Proċedura : 2016/0286(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0305/2017

Testi mressqa :

A8-0305/2017

Dibattiti :

PV 14/11/2018 - 7
CRE 14/11/2018 - 7

Votazzjonijiet :

PV 14/11/2018 - 14.6

Testi adottati :

P8_TA(2018)0454

RAPPORT     ***I
PDF 1916kWORD 185k
16.10.2017
PE 600.889v01-00 A8-0305/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika

(COM(2016)0591 – C8-0382/2016 – 2016/0286(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Evžen Tošenovský

PR_COD_1amCom

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzju l-Intern
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika

(COM(2016)0591 – C8-0382/2016 – 2016/0286(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0591),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0382/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Jannar 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta' ...(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0305/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(3)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (il-BEREC) u l-Aġenzija ta' Appoġġ għar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (l-Uffiċċju tal-BEREC)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni(5),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Id-Direttiva [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) ("il-Kodiċi tal-Komunikazzjoni Elettronika"), li tistabbilixxi għadd ta' kompiti għall-Korp tar-Regolatori Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika ("il-BEREC"), u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) għandhom l-għan li joħolqu suq intern għall-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni filwaqt li jiżguraw livell għoli ta' investiment, ta' innovazzjoni u ta' protezzjoni tal-konsumaturi permezz ta' tisħiħ fil-kompetizzjoni.

(2)  Fejn jidħol ir-roaming mal-Unjoni kollha, ir-Regolament (KE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), emendat bir-Regolamenti (UE) Nru 2015/2020(9) u (UE) Nru 2017/920(10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jikkumplimenta u jappoġġa r-regoli previsti mill-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika u jistabbilixxi ċerti kompiti għall-BEREC.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 2015/2120, barra minn hekk, jistabbilixxi kompiti addizzjonali għall-BEREC ▌relatati mal-aċċess għall-internet miftuħ ▌.

(3a)  Il-Linji Gwida tal-BEREC dwar l-Implimentazzjoni tar-Regoli dwar in-Newtralità tal-Internet min-naħa tal-NRAs intlaqgħu tajjeb bħala kjarifiki prezzjużi għall-garanzija ta' internet liberu u miftuħ b'saħħtu billi jiżguraw applikazzjoni konsistenti tar-regoli biex jiġi ssalvagwardjat it-trattament indaqs u nondiskriminatorju tat-traffiku fil-forniment tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u tad-drittijiet relatati tal-utenti finali.

(3b)  Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi żgurat l-iżvilupp ta' prattika regolatorja konsistenti u l-applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-Unjoni, il-Kummissjoni stabbilixxiet, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/627/KE, il-Grupp ta' Regolaturi Ewropej(11) biex jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fl-iżvilupp tas-suq intern u, b'mod aktar ġenerali, biex jipprovdi interfaċċa bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (l-"NRAs") u awtoritajiet kompetenti oħra u l-Kummissjoni.

(4)  Il-BEREC u l-Uffiċċju ("l-Uffiċċju tal-BEREC") ġew stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12). Il-BEREC ħa post il-Grupp ta' Regolaturi Ewropej ▌(13) u kellu l-ħsieb li jikkontribwixxi, fuq naħa, għall-iżvilupp u, fuq in-naħa l-oħra, għall-funzjonament aħjar tas-suq intern għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika billi jimmira li jiżgura implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika. Il-BEREC la kien aġenzija tal-Unjoni u lanqas ma kellu personalità ġuridika. Kien jaġixxi bħala forum għall-kooperazzjoni fost l-NRAs, u bejn l-NRAs u l-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tal-firxa sħiħa tar-responsabbiltajiet tagħhom skont il-qafas regolatorju tal-Unjoni. Il-BEREC twaqqaf biex jipprovdi għarfien espert u jaġixxi b'mod indipendenti u trasparenti.

(4a)  Il-BEREC serva wkoll bħala korp ta' riflessjoni, dibattitu u pariri għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika. Il-BEREC, għalhekk, jagħti pariri lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fuq talba tagħhom jew fuq inizjattiva tiegħu stess.

(4b)  L-Uffiċċju tal-BEREC twaqqaf bħala korp Komunitarju b'personalità ġuridika biex iwettaq il-kompiti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1211/2009, b'mod partikolari l-forniment ta' servizzi ta' appoġġ professjonali u amministrattiv lill-BEREC. Sabiex jappoġġa b'mod effiċjenti lill-BEREC, l-Uffiċċju tal-BEREC għandu awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja.

(4c)  Bid-Deċiżjoni 2010/349/UE(14), ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri ddeċidew li l-Uffiċċju tal-BEREC kellu jkollu l-kwartieri ġenerali tiegħu f'Riga. Il-Ftehim dwar is-Sede bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Latvja u l-Uffiċċju tal-BEREC daħal fis-seħħ fil-5 ta' Awwissu 2011. Biex l-Uffiċċju tal-BEREC iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effiċjenti u kosteffikaċi, jista' jkun hemm bżonn jinstab persunal fi Stat Membru ieħor.

(5)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' Mejju 2015 imsejħa "Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa"(15), il-Kummissjoni pprevediet li fl-2016 kienet se tippreżenta proposti għal riforma ambizzjuża tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika li, fost l-oħrajn, tkun tiffoka fuq qafas istituzzjonali regolatorju aktar effettiv ħalli r-regoli tat-telekomunikazzjoni jkunu jaqdu l-iskop tagħhom bħala parti mill-ħidma biex jinħolqu l-kundizzjonijiet it-tajba għas-Suq Uniku Diġitali. Dawn jinkludu l-introduzzjoni ta' netwerks tal-konnettività b'kapaċità kbira ħafna, ġestjoni aktar koordinata tal-ispettru tar-radju għan-netwerks bla fili u t-tiswir ta' kundizzjonijiet ekwi għan-netwerks diġitali avvanzati u s-servizzi innovattivi. Il-Komunikazzjoni tagħraf li billi l-ambjent tas-suq u l-ambjent teknoloġiku qed kulma jmur jinbidlu, hemm bżonn li jissaħħaħ il-qafas istituzzjonali billi jissaħħaħ ir-rwol tal-BEREC.

(6)  Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 imsejħa "Lejn Att dwar is-Suq Uniku Diġitali", il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tintegra aktar is-Suq Uniku Diġitali billi tiżgura li jkun hemm fis-seħħ qafas istituzzjonali aktar effiċjenti. Huwa talab speċifikament lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rwol, il-kapaċità u s-setgħat deċiżjonali tal-BEREC ħalli jkun jista' jrawwem implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika, tkun tista' ssir sorveljanza effikaċi tal-BEREC fejn jidħol l-iżvilupp tas-suq uniku, u jkun jista' jgħin biex jissolva t-tilwim transfruntier. F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew enfasizza wkoll il-ħtieġa li jitjiebu r-riżorsi finanzjarji u umani u li tkompli tissaħħaħ l-istruttura ta' governanza tal-BEREC.

(7)  Il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC taw kontribut pożittiv għal implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika. Madankollu għad hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fejn tidħol il-prassi regolatorja, u dan qed jaffettwa lill-kumpaniji involuti f'negozju transfruntier jew li huma attivi f'għadd sinifikanti ta' Stati Membri, inkluż f'oqsma fejn, għalkemm jeżistu linji gwida tal-BEREC, dawn jistgħu jiġu żviluppati aktar. Biex ikunu żgurati l-kisbiet fl-effiċjenza u s-sinerġiji u biex jingħata kontribut addizzjonali għall-iżvilupp tas-suq intern tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha kif ukoll għall-promozzjoni tal-aċċess għal konnettività tad-dejta b'kapaċità kbira ħafna u tal-adozzjoni tagħha, għall-promozzjoni tal-kompetizzjoni fil-forniment tan-netwerks, tas-servizzi u tal-faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika u għall-promozzjoni tal-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rwol tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC u li jtejjeb l-istruttura ta' governanza tagħhom. Dan jaqbel ukoll mal-ħtieġa li jiġi rifless ir-rwol imsaħħaħ ▌tal-BEREC skont ir-Regolament (KE) Nru 531/2012 ▌, ▌ir-Regolament (UE) Nru 2015/2120 ▌u d-Direttiva [...] ("il-Kodiċi Ewropew tal-Komunikazzjoni Elettronika").

(8)  Il-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika jeħtieġ jiġi applikat b'mod konsistenti fl-Istati Membri kollha ħalli jirnexxi l-iżvilupp ta' suq intern tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha u ħalli jiġu promossi l-aċċess għal konnettività tad-dejta b'kapaċità kbira ħafna u l-adozzjoni tagħha, il-kompetizzjoni fil-forniment tan-netwerks, tas-servizzi u tal-faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika u l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni. Fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, li ħafna drabi jinvolvu dimensjoni transfruntiera akbar, u minħabba l-esperjenza li nkisbet s'issa fl-iżgurar ta' implimentazzjoni konsistenti fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika, hu meħtieġ li wieħed isaħħaħ il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC ▌. Jenħtieġ li l-istrutturi organizzattivi tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC ikunu ssimplifikati u adattati għall-kompiti li se jwettqu. Meta jitqiesu l-proċeduri stabbiliti u s-sett il-ġdid ta' kompiti assenjat lill-BEREC, huwa meħtieġ li jsiru bidliet fl-organizzazzjoni bil-għan li tissaħħaħ l-effikaċja kemm tal-BEREC kif ukoll tal-Uffiċċju tal-BEREC.

(9a)  Sabiex il-BEREC ikun jista' jadotta deċiżjonijiet legalment vinkolanti, jenħtieġ li jkollu personalità ġuridika. Għaldaqstant jenħtieġ li jkun korp tal-Unjoni, rappreżentat mill-President tal-Bord tar-Regolaturi.

(9b)  Jenħtieġ li l-Uffiċċju tal-BEREC ikun indipendenti fejn jidħlu materji operattivi u tekniċi u jkollu awtonomija ġuridika, amministrattiva u finanzjarja. Għal dan il-għan, jenħtieġ u jixraq li l-BEREC ikun korp tal-Unjoni b'personalità ġuridika u li jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu. Bħala aġenzija tal-Unjoni deċentralizzata, jenħtieġ li l-Uffiċċju tal-BEREC jopera skont il-mandat tiegħu u skont il-qafas istituzzjonali eżistenti. Jenħtieġ li ma jitqiesx li jirrappreżenta xi pożizzjoni tal-Unjoni quddiem udjenza barranija jew li jorbot lill-Unjoni b'obbligi legali. L-isem uffiċjali tal-Uffiċċju tal-BEREC jenħtieġ li jinbidel għal "Aġenzija ta' Appoġġ għar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika ("l-Uffiċċju tal-BEREC").

(9c)  Barra minn hekk jenħtieġ li r-regoli li jirregolaw l-Uffiċċju tal-BEREC, fejn xieraq, ikunu allinjati mal-prinċipji tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati ("l-Approċċ Komuni").

(10)  Il-BEREC, bħala korp tekniku b'għarfien espert dwar il-komunikazzjoni elettronika u magħmul minn rappreżentanti tal-NRAs u tal-Kummissjoni, hu fl-aħjar pożizzjoni biex jiġi fdat b'kompiti bħal pereżempju li jiddeċiedi fuq ċerti kwistjonijiet b'dimensjoni transfruntiera, li jikkontribwixxi għal proċeduri effiċjenti tas-suq intern għall-abbozzi tal-miżuri nazzjonali ▌, li jipprovdi l-linji gwida meħtieġa għall-NRAs biex ikunu żgurati kriterji komuni u approċċ regolatorju konsistenti, u li jżomm ċerti reġistri fil-livell tal-Unjoni. ▌

(10a)  Il-kompiti tal-BEREC huma mingħajr preġudizzju għall-kompiti stabbiliti għall-NRAs, li huma l-eqreb tas-swieq tal-komunikazzoni elettronika u l-kundizzjonijiet lokali tagħhom. Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, jenħtieġ li l-BEREC ikompli jiġbor l-għarfien espert tal-NRAs. Sabiex il-BEREC ikun aktar b'saħħtu u aktar rappreżentattiv u biex jissalvagwardja l-għarfien espert, l-esperjenza u l-għarfien tas-sitwazzjoni speċifika mill-firxa sħiħa tas-swieq nazzjonali, jenħtieġ li kull Stat Membru jiżgura li l-NRA tiegħu jkollha r-riżorsi finanzjarji u umani adegwati meħtieġa biex tieħu sehem fil-ħidma tal-BEREC, b'mod partikolari fil-ħidma tal-Gruppi ta' Ħidma u fil-presidenza tal-Bord tar-Regolaturi.

(10b)  Jenħtieġ li l-Uffiċċju tal-BEREC jipprovdi l-appoġġ professjonali u amministrattiv kollu meħtieġ, inkluż dak finanzjarju, organizzattiv u loġistiku, għall-ħidma tal-BEREC.

(10c)  Jenħtieġ li l-Uffiċċju tal-BEREC ikollu persunal adegwat biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu. Il-lista akbar ta' kompiti assenjati lill-BEREC u ż-żieda fil-kumplessità tal-kompiti relatati mal-kontenut pjuttost milli kompiti amministrativi jenħtieġ li jiġu riflessi b'mod xieraq fil-programmazzjoni tar-riżorsi tal-Uffiċċju tal-BEREC. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-kompożizzjoni tar-riżorsi umani tal-Uffiċċju tal-BEREC tirrifletti l-ħtieġa ta' bilanċ adegwat bejn aġenti temporanji u persunal estern.

(11)  Fid-dawl tal-konverġenza dejjem akbar bejn is-setturi li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u d-dimensjoni orizzontali tal-kwistjonijiet regolatorji relatati mal-iżvilupp tagħhom, ▌il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC jenħtieġ li jitħallew jikkooperaw, u dan mingħajr preġudizzju għar-rwol tagħhom, mal-NRAs, ma' korpi, aġenziji, uffiċċji u gruppi konsultattivi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju, imwaqqaf bid-Deċiżjoni 2002/622/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, imwaqqaf bir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew(17), mal-Grupp tar-Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva, imwaqqaf bid-Direttiva [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18), ▌mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, imwaqqfa bir-Regolament (UE) Nru 526/2013(19), man-Netwerk ta' Kooperazzjoni għall-Ħarsien tal-Konsumatur, imwaqqaf skont ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20), u mal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, kif ukoll ma' kumitati eżistenti (bħall-Kumitat tal-Komunikazzjoni u l-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju). Jenħtieġ li dan jitħalla jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi, b'mod partikolari mal-awtoritajiet regolatorji kompetenti fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika u/jew ma' gruppi ta' dawn l-awtoritajiet, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, meta dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. Jenħtieġ li l-BEREC jitħalla wkoll jikkonsulta mal-partijiet interessati permezz ta' konsultazzjonijiet pubbliċi.

(11a)  Jenħtieġ li l-BEREC ikun magħmul mill-Bord tar-Regolaturi, li huwa appoġġat mill-Gruppi ta' Ħidma. Il-mudell eżistenti ta' presidenza tal-Bord tar-Regolaturi għen biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-BEREC. Fid-dawl tal-kompiti addizzjonali assenjati lil BEREC, jenħtieġ li l-President jkollu mandat stabbli ta' sentejn.

(11b)  L-esperjenza wriet li l-parti l-kbira tal-kompiti tal-BEREC jitwettqu aħjar permezz ta' Gruppi ta' Ħidma ta' Esperti, li jenħtieġ li dejjem jiżguraw kunsiderazzjoni ugwali tal-fehmiet u l-kontributi tal-NRAs kollha. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Bord tar-Regolaturi jkun inkarigat mit-twaqqif tal-Gruppi ta' Ħidma u l-ħatra tal-Kopresidenti tagħhom. Jenħtieġ li l-listi ta' esperti kwalifikati jitħejjew minn qabel biex jiġi żgurat it-twaqqif rapidu ta' ċerti Gruppi ta' Ħidma, partikolarment dawk relatati ma' proċeduri bi skadenza. Jenħtieġ li l-listi tal-membri esperti kwalifikati tal-gruppi ta' ħidma, flimkien mad-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji tagħhom, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Jenħtieġ li l-Uffiċċju tal-BEREC jipprovdi appoġġ u jikkontribwixxi għall-attivitajiet tal-Gruppi ta' Ħidma.

(11c)  Billi l-BEREC hu kompetenti biex jieħu deċiżjonijiet b'effett vinkolanti, jeħtieġ ikun żgurat li kull persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għal deċiżjoni tal-BEREC jew ikkonċernata minnha, ikollha d-dritt tappella quddiem il-Bord tal-Appell, li hu parti mill-BEREC iżda li huwa indipendenti mill-istruttura amministrattiva u regolatorja tiegħu. Billi d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell huma maħsuba biex jipproduċu effetti ġuridiċi għal partijiet terzi, jista' jitressaq rikors għall-istħarriġ tal-legalità tagħhom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(12)  Jenħtieġ li l-Bord Maniġerjali jwettaq il-funzjonijiet amministrattivi u baġitarji rilevanti, u minbarra l-Kap, ▌ jew ▌membru ieħor tal-korp kolleġġjali, jenħtieġ li jikkonsisti f'kull NRA u f'rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni.

(13)  Fil-passat is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra kien jeżerċitahom il-Viċi President tal-Kumitat Maniġerjali tal-Uffiċċju tal-BEREC. Jenħtieġ li l-Bord Maniġerjali ▌jiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur ▌, li jkun awtorizzat jissottodelega dawn is-setgħat. Dan jikkontribwixxi għal ġestjoni effiċjenti tal-persunal tal-BEREC u jiżgura li l-Bord Maniġerjali, il-President u l-Viċi President ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq xogħolhom.

(14)  ▌Minħabba l-kompiti addizzjonali assenjati lill-BEREC u l-ħtieġa li tkun żgurata programmazzjoni annwali u pluriennali tal-attivitajiet tiegħu, hu kruċjali li jkun żgurat li l-President u l-Viċi President tal-Bord Maniġerjali jkollhom mandat stabbli ta' sentejn.

(15)  Il-Bord Maniġerjali tal-Uffiċċju tal-BEREC jenħtieġ li jiltaqa' tal-anqas darbtejn fis-sena għal sessjoni ordinarja. Mill-esperjenza tal-imgħoddi u billi żdied ir-rwol tal-BEREC, il-Bord Maniġerjali jaf ikun jeħtieġ jiltaqa' aktar drabi.

(16)  Id-Direttur ▌, li jkun ir-rappreżentant legali tal-Uffiċċju tal-BEREC, jaqdi rwol kruċjali għall-funzjonament adegwat tal-aġenzija ▌u għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lilha. Jenħtieġ li l-Bord Maniġerjali jaħtru, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti sabiex tkun żgurata evalwazzjoni bir-reqqa tal-kandidati u livell għoli ta' indipendenza. Barra minn hekk, fl-imgħoddi, il-mandat tad-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-BEREC kien ta' tliet snin. Jeħtieġ li d-Direttur ▌ikollu mandat twil biżżejjed biex ikunu żgurati l-istabbiltà u t-twassil ta' strateġija fit-tul għall-Uffiċċju tal-BEREC.

(19)  Jenħtieġ li għall-Uffiċċju tal-BEREC japplika r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/201334 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21).

(20)  Biex tkun żgurata l-awtonomija u l-indipendenza tal-Uffiċċju tal-BEREC, u sabiex il-ħidma tal-BEREC jingħatalha appoġġ, jenħtieġ li l-Uffiċċju tal-BEREC ikollu l-baġit tiegħu li essenzjalment ħafna minnu jkun ġej minn kontribuzzjoni tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-baġit jirrifletti l-kompiti addizzjonali assenjati u r-rwol imsaħħaħ tal-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC. Jenħtieġ li l-finanzjament tal-Uffiċċju tal-BEREC ikun soġġett għal ftehim mill-awtorità baġitarja kif stabbilit fil-punt 31 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja soda(22).

(23)  Biex tkompli titwessa' l-implimentazzjoni konsistenti tad-dispożizzjonijiet tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika ▌, jenħtieġ li l-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC ikunu miftuħin għall-parteċipazzjoni tal-NRAs tal-pajjiżi terzi li huma kompetenti fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika, b'mod partikolari dawk li għamlu ftehimiet mal-Unjoni għal dak l-iskop, bħall-Istati tal-EFTA taż-ŻEE u l-pajjiżi kandidati.

(24)  Jenħtieġ li l-BEREC, bl-appoġġ tal-Uffiċċju tal-BEREC, jitħalla jwettaq attivitajiet ta' komunikazzjoni fil-qasam ta' kompetenza tiegħu, li jenħtieġ li ma jkunux ta' detriment għall-kompiti ewlenin tiegħu. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Uffiċċju tal-BEREC isiru skont il-pjanijiet rilevanti tal-komunikazzjoni u tat-tixrid adottati mill-Bord Maniġerjali. Jenħtieġ li l-kontenut u l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-komunikazzjoni tal-Uffiċċju tal-BEREC ikunu koerenti, oġġettivi, rilevanti u kkoordinati mal-istrateġiji u mal-attivitajiet tal-Kummissjoni u tal-istituzzjonijiet l-oħra ħalli titqies l-identità viżiva usa' tal-Unjoni.

(25)  ▌Il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC jenħtieġ li jkollhom id-dritt jitolbu l-informazzjoni kollha meħtieġa mingħand il-Kummissjoni, mingħand l-NRAs u, fejn meħtieġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom, mingħand awtoritajiet u impriżi oħrajn. Jenħtieġ li t-talbiet għall-informazzjoni jkunu proporzjonati u ma jimponux xi piż żejjed fuq id-destinatarji. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-BEREC jistabbilixxi sistema komuni ta' informazzjoni u komunikazzjoni sabiex jevita d-duplikazzjoni ta' talbiet għal informazzjoni u jiffaċilita l-komunikazzjoni fost l-awtoritajiet kollha involuti. Jenħtieġ li l-NRAs, li huma l-eqreb tas-swieq tal-komunikazzjoni elettronika, jikkooperaw mal-BEREC u mal-Uffiċċju tal-BEREC u jgħaddulhom informazzjoni preċiża u fil-ħin biex jiżguraw li dawn ikunu jistgħu jwettqu l-mandat tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC jaqsmu l-informazzjoni meħtieġa mal-Kummissjoni u mal-NRAs bil-prinċipju tal-kooperazzjoni leali.

(25a)  Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' kunfidenzjalità u jiġu evitati kunflitti ta' interess, ir-regoli dwar dawn il-kwistjonijiet li japplikaw għall-membri tal-korpi tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC japplikaw ukoll għas-sostituti tagħhom.

(25b)  Peress li l-BEREC ingħatawlu kompiti ġodda u jistgħu jingħatawlu kompiti addizzjonali permezz ta' atti legali tal-Unjoni fil-futur, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni regolari tal-operat tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC u tal-effikaċja ta' din l-istruttura istituzzjonali f'ambjent diġitali li qed jevolvi. Jekk l-eżitu ta' din il-valutazzjoni jkun li l-istruttura istituzzjonali mhijiex adatta għat-twettiq tal-kompiti, u b'mod partikolari biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjoni elettronika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tesplora l-għażliet kollha possibbli biex titjieb l-istruttura, b'mod partikolari l-fattibbiltà, l-implikazzjonijiet finanzjarji u l-benefiċċji li jista' jkun hemm jekk l-istruttura tinbidel f'aġenzija waħda.

(26)  Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħtieġa li tkun żgurata implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika fil-kamp ta' applikazzjoni definit, b'mod partikolari b'rabta mal-aspetti transfruntiera u permezz ta' proċeduri effiċjenti tas-suq intern għall-abbozzi tal-miżuri nazzjonali, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed fil-livell tal-Istati Membri, u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(27)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jemenda u li jwessa' d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1211/2009 ▌. Billi l-emendi li jridu jsiru għandhom natura sostanzjali, jenħtieġ li dak l-att jinbidel u jitħassar fl-interess taċ-ċarezza. Jenħtieġ li r-referenzi għar-Regolament imħassar jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

(28)  L-Uffiċċju ▌, li ġie stabbilit bħala korp Komunitarju b'personalità ġuridika skont ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009, qed jinbidel bl-Uffiċċju tal-BEREC fejn jidħlu s-sjieda, il-ftehimiet, l-obbligi legali, il-kuntratti tal-impjiegi, u l-impenji u r-responsabbiltajiet finanzjarji kollha. Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fil-ħidma tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC, huwa meħtieġ li r-rappreżentanti tagħhom, jiġifieri d-Direttur Amministrattiv u l-President u l-Viċi Presidenti tal-Bord tar-Regolaturi u l-Kumitat Maniġerjali jservu għall-perjodu kollu tal-mandat attwali tagħhom,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

IL-KAPITOLU IL-ISTABBILIMENT TAL-BEREC U L-UFFIĊĊJU TAL-BEREC

Artikolu 1

L-istabbiliment tal-BEREC

1.  B'dan qed jiġi stabbilit il-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika ("il-BEREC"). Il-BEREC għandu jkun korp tal-Unjoni. Dan għandu jkollu personalità ġuridika.

1a.  F'kull Stat Membru, il-BEREC għandu jkollu l-aktar kapaċità ġuridika estensiva li tingħata lill-persuni ġuridiċi bil-liġijiet fil-liġi nazzjonali. Huwa jista', b'mod partikolari, ikun parti fi proċedimenti legali.

1b.  Il-BEREC għandu jkun rappreżentat mill-President tal-Bord tar-Regolaturi.

1c.  Il-BEREC għandu jkollu r-responsabbiltà unika għall-kompiti assenjati u s-setgħat mogħtija lilu.

Artikolu 1a

L-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-BEREC

1.  B'dan qed tiġi stabbilita l-Aġenzija ta' Appoġġ għar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika ("l-Uffiċċju tal-BEREC"). L-Uffiċċju tal-BEREC għandu jkun korp tal-Unjoni. Dan għandu jkollu personalità ġuridika.

2.  F'kull Stat Membru, l-Uffiċċju tal-BEREC għandu jkollu l-aktar kapaċità ġuridika estensiva li tingħata lill-persuni ġuridiċi bil-liġijiet fil-liġi nazzjonali. B'mod partikolari, jista' jikseb u jiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u jkun parti fi proċedimenti legali.

3.  L-Uffiċċju tal-BEREC għandu jkun rappreżentat mid-Direttur.

4.  L-Uffiċċju tal-BEREC għandu jkollu r-responsabbiltà unika għall-kompiti assenjati u s-setgħat mogħtija lilu.

5.  L-Uffiċċju tal-BEREC għandu jkollu s-sede tiegħu f'Riga, il-Latvja.

KAPITOLU Ia

OBJETTIVI

Artikolu 1b

Objettivi

1.  Il-BEREC għandu jaġixxi fl-ambitu tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva [...] ("il-Kodiċi tal-Komunikazzjoni Elettronika"), tad-Direttiva 2002/58/KE, tar-Regolament (KE) Nru 531/2012, tar-Regolament (UE) 2015/2120 u tad-Deċiżjoni 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23) (il-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju) u ta' kwalunkwe att ieħor tal-Unjoni li jassenjalu kompiti jew jagħtih setgħat.

2.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva [...] ("il-Kodiċi tal-Komunikazzjoni Elettronika").

3.  Bħala l-objettiv primarju tiegħu, il-BEREC għandu jiżgura approċċ regolatorju konsistenti fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika fil-kamp ta' applikazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern. Il-BEREC għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra ("l-NRAs") imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva [...] ("il-

Kodiċi tal-Komunikazzjoni Elettronika"). Għandu jippromwovi wkoll il-prinċipju tan-newtralità tal-internet u l-internet miftuħ; l-aċċess għal konnettività tad-dejta b'kapaċità kbira ħafna, l-investiment fiha u l-adozzjoni tagħha; il-kompetizzjoni fil-forniment tan-netwerks, tas-servizzi u tal-faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika; u l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni.

4.  Il-BEREC għandu jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod indipendenti, imparzjali u mingħajr dewmien żejjed filwaqt li jiżgura proċess deċiżjonali trasparenti.

5.  Il-BEREC għandu jagħmel użu mill-għarfien espert tal-NRAs.

6. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-NRAs tiegħu jkollhom ir-riżorsi finanzjarji u umani adegwati li jeħtieġu biex jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħidma tal-BEREC.

KAPITOLU Ib

KOMPITI U ORGANIZZAZZJONI TAL-BEREC

Artikolu 2

Il-kompiti

1.  Il-kompiti tal-BEREC għandhom ikunu li:

(-a)   iwettaq il-kompiti mogħtija lilu mill-atti legali tal-Unjoni, b'mod partikolari mid-Direttiva [...]("il-Kodiċi tal-Komunikazzjoni Elettronika"), mir-Regolament (KE) Nru 531/2012 u mir-Regolament (UE) Nru 2015/2120;

(a)  jassisti, jagħti pariri, inkluż permezz ta' rapporti, opinjonijiet jew rakkomandazzjonijiet, lill-NRAs, lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u jikkoopera ▌mal-NRAs u mal-Kummissjoni, meta jintalab jew bl-inizjattiva tiegħu stess, fuq kull materja ▌li tirrigwarda l-komunikazzjoni elettronika fil-kompetenza tiegħu;

(b)  jassisti, fuq talba, lill-NRAs, lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fir-rigward tar-relazzjoni tagħhom, id-diskussjonijiet u l-iskambji ma' partijiet terzi, u jassisti lill-NRAs u lill-Kummissjoni fit-tixrid tal-aħjar prattiki regolatorji lil partijiet terzi;

(c)  joħroġ rakkomandazzjonijiet u jqassam l-aħjar prattiki regolatorji indirizzati lill-NRAs sabiex iħeġġeġ implimentazzjoni konsistenti u aħjar tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjoni elettronika;

(d)  joħroġ linji gwida li jiżguraw l-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjoni elettronika u deċiżjonijiet regolatorji konsistenti mill-NRAs fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba minn NRA, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, b'mod partikolari għal kwistjonijiet regolatorji li jolqtu għadd sinifikanti ta' Stati Membri jew li jkollhom element transfruntier;

(e)  jirrapporta dwar is-settur tal-komunikazzjoni elettronika permezz tal-pubblikazzjoni ta' rapport annwali dwar l-iżviluppi fis-settur;

(f)  jissorvelja l-iżviluppi fis-suq, jevalwa l-ħtieġa ta' innovazzjoni regolatorja u jikkoordina l-azzjonijiet bejn l-NRAs sabiex jippermetti l-iżvilupp ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika ġodda u innovattivi u jiżgura l-konverġenza, b'mod partikolari fil-qasam tal-istandardizzazzjoni, in-numerazzjoni u l-allokazzjoni tal-ispettru;

(g)  jipprovdi qafas li fih ikunu jistgħu jikkooperaw l-NRAs, u jippromwovi l-kooperazzjoni fost l-NRAs u bejn l-NRAs u l-Kummissjoni. Il-BEREC għandu jqis l-eżitu ta' din il-kooperazzjoni fil-formulazzjoni tal-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tiegħu. Meta l-BEREC iqis li jkunu meħtieġa regoli vinkolanti dwar tali kooperazzjoni, għandu jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kummissjoni;

(h)  iniedi inizjattiva għall-innovazzjoni xprunata mid-dejta sabiex jimmodernizza, jikkoordina u jistandardizza l-ġbir tad-dejta min-naħa tal-NRAs. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-livell ta' kunfidenzjalità meħtieġ, din id-dejta għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku f'format miftuħ, riutilizzabbli u li jinqara mill-magni fuq is-sit web tal-BEREC u l-portal Ewropew tad-dejta;

(i)  jikkoopera man-Netwerk ta' Kooperazzjoni għall-Ħarsien tal-Konsumatur u mal-awtoritajiet Ewropej u nazzjonali kompetenti rilevanti, inklużi l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta, fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-forniment ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jistgħu jaffettwaw l-interessi tal-konsumaturi f'bosta Stati Membri;

(j)  jagħti pariri lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fuq talba jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess, dwar l-impatt regolatorju rilevanti ta' kwalunkwe materja li tirrigwarda d-dinamika globali tas-swieq diġitali;

(k)  jassisti lill-Kummissjoni, bħala korp konsultattiv fir-rigward tat-tħejjija u l-adozzjoni ta' atti legali fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika.

2a.   Il-kompiti tal-BEREC għandhom jiġu ppubblikati fis-sit web u aġġornati kif u meta jkunulu assenjati kompiti ġodda.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni, l-NRAs u l-Kummissjoni għandhom jikkonformaw ma' kull deċiżjoni vinkolanti u jqisu bis-sħiħ il-linji gwida, l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet ▌u l-aqwa prattiki li jadotta l-BEREC biex jiżgura implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika fil-kamp ta' applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 1b(1). L-NRA rilevanti għandha, fi kwalunkwe deċiżjoni regolatorja dwar il-kwistjoni kkonċernata, tqis bis-sħiħ il-linji gwida adottati mill-BEREC b'konformità mal-paragrafu (1)(d) ta' dan l-Artikolu u għandha tipprovdi r-raġunijiet għal kwalunkwe devjazzjoni mil-linji gwida. F'każijiet eċċezzjonali fejn l-NRA tiddevja mil-linji gwida, id-deċiżjoni regolatorja tagħha, inklużi r-raġunijiet debitament ġustifikati għad-devjazzjoni, għandhom jiġu notifikati lill-BEREC, mingħajr dewmien żejjed, għal valutazzjoni.

4.  Sa kemm ikun meħtieġ biex jilħaq l-għanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u biex iwettaq il-kompiti tiegħu, il-BEREC għandu jikkoopera mal-korpi, mal-aġenziji, mal-uffiċċji u mal-gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni, mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi u/jew mal-organizzazzjonijiet internazzjonali ▌.

4a.  Il-BEREC jista', fejn xieraq, jikkonsulta ma' partijiet ikkonċernati u jagħtihom l-opportunità jikkummentaw fi żmien raġonevoli ddeterminat mill-kumplessità tal-kwistjoni, li ma għandux ikun iqsar minn 30 jum. Il-BEREC għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 28, jagħmel ir-riżultati ta' dawn il-konsultazzjonijiet disponibbli għall-pubbliku Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru kmieni kemm jista' jkun fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

KAPITOLU II

L-ORGANIZZAZZJONI TAL-BEREC

Artikolu 2a

L-organizzazzjoni tal-BEREC

Il-BEREC għandu jikkonsisti f'dawn li ġejjin:

(a)  Bord tar-Regolaturi;

(b)  Gruppi ta' Ħidma ta' Esperti ("Gruppi ta' Ħidma");

(c)  Bord tal-Appell.

TAQSIMA 1

IL-BORD TAR-REGOLATURI

Artikolu 2b

Il-Kompożizzjoni tal-Bord tar-Regolaturi

1.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu jkun magħmul minn membru wieħed minn kull Stat Membru.

Dik il-persuna għandha tkun il-kap jew rappreżentant ta' livell għoli ieħor tal-NRA stabbilita fl-Istat Membru bir-responsabbiltà primarja li tissorvelja l-operazzjoni ta' kuljum tas-swieq għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika.

Fil-każ ta' Stati Membri li għandhom aktar minn NRA waħda li hija responsabbli skont id-Direttiva [...] ("il-Kodiċi tal-Komunikazzjoni Elettronika"), dawk l-awtoritajiet għandhom jaqblu fuq rappreżentant komuni u għandha tkun żgurata l-koordinazzjoni meħtieġa bejn l-NRAs.

2.  Il-membri tal-Bord tar-Regolaturi għandhom jaġixxu b'mod oġġettiv, fl-interess tal-Unjoni u bil-ħsieb li titnaqqas il-frammentazzjoni tas-suq bil-għan li jinħoloq suq uniku għat-telekomunikazzjoni.

3.  Kull NRA għandha tinnomina sostitut minn fost il-Kapijiet, il-membri tal-korp kolleġġjali u l-persunal tagħha biex jirrappreżenta l-membru tagħha fl-assenza tiegħu.

4.  Il-Kummissjoni għandha tattendi l-laqgħat tal-Bord tar-Regolaturi bħala osservatur u għandha tkun rappreżentata f'livell għoli kif xieraq.

5.  Il-lista tal-Membri tal-Bord Maniġerjali, akkumpanjata mad-dikjarazzjoni tal-interessi tagħhom, għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

6.  Il-Bord tar-Regolaturi jista' jistieden kwalunkwe persuna, li l-opinjoni tagħha tista' tkun ta' interess, biex tattendi l-laqgħat tiegħu fuq il-bażi ta' każ b'każ bħala osservatur.

Artikolu 2c

Indipendenza

1.  Fit-twettiq tal-kompiti mogħtija lilhom, il-membri tal-Bord tar-Regolaturi għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess tal-Unjoni kollha kemm hi, irrispettivament mill-interessi nazzjonali jew personali tagħhom.

2.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni jew tal-NRAs, il-membri tal-Bord tar-Regolaturi la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet mingħand istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni, mingħand xi gvern ta' Stat Membru jew mingħand xi entità pubblika jew privata oħra.

Il-membri tal-Bord tar-Regolaturi għandhom, b'mod partikolari, iwettqu l-kompiti mogħtija lilhom ħielsa minn influwenza politika bla bżonn u minn interferenza kummerċjali li tista' taffettwa l-indipendenza personali tagħhom.

Artikolu 2d

Il-President u l-Viċi Presidenti tal-Bord tar-Regolaturi

1.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaħtar President u sa erba' Viċi Presidenti minn fost il-membri tiegħu, skont ir-regoli ta' proċedura tal-BEREC. Il-Viċi Presidenti għandhom awtomatikament jassumu d-dmirijiet tal-President jekk dan tal-aħħar ma jkunx f'pożizzjoni li jwettaq dawk id-dmirijiet. Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta' sentejn. Biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-BEREC, il-President il-ġdid għandu jservi mill-inqas sitt xhur bħala Viċi President qabel tmiem il-kariga tiegħu bħala President, u jekk jista' jkun, mill-inqas sitt xhur bħala Viċi President fi tmiem il-mandat tiegħu bħala President.

2.  Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Bord tar-Regolaturi fir-rigward tal-kompiti tal-President, il-President ma għandux ifittex jew jaċċetta istruzzjonijiet mingħand xi gvern jew NRA, mill-Kummissjoni, jew mingħand xi entità pubblika jew privata oħra.

Artikolu 2e

Laqgħat u regoli tal-votazzjoni tal-Bord tar-Regolaturi

1.  Il-laqgħat tal-Bord tar-Regolaturi għandhom jissejħu mill-President tiegħu u għandhom isiru tal-anqas erba' darbiet fis-sena f'sessjoni ordinarja. Il-laqgħat straordinarji għandhom jissejħu wkoll fuq l-inizjattiva tal-President, jew fuq it-talba ta' mill-inqas terz tal-membri tal-Bord. L-aġenda tal-laqgħa għandha tiġi stabbilita mill-President u għandha tkun għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

2.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu jieħu deċiżjonijiet permezz ta' maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'att legali ieħor tal-Unjoni. Kull membru jew is-sostitut tiegħu għandu jkollu vot wieħed. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tar-Regolaturi għandhom ikunu ppubblikati, u għandhom jindikaw ir-riżervi ta' NRA fuq talba tagħha.

3.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, u jippubblika r-regoli ta' proċedura tiegħu. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jistabbilixxu fid-dettall l-arranġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, inklużi l-kundizzjonijiet li taħthom membru wieħed jista' jaġixxi f'isem membru ieħor, ir-regoli li jirregolaw il-kworums, u l-iskadenzi tan-notifika għal-laqgħat. Barra minn hekk, ir-regoli ta' proċedura għandhom jiżguraw li l-membri tal-Bord tar-Regolaturi jingħataw l-aġendi sħaħ u abbozz ta' proposti qabel kull laqgħa sabiex ikollhom l-opportunità jipproponu emendi qabel il-votazzjoni. Ir-regoli ta' proċedura jistgħu, fost l-oħrajn, jistabbilixxu proċedura għal votazzjonijiet urġenti u arranġamenti prattiċi oħrajn għall-operat tal-Bord tar-Regolaturi.

Artikolu 2f

Kompiti tal-Bord tar-Regolaturi

1.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu jissodisfa l-kompiti tal-BEREC kif stabbiliti fl-Artikolu 2 u għandu jieħu d-deċiżjonijiet kollha relatati mal-organizzazzjoni tal-ħidma tal-BEREC. Meta jagħmel dan, għandu jibbaża ruħu wkoll fuq ix-xogħol imwettaq mill-Gruppi ta' Ħidma.

2.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta, f'isem il-BEREC, id-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-BEREC, skont l-Artikolu 27.

3.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu jagħti gwida lill-Uffiċċju tal-BEREC rigward l-appoġġ professjonali u amministrattiv tiegħu lill-BEREC.

4.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu, wara li jikkonsulta mal-partijiet interessati skont l-Artikolu 2(4a), jadotta l-programm ta' ħidma annwali tal-BEREC qabel l-aħħar tas-sena ta' qabel dik li dwarha jkun il-programm ta' ħidma. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jittrażmetti l-programm ta' ħidma annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni malli jiġi adottat.

5.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta r-rapport annwali tal-attività tal-BEREC u jippreżentah lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta' Ġunju ta' kull sena.

6.  Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-President jew lill-Viċi President tal-Bord tar-Regolaturi, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ l-indipendenza tiegħu, biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu dwar kwistjonijiet rilevanti relatati mal-attivitajiet tal-BEREC u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-membri tal-Parlament Ewropew.

TAQSIMA 2

GRUPPI TA' ĦIDMA

Artikolu 2g

Il-Funzjonament tal-Gruppi ta' Ħidma

1.  Meta jkun ġustifikat u b'mod partikolari biex jimplimenta l-programm ta' ħidma annwali tal-BEREC, il-Bord tar-Regolaturi jista' jistabbilixxi l-Gruppi ta' Ħidma meħtieġa.

2.   Il-membri tal-Gruppi ta' Ħidma għandhom jinħatru mill-NRAs. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fix-xogħol tal-Gruppi ta' Ħidma bħala osservaturi.

Il-Bord tar-Regolaturi jista' jistieden lil esperti individwali magħrufa għall-kompetenza tagħhom fil-qasam rilevanti biex jieħdu sehem fil-Gruppi ta' Ħidma, jekk ikun meħtieġ, abbażi ta' każ b'każ.

3.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaħtar żewġ Viċi Presidenti minn NRAs differenti għal kull Grupp ta' Ħidma sakemm ċirkustanzi eċċezzjonali u temporanji ma jitolbux mod ieħor.

4.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta r-regoli ta' proċedura li jistabbilixxu l-arranġamenti prattiċi għall-funzjonament tal-Gruppi ta' Ħidma.

TAQSIMA 3

BORD TAL-APPELL

Artikolu 2h

L-istabbiliment u l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell

1.  B'dan qed jiġi stabbilit Bord tal-Appell.

2.  Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn President u minn żewġ membri oħra. Kull membru tal-Bord tal-Appell għandu jkollu sostitut. Is-sostitut għandu jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu.

3.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaħtar il-President, il-membri l-oħra tal-Bord tal-Appell u s-sostituti tagħhom mil-listi ta' kandidati kwalifikati pprovduti mill-NRAs, il-Kummissjoni u d-Direttur tal-Uffiċċju tal-BEREC.

4.  Meta l-Bord tal-Appell jidhirlu li n-natura tal-appell tkun titlob hekk, jista' jitlob lill-Bord tar-Regolaturi jaħtar żewġ membri addizzjonali u s-sostituti tagħhom mil-listi msemmija fil-paragrafu 3.

5.  Fuq proposta tal-Bord tar-Regolaturi, il-Bord tal-Appell għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu. Dawk ir-regoli għandhom jistabbilixxu b'mod dettaljat l-arranġamenti li jirregolaw l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Bord tal-Appell u r-regoli ta' proċedura applikabbli għal appelli quddiem il-Bord.

Artikolu 2i

Il-membri tal-Bord tal-Appell

1.  Il-mandat tal-membri u tas-sostituti tal-Bord tal-Appell għandu jkun ta' erba' snin. Il-Bord tar-Regolaturi jista' jġedded il-mandat tagħhom għal perjodi addizzjonali ta' erba' snin.

2.  Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti u ma għandhomx iwettqu kompiti oħra fil-BEREC jew fl-Uffiċċju tal-BEREC. Fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom, dawn la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet mingħand xi gvern jew xi korp ieħor.

3.  Il-membri tal-Bord tal-Appell ma għandhomx jitneħħew mill-kariga jew mil-lista ta' kandidati kwalifikati matul il-mandat tagħhom, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet serji għal tali tneħħija u l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar dan.

Artikolu 2j

Esklużjoni u oġġezzjoni

1.   Il-membri tal-Bord tal-Appell ma għandhomx jieħdu sehem fil-proċedimenti tal-appell jekk ikollhom xi interess personali fihom, jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta' waħda mill-partijiet fil-proċedimenti, jew jekk ikunu ħadu sehem fl-adozzjoni tad-deċiżjoni li dwarha jkun tressaq l-appell.

2.   Jekk, minħabba xi waħda mir-raġunijiet elenkati fil-paragrafu 1 jew minħabba xi raġuni oħra, membru tal-Bord tal-Appell jidhirlu li ma għandux jieħu sehem fil-proċedimenti tal-appell, dan għandu jinforma lill-Bord tal-Appell kif xieraq.

3.   Kull parti fil-proċedimenti tal-appell tista' toġġezzjona għal xi membru tal-Bord tal-Appell minħabba xi raġuni msemmija fil-paragrafu 1, jew jekk ikun hemm suspett li l-membru ma jkunx imparzjali. Kull oġġezzjoni bħal din ma għandhiex tkun ammissibbli jekk, filwaqt li tkun konxja mir-raġuni għall-oġġezzjoni, il-parti fil-proċedimenti tal-appell tkun ħadet pass fil-proċedimenti jew jekk tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità ta' membru.

4.   Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-azzjoni li trid tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 2 u 3 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru kkonċernat. Għall-finijiet tat-teħid ta' dik id-deċiżjoni, is-sostitut tal-membru kkonċernat għandu jeħodlu postu fil-Bord tal-Appell. Jekk is-sostitut isib ruħu f'qagħda simili, il-President għandu jaħtar sostitut minn fost is-sostituti l-oħra disponibbli.

Artikolu 2k

Id-deċiżjonijiet soġġetti għal appell

1.   Jista' jitressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell kontra kwalunkwe deċiżjoni vinkolanti meħuda mill-BEREC b'konformità mal-Artikolu 2(1)(-a).

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, anke NRA, tista' tappella kontra deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu li tkun indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm ikollha l-forma ta' deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, tkun tirrigwarda direttament u individwalment lil dik il-persuna.

2.   L-appell, bi stqarrija bil-miktub li tagħti r-raġunijiet għall-appell, għandu jiġi ppreżentat lill-BEREC fi żmien xahrejn min-notifika tad-deċiżjoni lill-persuna kkonċernata, jew, fin-nuqqas tagħha, fi żmien xahrejn mill-jum li fih il-BEREC ikun ippubblika d-deċiżjoni tiegħu. Il-Bord tal-Appell ghandu jiddeċiedi dwar l-appell fi żmien erba’ xhur wara li jkun tressaq l-appell.

3.   Appell imressaq skont il-paragrafu 1 ma għandux ikollu effett sospensiv. Il-Bord tal-Appell jista', madankollu, jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li kontriha jkun tressaq l-appell.

KAPITOLU IIa

KOMPITI U ORGANIZZAZZJONI TAL-UFFIĊĊJU TAL-BEREC

TAQSIMA I

IL-KOMPITI TAL-UFFIĊĊJU TAL-BEREC

Artikolu 2l

L-Uffiċċju tal-BEREC għandu, b'mod partikolari, ikollu dawn il-kompiti li ġejjin:

(a)   li jipprovdi servizzi ta' appoġġ professjonali u amministrattiv lill-BEREC;

(b)   li jiġbor l-informazzjoni mill-NRAs u jiskambja u jittrażmetti informazzjoni relatata mal-kompiti assenjati lill-BEREC skont l-Artikolu 2;

(c)   li jipproduċi, abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-punt (b), abbozzi ta' rapporti regolari dwar aspetti speċifiċi tal-iżviluppi tas-suq Ewropew tat-telekomunikazzjoni bħal rapporti dwar ir-roaming u l-valutazzjoni komparattiva, biex dawn jiġu ppreżentati lill-BEREC;

(d)   li jxerred l-aħjar prattiki regolatorji fost l-NRAs, skont il-punt (c) tal-Artikolu 2(1);

(e)   li jassisti fit-tħejjija tal-ħidma u jipprovdi appoġġ amministrattiv u appoġġ ieħor relatat mal-kontenut biex jiżgura l-funzjonament bla xkiel tal-Bord tar-Regolaturi u tal-Gruppi ta' Ħidma;

(f)   li jieħu sehem fl-attivitajiet tal-Gruppi ta' Ħidma;

(g)   li jassisti fit-tħejjija u jipprovdi appoġġ ieħor biex jiżgura l-funzjonament bla xkiel tal-Bord Maniġerjali;

(h)   li jassisti lill-BEREC fit-twettiq ta' konsultazzjonijiet pubbliċi.

TAQSIMA 2

L-ORGANIZZAZZJONI TAL-UFFIĊĊJU TAL-BEREC

Artikolu 3

L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Uffiċċju tal-BEREC

L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Uffiċċju tal-BEREC għandha tinkludi:

(a)   Bord Maniġerjali, li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5;

(b)   Direttur, li għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 9

▌.

TAQSIMA 3

IL-BORD MANIĠERJALI

Artikolu 4

Il-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali

1.   Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul minn membru wieħed minn kull Stat Membru u minn rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni, ilkoll bid-dritt tal-vot. ▌

Il-persuna li tirrappreżenta Stat Membru għandha tkun il-kap jew rappreżentant ta' livell għoli ieħor tal-NRA stabbilita fl-Istat Membru bir-responsabbiltà primarja li tissorvelja l-operazzjoni ta' kuljum tas-swieq għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika.

Fil-każ ta' Stati Membri li għandhom aktar minn NRA waħda li hija responsabbli skont id-Direttiva [...] ("il-Kodiċi tal-Komunikazzjoni Elettronika"), dawk l-awtoritajiet għandhom jaqblu fuq rappreżentant komuni u għandha tkun żgurata l-koordinazzjoni meħtieġa bejn l-NRAs.

2.   ▌ Kull NRA għandha tinnomina sostitut minn fost il-Kapijiet, il-membri tal-korp kolleġġjali u l-persunal tagħha biex jirrappreżenta l-membru tagħha fl-assenza tiegħu.

3a.   Il-lista tal-membri tal-Bord Maniġerjali, akkumpanjata mid-dikjarazzjoni tal-interessi tagħhom, għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Artikolu 5

Il-funzjonijiet tal-Bord Maniġerjali

1.   Il-Bord Maniġerjali għandu:

(a)   ▌kull sena jadotta d-dokument uniku tal-programmazzjoni tal-Uffiċċju tal-BEREC b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri bid-dritt tal-vot, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni u b'konformità mal-Artikolu 15;

(b)  jadotta l-baġit annwali tal-Uffiċċju tal-BEREC b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot u jeżerċita funzjonijiet oħrajn fir-rigward tal-baġit tal-Uffiċċju tal-BEREC b'konformità mal-Kapitolu III;

(c)   jadotta r-rapport konsolidat tal-attività annwali dwar l-attivitajiet tal-Uffiċċju tal-BEREC u jagħmel valutazzjoni tiegħu, b'konformità mal-Artikolu 18a;

(d)   jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Uffiċċju tal-BEREC b'konformità mal-Artikolu 20;

(e)   jadotta strateġija għal kontra l-frodi, li tkun proporzjonata mar-riskji tal-frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li jridu jiġu implimentati;

(f)   jiżgura segwitu xieraq għas-sejbiet u għar-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti interni u esterni tal-awditjar u mill-evalwazzjonijiet, kif ukoll mill-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (l-OLAF);

(g)   jadotta regoli għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess kif imsemmi fl-Artikolu 31 ▌;

(h)   abbażi ta' analiżi tal-ħtiġijiet, jadotta l-pjanijiet tal-komunikazzjoni u tat-tixrid imsemmija fl-Artikolu 27a(2) u jaġġornahom regolarment;

(i)   jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu;

(j)   fir-rigward tal-persunal tal-Uffiċċju tal-BEREC, b'konformità mal-paragrafu 2, jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu mir-Regolamenti tal-Persunal dwar l-Awtorità tal-Ħatra u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra fuq l-Awtorità bis-Setgħa biex Tikkonkludi Kuntratti tal-Impjieg(24) ("is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra");

(k)   jadotta regoli ta' implimentazzjoni biex jiġu applikati r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra b'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

(l) jawtorizza l-konklużjoni ta' arranġamenti ta' ħidma mal-korpi, mal-aġenziji, mal-uffiċċji u mal-gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni, mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi u/jew mal-organizzazzjonijiet internazzjonali b'konformità mal-Artikolu 26;

(m)   jaħtar lid-Direttur ▌u, meta jkun xieraq, jestendi jew iwaqqaf il-mandat tiegħu b'konformità mal-Artikolu 9a;

(n)   jaħtar Uffiċjal tal-Kontabbiltà, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, li għandu jkun indipendenti għalkollox fil-qadi ta' dmirijietu. L-Uffiċċju tal-BEREC jista' jaħtar l-istess Uffiċjal tal-Kontabbiltà ta' korp ieħor tal-Unjoni. L-Uffiċċju tal-BEREC jista' wkoll jaqbel mal-Kummsisjoni li l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jaġixxi wkoll bħala l-Uffiċjal tal-Kontabbilità tal-Uffiċċju tal-BEREC;

▌(p)   jieħu kull deċiżjoni dwar l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Uffiċċju tal-BEREC, u meta jkun meħtieġ, dwar il-modifika tagħhom, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet tal-attività tal-Uffiċċju tal-BEREC kif ukoll il-ġestjoni baġitarja soda.

2.   B'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Bord Maniġerjali għandu jadotta deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, li biha jiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur ▌u li fiha jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li bihom tkun tista' tiġi sospiża din id-delega tas-setgħat. Id-Direttur ▌għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawk is-setgħat.

Meta ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu dan, il-Bord Maniġerjali b’deċiżjoni jista' jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur ▌u dawk is-setgħat sottodelegati minnu u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal ieħor li mhux id-Direttur ▌.

Artikolu 6

Il-President u l-Viċi President tal-Bord Maniġerjali

1.   Il-Bord Maniġerjali għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri bid-dritt tal-vot li jirrappreżentaw lill-Istati Membri. Il-President u l-Viċi President għandhom jiġu eletti b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-Bord Maniġerjali bid-dritt tal-vot.

2.   B'mod awtomatiku, il-Viċi President għandu jieħu post il-President meta dan ma jkunx jista' jaqdi dmirijietu.

3.   Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jkun ta' sentejn ▌.

3a.   Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Bord Maniġerjali fir-rigward tal-kompiti tal-President, il-President u l-Viċi President ma għandhomx ifittxu jew jaċċettaw istruzzjonijiet mingħand kwalunkwe gvern jew NRA, mingħand il-Kummissjoni, jew mingħand kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra.

3b.   Il-President għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar il-prestazzjoni tal-Uffiċċju tal-BEREC meta jkun mistieden jagħmel dan.

Artikolu 7

Il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali

1.   Il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali għandu jsejjaħhom il-President.

2.   Id-Direttur ▌tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, mingħajr id-dritt tal-vot.

3.   Mill-anqas, il-Bord Maniġerjali għandu jiltaqa' darbtejn fis-sena għal sessjoni ordinarja. Barra minn hekk, dan għandu jiltaqa' bl-inizjattiva tal-President, meta titolbu l-Kummissjoni jew meta jintalab jagħmel hekk mill-inqas minn terz mill-membri tiegħu.

4.   Il-Bord Maniġerjali jista' jistieden lil kull persuna b'opinjoni li tista' tkun ta' interess biex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.

5.   Waqt il-laqgħat, skont ir-regoli ta' proċedura tiegħu, il-membri u s-sostituti tal-Bord Maniġerjali jistgħu jiġu assistiti minn konsulenti jew esperti.

6.   L-Uffiċċju tal-BEREC għandu jipprovdi s-segretarjat għall-Bord Maniġerjali.

Artikolu 8

Ir-regoli tal-votazzjoni tal-Bord Maniġerjali

1.   Il-Bord Maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjonijiet b'maġġoranza tal-membri bid-dritt tal-vot, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.

2.   Kull membru bid-dritt tal-vot għandu jkollu vot wieħed. Meta membru bid-dritt tal-vot ikun assenti, is-sostitut tiegħu għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu.

3.   Il-President ma għandux jieħu sehem fil-votazzjoni.

4.   Id-Direttur ▌ma għandux jieħu sehem fil-votazzjoni.

5.   Ir-regoli ta' proċedura tal-Bord Maniġerjali għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti tal-votazzjoni aktar fid-dettall, b'mod partikolari ċ-ċirkostanzi meta membru jkun jista' jaġixxi f'isem membru ieħor.

TAQSIMA 4

ID-DIRETTUR

Artikolu 9

Ir-responsabbiltajiet tad-Direttur

1.   Id-Direttur ▌għandu jkun inkarigat mill-ġestjoni tal-Uffiċċju tal-BEREC. Id-Direttur ▌għandu jagħti rendikont ta' għemilu lill-Bord Maniġerjali.

2.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat ▌tal-Bord Maniġerjali, id-Direttur ▌għandu jkun indipendenti fil-qadi ta' dmirijietu u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand xi istituzzjoni tal-Unjoni, gvern, NRA, jew mingħand xi entità pubblika jew privata oħra.

3.   Id-Direttur ▌għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar il-qadi ta' dmirijietu meta jintalab jagħmel dan. Il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur ▌jirrapporta dwar il-qadi ta' dmirijietu.

▌5.   Id-Direttur għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti tal-Uffiċċju tal-BEREC skont il-gwida pprovduta mill-Bord Maniġerjali. B'mod partikolari, id-Direttur ▌għandu jkun responsabbli biex:

(a)   iwettaq l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Uffiċċju tal-BEREC;

(b)   jimplimenta d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord Maniġerjali;

(c) iħejji d-dokument uniku tal-programmazzjoni u jippreżentah lill-Bord Maniġerjali;

(d)   jimplimenta d-dokument uniku tal-programmazzjoni u jibgħat rapport lill-Bord Maniġerjali fuq l-implimentazzjoni tiegħu;

(e)   iħejji r-rapport annwali konsolidat tal-attivitajiet tal-Uffiċċju tal-BEREC u jippreżentah lill-Bord Maniġerjali għall-valutazzjoni u l-adozzjoni;

(f)   iħejji pjan ta' azzjoni li jsegwi l-konklużjonijiet tar-rapporti interni jew esterni tal-awditjar u tal-evalwazzjonijiet, kif ukoll tal-investigazzjonijiet tal-OLAF, u jibgħat rapport fuq il-progress dwarhom darba fis-sena lill-Kummissjoni u b’mod regolari lill-Bord Maniġerjali;

(g)   iħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, billi jwettaq kontrolli effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti li jkunu tħallsu bi żball u, meta jkun xieraq, billi jimponi miżuri amministrattivi li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, inkluż penali finanzjarji;

(h)   iħejji strateġija għal kontra l-frodi għall-Uffiċċju tal-BEREC u jippreżentaha lill-Bord Maniġerjali għall-approvazzjoni;

(i) iħejji l-abbozzi tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Uffiċċju tal-BEREC;

(j) iħejji l-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Uffiċċju tal-BEREC u jimplimenta l-baġit tiegħu.

5a.   Id-Direttur għandu jassisti lill-President tal-Bord tar-Regolaturi u lill-President tal-Bord Maniġerjali fit-tħejjija tal-laqgħat tal-korpi rispettivi tagħhom. Id-Direttur għandu jieħu sehem, mingħajr ma jkollu d-dritt li jivvota, fil-ħidma tal-Bord tar-Regolaturi u tal-Bord Maniġerjali.

5b.   Id-Direttur għandu, taħt is-superviżjoni tal-Bord Maniġerjali, jieħu l-miżuri meħtieġa, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni ta' istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni tal-avviżi, sabiex jiżgura l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-BEREC skont dan ir-Regolament.

6.   Id-Direttur ▌għandu jkun responsabbli wkoll biex jiddeċiedi jekk, għall-fini li jitwettqu l-kompiti tal-Uffiċċju tal-BEREC b'mod effiċjenti u effettiv, ikunx meħtieġ li wieħed jew aktar mill-persunal tiegħu jintbagħat f'xi Stat Membru wieħed jew aktar. Id-deċiżjoni li jiġi stabbilit uffiċċju lokali teħtieġ il-kunsens bil-quddiem ▌tal-Bord Maniġerjali u tal-Istati Membri kkonċernati. Din id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet li jridu jitwettqu f'dak l-uffiċċju lokali b'mod li jkunu evitati l-ispejjeż żejda u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-BEREC. Qabel ma tkun tista' tittieħed kwalunkwe deċiżjoni bħal din, fil-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fl-Artikolu 15(4) għandu jiġi stabbilit l-impatt tad-deċiżjoni f'termini ta' allokazzjoni ta' persunal u baġit.

Artikolu 9a

Il-ħatra tad-Direttur

1.   Id-Direttur għandu jinħatar mill-Bord Maniġerjali, minn lista ta' kandidati proposti mill-President, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti, fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet maniġerjali u l-ħiliet u l-esperjenza rilevanti għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika.

2.   Għall-fini tal-konklużjoni tal-kuntratt mad-Direttur, l-Uffiċċju tal-BEREC għandu jirrappreżentah il-President tal-Bord Maniġerjali.

3.   Qabel il-ħatra, l-adegwatezza tal-kandidat magħżul mill-Bord Maniġerjali għandha tkun soġġetta għal opinjoni mhux vinkolanti tal-Parlament Ewropew. Għal dak il-għan, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew għandu jistieden lill-kandidat magħżul mill-Bord Maniġerjali biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-membri tiegħu.

4.   Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta' erba' snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-President għandu jwettaq valutazzjoni li tqis l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur u l-kompiti u l-isfidi tal-BEREC. Din l-evalwazzjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Filwaqt li jqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-Bord Maniġerjali jista' jestendi l-mandat tad-Direttur darba, għal mhux aktar minn sitt snin.

6.   Jekk ikun beħsiebu jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Maniġerjali għandu jinforma lill-Parlament Ewropew b'dan. Fi żmien xahar qabel kwalunkwe tali estensjoni maħsuba, il-Parlament Ewropew jista' joħroġ opinjoni mhux vinkolanti dwar l-estensjoni. Għal dak il-għan, id-Direttur jista' jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-membri tiegħu.

7.   Direttur li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jieħu sehem fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fi tmiem il-perjodu globali.

8.   Meta l-mandat tad-Direttur ma jiġix estiż, huwa għandu jibqa' fil-kariga sakemm jinħatar is-suċċessur tiegħu.

9.   Id-Direttur jista' jitneħħa mill-kariga biss wara deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali li jaġixxi fuq proposta min-naħa ta' terz tal-membri tiegħu.

10.   Il-Bord Maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot.

KAPITOLU III

L-ISTABBILIMENT U L-ISTRUTTURA TAL-BAĠIT TAL-UFFIĊĊJU TAL-BEREC

Taqsima 1

ID-DOKUMENT UNIKU TAL-PROGRAMMAZZJONI

Artikolu 15

Il-programmazzjoni annwali u pluriennali

1.   Kull sena, id-Direttur ▌għandu jħejji abbozz tad-dokument tal-programmazzjoni li jkun fih il-programmazzjoni annwali u pluriennali ("id-dokument uniku tal-programmazzjoni") b'konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 u filwaqt li jqis il-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni(25).

Sal-31 ta' Jannar, il-Bord Maniġerjali għandu jadotta l-abbozz tad-dokument uniku tal-programmazzjoni u jibagħtu lill-Kummissjoni biex din tagħti l-opinjoni tagħha dwaru. Barra minn hekk, l-abbozz tad-dokument uniku tal-programmazzjoni għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Sussegwentement, il-Bord Maniġerjali għandu jadotta d-dokument uniku tal-programmazzjoni, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni dwaru. Dan għandu jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u għandu jibagħtilhom ukoll kull verżjoni aġġornata aktar tard ta' dak id-dokument.

Id-dokument uniku tal-programmazzjoni għandu jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali u, jekk ikun meħtieġ, għandu jiġi aġġustat skont dan.

2.   Il-programm ta' ħidma annwali għandu jinkludi l-għanijiet fid-dettall u r-riżultati mistennija, inkluż l-indikaturi tal-prestazzjoni. Dan għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, b'konformità mal-prinċipji tal-ibbaġitjar u tal-ġestjoni bbażati fuq l-attività. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta' ħidma annwali tal-BEREC kif imsemmi fl-Artikolu 2f(4) u mal-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 4. Dan għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbel mas-sena finanzjarja ta' qabel.

3.   Wara l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tal-BEREC u kull meta l-BEREC jingħatalu xi kompitu ġdid, il-Bord Maniġerjali għandu jemenda l-programm ta' ħidma annwali ▌.

Kull emenda sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali għandha tiġi adottata bl-istess proċedura bħal dik użata biex jiġi adottat l-ewwel programm ta' ħidma annwali. Il-Bord Maniġerjali jista' jiddelega s-setgħa lid-Direttur ▌biex jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali.

4.   Il-programm ta' ħidma pluriennali għandu jistabbilixxi l-programmazzjoni strateġika ġenerali, inkluż l-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni. Dan għandu jistabbilixxi wkoll il-programmazzjoni tar-riżorsi, inkluż il-baġit pluriennali u l-persunal.

Il-programmazzjoni tar-riżorsi għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi aġġornata meta jkun xieraq, u b'mod partikolari biex jiġi indirizzat l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 38.

5.   Il-programmazzjoni annwali u/jew pluriennali għandha tinkludi l-istrateġija tal-Uffiċċju tal-BEREC għar-relazzjonijiet mal-korpi, mal-aġenziji, mal-uffiċċji u mal-gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni; mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi u/jew mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 26, l-azzjonijiet marbuta ma' din l-istrateġija u l-ispeċifikazzjoni tar-riżorsi assoċjati.

Artikolu 16

L-istabbiliment tal-baġit

1.   Kull sena, id-Direttur ▌għandu jfassal abbozz provviżorju tal-istimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Uffiċċju tal-BEREC għas-sena finanzjarja ta' wara, inkluż il-pjan tal-istabbiliment, u jibagħtu lill-Bord Maniġerjali.

3.   Id-Direttur ▌għandu jibgħat l-abbozz tal-istimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Uffiċċju tal-BEREC lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar ta' kull sena. L-informazzjoni li jkun hemm fl-abbozz tal-istimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Uffiċċju tal-BEREC u fl-abbozz tad-dokument uniku tal-programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 15(1) għandha tkun koerenti.

4.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz tal-istimi lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

5.   Abbażi tal-abbozz tal-istimi, fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni l-Kummissjoni għandha ddaħħal l-istimi li tqis li huma meħtieġa għall-pjan tal-istabbiliment u l-ammont tal-kontribuzzjoni li għandha tingħata mill-baġit ġenerali, u din għandha tressaqhom quddiem l-awtorità baġitarja b'konformità mal-Artikoli 313 u 314 tat-Trattat.

6.   L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Uffiċċju tal-BEREC.

7.   L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan tal-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-BEREC.

8.   Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta l-baġit tal-Uffiċċju tal-BEREC. Dan għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Meta jkun meħtieġ, dan għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

9.   Għall-proġetti tal-bini li x'aktarx ikollhom implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit tal-Uffiċċju tal-BEREC, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013.

TAQSIMA 2

L-IMPLIMENTAZZJONI, IL-PREŻENTAZZJONI U L-KONTROLL TAL-BAĠIT

Artikolu 17

L-istruttura tal-baġit

1.   L-istimi tad-dħul u tal-infiq kollu tal-Uffiċċju tal-BEREC għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorrispondi għas-sena kalendarja, u għandhom jidhru fil-baġit tal-Uffiċċju tal-BEREC.

2.   Il-baġit tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jkunu bilanċjat f'termini ta' dħul u ta' nfiq.

3.   Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħrajn, id-dħul tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jinkludi:

(a)   kontribuzzjoni tal-Unjoni;

(b)   kull kontribuzzjoni finanzjarja volontarja mingħand l-Istati Membri jew l-NRAs;

(c)   il-ħlas għal pubblikazzjonijiet u għal servizzi oħra pprovduti mill-Uffiċċju tal-BEREC;

(d)   kull kontribuzzjoni mingħand il-pajjiżi terzi jew l-awtoritajiet regolatorji kompetenti fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika tal-pajjiżi terzi li jkunu qed jieħdu sehem fil-ħidma tal-Uffiċċju tal-BEREC, kif previst fl-Artikolu 26.

4.   L-infiq tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jinkludi r-remunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u tal-infrastruttura u n-nefqa operazzjonali.

Artikolu 18

L-implimentazzjoni tal-baġit

1.   Id-Direttur ▌għandu jimplimenta l-baġit tal-Uffiċċju tal-BEREC.

2.   Kull sena, lill-awtorità baġitarja, id-Direttur ▌għandu jibagħtilha kull informazzjoni rilevanti għas-sejbiet tal-proċeduri tal-evalwazzjoni.

Article 18a

Rapport Konsolidat tal-Attività Annwali

1.   Kull sena, id-Direttur ▌għandu jħejji abbozz ta' rapport konsolidat tal-attività annwali b'konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 u filwaqt li jqis il-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni(26). Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta r-rapport konsolidat tal-attività annwali u jagħmel valutazzjoni tiegħu, u sal-1 ta' Lulju ta' kull sena jibgħat ir-rapport u l-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. Ir-rapport annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament u lill-Kunsill mid-Direttur waqt seduta pubblika. Ir-rapport konsolidat tal-attività annwali għandu jiġi ppubblikat.

2.   Ir-rapport konsolidat tal-attività annwali għandu, b'mod partikolari, jinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tal-Uffiċċju tal-BEREC, il-baġit u r-riżorsi umani, is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll intern, l-osservazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-kontijiet u r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja u dikjarazzjoni tal-uffiċjal awtorizzanti li tagħti assigurazzjoni raġonevoli.

Artikolu 19

Il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kwittanza

1.   Sal-1 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

2.   Sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara, l-Uffiċċju tal-BEREC għandu jibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.

3.   Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Uffiċċju tal-BEREC, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Uffiċċju tal-BEREC fir-responsabbiltà tiegħu. Id-Direttur ▌għandu jippreżenta l-kontijiet finali lill-Bord Maniġerjali għall-opinjoni tiegħu.

4.   Il-Bord Maniġerjali għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-kontijiet finali tal-Uffiċċju tal-BEREC.

5.   Sal-1 ta' Lulju tas-sena finanzjarja ta' wara, id-Direttur ▌ għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord Maniġerjali.

6.   L-Uffiċċju tal-BEREC għandu jippubblika l-kontijiet finali f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta' wara.

7.   Sat-30 ta' Settembru, id-Direttur ▌għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri fuq l-osservazzjonijiet tagħha. Id-Direttur ▌għandu jibgħat ukoll din it-tweġiba lill-Bord Maniġerjali.

8.   Meta l-Parlament Ewropew jitolbu jagħmel dan, id-Direttur ▌għandu jippreżentalu kull informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla intoppi tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni, b'konformità mal-Artikolu 165(3) tar-Regolament Finanzjarju (27).

9.   Meta l-Kunsill jirrakkomanda dan b'maġġoranza kwalifikata, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N+2, il-Parlament Ewropew għandu jagħti kwittanza lid-Direttur ▌b'rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

Artikolu 20

Ir-regoli finanzjarji

Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Uffiċċju tal-BEREC wara li jikkonsulta lill-Kummissjoni. Dawn ma għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013, ħlief meta dan id-distakk ikun meħtieġ b'mod speċifiku għat-tħaddim tal-Uffiċċju tal-BEREC u meta l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha bil-quddiem għal dan.

KAPITOLU IV

IL-PERSUNAL

Artikolu 21

Dispożizzjoni ġenerali

Għall-persunal tal-Uffiċċju tal-BEREC għandhom japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra jidħlu fis-seħħ.

Artikolu 22

Id-Direttur

1.   Id-Direttur ▌għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Uffiċċju tal-BEREC b'konformità mal-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra.

Artikolu 23

L-esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor

1.   L-Uffiċċju tal-BEREC jista' juża s-servizzi ta' esperti nazzjonali sekondati jew ta' persunal ieħor li ma jkunx impjegat mal-Uffiċċju tal-BEREC. Ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra ma għandhomx japplikaw għal dan il-persunal.

2.   Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta deċiżjoni li tistipula r-regoli dwar is-sekondar tal-esperti nazzjonali mal-Uffiċċju tal-BEREC.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 25

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Uffiċċju tal-BEREC u għall-persunal tiegħu.

Artikolu 26

Il-kooperazzjoni mal-korpi tal-Unjoni, mal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali

1.   Sa fejn ikun meħtieġ biex il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC jilħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u jwettqu l-kompiti tagħhom, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, dawn jistgħu jikkooperaw mal-korpi, mal-aġenziji, mal-uffiċċji u mal-gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni, mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi u/jew mal-organizzazzjonijiet internazzjonali.

2.   Il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC għandhom ikunu miftuħin għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji tal-pajjiżi terzi li huma kompetenti fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika u li jkunu għamlu ftehimiet mal-Unjoni għal dak l-iskop.

Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawn il-ftehimiet, għandhom jiġu żviluppati arranġamenti li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura, il-kemm u l-mod kif dawn l-awtoritajiet regolatorji tal-pajjiżi terzi kkonċernati se jieħdu sehem fil-ħidma tal-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC, inkluża r-rappreżentanza tal-pajjiżi terzi fil-Bord tar-Regolaturi u l-Gruppi ta' Ħidma u l-Bord Maniġerjali, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni fl-inizjattivi meħuda mill-Uffiċċju tal-BEREC, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal. Fi kwalunkwe każ, fejn jidħlu l-materji marbutin mal-persunal, dawk l-arranġamenti għandhom ikunu konformi mar-Regolamenti tal-Persunal.

3.   Bħala parti mid-dokument uniku tal-programmazzjoni, il-Bord Maniġerjali għandu jadotta strateġija għar-relazzjonijiet mal-korpi, mal-aġenziji, mal-uffiċċji u mal-gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni, mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi u/jew mal-organizzazzjonijiet internazzjonali fejn jidħlu materji ta' kompetenza tal-Uffiċċju tal-BEREC. ▌

Artikolu 27

L-aċċess għad-dokumenti

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(28) għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Uffiċċju tal-BEREC.

1a.   Fi żmien [sitt xhur wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Bord tar-Regolaturi u l-Bord Maniġerjali għandhom jadottaw ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

2.   L-ipproċessar tad-dejta personali mill-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC għandu jkun soġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(29).

2a.   Fi żmien [sitt xhur wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Bord tar-Regolaturi u l-Bord Maniġerali għandhom jistabbilixxu miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mill-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC, inklużi dawk li għandhom x'jaqsmu mal-ħatra ta' Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-Uffiċċju tal-BEREC. Dawn il-miżuri għandhom jiġu stabbiliti wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Article 27a

Trasparenza u komunikazzjoni

1.   Il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom b'livell għoli ta' trasparenza. Il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC għandhom jiżguraw li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw informazzjoni xierqa, oġġettiva, affidabbli u aċċessibbli b'mod faċli, b'mod partikolari fir-rigward tal-kompiti tagħhom u tar-riżultati tal-ħidma tagħhom.

2.   Il-BEREC, bl-appoġġ tal-Uffiċċju tal-BEREC, jista' jkun involut f'attivitajiet ta' komunikazzjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess fil-qasam ta' kompetenza tiegħu. L-allokazzjoni tar-riżorsi għall-attivitajiet ta' komunikazzjoni mill-baġit tal-Uffiċċju tal-BEREC ma għandhiex tkun ta' detriment għall-eżerċizzju effettiv tal-kompiti tal-BEREC imsemmija fl-Artikolu 2. L-attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Uffiċċju tal-BEREC għandhom jitwettqu f'konformità mal-pjanijiet rilevanti tal-komunikazzjoni u tat-tixrid adottati mill-Bord Maniġerjali.

Artikolu 28

Il-kunfidenzjalità

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27(1), il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC ma għandhomx jiżvelaw l-informazzjoni li jipproċessaw jew li jirċievu lil partijiet terzi meta tkun saret talba motivata għal trattament kunfidenzjali ta' dik l-informazzjoni kollha jew ta' xi parti minnha.

2.   Il-membri tal-Bord Maniġerjali, il-Bord tar-Regolaturi u l-Gruppi ta' Ħidma, l-osservaturi jew parteċipanti oħra fil-laqgħat ta' dawk il-korpi, id-Direttur ▌, il-membri tal-Bord tal-Appell, l-esperti nazzjonali sekondati u l-persunal l-ieħor li mhux impjegat mal-Uffiċċju tal-BEREC u l-esperti li jieħdu sehem fil-gruppi ta' ħidma għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 339 tat-Trattat, anki wara li jintemmu dmirijiethom.

3.   Il-Bord tar-Regolaturi u l-Bord Maniġerjali għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli tal-kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 29

Ir-regoli tas-sigurtà dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata u tal-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata

Il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC għandhom jadottaw ir-regoli tas-sigurtà tagħhom stess li jkunu ekwivalenti għar-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni biex titħares l-Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea ("EUCI") u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, fost l-oħrajn id-dispożizzjonijiet għall-iskambju, għall-ipproċessar u għall-ħżin ta' informazzjoni bħal din kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443(30) u (UE, Euratom) 2015/444(31). Inkella l-Uffiċċju tal-BEREC jista' jadotta deċiżjoni li japplika r-regoli tal-Kummissjoni fuq bażi mutatis mutandis.

Artikolu 30

L-iskambju tal-informazzjoni

1.   Meta l-BEREC jew l-Uffiċċju tal-BEREC jagħmlu talba debitament ġustifikata, il-Kummissjoni u l-NRAs għandhom jipprovdulhom l-informazzjoni kollha meħtieġa, fil-ħin u b'mod preċiż, biex iwettqu l-kompiti tagħhom, bil-kundizzjoni li dawn ikollhom aċċess legali għall-informazzjoni rilevanti u li t-talba għall-informazzjoni tkun meħtieġa b'rabta man-natura tal-kompitu inkwistjoni.

Barra minn hekk, il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC jistgħu jitolbu li l-informazzjoni tal-NRAs tingħata f'intervalli rikorrenti u b'formati speċifikati. Meta dan ikun possibbli, dawn it-talbiet għandhom isiru b'formati komuni tar-rappurtar.

2.   Meta l-Kummissjoni jew xi NRA tagħmel talba debitament ġustifikata, il-BEREC jew l-Uffiċċju tal-BEREC għandu jipprovdi, fil-ħin u b'mod preċiż, kull informazzjoni meħtieġa biex il-Kummissjoni jew l-NRA tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha, abbażi tal-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera.

3.   Qabel ma ssir it-talba għall-informazzjoni b'konformità ma' dan l-Artikolu u biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-obbligi tar-rappurtar, il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC għandhom iqisu l-informazzjoni rilevanti eżistenti disponibbli pubblikament.

4.   Meta l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew l-NRAs ma jkunux għamluha disponibbli fil-ħin jew meta talba diretta tal-BEREC tkun aktar effiċjenti u inqas ta' piż, il-BEREC jista' jindirizza talba debitament ġustifikata u motivata lil awtorità oħra jew direttament lill-impriżi rilevanti li jkunu qed jipprovdu netwerks, servizzi u faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika.

Il-BEREC għandu jinforma lill-NRAs rilevanti bit-talbiet b'konformità ma' dan il-paragrafu.

Meta jitlobhom il-BEREC, l-NRAs għandhom jgħinuh jiġbor l-informazzjoni.

4a.   L-Uffiċċju tal-BEREC għandu jistabbilixxi u jimmaniġġja sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni li jkollha tal-inqas il-funzjonijiet ta' punt uniku ta' servizz li ġejjin:

(a)   punt ta' dħul uniku li permezz tiegħu impriża soġġetta għal awtorizzazzjoni ġenerali, fejn mitlub mill-Istat Membru, għandha tissottometti n-notifika tagħha li mbagħad tintbagħat mill-BEREC lill-NRAs;

(b)   pjattaforma komuni għall-iskambju ta' informazzjoni li tagħti lill-BEREC, lill-Kummissjoni u lill-NRAs l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas tal-Unjoni għall-komunikazzjoni elettronika;

(c)   sistema ta' twissija bikrija li tkun kapaċi tidentifika fi stadju bikri l-ħtiġijiet ta' koordinazzjoni f'deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-NRAs.

Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali u pjan sabiex jistabbilixxi din is-sistema. Din għandha tiġi żviluppata mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' propjetà intellettwali u l-livell ta' kunfidenzjalità meħtieġ.

Dawn is-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni għandhom ikunu operattivi fi żmien ... [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Artikolu 31

Id-dikjarazzjoni ta' interess

1.   Il-membri tal-Bord Maniġerjali u l-Bord tar-Regolaturi, il-membri tal-Bord tal-Appell, id-Direttur ▌, l-esperti nazzjonali sekondati u l-persunal l-ieħor li mhux impjegat mal-Uffiċċju tal-BEREC ilkoll għandhom jiddikjaraw kull sena l-impenn tagħhom u l-assenza jew il-preżenza ta' kull interess dirett jew indirett li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom.

Id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi u sħaħ, għandhom isiru bil-miktub u għandhom jiġu aġġornati kull meta jkun meħtieġ. Id-dikjarazzjonijiet tal-interessi li jagħmlu l-membri tal-Bord tar-Regolaturi, il-membri tal-Bord Maniġerjali u d-Direttur ▌għandhom jiġu ppubblikati.

2.   Il-membri tal-Bord Maniġerjali, il-Bord tar-Regolaturi u l-Gruppi ta' Ħidma, kif ukoll l-osservaturi jew parteċipanti oħra fil-laqgħat ta' dawk il-korpi, il-membri tal-Bord tal-Appell, id-Direttur ▌, l-esperti nazzjonali sekondati u l-persunal l-ieħor li mhux impjegat mal-Uffiċċju tal-BEREC, sa mhux aktar tard minn qabel ma tibda kull laqgħa, ilkoll għandhom jiddikjaraw, b'mod preċiż u sħiħ, kull interess li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom fejn jidħlu l-punti li jkun hemm fl-aġenda, u għandhom jastjenu milli jieħdu sehem fid-diskussjoni dwar dawn il-punti u milli jivvotaw dwarhom.

3.   Il-Bord tar-Regolaturi u l-Bord Maniġerjali għandhom jistabbilixxu r-regoli għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u, b'mod partikolari, għall-arranġamenti prattiċi għad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 32

Il-ġlieda kontra l-frodi

1.   Biex jiffaċilita l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illeċiti oħra skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(32), fi żmien ... [sitt xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament], l-Uffiċċju tal-BEREC għandu jaderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (l-OLAF) u jadotta d-dispożizzjonijiet ix-xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tiegħu permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness ta' dak il-Ftehim.

2.   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tagħmel awditi, abbażi tad-dokumenti u ta' żjarat fuq il-post, ta' kull benefiċjarju tal-għotja, kuntrattur u sottokuntrattur li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-Uffiċċju tal-BEREC.

3.   L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' xi għotja jew kuntratt iffinanzjat mill-Uffiċċju tal-BEREC, b'konformità mad-dispożizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96(33).

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet tal-għotja u d-deċiżjonijiet tal-għotja tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li espliċitament jagħtu s-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu dawn l-awditi u l-investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 33

Ir-responsabbiltà

1.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Uffiċċju tal-BEREC tirregolaha l-liġi applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni biex tagħti sentenza skont xi klawżola ta' arbitraġġ li jkun hemm f'kuntratt konkluż mill-Uffiċċju tal-BEREC.

3.   Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, l-Uffiċċju tal-BEREC għandu jagħmel tajjeb għal kull dannu li jikkaġunaw id-dipartimenti tiegħu jew il-persunal tiegħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom.

4.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni fit-tilwim fuq il-kumpens għad-danni kif imsemmi fil-paragrafu 3.

5.   Ir-responsabbiltà personali tal-persunal fil-konfront tal-Uffiċċju tal-BEREC għandhom jirregolawha d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew fil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg li japplikaw għalihom.

Artikolu 34

Inkjesti amministrattivi

L-attivitajiet tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC għandhom ikunu soġġetti għall-inkjesti tal-Ombudsman Ewropew b'konformità mal-Artikolu 228 tat-Trattat.

Artikolu 35

L-arranġamenti lingwistiċi

1.   Għall-Uffiċċju tal-BEREC għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 1/58(34).

2.   Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jipprovdihom iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU VI

▌ DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 37

Il-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u l-kundizzjonijiet tal-operat għall-Uffiċċju tal-BEREC

1. L-arranġamenti meħtieġa b'rabta mal-akkomodazzjoni li trid tiġi pprovduta għall-Uffiċċju tal-BEREC fl-Istat Membru ospitanti u mal-faċilitajiet li dak l-Istat Membru jrid iqegħedlu għad-dispożizzjoni tiegħu, flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti għad-Direttur ▌, għall-membri tal-Bord Maniġerjali, għall-persunal tal-Uffiċċju tal-BEREC u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Uffiċċju tal-BEREC u l-Istat Membru ospitanti.

2. L-Istat Membru ospitanti tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jiżgura li l-Uffiċċju tal-BEREC jaħdem bla intoppi u b'mod effiċjenti, inkluż is-servizzi ta' skola multilingwi u orjentata lejn l-Ewropa u l-konnessjonijiet xierqa tat-trasport.

Artikolu 38

Evalwazzjoni

1.   Fi żmien ... [ħames snin wara li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament], u mbagħad kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-esperjenza miksuba b'riżultat tal-operazzjoni tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC. B'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni, il-prestazzjoni tal-Uffiċċju tal-BEREC għandha tiġi vvalutata fir-rigward tal-għanijiet tiegħu u l-mandat, il-kompiti u l-postijiet tiegħu. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-effikaċja tal-istruttura istituzzjonali u organizzattiva tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC u l-kapaċità tagħhom li jwettqu l-kompiti kollha, b'mod partikolari biex jiżguraw l-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjoni elettronika, il-possibbiltà li jkun hemm bżonn bidla fl-istruttura jew fil-mandat tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' bidla bħal din.

2.   Meta l-Kummissjoni jkun jidhrilha li ma għadux ġustifikat li l-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC jissoktaw fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilhom, din tista' tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat jew jitħassar skont dan.

3.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord Maniġerjali dwar is-sejbiet tal-evalwazzjoni. Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni għandhom jiġu ppubblikati.

Artikolu 39

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   L-Uffiċċju tal-BEREC għandu jieħu post l-Uffiċċju li kien ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 ▌fejn jidħlu s-sjieda, il-ftehimiet, l-obbligi legali, il-kuntratti tal-impjiegi, u l-impenji u r-responsabbiltajiet finanzjarji kollha.

B'mod partikolari, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal tal-Uffiċċju stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009. Il-kuntratti ta' dan il-persunal jistgħu jiġġeddu skont dan ir-Regolament b'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u mal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg u b'konformità mal-limitazzjonijiet baġitarji tal-Uffiċċju tal-BEREC.

▌3.   Il-kuntratt tal-impjieg tad-Direttur Amministrattiv maħtur abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1211/2009 għandu jintemm fi tmiem il-mandat tiegħu ▌. Il-Bord Maniġerjali jista' jaħtru bħala Direttur għal mhux aktar minn erba' snin. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9a(4), (5), (6) għandhom japplikaw mutatis mutandis.▌

4.   Il-Bord Maniġerjali msemmi fl-Artikolu 4 għandu jkun magħmul mill-membri tal-Kumitat Maniġerjali msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1211/2009, sakemm jinħatru rappreżentanti ġodda.

4a.   Il-President u l-Viċi Presidenti tal-Bord tar-Regolaturi msemmija fl-Artikolu 2d li jkunu nħatru abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1211/2009 għandhom jibqgħu fil-kariga tagħhom għall-kumplament tal-mandat ta' sena tagħhom. Il-ħatriet sussegwenti tal-President u tal-Viċi Presidenti li jsiru mill-Bord tar-Regolaturi qabel... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom jiġu rispettati.

5. Il-proċedura ta' kwittanza fir-rigward tal-baġit approvat abbażi tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1211/2009 għandha ssir skont ir-regoli stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1211/2009.

Artikolu 40

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 qed jitħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1211/2009 ▌għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament ▌.

Artikolu 41

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika minn [...].

L-Artikoli 2h sa 2k għandhom japplikaw minn ... [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew        Għall-Kunsill

Il-President            Il-President

(1)

ĠU C 125, 21.4.2017, p. 65.

(2)

ĠU C ...

(3)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(4)

  ĠU C 125, 21.4.2017, p. 65.

(5)

  ĠU C […].

(6)

  Id-Direttiva […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew tal-Komunikazzjoni Elettronika (ĠU L […]).

(7)

  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(8)

  Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10).

(9)

  Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1.)

(10)

  Ir-Regolament (UE) Nru 2017/920 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 531/2012 fir-rigward tar-regoli għas-swieq tar-roaming bl-ingrossa (ĠU L 147, 9.6.2017, p. 1).

(11)

  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/627/KE tat-29 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi l-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għan-Netwerks u Servizzi ta' Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 200, 30.7.2002, p. 38).

(12)

  Ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1).

(13)

  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/627/KE tat-29 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi l-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għan-Netwerks u Servizzi ta' Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 200, 30.7.2002, p. 38).

(14)

  Id-Deċiżjoni meħuda bi qbil komuni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-31 ta' Mejju 2010 dwar il-post tas-sede tal-Uffiċċju tal-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC) (2010/349/UE) (ĠU L 156, 23.6.2010, p. 12).

(15)

  COM(2015) 192 final.

(16)

  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (ĠU L 198, 27.7.2002, p. 49).

(17)

  Stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(18)

  Id-Direttiva [...].

(19)

  Ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41).

(20)

  Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) (ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1).

(21)

  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(22)

  Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1).

(23)

  Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).

(24)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

(25)

  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-linji gwida għad-dokument tal-programmazzjoni tal-aġenziji deċentralizzati u l-mudell għar-Rapport Konsolidat tal-Attività Annwali għall-aġenziji deċentralizzati (C(2014) 9641).

(26)

  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-linji gwida għad-dokument tal-programmazzjoni tal-aġenziji deċentralizzati u l-mudell għar-Rapport Konsolidat tal-Attività Annwali għall-aġenziji deċentralizzati (C(2014) 9641).

(27)

  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012).

(28)

  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(29)

  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(30)

  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

(31)

  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

(32)

  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(33)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(34)

  Ir-Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU L 17, 6.10.1958, p. 385).


NOTA SPJEGATTIVA

Is-sitwazzjoni attwali

Il-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC) u l-Uffiċċju ġew stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1211/2009, bħala parti mill-"Pakkett tat-telekomunikazzjonijiet".

Il-BEREC mhuwiex aġenzija tal-UE. Minflok, huwa magħmul minn Bord tar-Regolaturi, magħmul mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (NRAs) stabbiliti f'kull Stat Membru. Għaldaqstant, il-BEREC huwa ankrat sew fir-realtajiet tat-28 suq nazzjonali tat-telekomunikazzjoni biex jipprovdi l-għarfien espert rilevanti. Il-BEREC għandu l-għan li jiżgura implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjoni elettronika, pereżempju permezz tat-tixrid tal-aħjar prattiki u tal-ħruġ ta' linji gwida u ta' opinjonijiet, jipprovdi pariri lill-NRAs u lill-istituzzjonijiet tal-UE u jwettaq kompiti oħra assenjati lilu mill-qafas regolatorju.

L-Uffiċċju tal-BEREC huwa aġenzija deċentralizzata tal-UE, ibbażat f'Riga. Il-kompitu prinċipali tal-Uffiċċju huwa li jipprovdi servizzi ta' appoġġ professjonali u amministrattiv lill-BEREC.

Il-proposta tal-Kummissjoni

Il-punt prinċipali tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li tikkonverti l-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC f'Aġenzija waħda tal-UE. Il-Bord tar-Regolaturi jsir il-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija u l-Maniġer Amministrattiv tal-Uffiċċju jsir id-Direttur Eżekuttiv.

Skont il-Kummissjoni, il-proposta tagħha tipprovdi lill-BEREC bi struttura ta' governanza xierqa u effiċjenti, mandat u l-għodda li jeħtieġ biex jiżgura l-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju. Aspett ieħor tal-proposta huwa li tallinja l-istruttura u l-governanza, l-operat, l-ipprogrammar u l-kontabbiltà tal-BEREC mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta' Lulju 2012 – l-hekk imsejjaħ "Approċċ Komuni".

Iż-żamma tal-bilanċ istituzzjonali

Ir-rapporteur jemmen li t-taqlib istituzzjonali jenħtieġ li jiġi evitat ħlief meta assolutament meħtieġ. Fil-każ tal-BEREC, huwa tal-opinjoni li l-istruttura attwali qed tiffunzjona sew u tagħmilha possibbli li jittieħed vantaġġ mill-għarfien espert nazzjonali fil-livell Ewropew. Dan għaliex il-membri tal-Bord tar-Regolaturi għandhom esperjenza prattika ta' kuljum tar-regolamentazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom u jistgħu jiġbru dan kollu flimkien fil-BEREC biex jipprovdu sinerġija effikaċi ferm.

Minħabba f'hekk, l-għan prinċipali tal-abbozz ta' rapport huwa li l-Bord tar-Regolaturi jinżamm bħala korp indipendenti, minflok li jitħalla jiddaħħal f'Aġenzija sħiħa tal-UE. Il-BEREC jenħtieġ li jinżamm 'il bogħod mill-influwenza tal-Kummissjoni, biex jiġi evitat it-tfixkil għall-bilanċ istituzzjonali attwali.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jipproponi, meta mqabbel mal-proposta tal-Kummissjoni, li r-rwol tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-ħatra tad-Direttur tal-Uffiċċju tal-BEREC jenħtieġ li jinżamm.

Il-flessibbiltà u l-validità għall-futur

Il-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-regolamentazzjoni tal-BEREC hija sa ċertu punt direttament marbuta mal-proposta l-oħra dwar il-"Kodiċi tal-Komunikazzjoni Elettronika" u ż-żewġ dossiers jenħtieġ li jipproċedu fil-proċedura leġiżlattiva b'mod parallel. Madankollu, ir-rapporteur iqis li l-ħtieġa għal allinjament tista' tiġi mminimizzata f'dan l-istadju bikri. Dan japplika b'mod partikolari għall-kompiti l-ġodda li se jiġu assenjati lill-BEREC mill-Kodiċi. Barra minn hekk, ir-rapport ifittex li jiżgura li r-Regolament ma jkollux bżonn jiġi emendat kull darba li tinbidel biċċa leġiżlazzjoni oħra tal-UE biex jagħti kompitu ġdid lill-BEREC. Il-lista twila ta' kompiti tal-BEREC hija għalhekk imqassra u saret aktar ġenerali.

L-effikaċja tal-istruttura ta' governanza

L-abbozz ta' rapport jinkludi wkoll emendi li jħaddnu l-istrutturi attwali fir-regolamentazzjoni tal-UE. Pereżempju, in-Netwerk ta' Kuntatti għandu rwol importanti fil-ħidma preżenti tal-BEREC imma m'għandux status uffiċjali. B'mod simili, ir-rapporteur japprova l-kontribuzzjoni b'suċċess tal-Gruppi ta' Ħidma esperti, u jinkludihom taħt l-istruttura organizzazzjonali tal-BEREC. Dispożizzjonijiet oħra li jistabbilixxu r-regoli kemm għall-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC kif ukoll għall-Bord Maniġerjali tal-Uffiċċju tal-BEREC huma aġġustati biex jirriflettu s-sitwazzjoni eżistenti u l-ħtieġa għal kontinwità b'titjib minuri li jagħmilhom anke aktar effikaċi.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jemmen li ħafna mill-proposti tal-Kummissjoni biex iġibu s-sitwazzjoni attwali f'konformità mal-hekk imsejjaħ "Approċċ Komuni" għandhom jintlaqgħu għall-Uffiċċju tal-BEREC, ħlief fejn jinvolvu l-impożizzjoni ta' piż amministrattiv eċċessiv jew jagħtu setgħat mhux iġġustifikati lill-Kummissjoni.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur jissuġġerixxi li l-Uffiċċju tal-BEREC jenħtieġ li jkollu persunal adegwat biex iwettaq il-kompiti tiegħu, u qed tiġi prevista ċifra globali ta' persunal ta' 40-45 membru tal-persunal sal-aħħar tal-perjodu 2019-2020, u li jintlaħaq bilanċ adegwat bejn il-persunal temporanju u l-persunal estern.

Fil-qosor, l-abbozz ta' rapport huwa maħsub biex ikun ta' bilanċ u kompromess bejn iż-żamma tal-aħjar mill-istruttura attwali u l-aħjar mill-proposta tal-Kummissjoni, u r-rapporteur jittama li dan iservi bħala l-bażi għal kompromess fil-Parlament.


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (2.6.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

(COM(2016)0591 – C8-0382/2016 – 2016/0286(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Ivan Štefanec

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-Rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni biex taġġorna r-regolament dwar il-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) bħala parti mill-pakkett tat-telekomunikazzjoni iktar wiesa' tagħha. Is-suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi jinsab fil-qalba tal-Ekonomija Diġitali u għalhekk huwa kruċjali li s-settur tal-komunikazzjoni elettronika jissaħħaħ u jiġu pprovduti innovazzjoni u konnettività ta' kwalità għolja fis-setturi kollha tal-ekonomija Ewropea.

Il-proposta għandha l-għan li ttejjeb l-armonizzazzjoni regolatorja u ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-indipendenza tal-NRAs. Ir-Rapporteur jemmen li l-istruttura istituzzjonali attwali (l-indipendenza tal-NRAs mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-UE) u l-ankrament tal-BEREC fost il-membri kostitwenti tiegħu (l-NRAs) jippermettu lill-BEREC jipprovdi parir indipendenti u espert u jissokta l-koperazzjoni ma' istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.

It-tisħiħ tar-rekwiżit ta' indipendenza tal-NRAs jenħtieġ li jibqa' ta' importanza ċentrali sabiex tiġi żgurata regolamentazzjoni imparzjali u prevedibbli fil-ġejjieni. Barra minn hekk, ir-Rapporteur jilqa' wkoll il-proposta biex jitwessa' s-sett minimu ta' kompetenzi bażiċi attribwiti lill-NRAs. Huwa jemmen li t-tnaqqis fl-indipendenza tal-BEREC u l-ħolqien ta' aġenzija sħiħa u attrezzata għalkollox jistgħu jnaqqsu kemm l-effettività u l-valur miżjud tal-BEREC kif ukoll ir-rata tal-iżvilupp u t-tixrid tal-aħjar prattiki armonizzati.

Għalhekk, ir-Rapporteur iddeċieda li jżomm l-istruttura attwali ta' governanza fuq żewġ binarji, bil-BEREC fuq naħa u l-Uffiċċju tal-BEREC fuq in-naħa l-oħra. Huwa jqis li dan huwa l-aħjar mod biex tiġi żgurata t-tkomplija tal-ħidma effettiva tal-BEREC u biex jinżamm ekwilibriju bejn il-Kummissjoni, l-NRAs u l-BEREC. Il-BEREC ikompli jkun magħmul minn rappreżentanti ta' kull wieħed mill-NRAs tal-Istati Membri, biex b'hekk l-NRAs kollha jkunu jistgħu jikkontribwixxu b'mod attiv għall-ħidma tal-BEREC. B'dan il-mod, il-BEREC jikkomplementa l-kompiti regolatorji mwettqa fil-livell nazzjonali mill-awtoritajiet regolatorji. Il-BEREC jenħtieġ li jkun totalment responsabbli u trasparenti quddiem l-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni Ewropea.

Għaldaqstant ir-Rapporteur introduċa mill-ġdid fil-proposta għal regolament l-istruttura doppja tal-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC u stabbilixxa l-kompiti u l-istruttura organizzattiva xierqa għal kull wieħed minnhom. L-abbozz ta' opinjoni għalhekk tintroduċi l-Artikolu 2a ġdid dwar l-istabbiliment u l-kompiti tal-Uffiċċju tal-BEREC kif ukoll l-Artikoli 14a sa 14d ġodda dwar l-organizzazzjoni tal-Uffiċċju tal-BEREC. Fir-rigward kemm tal-BEREC kif ukoll tal-Uffiċċju tal-BEREC, ir-Rapporteur ħa inkunsiderazzjoni għadd ta' titjib issuġġerit mill-Kummissjoni, inkluża l-estensjoni tal-kompetenzi tal-BEREC fil-qasam regolatorju.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC taw kontribut pożittiv għal implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika. Madankollu għad hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fejn tidħol il-prassi regolatorja. Barra minn hekk, l-istruttura ta' governanza tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC mhix effiċjenti u toħloq piż amministrattiv bla bżonn. Biex ikunu żgurati l-kisbiet fl-effiċjenza u s-sinerġiji u biex jingħata kontribut addizzjonali għall-iżvilupp tas-suq intern tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha kif ukoll għall-promozzjoni tal-aċċess għal konnettività tad-dejta b'kapaċità kbira ħafna u tal-adozzjoni tagħha, għall-promozzjoni tal-kompetizzjoni fil-forniment tan-netwerks, tas-servizzi u tal-faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika u għall-promozzjoni tal-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rwol tal-BEREC u li jtejjeb l-istruttura ta' governanza tiegħu billi jistabbilixxi l-BEREC bħala aġenzija deċentralizzata tal-Unjoni. Dan jaqbel ukoll mal-ħtieġa li jiġi rifless ir-rwol imsaħħaħ ferm tal-BEREC skont ir-Regolament (KE) Nru 531/2012 li jistabbilixxi l-kompiti tal-BEREC rigward ir-roaming fl-Unjoni kollha, skont ir-Regolament (UE) 2015/2120 li jistabbilixxi l-kompiti tal-BEREC rigward l-aċċess għall-internet miftuħ u r-roaming fl-Unjoni kollha, u skont id-Direttiva li tistabbilixxi għadd sinifikanti ta' kompiti ġodda għall-BEREC fosthom li joħroġ deċiżjonijiet u linji gwida dwar diversi suġġetti, li jibgħat rapporti dwar kwistjonijiet tekniċi, li jżomm reġistri u li jagħti opinjonijiet dwar il-proċeduri tas-suq intern għall-abbozzi tal-miżuri nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq kif ukoll dwar l-assenjamenti tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju.

(7)  Il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC taw kontribut pożittiv għal implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika. Madankollu għad hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fejn tidħol il-prassi regolatorja. Biex ikunu żgurati l-kisbiet fl-effiċjenza u s-sinerġiji u biex jingħata kontribut addizzjonali għall-iżvilupp tas-suq intern tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha kif ukoll għall-promozzjoni tal-aċċess għal konnettività tad-dejta b'kapaċità kbira ħafna u tal-adozzjoni tagħha, għall-promozzjoni tal-kompetizzjoni fil-forniment tan-netwerks, tas-servizzi u tal-faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika u għall-promozzjoni tal-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rwoli tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC u li jtejjeb l-istruttura ta' governanza tagħhom. Dan jaqbel ukoll mal-ħtieġa li jiġi rifless ir-rwol imsaħħaħ ferm tal-BEREC skont ir-Regolament (KE) Nru 531/2012 li jistabbilixxi l-kompiti tal-BEREC rigward ir-roaming fl-Unjoni kollha, skont ir-Regolament (UE) 2015/2120 li jistabbilixxi l-kompiti tal-BEREC rigward l-aċċess għall-internet miftuħ u r-roaming fl-Unjoni kollha, u skont id-Direttiva li tistabbilixxi għadd sinifikanti ta' kompiti ġodda għall-BEREC fosthom li joħroġ deċiżjonijiet u linji gwida dwar diversi suġġetti, li jibgħat rapporti dwar kwistjonijiet tekniċi, li jżomm reġistri u li jagħti opinjonijiet dwar il-proċeduri tas-suq intern għall-abbozzi tal-miżuri nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq kif ukoll dwar l-assenjamenti tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika jeħtieġ jiġi applikat b'mod konsistenti fl-Istati Membri kollha ħalli jirnexxi l-iżvilupp ta' suq intern tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha u ħalli jiġu promossi l-aċċess għal konnettività tad-dejta b'kapaċità kbira ħafna u l-adozzjoni tagħha, il-kompetizzjoni fil-forniment tan-netwerks, tas-servizzi u tal-faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika u l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni. Fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, li ħafna drabi jinvolvu dimensjoni transfruntiera akbar, u minħabba l-esperjenza li nkisbet s'issa fl-iżgurar ta' implimentazzjoni konsistenti fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika, hu meħtieġ li wieħed jibni fuq il-ħidma tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC u jkompli jiżviluppahom f'aġenzija sħiħa u attrezzata għalkollox.

(8)  Il-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika jeħtieġ jiġi applikat b'mod konsistenti b'mod bilanċjat u mhux diskriminatorju fl-Istati Membri kollha ħalli jirnexxi l-iżvilupp ta' suq intern tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha u ħalli jiġu promossi l-aċċess għal konnettività tad-dejta b'kapaċità kbira ħafna u l-adozzjoni tagħha, il-kompetizzjoni fil-forniment tan-netwerks, tas-servizzi u tal-faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika u l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni. Fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, li ħafna drabi jinvolvu dimensjoni transfruntiera akbar, u minħabba l-esperjenza li nkisbet s'issa fl-iżgurar ta' implimentazzjoni konsistenti fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika, hu meħtieġ li wieħed jibni fuq il-ħidma tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-aġenzija għandha tiġi regolata u titħaddem b'konformità mal-prinċipji tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta' Lulju 2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati ("l-Approċċ Komuni")28. Minħabba l-identità viżiva stabbilita tal-BEREC u l-ispejjeż relatati ma' bidla f'ismu, l-aġenzija l-ġdida se jibqa' jisimha l-BEREC.

(9)  L-Uffiċċju tal-BEREC għandu jiġi rregolat u jitħaddem b'konformità mal-prinċipji tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta' Lulju 2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati ("l-Approċċ Komuni")28.

__________________

__________________

28 Id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati.

28 Id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10a.  Il-BEREC għandu jservi wkoll bħala korp ta' riflessjoni, dibattitu u konsulenza għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fil-qasam tal-konumikazzjonijiet elettroniċi. Għaldaqstant, il-BEREC għandu jagħti parir lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fuq talba tagħhom jew fuq inizjattiva proprja.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Mingħajr preġudizzju għar-rwol tagħhom, jekk ikun meħtieġ, il-BEREC għandu jitħalla jikkopera ma' korpi, aġenziji, uffiċċji u gruppi konsultattivi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju29, mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta30, mal-Grupp tar-Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva31 u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni32; kif ukoll ma' kumitati eżistenti (bħall-Kumitat tal-Komunikazzjoni u l-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju). Dan għandu jitħalla jikkopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi, b'mod partikolari mal-awtoritajiet regolatorji kompetenti fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika u/jew ma' gruppi ta' dawn l-awtoritajiet, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, meta dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

(11)  Mingħajr preġudizzju għar-rwol tagħhom, jekk ikun meħtieġ, il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC għandhom jitħallew jikkoperaw ma' korpi, aġenziji, uffiċċji u gruppi konsultattivi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju29, mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta30, mal-Grupp tar-Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva31 u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni32; kif ukoll ma' kumitati eżistenti (bħall-Kumitat tal-Komunikazzjoni u l-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju). Dan għandu jitħalla jikkopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi, b'mod partikolari mal-awtoritajiet regolatorji kompetenti fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika u/jew ma' gruppi ta' dawn l-awtoritajiet, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, meta dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

__________________

__________________

29 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (ĠU L 198, 27.7.2002, p. 49).

29 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (ĠU L 198, 27.7.2002, p. 49).

30 Stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

30 Stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

31 Id-Direttiva [...].

31 Id-Direttiva [...].

32 Ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41).

32 Ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Meta mqabbla mas-sitwazzjoni fil-passat, meta kellek Bord tar-Regolaturi u Kumitat Maniġerjali li kienu jmexxu b'mod parallel, il-fatt li jkun hemm bord uniku li jagħti orjentazzjonijiet ġenerali għall-attivitajiet tal-BEREC u li jiddeċiedi fuq kwistjonijiet regolatorji u operattivi u fuq kwistjonijiet ta' ġestjoni amministrattiva u baġitarja għandu jgħin biex jitjiebu l-effiċjenza, il-koerenza u l-prestazzjoni tal-aġenzija. Għal dan il-għan, il-Bord Maniġerjali għandu jwettaq il-funzjonijiet rilevanti, u minbarra ż-żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, dan għandu jkun jikkonsisti mill-Kap jew minn membru ieħor tal-korp kolleġġjali ta' kull NRA, li huma protetti bir-rekwiżiti ta' ċaħda.

imħassar

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Fil-passat is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra kien jeżerċitahom il-Viċi President tal-Kumitat Maniġerjali tal-Uffiċċju tal-BEREC. Il-Bord Maniġerjali tal-aġenzija l-ġdida għandu jiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv, li għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawn is-setgħat. Dan jikkontribwixxi għal ġestjoni effiċjenti tal-persunal tal-BEREC u jiżgura li l-Kumitat Maniġerjali, il-President u l-Viċi President ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq xogħolhom.

(13)  Fil-passat is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra kien jeżerċitahom il-Viċi President tal-Kumitat Maniġerjali tal-Uffiċċju tal-BEREC. Il-Bord Maniġerjali tal-aġenzija l-ġdida għandu jiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur, li għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawn is-setgħat. Dan jikkontribwixxi għal ġestjoni effiċjenti tal-persunal tal-BEREC u jiżgura li l-Bord Maniġerjali, il-President u l-Viċi President ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq xogħolhom.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Fil-passat, il-mandat tal-President u tal-Viċi Presidenti tal-Bord tar-Regolaturi kien ta' sena. Minħabba l-kompiti addizzjonali assenjati lill-BEREC u l-ħtieġa li tkun żgurata programmazzjoni annwali u pluriennali tal-attivitajiet tiegħu, hu kruċjali li jkun żgurat li l-President u l-Viċi President ikollhom mandat stabbli u fit-tul.

(14)  Minħabba l-kompiti addizzjonali assenjati lill-BEREC u l-ħtieġa li tkun żgurata programmazzjoni annwali u pluriennali tal-attivitajiet tiegħu, hu kruċjali li jkun żgurat li l-President u l-Viċi President ikollhom mandat stabbli u fit-tul.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Mill-anqas, il-Bord Maniġerjali għandu jiltaqa' darbtejn fis-sena għal sessjoni ordinarja. Mill-esperjenza tal-imgħoddi u billi żdied ir-rwol tal-BEREC, il-Bord Maniġerjali jaf ikun jeħtieġ jiltaqa' aktar drabi.

(15)  Mill-anqas, il-Bord tar-Regolaturi għandu jiltaqa' erba' darbiet fis-sena għal sessjoni ordinarja. Mill-esperjenza tal-imgħoddi u billi żdied ir-rwol tal-BEREC, il-Bord tar-Regolaturi jaf ikun jeħtieġ jiltaqa' aktar drabi.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Id-Direttur Eżekuttiv, li se jkun ir-rappreżentant legali tal-BEREC, jaqdi rwol kruċjali għall-funzjonament adegwat tal-aġenzija l-ġdida u għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lilha. Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtru minn lista mfassla mill-Kummissjoni wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti sabiex tkun żgurata evalwazzjoni bir-reqqa tal-kandidati u livell għoli ta' indipendenza. Barra minn hekk, fl-imgħoddi, il-mandat tad-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-BEREC kien ta' tliet snin. Jeħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv ikollu mandat twil biżżejjed biex ikunu żgurati l-istabbiltà u t-twassil ta' strateġija fit-tul għall-aġenzija.

(16)  Id-Direttur, li se jkun ir-rappreżentant legali tal-Uffiċċju tal-BEREC, jaqdi rwol kruċjali għall-funzjonament adegwat tal-BEREC u għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lilu. Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtru wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti sabiex tkun żgurata evalwazzjoni rigoruża tal-kandidati u livell għoli ta' indipendenza. Barra minn hekk, fl-imgħoddi, il-mandat tad-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-BEREC kien ta' tliet snin. Jeħtieġ li d-Direttur ikollu mandat twil biżżejjed biex ikunu żgurati l-istabbiltà u t-twassil ta' strateġija fit-tul għall-BEREC.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Mill-esperjenza jidher li ħafna mill-kompiti tal-BEREC jitwettqu aħjar bi gruppi ta' ħidma, u għalhekk il-Bord Maniġerjali għandu jkun responsabbli biex iwaqqaf gruppi ta' ħidma u biex jaħtar il-membri tagħhom. Biex ikun żgurat approċċ bilanċjat, il-gruppi ta' ħidma għandhom jiġu kkoordinati u mmexxija minn membri tal-persunal tal-BEREC. Il-listi ta' esperti kwalifikati għandhom jitħejjew minn qabel biex ikun żgurat li ċerti gruppi ta' ħidma jitwaqqfu malajr, b'mod partikolari dawk relatati mal-proċeduri tas-suq intern għall-abbozzi tal-miżuri nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq u dwar l-assenjamenti tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju, minħabba l-limiti taż-żmien ta' dawk il-proċeduri.

(17)  Mill-esperjenza jidher li ħafna mill-kompiti tal-BEREC jitwettqu aħjar bi gruppi ta' ħidma, u għalhekk il-Bord tar-Regolaturi għandu jkun responsabbli biex iwaqqaf gruppi ta' ħidma u biex jaħtar il-membri tagħhom. Il-listi ta' esperti kwalifikati għandhom jitħejjew minn qabel biex ikun żgurat li ċerti gruppi ta' ħidma jitwaqqfu malajr, b'mod partikolari dawk relatati mal-proċeduri tas-suq intern għall-abbozzi tal-miżuri nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq u dwar l-assenjamenti tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju, minħabba l-limiti taż-żmien ta' dawk il-proċeduri.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Billi l-BEREC hu kompetenti biex jieħu deċiżjonijiet b'effett vinkolanti, jeħtieġ ikun żgurat li kull persuna naturali jew ġurifika soġġetta għal deċiżjoni tal-BEREC jew ikkonċernata minnha, jkollha d-dritt tappella quddiem il-Bord tal-Appell, li hu parti mill-aġenzija iżda li huwa indipendenti mill-istruttura amministrattiva u regolatorja tagħha. Billi d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell huma maħsuba biex jipproduċu effetti legali għal partijiet terzi, jista' jitressaq rikors għal stħarriġ tal-legalità tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali. Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi fejn jidħlu r-regoli ta' proċedura tal-Bord tal-Appell, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33.

imħassar

__________________

 

33 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Għall-BEREC għandu japplika r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/201334.

(19)  Għall-Uffiċċju tal-BEREC għandu japplika r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/201334 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

__________________

__________________

34 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

34 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Biex tkun żgurata l-awtonomija tal-BEREC, dan għandu jkollu l-baġit tiegħu li essenzjalment ħafna minnu jkun ġej minn kontribuzzjoni tal-Unjoni. Il-finanzjament tal-BEREC għandu jkun soġġett għal ftehim mill-awtorità baġitarja kif stabbilit fil-punt 31 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-koperazzjoni f'materji baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja soda35.

(20)  Biex tkun żgurata l-awtonomija tal-Uffiċċju tal-BEREC, dan għandu jkollu l-baġit tiegħu li essenzjalment ħafna minnu jkun ġej minn kontribuzzjoni tal-Unjoni. Il-finanzjament tal-BEREC għandu jkun soġġett għal ftehim mill-awtorità baġitarja kif stabbilit fil-punt 31 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-koperazzjoni f'materji baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja soda35.

__________________

__________________

35 Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar koperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1).

35 Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar koperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1).

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Il-BEREC għandu jkun indipendenti fejn jidħlu materji operattivi u tekniċi u għandu jkollu awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. Għal dak il-għan, jeħtieġ u jixraq li l-BEREC ikun korp tal-Unjoni b'personalità ġuridika u li jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu.

(21)  L-Uffiċċju tal-BEREC għandu jkun indipendenti fejn jidħlu materji operattivi u tekniċi u għandu jkollu awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja.

Emenda     16

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Bħala aġenzija deċentralizzata tal-Unjoni, il-BEREC għandu jopera skont il-mandat tiegħu u skont il-qafas istituzzjonali eżistenti. Dan ma għandux jitqies li jirrappreżenta xi pożizzjoni tal-Unjoni quddiem xi udjenza barranija jew li jorbot lill-Unjoni b'obbligi legali.

imħassar

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Biex tkompli titwessa' l-implimentazzjoni konsistenti tad-dispożizzjonijiet tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika fil-kamp ta' applikazzjoni tal-BEREC, l-aġenzija l-ġdida għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji tal-pajjiżi terzi li huma kompetenti fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika u li għamlu ftehimiet mal-Unjoni għal dak l-iskop, b'mod partikolari dawk mill-Istati tal-EFTA taż-ŻEE u mill-pajjiżi kandidati.

(23)  Biex tkompli titwessa' l-implimentazzjoni konsistenti tad-dispożizzjonijiet tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika fil-kamp ta' applikazzjoni tal-BEREC, il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC għandhom ikunu miftuħin għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji tal-pajjiżi terzi li huma kompetenti fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika u li għamlu ftehimiet mal-Unjoni għal dak l-iskop, b'mod partikolari dawk mill-Istati tal-EFTA u mill-pajjiżi kandidati.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Il-BEREC għandu jitħalla jwettaq attivitajiet ta' komunikazzjoni fil-qasam ta' kompetenza tiegħu, li ma għandhomx ikunu ta' detriment għall-kompiti ewlenin tiegħu u li għandhom isiru skont il-pjanijiet rilevanti tal-komunikazzjoni u tat-tixrid adottati mill-Bord Maniġerjali. Il-kontenut u l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-komunikazzjoni tal-BEREC għandhom ikunu koerenti, rilevanti u kkoordinati mal-istrateġiji u mal-attivitajiet tal-Kummissjoni u tal-istituzzjonijiet l-oħra ħalli titqies l-identità viżiva usa' tal-Unjoni.

(24)  Il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC għandhom jitħallew iwettqu attivitajiet ta' komunikazzjoni fil-qasam ta' kompetenza tagħhom, li ma għandhomx ikunu ta' detriment għall-kompiti ewlenin tagħhom u li għandhom isiru skont il-pjanijiet rilevanti tal-komunikazzjoni u tat-tixrid adottati mill-Bord Maniġerjali. Il-kontenut u l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-komunikazzjoni tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC għandhom ikunu koerenti u rilevanti mal-istrateġiji u mal-attivitajiet tal-Kummissjoni u tal-istituzzjonijiet l-oħra ħalli titqies l-identità viżiva usa' tal-Unjoni.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv, il-BEREC għandu jkollu d-dritt jitlob l-informazzjoni kollha meħtieġa mingħand il-Kummissjoni, mingħand l-NRAs u, bħala l-aħħar rimedju, mingħand awtoritajiet u impriżi oħrajn. It-talbiet għall-informazzjoni għandhom ikunu proporzjonati u ma għandhomx jimponu xi piż żejjed fuq id-destinatarji. L-NRAs, li huma l-eqreb tas-swieq tal-komunikazzjoni elettronika, għandhom jikkoperaw mal-BEREC u jgħaddulu informazzjoni preċiża u fil-ħin biex jiżguraw li dan ikun jista' jwettaq il-mandat tiegħu. Barra minn hekk, il-BEREC għandu jaqsam l-informazzjoni meħtieġa mal-Kummissjoni u mal-NRAs bil-prinċipju tal-koperazzjoni leali.

(25)  Biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv, il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC għandu jkollhom id-dritt jitolbu l-informazzjoni kollha meħtieġa mingħand il-Kummissjoni, mingħand l-NRAs u, bħala l-aħħar rimedju, mingħand awtoritajiet u impriżi oħrajn. It-talbiet għall-informazzjoni għandhom ikunu proporzjonati u ma għandhomx jimponu xi piż żejjed fuq id-destinatarji. L-NRAs, li huma l-eqreb tas-swieq tal-komunikazzjoni elettronika, għandhom jikkoperaw mal-BEREC u mal-Uffiċċju tal-BEREC u jgħaddulhom informazzjoni preċiża u fil-ħin biex jiżguraw li l-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC ikunu jistgħu jwettqu l-mandat tagħhom. Barra minn hekk, il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC għandhom jaqsmu l-informazzjoni meħtieġa mal-Kummissjoni u mal-NRAs bil-prinċipju tal-koperazzjoni leali.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  L-Uffiċċju tal-BEREC, li ġie stabbilit bħala korp Komunitarju b'personalità ġuridika skont ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009, qed jinbidel bil-BEREC fejn jidħlu s-sjieda, il-ftehimiet, l-obbligi legali, il-kuntratti tal-impjiegi, u l-impenji u r-responsabbiltajiet finanzjarji kollha. Il-BEREC għandu jingaġġa l-persunal tal-Uffiċċju tal-BEREC li d-drittijiet u l-obbligi tiegħu ma għandhomx jintlaqtu,

(28)  L-Uffiċċju, li ġie stabbilit bħala korp Komunitarju b'personalità ġuridika skont ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009, qed jinbidel bl-Uffiċċju tal-BEREC fejn jidħlu s-sjieda, il-ftehimiet, l-obbligi legali, il-kuntratti tal-impjiegi, u l-impenji u r-responsabbiltajiet finanzjarji kollha. l-Uffiċċju tal-BEREC għandu jingaġġa l-persunal tal-Uffiċċju li d-drittijiet u l-obbligi tagħhom ma għandhomx jintlaqtu,

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1

Artikolu 1

L-istabbiliment u l-għanijiet

L-istabbiliment u l-għanijiet tal-BEREC

1.  B'dan qed jiġi stabbilit il-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika ("il-BEREC").

1.  B'dan qed jiġi stabbilit il-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika ("il-BEREC").

2  Il-BEREC għandu jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva [...], tad-Direttiva 2002/58/KE, tar-Regolament (KE) Nru 531/2012, tar-Regolament (UE) 2015/2120 u tad-Deċiżjoni 243/2012/UE36 (il-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju).

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti f’dawk id-Direttivi u r-Regolamenti u f’dik id-Deċiżjoni.

2.  Il-BEREC għandu jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva [...], tad-Direttiva 2002/58/KE, tar-Regolament (KE) Nru 531/2012, tar-Regolament (UE) 2015/2120 u tad-Deċiżjoni 243/2012/UE36 (il-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju), u kwalunkwe att ieħor tal-Unjoni li jikkonferixxilu l-kompiti u s-setgħat tiegħu.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti f’dawk id-Direttivi u r-Regolamenti u f’dik id-Deċiżjoni.

3.  Il-BEREC għandu jsegwi l-istess għanijiet bħal dawk tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ("l-NRAs") imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva. B'mod partikolari, il-BEREC għandu jiżgura implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika fil-kamp ta' applikazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern. Barra minn hekk, dan għandu jippromwovi l-aċċess għal konnettività tad-dejta b'kapaċità kbira ħafna, u l-adozzjoni tagħha; il-kompetizzjoni fil-forniment tan-netwerks, tas-servizzi u tal-faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika; u l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni.

3.  Il-BEREC għandu, bħala objettiv ewlieni, jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-funzjonament aħjar tas-suq intern għas-servizzi u n-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi billi jiżgura implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-Unjoni tal-komunikazzjoni elettronika fil-kamp ta' applikazzjoni msemmi fil-paragrafu 2. Il-BEREC għandu, f'koperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ("NRAs"), jikkontribwixxi għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva [...], u b'mod partikulari għandu jippromwovi l-aċċess għal konnettività tad-dejta b'kapaċità kbira ħafna, u l-adozzjoni tagħha; il-kompetizzjoni fil-forniment tan-netwerks, tas-servizzi u tal-faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika; u l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni.

 

3a.  Il-BEREC għandu jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod indipendenti, imparzjali u trasparenti. Il-BEREC għandu jibbaża fuq l-għarfien espert fl-NRAs.

 

3b.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-NRAs ikollhom ir-riżorsi finanzjarji u umani adegwati meħtieġa biex jipparteċipaw fil-ħidma tal-BEREC.

__________________

__________________

36 Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).

36 Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Il-kompiti

Il-kompiti tal-BEREC

1.  Il-kompiti tal-BEREC għandhom ikunu li:

1.  Il-kompiti tal-BEREC għandhom ikunu li:

(a)  jassisti, jagħti pariri u jikkopera mal-Kummissjoni u mal-NRAs, meta jintalab jew bl-inizjattiva tiegħu stess, fuq kull materja teknika fil-mandat tiegħu, u li jgħin u jagħti pariri lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, meta jintalab jagħmel dan;

(a)  jassisti, jagħti pariri u jikkopera mal-NRAs u mal-Kummissjoni, meta jintalab jew bl-inizjattiva tiegħu stess, fuq kull materja teknika fil-mandat tiegħu, u jipprovdi opinjonijiet jew rakkomandazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni meta jintalab jagħmel dan jew fuq inizjattiva tiegħu stess, dwar kwalunkwe kwistjoni li tidħol fil-kompetenza tiegħu;

 

(aa)  jippromwovi l-koperazzjoni bejn l-NRAs, u bejn l-NRAs u l-Kummissjoni;

 

(ab)  jagħti rakkomandazzjonijiet u jippreżenta l-aqwa prattiki għall-NRAs biex iħeġġeġ implimentazzjoni konsistenti f'kull materja teknika fil-mandat tiegħu;

(b)  joħroġ deċiżjonijiet:

(b)  joħroġ deċiżjonijiet skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva;

-  fuq l-identifikazzjoni tas-swieq transnazzjonali b'konformità mal-Artikolu 63 tad-Direttiva;

 

-  fuq mudell għall-kuntratti fil-qosor, b'konformità mal-Artikolu 95 tad-Direttiva;

 

(c)  jiżviluppa mudell ekonomiku biex jgħin lill-Kummissjoni tiddetermina r-rati massimi ta' terminazzjoni fl-Unjoni b'konformità mal-Artikolu 73 tad-Direttiva;

(c)  jiżviluppa mudell ekonomiku biex jgħin lill-Kummissjoni tiddetermina r-rati massimi ta' terminazzjoni fl-Unjoni b'konformità mal-Artikolu 73 tad-Direttiva;

(d)  jagħti opinjonijiet kif imsemmi fid-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 531/2012, b'mod partikolari:

(d)  jagħti opinjonijiet kif imsemmi fid-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 531/2012;

-  fuq ir-riżoluzzjoni tat-tilwim transfruntier b'konformità mal-Artikolu 27 tad-Direttiva;

 

-  fuq l-abbozzi tal-miżuri nazzjonali relatati mal-proċeduri tas-suq intern għar-regolamentazzjoni tas-swieq b'konformità mal-Artikoli 32, 33 u 66 tad-Direttiva;

 

-  fuq l-abbozzi tal-miżuri nazzjonali relatati mal-proċeduri tas-suq intern għall-evalwazzjoni bejn il-pari tal-ispettru tar-radju b'konformità mal-Artikolu 35 tad-Direttiva;

 

-  fuq l-abbozzi tad-deċiżjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-armonizzazzjoni b'konformità mal-Artikolu 38 tad-Direttiva;

 

(e)  joħroġ linji gwida kif imsemmi fid-Direttiva, fir-Regolament (KE) Nru 531/2012 u fir-Regolament (UE) 2015/2120:

(e)  joħroġ linji gwida kif imsemmi fid-Direttiva, fir-Regolament (KE) Nru 531/2012 u fir-Regolament (UE) 2015/2120;

-  fuq l-implimentazzjoni tal-obbligi tal-NRAs fejn jidħlu l-istħarriġiet ġeografiċi b'konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva;

 

-  fuq approċċi komuni biex jiġi identifikat il-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk f'topoloġiji differenti tan-netwerk b'konformità mal-Artikolu 59 tad-Direttiva;

 

-  fuq approċċi komuni biex tintlaħaq id-domanda tal-utenti finali transnazzjonali b'konformità mal-Artikolu 64 tad-Direttiva;

 

-  fuq il-kriterji minimi għal offerta ta' referenza b'konformità mal-Artikolu 67 tad-Direttiva;

 

-  fuq id-dettalji tekniċi tal-mudell tal-ispejjeż li għandhom japplikaw l-NRAs meta jiġu biex jistabbilixxu r-rati massimi simetriċi ta' terminazzjoni b'konformità mal-Artikolu 73 tad-Direttiva;

 

-  fuq kriterji komuni għall-valutazzjoni tal-kapaċità tal-ġestjoni tar-riżorsi tan-numerazzjoni u tar-riskju ta' eżawriment tar-riżorsi tan-numerazzjoni b'konformità mal-Artikolu 87 tad-Direttiva;

 

-  fuq il-parametri rilevanti tal-kwalità tas-servizz u l-metodi tal-kejl applikabbli b'konformità mal-Artikolu 97 tad-Direttiva;

 

-  fuq l-implimentazzjoni tal-obbligi tal-NRAs fejn jidħol l-aċċess għall-internet miftuħ b'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/2120;

 

-  fuq l-aċċess għar-roaming bl-ingrossa b'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 531/2012.

 

 

(ea)  jissorvelja u jikkoordina l-azzjoni tal-NRAs biex japplikaw ir-Regolament (UE) Nru 531/2012, b'mod partikolari fejn jidħol il-forniment ta' servizzi regolati tar-roaming bl-imnut bi prezzijiet domestiċi fl-interess tal-utenti finali, l-iżvilupp tat-tariffi bl-imnut u bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming u t-trasparenza u l-komparabbiltà tat-tariffi, u fejn meħtieġ jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni;

 

(eb)  jirrapporta dwar kwistjonijiet tekniċi fil-kompetenza tal-BEREC;

2.  Il-kompiti tal-BEREC huma wkoll li:

2.  Il-BEREC għandu jwettaq ukoll kompiti oħrajn mogħtija lilu bl-atti legali tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz tad-Direttiva, ir-Regolament (KE) Nru 531/2012 u r-Regolament (UE) Nru 2015/2120.

(a)  jissorvelja u jikkoordina l-azzjoni tal-NRAs biex japplikaw ir-Regolament (UE) Nru 531/2012, b'mod partikolari fejn jidħol il-forniment ta' servizzi regolati tar-roaming għall-konsumaturi bi prezzijiet domestiċi fl-interess tal-utenti finali;

 

(b)  jirrapporta fuq kwistjonijiet tekniċi fil-kompetenza tiegħu, b'mod partikolari:

 

-  fuq l-applikazzjoni prattika tal-opinjonijiet u tal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 2(1)(d) u 2(1)(e);

 

-  fuq il-livell tal-interoperabbiltà bejn is-servizzi tal-komunikazzjoni interpersonali, it-theddid għall-aċċess effettiv għas-servizzi ta' emerġenza jew għall-konnettività minn tarf sa tarf bejn l-utenti finali b'konformità mal-Artikolu 59 tad-Direttiva;

 

-  fuq l-iżvilupp tat-tariffi bl-imnut u bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming u fuq it-trasparenza u l-komparabbiltà tat-tariffi b'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 531/2012;

 

-  fuq is-sejbiet tar-rapporti annwali li l-NRAs għandhom jipprovdu b'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/2120, bil-pubblikazzjoni ta' rapport annwali ta' sinteżi;

 

(d)  iżomm reġistru ta':

 

-  l-impriżi li jipprovdu netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika b'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva. Barra minn hekk, il-BEREC għandu joħroġ dikjarazzjonijiet standardizzati fuq in-notifiki mill-impriżi b'konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva;

 

-  in-numri bi dritt ta' użu ekstraterritorjali b'konformità mal-Artikolu 87 tad-Direttiva;

 

(e)  iwettaq kompiti oħrajn li jeżiġu minnu l-atti legali tal-Unjoni, b'mod partikolari d-Direttiva, ir-Regolament (KE) Nru 531/2012 u r-Regolament (UE) 2015/2120.

 

 

2a.  Il-BEREC jista', fuq talba motivata mill-Kummissjoni, jiddeċiedi b'mod unanimu li jieħu f'idejh kompiti speċifiċi oħrajn neċessarji għat-twettiq tar-rwol tiegħu kif previst fl-Artikolu 1(2).

3.  Mingħajr preġudizzju għall-konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni, l-NRAs għandhom jikkonformaw ma' kull deċiżjoni u jqisu bis-sħiħ l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, il-linji gwida u l-aqwa prattiki li jadotta l-BEREC biex jiżgura implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika fil-kamp ta' applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 1(2).

3.  Mingħajr preġudizzju għall-konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni, l-NRAs għandhom jikkonformaw ma' kull deċiżjoni u jqisu bis-sħiħ l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, il-linji gwida u l-aqwa prattiki li jadotta l-BEREC biex jiżgura implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika fil-kamp ta' applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 1(2).

4.  Sa kemm ikun meħtieġ biex jilħaq l-għanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u biex iwettaq il-kompiti tiegħu, il-BEREC jista' jikkopera mal-korpi, mal-aġenziji, mal-uffiċċji u mal-gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni, mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi u/jew mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, b'konformità mal-Artikolu 26.

4.  Sa kemm ikun meħtieġ biex jilħaq l-għanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u biex iwettaq il-kompiti tiegħu, il-BEREC jista' jikkopera mal-korpi, mal-aġenziji, mal-uffiċċji u mal-gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni, mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi u/jew mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, b'konformità mal-Artikolu 26.

 

4a.  Il-BEREC jista' jikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati fit-tħejjija tad-deċiżjonijiet, rapporti jew tipi oħra ta' riżultati tiegħu. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 28, ir-riżultati ewlenin ta' dik il-konsultazzjoni għandhom jiġu ppubblikati.

 

4b.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27, il-BEREC għandu jagħmel l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-riżultat tal-ħidma tiegħu faċilment aċċessibbli għall-pubbliku u għall-partijiet interessati.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

L-istabbiliment u l-għanijiet tal-Uffiċċju tal-BEREC

 

1.   L-Uffiċċju tal-BEREC qed jiġi b'dan stabbilit bħala korp uffiċċjali tal-Unjoni. Huwa għandu jkollu personalità ġuridika.

 

2.   F'kull Stat Membru, l-Uffiċċju tal-BEREC għandu jgawdi l-iżjed kapaċità legali estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru. B'mod partikolari, dan jista' jikseb u jiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u jkun parti fi proċedimenti legali.

 

3.   L-Uffiċċju tal-BEREC għandu jitmexxa mid-Direttur tiegħu.

 

4.   Taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi, l-Uffiċċju tal-BEREC għandu, b'mod partikolari:

 

(a)  jipprovdi servizzi ta' appoġġ professjonali u amministrattiv lill-BEREC;

 

(b)  jiġbor informazzjoni mill-NRAs u jwettaq skambju u trażmissjoni ta' informazzjoni b'rabta mar-rwol u l-kompiti stipulati fl-Artikoli 2 u 5;

 

(c)  ixerred l-aħjar prattiki regolatorji fost l-NRAs, b'konformità mal-Artikolu 2;

 

(d)  jassisti lill-President fit-tħejjija tal-ħidma tal-Bord tar-Regolaturi;

 

(e)  jipprovdi appoġġ biex jiżgura l-funzjonament bla xkiel tal-gruppi ta' ħidma.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Il-Kapitolu II - Sottointestatura A (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

A.  L-organizzazzjoni tal-BEREC

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istruttura amministrattiva u maniġerjali

L-organizzazzjoni tal-BEREC

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tas-BEREC għandha tinkludi:

1.  L-istruttura organizzazzjonali tal-BEREC għandha tinkludi:

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  Bord Maniġerjali li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5;

-  Bord tar-Regolaturi;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  Direttur Eżekuttiv li għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 9;

imħassar

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  Bord tal-Appell.

imħassar

Emenda    30

Proposta għal regolament

Il-Kapitolu II – It-Taqsima 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Bord Maniġerjali

IL-BORD TAR-REGOLATURI

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Il-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali

Il-Kompożizzjoni tal-Bord tar-Regolaturi

1.  Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u minn żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni, ilkoll bid-dritt tal-vot. Kull NRA għandha tkun responsabbli biex taħtar ir-rappreżentant rispettiv tagħha minn fost il-Kap jew il-membri tal-korp kolleġġjali tagħha.

1.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, bid-dritt tal-vot, u minn rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni, mingħajr id-dritt tal-vot. Kull NRA għandha tkun responsabbli biex taħtar ir-rappreżentant tagħha minn fost il-Kap jew il-membri tal-korp kolleġġjali tagħha bir-responsabbiltà primarja li jissorvelja l-operat ta' kuljum tas-swieq għan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika.

Fil-każ ta' Stati Membri li għandhom aktar minn NRA waħda li hija responsabbli skont id-Direttiva, dawk l-awtoritajiet għandhom jiftiehmu fuq rappreżentant komuni u għandha tkun żgurata l-koordinazzjoni meħtieġa bejn l-NRAs.

Fil-każ ta' Stati Membri li għandhom aktar minn NRA waħda li hija responsabbli skont id-Direttiva, dawk l-awtoritajiet għandhom jiftiehmu fuq rappreżentant komuni u għandha tkun żgurata l-koordinazzjoni meħtieġa bejn l-NRAs.

2.  Kull membru tal-Bord Maniġerjali għandu jkollu sostitut. Is-sostitut għandu jirrappreżenta lill-membru meta dan ikun assenti. Kull NRA għandha tkun responsabbli biex taħtar sostitut minn fost il-Kapijiet, il-membri tal-korp kolleġġjali u l-persunal tagħha.

2.  Kull membru tal-Bord tar-Regolaturi għandu jkollu sostitut. Is-sostitut għandu jirrappreżenta lill-membru meta dan ikun assenti. Kull NRA għandha tkun responsabbli biex taħtar sostitut ta' livell għoli adegwat.

3.  Il-membri tal-Bord Maniġerjali u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika, filwaqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji tagħhom. Kull parti rrappreżentata fil-Bord Maniġerjali għandha tagħmel ħilitha biex tillimita d-dawrien tar-rappreżentanti tagħha, ħalli tkun żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-bord. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw li jiksbu rappreżentanza bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord Maniġerjali.

3.  Il-membri tal-Bord tar-Regolaturi u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika, filwaqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji tagħhom. Kull parti rrappreżentata fil-Bord tar-Regolaturi għandha tagħmel ħilitha biex tillimita d-dawrien tar-rappreżentanti tagħha, ħalli tkun żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-bord. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw li jiksbu rappreżentanza bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord tar-Regolaturi.

 

3a.  Il-Membri tal-Bord tar-Regolaturi u s-sostituti tagħhom la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi gvern, istituzzjoni, persuna jew korp.

 

3b.  Il-Bord tar-Regolaturi jista' jistieden rappreżentanti ta' livell għoli tal-awtorità ta' sorveljanza tal-EFTA u ta' awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi terzi, u kwalunkwe persuna oħra li l-opinjoni tagħha tista' tkun ta' interess, biex jattendu għal-laqgħat tiegħu bi status ta' osservaturi, fuq bażi permanenti jew ad hoc.

4.  Il-mandat tal-membri u tas-sostituti tagħhom għandu jkun erba' snin. Dan il-mandat għandu jkun jista' jiġi estiż.

 

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-funzjonijiet tal-Bord Maniġerjali

Il-kompiti tal-Bord tar-Regolaturi

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu jwettaq il-kompiti tal-BEREC stipulati fl-Artikolu 2 u għandu jieħu d-deċiżjonijiet kollha relatati mat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Bord Maniġerjali għandu:

1.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu:

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jadotta l-baġit annwali tal-BEREC b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot u jeżerċita funzjonijiet oħrajn fir-rigward tal-baġit tal-BEREC b'konformità mal-Kapitolu III;

imħassar

Emenda     36

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jadotta r-rapport konsolidat tal-attività annwali dwar l-attivitajiet tal-BEREC u jagħmel valutazzjoni tiegħu, u sal-1 ta' Lulju ta' kull sena jibgħathom it-tnejn (ir-rapport u l-valutazzjoni) lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. Ir-rapport konsolidat tal-attività annwali għandu jiġi ppubblikat;

(c)  jadotta r-rapport konsolidat tal-attività annwali dwar l-attivitajiet tal-BEREC u jagħmel valutazzjoni tiegħu, u sal-1 ta' Lulju ta' kull sena jibgħathom it-tnejn (ir-rapport u l-valutazzjoni) lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. Ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-BEREC għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament u lill-Kunsill mid-Direttur Eżekuttiv waqt seduta pubblika. Ir-rapport konsolidat tal-attività annwali għandu jiġi ppubblikat;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-BEREC b'konformità mal-Artikolu 20;

imħassar

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jadotta strateġija għal kontra l-frodi, li tkun proporzjonata mar-riskji tal-frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li jridu jiġu implimentati;

imħassar

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  jiżgura segwitu xieraq għas-sejbiet u għar-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti interni u esterni tal-awditjar u mill-evalwazzjonijiet, kif ukoll mill-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (l-OLAF);

imħassar

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  jadotta regoli għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess kif imsemmi fl-Artikolu 31, kif ukoll fir-rigward tal-membri tal-Bord tal-Appell;

imħassar

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  abbażi ta' analiżi tal-ħtiġijiet, jadotta l-pjanijiet tal-komunikazzjoni u tat-tixrid imsemmija fl-Artikolu 27 u jaġġornahom regolarment;

imħassar

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu;

(i)  jadotta u jippubblika r-regoli ta' proċedura tiegħu. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jistabbilixxu fid-dettall l-arraġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, inklużi l-kundizzjonijiet li skonthom membru jista' jaġixxi f'isem membru ieħor, ir-regoli li jirregolaw il-kworums, u l-iskadenzi tan-notifiki għal-laqgħat. Barra minn hekk, dawn ir-regoli ta' proċedura għandhom jiggarantixxu li l-membri tal-Bord tar-Regolaturi jkunu dejjem ipprovduti bl-abbozzi tar-rapporti u bl-aġendi kompluti qabel kull laqgħa sabiex ikollhom l-opportunità li jipproponu emendi qabel il-votazzjoni. Ir-regoli ta' proċedura jistgħu, inter alia, jistabbilixxu proċeduri ta' votazzjoni b'urġenza;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  fir-rigward tal-persunal tal-BEREC, b'konformità mal-paragrafu 2, jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu mir-Regolamenti tal-Persunal dwar l-Awtorità tal-Ħatra u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra fuq l-Awtorità bis-Setgħa biex Tikkonkludi Kuntratti tal-Impjieg37 ("is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra");

imħassar

__________________

 

37 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

 

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  jadotta regoli ta' implimentazzjoni biex jiġu applikati r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra b'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

imħassar

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m)  jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv u, meta jkun xieraq, jestendi jew iwaqqaf il-mandat tiegħu b'konformità mal-Artikolu 22;

imħassar

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt n

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n)  jaħtar Uffiċjal tal-Kontabbiltà, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, li għandu jkun indipendenti għalkollox fil-qadi ta' dmirijietu; Il-BEREC jista' jaħtar Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni bħala l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tiegħu;

imħassar

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o)  jaħtar lill-membri tal-Bord(ijiet) tal-Appell;

imħassar

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt p

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p)  jieħu kull deċiżjoni dwar l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-BEREC, u meta jkun meħtieġ, dwar il-modifika tagħhom, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet tal-attività tal-BEREC kif ukoll il-ġestjoni baġitarja soda.

imħassar

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu, f'isem il-BEREC, jadotta d-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt ta' aċċess għal dokumenti miżmuma mill-BEREC, b'konformità mal-Artikolu 27.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Bord Maniġerjali għandu jadotta deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, li biha jiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u li fiha jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li bihom tkun tista' tiġi sospiża din id-delega tas-setgħat. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawk is-setgħat.

imħassar

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu dan, il-Bord Maniġerjali b'deċiżjoni jista' jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk is-setgħat sottodelegati minnu u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal ieħor li mhux id-Direttur Eżekuttiv.

imħassar

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Il-President u l-Viċi President tal-Bord Maniġerjali

Il-President u l-Viċi President tal-Bord tar-Regolaturi

1.  Il-Bord Maniġerjali għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri bid-dritt tal-vot li jirrappreżentaw lill-Istati Membri. Il-President u l-Viċi President għandhom jiġu eletti b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-Bord Maniġerjali bid-dritt tal-vot.

1.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri bid-dritt tal-vot li jirrappreżentaw lill-Istati Membri.

2.  B'mod awtomatiku, il-Viċi President għandu jieħu post il-President meta dan ma jkunx jista' jaqdi dmirijietu.

2.  B'mod awtomatiku, il-Viċi President għandu jieħu post il-President meta dan ma jkunx jista' jaqdi dmirijietu.

3.  Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jkun erba' snin, ħlief għall-ewwel mandat tal-Viċi President elett wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, li għandu jkun ta' sentejn. Il-mandat tagħhom jista' jiġġedded darba.

3.  Il-mandat tal-President għandu jkun ta' erba' snin, u dak tal-Viċi President għandu jkun ta' sentejn. Il-mandat tagħhom jista' jiġġedded darba.

 

3a.  Biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-Bord tar-Regolaturi, il-President elett irid ikun serva tal-inqas sena bħala Viċi President qabel l-elezzjoni tiegħu, meta dan ikun possibbli.

 

3b.  Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Bord tar-Regolaturi fir-rigward tal-kompiti tagħhom, il-President u l-Viċi President għandhom ikunu indipendenti fil-qadi ta' dmirijiethom, u la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi gvern jew NRA, istituzzjoni, persuna jew korp.

 

3c.  Il-President jew il-Viċi President għandhom jirrapportaw lill-Parlament Ewropew dwar it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom u l-prestazzjoni tal-BEREC meta jiġu mistiedna jagħmlu dan. Il-Kunsill jista' jistieden lill-President jew lill-Viċi President jirrapporta dwar it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom u l-prestazzjoni tal-BEREC.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali

Il-laqgħat plenarji u r-regoli tal-votazzjoni tal-Bord tar-Regolaturi

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali għandu jsejjaħhom il-President.

1.  Il-laqgħat plenarji tal-Bord tar-Regolaturi għandhom jissejħu mill-President tiegħu u għandhom iseħħu mill-inqas erba' darbiet fis-sena f'sessjoni ordinarja. Il-laqgħat straordinarji għandhom jissejħu wkoll fuq l-inizjattiva tal-President, fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq it-talba ta' mill-inqas terz tal-membri tal-Bord. L-aġenda tal-laqgħa għandha tiġi stabbilita mill-President u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-Direttur Eżekuttiv tal-BEREC għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, mingħajr id-dritt tal-vot.

2.  Id-Direttur tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jipparteċipa, mingħajr id-dritt tal-vot, fil-laqgħat plenarji tal-Bord tar-Regolaturi.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Mill-anqas, il-Bord Maniġerjali għandu jiltaqa' darbtejn fis-sena għal sessjoni ordinarja. Barra minn hekk, dan għandu jiltaqa' bl-inizjattiva tal-President, meta titolbu l-Kummissjoni jew meta jintalab jagħmel hekk mill-inqas minn terz mill-membri tiegħu.

imħassar

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Bord Maniġerjali jista' jistieden lil kull persuna b'opinjoni li tista' tkun ta' interess biex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.

4.  Il-Bord tar-Regolaturi jista' jistieden lil kull persuna b'opinjoni li tista' tkun ta' interess biex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.

Emenda     58

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Fejn ikun xieraq sabiex tiġi salvagwardjata l-indipendenza tal-BEREC jew biex jiġi evitat il-kunflitt ta' interess, il-President u l-Viċi President jistgħu jindikaw punt(i) fuq l-aġenda fejn l-osservaturi ma għandhomx jipparteċipaw fil-laqgħa plenarja.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaġixxi b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha tiegħu sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'atti legali oħrajn tal-Unjoni. Kull membru jew membru sostitut għandu jkollu vot wieħed. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tar-Regolaturi għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, u għandhom jindikaw ir-riżervi ta' NRA fuq talba ta' din tal-aħħar.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Waqt il-laqgħat, skont ir-regoli ta' proċedura tiegħu, il-membri u s-sostituti tal-Bord Maniġerjali jistgħu jiġu assistiti minn konsulenti jew esperti.

imħassar

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-BEREC għandu jipprovdi s-segretarjat għall-Bord Maniġerjali.

6.  L-Uffiċċju tal-BEREC għandu jipprovdi s-segretarjat għall-Bord tar-Regolaturi.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

imħassar

Ir-regoli tal-votazzjoni tal-Bord Maniġerjali

 

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 5(1)(a) u (b) u 22(8), il-Bord Maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjonijiet b'maġġoranza tal-membri bid-dritt tal-vot.

 

2.   Kull membru bid-dritt tal-vot għandu jkollu vot wieħed. Meta membru bid-dritt tal-vot ikun assenti, is-sostitut tiegħu għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu.

 

3.   Il-President ma għandux jieħu sehem fil-votazzjoni.

 

4.   Id-Direttur Eżekuttiv ma għandux jieħu sehem fil-votazzjoni.

 

5.   Ir-regoli ta' proċedura tal-Bord Maniġerjali għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti tal-votazzjoni aktar fid-dettall, b'mod partikolari ċ-ċirkostanzi meta membru jkun jista' jaġixxi f'isem membru ieħor.

 

Emenda    63

Proposta għal regolament

Il-Kapitolu II – It-Taqsima 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta jkun ġustifikat u, b'mod partikulari, biex jimplimenta l-programm ta' ħidma tal-BEREC, il-Bord Maniġerjali jista' jwaqqaf il-gruppi ta' ħidma meħtieġa.

1.  Meta jkun ġustifikat u, b'mod partikulari, biex jimplimenta l-programm ta' ħidma annwali tal-BEREC u jiżviluppa l-abbozzi inizjali tad-dokumenti tal-BEREC, il-Bord tar-Regolaturi jista' jwaqqaf il-gruppi ta' ħidma meħtieġa.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtar lill-membri tal-gruppi ta' ħidma, li jitsgħu jinkludu esperti mill-NRAs, mill-Kummissjoni, mill-persunal tal-BEREC u mill-NRAs tal-pajjiżi terzi li jkunu qed jieħdu sehem fil-ħidma tal-BEREC.

Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaħtar lill-membri tal-gruppi ta' ħidma, li jitsgħu jinkludu esperti mill-NRAs, mill-Kummissjoni, mill-Uffiċċju tal-BEREC u mill-NRAs tal-pajjiżi terzi li jkunu qed jieħdu sehem fil-ħidma tal-BEREC.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta jkun xieraq sabiex tiġi salvagwardata l-indipendenza tal-BEREC jew biex jiġi evitat il-kunflitt ta' interess, il-President jew il-Viċi President jista' jindika punt(i) fuq l-aġenda meta l-esperti mill-Kummissjoni jew mill-NRAs ta' pajjiżi terzi ma għandhomx jipparteċipaw fil-laqgħa tal-grupp ta' ħidma.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ tal-gruppi ta' ħidma li jitwaqqfu biex iwettqu l-kompiti msemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 2(1)(d), il-membri tagħhom għandhom jinħatru mil-listi ta' esperti kwalifikati pprovduti mill-NRAs, mill-Kummissjoni u mid-Direttur Eżekuttiv.

imħassar

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ tal-gruppi ta' ħidma li jitwaqqfu biex iwettqu l-kompiti msemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 2(1)(d), il-membri tagħhom għandhom jinħatru esklussivament mil-listi ta' esperti kwalifikati pprovduti mill-NRAs u mid-Direttur Eżekuttiv.

imħassar

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk ikun meħtieġ skont il-każ, il-Bord Maniġerjali jista' jistieden lil esperti individwali magħrufa għall-kompetenza tagħhom fil-qasam rilevanti biex jieħdu sehem fil-gruppi ta' ħidma.

Jekk ikun meħtieġ, skont il-każ, il-Bord tar-Regolaturi jista' jistieden lil esperti individwali magħrufa għall-kompetenza tagħhom fil-qasam rilevanti biex jieħdu sehem fil-gruppi ta' ħidma.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaħtar President jew Ko-Presidenti minn fost il-membri tal-gruppi ta' ħidma.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-gruppi ta' ħidma għandu jikkoordinahom u jmexxihom wieħed mill-membri tal-persunal tal-BEREC, li għandu jinħatar skont ir-regoli ta' proċedura interni.

imħassar

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta r-regoli ta' proċedura interni li jistipulaw l-arranġamenti prattiċi għall-funzjonament tal-gruppi ta' ħidma.

4.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta r-regoli ta' proċedura interni li jistipulaw l-arranġamenti prattiċi għall-funzjonament tal-gruppi ta' ħidma.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-BEREC għandu jipprovdi appoġġ lill-gruppi ta' ħidma.

5.  L-Uffiċċju tal-BEREC għandu jipprovdi appoġġ lill-gruppi ta' ħidma. Membru tal-persunal tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jassisti lill-President jew lill-Viċi President u għandu jipprovdi servizzi ta' appoġġ amministrattiv u professjonali oħra lill-gruppi ta' ħidma.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Il-Kapitolu II – It-Taqsima 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda    75

Proposta għal regolament

Il-Kapitolu II - Sottointestatura B (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

B.  L-organizzazzjoni tal-Uffiċċju tal-BEREC

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

L-istruttura amministrattiva u maniġerjali

 

L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Uffiċċju tal-BEREC għandha tinkludi:

 

(a)   Bord Maniġerjali li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14c;

 

(b)   Direttur, li għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 14d;

Emenda    77

Proposta għal regolament

Il-Kapitolu II - It-Taqsima 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

IT-TAQSIMA 4a - Il-BORD MANIĠERJALI

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 14b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14b

 

Il-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali

 

1.   Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni, kollha bid-dritt tal-vot. Kull NRA għandha tkun responsabbli biex taħtar ir-rappreżentant rispettiv tagħha minn fost il-kap jew rappreżentanti ta' livell għoli oħrajn tal-NRA.

 

Fil-każ ta' Stati Membri li għandhom aktar minn NRA waħda li hija responsabbli skont id-Direttiva, dawk l-awtoritajiet għandhom jiftiehmu fuq rappreżentant komuni u għandha tkun żgurata l-koordinazzjoni meħtieġa bejn l-NRAs.

 

2.   Kull membru tal-Bord Maniġerjali għandu jkollu sostitut. Is-sostitut għandu jirrappreżenta lill-membru meta dan ikun assenti. Kull NRA għandha tkun responsabbli biex taħtar sostitut minn fost il-Kapijiet, il-membri tal-korp kolleġġjali u l-persunal tagħha.

 

3.   Il-membri tal-Bord Maniġerjali u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika, filwaqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji tagħhom. Kull parti rrappreżentata fil-Bord Maniġerjali għandha tagħmel ħilitha biex tillimita d-dawrien tar-rappreżentanti tagħha, ħalli tkun żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-Bord. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw li jiksbu rappreżentanza bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord Maniġerjali.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 14c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14c

 

Il-funzjonijiet tal-Bord Maniġerjali

 

1.   Il-Bord Maniġerjali għandu:

 

(a)   jadotta, bħala parti mid-dokument uniku tal-programmazzjoni, il-programm ta' ħidma annwali tal-Uffiċċju tal-BEREC;

 

(b)   jipprovdi gwida lid-Direttur fit-twettiq tal-kompiti tiegħu,

 

(c)   jadotta l-baġit annwali tal-Uffiċċju tal-BEREC b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot u jeżerċita funzjonijiet oħrajn fir-rigward tal-baġit tal-Uffiċċju tal-BEREC b'konformità mal-Kapitolu III;

 

(d)   jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-BEREC b'konformità mal-Artikolu 20;

 

(e)   jadotta strateġija għal kontra l-frodi, li tkun proporzjonata mar-riskji tal-frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li jridu jiġu implimentati;

 

(f)   jiżgura segwitu xieraq għas-sejbiet u għar-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti interni u esterni tal-awditjar u mill-evalwazzjonijiet, kif ukoll mill-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (l-OLAF);

 

(g)   abbażi ta' analiżi tal-ħtiġijiet, jadotta l-pjanijiet tal-komunikazzjoni u tat-tixrid imsemmija fl-Artikolu 27 u jaġġornahom regolarment;

 

(h)   jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu;

 

(i)   fir-rigward tal-persunal tal-Uffiċċju tal-BEREC, b'konformità mal-paragrafu 2, jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu mir-Regolamenti tal-Persunal dwar l-Awtorità tal-Ħatra u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra fuq l-Awtorità bis-Setgħa biex Tikkonkludi Kuntratti tal-Impjieg ("is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra");

 

(j)   jadotta regoli ta' implimentazzjoni biex jiġu applikati r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra b'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

 

(k)   jaħtar lid-Direttur u, meta jkun xieraq, jestendi jew iwaqqaf il-mandat tiegħu b'konformità mal-Artikolu 22;

 

(l)   jaħtar Uffiċjal tal-Kontabbiltà, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, li jkun indipendenti għalkollox fit-twettiq ta' dmirijietu u li jista' jkun l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni;

 

(m)  jieħu kull deċiżjoni dwar l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Uffiċċju tal-BEREC, u meta jkun meħtieġ, dwar il-modifika tagħhom, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet tal-attività tal-Uffiċċju tal-BEREC kif ukoll il-ġestjoni baġitarja soda.

 

L-Artikoli 6 u 7 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

 

2.   B'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Bord Maniġerjali għandu jadotta deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, li biha jiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur u li fiha jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li bihom tkun tista' tiġi sospiża din id-delega tas-setgħat. Id-Direttur għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawk is-setgħat.

 

Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu dan, il-Bord Maniġerjali b'deċiżjoni jista' jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur u dawk is-setgħat sottodelegati minnu u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal ieħor li mhux id-Direttur.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Il-Kapitolu II - It-Taqsima 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

IT-TAQSIMA 4d - ID-DIRETTUR

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 14d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14d

 

Ir-responsabbiltajiet tad-Direttur

 

1.  Id-Direttur għandu jmexxi l-Uffiċċju tal-BEREC. Id-Direttur għandu jagħti rendikont ta' għemilu lill-Bord Maniġerjali.

 

2.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni u tal-Bord Maniġerjali, id-Direttur għandu jkun indipendenti fil-qadi ta' dmirijietu u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand xi gvern, NRA, istituzzjoni, persuna jew korp ieħor.

 

3.  Id-Direttur għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu meta jintalab jagħmel dan. Il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur jirrapporta dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

 

4.  Id-Direttur għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Uffiċċju tal-BEREC.

 

5.  Id-Direttur għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti tal-Uffiċċju tal-BEREC skont il-gwida pprovduta mill-Bord Maniġerjali. B'mod partikolari, id-Direttur għandu jkun responsabbli li:

 

(a)  jamministra ta' kuljum l-Uffiċċju tal-BEREC;

 

(aa)  jassisti fit-tħejjija tal-aġenda tal-Bord tar-Regolaturi, tal-Bord Maniġerjali u tal-gruppi ta' ħidma;

 

(b)  jimplimenta d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tar-Regolaturi u mill-Bord Maniġerjali;

 

(c)  iħejji d-dokument uniku tal-programmazzjoni u jippreżentah lill-Bord tar-Regolaturi;

 

(d)  taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi, jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-dokument uniku tal-programmazzjoni, b'mod partikolari l-programm ta' ħidma annwali tal-Uffiċċju tal-BEREC; jirrapporta lill-Bord tar-Regolaturi dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

 

(e)  taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi, iħejji r-rapport annwali kkonsolidat tal-attivitajiet tal-BEREC u jippreżentah lill-Bord tar-Regolaturi għall-valutazzjoni u l-adozzjoni;

 

(f)  iħejji pjan ta' azzjoni li jsegwi l-konklużjonijiet tar-rapporti interni jew esterni tal-awditjar u tal-evalwazzjonijiet, kif ukoll tal-investigazzjonijiet tal-OLAF, u jibgħat rapport fuq il-progress dwarhom darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u b'mod regolari lill-Bord Maniġerjali;

 

(g)   iħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, billi jwettaq kontrolli effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti li jkunu tħallsu bi żball u, meta jkun xieraq, billi jimponi miżuri amministrattivi li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, inkluż penali finanzjarji;

 

(h)  iħejji strateġija għal kontra l-frodi għall-Uffiċċju tal-BEREC u jippreżentaha lill-Bord Maniġerjali għall-approvazzjoni;

 

(i)  iħejji l-abbozzi tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Uffiċċju tal-BEREC;

 

(j)  iħejji l-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Uffiċċju tal-BEREC u jimplimenta l-baġit tiegħu.

 

6.  Id-Direttur għandu jkun responsabbli wkoll biex jiddeċiedi jekk, għall-fini li jitwettqu l-kompiti tal-Uffiċċju tal-BEREC b'mod effiċjenti u effettiv, ikunx meħtieġ li wieħed jew aktar mill-persunal tiegħu jintbagħat f'xi Stat Membru wieħed jew aktar. Id-Direttur għandu jeħtieġ il-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni, tal-Bord Maniġerjali u tal-Istat Membru kkonċernat jew Stati Membri kkonċernati qabel ma jistabbilixxi tali uffiċċju lokali. Din id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet li jridu jitwettqu f'dak l-uffiċċju lokali b'mod li jkunu evitati l-ispejjeż żejda u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Uffiċċju tal-BEREC.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz tad-dokument tal-programmazzjoni li jkun fih il-programmazzjoni annwali u pluriennali ("id-dokument uniku tal-programmazzjoni") b'konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 u filwaqt li jqis il-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni38.

Kull sena, id-Direttur għandu jħejji abbozz tad-dokument tal-programmazzjoni li jkun fih il-programmazzjoni annwali u pluriennali ("id-dokument uniku tal-programmazzjoni") b'konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 u filwaqt li jqis il-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni38.

__________________

__________________

38 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-linji gwida għad-dokument tal-programmazzjoni tal-aġenziji deċentralizzati u l-mudell għar-Rapport Konsolidat tal-Attività Annwali għall-aġenziji deċentralizzati (C(2014) 9641).

38 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-linji gwida għad-dokument tal-programmazzjoni tal-aġenziji deċentralizzati u l-mudell għar-Rapport Konsolidat tal-Attività Annwali għall-aġenziji deċentralizzati (C(2014) 9641).

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-31 ta' Jannar, il-Bord Maniġerjali għandu jadotta l-abbozz tad-dokument uniku tal-programmazzjoni u jibagħtu lill-Kummissjoni biex din tagħti l-opinjoni tagħha dwaru. Barra minn hekk, l-abbozz tad-dokument uniku tal-programmazzjoni għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Sal-31 ta' Jannar, il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta l-abbozz tad-dokument uniku tal-programmazzjoni u jibagħtu lill-Kummissjoni biex din tagħti l-opinjoni tagħha dwaru. Barra minn hekk, l-abbozz tad-dokument uniku tal-programmazzjoni għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sussegwentement, il-Bord Maniġerjali għandu jadotta d-dokument uniku tal-programmazzjoni, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni dwaru. Dan għandu jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u għandu jibagħtilhom ukoll kull verżjoni aġġornata aktar tard ta' dak id-dokument.

Sussegwentement, il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta d-dokument uniku tal-programmazzjoni, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni dwaru. Dan għandu jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u għandu jibagħtilhom ukoll kull verżjoni aġġornata aktar tard ta' dak id-dokument.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-BEREC jingħatalu xi kompitu ġdid, il-Bord Maniġerjali għandu jemenda l-programm ta' ħidma annwali adottat.

Meta l-BEREC jingħatalu xi kompitu ġdid, il-Bord tar-Regolaturi għandu jemenda l-programm ta' ħidma annwali adottat.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull emenda sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali għandha tiġi adottata bl-istess proċedura bħal dik użata biex jiġi adottat l-ewwel programm ta' ħidma annwali. Il-Bord Maniġerjali jista' jiddelega s-setgħa lid-Direttur Eżekuttiv biex jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali.

Kull emenda sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali għandha tiġi adottata bl-istess proċedura bħal dik użata biex jiġi adottat l-ewwel programm ta' ħidma annwali. Il-Bord tar-Regolaturi jista' jiddelega s-setgħa lid-Direttur biex jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz provviżorju tal-istimi tad-dħul u tan-nefqa tal-BEREC għas-sena finanzjarja ta' wara, inkluż il-pjan tal-istabbiliment, u jibagħtu lill-Bord Maniġerjali.

1.  Kull sena, id-Direttur għandu jfassal abbozz provviżorju tal-istimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Uffiċċju tal-BEREC għas-sena finanzjarja ta' wara, inkluż il-pjan tal-istabbiliment, u jibagħtu lill-Bord Maniġerjali.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Abbażi ta' dak l-abbozz provviżorju, il-Bord Maniġerjali għandu jadotta abbozz tal-istimi tad-dħul u tan-nefqa tal-BEREC għas-sena finanzjarja ta' wara.

2.  Abbażi ta' dak l-abbozz provviżorju, il-Bord Maniġerjali għandu jadotta abbozz tal-istimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Uffiċċju tal-BEREC għas-sena finanzjarja ta' wara.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat l-abbozz tal-istimi tad-dħul u tan-nefqa tal-BEREC lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar ta' kull sena. L-informazzjoni li jkun hemm fl-abbozz tal-istimi tad-dħul u tan-nefqa tal-BEREC u fl-abbozz tad-dokument uniku tal-programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 15(1) għandha tkun koerenti.

3.  Id-Direttur għandu jibgħat l-abbozz tal-istimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Uffiċċju tal-BEREC lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar ta' kull sena. L-informazzjoni li jkun hemm fl-abbozz tal-istimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Uffiċċju tal-BEREC u fl-abbozz tad-dokument uniku tal-programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 15(1) għandha tkun koerenti.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-BEREC.

6.  L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Uffiċċju tal-BEREC.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan tal-istabbiliment tal-BEREC.

7.  L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan tal-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-BEREC.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Il-baġit tal-BEREC għandu jadottah il-Bord Maniġerjali. Dan għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Meta jkun meħtieġ, dan għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

8.  Il-baġit tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jiġi adottat mill-Bord ta' Tmexxija. Dan għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Meta jkun meħtieġ, dan għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Għall-proġetti tal-bini li x'aktarx ikollhom implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit tal-BEREC, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013.

9.  Għall-proġetti tal-bini li x'aktarx ikollhom implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit tal-Uffiċċju tal-BEREC, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-istimi tad-dħul u tal-infiq kollu tal-BEREC għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorrispondi għas-sena kalendarja, u għandhom jidhru fil-baġit tal-BEREC.

1.  L-istimi tad-dħul u tal-infiq kollu tal-Uffiċċju tal-BEREC għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorrispondi għas-sena kalendarja, u għandhom jidhru fil-baġit tal-Uffiċċju tal-BEREC.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-baġit tal-BEREC għandu jkun bilanċjat f'termini tad-dħul u tal-infiq.

2.  Il-baġit tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jkun bilanċjat f'termini tad-dħul u tal-infiq.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħrajn, id-dħul tal-BEREC għandu jinkludi:

3.  Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħrajn, id-dħul tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jinkludi:

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-ħlas għal pubblikazzjonijiet u għal servizzi oħra pprovduti mill-BEREC;

imħassar

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  kull kontribuzzjoni mingħand il-pajjiżi terzi jew l-awtoritajiet regolatorji kompetenti fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika tal-pajjiżi terzi li jkunu qed jieħdu sehem fil-ħidma tal-BEREC, kif previst fl-Artikolu 26.

(d)  kull kontribuzzjoni mingħand il-pajjiżi terzi jew l-awtoritajiet regolatorji kompetenti fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika tal-pajjiżi terzi li jkunu qed jieħdu sehem fil-ħidma tal-Uffiċċju tal-BEREC, kif previst fl-Artikolu 26.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-infiq tal-BEREC għandu jinkludi r-remunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u tal-infrastruttura u n-nefqa operazzjonali.

4.  In-nefqa tal-Uffiċċju tal-BEREC għandha tinkludi r-remunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u tal-infrastruttura u n-nefqa operazzjonali.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-1 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-BEREC għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

1.  Sal-1 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara, il-BEREC għandu jibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.

2.  Sal-31 ta Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara, l-Uffiċċju tal-BEREC għandu jibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-BEREC, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-BEREC għandu jfassal il-kontijiet finali tal-BEREC fir-responsabbiltà tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta l-kontijiet finali lill-Bord Maniġerjali għall-opinjoni tiegħu.

3.  Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Uffiċċju tal-BEREC, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Uffiċċju tal-BEREC fir-responsabbiltà tiegħu. Id-Direttur għandu jippreżenta l-kontijiet finali lill-Bord Maniġerjali għall-opinjoni tiegħu.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Bord Maniġerjali għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-kontijiet finali tal-BEREC.

4.  Il-Bord Maniġerjali għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-kontijiet finali tal-Uffiċċju tal-BEREC.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Sal-1 ta' Lulju tas-sena finanzjarja ta' wara, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord Maniġerjali.

5.  Sal-1 ta' Lulju tas-sena finanzjarja ta' wara, id-Direttur għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord Maniġerjali.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-BEREC għandu jippubblika l-kontijiet finali f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta' wara.

6.  L-Uffiċċju tal-BEREC għandu jippubblika l-kontijiet finali f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta' wara.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Sat-30 ta' Settembru, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri fuq l-osservazzjonijiet tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat ukoll din it-tweġiba lill-Bord Maniġerjali.

7.  Sat-30 ta' Settembru, id-Direttur għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri fuq l-osservazzjonijiet tagħha. Id-Direttur għandu jibgħat ukoll din it-tweġiba lill-Bord Maniġerjali.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Meta jitolbu jagħmel dan il-Parlament Ewropew, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżentalu kull informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla intoppi tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni, b'konformità mal-Artikolu 165(3) tar-Regolament Finanzjarju39.

8.  Meta jitolbu jagħmel dan il-Parlament Ewropew, id-Direttur għandu jippreżentalu kull informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla intoppi tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni, b'konformità mal-Artikolu 165(3) tar-Regolament Finanzjarju39.

__________________

__________________

39 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012).

39 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012).

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Meta l-Kunsill jirrakkomanda dan b'maġġoranza kwalifikata, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N+2, il-Parlament Ewropew għandu jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv b'rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

9.  Meta l-Kunsill jirrakkomanda dan b'maġġoranza kwalifikata, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N+2, il-Parlament Ewropew għandu jagħti kwittanza lid-Direttur b'rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-BEREC għandu jadottahom il-Bord Maniġerjali wara li jikkonsulta lill-Kummissjoni. Dawn ma għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013, ħlief meta dan id-distakk ikun meħtieġ b'mod speċifiku għat-tħaddim tal-BEREC u meta l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha bil-quddiem għal dan.

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Uffiċċju tal-BEREC għandu jadottahom il-Bord Maniġerjali wara li jikkonsulta lill-Kummissjoni. Dawn ma għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013, ħlief meta dan id-distakk ikun meħtieġ b'mod speċifiku għat-tħaddim tal-Uffiċċju tal-BEREC u meta l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha bil-quddiem għal dan.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-persunal tal-BEREC għandhom japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra jidħlu fis-seħħ.

Għall-persunal tal-Uffiċċju tal-BEREC għandhom japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra jidħlu fis-seħħ.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 22

Artikolu 22

Il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv

Il-ħatra tad-Direttur

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-BEREC b'konformità mal-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra.

1.  Id-Direttur għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Uffiċċju tal-BEREC b'konformità mal-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħtru l-Bord Maniġerjali minn lista ta' kandidati li tipproponi l-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti.

2.  Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtar lid-Direttur wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti.

Għall-fini li jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, il-BEREC għandu jirrappreżentah il-President tal-Bord Maniġerjali.

Għall-fini li jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur, l-Uffiċċju tal-BEREC għandu jirrappreżentah il-President tal-Bord Maniġerjali.

Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord Maniġerjali jista' jintalab jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-membri tiegħu.

Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord Maniġerjali għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-membri tiegħu.

3.  Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ħames snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tqis l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-BEREC.

3.  Il-mandat tad-Direttur għandu jkun tliet snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Bord Maniġerjali għandu jwettaq valutazzjoni li tqis l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-BEREC.

4.  Filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Bord Maniġerjali jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn ħames snin.

4.  Il-Bord Maniġerjali, filwaqt li jqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur darba, għal mhux aktar minn tliet snin.

5.  Jekk ikun beħsiebu jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Maniġerjali għandu jinforma lill-Parlament Ewropew b'dan. Fi żmien xahar qabel kull estensjoni bħal din, id-Direttur Eżekuttiv jista' jintalab jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-membri tiegħu.

5.  Jekk ikun beħsiebu jestendi l-mandat tad-Direttur, il-Bord Maniġerjali għandu jinforma lill-Parlament Ewropew b'dan. Fi żmien xahar qabel kull estensjoni bħal din, id-Direttur jista' jintalab jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-membri tiegħu.

6.  Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jieħu sehem fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fi tmiem il-perjodu ġenerali.

6.  Direttur li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jieħu sehem fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fi tmiem il-perjodu sħiħ.

7.  Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga biss b'deċiżjoni tal-Bord Maniġerali li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni.

7.  Id-Direttur jista' jitneħħa mill-kariga biss b'deċiżjoni tal-Bord Maniġerali.

8.  Il-Bord Maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot.

8.  Il-Bord Maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija mill-kariga tad-Direttur b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-BEREC jista' juża s-servizzi ta' esperti nazzjonali sekondati jew ta' persunal ieħor li ma jkunx impjegat mal-BEREC. Ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra ma għandhomx japplikaw għal dan il-persunal.

1.  L-Uffiċċju tal-BEREC jista' juża s-servizzi ta' esperti nazzjonali sekondati jew ta' persunal ieħor li ma jkunx impjegat mal-Uffiċċju tal-BEREC. Ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra ma għandhomx japplikaw għal dan il-persunal.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta deċiżjoni li tistipula r-regoli dwar is-sekondar tal-esperti nazzjonali mal-BEREC.

2.  Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta deċiżjoni li tistipula r-regoli dwar is-sekondar tal-esperti nazzjonali mal-Uffiċċju tal-BEREC.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 24

imħassar

L-istatus ġuridiku

 

1.   Il-BEREC għandu jkun korp tal-Unjoni. Huwa għandu jkollu personalità ġuridika.

 

2.   F'kull Stat Membru, il-BEREC għandu jkollu l-aktar kapaċità ġuridika estensiva li tingħata lill-persuni ġuridiċi bil-liġijiet ta' dak l-Istat Membru. B'mod partikolari, dan jista' jikseb u jiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u jkun parti fi proċedimenti legali.

 

3.   Il-BEREC għandu jiġi rrappreżentat mid-Direttur Eżekuttiv tiegħu.

 

4.   Il-BEREC għandu jkollu r-responsabbiltà unika għall-kompiti u s-setgħat assenjati lilu.

 

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-BEREC u għall-persunal tiegħu.

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Uffiċċju tal-BEREC u għall-persunal tiegħu.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dan il-għan u soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, il-BEREC jista' jistabbilixxi arranġamenti tal-ħidma. Dawk l-arranġamenti ma għandhomx joħolqu obbligi ġuridiċi għall-Unjoni u għall-Istati Membri tagħha.

imħassar

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Bħala parti mid-dokument uniku tal-programmazzjoni, il-Bord Maniġerjali għandu jadotta strateġija għar-relazzjonijiet mal-korpi, mal-aġenziji, mal-uffiċċji u mal-gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni, mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi u/jew mal-organizzazzjonijiet internazzjonali fejn jidħlu materji ta' kompetenza tal-BEREC. Il-Kummissjoni u l-aġenzija għandhom jikkonkludu arranġament tal-ħidma xieraq biex jiżguraw li l-BEREC jaħdem skont il-mandat tiegħu u skont il-qafas istituzzjonali eżistenti.

3.  Bħala parti mid-dokument uniku tal-programmazzjoni, il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta strateġija għar-relazzjonijiet mal-korpi, mal-aġenziji, mal-uffiċċji u mal-gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni, mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi u/jew mal-organizzazzjonijiet internazzjonali fejn jidħlu materji ta' kompetenza tal-BEREC. Il-Kummissjoni u l-BEREC għandhom jikkonkludu arranġament tal-ħidma xieraq biex jiżguraw li l-BEREC jaħdem skont il-mandat tiegħu u skont il-qafas istituzzjonali eżistenti.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasparenza u komunikazzjoni

Aċċess għad-dokumenti, trasparenza u komunikazzjoni

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-BEREC. Fi żmien sitt xhur mid-data tal-ewwel laqgħa tiegħu, il-Bord Maniġerjali għandu jadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

1.  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-BEREC u mill-Uffiċċju tal-BEREC. Il-Bord tar-Regolaturi u l-Bord Maniġerjali għandhom, sa ... [jekk jogħġbok daħħal id-data: ... xhur mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], jadottaw ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

__________________

__________________

40 Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

40 Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ipproċessar tad-dejta personali mill-BEREC għandu jkun soġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill41. Fi żmien sitt xhur mid-data tal-ewwel laqgħa tiegħu, il-Bord Maniġerali għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mill-BEREC, inkluż dawk li għandhom x'jaqsmu mal-ħatra ta' Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-BEREC. Dawn il-miżuri għandhom jiġu stabbiliti wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

2.  L-ipproċessar tad-dejta personali mill-BEREC u mill-Uffiċċju tal-BEREC għandu jkun soġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill41.

__________________

__________________

41 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

41 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom b'livell għoli ta' trasparenza. Il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC għandhom jiżguraw li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw informazzjoni oġġettiva, affidabbli u faċilment aċċessibbli, b'mod partikolari rigward ir-riżultati tal-ħidma tagħhom.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-BEREC jista' jkun involut f'attivitajiet tal-komunikazzjoni bl-inizjattiva tiegħu stess fl-oqsma ta' kompetenza tiegħu. L-allokazzjoni tar-riżorsi għall-attivitajiet tal-komunikazzjoni ma għandhiex tkun ta' detriment għall-eżerċizzju effettiv tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 2(1) u 2(2) ta' dan ir-Regolament. L-attivitajiet tal-komunikazzjoni għandhom jitwettqu b'konformità mal-pjanijiet rilevanti tal-komunikazzjoni u tat-tixrid adottati mill-Bord Maniġerjali.

3.  Il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC jistgħu jkunu involuti f'attivitajiet tal-komunikazzjoni bl-inizjattiva tagħhom stess fl-oqsma ta' kompetenza tagħhom. L-allokazzjoni tar-riżorsi għall-attivitajiet tal-komunikazzjoni ma għandhiex tkun ta' detriment għall-eżerċizzju effettiv tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 2(1) u 2(2) ta' dan ir-Regolament. L-attivitajiet tal-komunikazzjoni għandhom jitwettqu b'konformità mal-pjanijiet rilevanti tal-komunikazzjoni u tat-tixrid adottati mill-Bord Maniġerjali.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27(1), il-BEREC ma għandux jiżvela l-informazzjoni li jipproċessa jew li jirċievi lil partijiet terzi meta tkun saret talba motivata għal trattament kunfidenzjali ta' dik l-informazzjoni kollha jew ta' xi parti minnha.

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27(1), il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC ma għandhomx jiżvelaw l-informazzjoni li jipproċessaw jew li jirċievu lil partijiet terzi meta tkun saret talba motivata għal trattament kunfidenzjali ta' dik l-informazzjoni kollha jew ta' xi parti minnha.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-membri tal-Bord Maniġerjali, id-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord tal-Appell, l-esperti nazzjonali sekondati, il-persunal l-ieħor li mhux impjegat mal-BEREC u l-esperti li jieħdu sehem fil-gruppi ta' ħidma għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 339 tat-Trattat, anki wara li jintemmu dmirijiethom.

2.  Il-membri tal-Bord Maniġerjali, id-Direttur, l-esperti nazzjonali sekondati, il-persunal l-ieħor li mhux impjegat mal-Uffiċċju tal-BEREC u l-esperti li jieħdu sehem fil-gruppi ta' ħidma għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 339 tat-Trattat, anki wara li jintemmu dmirijiethom.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-BEREC għandu jadotta r-regoli tas-sigurtà tiegħu stess li jkunu ekwivalenti għar-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni biex titħares l-Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea ("EUCI") u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, fost l-oħrajn id-dispożizzjonijiet għall-iskambju, għall-ipproċessar u għall-ħżin ta' informazzjoni bħal din kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/44342 u (UE, Euratom) 2015/44443. Inkella l-BEREC jista' jadotta deċiżjoni li japplika r-regoli tal-Kummissjoni fuq bażi mutatis mutandis.

L-Uffiċċju tal-BEREC għandu jadotta r-regoli tas-sigurtà tiegħu stess li jkunu ekwivalenti għar-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni biex titħares l-Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea ("EUCI") u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, fost l-oħrajn id-dispożizzjonijiet għall-iskambju, għall-ipproċessar u għall-ħżin ta' informazzjoni bħal din kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/44342 u (UE, Euratom) 2015/44443. Inkella l-Uffiċċju tal-BEREC jista' jadotta deċiżjoni li japplika r-regoli tal-Kummissjoni fuq bażi mutatis mutandis.

__________________

__________________

42 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

42 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

43 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

43 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-BEREC jagħmel talba debitament ġustifikata, il-Kummissjoni u l-NRAs għandhom jipprovdulu l-informazzjoni kollha meħtieġa, fil-ħin u b'mod preċiż, biex iwettaq il-kompiti tiegħu, bil-kundizzjoni li dawn ikollhom aċċess legali għall-informazzjoni rilevanti u li t-talba għall-informazzjoni tkun meħtieġa b'rabta man-natura tal-kompitu inkwistjoni.

Meta l-BEREC jew l-Uffiċċju tal-BEREC jagħmlu talba debitament ġustifikata, il-Kummissjoni u l-NRAs għandhom jipprovdulhom l-informazzjoni kollha meħtieġa, fil-ħin u b'mod preċiż, biex iwettqu l-kompiti tagħhom, bil-kundizzjoni li dawn ikollhom aċċess legali għall-informazzjoni rilevanti u li t-talba għall-informazzjoni tkun meħtieġa b'rabta man-natura tal-kompitu inkwistjoni.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, il-BEREC jista' jitlob li l-informazzjoni tal-NRAs tingħata f'intervalli rikorrenti u b'formati speċifikati. Meta dan ikun possibbli, dawn it-talbiet għandhom isiru b'formati komuni tar-rappurtar.

Barra minn hekk, il-BEREC jew l-Uffiċċju tal-BEREC jistgħu jitolbu li l-informazzjoni tal-NRAs tingħata f'intervalli rikorrenti u b'formati speċifikati. Meta dan ikun possibbli, dawn it-talbiet għandhom isiru b'formati komuni tar-rappurtar.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-Kummissjoni jew xi NRA tagħmel talba debitament ġustifikata, il-BEREC għandu jipprovdi, fil-ħin u b'mod preċiż, kull informazzjoni meħtieġa biex il-Kummissjoni jew l-NRA tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha, abbażi tal-prinċipju tal-koperazzjoni sinċiera.

2.  Meta l-Kummissjoni jew xi NRA tagħmel talba debitament ġustifikata, il-BEREC jew l-Uffiċċju tal-BEREC għandhom jipprovdu, fil-ħin u b'mod preċiż, kull informazzjoni meħtieġa biex il-Kummissjoni jew l-NRA tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha, abbażi tal-prinċipju tal-koperazzjoni sinċiera.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Qabel ma ssir it-talba għall-informazzjoni b'konformità ma' dan l-Artikolu u biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-obbligi tar-rappurtar, il-BEREC għandu jqis l-informazzjoni rilevanti eżistenti disponibbli pubblikament.

3.  Qabel ma ssir it-talba għall-informazzjoni b'konformità ma' dan l-Artikolu u biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-obbligi tar-rappurtar, il-BEREC jew l-Uffiċċju tal-BEREC għandhom iqisu l-informazzjoni rilevanti eżistenti disponibbli pubblikament.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew l-NRAs ma jkunux għamluha disponibbli fil-ħin jew meta talba diretta tal-BEREC tkun aktar effiċjenti u inqas ta' piż, il-BEREC jista' jindirizza talba debitament ġustifikata u motivata lil awtorità oħra jew direttament lill-impriżi rilevanti li jkunu qed jipprovdu netwerks, servizzi u faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika.

Meta l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew l-NRAs ma jkunux għamluha disponibbli fil-ħin jew meta talba diretta tal-BEREC jew tal-Uffiċċju tal-BEREC tkun aktar effiċjenti u inqas ta' piż, il-BEREC jew l-Uffiċċju tal-BEREC jistgħu jindirizzaw talba debitament ġustifikata u motivata lil awtorità oħra jew direttament lill-impriżi rilevanti li jkunu qed jipprovdu netwerks, servizzi u faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-BEREC għandu jinforma lill-NRAs rilevanti bit-talbiet b'konformità ma' dan il-paragrafu.

Il-BEREC jew l-Uffiċċju tal-BEREC għandhom jinformaw lill-NRAs rilevanti bit-talbiet b'konformità ma' dan il-paragrafu.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jitlobhom il-BEREC, l-NRAs għandhom jgħinuh jiġbor l-informazzjoni.

Fuq talba tal-BEREC jew tal-Uffiċċju tal-BEREC, l-NRAs għandhom jgħinu lill-BEREC jew lill-Uffiċċju tal-BEREC jiġbru l-informazzjoni.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-membri tal-Bord Maniġerjali, id-Direttur Eżekuttiv, l-esperti nazzjonali sekondati u l-persunal l-ieħor li mhux impjegat mal-BEREC ilkoll għandhom jiddikjaraw l-impenn tagħhom u l-assenza jew il-preżenza ta' kull interess dirett jew indirett li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom.

Il-membri tal-Bord tar-Regolaturi u tal-Bord Maniġerjali, id-Direttur, l-esperti nazzjonali sekondati u l-persunal l-ieħor li mhux impjegat mal-Uffiċċju tal-BEREC ilkoll għandhom jiddikjaraw l-impenn tagħhom u l-assenza jew il-preżenza ta' kull interess dirett jew indirett li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi u sħaħ, għandhom isiru bil-miktub u għandhom jiġu aġġornati kull meta jkun meħtieġ. Id-dikjarazzjonijiet tal-interessi li jagħmlu l-membri tal-Bord Maniġerjali u d-Direttur Eżekuttiv għandhom jiġu ppubblikati.

Id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi u sħaħ, għandhom isiru bil-miktub u għandhom jiġu aġġornati kull meta jkun meħtieġ. Id-dikjarazzjonijiet tal-interessi li jagħmlu l-membri tal-Bord Maniġerjali u d-Direttur għandhom jiġu ppubblikati.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-membri tal-Bord Maniġerjali, id-Direttur Eżekuttiv, l-esperti nazzjonali sekondati, il-persunal l-ieħor li mhux impjegat mal-BEREC u l-esperti li jieħdu sehem fil-gruppi ta' ħidma, sa mhux aktar tard minn qabel ma tibda kull laqgħa, ilkoll għandhom jiddikjaraw, b'mod preċiż u sħiħ, kull interess li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom fejn jidħlu l-punti li jkun hemm fl-aġenda, u għandhom jastjenu milli jieħdu sehem fid-diskussjoni dwar dawn il-punti u milli jivvotaw dwarhom.

2.  Il-membri tal-Bord Maniġerjali, id-Direttur, l-esperti nazzjonali sekondati, il-persunal l-ieħor li mhux impjegat mal-Uffiċċju tal-BEREC u l-esperti li jieħdu sehem fil-gruppi ta' ħidma, sa mhux aktar tard minn qabel ma tibda kull laqgħa, ilkoll għandhom jiddikjaraw, b'mod preċiż u sħiħ, kull interess li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom fejn jidħlu l-punti li jkun hemm fl-aġenda, u għandhom jastjenu milli jieħdu sehem fid-diskussjoni dwar dawn il-punti u milli jivvotaw dwarhom.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex jiffaċilita l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illeċiti oħra skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44, fi żmien sitt xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-BEREC għandu jaderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (l-OLAF) u jadotta d-dispożizzjonijiet ix-xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tiegħu permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness ta' dak il-Ftehim.

1.  Biex jiffaċilita l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illeċiti oħra skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44, sa ... [jekk jogħġbok daħħal id-data: ... xhur wara d-dħul fis-seħħ dan ir-Regolament], l-Uffiċċju tal-BEREC għandu jaderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (l-OLAF) u jadotta d-dispożizzjonijiet ix-xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tiegħu permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness ta' dak il-Ftehim.

__________________

__________________

44 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

44 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tagħmel awditi, abbażi tad-dokumenti u ta' żjarat fuq il-post, ta' kull benefiċjarju tal-għotja, kuntrattur u sottokuntrattur li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand il-BEREC.

2.  Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tagħmel awditi, abbażi tad-dokumenti u ta' żjarat fuq il-post, ta' kull benefiċjarju tal-għotja, kuntrattur u sottokuntrattur li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-Uffiċċju tal-BEREC.

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' xi għotja jew kuntratt iffinanzjat mill-BEREC, b'konformità mad-dispożizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9645.

3.  L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' xi għotja jew kuntratt iffinanzjat mill-Uffiċċju tal-BEREC, b'konformità mad-dispożizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9645.

__________________

__________________

45 Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

45 Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta' koperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet tal-għotja u d-deċiżjonijiet tal-għotja tal-BEREC għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li espliċitament jagħtu s-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu dawn l-awditi u l-investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta' koperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet tal-għotja u d-deċiżjonijiet tal-għotja tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li espliċitament jagħtu s-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu dawn l-awditi u l-investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-BEREC tirregolaha l-liġi applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.

1.  Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Uffiċċju tal-BEREC tirregolaha l-liġi applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni biex tagħti sentenza skont xi klawżola ta' arbitraġġ li jkun hemm f'kuntratt konkluż mill-BEREC.

2.  Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni biex tagħti sentenza skont xi klawżola ta' arbitraġġ li jkun hemm f'kuntratt konkluż mill-Uffiċċju tal-BEREC.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, il-BEREC għandu jagħmel tajjeb għal kull dannu li jikkaġunaw id-dipartimenti tiegħu jew il-persunal tiegħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom.

3.  Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, l-Uffiċċju tal-BEREC għandu jagħmel tajjeb għal kull dannu li jikkaġunaw id-dipartimenti tiegħu jew il-persunal tiegħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tal-BEREC lejn il-BEREC għandhom jirregolawha d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew fil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg li japplikaw għalihom.

5.  Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tal-Uffiċċju tal-BEREC lejh għandhom jirregolawha d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew fil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg li japplikaw għalihom.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet tal-BEREC għandhom ikunu soġġetti għall-inkjesti tal-Ombudsman Ewropew b'konformità mal-Artikolu 228 tat-Trattat.

L-attivitajiet tal-Uffiċċju tal-BEREC għandhom ikunu soġġetti għall-inkjesti tal-Ombudsman Ewropew b'konformità mal-Artikolu 228 tat-Trattat.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-BEREC għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 1/5846.

1.  Għall-Uffiċċju tal-BEREC għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 1/5846.

__________________

__________________

46 Ir-Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU L 17, 6.10.1958, p. 385).

46 Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU L 17, 6.10.1958, p. 385).

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-BEREC għandu jipprovdihom iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

2.  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jipprovdihom iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 36

imħassar

Il-kumitat

 

1.   Il-Kummissjoni għandu jkollha l-assistenza ta' kumitat ("il-Kumitat tal-Komunikazzjoni"). Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

3.   Meta l-opinjoni tal-kumitat tkun trid tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura tista' tinġieb fi tmiemha mingħajr ebda riżultat meta, fil-limitu taż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi li għandu jsir hekk.

 

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-arranġamenti meħtieġa b'rabta mal-akkomodazzjoni li trid tiġi pprovduta għall-BEREC fl-Istat Membru ospitanti u mal-faċilitajiet li dak l-Istat Membru jrid iqegħedlu għad-dispożizzjoni tiegħu, flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri tal-Bord Maniġerjali, għall-persunal tal-BEREC u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn il-BEREC u l-Istat Membru fejn tkun tinsab is-sede tiegħu, li jiġi konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali u sa mhux iżjed tard minn sentejn minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

1.  L-arranġamenti meħtieġa b'rabta mal-akkomodazzjoni li trid tiġi pprovduta għall-Uffiċċju tal-BEREC fl-Istat Membru ospitanti u mal-faċilitajiet li dak l-Istat Membru jrid iqegħedlu għad-dispożizzjoni tiegħu, flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti għad-Direttur, għall-membri tal-Bord Maniġerjali, għall-persunal tal-Uffiċċju tal-BEREC u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Uffiċċju tal-BEREC u l-Istat Membru fejn tkun tinsab is-sede tiegħu, li jiġi konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali u sa mhux iżjed tard minn sentejn minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istat Membru ospitanti tal-BEREC għandu jipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jiżgura li l-BEREC jaħdem bla intoppi u b'mod effiċjenti, inkluż is-servizzi ta' skola multilingwi u orjentata lejn l-Ewropa u l-konnessjonijiet xierqa tat-trasport.

2.  L-Istat Membru ospitanti tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jiżgura li l-Uffiċċju tal-BEREC jaħdem bla intoppi u b'mod effiċjenti, inkluż is-servizzi ta' skola multilingwi u orjentata lejn l-Ewropa u l-konnessjonijiet xierqa tat-trasport.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa mhux aktar tard minn ħames snin minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, u mbagħad kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni b'konformità mal-linji gwida tagħha biex tivvaluta l-prestazzjoni tal-BEREC fejn jidħlu l-għanijiet tiegħu u l-mandat, il-kompiti u l-postijiet tiegħu. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jinbidel il-mandat tal-BEREC u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' bidla bħal din.

1.  Sa mhux aktar tard minn ħames snin minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, u mbagħad kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni b'konformità mal-linji gwida tagħha biex tivvaluta l-prestazzjoni tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC fejn jidħlu l-għanijiet tiegħu u l-mandat, il-kompiti u l-postijiet tiegħu. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jinbidel il-mandat tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' bidla bħal din.

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-Kummissjoni jkun jidhrilha li ma għadux ġustifikat li l-BEREC jissokta fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilu, din tista' tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat jew jitħassar skont dan.

2.  Meta l-Kummissjoni jkun jidhrilha li ma għadux ġustifikat li l-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC jissoktaw fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilhom, din tista' tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat jew jitħassar skont dan.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-BEREC għandu jieħu post l-Uffiċċju li kien ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 ("l-Uffiċċju tal-BEREC") fejn jidħlu s-sjieda, il-ftehimiet, l-obbligi legali, il-kuntratti tal-impjiegi, u l-impenji u r-responsabbiltajiet finanzjarji kollha.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Uffiċċju tal-BEREC għandu jieħu post l-Uffiċċju li kien ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 ("l-Uffiċċju tal-BEREC") fejn jidħlu s-sjieda, il-ftehimiet, l-obbligi legali, il-kuntratti tal-impjiegi, u l-impenji u r-responsabbiltajiet finanzjarji kollha.

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'mod partikolari, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal tal-Uffiċċju stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009. Il-kuntratti ta' dan il-persunal jistgħu jiġġeddu skont dan ir-Regolament b'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u mal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg u b'konformità mal-limitazzjonijiet baġitarji tal-BEREC.

B'mod partikolari, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal tal-Uffiċċju stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009. Il-kuntratti ta' dan il-persunal jistgħu jiġġeddu skont dan ir-Regolament b'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u mal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg u b'konformità mal-limitazzjonijiet baġitarji tal-Uffiċċju tal-BEREC.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'effett minn [please enter the date of entry into force of this regulation] u sakemm id-Direttur Eżekuttiv jibda jaqdi dmirijietu wara li jinħatar mill-Bord Maniġerjali b'konformità mal-Artikolu 22, id-Direttur Amministrattiv maħtur abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1211/2009 għandu jaġixxi bħala d-Direttur Eżekuttiv interim bil-funzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament għall-perjodu li jifdal tal-mandat tiegħu. Il-kundizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt tad-Direttur Amministrattiv għandhom jibqgħu l-istess.

B'effett minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u sakemm id-Direttur jibda jaqdi dmirijietu wara li jinħatar mill-Bord Maniġerjali b'konformità mal-Artikolu 22, id-Direttur Amministrattiv maħtur abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1211/2009 għandu jaġixxi bħala d-Direttur interim bil-funzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament għall-perjodu li jifdal tal-mandat tiegħu. Il-kundizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt tad-Direttur Amministrattiv għandhom jibqgħu l-istess.

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bħala Direttur Eżekuttiv interim, dan għandu jeżerċita s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra. Dan jista' jawtorizza l-pagamenti kollha koperti mill-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-BEREC wara l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali u jista' jikkonkludi kuntratti, inkluż kuntratti tal-persunal, wara l-adozzjoni tal-pjan tal-istabbiliment tal-BEREC.

Bħala Direttur interim, dan għandu jeżerċita s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra. Dan jista' jawtorizza l-pagamenti kollha koperti mill-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Uffiċċju tal-BEREC wara l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali u jista' jikkonkludi kuntratti, inkluż kuntratti tal-persunal, wara l-adozzjoni tal-pjan tal-istabbiliment tal-BEREC.

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kuntratt tal-impjieg tad-Direttur Amministrattiv maħtur abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1211/2009 għandu jintemm fi tmiem il-mandat tiegħu jew dakinhar li d-Direttur Eżekuttiv jibda jaqdi dmirijietu wara li jinħatar mill-Bord Maniġerjali b'konformità mal-Artikolu 22, skont liema minnhom tiġi l-ewwel.

Il-kuntratt tal-impjieg tad-Direttur Amministrattiv maħtur abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1211/2009 għandu jintemm fi tmiem il-mandat tiegħu jew dakinhar li d-Direttur jibda jaqdi dmirijietu wara li jinħatar mill-Bord Maniġerjali b'konformità mal-Artikolu 22.

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Direttur Amministrattiv maħtur abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1211/2009 li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż għandu jastjeni milli jipparteċipa fil-proċedura tal-għażla għad-Direttur Eżekuttiv imsemmi fl-Artikolu 22.

imħassar

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1211/2009 u għall-Uffiċċju tal-BEREC għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għall-BEREC.

Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1211/2009 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

Referenzi

COM(2016)0591 – C8-0382/2016 – 2016/0286(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

24.10.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

24.10.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ivan Štefanec

11.10.2016

Eżami fil-kumitat

13.3.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

11.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

13

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Ildikó Gáll-Pelcz, Evelyne Gebhardt, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sergio Gutiérrez Prieto, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Pascal Arimont, Birgit Collin-Langen, Edward Czesak, Kaja Kallas, Othmar Karas, Arndt Kohn, Julia Reda, Marc Tarabella, Ulrike Trebesius

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Anne-Marie Mineur

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ECR

Edward Czesak, Daniel Dalton, Ulrike Trebesius, Anneleen Van Bossuyt

EFDD

Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Marco Zullo

ENF

Mylène Troszczynski

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur, Dennis de Jong

PPE

Pascal Arimont, Carlos Coelho, Birgit Collin-Langen, Anna Maria Corazza Bildt, Ildikó Gáll-Pelcz, Othmar Karas, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Jiří Pospíšil, Andreas Schwab, Ivan Štefanec, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein

13

-

ALDE

Kaja Kallas, Jasenko Selimovic

S&D

Lucy Anderson, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sergio Gutiérrez Prieto, Arndt Kohn, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Marc Tarabella

3

0

ALDE

Dita Charanzová

VERT/ALE

Pascal Durand, Julia Reda

Tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (11.5.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika

(COM(2016)0591 – C8-0382/2016 – 2016/0286(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Silvia Costa

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Għan u kamp ta' applikazzjoni

Il-Pakkett tat-Telekomunikazzjoni ġie ppubblikat f'Settembru 2016 u fih sensiela ta' inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi għat-tiġdid tal-qafas regolatorju tat-telekomunikazzjoni. Il-qofol tal-pakkett huwa proposta għal Direttiva li tistabbilixxi Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, li għandha l-għan li timmodernizza r-regoli tat-telekomunikazzjoni, aġġornati l-aħħar fl-2009. Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni qed ifassal ukoll opinjoni separata dwar dik il-proposta (Rapporteur: Curzio Maltese).

Din il-proposta tifforma parti minn dan il-Pakkett tat-Telekomunikazzjoni u tipprova toħloq qafas regolatorju istituzzjonali aktar konsistenti u effettiv għall-komunikazzjoni elettronika. Dan tagħmlu billi tistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) bħala aġenzija deċentralizzata tal-UE vera u proprja (bħalissa dan huwa struttura ibrida f'korp essenzjalment intergovernattiv li jiġbor flimkien regolaturi nazzjonali biex iwettqu kompiti regolatorji armonizzati tal-UE bl-appoġġ tal-Uffiċċju tal-BEREC, li huwa aġenzija Komunitarja żgħira li tipprovdi appoġġ professjonali u amministrattiv lill-BEREC innifsu).

Għaldaqstant, il-proposta essenzjalment fiha dispożizzjonijiet klassiċi għall-aġenziji konformi mal-"Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE" 2012 miftiehem b'mod konġunt bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Barra minn hekk tiġbor flimkien f'post wieħed (l-Artikolu 2) il-lista sħiħa tal-kompiti fdati f'idejn il-BEREC f'atti leġiżlattivi differenti, inklużi b'mod partikolari dawk assenjati lilu fil-qafas tal-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika l-ġdid. Filwaqt li xi kompiti huma ta' interess għall-Kumitat CULT (eż. ir-rwol tal-BEREC fil-ħruġ ta' opinjonijiet dwar abbozzi ta' miżuri nazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-evalwazzjoni bejn il-pari tal-ispettru tar-radju), is-sustanza tal-kompiti hija rregolata fil-proposta tal-Kodiċi.

Il-BEREC: status quo jew aġenzija tal-UE sħiħa u attrezzata għalkollox?

Ir-Rapporteur konxja ħafna li l-proposta biex titwarrab l-istruttura eżistenti tal-BEREC u tinħoloq aġenzija tal-UE sħiħa u attrezzata għalkollox hi waħda kontroversjali, u dan wara li qrat għadd ta' preżentazzjonijiet tal-parlamenti nazzjonali dwar is-suġġett, biex ma nsemmux l-opinjoni tal-BEREC stess dwar il-proposta, u wara li wettqet konsultazzjonijiet dwar il-kwistjoni. Madankollu, ir-Rapporteur hi tal-fehma li din il-kwistjoni tant hija fundamentali li trid tiġi ttrattata fil-kumitat kompetenti, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (ITRE), li jidher b'mod ċar li jinsab fl-aħjar pożizzjoni biex jifhem u jieħu pożizzjoni dwar l-istruttura istituzzjonali l-aktar adattata għall-ambjent regolatorju għall-komunikazzjoni elettronika. Bħala tali, l-emendi mressqa mir-Rapporteur huma mingħajr preġudizzju għal din il-kwistjoni fundamentali.

Madankollu, jidher b'mod ċar li l-ħidma tal-BEREC għandha impatt fuq oqsma ta' politika li huma ta' interess għall-Kumitat CULT, speċjalment f'dinja fejn regolaturi konverġenti li jkopru kemm it-telekomunikazzjoni kif ukoll ix-xandir saru n-norma u fejn il-provvista ta' kontenut over-the-top (OTT) qed tikseb prominenza. Ir-Rapporteur, għalhekk, għandha l-għan li tiżgura l-indipendenza tal-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali u tal-membri tagħhom billi tiżgura li l-proposta dwar il-BEREC tkun allinjati għalkollox mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tal-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur ressqet għadd limitat ta' emendi mmirati għall-proposta tal-Kummissjoni. Uħud mill-emendi huma mfassla sabiex jiċċaraw ċerti dispożizzjonijiet jew itejbu l-leġġibbiltà tagħhom. Il-maġġoranza għandhom l-għan li jenfasizzaw li l-BEREC għandu jwettaq il-kompiti u l-ħidma tiegħu b'kunsiderazzjoni tal-għanijiet ġenerali tal-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika u tal-pluraliżmu tal-midja, kif stipulat fl-Artikolu 3 tal-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi.

Hemm ukoll emendi speċifiċi biex jiġi żgurat li l-gruppi ta' ħidma tal-BEREC jirrappreżentaw firxa kemm jista' jkun wiesgħa ta' interessi ta' politika u joperaw b'mod konformi mal-għanijiet ġenerali msemmija hawn fuq u li l-BEREC jinvolvi ruħu b'mod attiv ma' firxa kemm jista' jkun wiesgħa ta' partijiet konċernati fil-ħidma tiegħu.

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur tenfasizza l-loġika għalfejn ikun konvenjenti li l-BEREC jikkoopera ma' korpi, aġenziji, uffiċċji u gruppi ta' ħidma oħra tal-Unjoni, jiġifieri sabiex jiżgura l-effettività u l-koerenza tal-politiki. Tenfasizza wkoll li jenħtieġ li tali kooperazzjoni tiġi permessa – b'mod partikolari ma' entitajiet bħalma huma l-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva u l-Grupp Ewropew għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju – bħala parti mill-ħidma tal-BEREC sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-effettività ġenerali tal-politiki.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC taw kontribut pożittiv għal implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika. Madankollu għad hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fejn tidħol il-prassi regolatorja. Barra minn hekk, l-istruttura ta' governanza tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC mhix effiċjenti u toħloq piż amministrattiv bla bżonn. Biex ikunu żgurati l-kisbiet fl-effiċjenza u s-sinerġiji u biex jingħata kontribut addizzjonali għall-iżvilupp tas-suq intern tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha kif ukoll għall-promozzjoni tal-aċċess għal konnettività tad-dejta b'kapaċità kbira ħafna u tal-adozzjoni tagħha, għall-promozzjoni tal-kompetizzjoni fil-forniment tan-netwerks, tas-servizzi u tal-faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika u għall-promozzjoni tal-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rwol tal-BEREC u li jtejjeb l-istruttura ta' governanza tiegħu billi jistabbilixxi l-BEREC bħala aġenzija deċentralizzata tal-Unjoni. Dan jaqbel ukoll mal-ħtieġa li jiġi rifless ir-rwol imsaħħaħ ferm tal-BEREC skont ir-Regolament (KE) Nru 531/2012 li jistabbilixxi l-kompiti tal-BEREC rigward ir-roaming fl-Unjoni kollha, skont ir-Regolament (UE) 2015/2120 li jistabbilixxi l-kompiti tal-BEREC rigward l-aċċess għall-internet miftuħ u r-roaming fl-Unjoni kollha, u skont id-Direttiva li tistabbilixxi għadd sinifikanti ta' kompiti ġodda għall-BEREC fosthom li joħroġ deċiżjonijiet u linji gwida dwar diversi suġġetti, li jibgħat rapporti dwar kwistjonijiet tekniċi, li jżomm reġistri u li jagħti opinjonijiet dwar il-proċeduri tas-suq intern għall-abbozzi tal-miżuri nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq kif ukoll dwar l-assenjamenti tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju.

(7)  Il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC taw kontribut pożittiv għal implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika. Minkejja dan, għad hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fejn tidħol il-prassi regolatorja. Barra minn hekk, l-istruttura ta' governanza tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC mhix effiċjenti u toħloq piżijiet amministrattivi bla bżonn. Biex ikunu żgurati l-kisbiet fl-effiċjenza u s-sinerġiji u biex jingħata kontribut addizzjonali għall-iżvilupp tas-suq intern tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha kif ukoll għall-promozzjoni tal-aċċess għal konnettività tad-dejta b'kapaċità kbira ħafna u tal-adozzjoni tagħha, għall-promozzjoni tal-kompetizzjoni fil-forniment tan-netwerks, tas-servizzi u tal-faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika u għall-promozzjoni tal-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rwol tal-BEREC u li jtejjeb l-istruttura ta' governanza tiegħu billi jistabbilixxi l-BEREC bħala aġenzija deċentralizzata tal-Unjoni. Dan jaqbel ukoll mal-ħtieġa li jiġi rifless ir-rwol imsaħħaħ ferm tal-BEREC skont ir-Regolament (KE) Nru 531/2012 li jistabbilixxi l-kompiti tal-BEREC rigward ir-roaming fl-Unjoni kollha, skont ir-Regolament (UE) 2015/2120 li jistabbilixxi l-kompiti tal-BEREC rigward l-aċċess għall-internet miftuħ u r-roaming fl-Unjoni kollha, u skont id-Direttiva li tistabbilixxi għadd sinifikanti ta' kompiti ġodda għall-BEREC fosthom li joħroġ deċiżjonijiet u linji gwida f'bosta oqsma, li jibgħat rapporti dwar kwistjonijiet tekniċi, li jżomm reġistri u li jagħti opinjonijiet dwar il-proċeduri tas-suq intern għall-abbozzi tal-miżuri nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq kif ukoll dwar l-assenjamenti tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju.

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  L-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjoni elettronika, flimkien mal-avvanzi fis-softwer u fit-teknoloġija tal-komunikazzjoni, wasslu għal passi kbar 'il quddiem fil-mod ta' kif il-kultura u l-kontenut kulturali qed jitqassmu u jiġu aċċessati miċ-ċittadini Ewropej. Madankollu, il-kopertura mhux uniformi tal-infrastruttura u l-effetti ta' lock-in ġabu magħhom ukoll distakki diġitali profondi. Bl-għan li jitnaqqsu dawk id-distakki u jiġi evitat il-ħolqien ta' oħrajn ġodda, b'mod partikolari b'rabta mad-diversità kulturali u mal-multilingwiżmu, il-BEREC, permezz ta' għodod xierqa għad-dimensjoni tal-kwistjonijiet, huwa waħda mill-istituzzjonijiet li għandhom jikkunsidraw l-impatt soċjali u kulturali usa' meta joħorġu linji gwida, opinjonijiet u tipi oħra ta' testi.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Il-BEREC jenħtieġ li jwettaq il-kompiti assenjati lilu bil-kunsiderazzjoni dovuta tal-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kemm għall-għanijiet ġenerali tal-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika u tal-pluraliżmu tal-midja kif stipulat fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva, kif ukoll għall-għanijiet stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali tal-2005.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġ enfasizzat li jenħtieġ li l-għanijiet ġenerali tal-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika u tal-pluraliżmu tal-midja jiggwidaw il-ħidma tal-BEREC peress li d-deċiżjonijiet meħuda dwar il-komunikazzjoniji elettronika (eż. dwar l-allokazzjoni tal-ispettru) jista' jkollhom impatt proprju fuq dawn l-oqsma. L-emenda tfakkar, b'rabta ma' dan, fil-Konvenzjoni tal-UNESCO.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Mingħajr preġudizzju għar-rwol tagħhom, jekk ikun meħtieġ, il-BEREC għandu jitħalla jikkopera ma' korpi, aġenziji, uffiċċji u gruppi konsultattivi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju29, mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta30, mal-Grupp tar-Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva31 u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni32; kif ukoll ma' kumitati eżistenti (bħall-Kumitat tal-Komunikazzjoni u l-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju). Dan għandu jitħalla jikkopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi, b'mod partikolari mal-awtoritajiet regolatorji kompetenti fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika u/jew ma' gruppi ta' dawn l-awtoritajiet, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, meta dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

(11)  Sabiex jiżgura l-koerenza u l-konsistenza tal-politiki u sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv u bil-kunsiderazzjoni xierqa tal-għanijiet usa' ta' politika tal-Unjoni, il-BEREC jenħtieġ li jitħalla jikkopera, mingħajr preġudizzju għar-rwol tagħhom, ma' korpi, aġenziji, uffiċċji u gruppi konsultattivi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju29, mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta30, mal-Grupp tar-Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva31 u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni32; kif ukoll ma' kumitati eżistenti (bħall-Kumitat tal-Komunikazzjoni u l-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju). Dan jenħtieġ li jitħalla jikkopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi, b'mod partikolari mal-awtoritajiet regolatorji kompetenti fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika u/jew ma' gruppi ta' dawn l-awtoritajiet, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, meta dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

__________________

__________________

29 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (ĠU L 198, 27.7.2002, p. 49).

29 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (ĠU L 198, 27.7.2002, p. 49).

30 Stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

30 Stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

31 Id-Direttiva [...].

31 Id-Direttiva [...].

32 Ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41).

32 Ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41).

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi enfasizzata l-loġika favur il-kooperazzjoni ma' korpi rilevanti oħra, fosthom l-ERGA u l-RSPG.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Meta mqabbla mas-sitwazzjoni fil-passat, meta kellek Bord tar-Regolaturi u Kumitat Maniġerjali li kienu jmexxu b'mod parallel, il-fatt li jkun hemm bord uniku li jagħti orjentazzjonijiet ġenerali għall-attivitajiet tal-BEREC u li jiddeċiedi fuq kwistjonijiet regolatorji u operattivi u fuq kwistjonijiet ta' ġestjoni amministrattiva u baġitarja għandu jgħin biex jitjiebu l-effiċjenza, il-koerenza u l-prestazzjoni tal-aġenzija. Għal dan il-għan, il-Bord Maniġerjali għandu jwettaq il-funzjonijiet rilevanti, u minbarra ż-żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, dan għandu jkun jikkonsisti mill-Kap jew minn membru ieħor tal-korp kolleġġjali ta' kull NRA, li huma protetti bir-rekwiżiti ta' ċaħda.

(12)  Meta mqabbla mas-sitwazzjoni fil-passat, meta kellek Bord tar-Regolaturi u Kumitat Maniġerjali li kienu jmexxu b'mod parallel, il-fatt li jkun hemm bord uniku li jagħti orjentazzjonijiet ġenerali għall-attivitajiet tal-BEREC u li jiddeċiedi fuq kwistjonijiet regolatorji u operattivi u fuq kwistjonijiet ta' ġestjoni amministrattiva u baġitarja jenħtieġ li jgħin biex jitjiebu l-effiċjenza, il-koerenza u l-prestazzjoni tal-aġenzija. Għal dan il-għan, il-Bord Maniġerjali għandu jwettaq il-funzjonijiet rilevanti, u minbarra r-rappreżentant tal-Kummissjoni, dan għandu jkun jikkonsisti mill-Kap jew inkella minn membru ieħor tal-korp kolleġġjali ta' kull ARN, li jkunu protetti b'dispożizzjonijiet b'rabta mat-tkeċċija.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Id-Direttur Eżekuttiv, li se jkun ir-rappreżentant legali tal-BEREC, jaqdi rwol kruċjali għall-funzjonament adegwat tal-aġenzija l-ġdida u għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lilha. Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtru minn lista mfassla mill-Kummissjoni wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti sabiex tkun żgurata evalwazzjoni bir-reqqa tal-kandidati u livell għoli ta' indipendenza. Barra minn hekk, fl-imgħoddi, il-mandat tad-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-BEREC kien ta' tliet snin. Jeħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv ikollu mandat twil biżżejjed biex ikunu żgurati l-istabbiltà u t-twassil ta' strateġija fit-tul għall-aġenzija.

(16)  Id-Direttur Eżekuttiv, li se jkun ir-rappreżentant legali tal-BEREC, jaqdi rwol kruċjali għall-funzjonament adegwat tal-aġenzija l-ġdida u għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lilha. Il-Bord Maniġerjali jenħtieġ li jaħtru minn lista mfassla mill-Kummissjoni wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti sabiex ikunu żgurati evalwazzjoni rigoruża tal-kandidati u livell għoli ta' indipendenza. Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord Maniġerjali jenħtieġ li jkun mistieden jidher quddiem il-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew, sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-approvazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, fl-imgħoddi, il-mandat tad-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-BEREC kien ta' tliet snin. Jeħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv ikollu mandat twil biżżejjed biex ikunu żgurati l-istabbiltà u t-twassil ta' strateġija fit-tul għall-aġenzija.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Mill-esperjenza jidher li ħafna mill-kompiti tal-BEREC jitwettqu aħjar bi gruppi ta' ħidma, u għalhekk il-Bord Maniġerjali għandu jkun responsabbli biex iwaqqaf gruppi ta' ħidma u biex jaħtar il-membri tagħhom. Biex ikun żgurat approċċ bilanċjat, il-gruppi ta' ħidma għandhom jiġu kkoordinati u mmexxija minn membri tal-persunal tal-BEREC. Il-listi ta' esperti kwalifikati għandhom jitħejjew minn qabel biex ikun żgurat li ċerti gruppi ta' ħidma jitwaqqfu malajr, b'mod partikolari dawk relatati mal-proċeduri tas-suq intern għall-abbozzi tal-miżuri nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq u dwar l-assenjamenti tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju, minħabba l-limiti taż-żmien ta' dawk il-proċeduri.

(17)  Mill-esperjenza jidher li ħafna mill-kompiti tal-BEREC jitwettqu aħjar bi gruppi ta' ħidma, u għalhekk il-Bord Maniġerjali jenħtieġ li jkun responsabbli biex iwaqqaf gruppi ta' ħidma u biex jaħtar il-membri tagħhom. Il-kompożizzjoni tal-gruppi ta' ħidma jenħtieġ li tirrifletti kif xieraq l-interessi ta' politika differenti involuti, u tqis kif dovut l-għanijiet ġenerali tal-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika u tal-pluraliżmu tal-midja kif stipulat fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva. Biex ikun żgurat approċċ bilanċjat, il-gruppi ta' ħidma jenħtieġ li jiġu kkoordinati u mmexxija minn membri tal-persunal tal-BEREC. Il-listi ta' esperti kwalifikati jenħtieġ li jitħejjew minn qabel biex ikun żgurat li ċerti gruppi ta' ħidma jitwaqqfu malajr, b'mod partikolari dawk relatati mal-proċeduri tas-suq intern għall-abbozzi tal-miżuri nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq u dwar l-assenjamenti tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju, minħabba l-limiti taż-żmien ta' dawk il-proċeduri.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi enfasizzat li l-gruppi ta' ħidma mwaqqfa mill-BEREC jenħtieġ li jqisu l-firxa sħiħa ta' interessi ta' politika filwaqt li jaġixxu wkoll skont l-għanijiet ġenerali tal-promozzjoni tad-diversità kulturali/lingwistika u tal-pluraliżmu tal-midja

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Sabiex jiġi żgurat li l-BEREC iqis b'mod sħiħ l-ispettru kollu ta' interessi ta' politika u jifhem l-impatt possibbli tal-miżuri tiegħu, l-Aġenzija jenħtieġ li tinvolvi ruħha b'mod attiv mal-partijiet konċernati permezz ta' għodod bħalma huma l-fora għal konsultazzjonijiet regolari mal-partijiet konċernati. Il-gruppi ta' ħidma tal-BEREC jenħtieġ li jimpenjaw ruħhom ukoll b'mod attiv ma' partijiet konċernati minn barra l-komunità regolatorja u jkopru firxa kemm jista' jkun wiesgħa ta' interessi.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi ċċarat li l-BEREC u l-gruppi ta' ħidma tiegħu jenħtieġ li jiżviluppaw għodod biex jinvolvu ruħhom b'mod attiv mal-partijiet konċernati li jirrappreżentaw firxa wiesgħa ta' interessi.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv, il-BEREC għandu jkollu d-dritt jitlob l-informazzjoni kollha meħtieġa mingħand il-Kummissjoni, mingħand l-NRAs u, bħala l-aħħar rimedju, mingħand awtoritajiet u impriżi oħrajn. It-talbiet għall-informazzjoni għandhom ikunu proporzjonati u ma għandhomx jimponu xi piż żejjed fuq id-destinatarji. L-NRAs, li huma l-eqreb tas-swieq tal-komunikazzjoni elettronika, għandhom jikkoperaw mal-BEREC u jgħaddulu informazzjoni preċiża u fil-ħin biex jiżguraw li dan ikun jista' jwettaq il-mandat tiegħu. Barra minn hekk, il-BEREC għandu jaqsam l-informazzjoni meħtieġa mal-Kummissjoni u mal-NRAs bil-prinċipju tal-koperazzjoni leali.

(25)  Biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv, il-BEREC jenħtieġ li jkollu d-dritt jitlob l-informazzjoni kollha meħtieġa mingħand il-Kummissjoni, mingħand l-ARN u, bħala l-aħħar rimedju, mingħand awtoritajiet u impriżi oħrajn. It-talbiet għall-informazzjoni jenħtieġ li jkunu proporzjonati u li ma jimponux piż żejjed fuq id-destinatarji. L-ARN, li huma l-eqreb tas-swieq tal-komunikazzjoni elettronika, jenħtieġ li jikkoperaw mal-BEREC u jipprovdu informazzjoni preċiża u fil-ħin biex jiżguraw li dan ikun jista' jwettaq il-mandat tiegħu. Barra minn hekk, il-BEREC jenħtieġ li jaqsam l-informazzjoni meħtieġa mal-Kummissjoni u mal-ARN bil-prinċipju tal-koperazzjoni leali.

Emenda     10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-BEREC għandu jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva [...], tad-Direttiva 2002/58/KE, tar-Regolament (KE) Nru 531/2012, tar-Regolament (UE) 2015/2120 u tad-Deċiżjoni 243/2012/UE36 (il-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju).

Il-BEREC għandu jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva [...], tad-Direttiva 2002/58/KE, tar-Regolament (KE) Nru 531/2012, tar-Regolament (UE) 2015/2120 u tad-Deċiżjoni 243/2012/UE36 (il-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju) u ta' kwalunkwe att ieħor tal-Unjoni li jistabbilixxi kompiti u setgħat ġodda fir-rigward tiegħu..

_________________

_________________

36 Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).

36 Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-BEREC għandu jsegwi l-istess għanijiet bħal dawk tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ("l-NRAs") imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva. B'mod partikolari, il-BEREC għandu jiżgura implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika fil-kamp ta' applikazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern. Barra minn hekk, dan għandu jippromwovi l-aċċess għal konnettività tad-dejta b'kapaċità kbira ħafna, u l-adozzjoni tagħha; il-kompetizzjoni fil-forniment tan-netwerks, tas-servizzi u tal-faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika; u l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni.

3.  Il-BEREC għandu jsegwi l-istess għanijiet bħal dawk tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ("l-ARN") imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva. B'mod partikolari, il-BEREC għandu jikkoopera wkoll mal-ARN biex jiżgura approċċ regolatorju konsistenti fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika fil-kamp ta' applikazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 u fir-rigward tal-għanijiet stipulati fil-paragrafu 1, u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern armonizzat. Barra minn hekk, dan għandu jippromwovi trattament nondiskriminatorju tat-traffiku fil-forniment ta' servizzi ta' aċċess għall-internet: aċċess miftuħ għall-internet; aċċess għal konnettività tad-dejta b'kapaċità kbira ħafna, u l-adozzjoni tagħha; il-kompetizzjoni fil-forniment tan-netwerks, tas-servizzi u tal-faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika; u l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-BEREC għandu jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod indipendenti, imparzjali u trasparenti, u għandu jibbaża ruħu fuq l-għarfien espert disponibbli fl-ARN. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-ARN tiegħu jkollhom riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex jipparteċipaw fil-ħidma tal-BEREC.

Emenda     13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  jagħti pariri lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fuq talba jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess, dwar l-eżitu tal-analiżi teknika tiegħu tal-impatt regolatorju ta' kwalunkwe kwistjoni li tirrigwarda d-dinamika tal-iżvilupp tas-suq fuq il-qafas tal-komunikazzjoni elettronika;

Emenda     14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  jassisti, fuq talba, lill-ARN, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fir-rigward tar-relazzjoni, id-diskussjonijiet u l-iskambji tagħhom ma' partijiet terzi, u jassisti lill-ARN u lill-Kummissjoni fit-tixrid tal-aħjar prattiki regolatorji ma' partijiet terzi;

Ġustifikazzjoni

Ara l-formulazzjoni tal-Artikolu 2(e) tar-Regolament (KE) Nru 1211/2009.

Emenda     15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ac (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac)  jippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-ARN, u bejn l-ARN u l-Kummissjoni;

Ġustifikazzjoni

Ara l-formulazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 1211/2009.

Emenda     16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ad (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ad)  joħroġ rakkomandazzjonijiet u jxerred l-aħjar prattiki regolatorji indirizzati lill-ARN sabiex iħeġġeġ l-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjoni elettronika;

Emenda     17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ae (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ae)  jirrapporta dwar is-settur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika permezz tal-pubblikazzjoni ta' rapport annwali dwar l-iżviluppi f'dak is-settur Ewropew;

Emenda     18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt af (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(af)  jassisti lill-Kummissjoni, fejn rilevanti, bħala korp espert tekniku konsultattiv fir-rigward tat-tħejjija u l-adozzjoni tal-atti legali fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika;

Emenda     19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ag (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ag)  iwettaq il-kompiti mogħtija lilu permezz ta' atti legali tal-Unjoni b'mod partikolari bid-Direttiva [...]("Il-Kodiċi għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi"), bir-Regolament (KE) Nru 531/2012 u bir-Regolament (UE) Nru 2015/2120.

Emenda     20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jiżviluppa mudell ekonomiku biex jgħin lill-Kummissjoni tiddetermina r-rati massimi ta' terminazzjoni fl-Unjoni b'konformità mal-Artikolu 73 tad-Direttiva;

(c)  jiżviluppa, b'kooperazzjoni mill-qrib ħafna ma' ARN oħra, mudell ekonomiku biex jgħin lill-Kummissjoni tiddetermina r-rati massimi ta' terminazzjoni fl-Unjoni b'konformità mal-Artikolu 73 tad-Direttiva;

Emenda     21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jagħti opinjonijiet kif imsemmi fid-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 531/2012, b'mod partikolari:

imħassar

  fuq ir-riżoluzzjoni tat-tilwim transfruntier b'konformità mal-Artikolu 27 tad-Direttiva;

 

  fuq l-abbozzi tal-miżuri nazzjonali relatati mal-proċeduri tas-suq intern għar-regolamentazzjoni tas-swieq b'konformità mal-Artikoli 32, 33 u 66 tad-Direttiva;

 

  fuq l-abbozzi tal-miżuri nazzjonali relatati mal-proċeduri tas-suq intern għall-evalwazzjoni bejn il-pari tal-ispettru tar-radju b'konformità mal-Artikolu 35 tad-Direttiva;

 

  fuq l-abbozzi tad-deċiżjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-armonizzazzjoni b'konformità mal-Artikolu 38 tad-Direttiva;

 

Emenda     22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  fuq l-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjoni elettronika;

Emenda     23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – inċiż 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  fuq it-trattament nondiskriminatorju tat-traffiku fil-forniment tas-servizzi tal-aċċess għall-internet skont ir-Regolament (UE) Nru 2015/2120;

Emenda     24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  fuq il-prattiki tas-suq li jafu jwasslu għal effett detrimentali fuq l-aċċess nondiskriminatorju għall-internet, l-internet miftuħ, id-drittijiet tal-konsumaturi u l-prattiki abbużivi;

Emenda     25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-BEREC jista', fuq talba motivata mill-Kummissjoni, jassumi kompiti speċifiċi oħra meħtieġa għall-qadi tar-rwol tiegħu skont l-Artikolu 1(2).

Ġustifikazzjoni

Ara l-formulazzjoni tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1211/2009.)

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sa kemm ikun meħtieġ biex jilħaq l-għanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u biex iwettaq il-kompiti tiegħu, il-BEREC jista' jikkopera mal-korpi, mal-aġenziji, mal-uffiċċji u mal-gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni, mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi u/jew mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, b'konformità mal-Artikolu 26.

4.  Sa kemm ikun meħtieġ biex jilħaq l-għanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u biex iwettaq il-kompiti tiegħu u jikkontribwixxi għall-għanijiet usa' ta' politika tal-Unjoni, il-BEREC jista' jikkonsulta mal-ARN u jikkopera mal-korpi, mal-aġenziji, mal-uffiċċji u mal-gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni, mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, ma' pajjiżi terzi u/jew mal-organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali, b'konformità mal-Artikolu 26.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u minn żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni, ilkoll bid-dritt tal-vot. Kull NRA għandha tkun responsabbli biex taħtar ir-rappreżentant rispettiv tagħha minn fost il-Kap jew il-membri tal-korp kolleġġjali tagħha.

Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul minn membru wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni, ilkoll bid-dritt tal-vot. Kull ARN għandha tkun responsabbli biex tinnomina r-rappreżentant rispettiv tagħha, li jista' jkun il-Kap jew rappreżentant ta' livell għoli ieħor tal-ARN. L-awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi terzi mistiedna mill-Bord Maniġerjali għandu jkollhom status ta' osservatur.

Emenda     28

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-President jew il-Viċi President għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar il-qadi ta' dmirijiethom u l-prestazzjoni tal-BEREC, fuq talba.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-President ma għandux jieħu sehem fil-votazzjoni.

3.  Il-President għandu jkun intitolat jivvota.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi ċċarat li l-President mhux obbligat, iżda huwa intitolat, jivvota.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Id-Direttur Eżekuttiv ma għandux jieħu sehem fil-votazzjoni.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv ma għandux ikun intitolat jivvota.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi ċċarat li d-Direttur Eżekuttiv mhux intitolat jivvota, iżda jista' jkollu, pereżempju, rwol organizzazzjonali fil-votazzjoni.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-funzjonament tal-gruppi ta' ħidma

Il-funzjonament tal-gruppi ta' ħidma u l-involviment tal-partijiet konċernati

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtar lill-membri tal-gruppi ta' ħidma, li jitsgħu jinkludu esperti mill-NRAs, mill-Kummissjoni, mill-persunal tal-BEREC u mill-NRAs tal-pajjiżi terzi li jkunu qed jieħdu sehem fil-ħidma tal-BEREC.

Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtar lill-membri tal-gruppi ta' ħidma, li jitsgħu jkunu magħmula minn esperti mill-ARN, mill-Kummissjoni, mill-persunal tal-BEREC u mill-ARN tal-pajjiżi terzi li jkunu qed jieħdu sehem fil-ħidma tal-BEREC. Il-kompożizzjoni tal-gruppi ta' ħidma jenħtieġ li tirrifletti kif xieraq l-interessi ta' politika differenti involuti, u tqis kif dovut l-għanijiet ġenerali tal-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika u tal-pluraliżmu tal-midja kif stipulat fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi enfasizzat li l-gruppi ta' ħidma mwaqqfa mill-BEREC jenħtieġ li jqisu l-firxa sħiħa ta' interessi ta' politika filwaqt li jaġixxu wkoll skont l-għanijiet ġenerali tal-promozzjoni tad-diversità kulturali/lingwistika u tal-pluraliżmu tal-midja

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Il-BEREC għandu, fejn meħtieġ u inkluż fil-ħidma tal-gruppi ta' ħidma tiegħu, jitlob l-opinjonijiet tal-partijiet konċernati rilevanti, u jinvolvihom fil-ħidma tiegħu, pereżempju permezz ta' konsultazzjonijiet jew fora tal-partijiet konċernati. Meta jagħmel dan, għandu jiżgura li l-partijiet konċernati jirrappreżentaw b'mod sħiħ l-interessi ta' politika differenti kollha involuti. Il-BEREC għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 28, jagħmel ir-riżultati ta' dawn il-konsultazzjonijiet disponibbli għall-pubbliku.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Kull parti fil-proċedimenti tal-appell tista' toġġezzjona għal xi membru tal-Bord tal-Appell minħabba xi raġuni msemmija fil-paragrafu 1, jew jekk ikun hemm suspett li l-membru ma jkunx imparzjali. Kull oġġezzjoni bħal din ma għandhiex tkun ammissibbli jekk, filwaqt li tkun konxja mir-raġuni għall-oġġezzjoni, il-parti fil-proċedimenti tal-appell tkun għamlet pass proċedurali. L-ebda oġġezzjoni ma tista' tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri.

3.  Kull parti fil-proċedimenti tal-appell tista' toġġezzjona għal xi membru tal-Bord tal-Appell minħabba xi raġuni msemmija fil-paragrafu 1, jew jekk ikun hemm suspett li l-membru ma jkunx imparzjali. Kull oġġezzjoni bħal din ma għandhiex tkun ammissibbli jekk, filwaqt li tkun konxja mir-raġuni għall-oġġezzjoni, il-parti fil-proċedimenti tal-appell tkun xorta waħda ħadet pass proċedurali, bħat-tressiq ta' applikazzjoni jew il-preżentazzjoni ta' osservazzjonijiet u għalhekk tkun qablet b'mod taċitu mal-kompożizzjoni tal-Bord. Kwalunkwe oġġezzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri għandha titqies inammissibbli.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi speċifikat b'mod aktar ċar l-iskop tad-dispożizzjoni, bi qbil mas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawża T-63/10.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord Maniġerjali jista' jintalab jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-membri tiegħu.

Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord Maniġerjali għandu jkun mistieden jidher quddiem il-Kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew, sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-approvazzjoni tagħhom.

Emenda     36

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Jekk ikun beħsiebu jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Maniġerjali għandu jinforma lill-Parlament Ewropew b'dan. Fi żmien xahar qabel kull estensjoni bħal din, id-Direttur Eżekuttiv jista' jintalab jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-membri tiegħu.

5.  Jekk ikun beħsiebu jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Maniġerjali għandu jinforma lill-Parlament Ewropew b'dan. Fi żmien xahar qabel kull estensjoni bħal din, id-Direttur Eżekuttiv għandu jintalab jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitati kompetenti tal-Parlament u jwieġeb il-mistoqsijiet imressqa mill-membri tagħhom.

Emenda     37

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga biss b'deċiżjoni tal-Bord Maniġerali li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni.

7.  Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga biss b'deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jkun sema' l-opinjoni tal-Parlament Ewropew

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa fejn ikun meħtieġ biex il-BEREC jilħaq l-għanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u jwettaq il-kompiti tiegħu, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, dan jista' jikkopera mal-korpi, mal-aġenziji, mal-uffiċċji u mal-gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni, mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi u/jew mal-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Sa fejn ikun meħtieġ biex il-BEREC jilħaq l-għanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, iwettaq il-kompiti tiegħu u jikkontribwixxi għall-għanijiet usa' ta' politika tal-Unjoni, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, dan jista' jikkopera mal-korpi, mal-aġenziji, mal-uffiċċji u mal-gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni, mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi u/jew mal-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi spjegata l-loġika favur il-kooperazzjoni ma' gruppi konsultattivi, uffiċċji, aġenziji u korpi tal-Unjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

Referenzi

COM(2016)0591 – C8-0382/2016 – 2016/0286(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

24.10.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

24.10.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Silvia Costa

11.10.2016

Eżami fil-kumitat

22.3.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

4.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

13

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Andrea Bocskor, Silvia Costa, Angel Dzhambazki, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Luigi Morgano, John Procter, Michaela Šojdrová, Yana Toom, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Eider Gardiazabal Rubial, Sylvie Guillaume, Emma McClarkin, Marlene Mizzi, Liadh Ní Riada, Algirdas Saudargas, Remo Sernagiotto

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Florent Marcellesi

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

15

+

ALDE Group

EFDD Group

GUE/NGL Group

S&D Group

 

Verts/ALE Group

María Teresa Giménez Barbat, Yana Toom

Isabella Adinolfi

Curzio Maltese, Liadh Ní Riada

Silvia Costa, Eider Gardiazabal Rubial, Giorgos Grammatikakis, Sylvie Guillaume, Petra Kammerevert, Marlene Mizzi, Luigi Morgano, Julie Ward

Florent Marcellesi, Helga Trüpel

13

-

ECR Group

PPE Group

Angel Dzhambazki, Emma McClarkin, John Procter, Remo Sernagiotto

Andrea Bocskor, Norbert Erdős, Svetoslav Hristov Malinov, Algirdas Saudargas, Sabine Verheyen, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Michaela Šojdrová

0

0

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzju l-Intern (9.6.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

(COM(2016)0591 – C8-0382/2016 – 2016/0286(COD))

Rapporteur: Morten Helveg Petersen

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jappoġġja bis-sħiħ l-objettivi tal-proposta magħmula mill-Kummissjoni Ewropea u jippreżenta din l-opinjoni sabiex jiżgura li, fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-BEREC iqis bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari jimmira li jikseb livelli ogħla ta' konnettività b'sett modernizzat ta' regoli dwar il-protezzjoni tal-utent finali, filwaqt li jiżgura aċċess nondiskriminatorju għal kwalunkwe kontenut u servizz, inklużi servizzi pubbliċi, jgħin fil-promozzjoni tal-libertà tal-espressjoni u ta' negozju, u jagħmilha possibbli li l-Istati Membri jikkonformaw mal-Karta bi spiża ħafna aktar baxxa fil-futur.

Fid-dawl tal-kompetenzi tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, ir-rapporteur notevolment idaħħal referenzi għat-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni bħala objettivi ewlenin tal-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, li għandhom japplikaw għall-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-BEREC. Fuq dik il-bażi, ir-rapporteur jinsisti fuq miżuri li l-għan tagħhom hu li jsaħħu t-trasparenza u r-responsabilizzazzjoni tal-proċessi, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna l-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali u tal-gruppi ta' ħidma, kif ukoll il-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-interessi tal-membri rispettivi.

Qed jiddaħħlu wkoll aktar salvagwardji dwar l-indipendenza "strutturali" tal-BEREC. Li l-indipendenza tal-BEREC tiġi garantita jimplika li dan la jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet mingħand gvern jew kwalunkwe setgħa eżekuttiva oħra. Skont il-mudell ta' governanza għar-regolamentazzjoni fil-livell tal-UE li ġie stabbilit dan l-aħħar, bħalma hu l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-Bord Maniġerjali tal-BEREC għandu jkun magħmul biss minn rappreżentanti minn awtoritajiet indipendenti, filwaqt li l-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li tipparteċipa fl-attivitajiet u l-laqgħat tal-Bord mingħajr d-dritt tal-vot.

Ir-rapporteur jemmen li l-indipendenza u r-responsabilizzazzjoni tal-BEREC jistgħu jissaħħu aktar permezz ta' modifika tal-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali tiegħu u tal-proċedura ta' ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tiegħu.

Barra minn hekk, ir-rapporteur idaħħal kompiti ġodda għall-Aġenzija BEREC, b'mod partikolari fil-qasam tas-sigurtà tan-networks u tas-servizzi u tad-drittijiet fundamentali, u b'hekk jirreaġixxi għall-emendi għad-Direttiva dwar il-Kodiċi Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi li hu ser jippreżenta fl-abbozz ta' rapport relatat tiegħu.

Dawn l-elementi kollha għandhom l-għan li jiżguraw li d-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-livell tal-BEREC jikkonformaw tabilħaqq mal-ogħla standards f'termini ta' indipendenza, trasparenza u responsabilizzazzjoni, u b'hekk jikkontribwixxu għal implimentazzjoni konformi u bbażat fuq id-drittijiet tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi.

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Fl-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali tagħha, il-Kummissjoni ħabbret ukoll reviżjoni tad-Direttiva 2002/58/KE sabiex tipprovdi livell għoli ta' protezzjoni tal-privatezza għall-utenti tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u kundizzjonijiet ekwi għall-atturi kollha tas-suq.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC taw kontribut pożittiv għal implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika. Madankollu għad hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fejn tidħol il-prassi regolatorja. Barra minn hekk, l-istruttura ta' governanza tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC mhix effiċjenti u toħloq piż amministrattiv bla bżonn. Biex ikunu żgurati l-kisbiet fl-effiċjenza u s-sinerġiji u biex jingħata kontribut addizzjonali għall-iżvilupp tas-suq intern tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha kif ukoll għall-promozzjoni tal-aċċess għal konnettività tad-dejta b'kapaċità kbira ħafna u tal-adozzjoni tagħha, għall-promozzjoni tal-kompetizzjoni fil-forniment tan-netwerks, tas-servizzi u tal-faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika u għall-promozzjoni tal-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rwol tal-BEREC u li jtejjeb l-istruttura ta' governanza tiegħu billi jistabbilixxi l-BEREC bħala aġenzija deċentralizzata tal-Unjoni. Dan jaqbel ukoll mal-ħtieġa li jiġi rifless ir-rwol imsaħħaħ ferm tal-BEREC skont ir-Regolament (KE) Nru 531/2012 li jistabbilixxi l-kompiti tal-BEREC rigward ir-roaming fl-Unjoni kollha, skont ir-Regolament (UE) 2015/2120 li jistabbilixxi l-kompiti tal-BEREC rigward l-aċċess għall-internet miftuħ u r-roaming fl-Unjoni kollha, u skont id-Direttiva li tistabbilixxi għadd sinifikanti ta' kompiti ġodda għall-BEREC fosthom li joħroġ deċiżjonijiet u linji gwida dwar diversi suġġetti, li jibgħat rapporti dwar kwistjonijiet tekniċi, li jżomm reġistri u li jagħti opinjonijiet dwar il-proċeduri tas-suq intern għall-abbozzi tal-miżuri nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq kif ukoll dwar l-assenjamenti tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju.

(7)  Il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC taw kontribut pożittiv għal implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika. Madankollu għad hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fejn tidħol il-prassi regolatorja. Barra minn hekk, l-istruttura ta' governanza tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC mhix effiċjenti u toħloq piż amministrattiv bla bżonn. Biex ikunu żgurati l-kisbiet fl-effiċjenza u s-sinerġiji u biex jingħata kontribut addizzjonali għall-iżvilupp tas-suq intern tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha kif ukoll għall-promozzjoni tal-aċċess għal konnettività tad-data b'kapaċità kbira ħafna u tal-adozzjoni tagħha, għall-promozzjoni tal-kompetizzjoni, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni fil-forniment tan-netwerks, tas-servizzi u tal-faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika u għall-promozzjoni tal-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rwol tal-BEREC u li jtejjeb l-istruttura ta' governanza tiegħu billi jistabbilixxi l-BEREC bħala aġenzija deċentralizzata tal-Unjoni. Dan jaqbel ukoll mal-ħtieġa li jiġi rifless ir-rwol imsaħħaħ ferm tal-BEREC skont ir-Regolament (KE) Nru 531/2012 li jistabbilixxi l-kompiti tal-BEREC rigward ir-roaming fl-Unjoni kollha, skont ir-Regolament (UE) 2015/2120 li jistabbilixxi l-kompiti tal-BEREC rigward l-aċċess għall-internet miftuħ u r-roaming fl-Unjoni kollha, u skont id-Direttiva li tistabbilixxi għadd sinifikanti ta' kompiti ġodda għall-BEREC fosthom li joħroġ deċiżjonijiet u linji gwida dwar diversi suġġetti, li jibgħat rapporti dwar kwistjonijiet tekniċi, li jżomm reġistri u li jagħti opinjonijiet dwar il-proċeduri tas-suq intern għall-abbozzi tal-miżuri nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq kif ukoll dwar l-assenjamenti tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika jeħtieġ jiġi applikat b'mod konsistenti fl-Istati Membri kollha ħalli jirnexxi l-iżvilupp ta' suq intern tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha u ħalli jiġu promossi l-aċċess għal konnettività tad-dejta b'kapaċità kbira ħafna u l-adozzjoni tagħha, il-kompetizzjoni fil-forniment tan-netwerks, tas-servizzi u tal-faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika u l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni. Fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, li ħafna drabi jinvolvu dimensjoni transfruntiera akbar, u minħabba l-esperjenza li nkisbet s'issa fl-iżgurar ta' implimentazzjoni konsistenti fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika, hu meħtieġ li wieħed jibni fuq il-ħidma tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC u jkompli jiżviluppahom f'aġenzija sħiħa u attrezzata għalkollox.

(8)  Il-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika jeħtieġ jiġi applikat b'mod konsistenti fl-Istati Membri kollha ħalli jirnexxi l-iżvilupp ta' suq intern tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha u ħalli jiġu promossi l-aċċess għal konnettività tad-data b'kapaċità kbira ħafna u l-adozzjoni tagħha, il-kompetizzjoni, it-trasparenza u nondiskriminazzjoni fil-forniment tan-netwerks, tas-servizzi u tal-faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika u l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni. Fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, li ħafna drabi jinvolvu dimensjoni transfruntiera akbar, u minħabba l-esperjenza li nkisbet s'issa fl-iżgurar ta' implimentazzjoni konsistenti fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika, hu meħtieġ li wieħed jibni fuq il-ħidma tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC u jkompli jiżviluppahom f'aġenzija sħiħa u attrezzata għalkollox.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-BEREC għandu jqis bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), u, b'mod partikolari, jimmira li jikseb livelli ogħla ta' konnettività b'sett modernizzat ta' regoli dwar il-protezzjoni tal-utent finali, li jiżgura aċċess nondiskriminatorju għal kwalunkwe kontenut u servizz, inklużi s-servizzi pubbliċi, jgħin fil-promozzjoni tal-libertà ta' espressjoni u ta' negozju, u jippermetti lill-Istati Membri jikkonformaw mal-Karta bi spiża ħafna aktar baxxa fil-futur.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-aġenzija għandha tiġi regolata u titħaddem b'konformità mal-prinċipji tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta' Lulju 2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati ("l-Approċċ Komuni")28. Minħabba l-identità viżiva stabbilita tal-BEREC u l-ispejjeż relatati ma' bidla f'ismu, l-aġenzija l-ġdida se jibqa' jisimha l-BEREC.

(9)  L-aġenzija għandha tiġi regolata u titħaddem b'konformità mal-prinċipji tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta' Lulju 2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati ("l-Approċċ Komuni")28, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasparenza u r-relazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati. Minħabba l-identità viżiva stabbilita tal-BEREC u l-ispejjeż relatati ma' bidla f'ismu, l-aġenzija l-ġdida se jibqa' jisimha l-BEREC.

__________________

__________________

28 Id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati.

28 Id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Il-BEREC, bħala korp tekniku b'għarfien espert dwar il-komunikazzjoni elettronika u magħmul minn rappreżentanti tal-NRAs u tal-Kummissjoni, hu fl-aħjar pożizzjoni biex jiġi fdat b'kompiti bħal pereżempju li jiddeċiedi fuq ċerti kwistjonijiet b'dimensjoni transfruntiera, li jikkontribwixxi għal proċeduri effiċjenti tas-suq intern għall-abbozzi tal-miżuri nazzjonali (kemm rigward ir-regolamentazzjoni tas-swieq kif ukoll rigward l-assenjamenti tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju), li jipprovdi l-linji gwida meħtieġa għall-NRAs biex ikunu żgurati kriterji komuni u approċċ regolatorju konsistenti, u li jżomm ċerti reġistri fil-livell tal-Unjoni. Dan hu mingħajr preġudizzju għall-kompiti stabbiliti għall-NRAs, li huma l-eqreb tas-swieq tal-komunikazzjoni elettronika u tal-kundizzjonijiet lokali tagħhom. Biex twettaq il-kompiti tagħha, l-aġenzija se tkun teħtieġ riżorsi finanzjarji u umani adegwati u se tkompli tiġbor l-għarfien espert tal-NRAs.

(10)  Il-BEREC, bħala korp tekniku b'għarfien espert dwar il-komunikazzjoni elettronika u magħmul minn rappreżentanti tal-NRAs u tal-Kummissjoni, hu fl-aħjar pożizzjoni biex jiġi fdat b'kompiti bħal pereżempju li jiddeċiedi fuq ċerti kwistjonijiet b'dimensjoni transfruntiera, li jikkontribwixxi għal proċeduri effiċjenti, trasparenti u nondiskriminatorji tas-suq intern għall-abbozzi tal-miżuri nazzjonali (kemm rigward ir-regolamentazzjoni tas-swieq kif ukoll rigward l-assenjamenti tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju), li jipprovdi l-linji gwida meħtieġa għall-NRAs biex ikunu żgurati kriterji komuni u approċċ regolatorju konsistenti, u li jżomm ċerti reġistri fil-livell tal-Unjoni. Dan hu mingħajr preġudizzju għall-kompiti stabbiliti għall-NRAs, li huma l-eqreb tas-swieq tal-komunikazzjoni elettronika u tal-kundizzjonijiet lokali tagħhom. Biex twettaq il-kompiti tagħha, l-aġenzija se tkun teħtieġ riżorsi finanzjarji u umani adegwati u se tkompli tiġbor l-għarfien espert tal-NRAs.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Sabiex tkun żgurata l-inklużività, ir-rappreżentanza u t-trasparenza fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-BEREC għandu jiżgura li l-proċessi konsultattivi tiegħu, kif ukoll il-kompożizzjoni tal-grupp ta' ħidma tiegħu u l-għażla ta' esperti individwali, jqisu d-diversità tal-partijiet ikkonċernati ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili li joperaw fis-suq tal-komunikazzjoni elettronika, inklużi l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju u l-fornituri ta' servizzi mingħajr skop ta' qligħ.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Mingħajr preġudizzju għar-rwol tagħhom, jekk ikun meħtieġ, il-BEREC għandu jitħalla jikkopera ma' korpi, aġenziji, uffiċċji u gruppi konsultattivi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju29, mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta30, mal-Grupp tar-Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva31 u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni32; kif ukoll ma' kumitati eżistenti (bħall-Kumitat tal-Komunikazzjoni u l-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju). Dan għandu jitħalla jikkopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi, b'mod partikolari mal-awtoritajiet regolatorji kompetenti fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika u/jew ma' gruppi ta' dawn l-awtoritajiet, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, meta dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

(11)  Mingħajr preġudizzju għar-rwol tagħhom, jekk ikun meħtieġ, il-BEREC għandu jitħalla jikkoopera ma' korpi, aġenziji, uffiċċji u gruppi konsultattivi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju29, mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data30, mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, mal-Grupp tar-Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva31, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni32 u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali; kif ukoll ma' kumitati eżistenti (bħall-Kumitat tal-Komunikazzjoni u l-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju). Dan għandu jitħalla jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi, b'mod partikolari mal-awtoritajiet regolatorji kompetenti fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika u/jew ma' gruppi ta' dawn l-awtoritajiet, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, meta dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

__________________

__________________

29 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (ĠU L 198, 27.7.2002, p. 49).

29 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (ĠU L 198, 27.7.2002, p. 49).

30 Stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

30 Stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

31 Id-Direttiva [...].

31 Id-Direttiva [...].

32 Ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41).

32 Ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Id-Direttur Eżekuttiv, li se jkun ir-rappreżentant legali tal-BEREC, jaqdi rwol kruċjali għall-funzjonament adegwat tal-aġenzija l-ġdida u għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lilha. Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtru minn lista mfassla mill-Kummissjoni wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti sabiex tkun żgurata evalwazzjoni bir-reqqa tal-kandidati u livell għoli ta' indipendenza. Barra minn hekk, fl-imgħoddi, il-mandat tad-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-BEREC kien ta' tliet snin. Jeħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv ikollu mandat twil biżżejjed biex ikunu żgurati l-istabbiltà u t-twassil ta' strateġija fit-tul għall-aġenzija.

(16)  Id-Direttur Eżekuttiv, li se jkun ir-rappreżentant legali tal-BEREC, jaqdi rwol kruċjali għall-funzjonament adegwat tal-aġenzija l-ġdida u għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lilha. Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtru minn lista mfassla mill-Kummissjoni wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti u proċedura ta' kooperazzjoni (konċertazzjoni) mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, sabiex tkun żgurata evalwazzjoni bir-reqqa tal-kandidati u livell għoli ta' indipendenza u responsabilizzazzjoni. Barra minn hekk, fl-imgħoddi, il-mandat tad-Direttur Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-BEREC kien ta' tliet snin. Jeħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv ikollu mandat twil biżżejjed biex ikunu żgurati l-istabbiltà u t-twassil ta' strateġija fit-tul għall-aġenzija.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Mill-esperjenza jidher li ħafna mill-kompiti tal-BEREC jitwettqu aħjar bi gruppi ta' ħidma, u għalhekk il-Bord Maniġerjali għandu jkun responsabbli biex iwaqqaf gruppi ta' ħidma u biex jaħtar il-membri tagħhom. Biex ikun żgurat approċċ bilanċjat, il-gruppi ta' ħidma għandhom jiġu kkoordinati u mmexxija minn membri tal-persunal tal-BEREC. Il-listi ta' esperti kwalifikati għandhom jitħejjew minn qabel biex ikun żgurat li ċerti gruppi ta' ħidma jitwaqqfu malajr, b'mod partikolari dawk relatati mal-proċeduri tas-suq intern għall-abbozzi tal-miżuri nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq u dwar l-assenjamenti tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju, minħabba l-limiti taż-żmien ta' dawk il-proċeduri.

(17)  Mill-esperjenza jidher li ħafna mill-kompiti tal-BEREC jitwettqu aħjar bi gruppi ta' ħidma, u għalhekk il-Bord Maniġerjali għandu jkun responsabbli biex iwaqqaf gruppi ta' ħidma u biex jaħtar il-membri tagħhom. Biex ikun żgurat approċċ bilanċjat, il-gruppi ta' ħidma għandhom jiġu kkoordinati u mmexxija minn membri tal-persunal tal-BEREC. Il-listi ta' esperti kwalifikati għandhom jitħejjew minn qabel biex ikun żgurat li ċerti gruppi ta' ħidma jitwaqqfu malajr, b'mod partikolari dawk relatati mal-proċeduri tas-suq intern għall-abbozzi tal-miżuri nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq u dwar l-assenjamenti tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju, minħabba l-limiti taż-żmien ta' dawk il-proċeduri. Jenħtieġ li l-listi tal-membri esperti kwalifikati ta' gruppi ta' ħidma, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tagħhom, ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Il-BEREC għandu jkun indipendenti fejn jidħlu materji operattivi u tekniċi u għandu jkollu awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. Għal dak il-għan, jeħtieġ u jixraq li l-BEREC ikun korp tal-Unjoni b'personalità ġuridika u li jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu.

(21)  Il-BEREC għandu jkun indipendenti fejn jidħlu materji operattivi u tekniċi u għandu jkollu awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. Għal dak il-għan, jeħtieġ u jixraq li l-BEREC ikun korp tal-Unjoni b'personalità ġuridika u li jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu. Jenħtieġ li l-BEREC ikun legalment distint u funzjonalment indipendenti mill-industrija u mill-gvern, billi la jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet minn kwalunkwe parti gvern jew korp, billi jopera b'mod trasparenti u responsabbli kif stabbilit fil-liġi u billi jkollu biżżejjed setgħat.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħtieġa li tkun żgurata implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika fil-kamp ta' applikazzjoni definit, b'mod partikolari b'rabta mal-aspetti transfruntiera u permezz ta' proċeduri effiċjenti tas-suq intern għall-abbozzi tal-miżuri nazzjonali, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed fil-livell tal-Istati Membri, u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(26)  Billi l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħtieġa li tkun żgurata implimentazzjoni konsistenti, trasparenti u nondiskriminatorja tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika fil-kamp ta' applikazzjoni definit, b'mod partikolari b'rabta mal-aspetti transfruntiera u permezz ta' proċeduri effiċjenti tas-suq intern għall-abbozzi tal-miżuri nazzjonali, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed fil-livell tal-Istati Membri, u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

Emenda     13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-kompiti tal-BEREC għandhom jiġu ppubblikati fis-sit web u għandhom jiġu aġġornati sabiex jiġu indikati l-kompiti l-ġodda tiegħu.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-BEREC għandu jsegwi l-istess għanijiet bħal dawk tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ("l-NRAs") imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva. B'mod partikolari, il-BEREC għandu jiżgura implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika fil-kamp ta' applikazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern. Barra minn hekk, dan għandu jippromwovi l-aċċess għal konnettività tad-dejta b'kapaċità kbira ħafna, u l-adozzjoni tagħha; il-kompetizzjoni fil-forniment tan-netwerks, tas-servizzi u tal-faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika; u l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni.

3.  Il-BEREC għandu jsegwi l-istess għanijiet bħal dawk tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ("l-NRAs") imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva. B'mod partikolari, il-BEREC għandu jiżgura implimentazzjoni konsistenti, trasparenti u nondiskriminatorja tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika fil-kamp ta' applikazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern. Barra minn hekk, dan għandu jippromwovi l-aċċess għal konnettività tad-data b'kapaċità kbira ħafna, u l-adozzjoni tagħha; il-kompetizzjoni fil-forniment tan-netwerks, tas-servizzi u tal-faċilitajiet assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika; u l-interessi u d-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun garantit qafas regolatorju li jiffunzjona bis-sħiħ u jkun effiċjenti għall-komunikazzjoni elettronika, li jkun konformi mad-dritt tal-UE, jentħieġ li t-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni wkoll ikunu objettivi ewlenin għall-missjoni tal-BEREC biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti ta' qafas bħal dan. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-promozzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini f'dan il-kuntest, u mhux biss l-interessi, ukoll ikunu parti mill-objettivi tal-BEREC.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  dwar il-kriterji minimi u approċċi komuni għas-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi ta' informazzjoni, b'konformità mal-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2017/...; [Il-Kodiċi tal-Komunikazzjoni Elettronika],

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew tal-Komunikazzjoni Elettronika tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni (l-Artikolu 40), li huma ta' rilevanza għall-kompiti u l-attribuzzjonijiet tal-BEREC. Ir-rapporteur għandu l-ħsieb li jkompli jispeċifika dan il-kompitu addizzjonali meta jippreżenta l-proposti tiegħu dwar il-proposta leġiżlattiva relatata.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – inċiż 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  dwar approċċi komuni biex jiġi żgurat li l-miżuri nazzjonali li jirrigwardaw l-aċċess tal-utenti finali jew l-użu ta' servizzi u applikazzjonijiet permezz ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jirrispettaw il-libertajiet u d-drittijiet fundamentali, kif garantiti mill-Karta u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, b'konformità mal-Artikolu 93 tad-Direttiva (UE) 2017/... [Il-Kodiċi tal-Komunikazzjoni Elettronika];

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew tal-Komunikazzjoni Elettronika tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali (l-Artikolu 93), li huma ta' rilevanza għall-kompiti u l-attribuzzjonijiet tal-BEREC. Ir-rapporteur għandu l-ħsieb li jkompli jispeċifika dan il-kompitu addizzjonali meta jippreżenta l-proposti tiegħu dwar il-proposta leġiżlattiva relatata.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jagħti rakkomandazzjonijiet u jippreżenta l-aqwa prattiki għall-NRAs biex iħeġġeġ implimentazzjoni konsistenti f'kull materja teknika fil-mandat tiegħu;

(c)  jagħti rakkomandazzjonijiet u jippreżenta l-aqwa prattiki għall-NRAs biex iħeġġeġ implimentazzjoni konsistenti, trasparenti u nondiskriminatorja f'kull materja teknika fil-mandat tiegħu;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Jenħtieġ li l-lista kompluta tal-Membri tal-Bord Maniġerjali, inkluża indikazzjoni ta' jekk il-membru jkunx il-President jew il-Viċi President tal-Bord jew le, flimkien mad-dikjarazzjoni ta' interessi tagħhom, ikunu disponibbli pubblikament fis-sit web tal-BEREC.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jadotta r-rapport konsolidat tal-attività annwali dwar l-attivitajiet tal-BEREC u jagħmel valutazzjoni tiegħu, u sal-1 ta' Lulju ta' kull sena jibgħathom it-tnejn (ir-rapport u l-valutazzjoni) lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. Ir-rapport konsolidat tal-attività annwali għandu jiġi ppubblikat;

(c)  jadotta r-rapport konsolidat tal-attività annwali dwar l-attivitajiet tal-BEREC u jagħmel valutazzjoni tiegħu, u sal-1 ta' Lulju ta' kull sena jibgħathom it-tnejn (ir-rapport u l-valutazzjoni) lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. Ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-BEREC għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament u lill-Kunsill mid-Direttur Eżekuttiv waqt sessjoni pubblika. Ir-rapport konsolidat tal-attività annwali għandu jiġi ppubblikat;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Id-dokumenti relatati mal-laqgħat tal-Bord Maniġerjali għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fis-sit web tal-BEREC u għandhom jinkludu l-lista ta' parteċipanti u osservaturi, aġendi, minuti u deċiżjonijiet meħuda, bir-rispett dovut lejn l-Artikolu 28.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat rapport lill-Parlament Ewropew dwar il-qadi ta' dmirijietu meta jintalab jagħmel dan. Il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv jibgħatlu rapport dwar il-qadi ta' dmirijietu.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat rapport lill-Parlament Ewropew dwar il-qadi ta' dmirijietu u l-implimentazzjonimeta jintalab jagħmel dan. Il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv jibgħatlu rapport dwar il-qadi ta' dmirijietu.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  jippreżenta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-BEREC lill-Parlament u lill-Kunsill waqt sessjoni pubblika;

Emenda     23

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  iħejji pjan ta' azzjoni li jsegwi l-konklużjonijiet tar-rapporti interni jew esterni tal-awditjar u tal-evalwazzjonijiet, kif ukoll tal-investigazzjonijiet tal-OLAF, u jibgħat rapport fuq il-progress dwarhom darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u b'mod regolari lill-Bord Maniġerjali;

(f)  iħejji pjan ta' azzjoni li jsegwi l-konklużjonijiet tar-rapporti interni jew esterni tal-awditjar u tal-evalwazzjonijiet, kif ukoll tal-investigazzjonijiet tal-OLAF, u jibgħat rapport fuq il-progress dwarhom darba fis-sena lill-Kummissjoni u b'mod regolari lill-Bord Maniġerjali;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-lista tal-membri tal-gruppi ta' ħidma, flimkien mad-dikjarazzjoni tal-interessi tagħhom, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħtru l-Bord Maniġerjali minn lista ta' kandidati li tipproponi l-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażlamiftuħa u trasparenti.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord Maniġerjali, minn lista ta' kandidati li tipproponi l-Kummissjoni, skont il-proċedura ta' kooperazzjoni (konċertazzjoni) li ġejja:

 

(a)  abbażi ta' lista mfassla mill-Kummissjoni wara sejħa għal kandidati u proċedura tal-għażla trasparenti, l-applikanti, qabel ma ssir il-ħatra, jintalbu jindirizzaw lill-Kunsill u lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġbu għall-mistoqsijiet;

 

(b)  il-Parlament Ewropew u l-Kunsill imbagħad jagħtu l-opinjoni tagħhom u jiddikjaraw l-ordni tal-preferenza tagħhom;

 

(c)  il-Bord Maniġerjali jaħtar lid-Direttur, b'kunsiderazzjoni ta' dawk l-opinjonijiet u billi jagħti raġunijiet f'każ li jitbiegħed minn dawn l-opinjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Skont il-proċedura eżistenti għal Aġenziji oħrajn tal-UE, jenħtieġ li l-ħatra tad-Direttur eżekuttiv tal-BEREC tkun ibbażata fuq proċedura li tiżgura aktar trasparenza u responsabilizzazzjoni.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Jekk ikun beħsiebu jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Maniġerjali għandu jinforma lill-Parlament Ewropew b'dan. Fi żmien xahar qabel kull estensjoni bħal din, id-Direttur Eżekuttiv jista' jintalab jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-membri tiegħu.

5.  Jekk ikun beħsiebu jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Maniġerjali għandu jinforma lill-Parlament Ewropew b'dan. Fi żmien xahar qabel kull estensjoni bħal din, id-Direttur Eżekuttiv għandu jintalab jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-BEREC għandu jadotta r-regoli tas-sigurtà tiegħu stess li jkunu ekwivalenti għar-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni biex titħares l-Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea ("EUCI") u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, fost l-oħrajn id-dispożizzjonijiet għall-iskambju, għall-ipproċessar u għall-ħżin ta' informazzjoni bħal din kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/44342 u (UE, Euratom) 2015/44443. Inkella l-BEREC jista' jadotta deċiżjoni li japplika r-regoli tal-Kummissjoni fuq bażi mutatis mutandis.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27(1), il-BEREC għandu jadotta r-regoli tas-sigurtà tiegħu stess li jkunu ekwivalenti għar-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni biex titħares l-Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea ("EUCI") u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, fost l-oħrajn id-dispożizzjonijiet għall-iskambju, għall-ipproċessar u għall-ħżin ta' informazzjoni bħal din kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/44342 u 2015/44343. Inkella l-BEREC jista' jadotta deċiżjoni li japplika r-regoli tal-Kummissjoni fuq bażi mutatis mutandis.

__________________

__________________

42 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

42 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

43 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

43 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Meta tali skambju ta' informazzjoni jinvolvi t-trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi u sħaħ, għandhom isiru bil-miktub u għandhom jiġu aġġornati kull meta jkun meħtieġ. Id-dikjarazzjonijiet tal-interessi li jagħmlu l-membri tal-Bord Maniġerjali u d-Direttur Eżekuttiv għandhom jiġu ppubblikati.

Id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi u sħaħ, għandhom isiru bil-miktub u għandhom jiġu aġġornati kull meta jkun meħtieġ. Id-dikjarazzjonijiet tal-interessi li jagħmlu l-membri tal-Bord Maniġerjali, id-Direttur Eżekuttiv u l-membri tal-gruppi ta' ħidma għandhom jiġu ppubblikati.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

Referenzi

COM(2016)0591 – C8-0382/2016 – 2016/0286(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

24.10.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

24.10.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Morten Helveg Petersen

5.12.2016

Eżami fil-kumitat

25.4.2017

8.6.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

8.6.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Monika Flašíková Beňová, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pál Csáky, Gérard Deprez, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Ska Keller, Andrejs Mamikins, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Barbara Spinelli

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

38

+

ALDE Group

Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Sophia in 't Veld

ECR Group

Helga Stevens, Branislav Škripek

GUE/NGL Group

Malin Björk, Barbara Spinelli

PPE Group

Michał Boni, Pál Csáky, Rachida Dati, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Roberta Metsola, József Nagy, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský

S&D Group

Caterina Chinnici, Monika Flašíková Beňová, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Cécile Kashetu Kyenge, Dietmar Köster, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer

Verts/ALE Group

Jan Philipp Albrecht, Ska Keller, Bodil Valero

2

-

EFDD Group

Kristina Winberg

ENF Group

Auke Zijlstra

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

Referenzi

COM(2016)0591 – C8-0382/2016 – 2016/0286(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.9.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

24.10.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

24.10.2016

CONT

24.10.2016

ECON

24.10.2016

IMCO

24.10.2016

 

CULT

24.10.2016

JURI

24.10.2016

LIBE

24.10.2016

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

10.10.2016

CONT

12.10.2016

ECON

12.10.2016

JURI

12.10.2016

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Evžen Tošenovský

1.12.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

6.2.2017

22.3.2017

22.6.2017

 

Data tal-adozzjoni

2.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

3

12

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nikolay Barekov, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Fredrick Federley, Adam Gierek, Theresa Griffin, Rebecca Harms, Hans-Olaf Henkel, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Csaba Molnár, Nadine Morano, Dan Nica, Aldo Patriciello, Miroslav Poche, Michel Reimon, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Pervenche Berès, Michał Boni, Rosa D’Amato, Jens Geier, Françoise Grossetête, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Răzvan Popa, Dennis Radtke, Dominique Riquet

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Claudia Schmidt

Data tat-tressiq

16.10.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

46

+

ECR

Edward Czesak, Evžen Tošenovský, Hans-Olaf Henkel, Nikolay Barekov, Zdzisław Krasnodębski

 

PPE

Aldo Patriciello, Algirdas Saudargas, Anna Záborská, Bendt Bendtsen, Claudia Schmidt, Cristian-Silviu Buşoi, Dennis Radtke, Françoise Grossetête, Henna Virkkunen, Janusz Lewandowski, Krišjānis Kariņš, Michał Boni, Massimiliano Salini, Nadine Morano, Pilar Ayuso, Pilar del Castillo Vera, Seán Kelly, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Werner Langen

 

S&D

Adam Gierek, Carlos Zorrinho, Csaba Molnár, Dan Nica, Edouard Martin, Jens Geier, José Blanco López, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Miapetra Kumpula-Natri, Miroslav Poche, Olle Ludvigsson, Patrizia Toia, Pervenche Berès, Peter Kouroumbashev, Răzvan Popa, Theresa Griffin

 

Verts/ALE

Claude Turmes, Jakop Dalunde, Michel Reimon, Rebecca Harms

 

3

-

EFDD

Jonathan Bullock

 

GUE/NGL

Neoklis Sylikiotis, Paloma López Bermejo

 

12

0

ALDE

Angelika Mlinar, Dominique Riquet, Fredrick Federley, Kaja Kallas, Lieve Wierinck

 

EFDD

Dario Tamburrano, David Borrelli, Rosa D’Amato

 

ENF

Barbara Kappel, Christelle Lechevalier

 

GUE/NGL

Jaromír Kohlíček, Xabier Benito Ziluaga

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali