Proċedura : 2016/0389(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0300/2017

Testi mressqa :

A8-0300/2017

Dibattiti :

PV 02/07/2018 - 16
CRE 02/07/2018 - 16

Votazzjonijiet :

PV 03/07/2018 - 11.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0276

RAPPORT     ***I
PDF 778kWORD 83k
12.10.2017
PE 604.520v02-00 A8-0300/2017

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011

(COM(2016)0786 – C8-0514/2016 – 2016/0389(COD))

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Rapporteur: Viorica Dăncilă

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011

(COM(2016)0786 – C8-0514/2016 – 2016/0389(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0786),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0514/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0300/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-programm ta' stħarriġ Ewropew dwar l-istruttura ta' azjendi agrikoli, li ilhu jitwettaq fl-Unjoni mill-1966 għandu jitkompla biex ikunu eżaminati x-xejriet fl-istruttura ta' azjendi agrikoli fil-livell tal-Unjoni u biex tkun provduta l-bażi ta' għarfien statistiku meħtieġ għat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' politiki relatati, b'mod partikolari l-Politika Agrikola Komuni u l-politiki dwar l-ambjent, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu.

(2)  Il-programm ta' stħarriġ Ewropew dwar l-istruttura ta' azjendi agrikoli, li ilu jitwettaq fl-Unjoni mill-1966, għandu jitkompla biex ikunu eżaminati x-xejriet fl-istruttura ta' azjendi agrikoli fil-livell tal-Unjoni u biex tkun provduta l-bażi ta' għarfien statistiku meħtieġ għat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rieżami ta' politiki relatati, b'mod partikolari l-Politika Agrikola Komuni (PAK), inklużi l-miżuri ta' żvilupp rurali, u l-politiki tal-Unjoni dwar l-ambjent, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu kif ukoll dawk dwar l-użu tal-art, u xi Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli. Tali bażi ta' għarfien hija meħtieġa wkoll sabiex jiġi stmat l-impatt ta' dawn il-politiki fuq il-forza tax-xogħol femminili fl-azjendi agrikoli.

 

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Il-ġbir ta' dejta statistika, b'mod partikolari l-istħarriġ tal-istruttura tal-farms, jenħtieġ li jfittex li jinforma l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'dejta aġġornata fil-perspettiva ta' riformi ġejjiena tal-PAK.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Il-koerenza u l-kompatibbiltà tad-dejta u l-uniformità tal-formati tar-rapportar huma prerekwiżiti għat-tħejjija tal-istatistiki agrikoli tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-effiċjenza tal-proċeduri tal-ġbir, ipproċessar u tixrid u l-kwalità tar-riżultati.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)  Dan jenfasizza l-ħtieġa li l-kontenut tal-ġbir tad-dejta jintgħażel b'mod konsistenti mal-għan tat-tfassil ta' miżuri għall-iżvilupp agrikolu u rurali aktar immirati u effettivi li jqisu, bħala kwistjoni ta' prijorità, il-ħtiġijiet tal-produtturi u tal-konsumaturi fl-Unjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Ir-rekords tad-dejta statistika dwar l-azjendi agrikoli jippermettu tabulazzjoni trasversali tad-dejta ċentrali u d-dejta tal-moduli, u b'hekk jingħata lok għas-sejba tal-informazzjoni abbażi ta' varjabbli bħall-ġens tal-amministrattur tal-azjenda agrikola, l-età ta' dak il-maniġer, l-istruttura tas-sjieda u d-daqs tal-azjenda u l-adozzjoni ta' miżuri ambjentali. Diżaggregazzjoni tar-riżultati se tkun possibbli għall-kriterji inklużi fid-dejta bażika u għal taħlitiet ta' kriterji.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Il-ġbir ta' informazzjoni dwar is-sena tat-twelid, is-sena meta ġie kklassifikat bħala l-maniġer tal-azjenda u l-ġeneru jista' jipprovdi dejta għall-iżvilupp ta' azzjonijiet fir-rigward ta' tiġdid ġenerazzjonali u aspetti relatati mal-ġeneru.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7c)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel disponibbli fuq l-internet dejta kumparabbli lesta għall-użu u tabulata trasversalment mill-Istati Membri kollha, inkluża informazzjoni speċifika għall-ġeneri, fost aspetti oħra. Tali dejta jeħtieġ tkun ippreżentata b'mod li jiffaċilita l-użu.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 7d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7d)  Il-koerenza u l-kompatibbiltà tad-dejta u l-uniformità tal-formati tar-rapportar huma prerekwiżiti għat-tħejjija tal-istatistiki agrikoli tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-effiċjenza tal-proċeduri tal-ġbir, ipproċessar u tixrid u l-kwalità tar-riżultati.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  L-Istati Membri li fihom il-perjodi ta' ħidma ta' riċerka għas-sena ta' referenza tal-istħarriġ 2020 jikkoinċidaw mal-ħidma ppjanata għaċ-ċensiment ta' 10 snin tal-popolazzjoni jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jmexxu l-istħarriġ agrikolu 'l quddiem b'sena sabiex jiġi evitat il-piż kbir tat-twettiq ta' dawn iż-żewġ studji kbar fl-istess ħin.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Biex ikun evitat li jitqiegħed piż bla bżonn fuq l-azjendi agrikoli u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, għandhom jiġu stabbiliti limiti massimi li jeskludu unitajiet ta' stħarriġ mhux rilevanti mill-entitajiet bażiċi fir-rigward ta' liema statistika trid tinġabar.

(9)  Huwa importanti li jkunu evitati piżijiet u spejjeż bla bżonn għall-azjendi agrikoli u l-amministrazzjonijiet nazzjonali meta jimplimentaw dan ir-Regolament. F'dan ir-rigward, għandhom jiġu stabbiliti limiti massimi li jeskludu unitajiet ta' stħarriġ mhux rilevanti mill-entitajiet bażiċi fir-rigward ta' liema statistika trid tinġabar. Fl-istess ħin, huwa importanti, għat-tfassil ta' azzjoni tal-politika effettiva biex tappoġġa u żżomm l-istrutturi ta' azjendi agrikoli żgħar, li tintalab ukoll dejta dwar il-farms ta' dan id-daqs.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Huwa essenzjali li jiġi minimizzat il-piż amministrattiv fuq l-impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, li jaf ma jkollhomx ir-riżorsi prattiċi u organizzattivi meħtieġa sabiex ilaħħqu ma' ġbir ta' dejta frekwenti u dettaljat iżżejjed.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Jeħtieġ li wieħed ikun jista' jiddistingwi azjendi agrikoli bi sjieda multinazzjonali - kemm dawk fi ħdan l-Unjoni, jiġifieri dawk li jkollhom sidien minn żewġ Stati Membri jew iktar u kemm dawk bi sjieda li testendi barra mill-Unjoni - minn azjendi agrikoli li s-sidien tagħhom huma persuni fiżiċi jew ġuridiċi fi Stat Membru wieħed.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Biex jitnaqqas il-piż fuq il-parteċipanti, l-Uffiċċji Nazzjonali tal-Istatistika (NSIs) u awtoritajiet nazzjonali oħra għandu jkollhom aċċess għal dejta amministrattiva, sal-punt li dik id-dejta hija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea.

(11)  Biex jitnaqqas il-piż fuq il-parteċipanti, l-Uffiċċji Nazzjonali tal-Istatistika (NSIs) u awtoritajiet nazzjonali oħra għandu jkollhom aċċess għal dejta amministrattiva, sal-punt li dik id-dejta hija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea. Sabiex tinġabar din id-dejta, l-Uffiċċji Nazzjonali tal-Istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra jenħtieġ li bl-ebda mod ma jużaw mezzi sproporzjonati, bħal pereżempju l-introduzzjoni ta' multi għal bdiewa li mhumiex lesti li jassistu stħarriġ.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  L-Istati Membri jew awtoritajiet nazzjonali responsabbli għandhom jagħmlu ħilithom biex jissimplifikaw il-ġbir ta' statistiki mill-azjendi agrikoli safejn ikun possibbli. L-użu ta' soluzzjonijiet diġitali f'dan ir-rigward jenħtieġ li jkun promoss.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Għall-finijiet ta' flessibbiltà għas-sistema Ewropea tal-istatistika agrikola, u s-simplifikazzjoni u l-immodernizzar tal-istatistika agrikola, il-varjabbli li għandhom jinġabru għandhom jiġi allokati għal gruppi ta' ġbir differenti (dejta u moduli ċentrali) li jvarjaw fil-frekwenza jew fir-rappreżentattività, jew it-tnejn.

(12)  Għall-finijiet ta' flessibbiltà għas-sistema Ewropea tal-istatistika agrikola, u s-simplifikazzjoni u l-immodernizzar tal-istatistika agrikola, il-varjabbli li għandhom jinġabru għandhom jiġi allokati għal gruppi ta' ġbir differenti (dejta u moduli ċentrali) li jvarjaw fil-frekwenza jew fir-rappreżentattività, jew it-tnejn. L-Istati Membri m'għandhomx iġiegħlu lill-bdiewa jieħdu sehem fi stħarriġ biex jiżguraw ir-rappreżentanza tagħhom permezz ta' mezzi sproporzjonati, bħal pereżempju multi.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  L-aspetti ekonomiċi ta' dan ir-Regolament jeħtieġ li jiġu rieżaminati għall-perjodu post-2020 billi jitqies il-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid u tibdiliet oħra relevanti għall-istrumenti tal-Unjoni. Abbażi ta' dak ir-rieżami, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi bidliet rilevanti għal dan ir-Regolament.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tad-deskrizzjonijiet ta' karatteristiċi elenkati fl-Anness III u l-elementi tad-dejta li għandhom jiġu provduti, fejn tiġi definita l-informazzjoni li għandha tiġi provduta fuq bażi ad hoc, kif ukoll jiġu stabbiliti l-modalitajiet u l-kontenut tar-rapporti ta' kwalità. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 tas-16 ta' Frar 2011.

(24)  Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tad-deskrizzjonijiet ta' karatteristiċi elenkati fl-Anness III u l-elementi tekniċi tad-dejta li għandhom jiġu provduti, kif ukoll biex jiġu stabbiliti l-modalitajiet u l-kontenut tar-rapporti ta' kwalità. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 tas-16 ta' Frar 2011. Meta teżerċita din is-setgħa, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis aspetti bħall-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi fuq l-azjendi agrikoli u l-Istati Membri.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Biex jittieħed kont tal-ħtiġijiet tad-dejta li qed jitfaċċaw u li prinċipalment jirriżultaw minn żviluppi ġodda fl-agrikoltura, leġiżlazzjoni riveduta u prijoritajiet tal-politika li qed jinbidlu, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tas-suġġetti dettaljati elenkati fl-Anness IV. Sabiex tipprovdi għall-kumpatibbilità u tiffaċilita l-użu ta' sorsi oħra ta' dejta, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-karatteristiċi elenkati fl-Anness III. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u li l-esperti tagħhom ikollhom sistematikament aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jieħdu ħsieb it-tħejjija tal-atti delegati.

(25)  Biex jittieħed kont tal-ħtiġijiet tad-dejta li qed jitfaċċaw u li prinċipalment jirriżultaw minn żviluppi ġodda fl-agrikoltura, leġiżlazzjoni riveduta u prijoritajiet tal-politika li qed jinbidlu, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tas-suġġetti dettaljati elenkati fl-Anness IV u għall-finijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fuq bażi ad-hoc kif stabbilit fl-Artikolu 9. Sabiex tipprovdi għall-kumpatibbilità u tiffaċilita l-użu ta' sorsi oħra ta' dejta, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-karatteristiċi elenkati fl-Anness III. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u li l-esperti tagħhom ikollhom sistematikament aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jieħdu ħsieb it-tħejjija tal-atti delegati. Meta teżerċita din is-setgħa, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis aspetti bħall-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi fuq l-azjendi agrikoli u l-Istati Membri.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sabiex jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta rappreżentattiva tal-azjendi agrikoli u l-unitajiet agrikoli tal-art komuni li jissodisfaw mill-inqas waħda mil-limiti massimi fiżiċi elenkati fl-Anness II fir-rigward tad-daqs tal-art agrikola jew in-numru ta' annimali.

2.  Sabiex jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta rappreżentattiva tal-azjendi agrikoli u l-unitajiet agrikoli tal-art komuni li jissodisfaw mill-inqas waħda mil-limiti massimi fiżiċi elenkati fl-Anness II fir-rigward tad-daqs tal-art agrikola jew in-numru ta' annimali. Meta jiġbru din id-dejta, l-Istati Membri m'għandhomx jużaw miżuri sproporzjonati, bħal pereżempju l-introduzzjoni ta' multi, sabiex jiksbu l-livell mixtieq ta' rappreżentanza.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn il-qafas tal-istħarriġ prinċipali speċifikat taħt il-paragrafu 2 ma jirrappreżentax 98 % tal-erja agrikola utilizzata u 98 % tal-unitajiet ta' bhejjem, l-Istati Membri għandhom jestendu l-qafas billi jistabbilixxu limiti massimi aktar baxxi minn dawk imsemmija fil-paragrafu 2 jew billi jistabbilixxu limiti massimi addizzjonali, jew it-tnejn.

4.  Fejn il-qafas tal-istħarriġ prinċipali speċifikat taħt il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma jirrappreżentax 98 % tal-erja agrikola utilizzata u 98 % tal-unitajiet ta' bhejjem, l-Istati Membri għandhom jestendu l-qafas skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 billi jistabbilixxu limiti massimi aktar baxxi minn dawk imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jew billi jistabbilixxu limiti massimi addizzjonali, jew it-tnejn.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiġbru u jipprovdu dejta strutturali ċentrali ("dejta ċentrali") relatata mal-azjendi agrikoli msemmija fil-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 3, għas-snin ta' referenza tal-istħarriġ 2020, 2023 u 2026 kif elenkati fl-Anness III. Il-ġbir tad-dejta ċentrali għas-sena ta' referenza tal-istħarriġ 2020 għandu jsir bħala ċensiment.

1.  L-Istati Membri għandhom jiġbru u jipprovdu dejta strutturali ċentrali ("dejta ċentrali") relatata mal-azjendi agrikoli msemmija fil-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 3, għas-snin ta' referenza tal-istħarriġ 2020, 2023 u 2026 kif elenkati fl-Anness III. Il-ġbir tad-dejta ċentrali għas-sena ta' referenza tal-istħarriġ 2020 għandu jsir bħala ċensiment. Id-dejta tal-applikazzjonijiet annwali kif verifikata mis-SIAK għandha wkoll titqies bħala sors ta' dejta.

Ġustifikazzjoni

SIAK = Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll Abbażi tad-dejta tal-applikazzjonijiet mimlija mill-benefiċjarji tal-PAK, din id-dejta tiġi kontroverifikata ma' oqsma ta' referenza u fiha nnifisha, sabiex tiġi verifikata d-dejta li tista' tintuża, mhux biss id-dikjarazzjonijiet tal-applikanti.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Dejta dwar ħlasijiet ta' għajnuna taħt il-PAK

 

L-Istati Membri, permezz tal-korpi li jamministraw il-pagamenti mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR), għandhom jiġbru mid-dokumenti li jittrattaw l-għoti tal-għajnuna diretta l-informazzjoni amministrattiva meħtieġa sabiex tiġi vvalutata sew l-effikaċja tal-istrumenti użati u tkun provduta bażi għal deċiżjonijiet tal-politika futuri.

 

Il-korpi li jamministraw il-pagamenti mill-FAEG u mill-FAEŻR f’kull Stat Membru għandhom:

 

(a) iwettqu analiżi tal-istatistika tal-informazzjoni dwar il-pagamenti, li taggrega d-dejta dwar il-volum ta' pagamenti ta’ għajnuna, iż-żona involuta u l-għadd ta’ benefiċjarji għal kull reġjun, abbażi tat-tip ta’ miżura u l-livelli ta’ għajnuna riċevuta;

 

(b) jgħaddu r-riżultati aggregati lis-servizzi tal-istatistika tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Id-dejta dwar il-ħlas ta' għajnuniet taħt il-PAK tikkostitwixxi sors validu ta' statistika li fil-preżent b'mod ġenerali jiġi injorat u li l-użu tiegħu jiġġenera spejjeż addizzjonali minimi.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-dejta dwar l-azjendi agrikoli fl-estensjoni tal-qafas tista' tinġabar billi jsir stħarriġ kampjunarju. F'dak il-każ l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati tal-istħarriġ ipponderati jkunu statistikament rappreżentattivi tal-azjendi agrikoli f'kull reġjun u mfassla biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' preċiżjoni stabbiliti fl-Anness V.

2.  Id-dejta dwar l-azjendi agrikoli fl-estensjoni tal-qafas tista' tinġabar billi jsir stħarriġ kampjunarju. F'dak il-każ l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati tal-istħarriġ ipponderati jkunu statistikament rappreżentattivi tal-azjendi agrikoli f'kull reġjun u mfassla biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' preċiżjoni stabbiliti fl-Anness V. L-istruttura tal-kampjuni għandha tkun suġġetta għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni (Eurostat). Meta jiġbru din id-dejta, l-Istati Membri m'għandhomx jużaw miżuri sproporzjonati, bħal pereżempju l-introduzzjoni ta' multi, sabiex jiksbu l-livell mixtieq ta' rappreżentanza.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-modulu "Prattiki ta' ġestjoni tal-ħamrija" għall-2023;

(e)  il-modulu "Prattiki ta' ekoloġizzazzjoni u ta' ġestjoni tal-ħamrija" għall-2023;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għas-snin 2023 u 2026 il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 fir-rigward ta' emendi tas-suġġetti dettaljati elenkati fl-Anness IV. Fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha l-Kummissjoni għandha tiżgura li dawk l-atti delegati ma jimponux piż jew kost addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq il-parteċipanti, u li massimu ta' 25 %, imqarreb għall-eqreb valur sħiħ, tas-suġġetti dettaljati elenkati fl-Anness IV jinbidel għal kull modulu b'atti delegati.

3.  Għas-snin 2023 u 2026 il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 fir-rigward ta' emendi tas-suġġetti dettaljati elenkati fl-Anness IV. Fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha l-Kummissjoni għandha tiżgura li dawk l-atti delegati ma jimponux piż jew kost addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq il-parteċipanti u jipprovdu ġustifikazzjoni sħiħa f'dan ir-rigward, u li massimu ta' 25 %, imqarreb għall-eqreb valur sħiħ, tas-suġġetti dettaljati elenkati fl-Anness IV jinbidel għal kull modulu b'atti delegati.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ta' implimentazzjoni bil-għan li tkun speċifikata l-informazzjoni li għandha tiġi provduta fuq bażi ad hoc billi jiġu provduti:

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 bil-għan li tkun speċifikata l-informazzjoni, jekk tali informazzjoni titqies meħtieġa, li għandha tiġi provduta fuq bażi ad hoc billi jiġu provduti:

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  lista ta' karatteristiċi li ma taqbiżx l-40 varjabbli li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni (Eurostat) u l-unitajiet ta' kejl korrispondenti;

(a)  lista ta' karatteristiċi li ma taqbiżx 40 varjabbli u r-raġunijiet għal dawk il-ħtiġijiet addizzjonali tal-istatistika, li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat), u l-unitajiet ta' kejl korrispondenti;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2) sa mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel il-bidu tas-sena ta' referenza tal-istħarriġ.

2.  Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel il-bidu tas-sena ta' referenza tal-istħarriġ. Matul it-tħejjija ta' tali atti delegati għandhom jitqiesu l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi potenzjali żejda għall-azjendi agrikoli u għall-Istati Membri.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  Għall-karatteristiċi l-oħra kollha, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jum ta' referenza komuni fis-sena ta' referenza tal-istħarriġ.

(f)  Għall-karatteristiċi l-oħra kollha, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jum ta' referenza komuni fis-sena ta' referenza tal-istħarriġ. Dak il-jum ta' referenza għandu jkun koerenti mal-qafas ta' żmien tad-dikjarazzjonijiet tal-artijiet fl-applikazzjoni tas-SIAK.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura osservanza tal-istess standards ta' kwalità u trasparenza fil-ġbir u l-pubblikazzjoni ta' din id-dejta tal-istatistika.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura ġbir fil-ħin u pubblikazzjoni tad-dejta riċevuta. Din id-dejta għandha tkun ippreżentata b'mod li jinkludi tqassim tal-istatistika rilevanti għal kull Stat Membru kif ukoll it-tendenzi ġenerali.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  Id-dejta u l-istatistika kkollazjonata għandhom jiġu ppubblikati u magħmula disponibbli b'mod trasparenti għal dawk li jfasslu l-politika u għall-membri tal-pubbliku.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Għall-ġbir tad-dejta ad hoc speċifikat fl-Artikolu 9, l-Unjoni tista' tipprovdi għotjiet lill-istituti tal-istatistika nazzjonali u lil awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, biex ikopru l-kost tal-implimentazzjoni ta' ġbir ta' dejta ad hoc. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż id-90 % tal-kostijiet eliġibbli.

6.  Għall-ġbir tad-dejta ad hoc speċifikat fl-Artikolu 9, l-Unjoni għandha tipprovdi għotjiet lill-istituti tal-istatistika nazzjonali u lil awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, biex ikopru l-kost tal-implimentazzjoni ta' ġbir ta' dejta ad hoc. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż id-90 % tal-kostijiet eliġibbli.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(6) u l-Artikolu 8(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data preċiża tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(6), l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 9(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' durata identika, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew, fl-atti leġiżlattivi kollha, isegwi l-prinċipju li d-delega tas-setgħat tingħata lill-Kummissjoni Ewropea għal perjodu ta' żmien fiss.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 17a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17a

 

Deroga rigward is-sena ta' referenza tal-istħarriġ għall-Greċja, Spanja u l-Portugall

 

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(1) u (5), l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 12(1), l-Artikolu 13(4) u l-Artikolu 14(1), ir-referenzi għas-sena ta' referenza tal-istħarriġ 2020 għandhom jinqraw bħala s-sena ta' referenza tal-istħarriġ 2019 fir-rigward tal-Greċja, Spanja u l-Portugall.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Anness III – Karatteristiċi Ġenerali – Personalità ġuridika tal-azjenda – ringiela 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

Emenda

Id-detentur huwa kklassifikat bħala Bidwi Żagħżugħ jew Bidwi li Għadu Jibda Fil-Biedja fit-tifsira tal-Artikolu 50(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

iva/le

Emenda    37

Proposta għal regolament

Anness III – Karatteristiċi Ġenerali – Personalità ġuridika tal-azjenda – ringiela 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

 

Emenda

Sjieda kondiviża

iva/le

Emenda    38

Proposta għal regolament

Anness III – Karatteristiċi Ġenerali – Amministratur tal-azjenda – ringiela 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

Emenda

Is-sena meta ġie klassifikat bħala l-maniġer tal-azjenda

sena

Emenda    39

Proposta għal regolament

Anness III – Karatteristiċi tal-art – Erja agrikola użata (EAU) – Raba' – Ċereali għall-produzzjoni tal-ħabba (inkluża ż-żerriegħa) – ringiela 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Qamħ komuni u spelt

ha

 

Emenda

Qamħ komuni u spelt

ha

ha

Emenda    40

Proposta għal regolament

Anness III – Karatteristiċi tal-art – Erja agrikola użata (EAU) – Raba' – Ċereali għall-produzzjoni tal-ħabba (inkluża ż-żerriegħa) – ringiela 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Qamħ durum

ha

 

Emenda

Qamħ durum

ha

ha

Emenda    41

Proposta għal regolament

Anness III – Karatteristiċi tal-art – Erja agrikola użata (EAU) – Raba' – Għelejjel industrijali – ringiela 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Soja

ha

 

Emenda

Soja

ha

ha

Emenda    42

Proposta għal regolament

Anness III – Karatteristiċi tal-art – Erja agrikola użata (EAU) – Raba' – Pjanti li jinħasdu fi stadju bikri mir-raba' – ringiela 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Pjanti luguminużi maħsuda fi stadju bikri

ha

 

Emenda

Pjanti luguminużi maħsuda fi stadju bikri

ha

ha

Emenda    43

Proposta għal regolament

Anness III – Karatteristiċi tal-art – Art agrikola oħra – ringiela 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

 

Emenda

Art fil-muntanji jew fl-għoljiet

ha

Emenda    44

Proposta għal regolament

Anness III – Karatteristiċi tal-bhejjem – Annimali bovini – Bovini nisa ta' sentejn jew aktar – Baqar – ringiela 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Baqar tal-ħalib

ras

 

Emenda

Baqar tal-ħalib

ras

ras

Emenda    45

Proposta għal regolament

Anness III – Karatteristiċi tal-bhejjem – Annimali bovini – Bovini nisa ta' sentejn jew aktar – Baqar – ringiela 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Baqar mhux tal-ħalib

ras

 

Emenda

Baqar mhux tal-ħalib

ras

ras

Emenda    46

Proposta għal regolament

Anness III – Karatteristiċi tal-bhejjem – Annimali bovini – ringiela 10a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

Emenda

 

 

Bufli nisa

 

ras

 

 

 

Bufli nisa tal-ħalib

ras

 

 

 

Bufli nisa mhux tal-ħalib

ras

Emenda    47

Proposta għal regolament

Anness III – Karatteristiċi tal-bhejjem – Nagħaġ u mogħoż

 

Test propost mill-Kummissjoni

Nagħaġ u mogħoż

 

ras

Emenda

Nagħaġ u mogħoż

 

 

Emenda    48

Proposta għal regolament

Anness III – Karatteristiċi tal-bhejjem – Nagħaġ u mogħoż - Nagħaġ (ta' kull età)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Nagħaġ (ta' kull età)

ras

 

Emenda

Nagħaġ (ta' kull età)

ras

ras

Emenda    49

Proposta għal regolament

Anness III – Karatteristiċi tal-bhejjem – Nagħaġ u mogħoż – Mogħoż (ta' kull età)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Mogħoż (ta' kull età)

ras

 

Emenda

Mogħoż (ta' kull età)

ras

ras

Emenda    50

Proposta għal regolament

Anness III – Karatteristiċi tal-bhejjem – Majjali – ringiela 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Ħnienes, ta' piż ħaj ta' taħt l-20 kg

ras

 

Emenda

Ħnienes, ta' piż ħaj ta' taħt l-20 kg

ras

ras

Emenda    51

Proposta għal regolament

Anness III – Karatteristiċi tal-bhejjem – Tjur – ringiela 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Tiġieġ tas-simna

ras

 

Emenda

Tiġieġ tas-simna

ras

ras

Emenda    52

Proposta għal regolament

Anness III – Karatteristiċi tal-bhejjem – Tjur – ringiela 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Tiġieġ tal-bajd

ras

 

Emenda

Tiġieġ tal-bajd

ras

ras

Emenda    53

Proposta għal regolament

L-Anness IV – Modulu: Forza tax-xogħol u attivitajiet bi qligħ oħra - tema 8a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

 

 

Emenda

 

Aċċidenti relatati mal-farm

Tipi ta' inċidenti;

 

 

Gravità tal-inċident

 

 

Sfond demografiku

Ġustifikazzjoni

Is-sikurezza fil-farms hija kwistjoni kritika. L-għadd ta' aċċidenti fil-farms hu kbir wisq. Dawk li jfasslu l-politika jeħtieġu informazzjoni preċiża dwar il-kawżi tal-inċidenti fil-farms u l-livell ta' riskju meħud fil-farms sabiex jiġu implimentati politiki biex jindirizzaw din il-kwistjoni li għandha prezz soċjali u ekonomika għoli ħafna.

Emenda    54

Proposta għal regolament

L-Anness IV – Modulu: Akkomodazzjoni tal-annimali u l-ġestjoni tad-demel — Faċilitajiet għad-demel — Tema dettaljata 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Miżuri ta' sikurezza

Ġustifikazzjoni

Is-sikurezza fil-farms hija kwistjoni kritika. L-għadd ta' aċċidenti fil-farms hu kbir wisq. Dawk li jfasslu l-politika jeħtieġu informazzjoni preċiża dwar il-kawżi ta' inċidenti fil-farms u l-livell ta' riskju meħud fil-farms sabiex jimplimentaw politiki biex jindirizzaw din il-kwistjoni li għandha prezz soċjali u ekonomika għoli ħafna.

Emenda    55

Proposta għal regolament

L-Anness IV – Modulu: Makkinarju u tagħmir — Makkinarju — Tema dettaljata 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Miżuri ta' sikurezza

Ġustifikazzjoni

Is-sikurezza fil-farms hija kwistjoni kritika. L-għadd ta' aċċidenti fil-farms hu kbir wisq. Dawk li jfasslu l-politika jeħtieġu informazzjoni preċiża dwar il-kawżi ta' inċidenti fil-farms u l-livell ta' riskju meħud fil-farms sabiex jimplimentaw politiki biex jindirizzaw din il-kwistjoni li għandha prezz soċjali u ekonomika għoli ħafna.

Emenda    56

Proposta għal regolament

L-Anness IV – Modulu: Makkinarju u tagħmir — Tagħmir— Tema dettaljata 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Miżuri ta' sikurezza

Ġustifikazzjoni

Is-sikurezza fil-farms hija kwistjoni kritika. L-għadd ta' aċċidenti fil-farms hu kbir wisq. Dawk li jfasslu l-politika jeħtieġu informazzjoni preċiża dwar il-kawżi ta' inċidenti fil-farms u l-livell ta' riskju meħud fil-farms sabiex jimplimentaw politiki biex jindirizzaw din il-kwistjoni li għandha prezz soċjali u ekonomika għoli ħafna.

NOTA SPJEGATTIVA

L-istatistika tal-azjendi agrikoli hija għodda importanti ħafna biex nifhmu l-istat tal-agrikoltura tal-UE, l-effetti tal-politiki agrikoli, l-istat taż-żoni rurali tagħhna u kif inhuma affettwati mit-tibdil fil-klima u mit-tibdil soċjali. L-UE teħtieġ l-informazzjoni l-aktar eżatta possibbli f'dan il-qasam biex tfassal politiki li jkunu ta' ġid għaċ-ċittadini kollha tal-Ewropa. L-agrikoltura tuża kważi nofs l-erja tal-art tal-Unjoni Ewropea u tinsab fil-qalba tal-mudell rurali Ewropew. Għandha impatt kbir fuq it-tibdil fil-klima u fuq l-ambjent u ħafan komunitajiet rurali jiddependu mill-agrikoltura.

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament qafas ġdid għandha l-għan li żżid il-kumparabbiltà u l-koerenza tal-istatistika tal-UE dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli Ewropej, taċċelera t-trażmissjoni tad-dejta u tippermetti li jsir ġbir tad-dejta aktar flessibbli u mmirat li jnaqqas il-piż minn fuq l-azjendi agrikoli fl-UE.

Dan ir-Regolament qafas huwa l-ewwel wieħed minn żewġ regolamenti ta' dan it-tip u jirrigwarda l-Istatistika Integrata tal-Azjendi Agrikoli (IFS, integrated farm statistics) għad-dejta fil-livell tal-azjendi agrikoli bi trażmissjoni ta' mikrodejta u ċ-ċensiment tal-2020. It-tieni Regolament qafas dwar l-istatistika aggregata dwar l-input u l-prodotti agrikoli bid-dejta mogħtija f'tabelli mistenni joħroġ f'dejta aktar tard.

Ir-Regolament dwar Istatistika Integrata tal-Azjendi Agrikoli jistabbilixxi qafas għall-istatistika Ewropea fil-livell tal-azjendi agrikoli u jintegra l-informazzjoni dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli mal-informazzjoni dwar il-metodi ta' produzzjoni, il-miżuri għall-iżvilupp rurali, l-aspetti agroambjentali u kwistjonijiet oħrja relatati permezz ta' sistema flessibbli ta' moduli u stħarriġiet ad hoc marbuta ma' ġabra ewlenija ta' varjabbli. Il-ħtiġijiet ta' dejta huma ssodisfati biċ-ċensiment agrikolu tal-2020 u b'żewġ stħarriġiet ta' kampjuni fl-2023 u fl-2026.

Bħala dawk li jfasslu l-politiki aħna għandna bżonn ta' statistika tajba u ta' informazzjoni rilevanti. Ħafna mir-riżoluzzjonijiet u rapporti fuq inizjattiva proprja l-aktar reċenti tal-Parlament Ewropew jitolbu li jkun hemm dejta aktar eżatta u f'waqtha. Kwistjonijiet li jvarjaw mill-istruttura tal-bilanċ bejn is-sessi fis-settur agrikolu u tal-forza tax-xogħol agrikola, mill-bdiewa żgħażagħ għad-depopolazzjoni rurali, mill-konċentrazzjoni tal-art għal pressjoni ikbar fuq l-art mill-urbanizzazzjoni u ċertament mill-ekoloġizzazzjoni u l-utilizzazzjoni taż-żoni b'fokus ekoloġiku għall-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) huma biss ftit mill-eżempji ta' oqsma fejn statistika tajba hija essenzjali bl-għan li jittieħdu deċiżjonijiet infurmati b'mod mgħallem fil-proċess tat-tfassil tal-politiki.

Dan ir-rapport għandu l-għan li jiżgura li tiġi moqdija l-ħtieġa ta' dejta eżatta u f'waqtha b'mod aċċessibbli filwaqt li l-proċess jinżamm flessibbli u jitnaqqas il-piż minn fuq l-azjendi agrikoli fl-UE u minn fuq l-istituti nazzjonali tal-istatistika.

Sfortunatament iċ-ċensiment Agrikolu jsir kull għaxar snin filwaqt li l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) jiġi ffissat għal intervall ta' seba' snin u għalhekk ir-riformi tal-PAK isegwu l-istess tqassim tal-perjodi. L-aħħar ċensiment agrikolu bħala tali sar fl-2010, qabel l-aħħar riforma u li jmiss se jsir fl-2020 fi tmiem il-QFP u wara li tkun ġiet adottata l-PAK li jmiss. Issa, sfortunatament, ma għadx baqgħalna l-possibbiltà li nippruvaw nissinkronizzaw dawn iċ-ċikli iżda r-Rapporteur tagħkom temmen li għall-ġejjieni jkun importanti li nqisu modi kif niżguraw li l-informazzjoni taċ-ċensimenti jkun disponibbli qabel id-diskussjoni ta' riforma tal-PAK.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Statistika integrata tal-azjendi agrikoli

Referenzi

(COM(2016)0786 – C8-0514/2016 – 2016/0389(COD))

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

9.12.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

15.12.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Viorica Dăncilă

28.2.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, José Bové, Daniel Buda, Nicola Caputo, Matt Carthy, Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Jean-Paul Denanot, Albert Deß, Diane Dodds, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Esther Herranz García, Jan Huitema, Ivan Jakovčić, Philippe Loiseau, Giulia Moi, Ulrike Müller, Maria Noichl, Marijana Petir, Jens Rohde, Bronis Ropė, Maria Lidia Senra Rodríguez, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi, Marc Tarabella, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Brannen, Jens Gieseke, Norbert Lins, Gabriel Mato, Annie Schreijer-Pierik, Vladimir Urutchev, Hilde Vautmans

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Stanisław Ożóg

Data tat-tressiq

12.10.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

35

+

ALDE

Jan Huitema, Ivan Jakovčić, Ulrike Müller, Jens Rohde

ECR

Stanisław Ożóg

EFDD

Giulia Moi, Marco Zullo

GUE/NGL

Matt Carthy, Luke Ming Flanagan, Anja Hazekamp, Maria Lidia Senra Rodríguez

NI

Diane Dodds

PPE

Daniel Buda, Michel Dantin, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Jens Gieseke, Esther Herranz García, Norbert Lins, Gabriel Mato, Marijana Petir, Annie Schreijer-Pierik, Czesław Adam Siekierski, Vladimir Urutchev

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Paul Brannen, Nicola Caputo, Paolo De Castro, Jean-Paul Denanot, Viorica Dăncilă, Maria Noichl, Tibor Szanyi, Marc Tarabella

2

-

EFDD

John Stuart Agnew

ENF

Philippe Loiseau

3

0

VERTS/ALE

José Bové, Martin Häusling, Bronis Ropė

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali