-rwol tal-ASE huwa essenzjali biex titħeġġeġ l-applikazzjoni konsistenti tad-dritt tal-Unjoni u jkun hemm koordinament aħjar fost l-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll jiġu żgurati stabbiltà finanzjarja, swieq finanzjarji integrati aħjar u protezzjoni tal-konsumatur u konverġenza superviżorja; jenfasizza li, fl-interess tal-użu prudenti tal-baġits tagħhom, l-ASE jridu jibqgħu konformi mal-kompiti u mal-mandat assenjati lilhom mil-leġiżlatur Ewropew;

69.  Itenni li, kif stabbilit fil-Ftehim Interistituzzjonali (FII) tat-2 ta' Diċembru 2013, is-sena 2018 hija l-aħħar waħda ta' implimentazzjoni tal-approċċ relatat mat-tnaqqis tal-persunal b'5 % u mar-riżerva ta' tqassim mill-ġdid fir-rigward tal-persunal tal-aġenziji; itenni l-oppożizzjoni tiegħu għal kwalunkwe kontinwazzjoni ta' approċċ globali fir-rigward tar-riżorsi tal-aġenziji wara l-2018; jafferma mill-ġdid id-disponibbiltà tiegħu billi jinkisbu gwadanji fl-effiċjenza bejn l-aġenziji permezz ta' żieda fil-kooperazzjoni amministrattiva jew saħansitra fużjonijiet fejn ikun xieraq, u billi ċerti funzjonijiet jiġu akkomunati mal-Kummissjoni jew ma' aġenzija oħra; jilqa' f'dan ir-rigward l-inizjattiva biex l-attivitajiet tal-aġenziji jkomplu jiġu kkoordinati permezz tat-twaqqif tas-Segretarjat Permanenti tan-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE (minn issa 'l quddiem l-Uffiċċju ta' Appoġġ Komuni) u jappoġġa l-allokazzjoni ta' post addizzjonali fit-tabella tal-persunal għall-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) li l-ispejjeż tagħha se jiġu mutwalizzati mill-baġits eżistenti tal-Aġenziji tal-Unjoni u ssekondati lil dak l-uffiċċju;

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji (PP-AP)

70.  Jiddeċiedi, wara li wettaq analiżi bir-reqqa tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji mressqa fir-rigward tar-rata ta' suċċess ta' dawk attwali, u apparti l-inizjattivi diġà koperti mill-bażijiet ġuridiċi eżistenti, u filwaqt li jqis kompletament il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentabbiltà tal-proġetti, li jadotta pakkett ta' kompromess li jikkonsisti minn għadd limitat ta' PP-AP, anke fid-dawl tal-marġnijiet limitati disponibbli u l-limiti massimi għall-PP-AP;

71.  Jenfasizza, għalhekk, l-isforzi li saru mill-Parlament f'dan ir-rigward u jitlob lill-Kummissjoni turi rieda tajba fl-implimentazzjoni tal-PP-AP adottati fit-tmiem tal-proċedura baġitarja, indipendentement mill-valutazzjoni tal-implimentabbiltà tagħha, kif ukoll għal kwalunkwe deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Strumenti speċjali

72.  Ifakkar fl-utilità tal-istrumenti speċjali biex tingħata flessibbiltà oltre l-livelli massimi estremament stretti tal-QFP attwali u jilqa' favorevolment it-titjib introdott mir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tar-Regolament dwar il-QFP; jitlob użu estensiv tal-Istrument ta' Flessibbiltà, tal-Marġni Globali għall-Impenji u tal-Marġni ta' Kontinġenza bil-għan li tiġi ffinanzjata l-firxa wiesgħa ta' sfidi ġodda u responsabbiltajiet addizzjonali li tagħhom il-baġit tal-Unjoni jrid isib tarf;

73.  Ifakkar ukoll fl-importanza tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), tar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza (EAR) u tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE (FSUE); isostni l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi mobilizzazzjoni aktar rapida tal-FSUE billi tqiegħed il-maġġor parti tal-ammont f'riżerva fil-baġit tal-Unjoni, oltre l-ammont diġà mniżżel fil-baġit għall-antiċipi; jiddispjaċih għat-tnaqqis li għamel il-Kunsill f'dak ir-rigward u jreġġa' lura, parzjalment, għal-livell tal-AB, b'eċċezzjoni għall-ammont li ġie fornut minn qabel fl-2017 permezz tal-baġit emendatorju nru 4/2017 u l-mobilizzazzjoni tal-FSUE għall-Italja; jappella għall-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-FSUE biex jipprovdi assistenza lill-vittmi ta' atti terroristiċi u lill-familji tagħhom;

Pagamenti

74.  Jinsab imħasseb bit-tendenza attwali għas-sottoeżekuzzjoni tal-pagamenti fil-baġit tal-Unjoni kollu kemm hu, mhux biss fis-subintestatura 1b iżda wkoll fl-Intestaturi 3 u 4, minkejja l-ħtieġa li tingħata risposta għaż-żieda fl-isfidi ġodda u l-ħolqien ta' mekkaniżmi ta' finanzjament flessibbli; ifakkar li għal dawn l-aħħar sentejn il-livell tal-pagamenti tal-baġit tal-Unjoni naqas notevolment, flimkien ma' livell għoli ta' surplus baġitarju; jesprimi, għaldaqstant, it-tħassib tiegħu minħabba l-fatt li l-AB għadu jħalli marġni mingħajr preċedent ta' EUR 10 biljun taħt il-limitu massimu tal-pagamenti, li jirrifletti tendenza għall-eżekuzzjoni skarsa li taf issarraf fi pressjoni intensa fuq il-pagamenti fi tmiem il-QFP attwali;

75.   Jinsisti fuq il-ħtieġa li jreġġa' l-AB lura għal li kien fir-rigward tal-pagamenti fuq il-linji kollha li naqqas il-Kunsill u jżid l-approprjazzjonijiet ta' pagament b'mod immirat, partikolarment fuq dawk il-linji li ġew emendati fl-approprjazzjonijiet ta' impenn;

Taqsimiet oħrajn

76.  Jiddispjaċih bil-konswetudni tal-Kunsill li jżid it-tnaqqis b'rata fissa standard għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jemmen li dan għandu effett partikolarment distorsiv fuq il-baġits ta' istituzzjonijiet b'rati ta' tnaqqis storikament preċiżi; iqis li dan l-approċċ ma jikkostitwixxi la tnaqqis immirat u lanqas ġestjoni finanzjarja tajba; għaldaqstant, ireġġa' r-rata ta' tnaqqis lura għal-livell tal-AB;

Taqsima I – Il-Parlament Ewropew

77.  Iħalli kif kien il-livell kumplessiv tal-baġit tiegħu, jiġifieri EUR 1 953 483 373, għall-2018, adottat fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tal-5 ta' April 2017; jinkorpora xi aġġustamenti tekniċi mingħajr impatt fuq il-baġit biex titqies informazzzjoni aġġornata mhux disponibbli fil-bidu ta' din is-sena;

78.  Jinnota li l-livell tal-estimi għall-2018 jikkorrispondi għal 18,88 %, li huwa inqas minn dak li nkiseb fl-2017 (19,25 %) u l-iktar parti baxxa mill-Intestatura V f'dawn l-aħħar ħmistax-il sena;

79.  Itenni l-prijoritajiet tiegħu għas-sena finanzjarja li jmiss, jiġifieri l-konsolidament tal-miżuri ta' sigurtà diġà adottati u t-titjib tar-reżiljenza tal-Parlament għall-attakki ċibernetiċi; it-titjib tat-trasparenza tal-proċedura interna tal-baġit tal-Parlament; u l-enfasi fuq il-baġit tal-Parlament fuq il-funzjonijiet fundamentali tiegħu tal-leġiferazzjoni, bħala fergħa waħda tal-awtorità baġitarja, ir-rappreżentanza taċ-ċittadini u l-iskrutinju ta' ħidmet l-istituzzjonijiet l-oħra;

80.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien ta' Grupp ta' Ħidma tal-Bureau tal-Parlament rigward l-allowance għan-nefqa ġenerali; ifakkar fl-aspettattivi ta' aktar trasparenza dwar l-allowance għan-nefqa ġenerali u ħtieġa biex issir ħidma dwar definizzjoni ta' regoli aktar preċiżi fir-rigward tar-responsabbiltà tan-nefqa awtorizzata skont din l-allowance, mingħajr ma jkunu ġġenerati spejjeż addizzjonali għall-Parlament;

81.  Inaqqas 60 post mit-tabella tal-persunal tas-Segretarjat Ġenerali tiegħu għall-2018 (objettiv li jitnaqqas il-persunal b'1 %), bi qbil mal-ftehim tal-14 ta' Novembru 2015 li ntlaħaq mal-Kunsill rigward il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016; ifakkar li l-35 post mogħtija lill-Parlament fl-2016 kienu jirrigwardaw l-attivitajiet ta' tisħiħ tas-sigurtà l-ġodda u, bħala tali, kienu eżentati mill-objettiv tat-tnaqqis tal-persunal, kif ikkonfermat fl-okkażjoni tal-adozzjoni tal-Baġit Emendatorju Nru 3/2016 u tal-baġit ġenerali għall-2017(9); jistieden lill-Kummissjoni tadegwa konsegwentement it-tabelli ta' monitoraġġ tagħha biex tforni lill-awtorità baġitarja informazzjoni preċiża fil-fażijiet kollha tal-proċedura;

82.  Jilqa' pożittivament l-iskambju ta' fehmiet dwar il-politika immobiljari tal-Parlament li sar fil-11 ta' Lulju 2017 bejn il-Kumitat għall-Baġits, is-Segretarju Ġenerali u l-Viċi Presidenti responsabbli għall-politika immobiljari tal-Parlament; iqis li dan id-djalogu jixraq li jkun proċess kostanti, b'mod partikolari fid-dawl tat-taħditiet li ġejjin tal-Bureau dwar ir-rinnovazzjoni tal-bini Paul-Henri Spaak;

83.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu kif espressa fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tal-5 ta' April 2017, skont liema jeżisti aktar lok għal titjib tal-mekkaniżmi ta' kontroll relatati mal-partiti politiċi Ewropej u mal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej; josserva, f'dan ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament Nru 1141/2014(10) u jilqa' favorevolment kull sforz biex jitjiebu l-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza tal-infiq;

84.  Ifakkar fl-analiżi tal-QEA għall-2014 ġie stmat li l-ispejjeż tad-dispersjoni ġeografika tal-Parlament huma EUR 114-il miljun fis-sena; barra minn hekk, jinnota s-sejba mir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar is-siti tas-sedi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea(11) li 78 % tal-missjonijiet kollha li jsiru mill-persunal statutorju tal-Parlament huma kkawżati minn riżultat dirett tad-dispersjoni ġeografika tal-Parlament; jenfasizza li, skont ir-rapport, huwa stmat ukoll li l-impatt ambjentali tad-dispersjoni ġeografika huwa bejn il-11 000 u d-19 000 tunnellata ta' emissjonijiet ta' CO2; itenni l-perċezzjoni pubblika negattiva li tikkawża din id-dispersjoni, u għaldaqstant, jappella għal pjan direzzjonali lejn sede unika u tnaqqis fil-linji baġitarji rilevanti;

Taqsima IV - Il-Qorti tal-Ġustizzja

85.  Ireġġa' lura għall-AB lill-partiti kollha tal-baġit imnaqqsa mill-Kunsill li huma essenzjali għall-funzjonament tal-Qorti u jreġġa' lura għall-estimi liż-żewġ partiti tal-baġit bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Qorti biex tlaħħaq mad-domanda dejjem ogħla ta' traduzzjonijiet;

86.  Jesprimi l-istagħġib tiegħu rigward id-dikjarazzjoni unilaterali tal-Kunsill u l-appendiċi relatat dwar it-tnaqqis tal-persunal b'5 % fil-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit 2018, skont liema għad hemm bżonn li l-Qorti tnaqqas it-tabella tal-persunal tagħha bi 19-il post; jissottolinja l-fatt li dawn id-19-il post jikkorrispondu għat-12-il post u s-7 postijiet konċessi kif dovut mill-Parlament u mill-Kunsill fil-proċeduri baġitarji tal-2015 u l-2016 rispettivament biex jindirizzaw bżonnijiet addizzjonali, u jinsisti għalhekk li ma jkunx tajjeb li dawn id-19-il post jingħataw lura, peress li l-Qorti diġà kisbet kif dovut ir-rekwiżit li tnaqqas il-persunal tagħha b'5 % billi eliminat 98 post matul il-perjodu 2013-2017;

Taqsima V - Il-Qorti tal-Awdituri

87.  Ireġġa' l-partiti kollha li naqqas il-Kunsill lura għal li kienu, bil-għan li jkun implimentat il-programm ta' ħidma tal-Qorti tal-Awdituri u jkunu elaborati ir-Rapporti tal-Awditjar ippjanati;

88.  Iqiegħed riżerva fuq il-linja "Konsultazzjonijiet, studji u stħarriġiet limitati", fi stennija tal-eżitu tan-negozjati li għaddejjin dwar ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju u dwar ir-reviżjoni li se tidħol fis-seħħ fl-2018;

Taqsima VI - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

89.  Ireġġa' l-AB dwar il-partiti kollha li naqqas il-Kunsill lura għal li kienu;

90.  Iżid żewġ linji 'l fuq mill-AB fir-rigward tal-ħidma tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi fi ftehimiet kummerċjali;

Taqsima VII - Il-Kumitat tar-Reġjuni

91.  Ireġġa' l-AB dwar il-partiti kollha li naqqas il-Kunsill lura għal li kienu;

92.  Iżid numru ta' linji 'l fuq mill-AB konformement mal-estimi tal-Kumitat tar-Reġjuni;

Taqsima VIII - L-Ombudsman Ewropew

93.  Jifraħ lill-Ombudsman tax-xogħol li għamlet biex tiffranka f'termini ta' effiċjenza fil-baġit tagħha meta mqabbel mas-sena preċedenti;

Taqsima IX - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

94.  Jistaqsi r-raġuni għala l-Kunsill kieku jnaqqas il-baġit tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fid-dawl tal-kompiti addizzjonali fdati lilu mill-Parlament u mill-Kunsill; ireġġa' għaldaqstant il-linji baġitarji kollha li naqqas il-Kunsill lura għal li kienu biex il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkun jista' jonora l-obbligi u l-impenji tiegħu;

Taqsima X - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

95.  Ireġġa' l-linji kollha li naqqas il-Kunsill lura għal li kienu;

96.  Joħloq partita baġitarja għal Kapaċità ta' Komunikazzjoni Strateġika bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2015, u li jagħti lis-SEAE l-persunal u l-għodda adegwati biex jaffronta l-isfida ta' diżinformazzjoni minn stati terzi u atturi mhux statali;

97.  Jiddeċiedi, barra minn hekk, li jittrasferixxi r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE mill-kapitolu dwar il-PESK għall-baġit tas-SEAE biex tissaħħaħ il-koerenza tal-azzjoni esterna tal-UE;

98.  Iforni ammont addizzjonali 'l fuq mill-estimi tas-SEAE għat-trainees fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, bi tweġiba għall-konklużjonijiet tal-inkjesta tal-Ombudsman Ewropew dwar it-traineeships mhux imħallsa(12);

o

o  o

99. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni unilaterali ta' Franza u tal-Lussemburgu annessa mal-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit għall-2018, kif adottata fl-4 ta' Settembru 2017; ifakkar li r-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni qablu dwar il-kalendarju prammatiku għat-tmexxija tal-proċedura baġitarja, inklużi d-dati għall-perjodu ta' konċiljazzjoni, fit-trilogu baġitarju tar-rebbiegħa tas-27 ta' Marzu 2017; ifakkar li l-Kunsill Affarijiet Ġenerali approva dak il-kalendarju prammatiku fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta' April 2017, b'għarfien sħiħ tal-kalendarju tas-sessjonijiet parzjali tal-Parlament għall-2017; jinnota, għalhekk, li l-proċedura baġitarja qed tipproċedi f'konformità mal-kalendarju prammatiku maqbul bejn it-tliet istituzzjonijiet;

100.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-emendi għall-abbozz tal-baġit ġenerali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.

(2)

ĠU L 298, 26.10.2002, p. 1.

(3)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(5)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2017)0085.

(6)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2017)0114.

(7)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2017)0302.

(8)

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(9)

Testi adottati, P8_TA(2016)0401 / P8_TA(2016)0411.

(10)

2017/0219(COD).

(11)

Testi adottati, P7_TA (2013)0498.

(12)

Ombudsman Ewropew, 454.2014/PMC.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (4.9.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2017/2044(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Cristian Dan Preda

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota bi tħassib il-proposta tal-Kummissjoni għal tnaqqis ta' aktar minn nofs biljun euro kemm mill-approprjazzjonijiet ta' impenn u kemm minn dawk ta' pagament għall-infiq taħt l-Intestatura 4 (Ewropa Globali); jisħaq li ma jistax jiġi kkunsidrat li żieda ad hoc ta' sena, bħal dik tal-2017, hija suffiċjenti fid-dawl tad-diversi sfidi kumplessi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Unjoni u tal-ħtieġa għal azzjoni esterna aktar qawwija min-naħa tal-UE, bi qbil mal-Istrateġija Globali tal-UE;

2.  Jissottolinja li, filwaqt li hemm bżonn ta' aktar flessibbiltà sabiex titqawwa l-kapaċità ta' rispons tal-UE għall-kriżijiet, jeħtieġ li din ma tinkisibx b'detriment għall-oqsma prijoritarji eżistenti tal-Istrumenti ta' Finanzjament Estern u l-politiki fuq żmien twil; jappella biex jiġi allokat il-marġni ta' oltre EUR 230 miljun fl-Intestatura 4 u biex tiġi żgurata l-flessibbiltà meħtieġa permezz tal-mekkaniżmi disponibbli tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali;

3.  Jiġbed l-attenzjoni għall-iżviluppi politiċi preokkupanti ta' dan l-aħħar fil-Balkani tal-Punent li jirrikjedu l-attenzjoni urġenti tal-Unjoni u appoġġ iffokat aħjar lejn il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex jiġi evitat li jitqajmu dubji rigward il-progress miksub f'dawn l-aħħar deċennji u biex tiġi kkonsolidata triqithom lejn l-adeżjoni mal-UE; jirrespinġi, għalhekk, il-proposta biex jitqaċċtu kważi EUR 90 miljun mill-appoġġ għar-riformi politiċi fir-reġjun taħt l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA); ifakkar li l-appoġġ għall-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali biex jadottaw u jimplimentaw riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali minħabba l-adeżjoni tagħhom mal-UE huwa għodda importanti biex titrawwem l-istabbiltà, u li jekk dawn il-pajjiżi jitilfu l-prospettiva li jaderixxu mal-UE, jistgħu jinfetħu għall-influwenza ta' pajjiżi terzi bir-riskju li jiddgħajfu l-istabbiltà u s-sigurtà tar-reġjun;

4.  Jirrespinġi l-proposta għal żieda fl-appoġġ għar-riformi politiċi fit-Turkija fl-ambitu tal-IPA minħabba n-nuqqas ta' impenn serju min-naħa tal-awtoritajiet Torok f'dan il-qasam u d-deterjorament tas-sitwazzjoni fir-rigward tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi amplifikat l-investiment fl-appoġġ dirett lis-soċjetà ċivili u r-rifuġjati fit-Turkija, kif ukoll il-programmi ta' skambji interpersonali, bħall-Erasmus+, għall-istudenti, l-akkademiċi u l-ġurnalisti; jappella lill-Kummissjoni biex timplimenta miżuri biex tindirizza mill-ġdid il-fondi taħt l-IPA lejn l-appoġġ għas-soċjetà ċivili, u jappella favur żieda fil-finanzjament għall-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) allokat għall-appoġġ dirett lis-soċjetà ċivili fit-Turkija;

5.  Jissottolinja l-importanza għall-Unjoni kemm tal-viċinat tan-Nofsinhar kif ukoll ta' dak tal-Lvant u jeżiġi li l-proposta biex jitnaqqsu r-riżorsi għall-Istrument Ewropew ta' Viċinat tiġi evitata; jappoġġa l-wegħda li saret fil-Konferenza ta' Brussell ta' April 2017 għal żieda fl-assistenza fis-Sirja, il-Ġordan u l-Libanu u jisħaq li jmissu jiġi previst rinforz korrispondenti tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat. jissottolinja l-importanza li jitkompla l-appoġġ lit-Tuneżija bħala eżempju potenzjali ta' tranżizzjoni demokratika fir-reġjun u li jinżamm ir-rwol ċentrali tal-Unjoni fl-appoġġ għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, l-Awtorità Palestinjana u l-UNRWA; jissottolinja barra minn hekk il-ħtieġa għal żieda fl-appoġġ biex titqawwa l-istabbiltà fil-Libja u biex tiġi akkumpanjata t-tranżizzjoni tal-pajjiż lejn demokrazija inklużiva li tiżgura r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; jappella lill-Kummissjoni biex tirrispetta u tintensifika l-impenji tagħha fl-ambitu tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat biex tipprovdi finanzjament għall-proġetti li jippromwovu l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ fil-livell lokali; jieħu nota pożittiva taż-żieda ċkejkna fil-finanzjament għall-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant fl-ambitu tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, minħabba l-isfidi attwali, ikun xieraq li jiġu previsti żidiet ulterjuri;

6.  Jopponi t-tnaqqis drastiku tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-istrumenti għal finanzjament estern, l-Istrument Ewropew ta' Viċinat, l-IPA, l-Istrumenti ta' Sħubija u l-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, għall-Erasmus+, minkejja l-fatt li jista' jiġi kkunsidrat li l-programmi għall-iskambji ta' żgħażagħ huma wieħed mill-investimenti fit-tul fid-diplomazija kulturali u l-fehim reċiproku li l-aktar irnexxew, u minflok jappella favur żieda ta' dawn il-kontribuzzjonijiet;

7.  Jilqa' l-fatt li l-approprjazzjonijiet proposti għall-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi treġġgħu lura għal-livelli tagħhom qabel l-2017 u tqawwew ulterjorment fid-dawl tal-kompiti l-ġodda ta' bini tal-kapaċitajiet li suppost se jirriżultaw mir-reviżjoni attwali tar-Regolament dwar dan l-Istrument, u jirrikonoxxi barra minn hekk il-potenzjal inerenti fl-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi biex jiġu promossi s-sigurtà u l-integrità tal-fruntieri tal-Unjoni;

8.  Jilqa' l-passi li ttieħdu b'riżultat tal-aħħar negozjati baġitarji biex jippermettu żieda fl-iskrutinju parlamentari tal-attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-Fondi Fiduċjarji tal-Unjoni u l-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija; ifakkar li tali strumenti ad hoc imisshom jintużaw biss jekk ikunu ġew sodisfatti r-rekwiżiti f'termini ta' valur miżjud għall-Unjoni u ta' addizzjonalità; itenni l-appell tiegħu biex l-Istati Membri jżidu b'mod sostanzjali l-kontribuzzjonijiet għall-Fondi Fiduċjarji u jiżguraw li jonoraw puntwalment il-wegħdiet li għamlu fl-ambitu tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija;

9.  Ifakkar fl-importanza li jsir investiment fil-viżibbiltà tal-azzjoni esterna tal-Unjoni b'mod li jissaħħaħ l-impatt tal-finanzjament f'dak il-qasam u titqawwa d-diplomazija pubblika tal-UE bi qbil mal-ambizzjonijiet tal-Istrateġija Globali;

10.  Jappella biex ikompli jiġi amplifikat il-finanzjament tal-ġlieda kontra l-kampanji ta' diżinformazzjoni u l-attakki ċibernetiċi, li qegħdin jintużaw dejjem iżjed biex idgħajfu l-ordni demokratiku fil-pajjiżi fi ħdan il-viċinat tal-Unjoni, kif ukoll fi ħdan l-Unjoni nnifisha; jappella b'mod partikolari biex jiżdiedu r-riżorsi għall-azzjonijiet ta' komunikazzjoni strateġika;

11.  Jisħaq fuq l-importanza li titqanqal ir-riċerka dwar difiża kooperattiva fl-Ewropa biex tindirizza n-nuqqasijiet kruċjali tal-kapaċitajiet fi żmien meta l-iżviluppi internazzjonali jirrikjedu dejjem aktar li l-Ewropa tintensifika l-isforzi tagħha fil-qasam tad-difiża; jappoġġa kompletament iż-żieda fl-allokazzjoni għall-Azzjoni Preparatorja għar-riċerka dwar id-difiża; jilqa' l-politika Ewropea dwar l-industrija tad-difiża li pproponiet il-Kummissjoni u jħeġġeġ biex tiġi indirizzata bil-għan li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) bħala kwistjoni prijoritarja;

12.  Jilqa' l-Pjan ta' Investiment Estern il-ġdid biex jiżdied l-investiment fl-Afrika u fil-viċinat tal-UE; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-attenzjoni ffokata fuq it-tħeġġiġ tal-investiment mis-settur privat ma tiddevjax il-finanzjament mill-prijoritajiet fuq żmien twil f'dawk ir-reġjuni, inkluż il-ksib tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

13.  Jissottolinja għal darba oħra l-importanza tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż l-appoġġ tiegħu għall-osservazzjoni elettorali, filwaqt li jisħaq li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt huma kruċjali għall-istabbiltà u l-prosperità fid-dinja; jilqa' ż-żieda fil-finanzjament ta' dak l-Istrument, li jmissu jkompli jitqawwa;

14.  Jappella biex jitwettaq eżerċizzju ta' tagħlimiet meħuda b'mod li jiġu identifikati n-nuqqasijiet u jittejjeb il-koordinament bejn l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni u l-istrumenti ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet internazzjonali l-oħra, bħall-Bank Dinji, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-istituzzjonijiet l-oħra fl-oqsma tal-iżvilupp/finanzjament, b'mod li jinħolqu s-sinerġiji u jiġi mmassimizzat l-impatt tal-istrumenti ta' finanzjament fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

15.  Itenni t-talba tiegħu biex il-linja baġitarja għar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE tiġi ttrasferita mill-baġit tal-PESK għal dak tas-SEAE b'mod li jkollu effett newtrali fuq il-baġit biex titqawwa l-koerenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

30.8.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

12

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Petras Auštrevičius, Mario Borghezio, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Andi Cristea, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, David McAllister, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Alyn Smith, Jordi Solé, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Charles Tannock, Ivo Vajgl, Elena Valenciano, Hilde Vautmans, Anders Primdahl Vistisen, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Elisabetta Gardini, Neena Gill, Ana Gomes, András Gyürk, Takis Hadjigeorgiou, Liisa Jaakonsaari, Marek Jurek, Urmas Paet, Mirosław Piotrowski, Miroslav Poche, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Janusz Zemke, Željana Zovko

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Seb Dance, Jean-Luc Schaffhauser, Marie-Pierre Vieu, Ivan Štefanec

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

49

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Iveta Grigule, Ilhan Kyuchyuk, Javier Nart, Urmas Paet, Jozo Radoš, Ivo Vajgl, Hilde Vautmans

PPE

Lars Adaktusson, Lorenzo Cesa, Michael Gahler, Elisabetta Gardini, András Gyürk, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Alojz Peterle, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Željana Zovko, Ivan Štefanec, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica

S&D

Andi Cristea, Seb Dance, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Neena Gill, Ana Gomes, Liisa Jaakonsaari, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Miroslav Poche, Elena Valenciano, Boris Zala, Janusz Zemke

Verts/ALE

Klaus Buchner, Barbara Lochbihler, Tamás Meszerics, Alyn Smith, Jordi Solé, Bodil Valero

12

-

ECR

Anders Primdahl Vistisen

EFDD

James Carver, Fabio Massimo Castaldo

ENF

Mario Borghezio, Jean-Luc Schaffhauser

GUE/NGL

Takis Hadjigeorgiou, Sabine Lösing, Sofia Sakorafa, Marie-Christine Vergiat, Marie-Pierre Vieu

NI

Georgios Epitideios, Janusz Korwin-Mikke

5

0

ECR

Anna Elżbieta Fotyga, Marek Jurek, Ryszard Antoni Legutko, Mirosław Piotrowski, Charles Tannock

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (27.9.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2017/2044(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Charles Goerens

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jissottolinja li l-għajnuna għall-iżvilupp mill-baġit tal-UE hemm bżonn li tinżamm almenu fil-livell previst fil-QFP u li tibqa' tenfasizza l-enfasi tagħha fuq l-isforzi fit-tul biex jinqered il-faqar; jitlob biex ikun hemm enfasi speċjali fuq il-pajjiżi l-anqas żviluppati;

2.  Jirrikonoxxi li l-ebda pajjiż ma żviluppa mingħajr involviment f'aktar relazzjonijiet kummerċjali mal-ġirien tiegħu u mal-bqija tad-dinja; iħeġġeġ ulterjorment il-finanzjament ta' għajnuna għall-attivitajiet kummerċjali, sabiex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu jistgħu jieħdu sehem ħafna iktar f'katini ta' valur globali fil-futur; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li tali finanzjament jenħtieġ li jikkontribwixxi għal tkabbir inklussiv u sostenibbli, kif ukoll jippromwovi standards ambjentali u tax-xogħol għoljin; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza dejjem tiżdied tal-konnettività diġitali sabiex tinkiseb distribuzzjoni aktar bilanċjata tal-benefiċċji tal-globalizzazzjoni favur il-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

3.  Jenfasizza li l-ħtiġijiet umanitarji drammatiċi b'riżultat ta' kunflitti u katastrofi marbutin mat-tibdil fil-klima bla preċedent, jeħtieġu l-użu sħiħ tal-marġini fl-Intestatura IV biex tiġi indirizzata din l-isfida u biex jiġu evitati kriżijiet ġodda; jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied l-għajnuna umanitarja Ewropea, anke lil hinn mill-viċinat tal-Ewropa;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-baġit tal-UE jikkontribwixxi b'mod adegwat għat-twettiq tal-Aġenda 2030 u s-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha; ifakkar li l-implimentazzjoni tagħha għandha ssir fil-politiki interni u esterni tal-Unjoni, kif ukoll tintegra b'mod bilanċjat u koerenti t-tliet dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli, billi tindirizza r-rabtiet bejn id-diversi SDGs;

5.  Jinnota li r-rekwiżit li 20 % tal-assistenza taħt l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) għandu jiġi allokat għal servizzi soċjali bażiċi, b'mod partikolari s-saħħa u l-edukazzjoni, mhux qed jiġi ssodisfat għall-perjodu 2014-2017(1); iqis li żieda fl-investiment fl-iżvilupp tal-bniedem, speċjalment għall-aċċess għad-drittijiet u s-saħħa riproduttivi u sesswali hija meħtieġa biex jiġi miġġieled l-impatt negattiv tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-'Global Gag Rule';

6.  Ifakkar li fil-baġit tal-2017, il-linja baġitarja għall-iżvilupp tal-bniedem tad-DCI kienet inqas mill-ammont inizjali tal-ippjanar pluriennali; jinnota li l-Kummissjoni ddikjarat li dan kien sempliċement eżerċizzju ta' konċentrazzjoni fl-aħħar tal-perjodu u mhux tnaqqis għal dan il-programm; iqis għalhekk li huwa importanti li tinżamm żieda sostanzjali tal-linja baġitarja għall-iżvilupp tal-bniedem meta mqabbel mal-baġit tas-sena preċedenti;

7.  Jissottolinja l-importanza kbira ta' appoġġ għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju u jappella b'mod partikolari għal aktar tisħiħ tas-sistemi ta' self u garanziji ta' mikrofinanzjament;

8.  Jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta' istituzzjonijiet ta' taħriġ doppju vokazzjonali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li fihom iż-żgħażagħ, filwaqt li jsegwu programm ta' apprendistat professjonali b'enfasi fuq l-aspetti prattiċi ta' professjoni, ikollhom lekċers teoretiċi fi skejjel professjonali speċjalizzati;

9.  Jitlob għal tkabbir tal-programm "Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ" lil hinn mill-Ewropa b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw filwaqt li jiġu pprovduti l-mezzi finanzjarji neċessarji;

10.  Iqis li l-mobilizzazzjoni tal-baġit tal-UE biex tiġi indirizzata l-isfida tal-migrazzjoni jenħtieġ li tiġi akkumpanjata minn politika komuni f'dan il-qasam; jenfasizza li l-għajnuna għall-iżvilupp ma tridx tiddependi fuq il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet tal-migrazzjoni bħall-ġestjoni tal-fruntieri jew il-ftehimiet ta' riammissjoni; ifakkar li l-kriżi tal-migranti u tar-rifuġjati għandha impatt sinifikanti fuq il-baġit tal-UE u ser tkompli tirrikjedi tweġibiet dinamiċi fis-snin li ġejjin;

11.  Jagħraf bis-sħiħ in-natura kumplessa ta' bosta sfidi u l-ħtieġa għal azzjonijiet ta' rispons multidimensjonali u komplementari, iżda jisħaq fuq il-ħtieġa għal ċarezza f'arranġamenti ta' finanzjament u r-rispett tal-impenji internazzjonali; itenni r-rifjut tiegħu li jintużaw fondi għall-iżvilupp għal objettivi mhux relatati mal-iżvilupp, u jissottolinja li l-fondi li ma jissodisfawx il-kriterji tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) iridu jiġu minn strumenti oħra minbarra d-DCI; jiddeplora n-nuqqas ta' skrutinju parlamentari dwar il-fondi fiduċjarji l-ġodda; jenfasizza li kwalunkwe mekkaniżmu li jibbenefika mid-DCI, partikolarment il-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika, għandu jservi objettivi ta' żvilupp fit-tul ġenwini u jirrispondi għall-ħtiġijiet ta' żvilupp tal-pajjiżi sħab u mhux mill-objettivi politiċi tad-donaturi; ifakkar fl-opinjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi, li teskludi kwalunkwe kontribuzzjoni mid-DCI biex jiġi ffinanzjat l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi;

12.  Jenfasizza li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jridu jonoraw l-impenn kollettiv tagħhom, ikkonfermat fl-2015, biex iżidu l-ODA tagħhom għal 0,7 % tal-ING tagħhom sal-2030; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippreżentaw skedi ta' żmien vinkolanti għal żidiet progressivi lejn dan il-livell;

13.  Jissottolinja l-importanza li tiżdied l-allokazzjoni ta' fondi mmirati lejn appoġġ għal governanza tajba, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jiġu promossi istituzzjonijiet responsabbli u trasparenti, jiġi appoġġjat il-bini ta' kapaċità u jitrawwmu l-parteċipazzjoni fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni;

14.  Itenni li l-kontribut tar-Renju Unit jammonta għal 15 % tal-baġit tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jimpenjaw ruħhom f'riflessjoni fuq l-ambizzjoni u l-prijoritajiet ta' għajnuna għall-iżvilupp tal-UE wara l-Brexit;

15.  Iqis li l-proliferazzjoni ta' fondi fiduċjarji, li sar rikors għalihom minħabba nuqqas ta' riżorsi, timmina l-unità tal-baġit u tmur kontra r-rekwiżiti ta' trasparenza u responsabilità demokratika; itenni li l-baġitizzazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) fuq naħa waħda u l-ħolqien ta' strument speċifiku għall-finanzjament tal-ispejjeż tas-sigurtà marbuta mal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, min-naħa l-oħra, issaħħaħ l-effettività tal-azzjoni tal-UE.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.9.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Doru-Claudian Frunzulică, Charles Goerens, Enrique Guerrero Salom, Heidi Hautala, Maria Heubuch, György Hölvényi, Stelios Kouloglou, Vincent Peillon, Maurice Ponga, Elly Schlein, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Paul Rübig, Adam Szejnfeld

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

David Coburn

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

15

+

ALDE

Charles Goerens, Paavo Väyrynen

PPE

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, György Hölvényi, Maurice Ponga, Paul Rübig, Adam Szejnfeld, Bogdan Brunon Wenta

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Vincent Peillon, Elly Schlein

Verts/ALE

Heidi Hautala, Maria Heubuch

1

-

EFDD

David Coburn

1

0

GUE/NGL

Stelios Kouloglou

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

https://ec.europa.eu/europeaid/sites/devco/files/draft-eval-report-dci_en.pdf


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (30.8.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2017/2044(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Reimer Böge

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jisħaq li l-kummerċ internazzjonali huwa għodda ewlenija għall-politika barranija tal-Unjoni, li jekk tiġi ffinanzjata u implimentata bi strateġiji koerenti, tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli, partikolarment fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

2.  Jinnota li l-Unjoni għandha aġenda għall-kummerċ dejjem aktar ambizzjuża, kif deskritta fl-istrateġija "Kummerċ għal Kulħadd"; jenfasizza li għandu jiżdied il-finanzjament għall-inizjattivi b'rabta mal-Għajnuna għall-Kummerċ, inklużi miżuri ta' appoġġ għall-kummerċ lokali u intrareġjonali, kif ukoll jiġu allokati riżorsi suffiċjenti lid-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni, sabiex dan ikun jista' jwettaq numru dejjem akbar ta' attivitajiet, partikolarment biex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet inklużi kemm fil-ftehimiet bilaterali kif ukoll f'dawk multilaterali, kif ukoll biex tissaħħaħ il-koerenza tal-aġenda politika kummerċjali tal-Kummissjoni mal-għanijiet ta' azzjoni globali tal-Unjoni, kif ukoll ir-rekwiżit ta' koerenza politika għall-iżvilupp mingħajr tnaqqis jew ridirezzjonar ta' baġit allokat għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp; jisħaq li l-finanzjament għall-Għajnuna għall-Kummerċ jirrappreżenta għodda ewlenija għall-iżvilupp ta' strutturi u proġetti, partikolarment fil-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs); iqis li kemm din l-inizjattiva kif ukoll il-finanzjament għandhom jiżdiedu; jitlob barra minn hekk lill-Kummissjoni tikkoordina l-implimentazzjoni tagħha sabiex tkabbar l-effettività tiegħu għall-ogħla livell possibbli; jenfasizza l-importanza tal-evalwazzjoni ta' dawn il-ftehimiet, u jtenni l-bżonn li l-istrateġija tal-Unjoni għall-kummerċ tingħata appoġġ xieraq bħala waħda mill-pilastri ewlenin tal-politika barranija tagħha;

3.  Jisottolinja l-bżonn urġenti ta' riorganizzazzjoni komprensiva tal-baġit tal-Unjoni u l-istruttura tiegħu fil-kuntest tar-rieżami tal-QFP li jmiss u fir-rigward tal-aġenda tal-politika kummerċjali, u jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-inizjattiva fuq dan fil-konfront tal-Kunsill u tal-Parlament;

4.  Jinnota li ċ-ċittadini tal-Unjoni qed jitolbu dejjem aktar li jiġu involuti u impenjati fil-politika kummerċjali tal-Unjoni u li l-Kummissjoni għamlet dan l-interess taċ-ċittadini, prijorità; jisħaq f'dan ir-rigward li hu essenzjali li jiġu allokati riżorsi suffiċjenti sabiex iċ-ċittadini jiġu involuti b'mod attiv fit-tfassil ta' politika kummerċjali tal-Unjoni u biex jiġi ġġenerat livell ogħla ta' sensibilizzazzjoni tal-benefiċċji tagħha fost iċ-ċittadini tal-Unjoni; jappella li l-Gruppi Konsultattivi Domestiċi u l-Pjattaformi Konġunti għandhom jiġu inklużi fid-djalogu taċ-ċittadini, hekk kif dawn huma l-mezz ewlieni kif tista' tinkiseb parteċipazzjoni effettiva tas-soċjetà ċivili fl-infurzar u l-monitoraġġ tal-kapitoli dwar is-sostenibbiltà tal-kummerċ tal-ftehimiet kummerċjali. jappella għall-iżvilupp ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, li permezz tagħhom jixtiequ li tiġi evalwata l-prestazzjoni tal-amministrazzjoni doganali fil-livell nazzjonali u tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jwettqu rwol aktar attiv biex jispjegaw il-valur miżjud tal-politika tal-Unjoni għall-kummerċ, peress li huma l-istess Stati Membri li jifformulaw il-mandati ta' negozjar;

5.  Jenfasizza li l-kummerċ internazzjonali jikkostitwixxi għodda ewlenija fi ħdan il-politika barranija tal-Unjoni li, jekk tiġi sostnuta bil-finanzjament meħtieġ u tiġi implimentata permezz ta' strateġiji politiċi, ekonomiċi, kummerċjali u ta' żvilupp koerenti, tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex b'hekk l-Unjoni tkun tista' tiżvolġi rwol attiv fl-indirizzar tal-kawżi tal-migrazzjoni;

6.  Jenfasizza li l-appoġġ tekniku u l-assistenza ekonomika relatati mal-kummerċ ipprovduti taħt il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) lill-eqreb sħab tal-Unjoni fil-pajjiżi tal-fruntiera tan-Nofsinhar u tal-Lvant jikkostitwixxu kontribut importanti għall-istabbiltà f'dawk ir-reġjuni;

7.  Jemmen li jenħtieġ livell ta' finanzjament ogħla tal-Assistenza Makrofinanzjarja biex jiġi żgurat li talbiet futuri ta' self u ta' għotjiet ikunu jistgħu jintlaqgħu jekk ġustifikati, u sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati mill-Parlament; jisħaq li l-Assistenza Makrofinanzjarja m'għandhiex toħloq dipendenza ġdida għall-pajjiżi riċevituri permezz ta' kundizzjonijiet ta' pagament korrispondenti; jemmen li fuq perjodu aktar fit-tul, għandha titqies l-integrazzjoni tal-istrument tal-AMF fl-Istrument tal-Programm Ewropew ta' Viċinat, sabiex tiżdied il-koerenza tal-azzjoni tal-Unjoni;

8.  Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-għodod eżistenti mmirati lejn il-promozzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs fir-rigward tal-koerenza tagħhom ma' strumenti oħra ta' appoġġ tal-Unjoni għall-SMEs, bħall-COSME, kif ukoll fir-rigward tas-sussidjarjetà, in-nonduplikazzjoni u l-kumplimentarjetà fir-rigward tal-programmi rispettivi tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel proposti f'waqthom għar-rieżami ta' nofs it-terminu ta' dawk il-programmi, bl-għan li jitjiebu l-effiċjenza u l-effettività tagħhom;

9.  Ifakkar li kwalunkwe inizjattiva ġdida tal-Unjoni, inkluż dawk fil-qasam tad-difiża, għandha tiġi ffinanzjata b'fondi addizzjonali, u li dan ma jkunx ta' ħsara għal-linji baġitarji eżistenti;

10.  Jinnota li, minkejja li jipproduċi riżultati differenti, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) jingħata fondi anqas milli mistenni, ma joperax b'mod sistematiku, u għalhekk mhuwiex adegwat biex jibbilanċja l-effetti sekondarji tal-awtomatizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-globalizzazzjoni; jinnota s-suċċess ta' inizjattivi simili f'ekonomiji kumparabbli; jissottolinja l-bżonn ta' fondi u riżorsi addizzjonali għall-finanzjament tal-FEG u biex tiżdied l-effettività u l-operabilità tiegħu; iqis, f'dan ir-rigward, li t-tneħħija ta' piżijiet bla bżonn hi essenzjali biex jinkiseb livell ogħla ta' effiċjenza; jisħaq fuq l-importanza tat-taħriġ fl-għoti ta' għodod lill-impjegati qiegħda, li huma meħtieġa għal riintegrazzjoni b'suċċess fis-suq tax-xogħol;

11.  Ifakkar li l-Unjoni għandha d-dover li tintegra l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki kollha tagħha u jirrikonoxxi li l-politika tal-kummerċ jista' jkollha impatti differenti dwar il-ġeneru fost is-setturi differenti tal-ekonomija; jappella li l-kapitoli dwar il-ġeneru jiġu inklużi fil-ftehimiet kollha ġodda li jiġu nnegozjati, u biex jiġu pprovduti r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom, inkluż permezz ta' valutazzjonijiet tal-impatt ex-ante, ex-durante u ex-post, bid-data titqassam skont il-ġeneru.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

30.8.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

1

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Tiziana Beghin, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Jude Kirton-Darling, Patricia Lalonde, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Nicola Danti, Seán Kelly, Sander Loones, Bolesław G. Piecha, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Arne Lietz

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

26

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Patricia Lalonde, Marietje Schaake

PPE

Reimer Böge, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Christofer Fjellner, Seán Kelly, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Tokia Saïfi, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler

S&D

Maria Arena, Nicola Danti, Jude Kirton-Darling, Arne Lietz, David Martin, Emmanuel Maurel, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster

Verts/ALE

Yannick Jadot

1

-

ENF

Franz Obermayr

7

0

ECR

Sander Loones, Emma McClarkin, Bolesław G. Piecha, Joachim Starbatty

EFDD

Tiziana Beghin

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (7.9.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2017/2044(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Joachim Zeller

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi f'sitwazzjoni ta' riżorsi skarsi, għandha tingħata aktar importanza lill-ħtieġa li tiġi osservata d-dixxiplina baġitarja u li l-fondi jintużaw b'mod effiċjenti u effettiv sabiex jiġi żgurat l-ogħla valur miżjud Ewropew possibbli tagħhom;

B.  billi l-għan ewlieni tal-abbozz ta' baġit għall-2018 hu li jiżgura li l-baġit tal-Unjoni jkun jiddisponi mill-mezzi meħtieġa biex joffri l-kontribut imsaħħaħ tiegħu għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, l-impjiegi (bi drittijiet u protezzjonijiet tax-xogħol kompluti), l-iżvilupp sostenibbli, l-investiment immirat u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri kollha - kbar u żgħar, dawk li qed jitħabtu u dawk li qed ikollhom suċċess - u, biex jirrispondi għall-isfidi kontinwi u l-iżviluppi l-ġodda, u l-impatt tagħhom rigward l-irkupru ekonomiku li qed itawwal fiż-żmien u ż-żieda fl-inugwaljanzi, kif ukoll l-immigrazzjoni, l-għajnuna umanitarja u s-sigurtà;

C.  billi ż-żieda ġenerali ta' 8.1 % f'pagamenti meta mqabbla mal-baġit tal-2017 hija xprunata minn żieda f'pagamenti għal Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, li għandhom jilħqu b'mod sħiħ ritmu tajjeb fl-2018;

D  billi l-maġġoranza kbira ta' pagamenti (94 %) huma relatati mal-finanzjament ta' programmi ġodda (għall-perjodu 2014-2020) filwaqt li 6 % biss jikkonċernaw it-tlestija ta' programmi antiki (qabel l-2014);

Dikjarazzjonijiet ta' Programm tan-nefqa operattiva li jakkumpanjaw il-baġit 2018

1.   Jilqa' d-dikjarazzjonijiet tal-programm dwar in-nefqa operattiva li jakkumpanjaw l-abbozz ta' baġit 2018, COM (2017) 400, li jipprovdu informazzjoni skont l-Artikolu 38 tar-Regolament Finanzjarju, li jinkludi kemm stimi ex ante f'termini ta' output u riżultati fil-futur u informazzjoni ex post dwar il-prestazzjoni tal-programmi;

2.  Jirrimarka li d-dikjarazzjonijiet jikkorrispondu parzjalment għat-talba li saret mill-Parlament dwar baġit ibbażat fuq il-prestazzjoni(1), iżda jinnota li dawk id-dikjarazzjonijiet jikkomplementaw il-metodu normali ta' bbaġitjar ibbażat fuq l-attività b'xi data dwar il-prestazzjoni;

3.   Jinnota li l-prestazzjoni attwali fil-qafas tal-programmi rrappurtati fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi tinkludi aktar minn 700 indikatur ta' tip differenti li jkejlu l-prestazzjoni ma' 61 objettiv ġenerali u 228 objettiv speċifiku;

4.  Jenfasizza li mhux kull wieħed minn dawk l-indikaturi jkejlu direttament il-prestazzjoni baġitarja tal-Unjoni: xi wħud minnhom jipprovdu xi informazzjoni kuntestwali ta' livell għoli (eż. "il-mira tar-R&Ż għall-Ewropa ta' 3 % tal-PDG" jew "is-sehem ta' riċerkaturi fil-popolazzjoni attiva tal-UE") jew jipproċessaw l-informazzjoni relatata (eż. "kwalità ta' applikazzjonijiet tal-proġetti", "numru ta' parteċipanti");

5.  Jappella lill-Kummissjoni tunifika kemm jista' jkun ir-rapportar tagħha sabiex tippreżenta stampa veritiera tal-implimentazzjoni tal-baġit u tal-valur miżjud miksub;

6.   Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi għal kull programm stampa ta' informazzjoni ta' prestazzjoni disponibbli li tindika d-distanza mill-mira għall-indikaturi speċifiċi infurmati kollha inklużi fl-att bażiku; din id-deskrizzjoni jenħtieġ li tirrappreżenta s-sehem tal-valur tal-indikatur fir-rigward tal-mira finali u tkejjel il-progress lejn l-ilħuq tal-miri;

7.  Jinnota li l-analiżi tad-data miġbura għal kull programm, inkluża d-data għas-snin 2014, 2015 u 2016, tikkonferma li, f'dan l-istadju ta' implimentazzjoni, aktar minn 80 % tal-indikaturi huma diġà infurmati jew parzjalment infurmati;

8.   Iħeġġeġ lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' simplifikazzjoni:

–  tallinja l-qafas ta' prestazzjoni użat fir-rapport ta' evalwazzjoni tal-Artikolu 318 TFUE (ir-Rapport Annwali ta' Ġestjoni u Prestazzjoni) u fl-għodod ta' ġestjoni tagħha (il-pjan ta' ġestjoni u r-rapporti annwali tal-attività tad-Direttorat Ġenerali) mal-qafas ta' prestazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-programm;

–  tuża dan il-qafas ta' dikjarazzjonijiet tal-programm bħala bażi għall-evalwazzjoni tagħha tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija UE 2020 u l-10 prijoritajiet tal-Kummissjoni għall-2015-2019; kif ukoll

–  tinkludi data aġġornata dwar ir-riżultati għall-indikaturi kollha stabbiliti skont il-programm, minn tal-inqas fuq bażi annwali;

9.  Japprezza li l-approċċ il-ġdid ta' "Baġit Iffukat fuq ir-Riżultati" għall-ewwel darba ġie integrat fit-tħejjija baġitarja interna tal-Kummissjoni sabiex tiġi riveduta n-nefqa bbażata fuq l-esperjenza miksuba s'issa u tiġi identifikata aġġustamenti possibbli;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-informazzjoni speċifika użata fit-tħejjija tal-abbozz ta' baġit 2018 dwar l-oqsma fejn programmi ta' nfiq tal-Unjoni jġibu riżultati pożittivi jew, għall-kuntrarju, fejn l-implimentazzjoni tkun aktar bil-mod milli mistenni jew l-istruttura tal-programm mhijiex adegwata għat-twassil tar-riżultati mistennija;

11.  Jistieden lill-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament Ewropew, f'koordinazzjoni mal-kumitati settorjali ta' dan il-Parlament, biex jippromwovi kultura vera ta' riżultati fir-rigward tal-ottimizzazzjoni tal-użu ta' nfiq billi jneħħi nefqiet minn programmi li juru prestazzjoni baxxa, biss abbażi ta' analiżi dettaljata tal-kawżi għal prestazzjoni baxxa; itenni li r-riżultati tanġibbli ma jistgħux jinkisbu mingħajr riżorsi suffiċjenti;

12.  Jissottolinja li l-Parlament, bħala l-awtorità ta' kwittanza, għandu l-kompitu li jesprimi l-fehmiet tiegħu dwar l-objettivi politiċi ppreżentati mill-Kummissjoni fl-abbozz tal-baġit u li għandu jivverifika l-kost/benefiċċju, billi jikkunsidra l-fatturi kollha li jinfluwenzaw l-effikaċja tal-proġetti;

Il-Politiki Settorjali

13.  Jenfasizza li partikolarment għall-azjendi agrikoli żgħar, il-pagamenti diretti skont il-politika agrikola komuni (PAK) ma jistgħux iwettqu bis-sħiħ ir-rwol tagħhom bħala mekkaniżmu ta' xibka ta' sigurtà għall-istabbilizzar tad-dħul tal-azjendi agrikoli, peress li d-distribuzzjoni attwali ta' pagamenti twassal biex 20 % tal-azjendi agrikoli kollha fl-Unjoni jirċievu 80 % tal-pagamenti diretti totali, u dan jindika ukoll il-bżonn li jitqiesu d-differenzi fid-daqs tal-azjendi agrikoli, li jvarjaw fost l-Istati Membri;

14.  Jitlob lill-Kummissjoni, fil-kuntest tar-riforma tal-PAK, tivvaluta jekk l-iskema ta' pagament dirett tal-PAK hijiex imfassla tajjeb biex tistabbilizza d-dħul tal-azjendi agrikoli kollha jew jekk mudell ta' distribuzzjoni ta' pagamenti diretti, li hu mifrux mal-Unjoni, jistax iwassal għall-kisba aħjar tal-objettivi, u barra minn hekk jitlob lill-Kummissjoni tevalwa jekk dan il-metodu ta' distribuzzjoni l-ġdid għandux isir obbligatorju jew le; jinnota li din il-valutazzjoni għandu jkollha impatt fuq il-proposti baġitarji fir-rigward tal-miżuri tas-suq;

15.  Jinnota li l-Kummissjoni tikkunsidra li hu diffiċli jekk mhux impossibbli li tingħata stima ta' nfiq imħallas għall-migranti/min qed ifittex asil, fuq il-bażi ta' pajjiżi individwali, peress li l-ġestjoni tal-flussi migratorji tinkludi firxa wiesgħa ta' attivitajiet(2); jixtieq għalhekk li jinżamm informat dwar kif il-Kummissjoni kienet kapaċi tabbozza estimi preċiżi rigward dak il-qasam ta' politika fil-kuntest ta' bbaġitjar ibbażat fuq il-prestazzjoni u liema kriterji użat s'issa biex tiddetermina l-allokazzjoni tal-fondi tal-AMIF fl-Istati Membri differenti;

Strumenti finanzjarji

16.  Jirrimarka li d-dikjarazzjonijiet tal-programm 2018 fihom paragrafi li jirreferu għal strumenti finanzjarji ffinanzjati minn programm speċifiku u jinnota li l-Kummissjoni tqis li tali informazzjoni ma tikkostitwixxix rappurtar uffiċjali dwar l-istrumenti finanzjarji ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni kif previst skont l-Artikolu 140(8) tar-Regolament Finanzjarju, hekk kif il-Kummissjoni tippreżenta rapport annwali separat dwar l-istrumenti finanzjarji appoġġati mill-baġit ġenerali skont l-Artikolu 140(8) tar-Regolament Finanzjarju, u l-aħħar rapport għall-2015 kien ippubblikat fl-24 ta' Ottubru 2016; jappella lill-Kummissjoni tipprovdi ġabra ta' data kompluta dwar l-allokazzjoni ta' strumenti finanzjarji u dwar ir-riżultati miksuba s'issa mill-aspett ekonomiku, soċjali u ambjentali, kif ukoll rigward l-effett ta' lieva mistenni u attwali;

17.  Jerġa' jħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb it-trasparenza fl-użu tal-istrumenti finanzjarji, tirrapporta regolarment dwar l-ingranaġġ, it-telf u r-riskji, u tippreżenta analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż tal-istrumenti finanzjarji meta mqabbla ma' forom aktar diretti ta' finanzjament tal-proġetti;

18.  Jinnota bi tħassib li ċ-ċifri ta' implimentazzjoni tal-FEIS jindikaw li l-maġġoranza tal-investimenti huma kkonċentrati fl-aqwa ħames ekonomiji tal-Unjoni, fatt li jista' jkompli jxekkel il-kisba tal-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni għal aktar koeżjoni;

19.  Jinsab imħasseb li l-fondi fiduċjarji u faċilitajiet oħrajn li jużaw kontribuzzjonijiet sostanzjali tal-Unjoni jibqgħu mingħajr sorveljanza xierqa mill-Parlament u għoti ta' rendikont lilu, u jinsisti fuq għoti ta' rendikont aktar qawwi ta' dawn l-istrumenti;

Il-Brexit

20.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta stima ddettaljata, inkluża spjegazzjoni tal-metodu tal-kalkolu, għall-ispejjeż li jirriżultaw mid-deċiżjoni tal-Gvern tar-Renju Unit li jitlaq mill-Unjoni Ewropea. jappella barra minn hekk lill-Kummissjoni biex tippubblika malajr kemm jista' jkun deskrizzjoni dwar kif beħsiebha tiffaċċja din is-sitwazzjoni ta' taħlita ta' dħul anqas mill-baġit, wara l-Brexit u ta' żieda fin-nefqa dwar punti bħas-sigurtà u l-migrazzjoni.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

4.9.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jonathan Arnott, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Raffaele Fitto, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Arndt Kohn, Claudia Schmidt, Bart Staes, Hannu Takkula, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Brian Hayes, Julia Pitera

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ALDE

ECR

GUE/NGL

PPE

S&D

VERTS/ALE

Martina Dlabajová, Hannu Takkula

Raffaele Fitto

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Brian Hayes, Julia Pitera, Claudia Schmidt, Joachim Zeller

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Caterina Chinnici, Cătălin Sorin Ivan, Arndt Kohn, Derek Vaughan

Bart Staes, Indrek Tarand

1

-

ENF

Jean-François Jalkh

2

0

EFDD

Jonathan Arnott, Marco Valli

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

  Fir-rapport tiegħu dwar il-Qafas ta' Kontroll Intern Integrat adottat fit-3 ta' Ġunju 2013 il-Parlament jappella għall-istabbiliment ta' mudell ta' bbaġitjar pubbliku ibbażat fuq il-prestazzjoni li fih kull linja tal-baġit hija akkumpanjata minn għanijiet u outputs li għandhom jiġu mkejla permezz ta' indikaturi tal-prestazzjoni.

(2)

  Tweġiba għall-mistoqsija bil-miktub 23- Seduta ta' smigħ tal-Kumitat CONT tal-Kummissarju AVRAMAPOLOS tad-29 ta' Novembru 2016.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (7.9.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2017/2044(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Markus Ferber

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jitlob li l-baġit tal-Unjoni għall-2018 jikkontribwixxi għat-twettiq tal-prijoritajiet imniżżla fis-Semestru Ewropew, speċifikament ir-rilanċ tal-investiment orjentat lejn il-futur, it-trawwim tal-konverġenza, il-ħidma għal riformi strutturali sostenibbli u soċjalment bilanċjati u orjentati lejn it-tkabbir biex tiżdied il-kompetittività, u t-twettiq ta' politiki fiskali responsabbli; jissottolinja li jinħtieġu sinerġiji bejn il-baġit tal-Unjoni u l-baġit ta' Stat Membru sabiex jinkisbu l-prijoritajiet tas-Semestru Ewropew;

2.  Jissottolinja l-importanza kruċjali tal-linja baġitarja dwar "Koordinazzjoni u sorveljanza ta', u komunikazzjoni dwar l-unjoni ekonomika u monetarja, inkluż l-euro" bħala mezz tekniku u ta' komunikazzjoni għal koordinazzjoni aħjar tal-politiki ekonomiċi, inkluż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, għal kontribut tiegħu lejn l-obbligi ta' sorveljanza bbażati fuq it-Trattati u l-produzzjoni ta' data kritika, u għall-attivitajiet ta' appoġġ tiegħu għall-assistenza finanzjarja, b'tali mod li jikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja fi ħdan u barra l-Unjoni;

3.  Jirrimarka l-ħtieġa li jiġi appoġġjat id-dibattitu attwali fuq il-futur tal-UEM billi jiġu ffinanzjati l-għodda meħtieġa biex ikun żgurat dibattitu wiesa' maċ-ċittadini u l-partijiet interessati;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi introdott sett standard ta' data għar-reġistrazzjoni, ir-rappurtar u l-monitoraġġ tal-eżekuzzjoni tal-baġits nazzjonali u l-baġit tal-Unjoni, u l-kontribut tagħhom għall-kisba tal-miri stabbiliti fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs);

5.  Jilqa' l-inklużjoni ta' riżorsi adegwati previsti fil-baġit tal-2018 biex ikunu appoġġjati l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE); jissottolinja li r-rwol tal-ASE huwa essenzjali biex titħeġġeġ l-applikazzjoni konsistenti tad-dritt tal-Unjoni u jkun hemm koordinament aħjar fost l-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll jiġu żgurati stabbiltà finanzjarja, swieq finanzjarji integrati aħjar u protezzjoni tal-konsumatur u konverġenza superviżorja; jenfasizza li, fl-interess tal-użu prudenti tal-baġits tagħhom, l-ASE jridu jibqgħu konformi mal-kompiti u mal-mandat assenjati lilhom mil-leġiżlatur Ewropew;

6.  Jemmen li l-baġit tal-ASE għad għandu potenzjal ta' razzjonalizzazzjoni; jisħaq, għalhekk, li kwalunkwe żieda potenzjali fil-mezzi tal-ASE jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn miżuri ta' razzjonalizzazzjoni adegwati;

7.  Jissuġġerixxi li, hekk kif ix-xogħol tal-ASE qiegħed dejjem aktar jinbidel minn kompiti leġiżlattivi għal konverġenza superviżorja u infurzar, il-baġit u l-persunal tal-ASE għandhom jiġu riallokati internament; jenfasizza li t-tliet aġenziji jridu jassenjaw riżorsi adegwati biex janalizzaw l-implikazzjonijiet ta' Brexit għall-futur tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni;

8.  Jenfasizza li l-ASE għandhom jiżguraw li s-sistemi tal-IT użati jkunu effiċjenti, faċli għall-utent, sikuri, u kosteffiċjenti; għalhekk, sabiex ikun hemm aktar titjib fl-effiċjenza, jitlob li titqies organizzazzjoni amministrattiva komuni, li tkun tikkonsisti minn dipartiment tal-IT komuni, u dipartiment tar-Riżorsi Umani komuni;

9.  Itenni li l-finanzjament tal-ASE għandu jiġi rieżaminat; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta, fil-qafas tar-rieżami tal-ASE li jmiss, li teżamina b'mod xieraq u proporzjonat it-tariffi kalibrati għall-parteċipanti tas-suq li parzjalment jissostitwixxu l-kontributi tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mingħajr ma jikkompromettu l-indipendenza tal-ASE; jinkoraġġixxi l-Kummissjoni biex f'qasir żmien toħroġ bi proposta għar-rieżami tal-ASE;

10.  Jenfasizza li l-ispejjeż tat-trasferiment tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) minn Londra għandhom jitħallsu mir-Renju Unit; jirrimarka, madankollu, li l-Kummissjoni kien imissha ħejjiet l-allokazzjonijiet finanzjarji meħtieġa fl-eventwalità li jkollha ġġarrab l-ispejjeż implikati;

11.  Iqis li l-effiċjenza għandha tkun kriterju kritiku fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar ir-rilokazzjoni tal-EBA; fil-kuntest tar-reviżjoni li jmiss tal-ASE, jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-alternattivi kollha inkluż tal-istabbiliment strutturali tal-ASE biex jinkisbu dawn il-vantaġġi f'termini ta' effiċjenza;

12.  Jirrimarka li parti sinifikanti ta' kull wieħed mill-baġits rispettivi tal-ASE jintefaq fuq il-kera ta' spazji tal-uffiċċji; jinnota li l-prezzijiet tal-kera jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn ASE u ieħor; jinnota li l-kera tal-EIOPA hija EUR 29 għal kull m² kull xahar filwaqt li l-kera tal-ESMA hija EUR 52,5 għal kull m² kull xahar; jirrimarka li l-ispiża għall-kera ta' spazji tal-uffiċċji jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni bir-reqqa meta ssir deċiżjoni dwar ir-rilokazzjoni tal-EBA;

13.  Jenfasizza li, fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji, b'mod partikolari fir-rigward tat-teknoloġija ta' reġistri distribwiti (DLT), aktar akkumulazzjoni ta' kompetenza teknika hija meħtieġa biex ikun aktar kapaċi jirreaġixxi għall-isfidi potenzjali u għalhekk espressament jappoġġja l-finanzjment kontinwu għat-Task Force Orizzontali dwar it-Teknoloġija tar-Reġistru Distribwit; jitlob ukoll li jkun hemm aktar żvilupp fil-każijiet ta' użu għall-applikazzjoni tal-gvern biex jitrażżan il-potenzjal innovattiv tat-teknoloġija;

14.  Jirrimarka l-ħtieġa li jiġu żgurati riżorsi adegwati biex tiġi appoġġjata l-azzjoni tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, notevolment permezz ta' azzjoni preparatorja dwar il-bini ta' kapaċità, l-iżvilupp programmatiku u l-komunikazzjoni fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa, wara l-proġett pilota mniedi fl-2016;

15.  Huwa tal-opinjoni li jenħtieġ li jiġu allokati aktar riżorsi fil-qafas tal-baġit tal-Unjoni għall-2018 sabiex titwettaq valutazzjoni komprensiva u imparzjali tar-riskju maħluq minn pajjiżi terzi f'termini tan-nuqqasijiet strateġiċi tagħhom fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, abbażi ta' kriterji definiti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 u titfassal lista ta' ġurisdizzjonijiet "b'riskju għoli";

16.  Jilqa' b'sodisfazzjon li l-Eurostat huwa lest li jtejjeb il-faċilità tal-użu tad-data online tiegħu u jqis, għalhekk, li r-riżerva baġitarja adottata s-sena l-oħra m'għandhiex għalfejn tiġi ripetuta; jistieden lill-Eurostat jimplimenta, f'dik il-perspettiva, ir-rekwiżiti previsti fl-estensjoni 2018-2020 tal-Programm Statistiku Ewropew;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli r-riforma tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG), b'mod partikolari fir-rigward tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tiegħu, u b'hekk issaħħaħ ukoll l-influwenza tal-Unjoni fid-definizzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà.

18.  Jenfasizza l-importanza tal-appoġġ għat-tlestija tal-inizjattiva tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali tal-Kummissjoni, kif ukoll li tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għas-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumaturi, u b'hekk jibbenefikaw il-konsumaturi, in-negozji u l-investituri.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

4.9.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

9

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Burkhard Balz, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Othmar Karas, Wajid Khan, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Dimitrios Papadimoulis, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, Matt Carthy, Manuel dos Santos, Ashley Fox, Eva Joly, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Luigi Morgano, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Margot Parker, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

37

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Petr Ježek, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

Bernd Lucke, Pirkko Ruohonen-Lerner

PPE

Burkhard Balz, Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Othmar Karas, Werner Langen, Thomas Mann, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Anne Sander, Esther de Lange, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

S&D

Pervenche Berès, Udo Bullmann, Jonás Fernández, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Luigi Morgano, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Manuel dos Santos, Jakob von Weizsäcker

Verts/ALE

Eva Joly, Philippe Lamberts, Molly Scott Cato

9

-

ECR

Ashley Fox

EFDD

Margot Parker

ENF

Gerolf Annemans, Bernard Monot, Marco Zanni

GUE/NGL

Matt Carthy, Paloma López Bermejo, Marisa Matias, Dimitrios Papadimoulis

4

0

ECR

Kay Swinburne

EFDD

Marco Valli

S&D

Neena Gill, Wajid Khan

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (31.8.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2017/2044(BUD))

Rapporteur: Deirdre Clune

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar li t-tkabbir sostenibbli u l-investiment huma fatturi ewlenin għall-ħolqien ta' impjiegi deċenti li jwasslu għal impjieg ta' kwalità u biex tiżdied il-prosperità għal kulħadd; ifakkar fil-ħtieġa li l-fondi strutturali u ta' investiment jiġu direzzjonati b'mod iktar effiċjenti lejn il-promozzjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi u sabiex tingħata spinta lill-konverġenza soċjali u territorjali; f'dak ir-rigward, jenfasizza li l-baġit tal-UE jenħtieġ jikkontribwixxi finanzjarjament lejn il-kisba tal-miri tal-Ewropa 2020 fil-qasam soċjali u tal-impjiegi;

2.  Jinnota ż-żieda globali minn sena għal sena proposta mill-Kummissjoni fl-approprjazzjonijiet tal-intestatura 1 — Tkabbir intelliġenti u inklużiv (+2,5 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u +18,3 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament); jinnota wkoll iż-żidiet proporzjonalment ogħla fl-intestatura 1b — Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (+2,4 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u + 25,7 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament);

3.  Jenfasizza li dawn ir-riżorsi addizzjonali ma jridux jiksru l-prinċipju ta' sussidjarjetà, joħonqu l-investimenti privati jew jissostitwixxu miżuri nazzjonali;

4.  Jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis propost ta' 8,85 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn tal-kapitlu "Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni";

5.  Jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis kollu li sar mill-Kunsill Ewropew fl-intestatura "Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni"; jenfasizza f'dan ir-rigward li l-bidliet li jnaqqsu l-programmazzjoni baġitarja għal-linji tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni jridu jiġu rifjutati u li jrid jinstab bilanċ xieraq bejn l-approprjazzjonijiet ta' impenn u dawk ta' pagament sabiex dawn il-politiki jkunu jistgħu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom;

6.  Jenfasizza li l-baġit 2018 jeħtieġ jiżvolġi rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-kontribut tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi u jinħolqu t-tkabbir u l-impjiegi fl-Unjoni, b'attenzjoni kbira fuq il-ġlieda kontra l-qgħad fost dawk l-iktar imbegħdin mis-suq tax-xogħol u fuq il-ġlieda kontra l-faqar, b'attenzjoni partikulari fuq il-faqar fost it-tfal; għalhekk itenni t-talba tiegħu favur implimentazzjoni sħiħa tal-linji baġitarji ddedikati għall-impjiegi u l-affarijiet soċjali;

7.  Ifakkar li hemm 2 miljun intrapriża tal-ekonomija soċjali fl-Ewropa, li jimpjegaw 14,5 miljun persuna u għandhom l-għan li jħallu impatt soċjali, soċjetali jew ambjentali fl-interess ġenerali; jirrimarka li huma jikkontribwixxu għall-impjiegi, il-koeżjoni soċjali, l-iżvilupp reġjonali u rurali, il-protezzjoni ambjentali, il-protezzjoni tal-konsumaturi, l-iżvilupp agrikolu u tal-pajjiżi terzi, u l-politiki tas-sigurtà soċjali fl-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi Pjan ta' Azzjoni Ewropew iffinanzjat b'mod adegwat, li jippromwovi l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali fl-Unjoni u jsaħħaħ l-innovazzjoni soċjali; ifakkar li l-intrapriżi soċjali qed ikollhom diffikultà biex isibu opportunitajiet tajbin ta' finanzjament minħabba li l-funzjonament tagħhom mhuwiex mifhum biżżejjed kif ukoll minħabba d-daqs tagħhom; jenfasizza l-importanza ta' finanzjament adegwat permezz tal-programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju, il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali;

8.  Ifakkar li fl-Unjoni r-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ għadhom għoljin b'mod inaċettabbli u li s-sitwazzjoni tal-persuni żgħażagħ qiegħda, speċjalment dawk il-persuni barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ (NEETS) toħloq tħassib partikolari; jenfasizza li, sabiex tiġi indirizzata din il-kwistjoni, hu ferm importanti li jkun żgurat finanzjament adegwat u fil-ħin ta' skemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) u l-FSE; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li dawk l-istrumenti jiġu ffinanzjati b'mod adegwat u f'waqtu, u jenfasizza, b'mod partikolari, l-importanza tal-finanzjament il-ġdid ta' EUR 500 miljun approvat għall-YEI għall-2017; jinnota wkoll bi tħassib li l-Qorti tal-Awdituri(1) ddikjarat li mhuwiex possibbli li tiġi indirizzata l-popolazzjoni NEET kollha kemm hi unikament bir-riżorsi disponibbli mill-baġit tal-UE;

9.  Ifakkar, b'mod partikolari, fl-importanza li jiġi żgurat finanzjament ta' mill-inqas EUR 700 miljun għall-YEI għall-perjodu bejn l-2018 u l-2020, kif maqbul fi ħdan ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, li għandu jiġi maqsum bejn l-2018, l-2019 u l-2020 fi tliet pagamenti ugwali ta' EUR 233,33 miljun kif rifless fl-Abbozz ta' Baġit 2018; jitlob ukoll l-allokazzjoni ta' approprjazzjonijiet ta' pagament suffiċjenti biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-YEI;

10.  Ifakkar li l-EURES huwa għodda importanti li biha, b'mod simultanju, tiżdied il-mobilità tal-forza tax-xogħol u jiġu indirizzati l-qgħad u n-nuqqas ta' ħaddiema tas-sengħa fl-Unjoni; jinnota, madankollu, li l-livell ta' għarfien tal-EURES għadu baxx ħafna; jenfasizza li huwa importanti li jkun hemm finanzjament xieraq u fil-ħin permezz tal-EaSI sabiex jiġu ffinanzjati kampanji ta' għarfien fl-Unjoni;

11.  Jenfasizza l-importanza ta' finanzjament adegwat u ta' ġestjoni baġitarja tajba tal-programmi fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 li l-għan tagħhom huwa li jindirizzaw il-qgħad, il-faqar u l-esklużjoni soċjali, bħalma huma l-FSE, il-YEI, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF), l-assi differenti tal-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) u l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD);

12.  Itenni, b'mod partikolari, is-sejħa tiegħu sabiex ikunu żgurati impenji adegwati u b'mod partikolari approprjazzjonijiet ta' pagament fil-Baġit 2018 għall-FSE peress li dan jinsab dieħel f'perjodu fejn l-implimentazzjoni qed tintensifika u t-talbiet għal pagamenti mill-Istati Membri se jiżdiedu;

13.  Jilqa' ż-żidiet proposti għall-FEG (+2 % sena wara sena f'approprjazzjonijiet ta' impenn tal-pakkett massimu disponibbli għal dan il-fond) u l-FEAD (+1,9 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn); jinsab imħasseb, madankollu, dwar it-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta' pagament propost għall-FEAD (-9.07 %) flimkien ma' tnaqqis fin-nefqa ta' appoġġ;

14.  Jiddikjara li d-djalogu soċjali huwa strument ewlieni biex jiġu żgurati tkabbir sostenibbli, titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, tinkiseb konverġenza 'l fuq u jkunu bilanċjati l-kompetittività u l-korrettezza; jiddispjaċih għalhekk dwar it-tnaqqis li sar mill-Kunsill Ewropew fil-linji relatati mar-relazzjonijiet industrijali u d-djalogu soċjali u l-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-intrapriżi;

15.  Jinnota li mill-EUR 72,8 miljun ta' finanzjament proposti mill-Kummissjoni għall-Fond tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (ESC) (approprjazzjonijiet li għandhom jiddaħħlu fir-riżerva sa dak il-mument li jkun adottat l-att bażiku mil-leġiżlatur), EUR 2,5 miljun se jingħataw fl-2018 mill-assi tal-Progress tal-EaSI u EUR 11,1 miljun ser jiġu allokati mill-ġdid mill-FSE u għalhekk meħuda mill-prijoritajiet tal-oqsma tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni; jemmen li l-ESC għandha, minflok, tiġi ffinanzjata bl-użu tal-mezzi finanzjarji kollha disponibbli fir-Regolament tal-QFP eżistenti;

16.  Ifakkar li l-Parlament, bħala koleġiżlatur għall-programmi tal-UE u wieħed miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, huwa kontra r-riallokazzjoni ta' fondi minn programmi ta' prijorità;

17.  Jilqa' l-fatt li l-EUR 18,4 miljun li twarrbu għall-Korp fl-2018 huma flus ġodda; jinsisti madankollu li l-finanzjament tal-ESC ma jridx ipoġġi pressjoni addizzjonali jew ikollu impatt negattiv fuq programmi eżistenti mmirati għall-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni u ċ-ċittadinanza attiva (bħall-programmi Ewropa għaċ-Ċittadini u Erasmus+, il-programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali, u l-proġetti ffinanzjati mill-FSE), u ma jridx ifixkel il-funzjonament ta' għodod jew miżuri eżistenti li rnexxew; jesprimi t-tħassib tiegħu, għaldaqstant, li qed jiġu trasferiti riżorsi minn programmi importanti bħal l-FSE, Erasmus u Life;

18.  Jirrifjuta t-tnaqqis tal-fondi għall-Aġenzija EU-OSHA kif propost mill-Kunsill u jtenni l-importanza li jiġi rrifjutat dak it-tnaqqis propost;

19.  Jitlob li l-mira tat-tnaqqis tal-persunal tal-EUROFOUND għall-2018 tiġi posposta fuq bażi eċċezzjonali;

20.  Itenni li l-proġetti pilota (PP) u l-azzjonijiet preparatorji (AP) huma għodod ta' valur kbir biex jibdew inizjattivi u politiki ġodda fl-oqsma tal-impjieg u l-inklużjoni soċjali u li diversi ideat tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ġew implimentati b'suċċess fil-passat bħala proġetti pilota jew azzjonijiet preparatorji; jinkoraġġixxi l-użu sħiħ tal-marġini disponibbli taħt kull intestatura; jitlob li l-Parlament jingħata aġġornamenti regolari u dettaljati dwar l-istadji varji fl-implimentazzjoni ta' proġetti pilota u ta' azzjonijiet preparatorji mill-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex, fl-implimentazzjoni tal-PP u l-AP, tirrispetta l-kontenut tagħhom kif maqbul u approvat mill-Parlament u mill-Kunsill;

21.  Jinnota li ħames proġetti pilota rċevew klassifikazzjoni ta' "A" jew "B" u jinkoraġġixxi lill-awtorità baġitarja biex tinkludihom fil-baġit tal-2018, u lill-Kummissjoni biex timplimentahom mingħajr dewmien;

22.  Ifakkar li l-prevalenza li qed tiżdied ta' mard kroniku u awtoimmuni fl-Unjoni tikkostitwixxi theddid serju għas-sistemi tal-kura tas-saħħa u s-suq tax-xogħol tal-Unjoni; jenfasizza l-importanza ta' finanzjament għar-riċerka kif ukoll l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' azzjoni tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u d-dijanjożi bikrija ta' mard kroniku u awtoimmuni kif ukoll it-tixjiħ b'saħħtu tul il-ħajja li jibda mit-tfulija;

23.  Ifakkar li l-għadd ta' persuni li jeħtieġu l-kura qed jiżdied; li 80 % tal-attivitajiet ta' kura jsiru minn persuni li jagħtu l-kura b'mod informali, fil-biċċa l-kbira nisa, li jieħdu ħsieb lill-qraba tagħhom; jenfasizza li ħafna minnhom inaqqsu l-ħin tax-xogħol tagħhom jew saħansitra jitilqu mix-xogħol professjonali tagħhom minħabba l-ammont kbir ta' responsabbiltajiet bħala persuni li jagħtu l-kura; jenfasizza li sabiex il-persuni li jagħtu l-kura b'mod informali jiġu appoġġjati, huwa neċessarju finanzjament għan-netwerk Ewropew ta' persuni li jagħtu l-kura (EUROCARERS) u l-iskambju ta' eżempji tal-aħjar prattiki fl-Istati Membri;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

30.8.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

8

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Marek Plura, Terry Reintke, Robert Rochefort, Claude Rolin, Sven Schulze, Siôn Simon, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Deirdre Clune, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Anne Sander, Joachim Schuster, Neoklis Sylikiotis, Monika Vana, Theodoros Zagorakis, Flavio Zanonato

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

41

+

ALDE

GUE/NGL

PPE

 

S&D

 

VERTS/ALE

Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Robert Rochefort, Yana Toom, Renate Weber

Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis

Georges Bach, David Casa, Deirdre Clune, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Romana Tomc, Theodoros Zagorakis

Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Jan Keller, Javi López, Edouard Martin, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Joachim Schuster, Siôn Simon, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

Terry Reintke, Monika Vana, Tatjana Ždanoka

8

-

ECR

ENF

NI

Arne Gericke, Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Ulrike Trebesius, Jana Žitňanská

Dominique Martin, Joëlle Mélin

Lampros Fountoulis

2

0

EFDD

Laura Agea, Tiziana Beghin

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

(1)

http://www.eca.europa.eu/mt/Pages/NewsItem.aspx?nid=8265


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (31.8.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2017/2044(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jissottolinja li 19,5 % tal-impenji totali fl-abbozz ta' baġit għall-2018 (AB 2018) huma relatati mal-klima u li x-xejra tal-baġit hi li l-Unjoni tiddedika biss 18,8 % għal perjodu tal-QFP; jenfasizza li għandu jsir kull sforz biex tintlaħaq il-mira ta' 20 %;

2.  Ifakkar li skont il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) hemm riskju serju li l-mira għall-klima ta' 20 % fil-Baġit tal-Unjoni mhux se tintlaħaq, filwaqt li skont iċ-ċifri tal-Kummissjoni, is-sehem ta' finanzjament iddedikat għall-azzjoni klimatika laħaq biss medja ta' 17,6 % matul il-perjodu mill-2014 sal-2016; jikkondividi l-fehma tal-QEA li r-rata ta' finanzjament għall-klima jeħtieġ li tiżdied għal medja ta' 22 % tul il-bqija tas-snin tal-perjodu ta' programmazzjoni attwali, jiġifieri mill-2017 sal-2020, sabiex tintlaħaq il-mira globali ta' 20 % sal-aħħar tal-2020; ifakkar li f'Marzu 2017, l-ECOFIN talab ukoll lill-Istati Membri jonfqu ammont ogħla bħala finanzjament għall-klima mill-baġit tal-Unjoni matul il-bqija tal-perjodu tal-QFP attwali, minħabba l-impenji addizzjonali li ttieħdu fil-COP 21 f'Pariġi;

3.  Itenni li l-kisba tal-għanijiet stipulati fl-istrateġija Ewropa 2020 tiddependi fuq l-integrazzjoni tal-klima u tal-użu effiċjenti tar-riżorsi fil-politiki kollha tal-Unjoni; il-baġit tal-Unjoni jrid jappoġġja wkoll l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi;

4.  Jemmen li l-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni, inkluż mill-FEIS, ma għandux ikollhom impatt negattiv fuq it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju; għaldaqstant hemm bżonn li jsir tgħarbil komprensiv tal-baġit tal-Unjoni sabiex jiġi identifikat l-infiq li qed jagħmel ħsara mil-lat ambjentali u biex tiġi żviluppata u jittieħed impenn favur strateġija li ttemm gradwalment dan il-finanzjament;

5.  Jinnota li 8,2 % tal-impenji totali huma destinati biex ibiddlu r-rotta tat-telf fil-bijodiversità; jitlob li jkunu allokati riżorsi suffiċjenti għall-protezzjoni tal-bijodiversità;

6.  Jinnota ż-żieda ta' EUR 29,1 miljun f'impenji għall-programm LIFE (+ 5,9 %); jiddispjaċih li l-programm LIFE jirrappreżenta biss 0,3 % tal-AB 2018;

7.  Jinsab imħasseb minħabba li l-Kummissjoni biħsiebha tirrialloka EUR 2 miljun ta' fondi disponibbli taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u EUR 1,5 miljun ta' fondi disponibbli taħt il-programm LIFE għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-riallokazzjoni tal-fondi mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u mill-programm LIFE għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà bl-ebda mod ma ddgħajjef il-funzjonament ta' dawk il-programmi, jew ixxekkel jew iddewwem l-inizjattivi u l-azzjonijiet varji previsti b'rabta mal-protezzjoni ċivili u mal-ambjent, il-protezzjoni tal-bijodiversità u l-adattament għall-klima;

8.  Jesprimi tħassib dwar it-tnaqqis ta' 13,1 % fil-pagamenti tal-programm LIFE; iwissi dwar il-problemi li jistgħu jirriżultaw minn nuqqas ta' pagamenti;

9.  Jieħu nota tal-ammont ta' EUR 66,4 miljun proposti f'impenji (+ 2,9 %) u ta' EUR 55,9 miljun f'pagamenti (-3,1 %) għas-saħħa; jiddispjaċih li dan jammonta biss għal 0,04 % tal-AB 2018 u għal 1,5 % tal-Intestatura 3 (f'impenji);

10.  Jieħu nota tal-ammont ta' EUR 286,7 miljun proposti f'impenji (+11,9 %) u ta' EUR 248,4 miljun f'pagamenti (+5,9 %) għall-ikel u l-għalf; jiddispjaċih li dan jammonta biss għal 0,18 % tal-AB 2018 u għal 7 % tal-Intestatura 3 (f'impenji);

11.  Jinnota ż-żieda fl-impenji għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (EUR 33,2 miljun, + 7,2 %), li huwa element essenzjali tas-solidarjetà tal-Unjoni;

12.  Jiddiżapprova b'mod qawwi t-tnaqqis tal-persunal tal-EEA (-3 karigi), l-ECHA (-2), l-ECDC (-2), l-EFSA (-4) u l-EMA (-5), li, peress li l-kompiti u d-dmirijiet ta' dawk l-aġenziji qed jiżdiedu, kważi inevitabbilment dan se jħalli impatt negattiv fuq il-ħidma tagħhom; jesiġi li dawn għandhom jirċievu riżorsi umani u finanzjarji adegwati; barra minn hekk, jinsab imħasseb minħabba li fil-każ tal-aġenziji ffinanzjati permezz tal-miżati, bħalma hija l-EMA, it-tnaqqis fil-persunal impost fis-snin reċenti wassal għal tnaqqis fil-persunal li jaħdem fuq kompiti li filfatt huma ffinanzjati permezz tal-miżati tal-parteċipanti u mhux mill-baġit tal-Unjoni; dan it-tnaqqis sar mingħajr kunsiderazzjoni la tal-ammont żejjed ta' xogħol li nħoloq biż-żieda fl-għadd ta' applikazzjonijiet, u lanqas taż-żieda korrispondenti fid-dħul mill-miżati mħallsa mill-applikanti għas-servizzi pprovduti li seta' ta lok għal żieda fil-persunal mingħajr impatt fuq il-baġit tal-Unjoni;

13.  Ifakkar b'mod partikolari li l-EEA tgħin lill-Unjoni tieħu deċiżjonijiet infurmati dwar it-titjib tal-ambjent, tal-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet ambjentali fil-politiki ekonomiċi u tal-progress lejn is-sostenibilità, u li fil-kuntest tal-politika tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija 2030, il-Kummissjon pproponiet ħidma ġdida għall-EEA dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, mingħajr ebda żieda korrispondenti fl-organigramma;

14.  Jinnota b'mod partikolari li l-EMA se jkollha tħabbat wiċċha ma' ammont ta' xogħol ikbar u ħtiġijiet baġitarji ulterjuri fl-2018 b'konsegwenza tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li jirtira mill-Unjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex fl-2018 tagħmel disponibbli riżorsi baġitarji u persunal addizzjonali sabiex jiġi żgurat li l-Aġenzija tkun tista' tkompli twettaq il-kompiti tagħha b'mod effettiv kif ukoll tniedi l-attivitajiet meħtieġa kollha fi tħejjija għar-rilokazjoni tagħha fl-2019; jipproponi għalhekk, li l-EMA, fl-ispirtu tal-ġestjoni finanzjarja tajba, tkun awtorizzata żżomm riżerva baġitarja sabiex tirreaġixxi għal spejjeż mhux previsti li jista' jkollha fl-2018 jew wara din is-sena, bħal pereżempju minħabba flutwazzjonijiet mhux favorevoli fir-rata tal-kambju;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni biex malajr kemm jista' jkun timplimenta proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji (PP-AP) u jitlob lill-Kummissjoni tappoġġja b'mod kontinwu l-proġetti pilota li għaddejjin kif ukoll dawk ġodda;

16.  Ifakkar li l-PP-AP għandhom jirċievu finanzjament adegwat matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

31.8.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

11

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Paul Brannen, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, Bas Eickhout, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Jo Leinen, Peter Liese, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Frédérique Ries, Davor Škrlec, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Estefanía Torres Martínez, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Albert Deß, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Christofer Fjellner, Luke Ming Flanagan, Stefano Maullu, Gesine Meissner, Joëlle Mélin, James Nicholson, Younous Omarjee, Marijana Petir, Stanislav Polčák, Christel Schaldemose, Tibor Szanyi, Keith Taylor, Tiemo Wölken, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jonathan Bullock, Olle Ludvigsson

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

51

+

ALDE

Catherine Bearder, Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Gesine Meissner, Frédérique Ries

GUE/NGL

Stefan Eck, Luke Ming Flanagan, Kateřina Konečná, Younous Omarjee, Estefanía Torres Martínez

NI

Zoltán Balczó

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, Angélique Delahaye, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Christofer Fjellner, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Peter Liese, Stefano Maullu, Marijana Petir, Stanislav Polčák, Ivica Tolić

S&D

Simona Bonafè, Paul Brannen, Nicola Caputo, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Olle Ludvigsson, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Christel Schaldemose, Tibor Szanyi, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Tiemo Wölken, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Marco Affronte, Bas Eickhout, Benedek Jávor, Davor Škrlec, Keith Taylor

11

-

ECR

Mark Demesmaeker, Jørn Dohrmann, Arne Gericke, Julie Girling, Urszula Krupa, James Nicholson, Bolesław G. Piecha

EFDD

Jonathan Bullock

ENF

Mireille D'Ornano, Jean-François Jalkh, Joëlle Mélin

1

0

EFDD

Piernicola Pedicini

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (10.10.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

on the draft general budget of the European Union for the financial year 2018

(2017/2044(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Jerzy Buzek

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Rejects Council cuts of 4,5 % in commitment appropriations and 1,4 % in payment appropriations in budget lines related to industry, research and energy under Heading 1a of the Union budget 2018 compared to the Commission’s proposal; notes the increase of 5,5 % in commitment appropriations and 5,3 % in payment appropriations in budget lines related to industry, research and energy under Heading 1a of the Union budget 2018 compared to 2017; welcomes the focus of the 2018 budget on the success of young generations and on the creation of stable and high-quality jobs put forward by the Commission; notes the new increased levels of support for young researchers proposed by the Commission; in this context disapproves Council cuts in the funding of the entrepreneurship programmes provided by the EIT;

2.  Deeply regrets the significant Council cuts in commitment appropriations of EUR 0,5 billion and of EUR 120 million in payment appropriations in the Common Strategic Framework for Research and Innovation with an overwhelmingly negative impact on Horizon 2020; notes that such cuts are proposed despite the current lack of investments in research and development of approximately EUR 150 billion per year; therefore intends to completely reverse the cuts proposed by the Council; is concerned that insufficient funding for Horizon 2020 has resulted in a low success rate for applications; calls on the Commission to respect the breakdown of the Horizon 2020 budget as described in Annex II to Regulation (EU) 1291/2013;

3.  Calls for the restoration of the original annual profile of the budget lines for Horizon 2020 and CEF that were cut for the provisioning of the EFSI Guarantee Fund, including by the use of all financial means available under the existing MFF Regulation; recalls that during the EFSI negotiations, Parliament called for the reduction of the negative impact on those two programmes insofar as possible; is concerned that the proposed extension of EFSI may again weaken Horizon 2020 and CEF;

4.  Recalls that the goals of the Energy Union and the European climate goals are among the current main legislative priorities; calls on the Commission to provide the necessary financial resources for investments in that field; considers that necessary funds should be safeguarded for CEF-Energy in order to achieve the deepening of an integrated Union energy market and is concerned by the cuts proposed by the Council in commitments and payments appropriations of CEF-Energy;

5.  Stresses that the goals of the Digital Single Market need to be achieved to promote digital inclusion for Union economy, public sector and Union citizens and that legislative initiatives such as WIFI4EU are crucial in order to achieve those goals; calls on the Commission to provide sufficient funding for related budget lines and to keep its investment commitment for WIFI4EU between 2017 and 2020;

6.  Insists that the Agency for the Cooperation of Energy Regulators (ACER) be provided with sufficient financial resources and staff, to be able to cope with the extension of their mandate; further notes that the financial resources and the number of additional posts for European GNSS Agency, tasked to fulfil its mandate and to support the proper and efficient future management of Galileo, as well as for the European Agency for Network and Information Security and European Institute for Innovation and Technology remain insufficient to fulfil the new tasks conferred to them by the Union’s legislation;

7.  Is aware of the high importance of the budget lines for Societal Challenges, and more specifically of the budget line for improving lifelong health and wellbeing to increase the standard of living in the Union; encourages the Commission to maintain sufficient funding for such purposes and deplores the proposed Council cuts;

8.  Underlines that SMEs are an essential part of the Union economy as they provide a high number of jobs in the Union and sees the need to create an SME-friendly business environment, as well as to support SME clusters and networks; welcomes the increase in funds for the SME instrument and the continuation of EFSI in the Commission proposal; notes however with deep concern the Commission’s cuts to COSME and the Council cuts to the SME instrument send a contradictory signal to European businesses;

9.  Takes note of the preparatory action for defence; stresses however that such an activity should be endowed with fresh resources given its significant impact on the Union budget; underlines that the research window needs additional funding under the post-2020 MFF; is concerned about the frontloading in CEF-Energy to make resources available in 2019-2020 for, for example, EU defence;

10.  Takes note of the increase for nuclear decommissioning assistance programmes; recognises the need for financial assistance for decommissioning, but regrets delays in the programmes; calls on the Commission to make well-analysed and reasonable increases, considering such delays;

11.  Stresses that the Union's failure to deliver on its legal and political commitments on payment appropriations would seriously harm its reliability and have a serious negative impact on trust in the Union institutions’ ability to fulfil their role.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

2.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

7

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nikolay Barekov, Nicolas Bay, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Fredrick Federley, Adam Gierek, Theresa Griffin, Rebecca Harms, Hans-Olaf Henkel, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Csaba Molnár, Nadine Morano, Dan Nica, Aldo Patriciello, Miroslav Poche, Michel Reimon, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Pervenche Berès, Michał Boni, Jens Geier, Françoise Grossetête, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Răzvan Popa, Dennis Radtke

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Claudia Schmidt

FINAL VOTE BY ROLL CALL IN COMMITTEE ASKED FOR OPINION

46

+

ALDE

Angelika Mlinar, Fredrick Federley, Kaja Kallas, Lieve Wierinck

ECR

Edward Czesak, Evžen Tošenovský, Hans-Olaf Henkel, Nikolay Barekov, Zdzisław Krasnodębski

PPE

Aldo Patriciello, Algirdas Saudargas, Anna Záborská, Bendt Bendtsen, Claudia Schmidt, Cristian-Silviu Buşoi, Dennis Radtke, Françoise Grossetête, Henna Virkkunen, Janusz Lewandowski, Krišjānis Kariņš, Michał Boni, Massimiliano Salini, Nadine Morano, Pilar Ayuso, Pilar del Castillo Vera, Seán Kelly, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Werner Langen

S&D

Adam Gierek, Carlos Zorrinho, Csaba Molnár, Dan Nica, Edouard Martin, Jens Geier, José Blanco López, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Miapetra Kumpula-Natri, Miroslav Poche, Olle Ludvigsson, Patrizia Toia, Pervenche Berès, Peter Kouroumbashev, Răzvan Popa, Theresa Griffin

7

-

EFDD

Jonathan Bullock

ENF

Christelle Lechevalier, Nicolas Bay

Verts/ALE

Claude Turmes, Jakop Dalunde, Michel Reimon, Rebecca Harms

7

0

EFDD

Dario Tamburrano, David Borrelli

ENF

Barbara Kappel

GUE/NGL

Jaromír Kohlíček, Neoklis Sylikiotis, Paloma López Bermejo, Xabier Benito Ziluaga

Key to symbols:

+  :  in favour

-  :  against

0  :  abstention


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (20.7.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2017/2044(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Daniel Dalton

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li r-responsabbiltà tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IMCO) fil-proċedura tal-baġit tkopri l-linji baġitarji fit-titoli 2 (Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs), 14 (Tassazzjoni u unjoni doganali) u 33 (Ġustizzja u Konsumaturi);

2.  Iqis li suq intern li jiffunzjona tajjeb integrat ħafna u magħqud b'ambjent ġust għall-konsumaturi u l-SMEs huwa fundamentali għal kompetittività iktar b'saħħitha tal-Unjoni u jenfasizza l-ħtieġa li titqies it-trasformazzjoni għall-era diġitali b'allokazzjoni baġitarja xierqa, b'mod partikolari għall-SMEs;

3.  Jinsab konvint li l-politika tal-konsumatur hija waħda mill-prijoritajiet orizzontali ewlenin għall-Unjoni Ewropea u li dan għandu jkun rifless fil-baġit għal dak il-qasam ta' politika; jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel l-almu tagħha biex jiżdiedu l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni dwar il-politika tal-konsumatur, kif ukoll dwar is-sikurezza tal-prodotti u s-sorveljanza tas-suq, b'mod partikolari fis-Suq Uniku Diġitali u għall-integrazzjoni tal-interessi tal-konsumaturi fil-politiki kollha tal-Unjoni;

4.  Jilqa' l-fatt li, fil-proċedura baġitarja tal-2018, il-prijoritajiet ewlenin tal-Kumitat IMCO f'oqsma bħalma huma l-unjoni doganali, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-kompetittività u s-suq intern għal oġġetti u servizzi ġew ikkunsidrati b'allokazzjonijiet baġitarji adegwati f'dak li jirrigwarda l-approprjazzjonijiet ta' impenn;

5.  Josserva li l-approprjazzjonijiet ta' pagament għal-linji tal-baġit tal-IMCO jonqsu bi 15 % f'termini ġenerali u jistenna li dan it-tnaqqis iwieġeb għal ippjanar adegwat tal-iskeda tal-pagamenti ta' kuntratti li għadhom għaddejjin mill-Kummissjoni u li l-approprjazzjonijiet eżistenti jkunu biżżejjed biex isiru l-pagamenti kollha fl-2018;

6.  Jilqa' l-approprjazzjonijiet għall-kompetittività tal-intrapriżi u l-SMEs peress li din hija waħda mill-prijoritajiet li jappoġġjaw l-intraprenditorija u jagħtu spinta lit-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi; jenfasizza l-ħtieġa ta' finanzjament effiċjenti għall-innovazzjoni, it-tkabbir, l-internazzjonalizzazzjoni u l-aċċess għal swieq ta' pajjiżi terzi sabiex tiżdied il-kompetittività internazzjonali tal-intrapriżi tal-Unjoni;

7.  Jilqa' ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn li tikkonċerna l-linja baġitarja 02 02 01 "Promozzjoni tal-intraprenditorija u titjib tal-kompetittività u l-aċċess għas-swieq għall-intrapriżi tal-Unjoni" iżda madankollu jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta' pagament f'dik il-linja baġitarja peress li l-SMEs għadhom jiltaqgħu ma' problemi f'dawk l-oqsma tal-ekonomija reali; jenfasizza li hemm biżżejjed appoġġ finanzjarju għall-mikrointrapriżi u l-imprendituri, u l-SMEs jenħtieġ li jkunu l-prijorità ewlenija għall-Unjoni; jenfasizza li l-iżgurar ta' aċċess tajjeb għall-finanzi huwa essenzjali biex l-SMEs jibqgħu kompetittivi u biex jiġu megħjuna jegħlbu l-isfidi marbuta mal-aċċess għas-suq intern kif ukoll għas-suq globali;

8.  Jilqa' l-allokazzjoni tal-fondi għall-modernizzazzjoni tal-unjoni doganali, li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (Kodiċi) u l-iżvilupp tas-sistemi doganali elettroniċi, peress li dan jikkostitwixxi wieħed mill-oqsma ta' prijorità għall-funzjonament imtejjeb tas-suq intern; jenfasizza li l-implimentazzjoni sħiħa u uniformi tal-Kodiċi hija essenzjali biex tipproteġi liċ-ċittadini u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissodisfaw l-iskadenza tal-31 ta' Diċembru 2020 għall-miżuri tranżitorji stipulati fl-Artikolu 278 tal-Kodiċi biex jiżguraw implimentazzjoni sħiħa tal-Kodiċi;

9.  Jilqa' l-allokazzjonijiet għal-linja baġitarja 33 04 01 "Salvagwardja tal-interess tal-konsumaturi u titjib tas-sikurezza tagħhom u tal-informazzjoni għalihom" peress li l-politika tal-konsumatur hija waħda mill-politiki prinċipali tal-Unjoni;

10.  Jitlob il-finanzjament tal-proġetti pilota kollha u b'mod partikolari, proġetti pilota ġodda bit-titolu "Ħiliet diġitali għan-negozji ġodda tal-UE" biex jikkontribwixxu għall-innovazzjoni u l-kummerċ transfruntier, u "Valutazzjoni tal-allegati differenzi fil-kwalità tal-prodotti mibjugħa fis-Suq Uniku" li għandu l-għan jindirizza t-tħassib tal-konsumaturi dwar id-differenzi possibbli fil-kwalità tal-prodotti bl-istess ditta u imballaġġ fis-suq intern u jitlob ukoll għall-estensjoni tal-PP-"Inizjattiva għall-Bini ta' Sensibilizzazzjoni Algoritmika" biex jipprovdi riżultati għal serje ta' approċċi ta' prototipi fil-fond immirati u soluzzjonijiet ta' politika xierqa għall-indirizzar tal-kumplessità tal-isfidi mqajma mit-teħid ta' deċiżjonijiet algoritmiku fuq terminu qasir u twil.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

13.7.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Daniel Dalton, Nicola Danti, Pascal Durand, Ildikó Gáll-Pelcz, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Sergio Gutiérrez Prieto, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Morten Løkkegaard, Marlene Mizzi, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Birgit Collin-Langen, Edward Czesak, Dariusz Rosati, Adam Szejnfeld, Marc Tarabella

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Bocskor, David Coburn, Jan Huitema, Seán Kelly, Andrey Kovatchev, Bogdan Brunon Wenta, Marco Zanni

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

30

+

ALDE

Jan Huitema, Morten Løkkegaard, Jasenko Selimovic

ECR

Edward Czesak, Daniel Dalton, Anneleen Van Bossuyt

EFDD

Marco Zullo

PPE

Andrea Bocskor, Carlos Coelho, Birgit Collin-Langen, Ildikó Gáll-Pelcz, Seán Kelly, Andrey Kovatchev, Dariusz Rosati, Ivan Štefanec, Adam Szejnfeld, Bogdan Brunon Wenta

S&D

Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Marlene Mizzi, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Marc Tarabella

VERT/ALE

Jan Philipp Albrecht, Pascal Durand

4

-

EFDD

David Coburn, Robert Jarosław Iwaszkiewicz

ENF

Mylène Troszczynski, Marco Zanni

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (31.8.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2017/2044(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Evžen Tošenovský

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jisħaq fuq il-fatt li l-baġit allokat għat-trasport u t-turiżmu għandu jkun skont l-importanza u l-kontribut ta' dawn is-setturi għat-tkabbir ekonomiku, għall-iżvilupp sostenibbli, għall-interessi tal-utenti u għall-eżistenza ta' impjiegi ta' kwalità tajba fl-Unjoni; jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, li l-linji baġitarji relatati mas-settur tat-trasport fl-Intestatura 1a ġew imnaqqsa mill-Kunsill, u jitlob li dawn jerġgħu jiġu kif kienu fil-livell oriġinali tagħhom;

2.  Itenni l-importanza tal-istrument ta' finanzjament tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) biex jitlesta għalkollox in-netwerk TEN-T u biex titwettaq iż-Żona Unika Ewropea tat-Trasport; jisħaq li t-tnaqqis baġitarju lis-CEF li sar fil-passat, minħabba l-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), għandu jiġi evitat fil-futur; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jinkiseb irkupru sħiħ tal-fondi għas-CEF; jistieden lill-Kummissjoni tressaq inizjattivi u regoli finanzjarji ġodda li jkunu japplikaw għal kombinazzjonijiet ta' għotjiet mill-finanzjament tas-CEF-Trasport u tal-FEIS;

3.  jemmen li s-CEF hija strument vitali b'valur miżjud tal-Unjoni sinifikanti biex jiġi ottimizzat in-netwerk tat-trasport madwar l-Unjoni, billi tikkollega u/jew timmodernizza l-infrastrutturi tat-trasport ġodda u eżistenti u tiżgura l-interoperabilità tas-servizzi tat-trasport; iqis li l-fondi meħtieġa għandhom jiġu salvagwardjati sabiex jintlaħaq l-iskop primarju tas-CEF-Trasport, li għandha bħala għan in-netwerk ċentrali; jenfasizza l-ħtieġa ta' koordinazzjoni mtejba bejn l-Istati Membri sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-proġetti transfruntiera bħala parti mill-infrastruttura ferrovjarja, tal-ajru u tat-toroq ċentrali; jisħaq ukoll fuq l-importanza tal-iffinanzjar tal-pjanijiet speċjali għat-titjib tal-infrastruttura li l-aktar li hija predisposta għad-deterjorament, bħalma huma l-pontijiet u l-passaġġi ta' taħt l-art; jenfasizza kemm hu importanti li jsir investiment fl-ajurporti reġjonali bħala katalizzatur għall-effiċjenza u l-produttività kummerċjali u għall-iżvilupp ekonomiku reġjonali;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi aktar il-proġetti ferrovjarji ta' veloċità għolja li jgħaqqdu l-partijiet tal-Punent u tal-Lvant tal-Ewropa; itenni l-importanza li jitlestew ir-rabtiet nieqsa f'konnessjonijiet ferrovjarji transfruntiera reġjonali żarmati u li tiġi mmodernizzata u mantnuta l-infrastruttura eżistenti tat-trasport li tippermetti kooperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri u/jew pajjiżi terzi, pereżempju l-ħolqien ta' makroreġjun tal-Baħar l-Iswed; jilqa' l-approċċ tal-Kummissjoni li tikkofinanzja l-istabbiliment mill-ġdid tal-konnessjonijiet ferrovjarji transfruntiera reġjonali li ġew żarmati jew abbandunati; jinnota li infrastruttura ottimizzata hija kruċjali għall-iżvilupp tar-"reġjuni li għadhom lura" fl-Unjoni, u jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa strumenti baġitarji speċifiċi li jappoġġjawha; iħeġġeġ lill-Istati Membri, lir-reġjuni transfruntiera u lill-Kummissjoni jkomplu jintensifikaw dawk il-proġetti maħsuba minn isfel għal fuq;

5.  Jemmen li, fid-dawl tal-inizjattivi reċenti mill-Kummissjoni u mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) biex tingħata prijorità lis-self u lill-għodod finanzjarji ġodda, huwa importanti li jiġu pprovduti biżżejjed riżorsi għall-għotjiet, peress li l-għotjiet għadhom għodda essenzjali tal-finanzjament fis-settur tat-trasport, b'mod speċjali għall-infrastruttura u għal proġetti oħra, speċjalment fejn huwa previst nuqqas ta' investimenti privati; ifakkar li, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-programm TEN-T, huwa vitali li l-proġetti li huma ferm teknoloġiċi, bħalma hija s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku (ERTMS), jingħataw riżorsi adegwati, inkluż billi jiġu sfruttati l-opportunitajiet ta' sħubijiet pubbliċi-privati permezz tal-iskema tal-FEIS sabiex jiġu mobilizzati l-volumi meħtieġa matul il-bqija tal-qafas finanzjarju plurijennali (QFP) attwali; jenfasizza, madankollu, l-importanza tas-sinerġiji bejn id-diversi skemi ta' finanzjament bħalma huma s-CEF, il-FEIS u l-FSIE sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-fondi tal-Unjoni;

6.  Jitlob lill-Kummissjoni tressaq rapport dwar l-implimentazzjoni u l-livell ta' użu tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni fil-proġetti ta' infrastruttura, fejn tispeċifika liema minnhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tan-netwerk ewlieni, tal-kurituri u tan-netwerk komprensiv; jesiġi li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ħarsiet ġenerali annwali tal-proġetti konkreti kollha tat-trasport u tat-turiżmu li huma kofinanzjati mill-Unjoni, inklużi dettalji tal-ammonti korrispondenti; jistieden ulterjorment lill-Kummissjoni biex fir-rigward tal-pakkett dwar il-mobilità li ġie ppubblikat dan l-aħħar, tippreżenta ħarsa ġenerali tal-postijiet ta' parkeġġ sikuri u siguri, eżistenti u ppjanati, għax-xufiera tat-trakkijiet; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta stimi tal-kostijiet għall-immodernizzar tal-postijiet ta' parkeġġ eżistenti u għall-bini ta' postijiet ta' parkeġġ sikuri u siguri ġodda, u tesplora l-għażliet possibbli ta' skemi ta' finanzjament f'livell Ewropew;

7.  Jenfasizza l-importanza tal-miri stabbiliti mill-COP 21 fir-rigward tat-trasport sabiex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima; jissottolinja li jenħtieġ li jkunu disponibbli mezzi finanzjarji biex tiġi żgurata ċaqliqa modali mit-trasport bit-triq għal mezzi ta' trasport sostenibbli, (ferrovjarji, fuq l-ilma u fl-ilmijiet navigabbli interni), u biex jiġu ottimizzati l-konnessjonijiet multimodali u jkun hemm bidla favur servizzi tat-trasport diġitali; itenni l-importanza li tissaħħaħ ekonomija ta' trasport b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju permezz tal-iżvilupp ta' kurituri tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, li jirrappreżenta element essenzjali biex il-ġarr tal-merkanzija jiġi ttrasferit mit-triq għall-ferrovija u biex tittejjeb is-sostenibilità tat-trasport ferrovjarju; iqis li l-ERTMS jenħtieġ li tintuża sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji għall-interoperabilità taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinvestu fi trasport pubbliku integrat, intelliġenti u sostenibbli; jirrakkomanda wkoll li tingħata attenzjoni lit-tnaqqis tal-istorbju fit-trasport sabiex iċ-ċittadini jingħataw ambjent ta' kwalità għolja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffinanzja u tappoġġja proġetti li jiżviluppaw u jtejbu t-trasport fuq ix-xmajjar, bħalma huma t-tħammil u t-tindif tax-Xmara Danubju.

8.  Jissottolinja r-rwol kritiku tas-Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita Ewropej (GNSS) – Galileo u EGNOS – għas-sistema tat-trasport, b'mod partikolari għas-sigurtà, is-sikurezza, inkluż fis-setturi tat-trasport tal-avjazzjoni, bit-triq, bil-ferrovija u dak marittimu kif ukoll għall-iżvilupp u l-isfruttar ta' sistemi tat-trasport awtonomi u multimodali; itenni l-importanza ta' appoġġ finanzjarju suffiċjenti tal-applikazzjonijiet downstream u upstream fi ħdan il-baġits għall-programmi tal-GNSS Ewropea u Orizzont 2020; jiddispjaċih għat-tnaqqis ta' 9,6 % fir-riżorsi għall-GNSS Ewropea - Galileo u EGNOS; iħeġġeġ li l-linji baġitarji ddedikati għall-programmi spazjali Ewropej, li mistennija jitnaqqsu b'5 % oħra, jerġgħu jinġiebu għal-livell primarju u li l-programmi spazjali, li l-kostijiet tagħhom m'għandhomx jiġu sottovalutati, ikomplu jiġu ffinanzjati b'mod adegwat;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tissalvagwardja l-finanzjament għall-iżvilupp u l-forniment ta' infrastruttura u servizzi globali tar-radjunavigazzjoni bis-satellita għall-infrastruttura ta' Galileo u EGNOS; itenni kemm hu importanti li jiġu allokati biżżejjed fondi għall-2018 għal Galileo u EGNOS sabiex jiġu żgurati malajr servizzi tal-GNSS mingħajr interruzzjoni għal toroq intelliġenti u vetturi konnessi, ġestjoni intelliġenti tal-flotot u tal-merkanzija u tat-traffiku, bħalma huma l-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM), l-ERTMS, u eCall; iqis li l-finanzjament meħtieġ jenħtieġ li jiġi salvagwardjat għall-EGNOS sabiex il-kopertura tal-EGNOS tkun tista' tiġi estiża lejn l-Ewropa tax-Xlokk u lejn l-Ewropa tal-Lvant bħala prijorità u tkompli tiġi estiża lejn l-Afrika u l-Lvant Nofsani, u għall-iskop li jiġu akkwistati l-Istazzjonijiet ta' Telemetrija u ta' Kontroll tal-Integrità (RIMS) meħtieġa tal-EGNOS u l-interkonnessjoni tagħhom mas-sistema;

10.  Jenfasizza l-kompiti kruċjali tal-aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA) f'dak li għandu x'jaqsam ma' Galileo u EGNOS u jirrikonoxxi wkoll il-kontribut tal-GSA għall-kompetittività u l-innovazzjoni teknoloġika tal-Unjoni; jesprimi tħassib li ġew allokati riżorsi insuffiċjenti għall-GSA biex din tkun tista' taqdi l-mandat tagħha u jemmen li huwa neċessarju għall-GSA li jkollha biżżejjed persunal, inklużi esperti speċjalizzati ħafna, sabiex tissalvagwardja t-twettiq u l-isfruttament xierqa tal-programmi Ewropej tal-GNSS; jenfasizza b'mod ulterjuri l-kontribut importanti tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) fil-kapaċità tagħha bħala l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni għall-għoti ta' servizzi tal-EGNOS u fl-azzjonijiet preparatorji meħtieġa għas-sorveljanza tal-prestazzjoni ta' Galileo;

11.  Jenfasizza l-importanza tal-aġenziji tat-trasport Ewropej għall-funzjonament tajjeb taż-żona Ewropea tat-trasport; iqis li l-aġenziji għandhom jiġu allokati riżorsi baġitarji adegwati, skont il-bidliet riċenti jew prevedibbli fir-responsabilitajiet tagħhom;

12.  Jenfasizza kemm hu importanti li effettivament u definittivament tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-flussi migratorji, kemm jekk mill-baħar kemm jekk fuq l-art; jittama li l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u Frontex se jingħataw finanzjament xieraq għal pattulji tal-fruntieri esterni tal-Unjoni;

13.  Jiġbed l-attenzjoni lejn l-isfidi tas-sigurtà u tas-sikurezza tal-avjazzjoni u l-importanza tal-kontibut tal-EASA f'dan il-qasam, b'mod partikolari fir-rigward tat-theddidiet marbuta maċ-ċibersigurtà u mat-temp spazjali, kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mas-sikurezza tal-passiġġieri li jtiru fi spazju tal-ajru mhux tal-Unjoni; jisħaq fuq l-importanza li jiġi allokat finanzjament adegwat lill-EASA sabiex jiġi żgurat it-teħid b'suċċess tar-responsabbiltajiet il-ġodda kif definiti fil-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(1);

14.  Jenfasizza, barra minn hekk, li l-EASA diġà naqqset 5 % tal-persunalfuq ħames snin, kif miftiehem fil-Ftehim Interistituzzjonali; iqis, għalhekk, li kwalunkwe tnaqqis ulterjuri propost mill-Kunsill jista' jipperikola l-funzjonament xieraq tal-EASA u jxekkel lill-EASA milli twettaq il-kompiti li diġà ġew assenjati lilha u dawk li se jiġu assenjati lilha mill-awtorità leġiżlattiva; jenfasizza wkoll li l-postijiet tax-xogħol ġodda tal-EASA li huma meħtieġa biex jitwettqu kompiti addizzjonali minħabba żviluppi ġodda ta' politika u leġiżlazzjoni ġdida jeħtieġ li jiġu magħduda barra minn kwalunkwe mira ta' tnaqqis;

15.  Jenfasizza li l-postijiet tax-xogħol tal-EASA (inklużi l-pensjonijiet relatati) li huma kompletament iffinanzjati mill-industrija u għalhekk ma għandhom l-ebda impatt fuq il-baġit tal-Unjoni m'għandhomx ikunu soġġetti għal tnaqqis fil-persunal previst fil-Ftehim lnteristituzzjonali;

16.  Jenfasizza li għandu jitħalla għad-diskrezzjoni tal-EASA li żżid in-numru ta' postijiet tax-xogħol li huma totalment iffinanzjati mill-industrija matul is-sena finanzjarja skont kemm ikun qed ivarja l-ammont ta' xogħol, bħalma huma d-domandi tal-industrija; jenfasizza li, għal dan l-iskop, jenħtieġ li l-awtorità baġitarja, apparti n-numru ta' postijiet tax-xogħol iffinanzjati mit-tariffi u l-imposti li diġà huma awtorizzati permezz tal-adozzjoni tal-baġit tal-EASA, tindika wkoll il-perċentwal addizzjonali (sa limitu massimu ta' 10 %) ta' postijiet tax-xogħol li jistgħu jiġu permessi mill-Bord tat-Tmexxija tal-EASA fuq proposta tal-EASA biex ikun hemm rispons għal evoluzzjoni mhux prevista tad-domanda tas-suq; jissottolinja wkoll li d-deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ li tkun ibbażata fuq valutazzjoni dokumentata tal-ammont ta' xogħol mhux previst u l-kriterji tal-effiċjenza;

17.  Jenfasizza l-importanza ta' Orizzont 2020 għat-trawwim u l-appoġġ ta' proġetti relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni fil-loġistika tat-trasport intelliġenti u fil-ġestjoni tal-mobilità intelliġenti, inklużi s-sewqan awtonomu, il-mobilità pubblika u kondiviża kif ukoll fis-sikurezza tat-trasport; jiddispjaċih dwar it-tnaqqis tal-finanzjament f'Orizzont 2020 marbut mar-riċerka u l-innovazzjoni għat-trasport, u jqis li l-kisba ta' trasport integrat intelliġenti li jkun sikur u mingħajr interruzzjonijiet jirrappreżenta valur miżjud sinifikanti tal-Unjoni għat-tisħiħ tas-sistema Ewropea tat-trasport; jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħaħ il-kontribut ta' Orizzont 2020 u tas-CEF flimkien ma' għejun rilevanti oħra ta' finanzjament mill-Unjoni għall-proġetti ta' sikurezza, ta' sigurtà, ta' innovazzjoni u ta' diġitalizzazzjoni fil-qasam tal-avjazzjoni bl-involviment mill-qrib tal-EASA fl-akkwist u l-implimentazzjoni tagħhom;

18.  Itenni kemm hu importanti li jiġi żgurat finanzjament xieraq għall-Impriżi Konġunti, fost l-oħrajn SESAR, SHIFT2RAIL u CLEAN SKY; iqis li l-Impriża Konġunta SHIFT2RAIL jenħtieġ li tagħti prijorità lill-proġetti ta' interoperabilità u timmassimizza l-benefiċċji għall-interoperabilità fiż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea; iqis li huwa importanti li jkomplu jiġu allokati fondi li se jippermettu li l-infrastruttura tinżamm fi stat ta' manutenzjoni u li l-kriterji ta' kwalità jiġu rispettati, sabiex jiġu garantiti aktar protezzjoni tal-konsumatur u sikurezza;

19.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' finanzjament preċiż għall-implimentazzjoni tal-komponenti ta' SESAR bil-għan li jiġi żgurat l-użu tal-funzjonalitajiet tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM) li huma meqjusa essenzjali għat-titjib fil-prestazzjoni tas-sistema tal-ATM tal-Unjoni;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-eżitu ta' proġetti pilota ta' suċċess u azzjonijiet preparatorji ffinanzjati matul dawn l-aħħar snin mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. jitlob b'mod partikolari lill-Kummissjoni tippreżenta s-sitwazzjoni attwali tal-proġett pilota dwar spazju aktar nadif permezz ta' materjali ta' rtirar mill-orbita u innovattivi għall-apparat spazjali, sabiex tittejjeb l-effikaċja tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta futura applikata għas-settur spazjali;

21.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tagħti prijorità lill-finanzjament ta' miżuri tas-sigurtà u tas-sikurezza għall-mezzi kollha tat-trasport li jkollhom impatt fuq il-flussi tal-passiġġieri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffoka fuq is-sikurezza tal-utenti vulnerabbli tat-triq, bħalma huma l-persuni li jimxu, iċ-ċiklisti, u s-sewwieqa tal-muturi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja l-inizjattivi li jistgħu jtejbu s-sikurezza tat-toroq u b'hekk jgħinu biex jintlaħaq l-għan strateġiku li sal-2020 l-għadd ta' mwiet kif ukoll l-għadd ta' korrimenti serji fit-toroq Ewropej jitnaqqsu bin-nofs; jistieden lill-Kummissjoni tosserva d-distakk konsiderevoli li jeżisti fil-kwalità tal-infrastruttura bejn ir-"reġjuni li għadhom lura" u l-bqija tal-Ewropa, u jitlobha tintensifika l-investimenti fuq dawk tal-ewwel;

22.  Jissottolinja l-importanza li jingħata appoġġ lit-turiżmu sostenibbli filwaqt li jiġu protetti s-sorsi tiegħu b'wirt naturali, kulturali, storiku u industrijali; jenfasizza l-importanza li norjentaw irwieħna lejn it-turiżmu sostenibbli, li jinvolvi koordinazzjoni aħjar bejn il-proġetti fil-qasam tat-turiżmu u tal-infrastruttura; jenfasizza fl-aħħar nett li l-promozzjoni tan-netwerk EuroVelo flimkien man-netwerk ferrovjarju TEN-T toffri benefiċċji ambjentali u ekonomiċi interessanti, mhux l-inqas għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs); jenfasizza li l-SMEs fis-setturi tat-trasport u tat-turiżmu qegħdin isibuha diffiċli biex jadattaw ruħhom għat-trasformazzjoni diġitali u għandhom bżonn l-appoġġ; jitlob għal aktar fondi għas-settur tat-turiżmu u speċjalment għall-SMEs u d-diġitizzazzjoni tagħhom; jemmen li jenħtieġ li jiġu allokati fondi għar-reġjuni muntanjużi, dawk rurali, dawk kostali, il-gżejjer u dawk remoti sabiex it-turiżmu jkompli jiġi żviluppat f'dawk iż-żoni;

23.  Jinsab konvint ukoll li l-aċċessibilità bla xkiel għas-servizzi tat-turiżmu għall-persuni b'mobilità mnaqqsa għandha tkompli tiġi żviluppata; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja għażliet varji għall-finanzjament ta' miżuri sabiex tiġi żgurata l-aċċessibilità tas-servizzi tat-trasport, tal-mezzi tat-trasport, tal-infrastruttura u taċ-ċentri (hubs) tat-trasport intermodali, kif ukoll miżuri ulterjuri biex tittejjeb l-aċċessibilità tat-trasport għall-persuni b'diżabilità;

24.  Jilqa' l-inizjattiva l-ġdida InterRail u jqis li din tista' toffri lill-ġenerazzjoni aktar żagħżugħa ċ-ċans li jesploraw il-libertà ta' moviment billi jivvjaġġaw b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u jitlob li dan il-proġett, bħal oħrajn fil-qasam tat-turiżmu, jiddaħħal f'linja baġitarja diretta u ddedikata li tkun indipendenti mill-Intestatura 1a relatata mas-settur tat-trasport u setturi oħra importanti għall-kompetittività u t-tkabbir tal-Unjoni; itenni l-appell preċedenti tiegħu lill-Kummissjoni biex tressaq proposti rilevanti f'dan ir-rigward;

25.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi r-rivitalizzazzjoni ta' Ferroviji ta' Bil-Lejl Ewropej komdi bħala alternattiva sostenibbli għal titjiriet fuq distanza qasira u għal vjaġġar bil-karozza fuq distanzi twal;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

31.8.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Miltiadis Kyrkos, Peter Lundgren, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Matt Carthy, Jakop Dalunde, Bas Eickhout, Markus Ferber, Maria Grapini, Kateřina Konečná, Werner Kuhn, Franck Proust, Evžen Tošenovský, Matthijs van Miltenburg

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ALDE

ECR

GUE/NGL

PPE

 

S&D

Verts/ALE

Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička, Matthijs van Miltenburg

Evžen Tošenovský, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Matt Carthy, Kateřina Konečná

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Markus Ferber,Dieter-Lebrecht Koch, Werner Kuhn, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Cláudia Monteiro de Aguiar, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Franck Proust, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Wim van de Camp.

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Miltiadis Kyrkos, Jens Nilsson, Gabriele Preuß, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, István Ujhelyi.

Jakop Dalunde, Bas Eickhout, Keith Taylor.

1

-

EFDD

Peter Lundgren

2

0

ECR

EFDD

Jacqueline Foster

Daniela Aiuto

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

  COM(2015)0613.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (8.9.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2017/2044(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Iskra Mihaylova

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jissottolinja l-importanza tal-politika ta' koeżjoni bħala l-politika ta' investiment pubbliku ewlenija tal-Unjoni bbażata fuq is-solidarjetà, li ssegwi l-objettiv tagħha msejjes fuq it-Trattati li jitnaqqsu d-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali fir-reġjuni Ewropej u bejniethom; jirrikonoxxi l-kontribut essenzjali tal-baġit tal-Unjoni bħala l-istrument ewlieni li jipprovdi riżorsi biex jintlaħqu l-prijoritajiet u l-objettivi tal-politika ta' koeżjoni, u jfakkar li dan għandu jikkontribwixxi finanzjarjament għall-ksib tal-miri Ewropa 2020; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq ir-rwol tal-politika ta' koeżjoni fil-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi fl-Unjoni, kif ukoll fil-ksib tal-objettivi u l-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni, inklużi l-miri tagħha f'dak li jikkonċerna l-klima u l-enerġija u l-objettivi soċjali, u l-ħtieġa li tinżamm, tissaħħaħ u tiġi ssemplifikata l-politika ta' koeżjoni biex l-Unjoni terġa' lura għat-triq ta' konverġenza u integrazzjoni ulterjuri; jifhem il-ħtieġa li tiżdied in-nefqa attwali fil-qasam tas-sigurtà, li hija prekundizzjoni biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika ta' koeżjoni u politiki oħra tal-Unjoni;

2.  Jinnota li, matul l-ewwel snin tal-perjodu 2014-2020, il-politika ta' koeżjoni ma ġietx implimentata biżżejjed minħabba li kien hemm xi dewmien u li, sat-30 ta' Ġunju 2017, skont id-data pprovduta mid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni, kien hemm biss madwar EUR 60 biljun f'pagamenti akkumulati fl-Unjoni għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej kollha ("il-Fondi SIE"), b'rata medja ta' ħlas akkumulat ta' 23,72 % (u 19,76 % f'reġjuni inqas żviluppati); jiġbed l-attenzjoni lejn id-dewmien inaċċettabbli fl-implimentazzjoni tal-programmi attwali li s'issa fixkel l-effikaċja tagħhom u għamel pressjoni fuq l-awtoritajiet ta' ġestjoni u l-benefiċjarji, u b'hekk żied ir-riskju ta' żbalji u riżultati insuffiċjenti; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-partijiet ikkonċernati kollha involuti fil-proċess biex itejbu l-kooperazzjoni tagħhom bil-għan li jindirizzaw id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi attwali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tipprovdi pariri lill-Istati Membri, sabiex jindirizzaw id-dewmien fid-deżinjazzjoni tal-awtoritajiet ta' ġestjoni, ċertifikazzjoni u awditjar rispettivi, bil-ħsieb li jitlesta l-proċess ta' deżinjazzjoni tagħhom mill-aktar fis possibbli, u biex jikkollaboraw b'mod attiv bil-għan li titħaffef l-implimentazzjoni u jiġi evitat diżimpenn awtomatiku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jissorveljaw f'ħin reali l-implimentazzjoni tal-programmi bejn l-2014 u l-2020, bil-għan li jiġi żgurat li l-pagamenti jibqgħu konformi mal-approprjazzjonijiet ta' impenn awtorizzati sabiex tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta' kontijiet mhux imħallsa; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-Istati Membri jisfruttaw bis-sħiħ l-għodod ta' programmazzjoni disponibbli matul il-perjodu finanzjarju attwali, kif ukoll biex jiżguraw l-implimentazzjoni mingħajr xkiel tal-programmi operattivi;

3.  Ifakkar lill-Kummissjoni tissokta t-Task Force stabbilita fl-2014 għall-perjodu 2007-2013 sabiex tappoġġa u taċċellera l-implimentazzjoni tal-programmi 2014-2020;

4.  Jirrikonoxxi l-isforz tal-Kummissjoni biex gradwalment telimina l-akkumulazzjoni ta' talbiet għall-pagamenti mhux imħallsa; jinsab imħasseb dwar in-numru baxx ta' talbiet għall-pagamenti għall-programmi 2014-2020, li jista' jwassal għall-akkumulazzjoni mill-ġdid ta' kontijiet mhux imħallsa; iħeġġeġ, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni biex iżżomm f'moħħha l-possibilità li fil-futur ikun hemm akkumulazzjoni ta' talbiet għall-pagamenti li jaf jikkawżaw dewmien addizzjonali; jilqa' t-tbassir tal-pagamenti sal-2020 previsti taħt ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali, u jitlob li dan jiġi aġġornat regolarment ta' kull sena; jisħaq fuq il-ħtieġa li jitnaqqsu d-differenzi bejn l-Istati Membri f'dak li jikkonċerna l-previżjonijiet tar-realtà permezz tal-introduzzjoni ta' sistema informatika ta' previżjoni standardizzata;

5.  Jinnota ż-żieda ta' 25,7 % fil-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament taħt l-Intestatura 1b fl-abbozz tal-baġit tal-2018, kif ukoll iż-żieda ta' 2,4 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn totali, meta mqabbla mal-baġit 2017; jistaqsi jekk dawn l-ammonti humiex biżżejjed biex jifilħu għall-pagamenti taħt din l-intestatura minħabba li r-rata tal-għażla tal-operazzjonijiet miexja 'l quddiem u l-implimentazzjoni hija mistennija li tibda għaddejja b'ritmu kostanti fl-2018; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit tal-Unjoni jiġi pprovdut b'livell adegwat ta' approprjazzjonijiet biex ikopri l-pagamenti marbuta mal-politika ta' koeżjoni, bil-għan li tingħata prova tal-kapaċità tal-Unjoni li tirrispetta l-impenji tagħha u ssaħħaħ il-kredibilità tagħha;

6.  Jappella għal sinerġiji akbar tal-programmi tal-Fondi SIE ma' programmi oħra tal-Unjoni; jemmen li l-għotjiet għandhom jibqgħu l-bażi għall-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni; josserva li l-istrumenti finanzjarji jistgħu jaqdu rwol komplementari mal-għotjiet, iżda għandhom jintużaw biss meta l-valur miżjud tagħhom ikun ġie ppruvat sew, abbażi ta' valutazzjonijiet ex ante li janalizzaw mhux biss l-effett ta' lieva tagħhom iżda wkoll il-kontribut tagħhom għall-prinċipji u l-objettivi tal-politika; iqis li l-kombinament ta' strumenti ta' finanzjament għandha tiġi mmonitorjata b'mod adegwat b'enfasi fuq ir-riżultati u l-objettivi miksuba; jemmen li l-aħjar approċċ biex tintlaħaq sinerġija hija li, minflok jitħalltu, il-proġetti jitqassmu f'fażijiet u l-fażijiet differenti jiġu ffinanzjati minn strumenti differenti; iwissi dwar il-fatt li l-użu tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) jew strumenti finanzjarji oħra m'għandux idgħajjef il-Fondi SIE;

7.  Jilqa' l-fatt li l-abbozz ta' baġit għall-2018 jinkorpora l-elementi tal-pakkett ta' reviżjoni ta' nofs it-terminu, li se jippermetti flessibilità akbar; jitlob lill-Kummissjoni ma tipproponix aktar riallokazzjonijiet jew qtugħ mill-Intestatura 1b tal-QFP 2014-2020. jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiffoka l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni fuq ir-riżultati, u jappoġġa l-azzjonijiet kollha meħuda lejn approċċ ibbażat fuq ir-riżultati; josserva li l-baġit għall-2018 għandu jiġi implimentat skont il-potenzjal miżjud tas-simplifikazzjoni u l-flessibilità proposti fl-ambitu tal-"pakkett Omnibus"; jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu passi biex jiżdied l-għarfien dwar il-benefiċċji tal-baġit tal-Unjoni fost iċ-ċittadini kif ukoll dwar ir-riżultati miksuba, u li jiġu implimentati miżuri biex tittejjeb il-komunikazzjoni dwar il-fondi tal-Unjoni u l-viżibilità tagħhom;

8.  Jilqa' l-pakkett finanzjarju l-ġdid ta' EUR 140 miljun li nħoloq biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali bejn l-2017 u l-2020; itenni l-importanza li jiġi żgurat li l-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali u l-programmi ta' assistenza teknika jaħdmu bħala soluzzjonijiet komplementari; jinnota li l-finanzjament għall-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali se jittieħed mill-allokazzjoni għall-assistenza teknika li ma tkunx intużat, u għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dan ma jnaqqasx l-ambizzjoni tagħha f'dak li jikkonċerna l-għajnuna mmirata b'mod speċifiku b'għan tematiku b'saħħtu;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mal-Istati Membri bil-għan li żżid l-għarfien pubbliku dwar il-prijoritajiet tal-Unjoni u tiżgura l-użu trasparenti, ġust u responsabbli tar-riżorsi tal-Unjoni, li huwa prinċipju ġenerali li għandu l-għan li jqarreb il-proġett Ewropew lejn iċ-ċittadini tal-UE;

10.  Jinnota li meta sar ir-rieżami ta' nofs it-terminu, il-Kummissjoni ma qisitx li kien meħtieġ iżżid il-limiti massimi globali tal-pagamenti wara li kkonkludiet li l-flessibilitajiet eżistenti kienu biżżejjed; jemmen li l-Kummissjoni għandha tkompli tiżgura li jkun hemm djalogu miftuħ mal-Parlament Ewropew dwar il-kwistjoni huwa u jkompli jwettaq monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm tal-Fondi SIE;

11.  Jinnota li, skont il-Kummissjoni, ir-riskju ta' diżimpenji awtomatiċi għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 bħalissa huwa baxx; jinnota wkoll li r-regola ta' diżimpenn awtomatiku għall-perjodu 2014-2020 (n+3) se tapplika għall-ewwel darba fi tmiem l-2017; jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-pass kajman tal-implimentazzjoni, tiżgura li l-Parlament Ewropew jiġi pprovdut b'informazzjoni adegwata u f'waqtha dwar ir-riskju li jiżdiedu d-diżimpenji, b'mod partikolari f'kuntest fejn l-Istati Membri se jkunu qed jippruvaw jiġġustifikaw il-porzjonijiet ta' impenji fi tmiem l-2018.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

7.9.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Mercedes Bresso, James Carver, Andrea Cozzolino, Rosa D’Amato, Raymond Finch, Krzysztof Hetman, Ivan Jakovčić, Marc Joulaud, Constanze Krehl, Sławomir Kłosowski, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Jens Nilsson, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Konstantinos Papadakis, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Maria Spyraki, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Kerstin Westphal

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andor Deli, John Howarth, Ivana Maletić, Dimitrios Papadimoulis, Georgi Pirinski, Bronis Ropė

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Santiago Fisas Ayxelà, Olga Sehnalová

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

28

+

ALDE

Ivan Jakovčić, Matthijs van Miltenburg

ECR

Sławomir Kłosowski

GUE/NGL

David Martin, Younous Omarjee, Dimitrios Papadimoulis

PPE

Pascal Arimont, Andor Deli, Santiago Fisas Ayxelà, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Maria Spyraki, Lambert van Nistelrooij

S&D

Mercedes Bresso, Andrea Cozzolino, John Howarth, Constanze Krehl, , Louis-Joseph Manscour, Jens Nilsson, Georgi Pirinski, Liliana Rodrigues, Olga Sehnalová, Kerstin Westphal

VERTS/ALE

Bronis Ropė

3

-

EFDD

James Carver, Raymond Finch

NI

Konstantinos Papadakis

1

0

EFDD

Rosa D'Amato

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet


OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (31.8.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2017/2044(BUD))

Rapporteur: Tibor Szanyi

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota l-proposta ta' EUR 59.5 biljun f'impenji li tirrappreżenta żieda ta' 1.7 % meta mqabbel mal-2017, u żieda ta' 2.6 % f'pagamenti li jammontaw għal EUR 56.3 biljun skont l-Abbozz ta' Baġit (AB) 2018 għall-Intestatura 2; jinnota, madankollu, li ż-żieda hi prinċipalment dovuta għal ammont anqas ta' dħul assenjat, li hu stmat li jkun disponibbli għall-FAEG fl-AB 2018 meta mqabbel mal-Baġit 2017, fost l-oħrajn billi l-aħħar rati tal-aħħar deċiżjonijiet sinifikanti ta' approvazzjoni huma mistennija fl-2017;

2.  Jilqa' l-fatt li approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali bażikament jibqgħu fl-istess livell bħal fil-baġit 2017, filwaqt li l-approprjazzjonijiet ta' pagament mitluba fil-fatt qed jiżdiedu;

3.  Jinnota li r-raġuni prinċipali għal ebda tibdil sinifikanti fl-AB 2018, meta mqabbel mal-Baġit 2017, hija li l-maġġoranza tan-nefqa tal-politika agrikola komuni (PAK) tikkonċerna portafolli allokati minn qabel lill-Istati Membri li juru livell relattivament stabbli ta' implimentazzjoni tal-appoġġ matul is-snin;

4.  Jinnota li l-baġit 2017 jinkludi l-finanzjament għal pakkett ta' solidarjetà ta' EUR 500 miljun għas-setturi tal-ħalib u setturi oħra tal-bhejjem, filwaqt li t-tnaqqis fl-appoġġ għal dik il-miżura tas-suq mhux se jkollha impatt fuq il-baġit 2018;

5.  Jissottolinja l-importanza tal-iżvilupp ta' swieq ġodda għaż-żamma tal-kompetittività u ż-żieda tar-reżistenza tal-agrikoltura tal-Unjoni għall-kriżijiet tas-suq bħal fil-każ tal-embargo tar-Russja; jitlob, għalhekk, għal appoġġ finanzjarju għall-iżvilupp tas-suq;

6.  Jinsisti li kwalunkwe dħul għall-baġit tal-UE li jirriżulta minn kwalunkwe dħul assenjat jew ħlasijiet lura ta' irregolaritajiet mill-agrikoltura fis-snin preċedenti jibqa' fl-Intestatura 2, meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi inċerti li qed iħabbat wiċċu magħhom is-settur agrikolu; ifakkar f'dan ir-rigward li l-embargo Russu ma ġiex irtirat u għandu effetti negattivi qawwija b'mod partikolari għas-settur tal-frott u l-ħxejjex u s-settur tal-ħalib;  jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ effettiv lil setturi milquta minn dawn il-kriżijiet u għall-ħolqien ta' riżerva ta' kriżi ġdida li ma tiddependix fuq il-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja annwali għall-finanzjament tagħha sabiex wieħed ikun jista' jirreaġixxi fil-pront għal sitwazzjonijiet ta' kriżi li jistgħu jinqalgħu;

7.  Jenfasizza li l-ispejjeż amministrattivi jridu jkunu assigurati għall-PAK, speċjalment biex jiġu garantiti pagamenti f'waqthom u biex jinżammu livelli adegwati ta' kontroll effettiv; jinsisti dwar il-fatt li tnaqqis ulterjuri ta' persunal amministrattiv jista' jwassal għal aktar dewmien u riskji ta' żbalji, u jista' jipperikola l-implimentazzjoni u l-objettivi tal-PAK; jemmen li semplifikazzjoni ulterjuri, sistema ta' ġestjoni trasparenti u effiċjenti u tnaqqis tal-burokrazija fl-implimentazzjoni tal-PAK huma meħtieġa; jenfasizza li tnaqqis fil-baġit għal spejjeż amministrattivi m'għandu bl-ebda mod iwassal għal trasferiment tal-piżijiet amministrattivi fuq il-bdiewa;

8.  Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-kriterji tal-klawżola tal-bdiewa attivi bl-għan li tiġi simplifikata u fl-istess ħin tiżdied l-affidabbiltà l-identifikazzjoni ta' dawk il-bdiewa;

9.  Jenfasizza l-importanza tal-impenji u l-infiq tal-iżvilupp rurali, u l-potenzjal tagħhom għall-ħolqien ta' attività ekonomika u impjiegi, partikolarment f'żoni periferali b'rati ogħla ta' qgħad, speċjalment għal ġenerazzjonijiet żgħażagħ; jinsisti li l-inizjattivi mmirati lejn il-bdiewa żgħażagħ, inklużi programmi speċifiċi fil-livell reġjonali, għandhom jinżammu, billi dan jappoġġa l-innovazzjoni u t-tiġdid meħtieġtal-ġenerazzjonijiet; iqis li l-appoġġ għaż-żgħażagħ għandu jiffoka fuq il-ħtiġijiet attwali tagħhom, filwaqt li jevita li jitħeġġu jiddejnu b'mod eċċessiv; jenfasizza l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-iskema tal-bdiewa żgħażagħ fil-proposta għal regolament “Omnibus”, li għandha l-għan li tippermetti użu sħiħ tal-iskema tal-bdiewa żgħażagħ;

10.  Jilqa' l-iskemi tal-ħalib u l-frott fl-iskejjel bħala miżura ta' suċċess u jenfasizza li l-iskemi jikkontribwixxu biex it-tfal jieklu b'mod san, u li l-fondi għalihom għandhom għalhekk jibqgħu fit-tul;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jissorveljaw, fil-ħin, il-volatilità tal-prezzijiet tal-prodotti agrikoli, li jkollhom effett negattiv fuq id-dħul tal-bdiewa, u biex jirreaġixxu fil-pront u b'mod effettiv meta meħtieġ;

12.  Jenfasizza l-importanza tal-proġetti pilota għas-settur tal-agrikoltura u għal dak tal-iżvilupp rurali f'dawn l-aħħar snin; jitlob għalhekk li jkun hemm appoġġ kontinwu għal proġetti pilota ġodda u dawk li għadhom għaddejjin; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni ex post tal-effiċjenza u l-benefiċċji tal-proġetti pilota u ta' dawk l-azzjonijiet preparatorji; jinsisti li l-Kummissjoni tniedi sejħiet għal proġetti hekk kif titlesta l-proċedura tal-baġit;

13.  Jenfasizza l-importanza li jiġu identifikati miżuri ta' appoġġ għat-titjib tar-rwol tal-bdiewa fil-katina tal-provvista, kif ukoll dwar il-metodi li jistgħu jintużaw biex jinkoraġġixxu l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis l-emendi mressqa mill-Parlament Ewropew dwar il-proposta “Omnibus” sabiex timmodernizza u tissimplifika l-PAK u biex jiġi żgurat finanzjament għalihom fil-baġit tal-2018 f'isem komunitajiet tal-biedja, inklużi l-impriżi żgħar u ta' daqs medju u l-intrapriżi familjari tal-bdiewa żgħażagħ;

15.  Jenfasizza li huwa indispensabbli li l-fondi allokati għar-riċerka fis-settur agroalimentari, b'mod partikolari mill-baġit ta' Orizzont 2020, jibqgħu kompletament disponibbli bħala tali bl-għan li tiġi stimolata u msaħħa l-innovazzjoni u soluzzjonijiet intelliġenti fis-setturi tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, bħal fil-każ tal-fondi tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), biex il-broadband ikun jista' jiġi installar f'żonijiet rurali; jenfasizza l-importanza tal-applikabbiltà prattika tar-riżultati fil-livell tal-azjendi agrikoli u r-rwol tas-servizzi ta' estensjoni agrikola; jinnota li soluzzjonijiet "intelliġenti" integrati – bħalma huma l-irħula intelliġenti, il-biedja bi preċiżjoni, id-diġitalizzazzjoni, l-ekonomija kondiviża u ċirkolari, u inizjattivi soċjali – jistgħu jikkontribwixxu għall-agrikoltura u għall-benesseri ġenerali fiż-żoni rurali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippjana finanzjament għal approċċi "intelliġenti" fid-dawl tar-riforma tal-PAK u d-Dikjarazzjoni Cork 2.0; jenfasizza l-fatt li dawn is-soluzzjonijiet "intelliġenti" għandhom ikunu koerenti mal-ambjent, il-klima u l-objettivi tal-politika dwar il-bijodiversità, u jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati rilevanti mill-Istati Membri kollha; jenfasizza l-importanza tal-investiment f'agrikoltura ta' preċiżjoni bl-għan li ttejjeb il-metodi ta' produzzjoni u t-tnaqqis tat-telf u tinċentivizza u tappoġġa inizjattivi mfassla skont il-ħtiġijiet ta' azjendi agrikoli żgħar mingħajr ekonomiji ta' skala, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn teknoloġiji ġodda;

16.  Jilqa' ż-żieda fl-approprjazzjonijiet maħsuba biex jiġu miġġielda l-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti għal EUR 40 miljun, hekk kif l-Unjoni qed tiffaċċja riskji sinifikanti u żidiet fit-tifqigħat ta' mard bħax-Xylella fastidiosa, in-nodular dermatosis, id-Deni Afrikan tal-Ħnieżer, il-marda tal-Ilsien Blu u l-Influwenza tal-Għasafar. jemmen li aktar fondi għandhom ikunu disponibbli lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex twettaq riċerka indipendenti komprensiva, inkluż dwar l-effetti tal-pestiċidi; jitlob finanzjament addizzjonali allokat għall-bdiewa tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ li sofrew mit-tifqigħa tax-Xylella fastidiosa, sabiex jissaħħu l-miżuri ta' prevenzjoni fl-Ewropa, u jiġi ristrutturat is-settur, u tiġi kkonsolidata r-riċerka xjentifika tal-patoġenu u tal-portatur tagħha;

17.  Jinsisti fuq il-ħtieġa ta' fondi li jikkumpensaw għat-telf ekonomiku li jkunu sofrew il-bdiewa matul il-kriżijiet tas-suq u l-kriżijiet sanitarji u fitosanitarji bħall-Xylella fastidiosa, u jtenni l-ħtieġa li jintużaw il-marġni disponibbli skont l-Intestatura 2 b'kooperazzjoni mal-Intestatura 3 għal dan l-għan; jinsisti li kumpens għall-eradikazzjoni għandu jkopri wkoll ir-rijabilitazzjoni tal-agroekosistemi inkluża l-ħamrija, kif ukoll l-istabbiliment ta' diversità bijoloġika robusta, b'mod speċjali l-iżgurar tad-diversità ġenetika tal-istokk tal-pjanti li idealment tinkludi r-reżistenza jew it-tolleranza għall-marda jew għall-pest; fil-fatt, iqis li wieħed mill-għanijiet ta' kwalunkwe għajnuna mogħtija għandu jkun li jiġu żgurati ekosistemi agrikoli bilanċjati u bijoloġikament varjati u pajsaġġi li jkunu inqas suxxettibbli għal attakki futuri;

18.  Jenfasizza li programmi ta' ħażna urew li huma effettivi fi żminijiet ta' kriżi u li tnaqqis fir-riżorsi finanzjarji allokati fil-proċess tal-ippjanar ikun kontroproduttiv;

19.  Jinnota li l-Brexit m'għandha ebda impatt dirett fuq l-AB 2018; jiddispjaċih, madankollu, li riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE(1) qed tippreżenta xi xenarji kritiċi għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, parzjalment minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri juru responsabbiltà fir-rigward tal-baġit tal-PAK matul id-diskussjonijiet li għaddejjin, b'kont meħud ukoll tax-xkiel possibbli tal-fluss kummerċjali; jenfasizza li huwa deċiżament kontra kwalunkwe tnaqqis ta' fondi agrikoli; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tressaq proposta biex jinżamm il-finanzjament tal-agrikoltura mill-Unjoni fil-QFP li jmiss, b'kont meħud tal-kapaċità konsiderevoli ta' dan is-settur li jżomm u joħloq l-impjiegi, u biex tibda tfittex riżorsi finanzjarji ġodda għall-baġit tal-Unjoni, kif propost mill-Grupp ta' Livell Għoli ta' Mario Monti mingħajr dewmien;

20.  Jirrimarka b'mod partikolari li l-politika agrikola hija politika komuni u kwalunkwe tnaqqis fil-baġit tal-PAK se jkollu effetti sproporzjonati billi ma jistgħux jiġu sostitwiti minn fondi nazzjonali minħabba r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

30.8.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

1

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Daniel Buda, Matt Carthy, Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Jean-Paul Denanot, Albert Deß, Diane Dodds, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Martin Häusling, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Ivan Jakovčić, Jarosław Kalinowski, Zbigniew Kuźmiuk, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Giulia Moi, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Laurenţiu Rebega, Bronis Ropė, Maria Lidia Senra Rodríguez, Ricardo Serrão Santos, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi, Marc Tarabella, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Bas Belder, Franc Bogovič, Maria Heubuch, Karin Kadenbach, Gabriel Mato, Momchil Nekov, Massimo Paolucci, Estefanía Torres Martínez, Tom Vandenkendelaere

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

35

+

ALDE

Ivan Jakovčić, Ulrike Müller

ECR

Bas Belder, Jørn Dohrmann, Zbigniew Kuźmiuk, James Nicholson

EFDD

Giulia Moi, Marco Zullo

ENF

Laurenţiu Rebega

GUE/NGL

Matt Carthy, Luke Ming Flanagan, Estefanía Torres Martínez

PPE

Franc Bogovič, Daniel Buda, Michel Dantin, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Esther Herranz García, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Mairead McGuinness, Marijana Petir, Czesław Adam Siekierski, Tom Vandenkendelaere

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Jean-Paul Denanot, Viorica Dăncilă, Karin Kadenbach, Momchil Nekov, Maria Noichl, Massimo Paolucci, Ricardo Serrão Santos, Tibor Szanyi, Marc Tarabella

1

-

EFDD

John Stuart Agnew

6

0

ALDE

Jan Huitema

GUE/NGL

Maria Lidia Senra Rodríguez

NI

Diane Dodds

Verts/ALE

Maria Heubuch, Martin Häusling, Bronis Ropė

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

(1)

https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-future-eu-finances_mt


OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd (4.9.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2017/2044(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Alain Cadec

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Huwa tal-fehma li l-baġit tal-Unjoni għall-2018 imissu jinkorpora l-approprjazzjonijiet ta' pagament u ta' impenn meħtieġa biex jissodisfaw il-bżonnijiet ta' finanzjament tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS);

2.  Jisħaq fuq l-importanza tad-dimensjoni soċjali u ekonomika tas-sajd għall-komunitajiet lokali f'reġjuni marittimi u kostali; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jinżammu biżżejjed approprjazzjonijiet finanzjarji ħalli s-setturi tal-flotta kostali, artiġjanali u ta' skala żgħira jkunu jistgħu jiksbu finanzjament.

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li tingħata prijorità lill-proġetti li jiffukaw fuq il-ħolqien tal-impjiegi u fuq id-diversifikazzjoni tal-ekonomiji lokali sabiex jiżdied aktar il-valur tal-attivitajiet tas-sajd tagħhom u fuq il-protezzjoni u l-irkupru tal-istokkijiet tal-ħut u l-ekosistemi tal-baħar;

4.  Iqis li l-baġit tal-Unjoni għandu jipprevedi livell xieraq ta' approprjazzjonijiet ta' pagament u ta' impenn biex jiġu evitati diffikultajiet ta' pagament u tnaqqis finanzjarju għall-azzjonijiet tas-sajd.

5.  Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-aċċess taż-żgħażagħ għall-impjiegi fl-industrija tas-sajd permezz tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) u skemi ta' finanzjament oħra tal-UE;

6.  Jinsisti li l-FEMS jiġi allokat livell suffiċjenti ta' approprjazzjonijiet ta' pagament sabiex ikun jista' jinvesti fis-sostenibbiltà, is-selettività u l-kompetittività tal-flotta tas-sajd;

7.  Jinnota li l-Istati Membri adottaw il-programmi operattivi tal-FEMS, imma li s'issa, mhux kollha ħatru awtoritajiet regolatorji u, minħabba f'hekk, il-fondi qed jintużaw aktar bil-mod;

8.  Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġi garantit appoġġ finanzjarju suffiċjenti biex jiġu kkontrollati l-attivitajiet tas-sajd abbord u fil-portijiet sabiex tiġi żgurata u ffaċilitata l-implimentazzjoni xierqa tal-obbligu ta' żbark. f'dan ir-rigward, jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu mir-riżorsi disponibbli taħt il-FEMS għall-miżuri ta' kontroll u infurzar li huma essenzjali biex jinkisbu l-għanijiet tal-PKS;

9.  Itenni li opinjonijiet xjentifiċi rigorużi u indipendenti huma importanti biex tiġi bbażata fuqhom il-valutazzjoni tal-istat tar-riżorsi fil-qasam tas-sajd b'mod li jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni li jippermettu li jintlaħaq ir-rendiment massimu sostenibbli (MSY); iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw il-finanzjament tal-FEMS għall-finijiet ta' ġbir ta' data xjentifika li hija essenzjali biex tippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet razzjonali u bbażati fuq ix-xjenza dwar kwistjonijiet ta' politika tas-sajd;

10.  Jikkritika l-fatt li l-ġestjoni diretta mill-Kummissjoni tal-finanzjament tal-FEMS għall-attivitajiet regolatorji ma ħadmitx, minħabba r-reżistenza min-naħa tal-Istati Membri li jippreżentaw proġetti komuni, minkejja rata ta' kofinanzjament iktar baxxa min-naħa tal-Istati Membri;

11.  Jissottolinja l-importanza tar-rwol tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) fir-rigward tal-governanza tal-flotot tas-sajd u s-superviżjoni tal-proċeduri ta' monitoraġġ; jitlob li l-EFCA tingħata biżżejjed finanzjament biex twettaq il-kompiti tagħha;

12.  Jikkunsidra li d-dimensjoni esterna tal-PKS tagħmilha essenzjali li jitfasslu previżjonijiet baġitarji realistiċi bil-għan li jiġu ffinanzjati l-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli ma' pajjiżi terzi;

13.  Jinnota li l-ftehimiet ta' sħubija sostenibbli ma' pajjiżi terzi għandhom ukoll bħala għan il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU).

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

30.8.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Richard Corbett, Mike Hookem, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Liadh Ní Riada, Ulrike Rodust, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Elisabetta Gardini, Czesław Hoc, Verónica Lope Fontagné, Francisco José Millán Mon, Maria Lidia Senra Rodríguez

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mircea Diaconu, France Jamet

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

20

+

ALDE

Mircea Diaconu, António Marinho e Pinto

ECR

Czesław Hoc, Remo Sernagiotto, Peter van Dalen

PPE

Alain Cadec, Elisabetta Gardini, Carlos Iturgaiz, Gabriel Mato, José Millán, Werner Kuhn, Jarosław Wałęsa

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Richard Corbett, Ulrike Rodust, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas

VERTS/ALE

Marco Affronte, Ian Hudghton,

1

-

EFDD

Mike Hookem

2

0

GUE/NGL

Liadh Ní Riada, Maria Lidia Senra Rodríguez

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (11.7.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2017/2044(BUD))

Rapporteur: Morten Løkkegaard

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jiddispjaċih ħafna li l-abbozz ta' baġit ma jinkludi xejn mill-EUR 50 miljun addizzjonali allokati għall-Erasmus+ fir-reviżjoni tal-QFP għall-perjodu 2018-2020; jappella sabiex il-EUR 50 miljun kollha jkunu disponibbli fl-2018 u distribwiti bejn il-linji baġitarji "edukazzjoni u taħriġ" (EUR 12-il miljun) u "żgħażagħ" (EUR 38 miljun) ta' Erasmus+, sabiex il-programm ikun jista' jwettaq bis-sħiħ il-missjoni tiegħu bħala investiment strateġiku fiż-żgħażagħ Ewropej;

2.  Jenfasizza li l-isfidi komuni Ewropej jeħtieġu rispons komuni Ewropew; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġu appoġġjati proġetti ta' innovazzjoni fuq skala kbira fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ imwettqa min-netwerks tas-Soċjetà Ċivili Ewropea; jappella, għal darb'oħra, sabiex parti mill-finanzjament globali ta' Erasmus+ ta' KA2 għall-"Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-iskambju tal-prattiki tajba" tiġi allokata għal azzjonijiet ċentralizzati; jinnota, barra minn hekk, il-ħtieġa li jiżdied l-appoġġ operazzjonali għan-netwerks Ewropej taħt KA3 "Appoġġ għar-riforma tal-politika" sabiex jiġu massimizzati l-promozzjoni u t-tixrid tal-opportunitajiet offruti mill-programm Erasmus+;

3.  Ifakkar li l-iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ huma għodod ewlenin biex tiġi indirizzata l-problema persistenti tal-livelli għoljin ta' qgħad fost iż-żgħażagħ u jappella għat-titjib kontinwu tagħhom kif ukoll għal żieda sostanzjali fil-baġit; jirrimarka li jinħtieġu politiki li jappoġġjaw id-domanda u l-investimenti, riformi strutturali li jżidu t-tkabbir u koordinazzjoni fil-politiki soċjali biex jappoġġjaw tranżizzjonijiet ta' kwalità taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol b'mod sostenibbli;

4.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-finanzjament tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (ESC) jieħu ħafna mill-fondi ta' Erasmus+ u, fuq livell anqas, minn programmi oħra, b'mod partikolari l-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali; jistieden lill-Kummissjoni telabora dwar ir-rabtiet baġitarji dettaljati bejn il-Korp il-ġdid u s-Servizz Volontarju Ewropew (SVE) u dwar id-distinzjoni bejn il-fergħat professjonali u volontarji, sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda sostituzzjoni ta' impjiegi potenzjali ta' kwalità b'volontarjat mhux imħallas; jilqa' l-fatt li l-EUR 18,4 miljun li twarrbu għal dan il-Korp fl-2018 huma flus ġodda; jinsisti li l-finanzjament għal inizjattivi ġodda m'għandux ipoġġi aktar pressjoni fuq ir-riżorsi tal-programm Erasmus+, u li l-ebda finanzjament ieħor għajr dak impenjat għall-parti tal-UE tas-SVE ma jiġi ttrasferit minn Erasmus+ lejn il-Korp; jinsisti li l-finanzjament iddedikat għall-attivitajiet tal-volontarjat fl-ambitu tal-ESC għandu tal-anqas ikun daqs il-baġit meħud mis-SVE;

5.  Jenfasizza n-nuqqas ta' finanzjament kroniku tal-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini"; jiddeplora t-tnaqqis ta' EUR 740 000 fil-baġit tal-2018 ta' dan tal-aħħar fir-rigward taċ-ċifra tal-ipprogrammar finanzjarju; ifakkar li dan jirrappreżenta madwar 3 % tal-baġit tal-Programm "L-Ewropa għaċ-ċittadini" u se jkollu impatt fuq ir-rati ta' suċċess tal-proġetti, li diġà huma baxxi; jitlob li jiġu diretti fondi addizzjonali għal għotjiet ta' azzjoni taħt il-baġit tal-EfC għall-2018;

6.  Jitlob sabiex jiġu impenjati EUR 14-il miljun addizzjonali għall-baġit ta' Ewropa Kreattiva għall-2018 sabiex jintlaħqu l-aspettattivi taċ-ċittadini Ewropej, kif ukoll l-ambizzjonijiet tas-sottoprogrammi rispettivi; jesprimi tħassib li b'mod partikolari s-sottoprogramm "Kultura" huwa severament sottofinanzjat, u minħabba f'hekk qed isibha diffiċli li jikseb rati sodisfaċenti ta' suċċess; jenfasizza li s-sottoprogramm MEDIA u l-Faċilità ta' Garanzija se jibbenefikaw ukoll, f'termini ta' rati ta' suċċess imtejba, minn allokazzjoni baġitarja stabbli u konsistenti;

7.  Jilqa' l-isforzi li saru mill-istituzzjonijiet tal-UE f'dawn l-aħħar snin biex jindirizzaw il-pagamenti arretrati; jindika li d-dewmien fl-iffinalizzar tal-kuntratti bejn il-korpi rilevanti u l-benefiċjarji kif ukoll il-pagamenti tardivi jipperikolaw l-implimentazzjoni sħiħa tal-programmi mill-Kummissjoni;

8.   Jenfasizza l-importanza tal-ħidma kulturali u edukattiva għall-integrazzjoni b'suċċess tar-rifuġjati fis-soċjetajiet ospitanti Ewropej, u għalhekk jappella għall-introduzjoni aktar permanenti ta' proġetti għall-integrazzjoni tar-rifuġjati bħala wieħed mill-objettivi tal-programmi Erasmus+ u Ewropa Kreattiva abbażi tal-ħidma li bdiet taħt is-sejħiet speċjali 2016;

9.   Jenfasizza l-ħtieġa li tkompli tissaħħaħ id-dimensjoni internazzjonali ta' Erasmus+, Ewropa Kreattiva, Ewropa għaċ-Ċittadini u Orizzont 2020 taħt it-taqsima tal-baġit tas-SEAE bħala element ċentrali fl-iżvilupp ulterjuri tal-approċċ interpersonali fir-relazzjonijiet kulturali esterni tal-UE;

10.   Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda ta' EUR 4 miljun fil-linja baġitarja tal-Programm Ewropa Kreattiva biex jiffinanzjaw is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (EYCH) 2018; jiddeplora, madankollu, in-nuqqas ta' linja baġitarja awtonoma skont l-impenn tal-Parlament u tal-Kunsill li jagħmlu EUR 7 miljun għall-EYCH "viżibbli f'linja baġitarja";

11.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-BEI jużaw bis-sħiħ il-potenzjal tal-FEIS biex jappoġġja s-settur kulturali u kreattiv, u b'hekk jixpruna t-tkabbir, billi jallokaw sehem akbar tal-finanzjament tal-FEIS għall-industriji kulturali u kreattivi; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-BEI jippromwovu l-interazzjoni bejn il-Faċilità ta' Garanzija tas-Settur Kulturali u Kreattiv u l-FEIS sabiex jipprovdu self adattat għall-iskop għall-industriji kulturali u kreattivi;

12.   Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-inizjattivi taħt il-linja baġitarja tal-"azzjonijiet multimedjali" biex tiżgura li l-baġit jappoġġja b'mod effettiv kopertura indipendenti u ta' kwalità għolja tal-affarijiet tal-UE; itenni l-appoġġ tiegħu għal ftehim ta' finanzjament multiannwali sostenibbli għall-Euranet+; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-allokazzjoni relattivament żgħira għall-Euranet+ għall-2018; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura soluzzjoni sostenibbli fit-tul li biha l-Euranet+ isir parti integrali mill-baġit annwali tal-UE, u li tiżgura livell ta' finanzjament li permezz tiegħu jkun jista' jilħaq aktar u jkabbar l-għadd ta' semmiegħa matul is-snin li ġejjin;

13.  Jenfasizza l-valur ta' proġetti pilota u ta' azzjonijiet preparatorji fit-tfassil ta' inizjattivi ta' politika tal-UE fil-ġejjieni; jiġbed l-attenzjoni għas-suċċess tal-Azzjoni Preparatorja "Narrattiva ġdida dwar l-Ewropa", li rawmet b'mod effettiv id-dibattitu u ideat ġodda fost iż-żgħażagħ dwar l-isfidi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa kif l-inizjattiva tista' titkompla permezz tal-fergħa tal-programm Erasmus+ iddedikata għaż-żgħażagħ. iqis li t-tkomplija fit-tul tal-inizjattiva tkun żgurata bl-aħjar mod permezz tal-istabbiliment ta' bażi legali u l-għoti ta' fondi dedikati permezz ta' flus ġodda;

14.  Jilqa' l-inklużjoni tal-linja baġitarja tal-Avvenimenti Annwali Speċjali fil-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, li tippermetti l-iżvilupp ta' sens ta' appartenenza Ewropea fost iċ-ċittadini; jinnota li l-kamp ta' applikazzjoni tal-Avvenimenti Annwali Speċjali għandu juri b'mod ċar il-valur miżjud liċ-ċittadini Ewropej madwar l-Istati Membri tal-UE;

15.   Jenfasizza l-importanza li jinħolqu l-aħjar kundizzjonijiet biex ikun żgurat li ċ-ċittadini jistgħu jifhmu u jipparteċipaw fil-funzjonament, il-politiki u l-proċessi tal-Unjoni; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea ttejjeb il-politika ta' komunikazzjoni tagħha;

16.   Jenfasizza l-importanza tar-riċerka statistika u tal-aċċess għal riżorsi ta' data komparabbli li jippermettu l-monitoraġġ effettiv u l-analiżi tal-impatt kulturali, ekonomiku u soċjali tal-politiki fil-qasam tal-kultura u l-edukazzjoni; ifakkar, f'dan ir-rigward, fil-ħtieġa li jiġu allokati biżżejjed riżorsi għal dan l-għan;

17.  Jenfasizza li biex jiġu indirizzati r-rati ta' suċċess kronikament baxxi ta' wħud mill-programmi tal-UE, li huma kkawżati minn sottofinanzjament, u biex tkun prevista funzjoni kontroċiklika tal-baġit tal-UE, jeħtieġ li titwaqqaf sistema ta' riżorsi proprji ġenwina u konsistenti għall-QFP ta' wara l-2020.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

11.7.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

4

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Nikolaos Chountis, Silvia Costa, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Svetoslav Hristov Malinov, Stefano Maullu, Morten Messerschmidt, Luigi Morgano, Momchil Nekov, John Procter, Michaela Šojdrová, Yana Toom, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mary Honeyball, Marc Joulaud, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Martina Michels

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lefteris Christoforou, Maria Heubuch


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (5.9.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2017/2044(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Petr Ježek

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jieħu nota tal-Abbozz ta' Baġit 2018 (AB 2018); jiddispjaċih dwar it-tnaqqis kemm fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) kif ukoll fl-approprjazzjonijiet ta' pagament (AP) fl-Intestatura III meta mqabbla mal-2017; jenfasizza li t-tnaqqis ma jistax jiġi ġġustifikat mid-dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma; jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda addizzjonali fl-Intestatura III ta' EUR 817,1 miljun aktar mil-limitu massimu tiegħu bl-użu tal-istrument ta' flessibbiltà; jenfasizza li l-livell ta' nfiq propost mhux se jkun biżżejjed biex ikopri l-ħtiġijiet tal-Unjoni fl-oqsma tal-migrazzjoni u tas-sigurtà rispettivament;

2.  Jemmen li t-tnaqqis baġitarju kbir (49,7 % f'AP) fir-rigward tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) jimmina l-importanza u l-urġenza tal-objettivi tal-politika tal-AMIF; jikkontesta l-affermazzjonijiet tal-Kummissjoni fl-AB 2018 li jiġġustifikaw it-tnaqqis propost fil-finanzjament tal-AMIF; jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li ssaħħaħ l-attivitajiet tal-ikbar importanza, inklużi allokazzjonijiet baġitarji għal kooperazzjoni mtejba ma' pajjiżi terzi dwar ir-ritorn/riammissjoni; jinsab imħasseb dwar il-fatt li jista' jkun li l-Kummissjoni qed tissottovaluta l-ħtiġijiet ta' akkoljenza, kura u integrazzjoni tal-persuni li qed ifittxu asil; jenfasizza li jenħtieġ li s-sigurtà ta' dawk li jfittxu protezzjoni fl-Unjoni ma tiġix milquta ħażin minn tnaqqis baġitarju;

3.  Iqis li fin-nuqqas ta' ftehim dwar ir-Regolament ta' Dublin(1), ir-rilokazzjonijiet għandhom ikomplu jiġu implimentati anke wara Settembru 2017, u jqis li dan huwa meħtieġ fid-dawl tal-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà u tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta ittra ta' emenda malli jkunu ġew adottati l-bażijiet legali marbutin mal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, b'mod partikolari r-riforma tas-sistema ta' Dublin, is-Sistema ta' Dħul u Ħruġ, is-Sistema tal-UE ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), filwaqt li tqis għalkollox l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom, sabiex jiġi żgurat finanzjament xieraq u rapidu għal politika Ewropea dwar l-asil u l-migrazzjoni li tkun effettiva;

5.  Ifakkar li distribuzzjoni ġusta u trasparenti tal-finanzjament bejn l-objettivi differenti tal-AMIF kienet prijorità għall-Parlament Ewropew matul in-negozjati li wasslu għall-adozzjoni ta' dak il-fond; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex iżżid in-numru ta' linji baġitarji taħt l-AMIF kif meħtieġ, sabiex tiffaċilita leġġibilità u trasparenza aħjar ta' kif se jintefqu r-riżorsi finanzjarji allokati għall-objettivi differenti u għaldaqstant għal dawk il-linji baġitarji; jistieden, b'mod partikolari, lill-Kummissjoni tissepara n-nefqa għat-tisħiħ ta' strateġiji ta' ritorn ġusti min-nefqa għall-migrazzjoni legali u l-promozzjoni ta' integrazzjoni effikaċi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-abbozzi tal-baġits futuri kollha kif propost fl-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern għall-baġits tal-2015 u l-2016;

6.  Itenni l-importanza li jkun disponibbli finanzjament immirat biex jiġu indirizzati l-kawżi primarji li wasslu għall-kriżijiet tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati; jenfasizza, għal dan l-għan, li l-baġit tal-Unjoni għandu jiffinanzja miżuri fil-pajjiżi ta' oriġini tal-migranti kif ukoll f'pajjiżi ospitanti tar-rifuġjati, inkluż, iżda mhux limitat għal, miżuri li jindirizzaw il-faqar, il-qgħad, l-edukazzjoni u l-opportunitajiet ekonomiċi, kif ukoll l-instabbiltà, il-kunflitt u t-tibdil fil-klima;

7.  Jenfasizza r-rwol sinifikanti li għandhom l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiġu salvati l-ħajjiet ta' migranti u persuni li jfittxu asil fil-fruntieri esterni, kif ukoll għall-ħarsien, il-promozzjoni u l-implimentazzjoni tad-drittijiet tagħhom; jitlob li jkun hemm aktar appoġġ finanzjarju li għandu jingħata biex jissaħħu l-attivitajiet tas-soċjetà ċivili;

8.  Jiddeplora t-tnaqqis sinifikanti fil-baġit għall-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) (35,6 % fl-AP); jisħaq fuq il-fatt li, fid-dawl tat-theddida kontinwa għas-sigurtà fl-Unjoni, il-finanzjament tal-ISF għandu jkun biżżejjed biex jassisti lill-Istati Membri fl-indirizzar tat-theddid għas-sigurtà interna, speċjalment reati, terroriżmu u ċiberkriminalità transfruntiera organizzata u serja; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ffinanzjati biżżejjed l-isforzi magħmula bil-ħsieb li jtejbu l-iskambju ta' informazzjoni u jiġġieldu ċ-ċiberkriminalità;

9.  Jilqa' l-finanzjament ta' strumenti għal assistenza ta' emerġenza fil-qafas tal-AMIF (EMAS) u għall-appoġġ għall-emerġenzi umanitarji fl-Unjoni (ESI) li jammonta għal EUR 50 miljun u EUR 200 miljun rispettivament;

10.  Jinnota ż-żidiet proposti fl-AB 2018 għall-infiq u t-tabelli tal-persunal għall-aġenziji kollha fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Intern ikklassifikati bħala detenturi ta' "kompiti ġodda"; jiddispjaċih, madankollu, li ż-żidiet proposti huma aktar baxxi minn dawk mitluba minn bosta aġenziji; jenfasizza l-importanza ta' żieda tal-persunal għal eu-LISA, Eurojust, CEPOL u l-Europol; jitlob li jkun hemm żidiet baġitarji għall-Eurojust minħabba ż-żieda fir-rekwiżiti għal kooperazzjoni ġudizzjarja fl-Unjoni, partikarlment fid-dawl tal-istabbiliment ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE); mingħajr ma jkun hemm impatt fuq l-allokazzjoni baġitarja ta' aġenziji oħra fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Intern, jitlob barra minn hekk li jingħataw riżorsi finanzjarji addizzjonali lill-Europol fid-dawl taż-żieda fl-ammont ta' xogħol tagħhom; jissottolinja l-fatt li r-riżorsi finanzjarji addizzjonali għall-Europol u l-Eurojust jeħtieġ ikunu investiti fil-finanzjament tal-Iskwadri ta' Investigazzjoni Konġunti; jilqa' ż-żieda fil-baġit għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fid-dawl tal-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Protezzjoni Ġenerali ta' Data(2). jitlob li jiġu allokati riżorsi umani addizzjonali lill-EASO sabiex jappoġġja mandat imsaħħaħ li jittrasforma l-EASO f'aġenzija kompluta li tkun kapaċi tipprovdi l-għajnuna operattiva u teknika neċessarja lill-Istati Membri; jitlob li jkunu allokati riżorsi umani addizzjonali għall-Aġenzija dwar id-Drittijiet Fundamentali; jiddispjaċih li l-mandat tal-Aġenzija dwar id-Drittijiet Fundamentali għadu jillimita r-rwol tagħha ta' appoġġ għad-drittijiet fundamentali; jissottolinja li l-Aġenzija dwar id-Drittijiet Fundamentali għandha tkun tista' toffri opinjonijiet dwar proposti leġiżlattivi fuq l-inizjattiva tagħha u li l-mandat tagħha għandu jiġi estiż biex jinkludi l-oqsma kollha tad-drittijiet protetti bis-saħħa tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi, pereżempju, kwistjonijiet ta' kooperazzjoni tal-pulizija u kooperazzjoni ġudizzjarja;

11.  Jirrimarka li l-proposta tal-Kummissjoni, għat-tielet sena konsekuttiva, ma tħalli l-ebda marġni taħt il-limitu massimu għall-Intestatura III, u dan jixhed id-daqs skadut tal-iżgħar intestatura tal-QFP, kif ġie argumentat mill-Parlament Ewropew bħala parti mill-proċess ta' reviżjoni ta' nofs it-terminu;

12.  Jinnota li l-Eurojust attwalment qiegħda tħabbat wiċċha ma' żieda sinifikanti fl-ammont ta' xogħol kif ukoll mal-kumplessità u l-għadd ta' każijiet li żdiedu b'100 % f'dawn l-aħħar ħames snin; jiddispjaċih, għalhekk, mit-tnaqqis fil-finanzjament operattiv u fil-livell tal-persunal għall-Eurojust; jenfasizza li huwa neċessarju finanzjament xieraq għall-Eurojust biex din tkun tista' twettaq b'mod effettiv ir-rwol prinċipali tagħha fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali; iħeġġeġ żieda fil-fondi allokati għall-Iskwadri ta' Investigazzjoni Konġunti minħabba ż-żieda sinifikanti ta' każijiet kriminali transnazzjonali u biex jiġu simplifikati kif ukoll biex irendi l-użu ta' dawk il-fondi aktar flessibbli;

13.  Jitlob aktar fondi biex jiġi miġġieled il-fenomenu tar-radikalizzazzjoni li jwassal għall-estremiżmu vjolenti fl-Unjoni; iqis li dan jista' jsir billi nippromwovu l-integrazzjoni u niġġieldu kontra d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu u l-ksenofobija.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

31.8.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

9

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Malin Björk, Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Frank Engel, Raymond Finch, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Sophia in ‘t Veld, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Claude Moraes, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Maria Grapini, Anna Hedh, Petr Ježek, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

André Elissen, Rosa Estaràs Ferragut, Arndt Kohn, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Philippe Lamberts, Adam Szejnfeld, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

40

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Petr Ježek, Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld

ECR

Daniel Dalton, Helga Stevens, Branislav Škripek

PPE

Frank Engel, Rosa Estaràs Ferragut, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jeroen Lenaers, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Roberta Metsola, Adam Szejnfeld, Csaba Sógor, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Traian Ungureanu, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Bogdan Brunon Wenta, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Ana Gomes, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Arndt Kohn, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Soraya Post, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Julie Ward, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Jan Philipp Albrecht, Philippe Lamberts, Judith Sargentini

9

-

EFDD

Raymond Finch, Kristina Winberg

ENF

André Elissen, Auke Zijlstra

GUE/NGL

Marina Albiol Guzmán, Malin Björk, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

NI

Udo Voigt

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

  Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).

(2)

  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (13.7.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2017/2044(BUD))

Rapporteur: Danuta Maria Hübner

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota l-proposta tal-Kummissjoni għal tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-Intestatura 3 ta' 18,9 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' 21,7 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament meta mqabbla mal-baġit tal-2017, li għadu xi ftit ogħla mill-ammont inizjalment ipprogrammat għal din is-sena; jinnota li l-Kummissjoni ma tipprevedi ebda marġni fl-Intestatura 3 u jipproponi li timmobilizza l-Istrument ta' Flessibilità għall-ammont ta' EUR 817,1 miljun sabiex jinżamm livell biżżejjed ta' finanzjament fl-oqsma tal-migrazzjoni u s-sigurtà għall-2018;

2.  Jilqa' b'mod partikolari ż-żieda proposta ta' 4,2 % fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' 8,6 % fl-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" u ż-żieda ta' 1,2 % fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-programm "Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza", meta mqabbel mal-baġit tal-2017, peress li dawn il-programmi jikkontribwixxu għat-titjib tal-parteċipazzjoni ċivika ġenerali fil-politiki tal-Unjoni u l-eżerċizzju tad-drittijiet li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni; f’dan ir-rigward, jimpenja ruħu li, flimkien mal-Kummissjoni, isaħħaħ id-djalogu strutturali bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili Ewropea;

3.  Jinnota tnaqqis ta' EUR 100 000 fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE), u jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti biex jiġi mħeġġeġ l-użu ta' dan l-istrument, li jikkostitwixxi għodda siewja ta' demokrazija parteċipattiva;

4.  Jieħu nota taż-żieda fil-finanzjament għall-azzjonijiet ta' komunikazzjoni b' 0,2 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u bi 2,1 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament, u jiddispjaċih li ż-żieda mhijiex aktar sostanzjali, speċjalment fid-dawl tal-importanza tas-sena 2018 għall-komunikazzjoni maċ-ċittadini bi tħejjija għall-elezzjonijiet Ewropej fl-2019, u meta titqies ir-rabta bejn dan il-finanzjament u l-iżgurar ta' dibattitu pubbliku wiesa' u l-involviment taċ-ċittadini u tal-parlamenti nazzjonali fid-diskussjoni dwar il-futur tal-Ewropa b'reazzjoni għall-White Paper tal-Kummissjoni ppreżentata aktar kmieni din is-sena;

5.  Jistieden lill-Bureau tiegħu u lill-Kummissjoni jwettqu żieda adegwata fir-riżorsi tal-Unità tat-Trasparenza fi ħdan il-Parlament Ewropew u s-Segretarjat Komuni tar-Reġistru ta' Trasparenza;

6.  Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni kontinwament tuża flus mil-linji baġitarji eżistenti għall-finanzjament tal-fondi maħluqa ġodda, li huma barra mill-baġit tal-Unjoni u li għalhekk mhumiex suġġetti għall-iskrutinju parlamentari;

7.  Jenfasizza l-bżonn ta' approċċ baġitarju koerenti għall-forniment ta' informazzjoni dwar ir-rilevanza tal-elezzjonijiet Ewropej; jitlob għalhekk għal kampanja biex iċ-ċittadini jiġu mgħarrfa dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew bħala l-istituzzjoni li tirrappreżentahom direttament fil-livell Ewropew, dwar id-drittijiet elettorali tagħhom, dwar id-dimensjoni Ewropea tal-vot tagħhom u dwar ir-rabta bejn il-vot tagħhom u l-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

12.7.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michał Boni, Mercedes Bresso, Elmar Brok, Richard Corbett, Pascal Durand, Danuta Maria Hübner, Diane James, Ramón Jáuregui Atondo, Morten Messerschmidt, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Markus Pieper, Helmut Scholz, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Barbara Spinelli, Claudia Țapardel, Josep-Maria Terricabras, Kazimierz Michał Ujazdowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Cristian Dan Preda, Jasenko Selimovic, Rainer Wieland

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pál Csáky

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ALDE

Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Jasenko Selimovic

GUE/NGL

Helmut Scholz, Barbara Spinelli

PPE

Michał Boni, Elmar Brok, Pál Csáky, Danuta Maria Hübner, Markus Pieper, Cristian Dan Preda, György Schöpflin, Rainer Wieland

S&D

Mercedes Bresso, Richard Corbett, Ramón Jáuregui Atondo, Pedro Silva Pereira, Claudia Țapardel

VERTS/ALE

Pascal Durand, Josep-Maria Terricabras

4

-

ECR

Morten Messerschmidt, Kazimierz Michał Ujazdowski

ENF

Gerolf Annemans

NI

Diane James

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet


OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (27.9.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2017/2044(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Barbara Matera

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija wieħed mill-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea u li l-Unjoni tippromwovi;

B.  billi l-Parlament Ewropew ripetutament talab li l-objettiv speċifiku Daphne tal-Programm tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza għall-ħarsien tan-nisa u l-bniet mill-vjolenza ikollu finanzjament suffiċjenti u jingħata kemm jista' jkun prominenza;

C.  billi wieħed mill-objettivi ewlenin tal-2018 tal-abbozz ta' baġit ġenerali għall-Unjoni Ewropea huwa l-investiment strateġiku u t-tkabbir sostenibbli sabiex jiġu appoġġati l-koeżjoni ekonomika u l-ħolqien tal-impjiegi, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ; billi, f'dan ir-rigward, huwa importanti li wieħed jiffoka wkoll fuq it-tisħiħ tal-potenzjal tan-nisa fis-setturi kollha tal-ekonomija, u dan jinkludi l-ekonomija diġitali, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) u x-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM); billi, b'enfasi speċifika fuq il-ġeneri f'dawk l-oqsma, jeħtieġ li jiġu indirizzati d-distakk sinifikanti bejn in-nisa u l-irġiel u d-defiċit ta' ħiliet fl-ICT u fis-setturi STEM fl-Unjoni kollha;

D.  billi l-aċċess għas-servizzi pubbliċi huwa kruċjali biex in-nisa jkollhom indipendenza ekonomika u tissaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom, filwaqt li s-servizzi pubbliċi jibqgħu settur importanti tal-impjieg għan-nisa;

1.  Jafferma mill-ġdid it-talba tiegħu li l-ibbaġitjar skont il-ġeneru jintuża fil-proċedura baġitarja u li n-nefqa baġitarja tintuża bħala għodda effettiva għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; ifakkar li l-ibbaġitjar skont il-ġeneru huwa metodoloġija li jeħtieġ tiġi applikata għal-linji baġitarji kollha tal-Unjoni, u mhux biss għal dawk il-programmi fejn l-implikazzjonijiet għal impatt fuq il-ġeneri jidher li huma l-aktar rilevanti;

2.  Jirrakkomanda l-iżvilupp ta' pjan baġitarju għall-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni; ifakkar li l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi hija obbligu legali li jirriżulta direttament mit-Trattati;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu r-riżorsi għall-objettiv speċifiku Daphne skont l-allokazzjonijiet tal-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti u, fil-perspettiva tat-tħejjija għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, li jkun hemm linja baġitarja separata għal dan l-objettiv speċifiku; dan minħabba li l-miri tal-ugwaljanza bejn is-sessi sikwit jiġu assorbiti minn miri oħra tal-politika li jiġu indirizzati fl-istess linja baġitarja;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa għal finanzjament għall-appoġġ speċifiku tal-aktar nisa u bniet vulnerabbli fis-soċjetà tagħna; b'mod partikulari nisa b'diżabilità, rifuġjati u vittmi ta' traffikar u ta' abbuż;

5.  Jitlob li jkun hemm allokazzjonijiet li jappoġġaw l-intraprenditorija tan-nisa u li jiżguraw u jinkoraġġixxu l-aċċess tan-nisa għal self u finanzjament tal-ekwità permezz ta' programmi u fondi tal-Unjoni, bħal COSME, Orizzont 2020 u l-Fond Soċjali Ewropew;

6.  Jilqa' t-tkomplija tal-finanzjament għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; jappella li tkun żgurata parteċipazzjoni ndaqs għall-bniet u n-nisa żgħażagħ fil-miżuri koperti b'dik l-inizjattiva u li tingħata attenzjoni speċjali lil offerti ta' kwalità ta' taħriġ u impjiegi għalihom, inkluż fl-ekonomija diġitalizzata, l-ICT u s-setturi STEM;

7.  Jieħu nota taż-żieda żgħira proposta fl-allokazzjonijiet baġitarji għall-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE); jenfasizza li kwalunkwe osservatorju Ewropew ġejjieni dwar il-feminiċidju jew il-vjolenza kontra n-nisa għandu jinħoloq fi ħdan l-EIGE, sabiex l-għarfien espert tiegħu u r-riżorsi disponibbli jkunu jistgħu jintużaw b'mod effiċjenti u sinerġistiku; jitlob li l-baġit u l-organigramma tiegħu jiżdiedu sabiex l-istitut ikun jista' jwettaq dawn il-kompiti ġodda;

8.  Jiddeplora l-fatt li l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi ma jinkludix perspettiva ta' ugwaljanza bejn is-sessi u jenfasizza li proċess ta' rkupru li jirnexxi mhuwiex possibbli mingħajr ma jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżijiet fuq in-nisa;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.9.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Malin Björk, Vilija Blinkevičiūtė, Arne Gericke, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Angelika Mlinar, Marijana Petir, Terry Reintke, Ángela Vallina, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Anna Záborská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Forenza, Edouard Martin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marie-Christine Arnautu, Jane Collins, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Axel Voss, Tiemo Wölken

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

13

+

ALDE

Angelika Mlinar

GUE/NGL

Malin Björk, Eleonora Forenza, Ángela Vallina

PPE

Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Axel Voss, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

S&D

Maria Arena, Vilija Blinkevičiūtė, David Martin, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Tiemo Wölken

Verts/ALE

Terry Reintke

3

-

ECR

Arne Gericke

EFDD

Jane Collins

ENF

Marie-Christine Arnautu

2

0

PPE

Marijana Petir, Anna Záborská

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Date adopted

10.10.2017

 

 

 

Result of final vote

+:

–:

0:

30

6

2

Members present for the final vote

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Urmas Paet, Pina Picierno, Răzvan Popa, Paul Rübig, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni, Stanisław Żółtek

Substitutes present for the final vote

Anneli Jäätteenmäki, Andrey Novakov, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský

Substitutes under Rule 200(2) present for the final vote

Marie-Pierre Vieu, Auke Zijlstra


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

30

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Gérard Deprez, Anneli Jäätteenmäki, Urmas Paet

GUE/NGL

Liadh Ní Riada

PPE

Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov Jan Olbrycht, Paul Rübig, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, John Howarth, Pina Picierno, Răzvan Popa, Manuel dos Santos, Isabelle Thomas, Derek Vaughan, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

Verts/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

6

-

ECR

Bernd Kölmel

EFDD

Jonathan Arnott

ENF

Marco Zanni, Auke Zijlstra, Stanisław Żółtek

NI

Eleftherios Synadinos

2

0

ECR

Richard Ashworth

GUE/NGL

Marie-Pierre Vieu

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali