Proċedura : 2017/0002(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0313/2017

Testi mressqa :

A8-0313/2017

Dibattiti :

PV 12/09/2018 - 13
CRE 12/09/2018 - 13

Votazzjonijiet :

PV 13/09/2018 - 10.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0348

RAPPORT     ***I
PDF 1376kWORD 145k
19.10.2017
PE 605.954v02-00 A8-0313/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE

(COM(2017)0008 – C8‑0008/2017 – 2017/0002(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Cornelia Ernst

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE

(COM(2017)0008 – C8 0008/2017 – 2017/0002(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0008),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 16(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0008/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-kontributi ppreżentati mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, mill-Parlament Spanjol u mill-Parlament Portugiż dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0313/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali hija dritt fundamentali. L-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-"Karta") u l-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li kull persuna għandha dritt għall-protezzjoni tad-data personali li tirrigwardaha.

(1)  Il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali hija dritt fundamentali. L-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-"Karta") u l-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li kull persuna għandha dritt għall-protezzjoni tad-data personali li tirrigwardaha. Dan id-dritt huwa wkoll iggarantit fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Huwa fl-interess ta' approċċ koerenti għall-protezzjoni ta' data personali madwar l-Unjoni, u tal-moviment liberu ta' data personali fi ħdan l-Unjoni, li jiġu allinjati kemm jista' jkun ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data għall-istituzzjonijiet u għall-korpi tal-Unjoni mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data adottati għas-settur pubbliku fl-Istati Membri. Kull meta d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu bbażati fuq l-istess kunċett bħad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679, dawk iż-żewġ dispożizzjonijiet jenħtieġ li jiġu interpretati b'mod omoġenu, b'mod partikolari għaliex jenħtieġ li l-iskema ta' dan ir-Regolament tinftiehem bħala ekwivalenti għall-iskema tar-Regolament (UE) 2016/679.

(5)  Huwa fl-interess ta' approċċ koerenti għall-protezzjoni ta' data personali madwar l-Unjoni, u tal-moviment liberu ta' data personali fi ħdan l-Unjoni, li jiġu allinjati r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data adottati għas-settur pubbliku fl-Istati Membri. Kull meta d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu bbażati fuq l-istess kunċett bħad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679, dawk iż-żewġ dispożizzjonijiet jenħtieġ li, b'mod konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea1a, jiġu interpretati b'mod omoġenju, b'mod partikolari għaliex jenħtieġ li l-iskema ta' dan ir-Regolament tinftiehem bħala ekwivalenti għall-iskema tar-Regolament (UE) 2016/679.

 

_________________

 

1a Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta' Marzu 2010, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C-518/07, ECLI:EU:C:2010:125, punti 26 u 28.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Il-qafas ġuridiku tal-protezzjoni tad-data għall-ipproċessar tad-data matul l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni fl-oqsma tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja u tal-politika estera u ta' sigurtà komuni għadu frammentat u joħloq inċertezza tad-dritt. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi regoli armonizzati għall-protezzjoni u l-moviment liberu tad-data personali pproċessata mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni li jwettqu attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-TFUE u l-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-TUE.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Fid-Dikjarazzjoni Nru 21 dwar il-protezzjoni ta' data personali fl-oqsma ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u ta' kooperazzjoni tal-pulizija, annessa għall-att finali tal-konferenza intergovernattiva li adottat it-Trattat ta' Lisbona, il-konferenza għarfet li regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni ta' data personali u l-moviment liberu ta' data personali fl-oqsma ta' kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u ta' kooperazzjoni tal-pulizija bbażati fuq l-Artikolu 16 tat-TFUE jistgħu jkunu neċessarji minħabba n-natura speċifika ta' dawk l-oqsma. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-aġenziji tal-Unjoni li jwettqu attivitajiet fl-oqsma ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u ta' kooperazzjoni tal-pulizija biss safejn il-liġi tal-Unjoni applikabbli għat-tali aġenziji ma jkunx fiha regoli speċifiċi dwar l-ipproċessar ta' data personali.

(8)  Fid-Dikjarazzjoni Nru 21 dwar il-protezzjoni ta' data personali fl-oqsma ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u ta' kooperazzjoni tal-pulizija, annessa għall-att finali tal-konferenza intergovernattiva li adottat it-Trattat ta' Lisbona, il-konferenza għarfet li regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni ta' data personali u l-moviment liberu ta' data personali fl-oqsma ta' kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u ta' kooperazzjoni tal-pulizija bbażati fuq l-Artikolu 16 tat-TFUE jistgħu jkunu neċessarji minħabba n-natura speċifika ta' dawk l-oqsma. Barra minn hekk, il-politika estera u ta' sigurtà komuni għandha natura speċifika u regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data personali u tista' tirriżulta neċessarja biex tiżgura l-moviment liberu tad-data personali f'dak il-qasam ukoll. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi rregolat l-ipproċessar tad-data personali operazzjonali min-naħa tal-aġenziji tal-Unjoni, stabbiliti abbażi tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titoli V tat-Tielet Parti tat-TFUE u mill-missjonijiet imsemmija fl-Artikolu 42(1) u fl-Artikoli 43 u 44 tat-TUE permezz ta' regoli speċifiċi, li jidderogaw minn għadd ta' regoli ġenerali ta' dan ir-Regolament.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Il-kunsens jenħtieġ li jingħata b'att affermattiv ċar li jistabbilixxi indikazzjoni mogħtija liberament, speċifika, infurmata u mhux ambigwa tal-qbil tas-suġġett tad-data li huwa jaqbel li tiġi pproċessata data personali b'rabta miegħu, pereżempju b'dikjarazzjoni bil-miktub, inkluż b'mod elettroniku, jew bil-fomm. Dan jista' jinkludi l-immarkar ta' kaxxa meta jżur sit elettroniku tal-internet, l-għażla ta' settings tekniċi għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jew xi dikjarazzjoni jew imġiba oħra li f'dan il-kuntest jindikaw b'mod ċar l-aċċettazzjoni tas-suġġett tad-data tal-ipproċessar propost tad-data personali tiegħu. Jenħtieġ li s-silenzju, kaxxi mmarkati minn qabel jew in-nuqqas ta' attività għaldaqstant ma jitqisux bħala kunsens. Jenħtieġ li l-kunsens ikun ikopri l-attivitajiet tal-ipproċessar kollha li jsiru għall-istess fini jew finijiet. Meta l-ipproċessar ikollu diversi finijiet, ikun jenħtieġ li jingħata kunsens għalihom kollha. Jekk il-kunsens tas-suġġett tad-data jkollu jingħata wara talba b'mod elettroniku, it-talba għandha tkun ċara, konċiża u li ma toħloqx tfixkil bla bżonn għall-użu tas-servizz li tkun qed tiġi pprovduta għalih.

(14)  Il-kunsens jenħtieġ li jingħata b'att affermattiv ċar li jistabbilixxi indikazzjoni mogħtija liberament, speċifika, infurmata u mhux ambigwa tal-qbil tas-suġġett tad-data li huwa jaqbel li tiġi pproċessata data personali b'rabta miegħu, pereżempju b'dikjarazzjoni bil-miktub, inkluż b'mod elettroniku, jew bil-fomm. Dan jista' jinkludi l-immarkar ta' kaxxa meta jżur sit elettroniku tal-internet, l-għażla ta' settings tekniċi għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jew xi dikjarazzjoni jew imġiba oħra li f'dan il-kuntest jindikaw b'mod ċar l-aċċettazzjoni tas-suġġett tad-data tal-ipproċessar propost tad-data personali tiegħu. Jenħtieġ li s-silenzju, kaxxi mmarkati minn qabel jew in-nuqqas ta' attività għaldaqstant ma jitqisux bħala kunsens. Jenħtieġ li l-kunsens ikun ikopri l-attivitajiet tal-ipproċessar kollha li jsiru għall-istess fini jew finijiet. Meta l-ipproċessar ikollu diversi finijiet, ikun jenħtieġ li jingħata kunsens għalihom kollha. Jekk il-kunsens tas-suġġett tad-data jkollu jingħata wara talba b'mod elettroniku, it-talba għandha tkun ċara, konċiża u li ma toħloqx tfixkil bla bżonn għall-użu tas-servizz li tkun qed tiġi pprovduta għalih. Fl-istess ħin, is-suġġett tad-data jenħtieġ li jkollu d-dritt li jirtira l-kunsens tiegħu fi kwalunkwe ħin, mingħajr ma tiġi affettwata l-legalità tal-ipproċessar ibbażat fuq il-kunsens espress qabel l-irtirar tiegħu.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Kwalunkwe pproċessar ta' data personali jenħtieġ li jkun legali u ġust. Jenħtieġ li jkun trasparenti għall-persuni fiżiċi li fir-rigward tagħhom tkun qiegħda tinġabar, tintuża, tiġi kkonsultata jew b'xi mod ieħor ipproċessata data personali u l-punt safejn id-data personali tkun qiegħda tiġi pproċessata jew ser tiġi pproċessata. Il-prinċipju tat-trasparenza jeħtieġ li kwalunkwe informazzjoni u komunikazzjoni marbuta mal-ipproċessar ta' dik id-data personali tkun aċċessibbli faċilment u li tinftiehem faċilment, u li jintuża lingwaġġ ċar u sempliċi. Dak il-prinċipju jikkonċerna, b'mod partikolari, l-informazzjoni tas-suġġetti tad-data dwar l-identità tal-kontrollur u l-finijiet tal-ipproċessar u informazzjoni ulterjuri biex jiġi żgurat ipproċessar ġust u trasparenti fir-rigward tal-persuni fiżiċi kkonċernati u d-dritt tagħhom li jiksbu konferma u komunikazzjoni tad-data personali li tikkonċernahom u li tkun qiegħda tiġi pproċessata. Jenħtieġ li tinġibed l-attenzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tar-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet b'rabta mal-ipproċessar ta' data personali u kif għandhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'rabta ma' tali pproċessar. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-finijiet speċifiċi li għalihom tiġi pproċessata data personali jkunu espliċiti u leġittimi u stabbiliti fil-mument meta tinġabar id-data personali. Id-data personali jenħtieġ li tkun adegwata, rilevanti u limitata għal dak li huwa neċessarju għall-finijiet li għalihom hija tkun qiegħda tiġi pproċessata. Dan jeħtieġ, b'mod partikolari, li jiġi żgurat li l-perjodu li matulu tinħażen id-data personali jkun limitat strettament għall-inqas possibbli. Id-data personali jenħtieġ li tkun ipproċessata biss jekk l-għan tal-ipproċessar ma jkunx jista' jintlaħaq mod ieħor b'mod raġonevoli. Sabiex ikun żgurat li d-data personali ma tinżammx għal aktar żmien minn kemm ikun meħtieġ, jenħtieġ li l-kontrollur jistabbilixxi limiti ta' żmien għat-tħassir jew għal eżami perjodiku. Jenħtieġ li jittieħed kull pass raġonevoli sabiex ikun żgurat li data personali li ma tkunx preċiża tiġi rettifikata jew titħassar. Jenħtieġ li d-data personali tiġi pproċessata b'mod li jiżgura sigurtà u kunfidenzjalità adatti tad-data personali, inkluż għall-prevenzjoni ta' aċċess mhux awtorizzat għad-data personali u t-tagħmir użat għall-ipproċessar jew l-użu tagħhom.

(15)  Kwalunkwe pproċessar ta' data personali għandu jkun legali u ġust u jsir għal finijiet ċari u definiti sew. Jenħtieġ li jkun trasparenti għall-persuni fiżiċi li fir-rigward tagħhom tkun qiegħda tinġabar, tintuża, tiġi kkonsultata jew b'xi mod ieħor ipproċessata data personali u l-punt safejn id-data personali tkun qiegħda tiġi pproċessata jew ser tiġi pproċessata. Il-prinċipju tat-trasparenza jeħtieġ li kwalunkwe informazzjoni u komunikazzjoni marbuta mal-ipproċessar ta' dik id-data personali tkun aċċessibbli faċilment u li tinftiehem faċilment, u li jintuża lingwaġġ ċar u sempliċi. Dak il-prinċipju jikkonċerna, b'mod partikolari, l-informazzjoni tas-suġġetti tad-data dwar l-identità tal-kontrollur u l-finijiet tal-ipproċessar u informazzjoni ulterjuri biex jiġi żgurat ipproċessar ġust u trasparenti fir-rigward tal-persuni fiżiċi kkonċernati u d-dritt tagħhom li jiksbu konferma u komunikazzjoni tad-data personali li tikkonċernahom u li tkun qiegħda tiġi pproċessata. Jenħtieġ li tinġibed l-attenzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tar-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet b'rabta mal-ipproċessar ta' data personali u kif għandhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'rabta ma' tali pproċessar. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-finijiet speċifiċi li għalihom tiġi pproċessata data personali jkunu espliċiti u leġittimi u stabbiliti fil-mument meta tinġabar id-data personali. Id-data personali jenħtieġ li tkun adegwata, rilevanti u limitata għal dak li huwa neċessarju għall-finijiet li għalihom hija tkun qiegħda tiġi pproċessata. Dan jeħtieġ, b'mod partikolari, li jiġi żgurat li l-perjodu li matulu tinħażen id-data personali jkun limitat strettament għall-inqas possibbli. Id-data personali jenħtieġ li tkun ipproċessata biss jekk l-għan tal-ipproċessar ma jkunx jista' jintlaħaq mod ieħor b'mod raġonevoli. Sabiex ikun żgurat li d-data personali ma tinżammx għal aktar żmien minn kemm ikun meħtieġ, jenħtieġ li l-kontrollur jistabbilixxi limiti ta' żmien għat-tħassir jew għal eżami perjodiku. Jenħtieġ li jittieħed kull pass raġonevoli sabiex ikun żgurat li data personali li ma tkunx preċiża tiġi rettifikata jew titħassar. Jenħtieġ li d-data personali tiġi pproċessata b'mod li jiżgura sigurtà u kunfidenzjalità adatti tad-data personali, inkluż għall-prevenzjoni ta' aċċess mhux awtorizzat għad-divulgazzjoni waqt it-trażmissjoni jew l-użu tad-data personali u t-tagħmir użat għall-ipproċessar ta' tali data.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Jenħtieġ li d-dritt tal-Unjoni inklużi r-regoli msemmijin f'dan ir-Regolament ikunu ċari u preċiżi u li l-applikazzjoni tagħhom tkun prevedibbli għal persuni soġġetti għalihom, f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

(18)  Jenħtieġ li d-dritt tal-Unjoni msemmi f'dan ir-Regolament ikun ċar u preċiż u li l-applikazzjoni tiegħu tkun prevedibbli għal persuni soġġetti għalih, f'konformità mar-rekwiżiti li jinsabu fil-Karta u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-data, jenħtieġ li l-kontrollur ikun jista' juri li s-suġġett tad-data ta l-kunsens tiegħu għall-attività tal-ipproċessar. B'mod partikolari fil-kuntest ta' dikjarazzjoni bil-miktub fuq kwistjoni oħra, jenħtieġ li s-salvagwardji jiżguraw li s-suġġett tad-data huwa konxju tal-fatt li jkun qiegħed jingħata kunsens u l-punt sa fejn dan jingħata. F'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE14, jenħtieġ li tiġi pprovduta dikjarazzjoni ta' kunsens ifformulata minn qabel mill-kontrollur f'forma li tinqara u aċċessibbli faċilment, bl-użu ta' lingwaġġ ċar u sempliċi u mingħajr termini inġusti. Biex il-kunsens ikun wieħed informat, is-suġġett tad-data jenħtieġ li jkun konxju mill-inqas tal-identità tal-kontrollur u l-finijiet tal-ipproċessar li għalihom tkun intenzjonata d-data personali. Jenħtieġ li l-kunsens ma iitqiesx li jkun ngħata liberament jekk is-suġġett tad-data ma jkollux għażla ġenwina jew libera jew ma jkunx jista' jiċħad jew jirtira l-kunsens mingħajr ħsara.

(20)  Fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-data, jenħtieġ li l-kontrollur ikun jista' juri li s-suġġett tad-data ta l-kunsens tiegħu għall-attività tal-ipproċessar. B'mod partikolari fil-kuntest ta' dikjarazzjoni bil-miktub fuq kwistjoni oħra, jenħtieġ li s-salvagwardji jiżguraw li s-suġġett tad-data huwa konxju tal-fatt li jkun qiegħed jingħata kunsens u l-punt sa fejn dan jingħata. F'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE14, jenħtieġ li tiġi pprovduta dikjarazzjoni ta' kunsens ifformulata minn qabel mill-kontrollur f'forma li tinqara u aċċessibbli faċilment, bl-użu ta' lingwaġġ ċar u sempliċi u mingħajr termini inġusti. Biex il-kunsens ikun wieħed informat, is-suġġett tad-data jenħtieġ li jkun konxju mill-inqas tal-identità tal-kontrollur, il-finijiet tal-ipproċessar li għalihom tkun intenzjonata d-data personali u l-kategorija ta' riċevituri tad-data, u jenħtieġ ukoll jiġi infurmat dwar id-dritt ta' aċċess u intervent f'dak li jikkonċerna d-data. Jenħtieġ li l-kunsens ma jitqiesx li jkun ngħata liberament jekk is-suġġett tad-data ma jkollux għażla ġenwina jew libera jew ma jkunx jista' jiċħad jew jirtira l-kunsens mingħajr ħsara.

_________________

_________________

14 Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumaturi (ĠU L 95, 21.4.1993, p.29).

14 Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumaturi (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Meta r-riċevituri stabbiliti fl-Unjoni u soġġetti għar-Regolament (UE) 2016/679 jew għad-Direttiva (UE) 2016/680 ikunu jixtiequ li tintbagħtilhom id-data personali tagħhom mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Unjoni, jenħtieġ li dawk ir-riċevituri juru li t-trażmissjoni hija neċessarja għall-ilħuq tal-objettiv tagħhom, hija proporzjonata u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jilħqu dak l-objettiv. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom juru t-tali neċessità meta huma stess iniedu t-trażmissjoni, f'konformità mal-prinċipju tat-trasparenza.

(22)  Meta r-riċevituri stabbiliti fl-Unjoni u soġġetti għar-Regolament (UE) 2016/679 jew għad-Direttiva (UE) 2016/680 ikunu jixtiequ li tintbagħtilhom data personali mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Unjoni, jenħtieġ li dawk ir-riċevituri jipprovdu lill-kontrollur b'talba motivata għat-trażmissjoni li jenħtieġ li sservi bħala bażi għall-kontrollur biex jivvaluta jekk dik it-trażmissjoni hijiex neċessarja għall-ilħuq tal-objettiv tagħhom, hija proporzjonata u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jilħqu dak l-objettiv. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom juru t-tali neċessità meta huma stess iniedu t-trażmissjoni, f'konformità mal-prinċipju tat-trasparenza.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Data personali, li min-natura tagħha, tkun partikolarment sensittiva fir-rigward tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jistħoqqilha protezzjoni speċifika billi l-kuntest tal-ipproċessar tagħha jista' joħloq riskji sinifikanti għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Dik id-data personali jenħtieġ li tkun tinkludi data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, fejn l-użu tat-terminu "oriġini razzjali" f'dan ir-Regolament ma jimplikax li l-Unjoni taċċetta teoriji li jippruvaw jiddeterminaw l-eżistenza ta' razez umani separati. Jenħtieġ li l-ipproċessar ta' ritratti ma jitqiesx sistematikament bħala pproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali peress li dawn ikunu koperti bid-definizzjoni ta' data bijometrika biss meta jiġu pproċessati b'mezz tekniku speċifiku li jippermetti l-identifikazzjoni unika jew l-awtentikazzjoni ta' persuna fiżika. Minbarra r-rekwiżiti speċifiċi għall-ipproċessar ta' data sensittiva, jenħtieġ li l-prinċipji ġenerali u regoli oħrajn ta' dan ir-Regolament jkunu japplikaw, b'mod partikolari fir-rigward tal-kondizzjonijiet għal ipproċessar legali. Jenħtieġ li d-derogi mill-projbizzjoni ġenerali għall-ipproċessar ta' tali kategoriji speċjali ta' data personali jiġu previsti b'mod espliċitu, fost oħrajn fejn is-suġġett tad-data jagħti l-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha jew fir-rigward ta' ħtiġijiet speċifiċi b'mod partikolari fejn l-ipproċessar isir waqt attivitajiet leġittimi minn ċerti assoċjazzjonijiet jew fondazzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jippermettu l-eżerċitar ta' libertajiet fundamentali.

(23)  Data personali, li min-natura tagħha, tkun partikolarment sensittiva fir-rigward tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jistħoqqilha protezzjoni speċifika billi l-kuntest tal-ipproċessar tagħha jista' joħloq riskji sinifikanti għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Jenħtieġ li din id-data personali ma tiġix ipproċessata sakemm l-ipproċessar ma jkunx permess f'każijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dik id-data personali jenħtieġ li tkun tinkludi data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, fejn l-użu tat-terminu "oriġini razzjali" f'dan ir-Regolament ma jimplikax li l-Unjoni taċċetta teoriji li jippruvaw jiddeterminaw l-eżistenza ta' razez umani separati. Jenħtieġ li l-ipproċessar ta' ritratti ma jitqiesx sistematikament bħala pproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali peress li dawn ikunu koperti bid-definizzjoni ta' data bijometrika biss meta jiġu pproċessati b'mezz tekniku speċifiku li jippermetti l-identifikazzjoni unika jew l-awtentikazzjoni ta' persuna fiżika. Minbarra r-rekwiżiti speċifiċi għall-ipproċessar ta' data sensittiva, jenħtieġ li l-prinċipji ġenerali u regoli oħrajn ta' dan ir-Regolament jkunu japplikaw, b'mod partikolari fir-rigward tal-kondizzjonijiet għal ipproċessar legali. Jenħtieġ li d-derogi mill-projbizzjoni ġenerali għall-ipproċessar ta' tali kategoriji speċjali ta' data personali jiġu previsti b'mod espliċitu, fost oħrajn fejn is-suġġett tad-data jagħti l-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha jew fir-rigward ta' ħtiġijiet speċifiċi b'mod partikolari fejn l-ipproċessar isir waqt attivitajiet leġittimi minn ċerti assoċjazzjonijiet jew fondazzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jippermettu l-eżerċitar ta' libertajiet fundamentali.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)  Kategoriji speċjali ta' data personali li jistħoqqilhom protezzjoni ogħla jenħtieġ li jiġu proċessati għal finijiet relatati mas-saħħa biss fejn ikun neċessarju biex jinkisbu dawk l-għanijiet għall-benefiċċju ta' persuni fiżiċi u s-soċjetà kollha, b'mod partikolari fil-kuntest tal-ġestjoni tas-servizzi u s-sistemi tal-kura soċjali jew tas-saħħa. Għalhekk dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi kundizzjonijiet armonizzati għall-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali dwar is-saħħa, fir-rigward ta' ħtiġijiet speċifiċi, b'mod partikolari fejn l-ipproċessar ta' tali data jsir għal ċerti finijiet relatati mas-saħħa minn persuni soġġetti għal obbligu ġuridiku ta' segretezza professjonali. Jenħtieġ li d-dritt tal-Unjoni jipprevedi miżuri speċifiċi u xierqa sabiex jiġu protetti d-drittijiet fundamentali u d-data personali tal-persuni fiżiċi.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  L-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali jista' jkun meħtieġ għal raġunijiet ta' interess pubbliku fl-oqsma tas-saħħa pubblika mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data. Tali pproċessar jeħtieġ li jkun soġġett għal miżuri adatti u speċifiċi sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi. F'dak il-kuntest, "saħħa pubblika" jenħtieġ li tiġi interpretata kif definita fir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, jiġifieri l-elementi kollha relatati mas-saħħa, b'mod partikolari l-istat tas-saħħa, inklużi l-morbożità u d-diżabbiltà, il-fatturi determinanti li għandhom effett fuq l-istat tas-saħħa, il-bżonnijiet fil-qasam tal-kura tas-saħħa, ir-riżorsi allokati għall-kura tas-saħħa, il-forniment tal-kura tas-saħħa u l-aċċess universali għaliha, kif ukoll l-infiq u l-finanzjament tal-kura tas-saħħa, u l-kawżi ta' mortalità. Jenħtieġ li tali pproċessar ta' data dwar is-saħħa għal raġunijiet ta' interess pubbliku ma jirriżultax fl-ipproċessar ta' data personali għal finijiet oħrajn minn partijiet terzi.

(24)  L-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali jista' jkun meħtieġ għal raġunijiet ta' interess pubbliku fl-oqsma tas-saħħa pubblika mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data. Tali pproċessar jeħtieġ li jkun soġġett għal miżuri adatti u speċifiċi sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi. F'dak il-kuntest, "saħħa pubblika" jenħtieġ li tiġi interpretata kif definita fir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, jiġifieri l-elementi kollha relatati mas-saħħa, b'mod partikolari l-istat tas-saħħa, inklużi l-morbożità u d-diżabbiltà, il-fatturi determinanti li għandhom effett fuq l-istat tas-saħħa, il-bżonnijiet fil-qasam tal-kura tas-saħħa, ir-riżorsi allokati għall-kura tas-saħħa, il-forniment tal-kura tas-saħħa u l-aċċess universali għaliha, kif ukoll l-infiq u l-finanzjament tal-kura tas-saħħa, u l-kawżi ta' mortalità. Jenħtieġ li tali pproċessar ta' data dwar is-saħħa għal raġunijiet ta' interess pubbliku ma jirriżultax fl-ipproċessar ta' data personali għal finijiet oħrajn.

__________________

__________________

15 Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70).

15 Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70).

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 37 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Atti legali adottati fuq il-bażi tat-Trattati jew tar-regoli interni tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni jistgħu jimponu restrizzjonijiet li jikkonċenraw prinċipji speċifiċi u d-drittijiet ta' informazzjoni, ta' aċċess għal data personali u ta' rettifika jew ta' tħassir ta' din, id-dritt għal portabbiltà tad-data, għal kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif ukoll tal-komunikazzjonijiet ta' ksur tad-data personali lil suġġett tad-data u ċerti obbligi relatati tal-kontrolluri, safejn huwa neċessarju u proporzjona f'soċjetà demokratika għas-salvagwardja tas-sigurtà pubblika, għall-prevenzjoni, għall-investigazzjoni u għall-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' penali kriminali, inkluż għas-salvagwardja kontra theddidiet għas-sigurtà pubblika u għall-prevenzjoni ta' dawn, inkluż għall-protezzjoni tal-ħajja tal-bniedem speċjalment bħala rispons għal diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem, għas-sigurtà interna tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni, għal objettivi importanti oħrajn ta' interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, b'mod partikolari għal interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, għaż-żamma ta' reġistri pubbliċi miżmuma għal raġunijiet ta' interess pubbliku ġenerali jew għall-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew tad-drittijiet u tal-libertajiet ta' oħrajn, inkluż għal skopijiet ta' protezzjoni soċjali, tas-saħħa pubblika u umanitarji.

Atti ġuridiċi adottati fuq il-bażi tat-Trattati jistgħu jimponu restrizzjonijiet li jikkonċenraw prinċipji speċifiċi u d-drittijiet ta' informazzjoni, ta' aċċess għal data personali u ta' rettifika jew ta' tħassir ta' din, id-dritt għal portabbiltà tad-data, għal kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif ukoll tal-komunikazzjonijiet ta' ksur tad-data personali lil suġġett tad-data u ċerti obbligi relatati tal-kontrolluri, safejn huwa neċessarju u proporzjonat f'soċjetà demokratika għas-salvagwardja tas-sigurtà pubblika, għall-prevenzjoni, għall-investigazzjoni u għall-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' penali kriminali, inkluż għas-salvagwardja kontra theddidiet għas-sigurtà pubblika u għall-prevenzjoni ta' dawn, inkluż għall-protezzjoni tal-ħajja tal-bniedem speċjalment bħala rispons għal diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem, għas-sigurtà interna tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni, għal objettivi importanti oħrajn ta' interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, b'mod partikolari għal interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, għaż-żamma ta' reġistri pubbliċi miżmuma għal raġunijiet ta' interess pubbliku ġenerali jew għall-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew tad-drittijiet u tal-libertajiet ta' oħrajn, inkluż għal skopijiet ta' protezzjoni soċjali, tas-saħħa pubblika u umanitarji.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 37 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta restrizzjoni ma tkunx stipulata fl-atti legali adottati fuq il-bażi tat-Trattati jew tar-regoli interni tagħhom, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jistgħu, f'każ speċifiku, jimponu restrizzjoni ad hoc li tikkonċerna prinċipji speċifiċi u d-drittijiet tas-suġġett tad-data jekk tali restrizzjoni tkun tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali u, b'rabta ma' operazzjoni speċifika ta' pproċessar, tkun neċessarja u proporzjonata f'soċjetà demokratika għas-salvagwardja ta' objettiv wieħed jew aktar minn fost dawk imsemmijin fil-paragrafu 1. Jenħtieġ li r-restrizzjoni tkun innotifikata lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data. Ir-restrizzjonijiet kollha jenħtieġ li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Karta u fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

imħassar

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 39a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(39a)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 jipprevedi li l-kontrolluri juru konformità billi jaderixxu mal-mekkanżmi ta' ċertifikazzjoni approvati. Bl-istess mod, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu juru konformità ma' dan ir-Regolament billi jiksbu ċertifikazzjoni b'mod konformi mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Sabiex juru konformità ma' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-kontrolluri jżommu rekords tal-attivitajiet ta' pproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħhom u l-proċessuri jenħtieġ li jżommu rekords tal-kategoriji tal-attivitajiet ta' pproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jkunu obbligati li jikkooperaw mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u jagħmlu r-rekords tagħhom disponibbli għalih, fuq talba, sabiex ikunu jistgħu iservu għall-monitoraġġ ta' dawk l-operazzjonijiet ta' pproċessar. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu reġistru ċentrali ta' rekords tal-attivitajiet ta' pproċessar tagħhom. Għal raġunijiet ta' trasparenza, jenħtieġ li jkunu kapaċi jagħmlu t-tali reġistru pubbliku wkoll.

(42)  Sabiex juru konformità ma' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-kontrolluri jżommu rekords tal-attivitajiet ta' pproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħhom u l-proċessuri jenħtieġ li jżommu rekords tal-kategoriji tal-attivitajiet ta' pproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jkunu obbligati li jikkooperaw mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u jagħmlu r-rekords tagħhom disponibbli għalih, fuq talba, sabiex ikunu jistgħu iservu għall-monitoraġġ ta' dawk l-operazzjonijiet ta' pproċessar. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jenħtieġ li jistabbilixxu reġistru ċentrali ta' rekords tal-attivitajiet ta' pproċessar tagħhom. Għal raġunijiet ta' trasparenza, jenħtieġ li jagħmlu t-tali reġistru pubbliku.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jipprovdi għal obbligu ġenerali tal-kontrollur li jinnotifika l-ipproċessar ta' data personali lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data, li min-naħa tiegħu għandu jżomm reġistru tal-operazzjonijiet ta' pproċessar innotifikati. Filwaqt li dak l-obbligu jipproduċi oneri amministrattivi u finanzjarji, ma kkontribwixxiex fil-każijiet kollha għat-titjib tal-protezzjoni tad-data personali. Obbligi ta' notifika ġenerali bħal dawn bla distinzjonijiet jenħtieġ għalhekk li jitneħħew, u jiġu sostitwiti minn proċeduri u mekkaniżmi effettivi li jiffokaw minflok fuq dawk it-tipi ta' attivitajiet ta' pproċessar li x'aktarx li jirriżultaw f'riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi minħabba n-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-għanijiet tagħhom. Tali tipi ta' operazzjonijiet tal-ipproċessar jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, dawk li jinvolvu l-użu ta' teknoloġiji ġodda, jew dawk li huma ta' tip ġdid u li fir-rigward tagħhom il-kontrollur għadu ma wettaqx valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, jew fejn valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data ssir meħtieġa minħabba ż-żmien li għadda mill-ipproċessar inizjali. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li ssir valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data mill-kontrollur qabel l-ipproċessar sabiex jivvaluta l-probabbiltà partikolari u l-gravità tar-riskju għoli, filwaqt li titqies in-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-għanijiet tal-ipproċessar u s-sorsi tar-riskju. Dik il-valutazzjoni tal-impatt jenħtieġ li tkun tinkludi b'mod partikolari l-miżuri, is-salvagwardji u l-mekkaniżmi previsti biex jittaffa dak ir-riskju, tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali u tintwera l-konformità ma' dan ir-Regolament.

(47)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jipprovdi għal obbligu ġenerali tal-kontrollur li jinnotifika l-ipproċessar ta' data personali lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data, li min-naħa tiegħu jżomm reġistru tal-operazzjonijiet ta' pproċessar innotifikati. Barra minn dan l-obbligu ġenerali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri u mekkaniżmi effikaċi sabiex isir monitoraġġ tal-operazzjonijiet ta' pproċessar li x'aktarx li jirriżultaw f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi minħabba n-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tagħhom. Tali proċeduri jenħtieġ li jkunu stabbiliti b'mod partikolari fil-każ li t-tipi ta' operazzjonijiet tal-ipproċessar jinvolvu l-użu ta' teknoloġiji ġodda, jew dawk li huma ta' tip ġdid u li fir-rigward tagħhom il-kontrollur għadu ma wettaqx valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, jew fejn valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data ssir meħtieġa minħabba ż-żmien li għadda mill-ipproċessar inizjali. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li ssir valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data mill-kontrollur qabel l-ipproċessar sabiex jivvaluta l-probabbiltà partikolari u l-gravità tar-riskju għoli, filwaqt li titqies in-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar u s-sorsi tar-riskju. Dik il-valutazzjoni tal-impatt jenħtieġ li tkun tinkludi b'mod partikolari l-miżuri, is-salvagwardji u l-mekkaniżmi previsti biex jittaffa dak ir-riskju, tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali u tintwera l-konformità ma' dan ir-Regolament.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 stabbilixxa l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data bħala korp indipendenti tal-Unjoni b'personalità ġuridika. Jenħtieġ li l-Bord jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tar-Regolament (UE) 2016/679 u tad-Direttiva 2016/680 madwar l-Unjoni, inkluż billi jagħti pariri lill-Kummissjoni. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkompli jeżerċita l-funzjonijiet superviżorji u konsultattivi tiegħu fir-rigward tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kollha tal-Unjoni, inkluż fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data madwar l-Unjoni, jenħtieġ li tkun obbligatorja konsultazzjoni mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni ta' atti leġiżlattivi jew matul it-tħejjija ta' atti delegati u ta' atti ta' implimentazzjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 289, 290 u 291 tat-TFUE u wara l-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u tal-proposti relatati mal-ftehimiet ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 218 tat-TFUE, li għandhom impatt fuq id-dritt għal protezzjoni ta' data personali. F'dawn il-każijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun obbligata tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, ħlief meta r-Regolament (UE) 2016/679 jipprovdi għall-konsultazzjoni obbligatorja tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, pereżempju dwar deċiżjonijiet ta' adegwatezza jew atti delegati dwar ikoni u rekwiżiti standardizzati għal mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni. Meta l-att inkwistjoni jkun ta' importanza partikolari għall-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali, il-Kummissjoni għandha tkun tista', barra minn hekk, tikkonsulta lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. F'dawk il-każijiet, bħala membru tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jikkoordina l-ħidma tiegħu ma' dan tal-aħħar sabiex joħorġu opinjoni konġunta. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u, fejn applikabbli, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jenħtieġ li jipprovdu l-pariri bil-miktub tagħhom fi żmien tmien ġimgħat. Dak il-perjodu ta' żmien jenħtieġ li jkun iqsar f'każ ta' urġenza jew jekk ikun xieraq mod ieħor, pereżempju meta l-Kummissjoni tkun qiegħda tħejji atti delegati u ta' implimentazzjoni.

(50)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 stabbilixxa l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data bħala korp indipendenti tal-Unjoni b'personalità ġuridika. Jenħtieġ li l-Bord jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tar-Regolament (UE) 2016/679 u tad-Direttiva 2016/680 madwar l-Unjoni, inkluż billi jagħti pariri lill-Kummissjoni. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkompli jeżerċita l-funzjonijiet superviżorji u konsultattivi tiegħu fir-rigward tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kollha tal-Unjoni, inkluż fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data madwar l-Unjoni, jenħtieġ li tkun obbligatorja konsultazzjoni mill-Kummissjoni meta jiġu adottati proposti għal att leġiżlattiv jew matul it-tħejjija ta' atti delegati u ta' atti ta' implimentazzjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 289, 290 u 291 tat-TFUE u meta jiġu adottati rakkomandazzjonijiet u proposti relatati mal-ftehimiet ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 218 tat-TFUE, li għandhom impatt fuq id-dritt għal protezzjoni ta' data personali. F'dawn il-każijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun obbligata tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, ħlief meta r-Regolament (UE) 2016/679 jipprovdi għall-konsultazzjoni obbligatorja tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, pereżempju dwar deċiżjonijiet ta' adegwatezza jew atti delegati dwar ikoni u rekwiżiti standardizzati għal mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni. Meta l-att inkwistjoni jkun ta' importanza partikolari għall-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali, il-Kummissjoni għandha tkun tista', barra minn hekk, tikkonsulta lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. F'dawk il-każijiet, bħala membru tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jikkoordina l-ħidma tiegħu ma' dan tal-aħħar sabiex joħorġu opinjoni konġunta. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u, fejn applikabbli, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jenħtieġ li jipprovdu l-pariri bil-miktub tagħhom fi żmien tmien ġimgħat. Dak il-perjodu ta' żmien jenħtieġ li jkun iqsar f'każ ta' urġenza jew jekk ikun xieraq mod ieħor, pereżempju meta l-Kummissjoni tkun qiegħda tħejji atti delegati u ta' implimentazzjoni.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 50a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(50a)  B'mod konformi mal-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) 2016/79 il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data se jipprovdi s-segretarjat tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)  Jenħtieġ li meta d-data personali tiġi ttrasferita mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Unjoni lil kontrolluri, lil proċessuri jew lil destinatarji oħra f'pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali, il-livell ta' protezzjoni tal-persuni fiżiċi żgurat fl-Unjoni minn dan ir-Regolament ma jiddgħajjifx, inkluż f'każijiet ta' trasferimenti ulterjuri ta' data personali mill-pajjiż terz jew mill-organizzazzjoni internazzjonali lil kontrolluri, lil proċessuri fl-istess pajjiż terz jew ieħor jew lil organizzazzjoni internazzjonali oħra. Fi kwalunkwe każ, it-trasferimenti għal pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jsiru biss f'konformità sħiħa ma' dan ir-Regolament. Trasferiment jista' jseħħ biss jekk, soġġett għal dispożizzjonijiet oħrajn ta' dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur jikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament relatati mat-trasferiment ta' data personali lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

(52)  Jenħtieġ li meta d-data personali tiġi ttrasferita mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Unjoni lil kontrolluri, lil proċessuri jew lil destinatarji oħra f'pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali, il-livell ta' protezzjoni tal-persuni fiżiċi żgurat fl-Unjoni minn dan ir-Regolament jiġi garantit, inkluż f'każijiet ta' trasferimenti ulterjuri ta' data personali mill-pajjiż terz jew mill-organizzazzjoni internazzjonali lil kontrolluri, lil proċessuri fl-istess pajjiż terz jew ieħor jew lil organizzazzjoni internazzjonali oħra. Fi kwalunkwe każ, it-trasferimenti għal pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jsiru biss f'konformità sħiħa ma' dan ir-Regolament, mar-Regolament (UE) 2016/679 u mad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali stabbiliti fil-Karta. Trasferiment jista' jseħħ biss jekk, soġġett għal dispożizzjonijiet oħrajn ta' dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur jikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament relatati mat-trasferiment ta' data personali lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)  F'konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat f'pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali toffri livell adegwat ta' protezzjoni tad-data. F'każijiet bħal dawn, it-trasferimenti ta' data personali lejn dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali minn istituzzjoni jew minn korp tal-Unjoni jistgħu jsiru mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb xi awtorizzazzjoni oħra.

(53)  F'konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew mal-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2016/680, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat f'pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali toffri livell adegwat ta' protezzjoni tad-data. F'każijiet bħal dawn, it-trasferimenti ta' data personali lejn dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali minn istituzzjoni jew minn korp tal-Unjoni jistgħu jsiru mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb xi awtorizzazzjoni oħra.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 64a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(64a)  Il-Kummissjoni pproponiet li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament tal-IMI") bl-għan li s-Sistema IMI tkun tista' tintuża mhux biss mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, iżda wkoll mill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni1a. Sakemm issir din ir-reviżjoni, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw is-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern għall-finijiet ta' kooperazzjoni amministrattiva u skambju ta' informazzjoni stabbilit fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tiegħu fil-25 ta' Mejju 2018.

 

_________________

 

1a Ara l-Artikolu 36 tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' portal diġitali uniku li jipprovdi informazzjoni, proċeduri, u servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012, COM(2017) 256 final, 2017/0086(COD).

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 65

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65)  F'ċerti każijiet, id-dritt tal-Unjoni jipprovdi għal mudell ta' superviżjoni koordinata, kondiviża bejn il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Barra minn hekk, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data huwa l-awtorità superviżorja tal-Europol u hemm stabbilit mudell speċifiku ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali permezz ta' bord ta' kooperazzjoni b'funzjoni konsultattiva. Sabiex jitjiebu s-superviżjoni u l-infurzar effettivi tar-regoli sostantivi dwar il-protezzjoni tad-data, fl-Unjoni jenħtieġ li jiġi introdott mudell wieħed u koerenti tas-superviżjoni koordinata. Għalhekk, fejn xieraq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tissottometti proposti leġiżlattivi bl-għan li temenda l-atti legali tal-Unjoni li jipprovdu għal mudell ta' superviżjoni koordinata, sabiex tallinjahom mal-mudell ta' superviżjoni koordinata ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jservi bħala forum uniku għall-iżgurar tas-superviżjoni kkoordinata effettiva inġenerali.

(65)  F'ċerti każijiet, id-dritt tal-Unjoni jipprovdi għal mudell ta' superviżjoni koordinata, kondiviża bejn il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Barra minn hekk, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data huwa l-awtorità superviżorja tal-Europol u hemm stabbilit mudell speċifiku ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali permezz ta' bord ta' kooperazzjoni b'funzjoni konsultattiva. Sabiex jitjiebu s-superviżjoni u l-infurzar effettivi tar-regoli sostantivi dwar il-protezzjoni tad-data, dan ir-Regolament jenħtieġ li jintroduċi mudell ta' superviżjoni koordinata uniku u koerenti. Jenħtieġ li l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jservi bħala forum uniku għall-iżgurar tas-superviżjoni kkoordinata effettiva inġenerali.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan ir-Regolament jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi u b'mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni ta' data personali.

2.  Dan ir-Regolament jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi stabbiliti fil-Karta u b'mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni ta' data personali.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u mill-korpi kollha tal-Unjoni safejn it-tali pproċessar jitwettaq fl-eżerċitar ta' attivitajiet li jaqgħu, kompletament jew parzjalment, fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u mill-korpi kollha tal-Unjoni.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal aġenziji tal-Unjoni li jwettqu attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tat-TFEU, inkluż meta l-atti kostituttivi ta' dawn l-aġenziji tal-Unjoni jistabbilixxu reġim ta' protezzjoni tad-data indipendenti għall-ipproċessar ta' data personali operazzjonali. Dispożizzjonijiet relatati ma' pproċessar ta' data personali operazzjonali speċifiċi li jinsabu fl-atti kostituttivi ta' dawn l-aġenziji jistgħu jispeċifikaw u jikkomplementaw l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  id-definizzjonijiet fir-Regolament (UE) 2016/679, bl-eċċezzjoni tad-definizzjoni ta' "kontrollur" fil-punt (7) tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament;

(a)  id-definizzjonijiet fir-Regolament (UE) 2016/679, bl-eċċezzjoni tad-definizzjoni ta' "kontrollur" fil-punt (7), "stabbiliment ewlieni" fil-punt (16), "impriżi" fil-punt (18), "grupp ta' impriżi" fil-punt (19) tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament; id-definizzjoni ta' "komunikazzjoni elettronika" fil-punt (a) tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika];

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  "data personali operazzjonali" tfisser data personali operazzjonali pproċessata mill-aġenziji tal-Unjoni stabbiliti abbażi tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titoli V tat-Tielet Parti tat-TFUE u mill-missjonijiet imsemmija fl-Artikoli 42(1), 43 u 44 tat-TUE, bl-għan li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-atti li jistabbilixxu dawk l-aġenziji jew missjonijiet.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-data personali għandha tkun:

1.  Id-data personali għandha tkun:

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  tkun preċiża u, fejn ikun meħtieġ, tinżamm aġġornata; kull pass raġonevoli jrid jittieħed sabiex jiġi żgurat li data li ma tkunx preċiża jew kompluta, fid-dawl tal-iskopijiet li għalihiom inġabret jew li għalihom tiġi pproċessata ulterjorment, titħassar jew tiġi rettifikata mingħajr dewmien ("preċiżjoni");

(d)  tkun preċiża u, fejn ikun meħtieġ, tinżamm aġġornata; kull pass raġonevoli jrid jittieħed sabiex jiġi żgurat li data personali li ma tkunx preċiża, fid-dawl tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tiġi rettifikata mingħajr dewmien ("preċiżjoni");

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kompiti msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni.

2.  Il-kompiti msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni. Il-bażi għall-ipproċessar imsemmi fil-paragrafu 1(b) għandha tiġi stabbilita fid-dritt tal-Unjoni jew tal-Istat Membru li għalih huwa soġġett il-kontrollur.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kundizzjonijiet applikabbli għall-kunsens tat-tfal fir-rigward tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni

Kundizzjonijiet applikabbli għal kunsens tat-tfal fir-rigward tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Trasferiment ta' data personali bejn istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni

 

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4, 5, 6 u 10:

 

1. Data personali għandha tiġi trasferita biss fi ħdan jew lil istituzzjonijiet jew korpi oħra tal-Unjoni jekk id-data tkun meħtieġa għall-eżerċizzju leġittimu ta' kompiti koperti mill-kompetenza tar-riċevitur.

 

2. Meta d-data hija trasferita fuq talba tar-riċevitur, kemm il-kontrollur kif ukoll ir-riċevitur għandhom jerfgħu r-responsabbiltà tal-leġittimità ta' dan it-trasferiment.

 

Il-kontrollur għandu jkun meħtieġ li jivverifika l-kompetenza tar-riċevitur u biex jagħmel evalwazzjoni provviżorja tal-ħtieġa għat-trasferiment tad-data. Jekk iqum xi dubju dwar din il-ħtieġa, il-kontrollur għandu jitlob aktar informazzjoni mingħand ir-riċevitur.

 

Ir-riċevitur għandu jiżgura li l-ħtieġa għat-trasferiment tad-data tkun tista' tiġi sussegwentement verifikata.

 

3. Ir-riċevitur għandu jipproċessa d-data personali biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet trażmessa.

.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikoli 4, 5, 6 u 10, data personali għandha tintbagħat biss lir-riċevituri stabbiliti fl-Unjoni u soġġetti għar-Regolament (UE) 2016/679 jew għad-dritt nazzjonali adottat skont id-Direttiva (UE) 2016/680, jekk ir-riċevitur jistabbilixxu:

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikoli 4, 5, 6, 10, 14, 15(3)u 16(4), data personali għandha tintbagħat biss lir-riċevituri stabbiliti fl-Unjoni u soġġetti għar-Regolament (UE) 2016/679 jew għad-dritt nazzjonali adottat skont id-Direttiva (UE) 2016/680, jekk il-kontrollur jistabbilixxi dan, abbażi ta' talba motivata mir-riċevitur:

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li huwa neċessarju li d-data tiġi trażmessa, hija proporzjonata għall-finijiet tat-trażmissjoni u jekk ma hemm ebda raġuni għaliex jiġi ssoponut li d-drittijiet u l-libertajiet u l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data jistgħu jkunu ppreġudikati.

(b)  li huwa proporzjonat u neċessarju għall-fini li jservi l-interess pubbliku, bħalma hija t-trasparenza jew l-amministrazzjoni tajba u, jekk ma hemm ebda raġuni għaliex jiġi ssoponut li l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data jistgħu jkunu ppreġudikati, wara li jkunu ġew imwieżna, b'mod li jkun jista' jintwera, id-diversi interessi preżenti;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  is-suġġett tad-data jkun ta kunsens espliċitu għall-ipproċessar ta' dik id-data għal għan speċifiku wieħed jew aktar, għajr fejn id-dritt tal-Unjoni jipprevedi li l-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tistax titneħħa mis-suġġett tad-data, jew

(a)  is-suġġett tad-data jkun ta kunsens espliċitu għall-ipproċessar ta' dik id-data personali għal fini speċifika waħda jew aktar, għajr fejn id-dritt tal-Unjoni jipprevedi li l-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tistax titneħħa mis-suġġett tad-data, jew

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-data personali msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi pproċessata għall-finijiet imsemmijin fil-punt (h) tal-paragrafu 2 meta dik id-data tiġi pproċessata minn professjonista jew taħt ir-responsabbiltà ta' professjonista soġġett għall-obbligu ta' segretezza professjonali skont id-dritt tal-Unjoni.

3.  Id-data personali msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi pproċessata għall-finijiet imsemmijin fil-punt (h) tal-paragrafu 2 meta dik id-data tiġi pproċessata minn professjonista jew taħt ir-responsabbiltà ta' professjonista soġġett għall-obbligu ta' segretezza professjonali skont id-dritt tal-Unjoni jew ta' Stat Membru jew ir-regoli stabbiliti minn korpi kompetenti nazzjonali jew minn persuna oħra li tkun ukoll soġġetta għal obbligu ta' segretezza skont id-dritt tal-Unjoni jew ta' Stat Membru jew ir-regoli stabbiliti minn korpi kompetenti nazzjonali.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ipproċessar ta' data personali relatata ma' kundanni penali u ma' reati kriminali jew miżuri ta' sigurtà relatati skont l-Artikolu 5(1) jistgħu jitwettqu biss jekk ikunu awtorizzati mid-dritt tal-Unjoni, li jista' jinkludi regoli interni, filwaqt li jiġu pprovduti s-salvagwardji speċifiċi xierqa għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġetti tad-data.

L-ipproċessar ta' data personali relatata ma' kundanni penali u ma' reati kriminali jew miżuri ta' sigurtà relatati skont l-Artikolu 5(1) għandu jitwettaq biss jekk ikun awtorizzat mid-dritt tal-Unjoni filwaqt li jiġu pprovduti s-salvagwardji speċifiċi xierqa għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġetti tad-data.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni pprovduta skont l-Artikoli 15 u 16 u kwalunkwe komunikazzjoni u kwalunkwe azzjoni meħuda skont l-Artikoli 17 sa 24 u 38 għandhom jingħataw mingħajr ħlas. Fejn it-talbiet minn suġġett tad-data jkunu manifestament bla bażi jew eċċessivi, b'mod partikolari minħabba n-natura ripetittiva tagħhom, il-kontrollur jista' jiċħad milli jaġixxi fuq it-talba.

L-informazzjoni pprovduta skont l-Artikoli 15 u 16 u kwalunkwe komunikazzjoni u kwalunkwe azzjoni meħuda skont l-Artikoli 17 sa 24 u 38 għandhom jingħataw mingħajr ħlas.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Jekk il-Kummissjoni tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12(8) tar-Regolament (UE) 2016/679 li jistabbilixxu l-informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mill-ikoni u l-proċeduri għall-forniment ta' ikoni standardizzati, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, fejn xieraq, għandhom jipprovdu l-informazzjoni skont l-Artikoli 15 u 16 flimkien mat-tali ikoni standardizzati.

8.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12(8) tar-Regolament (UE) 2016/679 li jistabbilixxu l-informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mill-ikoni u l-proċeduri għall-forniment ta' ikoni standardizzati, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, fejn xieraq, għandhom jipprovdu l-informazzjoni skont l-Artikoli 15 u 16 flimkien mat-tali ikoni standardizzati.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-provvista ta' tali informazzjoni tkun impossibbli li sseħħ jew tkun teħtieġ sforz sproporzjonat; b'mod partikolari għall-ipproċessar għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta' statistika jew sa fejn l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkun ser jagħmilha impossibbli jew ixekkel serjament l-ilħuq tal-objettivi ta' dak l-ipproċessar.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-kisba jew id-divulgazzjoni hija stabbilita b'mod espliċitu mid-dritt tal-Unjoni; jew

(c)  il-kisba jew id-divulgazzjoni hija stabbilita b'mod espliċitu mid-dritt tal-Unjoni li għaliha hu soġġett il-kontrollur u li tipprevedi miżuri adatti għall-protezzjoni tal-interess leġittimu tas-suġġett tad-data; jew

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  fejn id-data personali jkollha tibqa' kunfidenzjali soġġetta għall-obbligu tas-segretezza professjonali rregolat mid-dritt tal-Unjoni.

(d)  fejn id-data personali jkollha tibqa' kunfidenzjali soġġetta għall-obbligu tas-segretezza professjonali rregolat mid-dritt tal-Unjoni, inkluż obbligu statutorju ta' segretezza.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 5(b), il-kontrollur għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet u l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data, fosthom billi jqiegħed l-informazzjoni għad-disponibbiltà tal-pubbliku.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-ipproċessar huwa illegali u s-suġġett tad-data jopponi t-tħassir tagħha u jitlob minflok ir-restrizzjoni tal-użu tagħha;

(b)  l-ipproċessar huwa illegali u s-suġġett tad-data jopponi t-tħassir tad-data personali u jitlob minflok ir-restrizzjoni tal-użu tagħha;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-atti legali adottati fuq il-bażi tat-Trattati jew, fi kwistjonijiet relatati mal-operazzjoni tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni, ir-regoli interni stabbiliti minn dawn tal-aħħar jistgħu jirrestrinġu l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 22, 34 u 38 kif ukoll l-Artikolu 4 safejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi stipulati fl-Artikoli 14 sa 22, meta t-tali restrizzjoni tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura neċessarja u proporzjonata f'soċjetà demokratika sabiex tissalvagwardja:

1.  L-atti ġuridiċi adottati fuq il-bażi tat-Trattati jistgħu jirrestrinġu l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 22 u 38 kif ukoll l-Artikolu 4 sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi stipulati fl-Artikoli 14 sa 22, meta t-tali restrizzjoni tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura neċessarja u proporzjonata f'soċjetà demokratika sabiex tissalvagwardja:

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.   L-atti adottati skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu ċari u preċiżi. L-applikazzjoni tagħhom għandhom tkun prevedibbli għall-persuni suġġetti għaliha.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  B'mod partikolari, kull att ġuridiku adottat skont il-paragrafu 1 għandu jkun fih dispożizzjonijiet speċifiċi tal-anqas, fejn rilevanti, dwar:

 

(a) il-finijiet tal-ipproċessar jew il-kategoriji tal-ipproċessar;

 

(b) il-kategoriji ta' data personali;

 

(c) il-kamp ta' applikazzjoni tar-restrizzjoni introdotta;

 

(d) is-salvagwardji għall-prevenzjoni tal-abbuż jew tal-aċċess jew tat-trasferiment illegali;

 

(e) l-ispeċifikazzjoni tal-kontrollur jew il-kategoriji tal-kontrolluri;

 

(f) il-perjodi ta' ħażna u s-salvagwardji applikabbli filwaqt li jitqiesu n-natura, il-kamp ta' applikazzjoni u l-finijiet tal-ipproċessar jew il-kategoriji tal-ipproċessar;

 

(g) ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data; kif ukoll

 

(h) id-dritt tas-suġġetti tad-data li jkunu infurmati dwar ir-restrizzjoni, sakemm dan ma jistax jippreġudika l-finijiet tar-restrizzjoni.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta restrizzjoni ma tkunx ipprovduta minn att legali adottat fuq il-bażi tat-Trattati jew minn regola interna skont il-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jistgħu jirrestrinġu l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 22, 34 u 38, kif ukoll l-Artikolu 4 peress li d-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi stipulati fl-Artikoli 14 sa 22, jekk it-tali restrizzjoni tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali, b'rabta ma' operazzjoni ta' pproċessar speċifika, u hija miżura neċessarja u proporzjonata f'soċjetà demokratika għas-salvagwardja ta' objettiv wieħed jew aktar minn fost dawk imsemmijin fil-paragrafu 1. Ir-restrizzjoni għandha tiġi notifikata lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data kompetenti.

imħassar

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għanijiet ta' statistika, id-dritt tal-Unjoni, li jista' jinkludi regoli interni, jista' jipprovdi għal derogi mid-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 17, 18, 20 u 23 soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 13 safejn tali drittijiet x'aktarx jagħmlu impossibbli jew ifixklu serjament l-ilħuq ta' għanijiet speċifiċi, u tali derogi jkunu meħtieġa għall-issodisfar ta' dawk l-għanijiet.

3.  Fejn data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew finijiet ta' statistika, id-dritt tal-Unjoni jista' jipprovdi għal derogi mid-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 17, 18, 20 u 23 soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 13 sa fejn tali drittijiet x'aktarx jagħmlu impossibbli jew ifixklu serjament l-ilħuq ta' finijiet speċifiċi, u tali derogi jkunu meħtieġa għall-issodisfar ta' dawk il-finijiet.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, id-dritt tal-Unjoni, li jista' jinkludi regoli interni, jista' jipprevedi derogi mid-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 17, 18, 20, 21, 22 and 23 soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 13 safejn tali drittijiet x'aktarx jagħmlu impossibbli jew ifixklu serjament l-ilħuq tal-għanijiet speċifiċi, u tali derogi jkunu meħtieġa għat-twettiq ta' dawk il-finijiet.

4.  Fejn data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, id-dritt tal-Unjoni jista' jipprevedi derogi mid-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 17, 18, 20, 21, 22 and 23 soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 13 sa fejn tali drittijiet x'aktarx jagħmlu impossibbli jew ifixklu serjament l-ilħuq tal-għanijiet speċifiċi, u tali derogi jkunu meħtieġa għat-twettiq ta' dawk il-finijiet.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Regoli interni msemmijin fil-paragrafi 1, 3 u 4 għandhom ikunu ċari u preċiżi biżżejjed u jkunu soġġetti għal pubblikazzjoni xierqa.

imħassar

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Jekk tiġi imposta restrizzjoni skont il-paragrafi 1 jew 2, is-suġġett tad-data għandu jiġi informat, skont id-dritt tal-Unjoni, tar-raġunijiet prinċipali li fuqhom hija bbażata l-applikazzjoni tar-restrizzjoni u dwar id-dritt li jippreżenta lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

6.  Jekk tiġi imposta restrizzjoni skont il-paragrafu 1, is-suġġett tad-data għandu jiġi informat, skont id-dritt tal-Unjoni, tar-raġunijiet prinċipali li fuqhom hija bbażata l-applikazzjoni tar-restrizzjoni u dwar id-dritt li jippreżenta lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Jekk titħaddem restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 jew 2 sabiex jiċċaħħad l-aċċess għas-suġġett tad-data, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu, meta jinvestiga l-ilment, jinformah biss dwar jekk id-data ġietx ipproċessata b'mod korrett u, jekk le, jekk saritx xi korrezzjoni neċessarja.

7.  Jekk titħaddem restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 sabiex jiċċaħħad l-aċċess għas-suġġett tad-data, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu, meta jinvestiga l-ilment, jinformah biss dwar jekk id-data ġietx ipproċessata b'mod korrett u, jekk le, jekk saritx xi korrezzjoni neċessarja.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Il-forniment tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 6 u 7 u fl-Artikolu 46(2) jista' jiġi differit jew imċaħħad jekk jikkanċella l-effett tar-restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 jew 2.

8.  Il-forniment tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 6 u 7 u fl-Artikolu 46(2) jista' jiġi differit jew imċaħħad jekk jikkanċella l-effett tar-restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-adeżjoni mal-mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni approvati kif imsemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/679 jistgħu jintużaw bħala element li bih tintwera l-konformità mal-obbligi tal-kontrollur.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Jista' jintuża mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni approvat skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/679 bħala element li juri l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-suġġett tad-data jista' jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont ir-Regolament fir-rigward ta' kontrollur konġunt wieħed jew aktar u kontra kontrollur konġunt wieħed jew aktar, fid-dawl tar-rwoli tagħhom kif stabbiliti skont it-termini tal-arranġament imsemmi fil-paragrafu 1.

3.  Irrispettivament mit-termini tal-arranġament imsemmi fil-paragrafu 1, is-suġġett tad-data jista' jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont ir-Regolament fir-rigward ta' kull wieħed mill-kontrolluri.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jistgħu jiddeċiedu li jżommu r-rekords tagħhom tal-attivitajiet ta' pproċessar f'reġistru ċentrali. F'dan il-każ, jistgħu jiddeċiedu wkoll li jagħmlu r-reġistru aċċessibbli pubblikament.

5.  L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom iżommu r-rekords tagħhom tal-attivitajiet ta' pproċessar f'reġistru ċentrali u jagħmlu r-reġistru aċċessibbli pubblikament.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Kapitolu 4 – taqsima 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

IS-SIGURTÀ TAD-DATA PERSONALI U L-KUNFIDENZJALITÀ TAL-KOMUNIKAZZJONIJIET ELETTRONIĊI

IS-SIGURTÀ TAD-DATA PERSONALI

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-adeżjoni ma' mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni approvat kif imsemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/679 tista' tintuża bħala element li juri l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 33a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 33a

 

L-adeżjoni għal kodiċi ta' kondotta approvat skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/679 tista' tintuża bħala element li juri l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 34

imħassar

Kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

 

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, speċjalment billi jaraw li n-netwerks ta' komunikazzjoni elettronika tagħhom huma siguri.

 

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 36

imħassar

Direttorji tal-utenti

 

1.  Id-data personali li tinsab f'direttorji tal-utenti u l-aċċess għat-tali direttorji għandhom ikunu limitati għal dak li huwa strettament neċessarju għall-iskopijiet speċifiċi tad-direttorju.

 

2.  L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jipprevjenu milli d-data personali li tinsab f'dawk id-direttorji, indipendentement minn jekk tkunx aċċessibbli għall-pubbliku jew le, tintuża għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta.

 

Emenda    65

Proposta għal regolament

Kapitolu 4 – taqsima 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

KUNFIDENZJALITÀ TAL-KOMUNIKAZZJONIJIET ELETTRONIĊI

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 38a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 38a

 

Kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

 

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b'mod partikolari billi jaraw li n-netwerks ta' komunikazzjoni elettronika tagħhom huma siguri.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 38b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 38b

 

Direttorji tal-utenti

 

1. Id-data personali li tinsab f'direttorji tal-utenti u l-aċċess għat-tali direttorji għandhom ikunu limitati għal dak li huwa strettament neċessarju għall-iskopijiet speċifiċi tad-direttorju.

 

2. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jipprevjenu li d-data personali li jkun fihom dawn id-direttorji tintuża għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta, indipendentement mill-fatt jekk humiex aċċessibbli jew le għall-pubbliku.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jinformaw lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data meta jfasslu miżuri amministrattivi u regoli interni relatati mal-ipproċessar ta' data personali li jinvolvi istituzzjoni jew korp tal-Unjoni waħedhom jew b'mod konġunt ma' oħrajn.

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jinformaw lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data meta jfasslu miżuri amministrattivi relatati mal-ipproċessar ta' data personali li jinvolvu istituzzjoni jew korp tal-Unjoni waħedhom jew b'mod konġunt ma' oħrajn.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Wara l-adozzjoni tal-proposti għal att leġiżlattiv u ta' rakkomandazzjonijiet jew ta' proposti lill-Kunsill skont l-Artikolu 218 tat-TFUE u meta tħejji atti delegati jew atti ta' implimentazzjoni, li għandhom impatt fuq il-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

1.  Meta tħejji proposti għal att leġiżlattiv u rakkomandazzjonijiet jew proposti lill-Kunsill skont l-Artikolu 218 tat-TFUE u meta tħejji atti delegati jew atti ta' implimentazzjoni relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jista' jkun membru tal-persunal tal-istituzzjoni jew tal-korp tal-Unjoni, jew iwettaq il-kompiti tiegħu fuq il-bażi ta' kuntratt ta' servizz.

4.  L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data għandu jkun membru tal-persunal tal-istituzzjoni jew tal-korp tal-Unjoni. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, b'kont meħud tad-daqs tagħhom u jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ma jiġux sodisfatti, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jistgħu jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-data li jwettaq il-kompiti tiegħu fuq il-bażi ta' kuntratt ta' servizz.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u l-persunal tiegħu għandu jkunu marbut b'segretezza jew b'kunfidenzjalità dwar il-qadi ta' dmirijietu, skont id-dritt tal-Unjoni.

5.  L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data għandu jkun marbut b'segretezza jew b'kunfidenzjalità dwar il-qadi ta' dmirijietu, skont id-dritt tal-Unjoni.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  jiżgura li d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data mhumiex affettwati b'mod ħażin mill-operazzjonijiet tal-ipproċessar.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jista' jseħħ meta l-Kummissjoni tkun iddeċidiet skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 li huwa żgurat livell adegwat ta' protezzjoni fil-pajjiż terz, f'territorju jew f'settur speċifikat wieħed jew aktar fi ħdan dak il-pajjiż terz, jew fi ħdan l-organizzazzjoni internazzjonali u d-data personali hija ttrasferita biss sabiex ikunu jistgħu jitwettqu l-kompiti koperti mill-kompetenza tal-kontrollur.

1.  Trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jista' jseħħ meta l-Kummissjoni tkun iddeċidiet skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2016/680, li huwa żgurat livell adegwat ta' protezzjoni fil-pajjiż terz, f'territorju jew f'settur speċifikat wieħed jew aktar fi ħdan dak il-pajjiż terz, jew fi ħdan l-organizzazzjoni internazzjonali u d-data personali hija ttrasferita biss sabiex ikunu jistgħu jitwettqu l-kompiti koperti mill-kompetenza tal-kontrollur. Tali trasferiment ma għandu jkun jeħtieġ ebda awtorizzazzjoni speċifika.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fin-nuqqas ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679, kontrollur jew proċessur jista' jittrasferixxi data personali lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali biss jekk il-kontrollur jew il-proċessur ikun ipprovda salvagwardji xierqa, u bil-kondizzjoni li jkunu disponibbli drittijiet infurzabbli tas-suġġett tad-data u rimedji legali effettivi għas-suġġetti tad-data.

1.  Fin-nuqqas ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva (UE) 2016/680, fil-kamp ta' applikazzjoni rispettiv ta' dawk l-atti leġiżlattivi, kontrollur jew proċessur jista' jittrasferixxi data personali lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali biss jekk il-kontrollur jew il-proċessur ikun ipprovda salvagwardji xierqa, u bil-kondizzjoni li jkunu disponibbli drittijiet infurzabbli tas-suġġett tad-data u rimedji legali effettivi għas-suġġetti tad-data.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fin-nuqqas ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679, jew ta' salvagwardji xierqa skont l-Artikolu 49, trasferiment jew sett ta' trasferimenti ta' data personali lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali għandu jseħħ biss b'waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

1.  Fin-nuqqas ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva (UE) 2016/680, fil-kamp ta' applikazzjoni rispettiv ta' dawk l-atti leġiżlattivi, jew ta' salvagwardji xierqa skont l-Artikolu 49, trasferiment jew sett ta' trasferimenti ta' data personali lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali għandu jseħħ biss b'waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaħtru lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data bi ftehim komuni għal mandat ta' ħames snin, fuq il-bażi ta' lista mfassla mill-Kummissjoni wara sejħa pubblika għal kandidati. Is-sejħa għal kandidati għandha tippermetti lill-partijiet interessati kollha minn madwar l-Unjoni sabiex jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom. Il-lista ta' kandidati mfassla mill-Kummissjoni għandha tkun pubblika. Fuq il-bażi tal-lista mfassla mill-Kummissjoni, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jiddeċiedi li jorganizza smigħ sabiex ikun jista' jesprimi preferenza.

1.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaħtru lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data bi ftehim komuni għal mandat ta' ħames snin, fuq il-bażi ta' lista mfassla b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni wara sejħa pubblika għal kandidati. Is-sejħa għal kandidati għandha tippermetti lill-partijiet interessati kollha minn madwar l-Unjoni sabiex jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom. Il-lista tal-kandidati għandha tkun pubblika u għandha tikkonsisti f'minn tal-anqas ħames kandidati. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jiddeċiedi li jorganizza smigħ tal-kandidati elenkati sabiex ikun jista' jesprimi preferenza.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-lista mfassla mill-Kummissjoni li minnha għandu jintgħażel il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandha tkun magħmula minn persuni li l-indipendenza tagħhom ma hija ddubitata bl-ebda mod u li huma rikonoxxuti bħala nies bl-esperjenza u bil-ħiliet meħtieġa sabiex iwettqu d-dmirijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, pereżempju għaliex jaħdmu jew ħadmu mal-awtoritajiet superviżorji stabbiliti skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2016/679.

2.  Il-lista mfassla b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni li minnha għandu jintgħażel il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandha tkun magħmula minn persuni li l-indipendenza tagħhom ma hija ddubitata bl-ebda mod u li huma rikonoxxuti bħala persuni bl-għarfien espert fil-protezzjoni tad-data kif ukoll bl-esperjenza u bil-ħiliet meħtieġa sabiex iwettqu d-dmirijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, pereżempju għaliex jaħdmu jew ħadmu mal-awtoritajiet superviżorji stabbiliti skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun assistit minn Segretarjat. L-uffiċjali u membri oħrajn tal-persunal tas-Segretarjat għandhom jinħatru mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u s-superjur ġerarkiku tagħhom għandu jkun il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Għandhom ikunu soġġetti għad-direzzjoni tiegħu b'mod esklużiv. In-numri tagħhom għandhom jiġu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja.

4.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun assistit minn Segretarjat. L-uffiċjali u membri oħrajn tal-persunal tas-Segretarjat għandhom jinħatru mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u s-superjur ġerarkiku tagħhom għandu jkun il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Għandhom ikunu soġġetti għad-direzzjoni tiegħu b'mod esklużiv. In-numri tagħhom għandhom jiġu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja. L-Artikolu 75(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandu japplika għall-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data involut fit-twettiq tal-kompiti mogħtija lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mid-dritt tal-Unjoni.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  li jikseb aċċess għal kwalunkwe bini tal-kontrollur u l-proċessur, inkluż għal kwalunkwe tagħmir u mezz għall-ipproċessar tad-data, f'konformità mad-dritt proċedurali tal-Unjoni jew mad-dritt proċedurali tal-Istat Membru;

(e)  li jikseb aċċess għal kwalunkwe bini tal-kontrollur u l-proċessur, inkluż għal kwalunkwe tagħmir u mezz għall-ipproċessar tad-data, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni;

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  li jawtorizza jew le l-operazzjonijiet ta' pproċessar imsemmija fl-Artikolu 40(4);

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali

Kooperazzjoni bejn il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkoopera mal-awtoritajiet superviżorji stabbiliti skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2016/680 (minn hawn 'il quddiem imsejħin “l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali”) u mal-awtorità ta' sorveljanza konġunta stabbilita skont l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI 21 safejn hemm bżonn għat-twettiq tad-dmirijiet rispettivi tagħhom, speċjalment billi jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lil xulxin, jitolbu lill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali jeżerċitaw is-setgħat tagħhom jew iwieġbu għal talba mingħand it-tali awtoritajiet.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkoopera mal-awtoritajiet superviżorji stabbiliti skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/680 (minn hawn 'il quddiem imsejħin “l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali”) safejn hemm bżonn għat-twettiq tad-dmirijiet rispettivi tagħhom, speċjalment billi jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lil xulxin, jitolbu lil xulxin biex jeżerċitaw is-setgħat tagħhom jew iwieġbu t-talbiet ta' xulxin.

_________________

 

21 Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika għall-finijiet doganali, ĠU L 323, 10.12.2009, p. 20–30.

 

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jistgħu jużaw is-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament tal-IMI") għall-finijiet ta' kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta' informazzjoni skont l-Artikoli 60 sa 62, 64, 65 u 70 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta att tal-Unjoni jirreferi għal dan l-Artikolu, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkoopera b'mod attiv mal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali, sabiex jiżgura s-superviżjoni effettiva ta' sistemi informatiċi kbar jew ta' aġenziji tal-Unjoni.

1.  Meta att tal-Unjoni jipprevedi li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jissorvelja l-ipproċessar tad-data personali fil-livell tal-Unjoni u l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali jissorveljaw l-ipproċessar tad-data personali fil-livell nazzjonali, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali, li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, għandhom jikkooperaw b'mod attiv fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom u għandhom jiżguraw is-superviżjoni effettiva u kkoordinata ta' sistemi informatiċi kbar jew ta' korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Filwaqt li jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu u fil-qafas tar-responsabbiltajiet tiegħu, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiskambja informazzjoni rilevanti, jassisti fit-twettiq ta' verifiki u ta' spezzjonijiet, jeżamina diffikultajiet ta' interpretazzjoni jew ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jistudja problemi fl-eżerċizzju ta' superviżjoni indipendenti jew fl-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, ifassal proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovi kuxjenza dwar id-drittijiet ta' protezzjoni tad-data, skont il-ħtieġa, flimkien mal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali.

2.  Huma għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu u fil-qafas tar-responsabbiltajiet tiegħu, jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq ta' verifiki u ta' spezzjonijiet, jeżaminaw diffikultajiet ta' interpretazzjoni jew ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u ta' atti oħra tal-Unjoni applikabbli, jistudjaw problemi fl-eżerċizzju ta' superviżjoni indipendenti jew fl-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet għal kwalunkwe problema u jippromwovu kuxjenza dwar id-drittijiet ta' protezzjoni tad-data, skont il-ħtieġa.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiltaqa' mal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali tal-anqas darbtejn fis-sena fi ħdan il-qafas tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-ispejjeż u s-servizzjar ta' dawk il-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta. Għandhom jiġu adottati r-regoli ta' proċedura fl-ewwel laqgħa. Għandhom jiġu żviluppati metodi ta' ħidma ulterjuri b'mod konġunt skont il-bżonn.

3.  Għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali għandhom jiltaqgħu tal-anqas darbtejn fis-sena fi ħdan il-qafas tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-ispejjeż u s-servizzjar ta' dawk il-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Għal dawn il-finijiet, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista' jiżviluppa metodi ta' ħidma ulterjuri skont il-bżonn.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Kapitolu – VIIIa (ġdid) – Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

KAPITOLU VIIIa

 

Ipproċessar ta' data personali operazzjonali

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu – 69a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 69a

 

Kamp ta' Applikazzjoni

 

Permezz ta' deroga mill-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8, 10, 15, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 41, 43, 49, 50 u 51, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-ipproċessar ta' data operazzjonali minn aġenziji tal-Unjoni stabbiliti abbażi tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-TFUE u minn missjonijiet imsemmija fl-Artikolu 42(1), u fl-Artikoli 43 u 44 tat-TUE.

 

Dispożizzjonijiet relatati ma' pproċessar ta' data personali operazzjonali speċifiċi li jinsabu fl-atti kostituttivi ta' dawn l-aġenziji jistgħu jispeċifikaw u jikkomplementaw l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 69b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 69b

 

Prinċipji relatati mal-ipproċessar ta' data personali operazzjonali

 

1.  Data personali operazzjonali għandha:

 

(a)  tiġi pproċessata b'mod legali u ġust ("legalità u ġustizzja");

 

(b)  tinġabar għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u ma tiġix ipproċessata ulterjorment b'mod li ma jkunx kompatibbli ma' dawk il-finijiet; ipproċessar ulterjuri għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew finijiet ta' statistika ma għandux jiġi kkunsidrat bħala inkompatibbli mal-finijiet inizjali dment li l-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni jipprovdu salvagwardji xierqa, b'mod partikolari biex jiżguraw li d-data mhijiex pproċessata għal ebda fini oħra ("limitazzjoni tal-fini");

 

(c)  tkun adegwata, rilevanti, u limitata għal dak li huwa meħtieġ b'rabta mal-finijiet li għalihom tkun qed tiġi pproċessata (“minimizzazzjoni tad-data”);

 

(d)  tkun preċiża u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata, għandu jsir dak kollu raġonevoli biex jiġi żgurat li d-data personali operazzjonali li ma tkunx preċiża, b'kont meħud tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tiġi rettifikata mingħajr dewmien (“preċiżjoni”);

 

(e)  tinżamm f'forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux iktar żmien milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-data personali operazzjonali tiġi pproċessata;

 

(f) tiġi pproċessata b'mod li jiżgura sigurtà xierqa tad-data personali operazzjonali, inkluża l-protezzjoni mill-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali, bl-użu ta' miżuri tekniċi jew organizzattivi xierqa (“integrità u kunfidenzjalità”).

 

2.  L-aġenziji jew il-missjonijiet tal-Unjoni għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dokument li jiddefinixxi f'forma intelliġibbli d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-ipproċessar ta' data personali operazzjonali u l-mezzi disponibbli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 69c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 69c

 

Legalità tal-ipproċessar

 

L-ipproċessar huwa legali biss jekk u sakemm dak l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta' kompitu eżegwit mill-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni u li huwa bbażat fuq id-dritt tal-Unjoni. Id-dritt tal-Unjoni li jispeċifika u jikkomplementa dan ir-Regolament fir-rigward tal-ipproċessar fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandu jispeċifika l-objettivi tal-ipproċessar, id-data personali operazzjonali li għandha tiġi pproċessata u l-finijiet tal-ipproċessar.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 69d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 69d

 

Distinzjoni bejn kategoriji differenti ta' suġġetti tad-data

 

L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom jagħmlu distinzjoni ċara bejn data personali operazzjonali ta' kategoriji differenti ta' suġġetti tad-data, bħal:

 

(a)  persuni li huma suspettati li kkommettew jew ħadu sehem f'reat li fir-rigward tiegħu l-aġenziji jew il-missjonijiet tal-Unjoni huma kompetenti, jew li jkunu nstabu ħatja ta' reat bħal dan,

 

(b)  persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet suffiċjenti biex wieħed jemmen li ser jikkommettu reati li fir-rigward tagħhom l-aġenziji jew il-missjonijiet tal-Unjoni huma kompetenti;

 

(c)  persuni li kienu l-vittmi ta' wieħed mir-reati konċernati jew li ċerti fatti dwarhom jagħtu lok biex wieħed jemmen li setgħu kienu l-vittmi ta' reat;

 

(d)  persuni li jistgħu jissejħu biex jixhdu f'investigazzjonijiet b'rabta ma' reati jew proċeduri kriminali sussegwenti;

 

(e)  persuni li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar reati; u

 

(f)  kuntatti jew persuni assoċjati ta' waħda mill-persuni msemmija fil-punt (a) u punt (b).

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 69e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 69e

 

Distinzjoni bejn data personali operazzjonali u verifika tal-kwalità tad-data personali operazzjonali

 

L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom jiddistingwu data personali operazzjonali bbażata fuq il-fatti minn data personali operazzjonali bbażata fuq valutazzjonijiet personali. L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom jipproċessaw data personali operazzjonali b'tali mod li, fejn applikabbli, ikun jista' jiġi stabbilit liema awtorità tkun ipprovdiet id-data jew minn fejn tkun ittieħdet id-data. L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom jassiguraw li data personali operazzjonali li ma tkunx preċiża, kompluta jew aġġornata ma tiġix trasferita jew issir disponibbli. Għal dak il-għan, l-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom jivverifikaw il-kwalità tad-data personali operazzjonali qabel ma din tiġi trażmessa jew issir disponibbli. Sa fejn ikun possibbli, kull meta tintbagħat data personali operazzjonali, l-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom iżidu l-informazzjoni neċessarja li tippermetti lir-riċevitur jivvaluta l-livell ta' preċiżjoni, kompletezza u affidabilità tad-data personali operazzjoanli, kif ukoll informazzjoni dwar kemm hija aġġornata din id-data. Jekk jirriżulta li tkun ġiet trażmessa data personali operazzjonali mhux korretta jew li data personali operazzjonali tkun ġiet trażmessa b'mod illegali, ir-riċevitur għandu jiġi nnotifikat mingħajr dewmien. F'tali każ, id-data personali operazzjonali għandha tiġi rettifikata jew imħassra jew l-ipproċessar għandu jiġi ristrett.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 69f (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 69f

 

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-ipproċessar

 

Meta aġenziji u missjonijiet tal-Unjoni jipprevedu kundizzjonijiet speċifiċi għall-ipproċessar, huma għandhom jinformaw lir-riċevitur ta' tali data personali operazzjonali dwar dawk il-kundizzjonijiet u l-obbligu li jikkonforma magħhom. L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-ipproċessar previsti minn awtorità nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 9(3) u (4) tad-Direttiva (UE) 2016/680.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 69g (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 69g

 

Trażmissjoni ta' data personali operazzjonali lil istituzzjonijiet jew korpi oħra tal-Unjoni

 

Aġenziji u missjonijiet tal-Unjoni għandhom jittrażmettu data personali operazzjonali lil istituzzjonijiet jew korpi oħra tal-Unjoni jekk id-data tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom jew ta' aġenziji u missjonijiet tal-Unjoni riċevituri. Meta data personali operazzjoanli tiġi trażmessa fuq talba ta' istituzzjoni oħra jew korp ieħor tal-Unjoni, kemm il-kontrollur kif ukoll ir-riċevitur għandhom jerfgħu r-responsabilità tal-leġittimità ta' dan it-trasferiment. L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom jintalbu jivverifikaw il-kompetenza tal-istituzzjoni l-oħra jew il-korp l-ieħor tal-Unjoni u jagħmlu evalwazzjoni proviżorja tal-ħtieġa għat-trasmissjoni. Jekk iqum xi dubju dwar din il-ħtieġa, l-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom jitolbu għal aktar informazzjoni mingħand ir-riċevitur. Istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni għandhom jiżguraw li l-ħtieġa tat-trasmissjoni tista' tiġi sussegwentement verifikata. Istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni għandhom jipproċessaw id-data personali biss għall-finijiet li għalihom kienu trażmessi.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 69h (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 69h

 

Ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali operazzjonali

 

L-ipproċessar ta' data personali operazzjonali li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew sħubija fi trade union , u l-ipproċessar ta' data ġenetika, data bijometrika għall-fini li tiġi identifikata unikament persuna fiżika, data personali operazzjonali dwar is-saħħa jew data personali operazzjonali li tikkonċerna l-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta' persuna fiżika għandha tiġi pprojbita, sakemm din mhijiex strettament meħtieġa u proporzjonata biex jiġi evitat jew miġġieled reat li jaqa' fi ħdan l-objettivi tal-aġenziji jew tal-missjonijiet tal-Unjoni u jekk dik id-data tissummplimenta data personali operazzjonali oħra diġà pproċessata mill-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni. L-għażla ta' grupp ta' persuni partikolari unikament abbażi ta' tali data personali għandha tkun ipprojbita. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data għandu jiġi infurmat minnufih bl-invokazzjoni ta' dan l-Artikolu. Data personali operazzjonali kif imsemmija fis-subparagrafu ta' hawn fuq ma għandhiex tiġi trażmessa lil Stati Membri, korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali sakemm tali trażmissjoni ma tkunx strettament meħtieġa u proporzjonata f'każijiet individwali li jikkonċernaw reat li jaqa' fi ħdan l-objettivi tal-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni u f'konformità mal-Kapitolu V.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 69i (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 69i

 

Teħid ta' deċiżjonijiet individwali awtomatizzati, inkluż tfassil ta' profili

 

Is-suġġett tad-data għandu d-dritt li ma jiġix soġġett għal deċiżjoni ta' aġenziji u missjonijiet tal-Unjoni bbażata unikament fuq ipproċessar awtomatizzat, inkluż it-tfassil tal-profili, li tipproduċi effetti legali negattivi li jikkonċernawh jew li bl-istess mod jaffettwawh b'mod sinifikanti.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 69j (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 69j

 

Informazzjoni li għandha tkun disponibbli lis-suġġett tad-data jew li għandha tingħatalu

 

1.  L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tas-suġġett tad-data minn tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

 

(a)  l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-aġenzija jew tal-missjoni tal-Unjoni;

 

(b)  id-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data;

 

(c)  il-finijiet tal-ipproċessar li għalihom id-data personali operazzjoni hija maħsuba;

 

(d)  id-dritt li jitressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u d-dettalji ta' kuntatt tiegħu;

 

(e)  l-eżistenza tad-dritt li mingħand l-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni jintalab l-aċċess għal u r-rettifika jew it-tħassir ta' data personali operazzjonali u r-restrizzjoni tal-ipproċessar ta' data personali operazzjonali, li tikkonċerna s-suġġett tad-data.

 

2.  Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom jagħtu lis-suġġett tad-data, f'każijiet speċifiċi, l-informazzjoni ulterjuri li ġejja biex ikun jista' jeżerċita d-drittijiet tiegħu:

 

(a)  il-bażi ġuridika għall-ipproċessar;

 

(b)  il-perjodu li għalih se tinħażen id-data personali, jew, fejn ma jkunx possibbli, il-kriterji użati biex jiġi determinat dak il-perjodu;

 

(c)  il-kategoriji ta' riċevituri tad-data personali operazzjonali, inkluż f'pajjiżi terzi jew f'organizzazzjonijiet internazzjonali;

 

(d)  fejn meħtieġ, informazzjoni ulterjuri, b'mod partikolari fejn id-data personali operazzjonali tinġabar mingħajr l-għarfien tas-suġġett tad-data.

 

3.  L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni jistgħu jittardjaw, jillimitaw jew iħallu barra l-għoti tal-informazzjoni lis-suġġett tad-data skont il-paragrafu 2 safejn, u sakemm, tali miżura hija prevista minn att ġurdidiku adottat fuq il-bażi tat-Trattati u tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f'soċjetà demokratika, b'kunsiderazzjoni xierqa għad-drittijiet fundamentali u l-interessi leġittimi tal-persuna fiżika kkonċernata, bl-għan li:

 

(a)  ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;

 

(b)  ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali;

 

(c)  titħares is-sigurtà pubblika tal-Istati Membri;

 

(d)  titħares is-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri;

 

(e)  jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 69k (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 69k

 

Dritt ta' aċċess mis-suġġett tad-data

 

Kwalunkwe suġġett tad-data għandu d-dritt li jikseb mingħand l-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni konferma dwar jekk id-data personali operazzjonali li tikkonċernah hijiex qiegħda tiġi proċessata jew le, u, jingħata aċċess għall-informazzjoni li ġejja:

 

(a)  il-finijiet u l-bażi ġuridika għall-operazzjoni ta' pproċessar;

 

(b)  il-kategoriji ta' data personali operazzjonali inkwistjoni;

 

(c)  ir-riċevituri jew il-kategoriji ta' riċevituri li lilhom tkun ġiet divulgata d-data personali operazzjonali, b'mod partikolari riċevituri f'pajjiżi terzi jew f'organizzazzjonijiet internazzjonali;

 

(d)  il-perjodu previst li matulu d-data personali operazzjonali tkun se tinħażen;

 

(e)  l-eżistenza tad-dritt li mingħand l-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni jintalbu r-rettifika jew it-tħassir ta' data personali operazzjonali u r-restrizzjoni tal-ipproċessar ta' data personali operazzjonali li tikkonċerna s-suġġett tad-data;

 

(f)  id-dritt li jitressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u d-dettalji ta' kuntatt tiegħu;

 

(g)  komunikazzjoni tad-data personali operazzjonali li tkun qed tiġi pproċessata u ta' kull informazzjoni disponibbli dwar l-oriġini tagħha;

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 69l (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 69l

 

Restrizzjonijiet fuq id-dritt ta' aċċess

 

1.  L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni jistgħu jillimitaw, għalkollox jew parzjalment, id-dritt ta' aċċess tas-suġġett tad-data sa fejn, u sakemm, tali restrizzjoni parzjali jew sħiħa hija prevista minn att ġuridiku adottat fuq il-bażi tat-Trattati u tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f'soċjetà demokratika, b'kunsiderazzjoni xierqa għad-drittijiet fundamentali u l-interessi leġittimi tal-persuna fiżika kkonċernata, bl-għan li:

 

(a)  ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;

 

(b)  ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali;

 

(c)  titħares is-sigurtà pubblika tal-Istati Membri;

 

(d)  titħares is-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri;

 

(f)  jitħarsu d-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn.

 

2.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom jinfurmaw lis-suġġett tad-data, mingħajr dewmien żejjed, bil-miktub dwar kwalunkwe rifjut jew restrizzjoni ta' aċċess, u r-raġunijiet għar-rifjut jew ir-restrizzjoni. Tali informazzjoni tista' titħalla barra meta l-għoti tagħha tkun timmina fini stabbilit fil-paragrafu 1. L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom jinfurmaw lis-suġġett tad-data bil-possibilità li jressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew li jitlob rimedju ġudizzjarju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom jiddokumentaw ir-raġunijiet fattwali jew ġuridiċi li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni. Tali informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 69m (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 69m

 

Dritt ta' rettifika jew tħassir ta' data personali operazzjonali u restrizzjoni fuq l-ipproċessar

 

1.  Kull suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand l-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni, mingħajr dewmien bla bżonn, ir-rettifika ta' data personali operazzjonali li tikkonċernah li ma tkunx preċiża. Filwaqt li jitqiesu l-finijiet tal-ipproċessar, is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jikseb il-kompletezza ta' data personali operazzjonali li ma tkunx kompluta, inkluż billi jipprovdi dikjarazzjoni supplimentari. L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom iħassru d-data personali operazzjonali mingħajr dewmien bla bżonn u s-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand l-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni t-tħassir ta' data personali operazzjonali li tikkonċernah mingħajr dewmien bla bżonn meta l-ipproċessar jikser l-Artikoli 68b, 69c jew 69h, jew meta d-data personali operazzjonali trid titħassar bl-għan li tintlaħaq konformità ma' obbligu ġuridiku li għalih huma soġġetti l-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni.

 

 

(a)  il-preċiżjoni tad-data personali tiġi kkontestata mis-suġġett tad-data u l-preċiżjoni jew l-impreċiżjoni tagħha ma tistax tkun aċċertata; jew

 

(b)  id-data personali tkun trid tinżamm għal finijiet ta' evidenza.

 

2.  Meta l-ipproċessar ikun ġie ristrett skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom jinformaw lis-suġġett tad-data qabel ineħħu r-restrizzjoni tal-ipproċessar. Data ristretta għandha tiġi pproċessata biss għall-fini li tkun impediet it-tħassir tagħha.

 

3.  L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom jinformaw lis-suġġett tad-data bil-miktub bi kwalunkwe rifjut ta' rettifika jew tħassir ta' data personali operazzjonali jew restrizzjoni tal-ipproċessar, u r-raġunijiet għar-rifjut. L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni jistgħu jirrestrinġu, għalkollox jew parzjalment, l-obbligu li tingħata tali informazzjoni safejn tali restrizzjoni tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f'soċjetà demokratika, b'kont debitu għad-drittijiet fundamentali u tal-interessi leġittimi tal-persuna fiżika kkonċernata sabiex:

 

(a)  ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew ġuridiċi;

 

(b)  ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali;

 

(c)  titħares is-sigurtà pubblika tal-Istati Membri;

 

(d)  titħares is-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri;

 

(f)  jitħarsu d-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn.

 

4.  L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom jinfurmaw lis-suġġett tad-data bil-possibilità li jressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew li jitlob rimedju ġudizzjarju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

 

5.  L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkomunikaw ir-rettifika ta' data personali mhux preċiża lill-awtorità kompetenti li mingħandha tkun oriġinat id-data personali operazzjonli mhux preċiża.

 

6.  Meta d-data personali operazzjonali tkun ġiet rettifikata jew imħassra jew l-ipproċessar ikun ġie ristrett skont il-paragrafi 1, 2 u 3, l-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom jinnotifikaw lir-riċevituri u jinformawhom li għandhom jirrettifikaw jew iħassru d-data personali operazzjonali jew jirrestrinġu l-ipproċessar tad-data personali operazzjonali li taqa' taħt ir-responsabilità tagħhom.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 69n (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 69n

 

L-eżerċizzju tad-drittijiet min-naħa tas-suġġett tad-data u l-verifika mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

 

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 69j(3), 69k u 69m(4), id-drittijiet tas-suġġett tad-data jistgħu jiġu eżerċitati wkoll permezz tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

 

L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom jinfurmaw lis-suġġett tad-data bil-possibilità li jeżerċita d-drittijiet tiegħu permezz tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data skont il-paragrafu 1.

 

Meta jiġi eżerċitat id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu tal-inqas jinforma lis-suġġett tad-data li min-naħa tiegħu jkun wettaq il-verifiki jew rieżami kollha meħtieġa. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jinforma lis-suġġett tad-data wkoll bid-dritt tiegħu li jitlob rimedju ġudizzjarju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 69o (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 69o

 

Reġistrazzjoni

 

L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom iżommu reġistrazzjonijiet għal kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet ta' pproċessar li ġejjin fis-sistemi ta' pproċessar awtomatizzat: il-ġbir, il-bdil, l-aċċess, il-konsultazzjoni, id-divulgazzjoni, inklużi trasferimenti, il-kombinament u t-tħassir ta' data personali operazzjonali.

 

Ir-reġistrazzjonijiet tal-konsultazzjoni u d-divulgazzjoni għandhom jagħmluha possibbli li jiġu stabbiliti l-ġustifikazzjoni għal, u d-data u l-ħin ta' kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet, l-identifikazzjoni tal-persuna li tkun ikkonsultat jew divulgat id-data personali operazzjonali, u safejn possibbli, l-identità tar-riċevituri ta' tali data personali operazzjonali. Tali reġistrazzjonijiet għandhom jintużaw biss għall-kontroll tal-protezzjoni tad-data u għall-iżgurar ta' pproċessar xieraq tad-data kif ukoll l-integrità u s-sigurtà tagħha. Ma għandhiex tkun possibbli modifika ta' tali reġistrazzjonijiet. Tali reġistrazzjonijiet għandhom jiġu mħassra wara tliet snin, sakemm ma jkunux meħtieġa għal kontroll li jkun għaddej. L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjonijiet ikunu disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u għall-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data rispettivi fuq talba.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 69p (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 69p

 

It-trasferiment ta' data personali operazzjonali lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

 

1  Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni possibbli skont l-Artikolu 69l, l-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni jistgħu jitrasferixxu data personali operazzjonali lil awtorità ta' pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali sakemm tali trasferiment huwa neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tal-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni, abbażi ta' waħda minn dawn li ġejjin:

 

(a)  deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata f'konformità mal-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2016/680, li ssib li l-pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar f'dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni (“deċiżjoni ta' adegwatezza”);

 

(b)  ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li joffri prova ta' salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi;

 

(c)  ftehim ta' kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta' data personali operazzjonali konkluż, qabel id-data ta' applikazzjoni tal-att ġuridiku kostituttiv rispettiv tal-aġenziji tal-Unjoni, bejn l-aġenziji jew il-missjonijiet tal-Unjoni u dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali skont l-Atikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI. L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni jistgħu jikkonkludu arranġamenti amministrattivi biex jimplimentaw tali ftehimiet jew deċiżjonijiet ta' adegwatezza.

 

2.  Fejn applikabbli, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Bord ta' Amministrazzjoni dwar skambji ta' data personali operazzjonali abbażi ta' deċiżjonijiet ta' adegwatezza f'konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 1.

 

3.  L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom jippubblikaa fuq is-sit web tagħhom u jżommu aġġornata lista ta' deċiżjonijiet ta' adegwatezza, ftehimiet, arranġamenti amministrattivi u strumenti oħra marbuta mat-trasferiment ta' data personali operazzjonali f'konformità mal-paragrafu 1.

 

4.  Sal-14 ta' Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha tivvaluta d-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-ftehimiet ta' kooperazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu ta' dik il-valutazzjoni, u tista', jekk ikun xieraq, tippreżenta lill-Kunsill rakkomandazzjoni għal deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għall-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragarfu 1.

 

5.  B'deroga mill-paragrafu 1, id-Direttur Eżekuttiv jista' jawtorizza t-trasferiment ta' data personali operazzjonali lejn pajjiżi terzi jew lejn organizzazzjonijiet internazzjonali fuq bażi ta' każ b'każ jekk it-trasferiment huwa:

 

(a)  neċessarju għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta' persuna oħra;

 

(b)  neċessarju sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data meta d-dritt tal-Istat Membru li jkun qiegħed jittrasferixxi d-data personali jipprevedi dan;

 

(c)  essenzjali għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;

 

(d)  neċessarju f'każijiet individwali għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali; or

 

(e)  neċessarju f'każijiet individwali għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali relatati mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reat speċifiku jew l-eżekuzzjoni ta' piena kriminali speċifika.

 

Data personali operazzjonali ma għandhiex tiġi ttrasferita jekk id-Direttur Eżekuttiv jiddetermina li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data kkonċernat jieħdu preċedenza fuq l-interess pubbliku fit-trasferiment kif imsemmi fil-punti (d) u (e).

 

Id-derogi ma jistgħux ikunu applikabbli għal trasferimenti sistematiċi, massivi jew strutturali.

 

6.  B'deroga mill-paragrafu 1, fejn applikabbli, il-Bord ta' Amministrazzjoni jista', bi qbil mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jawtorizza għal perjodu li ma jaqbiżx sena, li jista' jiġi mġedded, sett ta' trasferimenti f'konformità mal-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 5, filwaqt li jieħu kont tal-eżistenza ta' salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi. Tali awtorizzazzjoni għandha tkun debitament ġustifikata u dokumentata.

 

7.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Bord ta' Amministrazzjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data malajr kemm jista' jkun dwar każijiet fejn ikun ġie applikat il-paragrafu 5.

 

8.  L-aġenziji u l-missjonijiet tal-Unjoni għandhom iżommu rekords dettaljati għal kull trasferiment li jkun sar skont dan l-Artikolu.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Kapitolu – IXa (ġdid) – Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kapitolu IXa

 

Rieżami

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 70a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 70a

 

Klawsola ta' rieżami

 

1.  Mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2021, u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' proposti leġiżlattivi xierqa.

 

2.  L-evalwazzjoni ex post imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-adegwatezza tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-konsistenza tiegħu ma' atti leġiżlattivi oħrajn fil-qasam tal-protezzjoni tad-data u, tivvaluta, b'mod partikolari, l-implimentazzjoni tal-Kapitolu V ta' dan ir-Regolament.

 

3.  Mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2021, u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Parlament Ewropew fuq l-applikazzjoni tal-Kapitolu VIII ta' dan ir-Regolament u l-penalitajiet u s-sanzjonijiet applikati.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl ta' tfassil aħjar tal-liġijiet u b'mod partikolari l-użu effettiv ta' evalwazzjonijiet ex post sabiex jittieħed kont taċ-ċiklu leġiżlattiv kollu, huwa ta' interess partikolari li jiġu segwiti t-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-UE, u b'mod aktar ġenerali, li jiġu mmonitorjati l-impatt, l-operat u l-effikaċja tad-dritt tagħha. Klawsola ta' rieżami komprensiva, li titlob evalwazzjoni xierqa dwar l-applikazzjoni tar-Regolament, il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu u d-deroga tas-setgħat prevista u li tipprevedi obbligi ta' rappurtar proporzjonali sservi dan l-iskop.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 70b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 70b

 

Rieżami ta' atti ġuridiċi tal-Unjoni

 

Sal-25 ta' Mejju 2021, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina atti ġuridiċi oħra adottati abbażi tat-Trattati li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali, b'mod partikolari mill-aġenziji stabbiliti skont il-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-TFUE, sabiex tevalwa l-ħtieġa li tallinjahom ma' dan ir-Regolament u tagħmel, fejn xieraq, il-proposti meħtieġa sabiex temenda dawk l-atti ħalli tiżgura approċċ konsistenti għall-protezzjoni tad-data personali fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 71a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 71a

 

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1987/2006

 

Ir-Regolament (UE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a huwa emendat kif ġej:

 

L-Artikolu 46 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"Awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jikkooperaw ma' xulxin skont l-Artikolu 62 [tar-Regolament il-ġdid 45/2001]".

 

_________________

 

1a Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 71b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 71b

 

Emendi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI

 

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI1a hija emendata kif ġej:

 

L-Artikolu 62 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"Awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jikkooperaw ma' xulxin skont l-Artikolu 62 [tar-Regolament il-ġdid 45/2001]".

 

_________________

 

1a Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63).

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 71c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 71c

 

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008

 

Ir-Regolament (UE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a huwa emendat kif ġej:

 

L-Artikolu 43 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"Awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jikkooperaw ma' xulxin skont l-Artikolu 62 [tar-Regolament il-ġdid 45/2001]".

 

_________________

 

1a Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS), ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 71d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 71d

 

Emendi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97

 

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/971a huwa emendat kif ġej:

 

Fl-Artikolu 37, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"Awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jikkooperaw ma' xulxin skont l-Artikolu 62 [tar-Regolament il-ġdid 45/2001]".

 

_________________

 

1a Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 71e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 71e

 

Emendi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI

 

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI1a hija emendata kif ġej:

 

(1)  L-Artikolu 25 jitħassar.

 

(2)  Fl-Artikolu 26, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

"Awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jikkooperaw ma' xulxin skont l-Artikolu 62 [tar-Regolament il-ġdid 45/2001]".

 

_________________

 

1a Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika għall-finijiet doganali (ĠU L 323, 10.12.2009, p. 20).

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 71f (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 71f

 

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012

 

Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a huwa emendat kif ġej:

 

Fl-Artikolu 21, jitħassru l-paragrafi 3 u 4.

 

_________________

 

1a Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 71g (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 71g

 

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447

 

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/24471a jiġi emendat kif ġej:

 

Fl-Artikolu 83, jitħassar il-paragrafu 8.

 

_________________

 

1a Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 71h (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 71h

 

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 2016/794

 

Ir-Regolament (UE) Nru 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a huwa emendat kif ġej:

 

(1)  L-Artikoli 25, 28, 30, 36, 37, 40, 41 u 46 jitħassru.

 

(2)  L-Artikolu 44 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"Awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jikkooperaw ma' xulxin skont l-Artikolu 62 [tar-Regolament il-ġdid 45/2001]".

 

_________________

 

1a Regolament (UE) Nru 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 71i (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 71i

 

Emendi għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2017/XX

 

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2017/...1a huwa emendat kif ġej:

 

(1)  L-Artikoli 36e, 36f, 37, 37b, 37c, 37cc, 37ccc, 37d, 37e, 37f, 37g, 37h, 37i, 37j, 37k, 37n, 37o, 41, 41a, 41b, 43a, 43b, 43c, 43d, 43e u 46 jitħassru.

 

(2)  L-Artikolu 45 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"Awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jikkooperaw ma' xulxin skont l-Artikolu 62 [tar-Regolament il-ġdid 45/2001]".

 

_________________

 

1a Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/... ta' ... li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L ...).

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 71j (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 71(j)

 

Emendi għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2017/XX

 

Ir-Regolament (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a huwa emendat kif ġej:

 

(1)  L-Artikoli 27, 29, 30, 31, 33, 36 u 37 jitħassru;

 

(2)  L-Artikolu 35 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"Awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jikkooperaw ma' xulxin skont l-Artikolu 62 [tar-Regolament il-ġdid 45/2001]".

 

_________________

 

1a Regolament (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (ĠU L ...).

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 71k (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 71(k)

 

Emendi għar-Regolament Eurodac (UE) 2017/XX

 

Ir-Regolament (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a huwa emendat kif ġej:

 

(1)  L-Artikoli 29, 30, 31 u 39 jitħassru.

 

(2)  L-Artikolu 34 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"Awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jikkooperaw ma' xulxin skont l-Artikolu 62 [tar-Regolament il-ġdid 45/2001]".

 

_________________

 

1a Regolament (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-"Eurodac" għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-[Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida], għall-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li qed jirresjiedu illegalment u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi (ĠU L ...).

NOTA SPJEGATTIVA

I.  Kuntest tal-Proposta

L-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif introdott mit-Trattat ta' Lisbona, jistabbilixxi l-prinċipju li kull persuna għandha d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali li tirrigwardaha. Barra minn hekk fl-Artikolu 16(2) tat-TFUE, it-Trattat ta' Lisbona introduċa bażi ġuridika speċifika għall-adozzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali. L-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea inaqqax il-protezzjoni tad-data personali bħala dritt fundamentali, u l-Artikolu 7 inaqqax id-dritt ta' kull persuna għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tagħha, ta' darha u tal-komunikazzjonijiet tagħha.

Id-dritt għall-protezzjoni ta' data personali japplika wkoll għall-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-UE. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, l-att prinċipali tal-leġiżlazzjoni tal-UE fis-seħħ dwar il-protezzjoni ta' data fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, ġie adottat fl-2001 b'żewġ objettivi fil-mira: li jiġi protett id-dritt fundamentali għall-protezzjoni ta' data u li jiġi ggarantit il-fluss liberu ta' data personali madwar l-Unjoni. Ir-Regolament kien ikkomplementat bid-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE.

Fis-27 ta' April 2016, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (EU) 2016/679, li se jibda japplika mill-25 ta' Mejju 2018. L-Artikolu 98 ta' dan ir-Regolament jitlob li r-Regolament (KE) Nru 45/2001 jiġi adattat għall-prinċipji u r-regoli stabbiliti fil-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data sabiex jiġi pprovdut qafas b'saħħtu u koerenti għall-protezzjoni tad-data fl-Unjoni u sabiex jippermetti li ż-żewġ strumenti jkunu applikabbli fl-istess ħin. Barra minn hekk, fis-27 ta' April 2016, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Direttiva (UE) 2016/680 ("id-Direttiva") dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data. Din id-Direttiva tipprevedi qafas komprensiv għall-protezzjoni tad-data personali fil-qasam tal-infurzar tal-liġi. Fl-Artikolu 62 d-Direttiva titlob li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-ipproċessar tad-data personali mill-awtoritajiet kompetenti tiġi adattata għad-Direttiva. Madankollu, xi aġenziji tal-Unjoni li joperaw fil-qasam tal-infurzar tal-liġi għad għandhom reġimi awtonomi għall-protezzjoni tad-data personali.

Huwa konsistenti mal-approċċ koerenti għall-protezzjoni ta' data personali madwar l-Unjoni li, kemm jista' jkun, ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data għall-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni jiġu allinjati mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data adottati għall-Istati Membri. Kull meta d-dispożizzjonijiet tal-proposta jkunu bbażati fuq l-istess kunċett bħad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jenħtieġ li jiġu interpretati b'mod omoġenu, b'mod partikolari għaliex l-iskema tal-proposta jenħtieġ li tinftiehem bħala l-ekwivalenti tal-iskema tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.

Ir-rieżami tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 iqis ukoll ir-riżultati tal-investigazzjonijiet u tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, u l-istudju tal-evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni tiegħu tul l-aħħar 15-il sena.

II.  It-tibdil tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur ġeneralment temmen li r-rieżami propost huwa pass kbir lejn l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u jipprovdi bażi soda biex wieħed jaħdem fuqu.

Madankollu, ir-Rapporteur hija diżappuntata li l-Kummissjoni Ewropea m'għażlitx strument uniku sħiħ li jkopri l-operazzjonijiet ta' pproċessar tad-data kollha tal-korpi, l-aġenziji u l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, u għaldaqstant tilfet opportunità storika biex toħloq standard wieħed b'saħħtu u uniformi għall-protezzjoni tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data. Ir-Rapporteur temmen li ċ-ċittadini tal-Unjoni jixirqilhom standard ċar u uniformi u għaldaqstant tipproponi li jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Sabiex jiżgura qafas b'saħħtu u koerenti għall-protezzjoni tad-data madwar l-Unjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun applikabbli għall-ipproċessar kollu tad-data personali li jitwettaq minn kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni. Fl-istess ħin, ir-Rapporteur tirrikonoxxi li l-leġiżlatur, fis-27 ta' April 2016, għażel approċċ fuq żewġ binarji fir-rigward tal-ipproċessar għal finijiet tal-infurzar tal-liġi. Sa fejn l-ipproċessar tad-data personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi mill-aġenziji tal-Unjoni huwa konsistenti mar-regoli stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/680, jenħtieġ li jkomplu japplikaw ir-reġimi awtonomi għal ċerti aġenziji, sakemm jinġiebu f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Ir-Rapporteur wettqet ukoll allinjament strett ta' dan ir-rieżami tar-Regolament mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data sabiex jiġu simplifikati kemm jista' jkun iż-żewġ testi, u għaldaqstant tenfasizza l-idea li l-Unjoni tħaddan l-istess standards f'dak li jirrigwardja l-protezzjoni tad-data bħal fil-każ tal-Istati Membri. Ir-Rapporteur għalhekk ippreżentat numru ta' emendi mmirati lejn is-simplifikazzjoni taż-żewġ strumenti. Id-diverġenzi bejn dan ir-Regolament u r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jenħtieġ li jkunu ġġustifikati sew u jkunu limitati kemm jista' jkun.

Fis-snin reċenti, fir-rigward tar-relazzjoni tar-Regolament (KE) 45/2001 u r-Regolament (KE) 1049/2001, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ("QtĠ-UE") sostniet f'diversi każijiet jeħtieġ li jinstab bilanċ bejn iż-żewġ drittijiet fundamentali u appellat b'mod impliċitu lil-leġiżlatur biex jiċċara aħjar il-konnessjoni bejn l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) 1049/2001 u l-Artikolu 8 (issa 9) tar-Regolament (KE) 45/2001. Ir-rapporteur issa ħadet l-approċċ li tintroduċi fit-test diversi elementi tal-każijiet reċenti tal-qorti - Bavarian Lager, Dennekamp, ClientEarth - li essenzjalment jistabbilixxu l-elementi attwali tal-ġurisprudenza tal-QtĠ-UE u għandhom l-għan li jispeċifikaw xi tqajmu mill-QtĠ-UE u l-Avukat Ġenerali stess fid-diversi verdetti.

Fir-rigward tal-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jirrikjedi li r-restrizzjonijiet għall-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet iridu jkunu bbażati fuq atti legali. Konsegwentement, ir-rapporteur tipproponi li hawnhekk titħassar il-possibilità li l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jillimitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data permezz ta' regoli interni.

Ir-Regolament (KE) 45/2001 jirrikjedi lill-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex iżommu reġistru ta' attivitajiet ta' pproċessar. Ir-rapporteur temmen li hemm valur miżjud f'li istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-UE jkunu obbligati jżommu reġistru ċentrali ta' operazzjonijiet ta' pproċessar. Is-suġġetti tad-data jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkonsultaw dak ir-reġistru permezz tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data.

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jipprevedi l-possibbiltà li l-kontrolluri juru konformità mar-Regolament permezz ta' aderenza ma' mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni approvati jew kodiċijiet ta' kondotta. Filwaqt li r-rapporteur temmen li kodiċijiet ta' kondotta mhumiex adattati għall-amministrazzjoni pubblika, hija tipproponi li jiddaħħlu d-dispożizzjonijiet neċessarji għall-kontrolluri skont dan ir-Regolament biex tintwera konformità permezz ta' aderenza ma' mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni approvati.

Ir-rapporteur temmen fil-kontribuzzjoni enormi tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'li josserva d-dispożizzjonijiet tar-Regolament, u għalhekk żammet il-formulazzjoni tar-Regolament (KE) 45/2001 f'li jippermetti lill-Kummissjoni tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fil-fażijiet ta' tħejjija tal-adozzjoni ta' proposta, u b'hekk ħalliet lill-Kummissjoni biżżejjed spazju, u għaldaqstant irrispettat id-dritt ta' inizjattiva tagħha. Ir-rapporteur tinnota li superviżjoni indipendenti tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data hija rekwiżit tat-Trattati. Għaldaqstant, l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha, inkluża l-Qorti tal-Ġustizzja, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal superviżjoni indipendenti mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Sabiex tiġi salvagwardjata l-indipendenza tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, ir-Rapporteur tipproponi modifika żgħira għall-proċedura tal-ħatra.

Il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet. Ir-rapporteur temmen li, b'mod ġenerali, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar din il-kwistjoni jenħtieġ li tkun applikabbli għall-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni wkoll. Regoli addizzjonali biss li jippartikolarizzaw u jikkomplementaw il-qafas ġenerali jenħtieġ li jiddaħħlu hawnhekk. Dawn ir-regoli jenħtieġ li jkunu parti minn taqsima separata tat-test.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tilqa' l-inklużjoni tal-possibilità tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data li jimmulta lil dawk l-istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-Unjoni li ma jħarsux id-dispożizzjonijiet stretti tar-Regolament, u għaldaqstant jintbagħat sinjal b'saħħtu lis-suġġetti tad-data u l-Unjoni tkun obbligata tħaddan obbligu morali u legali ta' livell għoli daqs l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri.

5.10.2017

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE.

(COM(2017)0008 – C8-0008/2017 – 2017/0002(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Angel Dzhambazki

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-prinċipju li kull persuna għandu jkollha d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali li tirrigwardaha huwa stabbilit bl-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Ġiet introdotta bażi ġuridika speċifika għall-adozzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali fl-Artikolu 16(2) tat-TFUE. Barra minn hekk, l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jnaqqax il-protezzjoni ta' data personali bħala dritt fundamentali.

Id-dritt għall-protezzjoni ta' data personali japplika wkoll għall-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-UE. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, l-att prinċipali tal-leġiżlazzjoni tal-UE fis-seħħ dwar il-protezzjoni ta' data fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, ġie adottat fl-2001 b'żewġ objettivi: li jkun protett id-dritt fundamentali għall-protezzjoni ta' data u li jiġi ggarantit il-fluss liberu ta' data personali madwar l-Unjoni.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw fis-27 ta' April 2016 ir-Regolament (UE) 2016/697 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data). Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta' Mejju 2018. Dan ir-Regolament jitlob li r-Regolament (KE) Nru 45/2001 jiġi adattat għall-prinċipji u għar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 sabiex jipprovdi qafas b'saħħtu u koerenti għall-protezzjoni tad-data fl-Unjoni u sabiex jippermetti liż-żewġ strumenti jkunu applikabbli fl-istess ħin.

Fil-proposta, il-Kummissjoni stabilixxiet il-bidliet neċessarji għall-adattament tar-Regolament tal-2001 għar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data b'mod ġust u bbilanċjat. Madankollu, fuq punt wieħed, il-proposta tiddevja b'mod mhux motivat mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, jiġifieri fir-rigward tal-età għal kunsens tal-minorenni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali hija dritt fundamentali. L-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”) u l-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li kull persuna għandha dritt għall-protezzjoni tad-data personali li tirrigwardaha.

(1)  Il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali hija dritt fundamentali. L-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”) u l-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li kull persuna għandha dritt għall-protezzjoni tad-data personali li tirrigwardaha. Dan id-dritt huwa wkoll iggarantit fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11 jipprovdi persuni fiżiċi bi drittijiet eżekwibbli ġuridikament, jispeċifika l-obbligi ta' pproċessar tad-data tal-kontrolluri fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità, u joħloq awtorità superviżorja indipendenti, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, responsabbli għall-monitoraġġ tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Unjoni. Madankollu, ma japplikax għall-ipproċessar ta' data personali matul attività tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11jipprovdi persuni fiżiċi bi drittijiet eżekwibbli ġuridikament, jispeċifika l-obbligi ta' pproċessar tad-data tal-kontrolluri fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità, u joħloq awtorità superviżorja indipendenti, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, responsabbli għall-monitoraġġ tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Unjoni. Fl-istess ħin, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 huwa intiż li jilħaq żewġ għanijiet: li jkun protett id-dritt fundamentali għall-protezzjoni ta' data u li jiġi ggarantit il-fluss liberu ta' data personali madwar l-Unjoni. Madankollu, ma japplikax għall-ipproċessar ta' data personali matul attività tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.

_________________

_______________

11 Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p.1).

11 Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p.1).

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Huwa fl-interess ta' approċċ koerenti għall-protezzjoni ta' data personali madwar l-Unjoni, u tal-moviment liberu ta' data personali fi ħdan l-Unjoni, li jiġu allinjati kemm jista' jkun ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data għall-istituzzjonijiet u għall-korpi tal-Unjoni mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data adottati għas-settur pubbliku fl-Istati Membri. Kull meta d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu bbażati fuq l-istess kunċett bħad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679, dawk iż-żewġ dispożizzjonijiet jenħtieġ li jiġu interpretati b'mod omoġenu, b'mod partikolari għaliex jenħtieġ li l-iskema ta' dan ir-Regolament tinftiehem bħala ekwivalenti għall-iskema tar-Regolament (UE) 2016/679.

(5)  Huwa fl-interess ta' approċċ koerenti għall-protezzjoni ta' data personali madwar l-Unjoni, u tal-moviment liberu ta' data personali fi ħdan l-Unjoni, li jiġu allinjati r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data adottati għas-settur pubbliku fl-Istati Membri. Kull meta d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu bbażati fuq l-istess kunċett bħad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679, dawk iż-żewġ dispożizzjonijiet jenħtieġ li, b'mod konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea1a, jiġu interpretati b'mod omoġenu, b'mod partikolari għaliex jenħtieġ li l-iskema ta' dan ir-Regolament tinftiehem bħala ekwivalenti għall-iskema tar-Regolament (UE) 2016/679.

 

_________________

 

1a Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta' Marzu 2010, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C-518/07, ECLI:EU:C:2010:125, punti 26 u 28.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Meta l-att ffundatur ta' aġenzija tal-Unjoni li twettaq attivitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tat-Trattat jistabbilixxi reġim awtonomu ta' protezzjoni tad-data għall-ipproċessar ta' data personali operazzjonali, jenħtieġ li t-tali reġimi ma jkunux affettwati minn dan ir-Regolament. Madankollu, f'konformità mal-Artikolu 62 tad-Direttiva (UE) 2016/680, sas-6 ta' Mejju 2019, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrevedi l-atti tal-Unjoni li jirregolaw l-ipproċessar mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tad-detezzjoni jew tal-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' penali kriminali, inkluża s-salvagwardja kontra theddidiet għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tagħhom u, fejn xieraq, tagħmel il-proposti neċessarji sabiex jiġu emendati dawk l-atti ħalli jiġi żgurat approċċ konsistenti għall-protezzjoni ta' data personali fil-qasam ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u ta' kooperazzjoni tal-pulizija.

(10)  Meta l-att ffundatur ta' aġenzija tal-Unjoni li twettaq attivitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tat-Trattat jistabbilixxi reġim awtonomu ta' protezzjoni tad-data għall-ipproċessar ta' data personali operazzjonali, jenħtieġ li t-tali reġimi ma jkunux affettwati minn dan ir-Regolament, sa kemm ikunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/679. Madankollu, f'konformità mal-Artikolu 62 tad-Direttiva (UE) 2016/680, sas-6 ta' Mejju 2019, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrevedi l-atti tal-Unjoni li jirregolaw l-ipproċessar mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tad-detezzjoni jew tal-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' penali kriminali, inkluża s-salvagwardja kontra theddidiet għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tagħhom u, fejn xieraq, tagħmel il-proposti neċessarji sabiex jiġu emendati dawk l-atti ħalli jiġi żgurat approċċ konsistenti għall-protezzjoni ta' data personali fil-qasam ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u ta' kooperazzjoni tal-pulizija.

Ġustifikazzjoni

Kwalunkwe reġim ta' protezzjoni tad-data jeħtieġ li jkun koerenti mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Il-kunsens jenħtieġ li jingħata b'att affermattiv ċar li jistabbilixxi indikazzjoni mogħtija liberament, speċifika, infurmata u mhux ambigwa tal-qbil tas-suġġett tad-data li huwa jaqbel li tiġi pproċessata data personali b'rabta miegħu, pereżempju b'dikjarazzjoni bil-miktub, inkluż b'mod elettroniku, jew bil-fomm. Dan jista' jinkludi l-immarkar ta' kaxxa meta jżur sit elettroniku tal-internet, l-għażla ta' settings tekniċi għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jew xi dikjarazzjoni jew imġiba oħra li f'dan il-kuntest jindikaw b'mod ċar l-aċċettazzjoni tas-suġġett tad-data tal-ipproċessar propost tad-data personali tiegħu. Jenħtieġ li s-silenzju, kaxxi mmarkati minn qabel jew in-nuqqas ta' attività għaldaqstant ma jitqisux bħala kunsens. Jenħtieġ li l-kunsens ikun ikopri l-attivitajiet tal-ipproċessar kollha li jsiru għall-istess fini jew finijiet. Meta l-ipproċessar ikollu diversi finijiet, ikun jenħtieġ li jingħata kunsens għalihom kollha. Jekk il-kunsens tas-suġġett tad-data jkollu jingħata wara talba b'mod elettroniku, it-talba għandha tkun ċara, konċiża u li ma toħloqx tfixkil bla bżonn għall-użu tas-servizz li tkun qed tiġi pprovduta għalih.

(14)  Il-kunsens jenħtieġ li jingħata b'att affermattiv ċar li jistabbilixxi indikazzjoni mogħtija liberament, speċifika, infurmata u mhux ambigwa tal-qbil tas-suġġett tad-data li huwa jaqbel li tiġi pproċessata data personali b'rabta miegħu, pereżempju b'dikjarazzjoni bil-miktub, inkluż b'mod elettroniku, jew bil-fomm. Dan jista' jinkludi l-immarkar ta' kaxxa meta jżur sit elettroniku tal-internet, l-għażla ta' settings tekniċi għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jew xi dikjarazzjoni jew imġiba oħra li f'dan il-kuntest jindikaw b'mod ċar l-aċċettazzjoni tas-suġġett tad-data tal-ipproċessar propost tad-data personali tiegħu. Jenħtieġ li s-silenzju, kaxxi mmarkati minn qabel jew in-nuqqas ta' attività għaldaqstant ma jitqisux bħala kunsens. Jenħtieġ li l-kunsens ikun ikopri l-attivitajiet tal-ipproċessar kollha li jsiru għall-istess fini jew finijiet. Meta l-ipproċessar ikollu diversi finijiet, ikun jenħtieġ li jingħata kunsens għalihom kollha. Jekk il-kunsens tas-suġġett tad-data jkollu jingħata wara talba b'mod elettroniku, it-talba għandha tkun ċara, konċiża u li ma toħloqx tfixkil bla bżonn għall-użu tas-servizz li tkun qed tiġi pprovduta għalih. Fl-istess ħin, is-suġġett tad-data jenħtieġ li jkollu d-dritt li jirtira l-kunsens tiegħu fi kwalunkwe ħin, mingħajr ma tiġi affettwata l-legalità tal-ipproċessar ibbażat fuq il-kunsens espress qabel l-irtirar tiegħu.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Jenħtieġ li d-dritt tal-Unjoni inklużi r-regoli msemmijin f'dan ir-Regolament ikunu ċari u preċiżi u li l-applikazzjoni tagħhom tkun prevedibbli għal persuni soġġetti għalihom, f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

(18)  Jenħtieġ li d-dritt tal-Unjoni jkun ċar u preċiż u li l-applikazzjoni tiegħu tkun prevedibbli għal persuni soġġetti għalihom, f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Data personali, li min-natura tagħha, tkun partikolarment sensittiva fir-rigward tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jistħoqqilha protezzjoni speċifika billi l-kuntest tal-ipproċessar tagħha jista' joħloq riskji sinifikanti għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Dik id-data personali għandha tinkludi data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, fejn l-użu tat-terminu “oriġini razzjali” f'din id-Direttiva ma jimplikax li l-Unjoni taċċetta teoriji li jippruvaw jiddeterminaw l-eżistenza ta' razez umani separati. Jenħtieġ li l-ipproċessar ta' ritratti ma jitqiesx sistematikament bħala pproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali peress li dawn ikunu koperti bid-definizzjoni ta' data bijometrika biss meta jiġu pproċessati b'mezz tekniku speċifiku li jippermetti l-identifikazzjoni unika jew l-awtentikazzjoni ta' persuna fiżika. Minbarra r-rekwiżiti speċifiċi għall-ipproċessar ta' data sensittiva, jenħtieġ li l-prinċipji ġenerali u regoli oħrajn ta' dan ir-Regolament jkunu japplikaw, b'mod partikolari fir-rigward tal-kondizzjonijiet għal ipproċessar legali. Jenħtieġ li d-derogi mill-projbizzjoni ġenerali għall-ipproċessar ta' tali kategoriji speċjali ta' data personali jiġu previsti b'mod espliċitu, fost oħrajn fejn is-suġġett tad-data jagħti l-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha jew fir-rigward ta' ħtiġijiet speċifiċi b'mod partikolari fejn l-ipproċessar isir waqt attivitajiet leġittimi minn ċerti assoċjazzjonijiet jew fondazzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jippermettu l-eżerċitar ta' libertajiet fundamentali.

(23)  Data personali, li min-natura tagħha, tkun partikolarment sensittiva fir-rigward tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jistħoqqilha protezzjoni speċifika billi l-kuntest tal-ipproċessar tagħha jista' joħloq riskji sinifikanti għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Jenħtieġ li din id-data personali ma tiġix ipproċessata sakemm l-ipproċessar ma jkunx permess f'każijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dik id-data personali għandha tinkludi data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, fejn l-użu tat-terminu “oriġini razzjali” f'din id-Direttiva ma jimplikax li l-Unjoni taċċetta teoriji li jippruvaw jiddeterminaw l-eżistenza ta' razez umani separati. Jenħtieġ li l-ipproċessar ta' ritratti ma jitqiesx sistematikament bħala pproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali peress li dawn ikunu koperti bid-definizzjoni ta' data bijometrika biss meta jiġu pproċessati b'mezz tekniku speċifiku li jippermetti l-identifikazzjoni unika jew l-awtentikazzjoni ta' persuna fiżika. Minbarra r-rekwiżiti speċifiċi għall-ipproċessar ta' data sensittiva, jenħtieġ li l-prinċipji ġenerali u regoli oħrajn ta' dan ir-Regolament jkunu japplikaw, b'mod partikolari fir-rigward tal-kondizzjonijiet għal ipproċessar legali. Jenħtieġ li d-derogi mill-projbizzjoni ġenerali għall-ipproċessar ta' tali kategoriji speċjali ta' data personali jiġu previsti b'mod espliċitu, fost oħrajn fejn is-suġġett tad-data jagħti l-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha jew fir-rigward ta' ħtiġijiet speċifiċi b'mod partikolari fejn l-ipproċessar isir waqt attivitajiet leġittimi minn ċerti assoċjazzjonijiet jew fondazzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jippermettu l-eżerċitar ta' libertajiet fundamentali.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)  Kategoriji speċjali ta' data personali li jistħoqqilhom protezzjoni ogħla jenħtieġ li jiġu proċessati għal finijiet relatati mas-saħħa biss fejn ikun neċessarju biex jinkisbu dawk l-għanijiet għall-benefiċċju ta' persuni fiżiċi u s-soċjetà kollha, b'mod partikolari fil-kuntest tal-ġestjoni tas-servizzi u s-sistemi tal-kura soċjali jew tas-saħħa. Għalhekk dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi kondizzjonijiet armonizzati għall-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali dwar is-saħħa, fir-rigward ta' ħtiġijiet speċifiċi, b'mod partikolari fejn l-ipproċessar ta' tali data jsir għal ċerti finijiet relatati mas-saħħa minn persuni soġġetti għal obbligu legali ta' segretezza professjonali. Jenħtieġ li d-dritt tal-Unjoni jipprevedi miżuri speċifiċi u xierqa sabiex jiġu protetti d-drittijiet fundamentali u d-data personali tal-persuni fiżiċi.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  L-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali jista' jkun meħtieġ għal raġunijiet ta' interess pubbliku fl-oqsma tas-saħħa pubblika mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data. Tali pproċessar jeħtieġ li jkun soġġett għal miżuri adatti u speċifiċi sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi. F'dak il-kuntest, “saħħa pubblika” jenħtieġ li tiġi interpretata kif definita fir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, jiġifieri l-elementi kollha relatati mas-saħħa, b'mod partikolari l-istat tas-saħħa, inklużi l-morbożità u d-diżabbiltà, il-fatturi determinanti li għandhom effett fuq l-istat tas-saħħa, il-bżonnijiet fil-qasam tal-kura tas-saħħa, ir-riżorsi allokati għall-kura tas-saħħa, il-forniment tal-kura tas-saħħa u l-aċċess universali għaliha, kif ukoll l-infiq u l-finanzjament tal-kura tas-saħħa, u l-kawżi ta' mortalità. Jenħtieġ li tali pproċessar ta' data dwar is-saħħa għal raġunijiet ta' interess pubbliku ma jirriżultax fl-ipproċessar ta' data personali għal finijiet oħrajn minn partijiet terzi.

(24)  L-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali jista' jkun meħtieġ għal raġunijiet ta' interess pubbliku fl-oqsma tas-saħħa pubblika mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data. Tali pproċessar jeħtieġ li jkun soġġett għal miżuri proporzjonati, adatti u speċifiċi sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi. F'dak il-kuntest, “saħħa pubblika” jenħtieġ li tiġi interpretata kif definita fir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, jiġifieri l-elementi kollha relatati mas-saħħa, b'mod partikolari l-istat tas-saħħa, inklużi l-morbożità u d-diżabbiltà, il-fatturi determinanti li għandhom effett fuq l-istat tas-saħħa, il-bżonnijiet fil-qasam tal-kura tas-saħħa, ir-riżorsi allokati għall-kura tas-saħħa, il-forniment tal-kura tas-saħħa u l-aċċess universali għaliha, kif ukoll l-infiq u l-finanzjament tal-kura tas-saħħa, u l-kawżi ta' mortalità. Jenħtieġ li tali pproċessar ta' data dwar is-saħħa għal raġunijiet ta' interess pubbliku ma jwassalx għall-ipproċessar ulterjuri ta' data personali għal finijiet oħrajn.

_________________

_________________

15 Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70).

15 Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70).

Ġustifikazzjoni

Id-data dwar is-saħħa hija partikolarment sensittiva u l-ipproċessar ta' tali data sensittiva jeħtieġ li jiġi limitat għal dak li huwa strettament neċessarju. Tali data ma tistax b'mod partikolari tispiċċa fil-pussess ta' partijiet terzi li jkomplu jipproċessawha.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 37 - paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Atti legali adottati fuq il-bażi tat-Trattati jew tar-regoli interni tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni jistgħu jimponu restrizzjonijiet li jikkonċenraw prinċipji speċifiċi u d-drittijiet ta' informazzjoni, ta' aċċess għal data personali u ta' rettifika jew ta' tħassir ta' din, id-dritt għal portabbiltà tad-data, għal kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif ukoll tal-komunikazzjonijiet ta' ksur tad-data personali lil suġġett tad-data u ċerti obbligi relatati tal-kontrolluri, safejn huwa neċessarju u proporzjona f'soċjetà demokratika għas-salvagwardja tas-sigurtà pubblika, għall-prevenzjoni, għall-investigazzjoni u għall-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' penali kriminali, inkluż għas-salvagwardja kontra theddidiet għas-sigurtà pubblika u għall-prevenzjoni ta' dawn, inkluż għall-protezzjoni tal-ħajja tal-bniedem speċjalment bħala rispons għal diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem, għas-sigurtà interna tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni, għal objettivi importanti oħrajn ta' interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, b'mod partikolari għal interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, għaż-żamma ta' reġistri pubbliċi miżmuma għal raġunijiet ta' interess pubbliku ġenerali jew għall-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew tad-drittijiet u tal-libertajiet ta' oħrajn, inkluż għal skopijiet ta' protezzjoni soċjali, tas-saħħa pubblika u umanitarji.

Atti legali adottati fuq il-bażi tat-Trattati jistgħu jimponu restrizzjonijiet li jikkonċenraw prinċipji speċifiċi u d-drittijiet ta' informazzjoni, ta' aċċess għal data personali u ta' rettifika jew ta' tħassir ta' din, id-dritt għal portabbiltà tad-data, għal kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif ukoll tal-komunikazzjonijiet ta' ksur tad-data personali lil suġġett tad-data u ċerti obbligi relatati tal-kontrolluri, sa fejn huwa neċessarju u proporzjona f'soċjetà demokratika għas-salvagwardja tas-sigurtà pubblika, għall-prevenzjoni, għall-investigazzjoni u għall-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' penali kriminali, inkluż għas-salvagwardja kontra theddidiet għas-sigurtà pubblika u għall-prevenzjoni ta' dawn, inkluż għall-protezzjoni tal-ħajja tal-bniedem speċjalment bħala rispons għal diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem, għas-sigurtà interna tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni, għal objettivi importanti oħrajn ta' interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, b'mod partikolari għal interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, għaż-żamma ta' reġistri pubbliċi miżmuma għal raġunijiet ta' interess pubbliku ġenerali jew għall-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew tad-drittijiet u tal-libertajiet ta' oħrajn, inkluż għal skopijiet ta' protezzjoni soċjali, tas-saħħa pubblika u umanitarji.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 37 - paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta restrizzjoni ma tkunx stipulata fl-atti legali adottati fuq il-bażi tat-Trattati jew tar-regoli interni tagħhom, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jistgħu, f'każ speċifiku, jimponu restrizzjoni ad hoc li tikkonċerna prinċipji speċifiċi u d-drittijiet tas-suġġett tad-data jekk tali restrizzjoni tkun tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali u, b'rabta ma' operazzjoni speċifika ta' pproċessar, tkun neċessarja u proporzjonata f'soċjetà demokratika għas-salvagwardja ta' objettiv wieħed jew aktar minn fost dawk imsemmijin fil-paragrafu 1. Jenħtieġ li r-restrizzjoni tkun innotifikata lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data. Ir-restrizzjonijiet kollha jenħtieġ li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Karta u fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

imħassar

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 42

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Sabiex juru konformità ma' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-kontrolluri jżommu rekords tal-attivitajiet ta' pproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħhom u l-proċessuri jenħtieġ li jżommu rekords tal-kategoriji tal-attivitajiet ta' pproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jkunu obbligati li jikkooperaw mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u jagħmlu r-rekords tagħhom disponibbli għalih, fuq talba, sabiex ikunu jistgħu iservu għall-monitoraġġ ta' dawk l-operazzjonijiet ta' pproċessar. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu reġistru ċentrali ta' rekords tal-attivitajiet ta' pproċessar tagħhom. Għal raġunijiet ta' trasparenza, jenħtieġ li jkunu kapaċi jagħmlu t-tali reġistru pubbliku wkoll.

(42)  Sabiex juru konformità ma' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-kontrolluri jżommu rekords tal-attivitajiet ta' pproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħhom u l-proċessuri jenħtieġ li jżommu rekords tal-kategoriji tal-attivitajiet ta' pproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jkunu obbligati li jikkooperaw mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u jagħmlu r-rekords tagħhom disponibbli għalih, fuq talba, sabiex ikunu jistgħu iservu għall-monitoraġġ ta' dawk l-operazzjonijiet ta' pproċessar. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu reġistru ċentrali ta' rekords tal-attivitajiet ta' pproċessar tagħhom. Għal raġunijiet ta' trasparenza, jenħtieġ li jagħmlu t-tali reġistru pubbliku. Is-suġġetti tad-data jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jikkonsultaw dak ir-reġistru permezz tal-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data tal-kontrollur.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 46

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)  Il-kontrollur għandu jikkomunika lis-suġġett tad-data ksur ta' data personali, mingħajr dewmien żejjed, meta dak il-ksur tad-data personali x'aktarx jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuna fiżika, sabiex tkun tista' tieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Jenħtieġ li l-komunikazzjoni tiddeskrivi n-natura tal-vjolazzjoni tad-data personali kif ukoll rakkomandazzjonijiet lill-persuna fiżika kkonċernata biex jitnaqqsu l-effetti negattivi potenzjali. Jenħtieġ li tali komunikazzjonijiet lis-suġġetti tad-data jsiru malajr kemm jista' jkun raġonevolment fattibbli u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, b'mod li jirrispetta l-gwida mogħtija minnha jew minn awtoritajiet rilevanti oħra, bħal awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

(46)  Il-kontrollur għandu jikkomunika lis-suġġett tad-data ksur ta' data personali, mingħajr dewmien żejjed, meta dak il-ksur tad-data personali x'aktarx jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuna fiżika, sabiex tkun tista' tieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Jenħtieġ li l-komunikazzjoni tkun kunfidenzjali u tiddeskrivi n-natura tal-vjolazzjoni tad-data personali kif ukoll rakkomandazzjonijiet lill-persuna fiżika kkonċernata biex jitnaqqsu l-effetti negattivi potenzjali. Jenħtieġ li tali komunikazzjonijiet lis-suġġetti tad-data jsiru malajr kemm jista' jkun raġonevolment fattibbli u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, b'mod li jirrispetta l-gwida mogħtija minnha jew minn awtoritajiet rilevanti oħra, bħal awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 52

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)  Jeħtieġ li meta d-data personali tiġi ttrasferita mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Unjoni lil kontrolluri, lil proċessuri jew lil destinatarji oħra f'pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali, il-livell ta' protezzjoni tal-persuni fiżiċi żgurat fl-Unjoni minn dan ir-Regolament ma jiddgħajjifx, inkluż f'każijiet ta' trasferimenti ulterjuri ta' data personali mill-pajjiż terz jew mill-organizzazzjoni internazzjonali lil kontrolluri, lil proċessuri fl-istess pajjiż terz jew ieħor jew lil organizzazzjoni internazzjonali oħra. Fi kwalunkwe każ, it-trasferimenti għal pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jsiru biss f'konformità sħiħa ma' dan ir-Regolament. Trasferiment jista' jseħħ biss jekk, soġġett għal dispożizzjonijiet oħrajn ta' dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur jikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament relatati mat-trasferiment ta' data personali lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

(52)  Jeħtieġ li meta d-data personali tiġi ttrasferita mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Unjoni lil kontrolluri, lil proċessuri jew lil destinatarji oħra f'pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali, il-livell ta' protezzjoni tal-persuni fiżiċi żgurat fl-Unjoni minn dan ir-Regolament jiġi garantit, inkluż f'każijiet ta' trasferimenti ulterjuri ta' data personali mill-pajjiż terz jew mill-organizzazzjoni internazzjonali lil kontrolluri, lil proċessuri fl-istess pajjiż terz jew ieħor jew lil organizzazzjoni internazzjonali oħra. Fi kwalunkwe każ, it-trasferimenti għal pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jsiru biss f'konformità sħiħa ma' dan ir-Regolament, mar-Regolament (UE) 2016/679 u mad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali stabbiliti fil-Karta. Trasferiment jista' jseħħ biss jekk, soġġett għal dispożizzjonijiet oħrajn ta' dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur jikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament relatati mat-trasferiment ta' data personali lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 54

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54)  Fin-nuqqas ta' deċiżjoni dwar l-adegwatezza, jenħtieġ li l-kontrollur jew il-proċessur jieħu miżuri sabiex jikkumpensa għan-nuqqas ta' protezzjoni tad-data f'pajjiż terz permezz ta' salvagwardji adatti għas-suġġett tad-data. Salvagwardji adatti bħal dawn jistgħu jikkonsistu mill-użu ta' klawżoli standard dwar il-protezzjoni tad-data adottati mill-Kummissjoni, ta' klawżoli standard dwar il-protezzjoni tad-data adottati mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew ta' klawżoli kuntrattwali awtorizzati mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Meta l-proċessur ma jkunx Istituzzjoni jew korp tal-Unjoni, dawk is-salvagwardji xierqa jistgħu jkunu jikkonsistu wkoll f'regoli korporattivi vinkolanti, f'kodiċi tal-kondotta u f'mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni użati għal trasferimenti internazzjonali skont ir-Regolament (UE) 2016/679. Dawk is-salvagwardji jenħtieġ li jiżguraw konformità mar-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-data u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data adatti għall-ipproċessar fl-Unjoni, inkluż id-disponibbiltà tad-drittijiet eżegwibbli tas-suġġett tad-data u tar-rimedji legali effettivi, inkluż id-dritt li jinkiseb rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju effettiv u li jintalab kumpens, fl-Unjoni jew f'pajjiż terz. B'mod partikolari, jenħtieġ li jirrigwardaw il-konformità mal-prinċipji ġenerali dwar l-ipproċessar tad-data personali, il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b'mod awtomatiku. Jistgħu jsiru trasferimenti wkoll mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Unjoni lil awtoritajiet jew lil korpi pubbliċi f'pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali b'doveri jew b'funzjonijiet korrispondenti, inkluż abbażi ta' dispożizzjonijiet li jiddaħħlu f'arranġamenti amministrattivi, bħal memorandum ta' qbil, u jkunu previsti drittijiet infurzabbli u effettivi għas-suġġetti tad-data. L-awtorizzazzjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jenħtieġ li tinkiseb meta jkun hemm provvediment għas-salvagwardji f'arranġamenti amministrattivi li ma jkunux legalment vinkolanti.

imħassar

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-Regolament jistabbilixxi regoli relatati mal-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u regoli relatati mal-moviment liberu ta' data personali bejniethom stess jew lil riċevituri stabbiliti fl-Unjoni u soġġetti għar-Regolament (UE) 2016/67918 jew id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont id-Direttiva (UE) 2016/68019.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli relatati mal-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u regoli relatati mal-moviment liberu ta' data personali bejniethom stess jew lil riċevituri stabbiliti fl-Unjoni.

_________________

 

18 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1–88.

 

19 Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan ir-Regolament jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi u b'mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni ta' data personali.

2.  Dan ir-Regolament jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi stabbiliti fil-Karta u b'mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni ta' data personali.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal aġenziji tal-Unjoni li jwettqu attivitajiet li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat, inkluż meta l-atti kostituttivi ta' dawk l-aġenziji tal-Unjoni jistabbilixxu reġim ta' protezzjoni tad-data indipendenti għall-ipproċessar ta' data personali operazzjonali. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jieħdu preċedenza fuq dispożizzjonijiet konfliġġenti fl-atti kostituttivi ta' dawk l-aġenziji tal-Unjoni.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  tkun preċiża u, fejn ikun meħtieġ, tinżamm aġġornata; kull pass raġonevoli jrid jittieħed sabiex jiġi żgurat li data li ma tkunx preċiża jew kompluta, fid-dawl tal-iskopijiet li għalihiom inġabret jew li għalihom tiġi pproċessata ulterjorment, titħassar jew tiġi rettifikata mingħajr dewmien (“preċiżjoni”);

(d)  tkun preċiża u, fejn ikun meħtieġ, tinżamm aġġornata; kull pass raġonevoli jrid jittieħed sabiex jiġi żgurat li data personali li ma tkunx preċiża jew kompluta, fid-dawl tal-iskopijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tiġi rettifikata mingħajr dewmien (“preċiżjoni”);

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kundizzjonijiet applikabbli għall-kunsens tat-tfal fir-rigward tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni

Kondizzjonijiet applikabbli għall-kunsens ta' minorenni fir-rigward tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni

Ġustifikazzjoni

Dan it-terminu jintuża wkoll fl-Artikolu 8 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, u hawnhekk għandu jintuża b'mod konsistenti.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fejn ikun japplika l-punt (d) tal-Artikolu 5(1), fir-rigward tal-offerta ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni direttament lil minorenni, l-ipproċessar ta' data personali ta' minorenni jkun skont il-liġi fejn il-minorenni jkollu mill-inqas l-età ta' 13-il sena. Fejn il-minorenni jkollu anqas minn 13-il sena, tali pproċessar ikun legali biss jekk, u sal-punt li, il-kunsens jingħata jew jiġi awtorizzat mid-detentur tar-responsabbiltà ta' ġenitur fuq il-minorenni.

(1)  Fejn ikun japplika l-punt (d) tal-Artikolu 5(1), fir-rigward tal-offerta ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni direttament lil minorenni, l-ipproċessar ta' data personali ta' minorenni jkun skont il-liġi fejn il-minorenni jkollu mill-inqas l-età ta' 16-il sena. Fejn il-minorenni jkollu anqas minn 16-il sena, tali pproċessar ikun legali biss jekk, u sal-punt li, il-kunsens jingħata jew jiġi awtorizzat mid-detentur tar-responsabbiltà ta' ġenitur fuq il-minorenni.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trażmissjonijiet ta' data personali lir-riċevituri, li mhumiex istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni, stabbiliti fl-Unjoni u soġġetti għar-Regolament (UE) 2016/679 jew għad-Direttiva (UE) 2016/680

It-trażmissjonijiet ta' data personali lir-riċevituri, li mhumiex istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni, stabbiliti fl-Unjoni

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li huwa neċessarju li d-data tiġi trażmessa, hija proporzjonata għall-finijiet tat-trażmissjoni u jekk ma hemm ebda raġuni għaliex jiġi ssoponut li d-drittijiet u l-libertajiet u l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data jistgħu jkunu ppreġudikati.

(b)  li huwa strettament neċessarju li d-data tiġi trażmessa fir-rigward tal-objettivi tar-riċevitur u li ma hemm ebda raġuni biex jiġi preżunt li d-drittijiet u l-libertajiet u l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data jistgħu jkunu ppreġudikati mit-trasferiment tad-data rikjesta jew mill-użu ulterjuri u raġonevolment mistenni ta' dik id-data personali min-naħa tar-riċevitur.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ipproċessar ta' data personali relatata ma' kundanni penali u ma' reati kriminali jew miżuri ta' sigurtà relatati skont l-Artikolu 5(1) jistgħu jitwettqu biss jekk ikunu awtorizzati mid-dritt tal-Unjoni, li jista' jinkludi regoli interni, filwaqt li jiġu pprovduti s-salvagwardji speċifiċi xierqa għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġetti tad-data.

L-ipproċessar ta' data personali relatata ma' kundanni penali u ma' reati kriminali jew miżuri ta' sigurtà relatati skont l-Artikolu 5(1) jistgħu jitwettqu biss jekk ikunu awtorizzati mid-dritt tal-Unjoni filwaqt li jiġu pprovduti s-salvagwardji speċifiċi xierqa għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġetti tad-data.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-provvista ta' tali informazzjoni tkun impossibbli li sseħħ jew tkun teħtieġ sforz sproporzjonat; b'mod partikolari għall-ipproċessar għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta' statistika jew sa fejn l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkun ser jagħmilha impossibbli jew ixekkel serjament l-ilħuq tal-objettivi ta' dak l-ipproċessar.

(b)  il-provvista ta' tali informazzjoni tkun impossibbli li sseħħ jew tkun teħtieġ sforz sproporzjonat; b'mod partikolari għall-ipproċessar għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta' statistika jew sa fejn l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkun ser jagħmilha impossibbli jew ixekkel serjament l-ilħuq tal-objettivi ta' dak l-ipproċessar. F'tali każijiet, il-kontrollur għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet u l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data, fosthom billi jqiegħed l-informazzjoni għad-disponibbiltà tal-pubbliku;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-atti legali adottati fuq il-bażi tat-Trattati jew, fi kwistjonijiet relatati mal-operazzjoni tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni, ir-regoli interni stabbiliti minn dawn tal-aħħar jistgħu jirrestrinġu l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 22, 34 u 38 kif ukoll l-Artikolu 4 safejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi stipulati fl-Artikoli 14 sa 22, meta t-tali restrizzjoni tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura neċessarja u proporzjonata f'soċjetà demokratika sabiex tissalvagwardja:

1.  L-atti legali adottati fuq il-bażi tat-Trattati jistgħu jirrestrinġu l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 22, 34 u 38 kif ukoll l-Artikolu 4 sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi stipulati fl-Artikoli 14 sa 22, meta t-tali restrizzjoni tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura neċessarja u proporzjonata f'soċjetà demokratika sabiex tissalvagwardja:

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li tallinja d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, wara l-opinjoni tal-KEPD.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)   is-sigurtà interna tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni, inklużi n-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika tagħhom;

(d)   is-sigurtà interna tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni, inklużi n-netwerks informatiċi u ta' komunikazzjoni elettronika tagħhom;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  B'mod partikolari, kull att leġiżlattiv msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih dispożizzjonijiet speċifiċi tal-anqas, fejn rilevanti, dwar:

 

(a)   il-finijiet tal-ipproċessar jew il-kategoriji tal-ipproċessar;

 

(b)   il-kategoriji ta' data personali;

 

(c)   il-kamp ta' applikazzjoni tar-restrizzjoni introdotta;

 

(d)   is-salvagwardji għall-prevenzjoni tal-abbuż jew tal-aċċess jew it-trasferiment illegali;

 

(e)   l-ispeċifikazzjoni tal-kontrollur jew il-kategoriji tal-kontrolluri;

 

(f)   il-perjodi ta' ħażna u s-salvagwardji applikabbli filwaqt li jitqiesu n-natura, il-kamp ta' applikazzjoni u l-finijiet tal-ipproċessar jew il-kategoriji tal-ipproċessar;

 

(g)   ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data; u

 

(h)   id-dritt tas-suġġetti tad-data li jkunu infurmati dwar ir-restrizzjoni, sakemm dan jippreġudikax il-finijiet tar-restrizzjoni.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta restrizzjoni ma tkunx ipprovduta minn att legali adottat fuq il-bażi tat-Trattati jew minn regola interna skont il-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jistgħu jirrestrinġu l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 22, 34 u 38, kif ukoll l-Artikolu 4 peress li d-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi stipulati fl-Artikoli 14 sa 22, jekk it-tali restrizzjoni tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali, b'rabta ma' operazzjoni ta' pproċessar speċifika, u hija miżura neċessarja u proporzjonata f'soċjetà demokratika għas-salvagwardja ta' objettiv wieħed jew aktar minn fost dawk imsemmijin fil-paragrafu 1. Ir-restrizzjoni għandha tiġi notifikata lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data kompetenti.

imħassar

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għanijiet ta' statistika, id-dritt tal-Unjoni, li jista' jinkludi regoli interni, jista' jipprovdi għal derogi mid-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 17, 18, 20 u 23 soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 13 safejn tali drittijiet x'aktarx jagħmlu impossibbli jew ifixklu serjament l-ilħuq ta' għanijiet speċifiċi, u tali derogi jkunu meħtieġa għall-issodisfar ta' dawk l-għanijiet.

3.  Fejn data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għanijiet ta' statistika, id-dritt tal-Unjonijista' jipprovdi għal derogi mid-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 17, 18, 20 u 23 soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 13 sa fejn tali drittijiet x'aktarx jagħmlu impossibbli jew ifixklu serjament l-ilħuq ta' għanijiet speċifiċi, u tali derogi jkunu meħtieġa għall-issodisfar ta' dawk l-għanijiet.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, id-dritt tal-Unjoni, li jista' jinkludi regoli interni, jista' jipprevedi derogi mid-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 17, 18, 20, 21, 22 and 23 soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 13 safejn tali drittijiet x'aktarx jagħmlu impossibbli jew ifixklu serjament l-ilħuq tal-għanijiet speċifiċi, u tali derogi jkunu meħtieġa għat-twettiq ta' dawk il-finijiet.

4.  Fejn data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, id-dritt tal-Unjoni jista' jipprevedi derogi mid-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 17, 18, 20, 21, 22 and 23 soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 13 safejn tali drittijiet x'aktarx jagħmlu impossibbli jew ifixklu serjament l-ilħuq tal-għanijiet speċifiċi, u tali derogi jkunu meħtieġa għat-twettiq ta' dawk il-finijiet.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Regoli interni msemmijin fil-paragrafi 1, 3 u 4 għandhom ikunu ċari u preċiżi biżżejjed u jkunu soġġetti għal pubblikazzjoni xierqa.

imħassar

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Jekk tiġi imposta restrizzjoni skont il-paragrafi 1 jew 2, is-suġġett tad-data għandu jiġi informat, skont id-dritt tal-Unjoni, tar-raġunijiet prinċipali li fuqhom hija bbażata l-applikazzjoni tar-restrizzjoni u dwar id-dritt li jippreżenta lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

6.  Jekk tiġi imposta restrizzjoni skont il-paragrafu 1, is-suġġett tad-data għandu jiġi informat, skont id-dritt tal-Unjoni, tar-raġunijiet prinċipali li fuqhom hija bbażata l-applikazzjoni tar-restrizzjoni u dwar id-dritt li jippreżenta lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Jekk titħaddem restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 jew 2 sabiex jiċċaħħad l-aċċess għas-suġġett tad-data, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu, meta jinvestiga l-ilment, jinformah biss dwar jekk id-data ġietx ipproċessata b'mod korrett u, jekk le, jekk saritx xi korrezzjoni neċessarja.

7.  Jekk titħaddem restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 sabiex jiċċaħħad l-aċċess għas-suġġett tad-data, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu, meta jinvestiga l-ilment, jinformah biss dwar jekk id-data ġietx ipproċessata b'mod korrett u, jekk le, jekk saritx xi korrezzjoni neċessarja.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Il-forniment tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 6 u 7 u fl-Artikolu 46(2) jista' jiġi differit jew imċaħħad jekk jikkanċella l-effett tar-restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 jew 2.

8.  Il-forniment tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 6 u 7 u fl-Artikolu 46(2) jista' jiġi differit jew imċaħħad jekk jikkanċella l-effett tar-restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jistgħu jiddeċiedu li jżommu r-rekords tagħhom tal-attivitajiet ta' pproċessar f'reġistru ċentrali. F'dan il-każ, jistgħu jiddeċiedu wkoll li jagħmlu r-reġistru aċċessibbli pubblikament.

(5)  L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom iżommu r-rekords tagħhom tal-attivitajiet ta' pproċessar f'reġistru ċentrali. Għal raġunijiet ta' trasparenza, huma għandhom ukoll jagħmlu tali reġistru pubbliku b'tali mod li l-individwu kkonċernat jista' jikkonsultah mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' partijiet ikkonċernati oħraj.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Is-suġġetti tad-data għandhom ikunu jistgħu jikkonsultaw ir-reġistru ċentrali msemmi fil-paragrafu 5 billi jirrikorru għall-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data tal-kontrollur.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, speċjalment billi jaraw li n-netwerks ta' komunikazzjoni elettronika tagħhom huma siguri.

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b'mod konformi mar-Regolament (UE) 2017/XXXX.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta leġiżlattiva speċifika dwar il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika se tkun ir-Regolament ibbażat fuq il-proposta tal-Kummissjoni COM(2017)0010, u għaldaqstant għandu jkun hemm riferiment għaliha.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 36

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 36

imħassar

Direttorji tal-utenti

 

1.   Id-data personali li tinsab f'direttorji tal-utenti u l-aċċess għat-tali direttorji għandhom ikunu limitati għal dak li huwa strettament neċessarju għall-iskopijiet speċifiċi tad-direttorju.

 

2.   L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jipprevjenu milli d-data personali li tinsab f'dawk id-direttorji, indipendentement minn jekk tkunx aċċessibbli għall-pubbliku jew le, tintuża għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta.

 

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta att imsemmi fil-paragrafu 1 ikun ta' importanza partikolari għall-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali, il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data wkoll. F'dawn il-każijiet, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jikkoordinaw il-ħidma tagħhom sabiex joħorġu opinjoni konġunta.

2.  Meta att imsemmi fil-paragrafu 1 ikun ta' importanza partikolari għall-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data wkoll. F'dawn il-każijiet, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jikkoordinaw il-ħidma tagħhom sabiex joħorġu opinjoni konġunta.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jista' jkun membru tal-persunal tal-istituzzjoni jew tal-korp tal-Unjoni, jew iwettaq il-kompiti tiegħu fuq il-bażi ta' kuntratt ta' servizz.

4.  L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data għandu jkun membru tal-persunal tal-istituzzjoni, tal-korp, tal-uffiċċju jew tal-aġenzija tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-esternalizzazzjoni ta' uffiċjal tal-protezzjoni tad-data ma tidhirx xierqa għal istituzzjoni tal-Unjoni.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  jiżgura li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data mhumiex affettwati ħażin mill-operazzjonijiet tal-ipproċessar.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jista' jseħħ meta l-Kummissjoni tkun iddeċidiet skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 li huwa żgurat livell adegwat ta' protezzjoni fil-pajjiż terz, f'territorju jew f'settur speċifikat wieħed jew aktar fi ħdan dak il-pajjiż terz, jew fi ħdan l-organizzazzjoni internazzjonali u d-data personali hija ttrasferita biss sabiex ikunu jistgħu jitwettqu l-kompiti koperti mill-kompetenza tal-kontrollur.

1.  Trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jista' jseħħ meta l-Kummissjoni tkun adottat att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 li jistipula li jiġi żgurat livell adegwat ta' protezzjoni fil-pajjiż terz, f'territorju jew f'settur speċifikat wieħed jew aktar fi ħdan dak il-pajjiż terz, jew fi ħdan l-organizzazzjoni internazzjonali u d-data personali hija ttrasferita biss sabiex ikunu jistgħu jitwettqu l-kompiti koperti mill-kompetenza tal-kontrollur. L-att ta' implimentazzjoni għandu jipprevedi mekkaniżmu għal rieżami perjodiku, mill-inqas kull erba' snin, li għandu jieħu kont tal-iżviluppi rilevanti kollha fil-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali. L-att ta' implimentazzjoni għandu ukoll jindika l-applikazzjoni territorjali u settorjali tiegħu u għandu jidentifika l-awtorità superviżorja . Għandu japplika l-kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679.

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli dwar it-trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi jew istituzzjonijiet minn pajjiż terz iridu jkun konsistenti mar-regoli rilevanti fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data sabiex ma jinħolqux lakuni jew inkonsistenzi legali. B'mod partikolari, il-mekkaniżmu ta' rieżami għandu jiġi enfasizzat.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaħtru lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data bi ftehim komuni għal mandat ta' ħames snin, fuq il-bażi ta' lista mfassla mill-Kummissjoni wara sejħa pubblika għal kandidati. Is-sejħa għal kandidati għandha tippermetti lill-partijiet interessati kollha minn madwar l-Unjoni sabiex jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom. Il-lista ta' kandidati mfassla mill-Kummissjoni għandha tkun pubblika. Fuq il-bażi tal-lista mfassla mill-Kummissjoni, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jiddeċiedi li jorganizza smigħ sabiex ikun jista' jesprimi preferenza.

1.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaħtru lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data bi ftehim komuni għal mandat ta' ħames snin, fuq il-bażi ta' lista mfassla b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni wara sejħa pubblika għal kandidati. Is-sejħa għal kandidati għandha tippermetti lill-partijiet interessati kollha minn madwar l-Unjoni sabiex jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom. Il-lista tal-kandidati għandha tkun pubblika u għandha tikkonsisti f'minn tal-anqas ħames kandidati. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jiddeċiedi li jorganizza smigħ tal-kandidati elenkati sabiex ikun jista' jesprimi preferenza.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-lista mfassla mill-Kummissjoni li minnha għandu jintgħażel il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandha tkun magħmula minn persuni li l-indipendenza tagħhom ma hija ddubitata bl-ebda mod u li huma rikonoxxuti bħala nies bl-esperjenza u bil-ħiliet meħtieġa sabiex iwettqu d-dmirijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, pereżempju għaliex jaħdmu jew ħadmu mal-awtoritajiet superviżorji stabbiliti skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2016/679.

2.  Il-lista mfassla b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni li minnha għandu jintgħażel il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandha tkun magħmula minn persuni li l-indipendenza tagħhom ma hija ddubitata bl-ebda mod u li huma rikonoxxuti bħala nies bl-għarfien espert fil-protezzjoni tad-data kif ukoll bl-esperjenza u bil-ħiliet meħtieġa sabiex iwettqu d-dmirijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, pereżempju għaliex jaħdmu jew ħadmu mal-awtoritajiet superviżorji stabbiliti skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  F'każijiet fejn is-suġġett tad-data jkun minorenni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu salvagwardji speċifiċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-għajnuna legali.

Ġustifikazzjoni

It-tfal jistgħu jkunu aktar vulnerabbli mill-adulti u klawżoli ta' salvagwardja speċifiċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-għajnuna legali għandhom jiġu previsti fl-Istati Membri biex ikunu garantiti d-drittijiet tat-tfal.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Kapitolu IX a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kapitolu IXa

 

Artikolu 70a

 

Klawsola ta' rieżami

 

1.   Mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2021, u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' proposti leġiżlattivi xierqa.

 

2.   L-evalwazzjoni ex post imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-adegwatezza tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-konsistenza ma' atti leġiżlattivi oħrajn fil-qasam tal-protezzjoni tad-data u, tivvaluta, b'mod partikolari, l-implimentazzjoni tal-Kapitolu V ta' dan ir-Regolament.

 

3.   Mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2021, u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Parlament Ewropew fuq l-applikazzjoni tal-Kapitolu VIII ta' dan ir-Regolament u l-penalitajiet u s-sanzjonijiet applikati.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl ta' tfassil aħjar tal-liġijiet u b'mod partikolari l-użu effettiv ta' evalwazzjonijiet ex post sabiex jittieħed kont taċ-ċiklu leġislattiv kollu, huwa ta' interess partikolari li jiġu segwiti t-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġi tal-UE, u b'mod aktar ġenerali, li jiġu mmonitorjati l-impatt, l-operat u l-effikaċja tal-liġi tagħha. Klawżola ta' rieżami komprensiva, li titlob evalwazzjoni xierqa dwar l-applikazzjoni tar-Regolament, l-ambitu tagħha u d-deroga tas-setgħat prevista u li tipprevedi obbligi ta' rappurtar proporzjonali sservi dan l-iskop.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 72a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 72a

 

Rieżami ta' atti legali tal-Unjoni

 

Sal-25 ta' Mejju 2021, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina atti legali oħra adottati abbażi tat-Trattati li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali, b'mod partikolari mill-aġenziji stabbiliti fil-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-TFUE, sabiex tevalwa l-ħtieġa li tallinjahom ma' dan ir-Regolament u tagħmel, fejn xieraq, il-proposti meħtieġa sabiex temenda dawk l-atti ħalli tiżgura approċċ konsistenti għall-protezzjoni tad-data personali fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data

Referenzi

COM(2017)0008 – C8-0008/2017 – 2017/0002(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

3.4.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

3.4.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Angel Dzhambazki

28.2.2017

Eżami fil-kumitat

13.7.2017

7.9.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

2.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Mary Honeyball, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, Jiří Maštálka, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Jens Rohde, Virginie Rozière, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Arne Lietz

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

17

+

ALDE

EFDD

PPE

S&D

VERTS/ALE

Jean-Marie Cavada, Jens Rohde

Joëlle Bergeron

Emil Radev, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Mary Honeyball, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Arne Lietz, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Tiemo Wölken

Max Andersson, Julia Reda

0

-

 

 

4

0

EFDD

ENF

GUE/NGL

Isabella Adinolfi

Marie-Christine Boutonnet, Gilles Lebreton

Jiri Mastálka

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data

Referenzi

COM(2017)0008 – C8-0008/2017 – 2017/0002(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

12.1.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

3.4.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

3.4.2017

JURI

3.4.2017

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

26.1.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Cornelia Ernst

9.3.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

30.3.2017

21.6.2017

28.9.2017

12.10.2017

Data tal-adozzjoni

12.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

7

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ahmedov Ademov, Jan Philipp Albrecht, Gerard Batten, Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Frank Engel, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Raymond Finch, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Louis Michel, Claude Moraes, József Nagy, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Ignazio Corrao, Gérard Deprez, Anna Hedh, Marek Jurek, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Ska Keller, Andrejs Mamikins, Barbara Spinelli, Anders Primdahl Vistisen, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Czesław Hoc, Christelle Lechevalier, Olle Ludvigsson, Maria Noichl, Stanisław Ożóg, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra

Data tat-tressiq

23.10.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

45

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Louis Michel

EFDD

Ignazio Corrao, Laura Ferrara

GUE/NGL

Malin Björk, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ahmedov Ademov, Heinz K. Becker, Michał Boni, Carlos Coelho,Rachida Dati, Frank Engel, Kinga Gál, Barbara Kudrycka, Roberta Metsola, József Nagy, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Axel Voss, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Cécile Kashetu Kyenge, Dietmar Köster, Marju Lauristin, Olle Ludvigsson, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Maria Noichl, Soraya Post, Birgit Sippel

VERTS/ALE

Jan Philipp Albrecht, Ska Keller, Judith Sargentini, Bodil Valero

7

-

ECR

Czesław Hoc, Marek Jurek, Monica Macovei, Stanisław Ożóg, Anders Primdahl Vistisen, Branislav Škripek

ENF

Auke Zijlstra

6

 

0

EFDD

Gerard Batten, Raymond Finch, Kristina Winberg

ENF

Lorenzo Fontana, Christelle Lechevalier

NI

Udo Voigt

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali