Proċedura : 2016/0149(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0315/2017

Testi mressqa :

A8-0315/2017

Dibattiti :

PV 12/03/2018 - 17
CRE 12/03/2018 - 17

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2018 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0064

RAPPORT     ***I
PDF 1272kWORD 141k
18.10.2017
PE 602.930v01-00 A8-0315/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera

(COM(2016)0285 – C8-0195/2016 – 2016/0149(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Lucy Anderson

Rapporteur għal opinjoni (*):

Biljana Borzan, Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera

(COM(2016)0285 – C8-0195/2016 – 2016/0149(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C8-0195/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0315/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni47

imħassar

__________________

 

47 ĠU C , , p. .

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  It-tariffi applikabbli għal spedituri b'volumi baxxi ta' pakketti u oġġetti postali oħra transfruntiera, partikolarment intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u individwi, għadhom relattivament għoljin. Dan iħalli impatt dirett u negattiv fuq l-utenti li jfittxu servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera, speċjalment fil-kuntest tal-kummerċ elettroniku.

(1)  It-tariffi applikabbli għal utenti b'volumi baxxi ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera, partikolarment impriżi żgħar u ta' daqs medju u individwi, għadhom relattivament għoljin f'għadd sinifikanti ta' każijiet. Dan iħalli impatt dirett u negattiv fuq il-konsumaturi u fuq utenti oħra, speċjalment fil-kuntest tal-kummerċ elettroniku fis-suq intern tal-Unjoni. Barra minn hekk, ħafna drabi l-utenti spiss jirrapportaw problemi ta' kwalità tas-servizz meta jibagħtu, jirċievu jew jirritornaw pakketti transfruntiera, kif ukoll problemi relatati mal-infurzar tad-drittijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur, inkluż xi kultant minħabba nuqqas ta' ċarezza dwar ir-responsabbiltà potenzjali meta l-pakketti jintilfu jew iġarrbu l-ħsara. B'hekk aktar titjib fl-istandards tal-kwalità tas-servizz fl-interoperabbiltà tal-konsenja ta' pakketti transfruntiera huwa wkoll meħtieġ u jenħtieġ li jingħata aktar prijorità skont id-Direttiva 97/67/KE, permezz tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u b'modi oħra; jeħtieġ ukoll li jsir aktar progress fl-effiċjenza tas-servizzi, li jrid iqis b'mod partikolari l-interessi tal-utenti.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha garantiti mil-liġi tal-Unjoni jiġu vjolati għandha d-dritt għal rimedju effettiv u l-Artikolu 16 tal-Karta jirrikonoxxi l-libertà tal-impriża skont il-liġi tal-Unjoni u l-liġijiet u l-prattiki nazzjonali;

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  L-Artikolu 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenfasizza l-post okkupat mis-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, bħalma huma s-servizzi postali, fost il-valuri komuni tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll ir-rwol tagħhom fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u territorjali. Jiddikjara li jenħtieġ li tingħata attenzjoni li dawn is-servizzi joperaw fuq il-bażi ta' prinċipji u kondizzjonijiet li jippermettulhom iwettqu l-missjonijiet tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Dan ir-Regolament ġie propost fil-qafas tal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali, sabiex jagħti spinta lill-kummerċ elettroniku u jindirizza l-problemi li jinħolqu minħabba d-disparitajiet fil-prezzijiet bejn il-konsenji transfruntiera fi Stati Membri differenti. Madankollu, jenħtieġ li jiġi żgurat li r-Regolament mhux ser ikollu effett ta' detriment fuq is-servizzi postali bħala kunsiderazzjoni ta' interess pubbliku ġenerali.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)  Il-Protokoll Nru 26 dwar is-Servizzi ta' Interess Ġenerali anness mat-TFUE u mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jenfasizza ulterjorment li l-valuri komuni tal-Unjoni fir-rigward tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali fis-sens tal-Artikolu 14 tat-TFUE jinkludu d-differenzi fil-ħtiġijiet u l-preferenzi tal-utenti li jistgħu jirriżultaw minn sitwazzjonijiet ġeografiċi, soċjali jew kulturali differenti u minn livell għoli ta' kwalità, sikurezza u affordabilità, trattament indaqs u l-promozzjoni ta' aċċess universali u tad-drittijiet tal-utenti.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1d)  L-Artikolu 169(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 169(2) tat-TFUE jiddisponu li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur permezz ta' miżuri adottati skont l-Artikolu 114 tat-TFUE.

Ġustifikazzjoni

Bħala kwistjoni tad-dritt tal-Unjoni, miżuri ta' armonizzazzjoni skont l-Artikolu 114 tat-TFUE bħalma hu r-Regolament preżenti għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Hemm differenzi fundamentali bejn l-Istati Membri f'dak li jirrigwarda l-kompetenzi konferiti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fir-rigward tal-monitoraġġ tas-suq u s-superviżjoni regolatorja tal-fornituri tal-konsenja tal-pakketti. Dan ġie kkonfermat minn rapport konġunt48 imħejji mill-Grupp Ewropew tar-Regolaturi tas-Servizzi Postali u l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, li kkonkludew li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jeħtieġu setgħat regolatorji xierqa biex jintervjenu u li dawn is-setgħat ma jidhirx li huma preżenti fl-Istati Membri kollha. Dawk id-differenzi jwasslu għal piżijiet amministrattivi u spejjeż ta' konformità addizzjonali għall-fornituri tas-servizz tal-konsenja tal-pakketti li joperaw b'mod transfruntier. Dawn id-differenzi għalhekk jikkostitwixxu ostakolu għall-provvista tranfruntiera ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti u għalhekk iħallu effett dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern.

(2)  Hemm differenzi fundamentali bejn l-Istati Membri f'dak li jirrigwarda l-kompetenzi konferiti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fir-rigward tal-monitoraġġ tas-suq u s-superviżjoni regolatorja tal-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti, minkejja li xi awtoritajiet jistgħu b'suċċess jobbligaw lill-fornituri jissupplixxu informazzjoni rilevanti dwar il-prezzijiet. Dan ġie kkonfermat minn rapport konġunt48 imħejji mill-Grupp Ewropew tar-Regolaturi tas-Servizzi Postali u l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, li kkonkludew li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jeħtieġu setgħat regolatorji xierqa biex jintervjenu u li dawn is-setgħat ma jidhirx li huma preżenti fl-Istati Membri kollha. Dawk id-differenzi jwasslu għal piżijiet amministrattivi u spejjeż ta' konformità addizzjonali għall-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti li joperaw b'mod transfruntier. Dawn id-differenzi għalhekk jikkostitwixxu ostakolu għall-provvista transfruntiera ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti u għalhekk iħallu effett dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern.

__________________

__________________

48 BoR (15) 214/ERGP PL (15) 32.

48 BoR (15) 214/ERGP PL (15) 32.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali1a iddikjarat li kwalunkwe espansjoni tar-rwol tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali taħt ir-regolament il-ġdid fis-suq tal-pakketti jenħtieġ li tindirizza l-għażliet selettivi fis-settur tal-konsenji u tistabbilixxi standards minimi għall-operaturi kollha sabiex tiżgura kompetizzjoni ġusta u ugwali.

 

__________________

 

1a P8_TA(2016)0357

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Minħabba n-natura internazzjonali tas-settur postali u tal-kunsinna ta' pakketti, l-iżvilupp ulterjuri ta' standards tekniċi Ewropej u internazzjonali huwa importanti għall-benefiċċju tal-utenti u tal-ambjent, u għat-twessigħ tal-opportunitajiet tas-suq għan-negozji.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Is-suq għas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera hija diversa u kumplessa, b'fornituri differenti li joffru servizzi u prezzijiet differenti skont il-piż, id-daqs u l-format tal-oġġetti mibgħuta kif ukoll id-destinazzjoni, elementi ta' valur miżjud, bħal soluzzjonijiet ta' traċċabilità, u l-għadd ta' oġġetti mibgħuta. Dik id-diversità tagħmel is-servizzi ta' konsenja tal-pakketti diffiċli biex titqabbel bejn fornituri differenti, kemm f'termini ta' kwalità kif ukoll ta' prezz. Barra minn hekk, spedituri ta' volum baxx, bħal impriżi żgħar u ta' daqs medju u individwi sikwit ma jkunux konxji tal-eżistenza ta' diversi servizzi ta' konsenja ta' pakketti offruti.

(3)  Is-suq għas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera huwa divers, kumpless u kompetittiv, b'fornituri differenti li joffru servizzi u prezzijiet differenti skont il-piż, id-daqs u l-format tal-pakketti mibgħuta kif ukoll id-destinazzjoni, elementi ta' valur miżjud, bħalma huma sistemi ta' traċċabilità, u l-għadd ta' pakketti mibgħuta. Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, il-fornituri ta' servizzi universali m'għandhomx sehem maġġoritarju mis-suq tal-konsenja tal-pakketti. Din id-diversità lill-konsumaturi u lill-utenti tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti tagħmilhielhom diffiċli li jqabblu bejn fornituri differenti tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti, kemm f'termini ta' kwalità u kemm ta' prezz, peress li ta' spiss ma jkunux konxji mill-eżistenza ta' diversi għażliet possibbli ta' konsenja tal-pakketti għal servizzi simili fil-kummerċ onlajn transfruntier. Jenħtieġ li jsir aktar faċli, b'mod partikolari għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju u għall-individwi, li dawn ikollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti. Barra minn hekk, bejjiegħa bl-imnut elettroniċi żgħar u ta' daqs medju jidentifikaw diffikultajiet tal-konsenja bħala ostaklu meta jbigħu b'mod transfruntier.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Sabiex itejjbu l-affordabbiltà tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera, speċjalment għall-utenti f'żoni remoti jew b'popolazzjoni baxxa, huwa meħtieġ li tittejjeb it-trasparenza ta' listi pubbliċi ta' tariffi għal sett limitat ta' servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera offruti mill-fornituri tas-servizz universali, li huma użati l-aktar minn impriżi żgħar u ta' daqs medju u l-individwi. It-trasparenza tal-listi pubbliċi hija meħtieġa wkoll biex tkun indirizzata l-kwistjoni ta' tariffi għolja ta' servizzi transfruntiera u biex jitnaqqsu, meta applikabbli, differenzi mhux ġustifikati fit-tariffi bejn servizzi ta' konsenja nazzjonali u transfruntiera.

(4)  Sabiex titjieb l-affordabbiltà tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera, speċjalment għall-individwi u għan-negozji żgħar, inklużi dawk f'żoni remoti jew b'popolazzjoni baxxa u għal dawk li għandhom diżabilità jew mobbiltà mnaqqsa, jeħtieġ li tittejjeb it-trasparenza tat-tariffi u l-aċċessibiltà tat-tariffi unitarji għal sett limitat ta' servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera offrut mill-fornituri tas-servizz tal-konsenja tal-pakketti, li jintużaw l-aktar minn impriżi żgħar u ta' daqs medju, minn mikroimpriżi u minn individwi. Huwa mistenni li l-fatt li l-prezzijiet ta' servizzi tal-kunsinna transfruntiera jsiru aktar trasparenti u faċilment komparabbli madwar l-Unjoni jinkoraġġixxi t-tnaqqis ta' tariffi li jkunu żraġonevolment għoljin u, meta applikabbli, ta' differenzi mhux ġustifikati fit-tariffi bejn servizzi ta' konsenja tal-pakketti domestiċi u transfruntiera. Is-servizzi bażiċi ta' konsenja tal-pakketti offruti mill-fornituri ta' servizzi universali jridu jikkonformaw mal-kriterji ta' affordabbiltà tal-Obbligu ta' Servizz Universali.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Pakkett standard unitarju huwa parti mis-servizzi universali f'kull Stat Membru u huwa wkoll is-servizz li l-aktar jintuża ta' spiss minn individwi u negozji żgħar. It-titjib tat-trasparenza u tal-affordabbiltà ta' tariffi unitarji huwa neċessarju għall-iżvilupp ulterjuri tal-kummerċ elettroniku.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Fid-dawl tal-fatt li, skont il-Flash Eurobarometer 413, maġġoranza ta' kumpaniji li jbigħu, kienu jbigħu jew ippruvaw ibigħu online qiesu bħala problema l-ispejjeż għoljin tal-konsenja flimkien mal-proċess għali tal-ilmenti u l-garanziji, hemm bżonn ta' azzjoni ulterjuri biex jiġi żgurat li l-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi kollha, b'mod partikolari l-SMEs u l-konsumaturi f'żoni remoti, jibbenefikaw bis-sħiħ minn servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera mingħajr problemi u li jkunu aċċessibbli u affordabbli, mingħajr ma jiġi injorat il-fatt li l-konsumaturi għandhom aspettattivi li jixtru b'"konsenja mingħajr ħlas".

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri hemm diversi fornituri li jipprovdu servizzi ta' konsenja tal-pakketti domestiċi, filwaqt li huma biss ftit dawk il-fornituri li jipprovdu wkoll servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera. F'dan il-kuntest, huwa essenzjali li jiġi żgurat, biex tkun imħarsa u promossa l-kompetizzjoni effettiva u biex jiġu protetti l-utenti, l-aċċess trasparenti u mhux diskriminatorju għas-servizzi u l-infrastruttura meħtieġa għall-provvista tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera.

imħassar

Emenda     15

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Fornituri ta' servizzi universali tirreferi għal operaturi postali li jipprovdu servizz postali universali jew partijiet minnu fi ħdan Stat Membru speċifiku. Il-fornituri ta' servizzi universali li joperaw f'aktar minn Stat Membru wieħed jenħtieġ li jiġu kklassifikati bħala fornituri ta' servizzi universali biss fl-Istati Membri li fihom jipprovdu servizz postali universali.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika dwar min hu fornitur ta' servizzi universali.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Bħalissa, is-servizzi postali huma regolati bid-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni li jirregolaw il-forniment ta' servizzi postali u s-servizz postali universali fl-Unjoni. Id-Direttiva tiffoka primarjament, iżda mhux esklussivament, fuq servizzi universali nazzjonali u ma tindirizzax is-superviżjoni regolatorja tal-fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti, it-trasparenza tat-tariffi u r-rati terminali għal ċerti servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera, il-valutazzjoni tal-affordabilità tat-tariffi għal ċerti servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera u l-aċċess trasparenti u mhux diskriminatorju għal ċerti servizzi tal-konsenja tal-pakketti u/jew infrastruttura transfruntiera. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jikkumplimenta, sa fejn huma konċernati s-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera, ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 97/67/KE.

(6)  Bħalissa, is-servizzi postali huma regolati bid-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49. Dik id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni li jirregolaw il-forniment ta' servizzi postali u s-servizz postali universali fl-Unjoni. Id-Direttiva tiffoka primarjament, iżda mhux esklussivament, fuq servizzi universali nazzjonali u ma tindirizzax is-superviżjoni regolatorja tal-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti. Il-konformità mar-rekwiżiti minimi ta' servizz universali stabbiliti fid-Direttiva hija żgurata minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali maħtura mill-Istati Membri. Għalhekk dan ir-Regolament jikkumplementa, sa fejn huma kkonċernati s-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera, ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 97/67/KE. Il-Kummissjoni tiżgura li l-kumpens għall-provvista ta' servizzi universali fl-Istati Membri jkun proporzjonat u raġonevoli u li r-regoli tal-kompetizzjoni jiġu osservati. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u għall-garanziji stabbiliti f'dik id-Direttiva, inkluża b'mod partikolari l-provvista kontinwa ta' servizz postali universali għall-utenti.

__________________

__________________

49 Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 1, 21.1.1998, p. 14 - 25).

49 Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 1, 21.1.1998, p. 14 - 25).

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Stima ta' 80 % tal-oġġetti postali b'indirizz iġġenerati mill-kummerċ elettroniku llum il-ġurnata jiżnu anqas minn żewġ kilogrammi, u ħafna drabi jiġu proċessati mal-posta tal-ittri. Huwa importanti li dawk l-oġġetti postali jkunu soġġetti għal dan ir-Regolament, b'mod partikolari għar-rekwiżiti dwar it-trasparenza tat-tariffi u l-valutazzjoni tal-affordabbiltà tagħhom.

(7)  Stima ta' 80 % tal-pakketti postali b'indirizz iġġenerati mill-kummerċ elettroniku llum il-ġurnata jiżnu anqas minn żewġ kilogrammi, u ħafna drabi jiġu proċessati mal-posta tal-ittri, m'hemmx informazzjoni dwar il-piż ta' pakketti kkonsenjati b'mezzi oħra. Biex ma jitħallewx isiru prattiki kompetittivi inġusti, u biex jiġi inkoraġġut it-tkabbir ulterjuri tas-suq, huwa importanti li dawk il-pakketti aktar ħfief ikunu suġġetti għal dan ir-Regolament, inkluż għar-rekwiżiti dwar it-trasparenza u l-valutazzjoni tat-tariffi.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Għalhekk, huwa importanti li tingħata definizzjoni ċara ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti u li jiġi speċifikat liema oġġetti postali huma koperti minn din id-definizzjoni. Dan jikkonċerna b'mod partikolari oġġetti postali, għajr għal oġġetti ta' korrispondenza, li minħabba l-piż tagħhom normalment jintużaw biex jintbagħtu prodotti u merkanzjia. Dan ir-Regolament għandu għaldaqstant ikopri, skont prattika konsistenti, oġġetti postali li jiżnu sa 31.5 kg , peress li oġġetti itqal ma jistgħu jiġu ġestiti minn individwu medju waħdu mingħajr għajnuniet mekkaniċi. F'konformità mal-prattika attwali u d-Direttiva 97/67/KE, kull stadju fil-katina postali, jiġifieri l-ġbir, l-issortjar u l-konsenja għandhom ikunu kkunsidrati bħala servizzi ta' konsenja tal-pakketti. It-trasport waħdu li ma jsirx flimkien ma' wieħed minn dawk l-istadji għandu jaqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti peress li f'dan il-każ jista' jiġi preżunt li din l-attività hija parti mis-settur tat-trasport.

(8)  Għalhekk, huwa importanti li tingħata definizzjoni ċara ta' pakkett, servizzi ta' konsenja tal-pakketti u fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti u li jiġi speċifikat liema oġġetti postali huma koperti b'dawk id-definizzjonijiet. Dan jikkonċerna b'mod partikolari oġġetti postali, għajr għal oġġetti ta' korrispondenza, oġġetti ġestiti jew le minn fornitur ta' servizzi universali, li minħabba l-piż tagħhom normalment jintużaw biex jintbagħtu prodotti u merkanzija. Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament ikopri, skont prattika konsistenti, pakketti jew konsenji b'valur kummerċjali jew mingħajru, li jiżnu sa 31.5 kg, peress li oġġetti itqal ma jistgħux jiġu ġestiti minn individwu medju waħdu mingħajr għajnuniet mekkaniċi. F'konformità mal-prattika attwali u skont id-Direttiva 97/67/KE, kull stadju fil-katina postali, jiġifieri l-ġbir, l-issortjar, it-trasport u t-tqassim, jenħtieġ li jitqiesu bħala servizz ta' konsenja tal-pakketti. Madankollu, it-trasport waħdu li ma jsirx flimkien ma' stadju ieħor minn dawk l-istadji jenħtieġ li jkun barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti, sakemm l-impriża kkonċernata jew impriża sussidjarja tagħha jew impriża marbuta magħha ma tkunx koperta bil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Impriżi stabbiliti fi Stat Membru wieħed biss u li għandhom netwerks proprji ta' konsenja involuti biss fl-awtoforniment ta' servizzi, li jiffurmaw parti mill-kuntratt ta' bejgħ kif definit bil-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE jenħtieġ li ma jitqisux bħala fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  L-informazzjoni kunfidenzjali minima li trid tintbagħat lill-awtoritajiet nazzjonali u l-proċeduri segwiti mill-awtoritajiet sabiex jiżguraw il-konformità man-natura kummerċjali ta' operaturi nazzjonali jridu jkunu definiti, u mezzi siguri jridu jkunu stabbiliti għall-komunikazzjoni tagħhom.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Ir-rati terminali huma bbażati fuq ftehimiet multilaterali u bilaterali bejn il-fornituri tas-servizz universali u jiżguraw li l-fornitur tas-servizz universali tad-destinazzjoni jitħallas tal-ispejjeż tas-servizz mogħti lill-fornitur tas-servizz universali ta' oriġini. Ir-rati terminali għandhom jiġu definiti b'tali mod li jinkludu kemm il-ħlasijiet terminali, kif definit fil-punt 15 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/67/KE li huma applikati għal oġġetti postali tal-ittri u r-rati tal-art tal-posta li tkun qed tasal applikati għall-pakketti.

(9)  Ir-rati terminali huma bbażati fuq ftehimiet multilaterali u bilaterali bejn il-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti, u intermedjarji li jiffurmaw parti mill-katina tal-konsenja fejn dan ikun applikabbli, u jiżguraw li l-fornitur tas-servizz ta' konsenja tal-pakketti tad-destinazzjoni jitħallas tal-ispejjeż tas-servizz mogħti lill-fornitur tas-servizz ta' konsenja tal-pakketti ta' oriġini. Jenħtieġ li r-rati terminali jiġu definiti b'tali mod li jinkludu kemm il-ħlasijiet terminali, kif definit fil-punt 15 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/67/KE li huma applikati għal oġġetti postali tal-ittri u r-rati tal-art tal-posta li tkun qed tasal applikati għall-pakketti. Ir-rati terminali huma data tan-negozju li hija kummerċjalment sensittiva. Jenħtieġ li d-data miġbura fir-rigward ta' ħlasijiet terminali u ta' ftehimiet kummerċjali tiġi pproċessata f'kundizzjonijiet ta' segretezza stretta b'konformità mal-prinċipji tas-suq ħieles. Jenħtieġ li l-piż amministrattiv fuq is-servizzi ta' konsenja tal-pakketti ma jiżdiedx eċċessivament.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Huwa meħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom għarfien u informazzjoni għal skopijiet ta' statistika dwar il-fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti attivi fis-suq. Madankollu, sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv għal fornituri tas-servizzi ta' konsenja ta' pakketti żgħar li huma attivi biss fis-suq nazzjonali jew reġjonali, għandu jkun applikat livell limitu, ibbażat fuq l-għadd ta' persuni li jaħdmu għall-fornitur tas-servizz u involuti fl-għoti ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti.

(10)  Huwa meħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom għarfien u informazzjoni għal skopijiet ta' statistika dwar il-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti attivi fis-suq fuq il-bażi ta' proċeduri ta' awtorizzazzjoni adatti jew ta' rekwiżiti legali oħra. Madankollu, sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv għal fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti żgħar li huma attivi biss fis-suq nazzjonali jew reġjonali, jenħtieġ li jkun applikat livell ta' limitu ta' anqas minn 50 persuna, ibbażat fuq l-għadd ta' persuni li jkunu ħadmu għall-fornitur tas-servizz u li kienu involuti fl-għoti tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti tul is-sena kalendarja preċedenti, dment li dak il-fornitur ma jkunx stabbilit f'aktar minn Stat Membru wieħed. Jenħtieġ li, f'ċerti każijiet, filwaqt li tqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-Istat Membru kkonċernat, l-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tkun tista' tbaxxi l-livell ta' limitu għal 25 persuna. Dan il-livell ta' limitu huwa konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361 tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, jirrifletti n-natura tas-settur bħala wieħed li jirrikjedi ħafna ħaddiema u jkopri l-biċċa l-kbira tas-suq tal-konsenja tal-pakketti u l-livell ta' sehem tas-suq, speċjalment f'pajjiżi b'volumi baxxi tal-fluss ta' pakketti. Jenħtieġ li l-għadd medju ta' persuni jinkludu impjegati full-time, part-time, u temporanji, kif ukoll persuni li jaħdmu għal rashom.

Emenda   22

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Meta tiġi ppreżentata informazzjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali, il-karatteristiċi tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti jenħtieġ li jinkludu l-istadji fil-katina tal-konsenja postali (ikklirjar, issortjar, trasport u tqassim) imwettqa minn dak il-fornitur; jekk is-servizz huwiex kopert jew le bl-obbligu ta' servizz universali; il-kopertura territorjali tas-servizz (reġjonali, domestiku, transfruntier); u jekk huwiex offrut valur miżjud.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Meta tingħata informazzjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali, għandu jitqies li l-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti jista' jkun li diġà jkunu taw ċerta informazzjoni lill-istess awtorità regolatorja nazzjonali. Is-servizzi ta' konsenja tal-pakketti huma importanti għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u għall-individwi u għandhom ikunu jistgħu jqabblu faċilment bejn fornituri differenti. Għalhekk, is-servizzi li għalihom għandhom jingħataw it-tariffi minn fornituri ta' servizz universali għandhom jiġu definiti b'mod ċar. Dawk it-tariffi għandhom ikunu ppubblikati mill-Kummissjoni fuq sit tal-internet dedikat u għandhom, flimkien mal-provvista regolari kunfidenzjali tar-rati terminali sottostanti, jikkostitwixxu l-bażi għall-awtoritajiet nazzjonali regolatorji biex jivvalutaw l-affordabbiltà tat-tariffi għas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera. Il-fornituri tas-servizz ta' konsenja tal-pakketti għajr għal fornituri ta' servizz universali jistgħu jipprovdu b'mod volontarju, f'forma paragunabbli, lill-awtorità regolatorja nazzjonali tagħhom skont it-tariffi għall-istess oġġetti sakemm dawk l-oġġetti jitwasslu d-dar jew fil-post tad-destinatarju.

(12)  Meta tingħata informazzjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali, jenħtieġ li jitqies li l-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti jista' jkun li diġà jkunu taw ċerta informazzjoni lill-istess awtorità regolatorja nazzjonali. Is-servizzi ta' konsenja tal-pakketti huma importanti għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u għall-individwi u jenħtieġ li jkunu jistgħu jqabblu faċilment bejn fornituri differenti. Għalhekk, is-servizzi li għalihom iridu jagħtu tariffi l-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti li joperaw b'mod transfruntier jenħtieġ li jiġu definiti b'mod ċar. Dawk it-tariffi għandhom ikunu ppubblikati mill-Kummissjoni fuq sit tal-internet dedikat, li jkun ta' natura newtrali u mhux kummerċjali.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Minħabba d-daqs u l-qisien żgħar tagħhom, ċerti oġġetti postali ma għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligi stabbiliti fir-rigward tat-trasparenza tat-tariffi. L-oġġetti postali soġġetti għal dawk l-obbligi għandhom għalhekk ikollhom wisa' minima ta' 20 mm.

(13)  Minħabba d-daqs u l-qisien żgħar tagħhom, ċerti oġġetti postali jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal dawn l-obbligi. Għalhekk jenħtieġ li l-oġġetti postali soġġetti għal dawn l-obbligi jkollhom wisa' minimu ta' 20 mm.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jivvalutaw fuq bażi annwali l-affordabbiltà tat-tariffi, għandhom jibbażaw irwieħhom fuq kriterji oġġettivi, bħat-tariffi domestiċi tal-fornituri ta' servizzi universali ta' oriġini u l-fornituri tas-servizzi universali tad-destinazzjoni u l-livell ta' rati terminali. Dawk il-kriterji komuni jistgħu jiġu kkumplimentati bi kriterji oħra ta' rilevanza partikolari biex jispjegaw it-tariffi inkwistjoni, bħalma huma spejjeż speċifiċi ta' trasport jew ġestjoni u l-volumi bilaterali bejn il-fornituri tas-servizz ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera differenti.

(14)  Meta jikkunsidraw jekk jivvalutawx it-tariffi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jikkunsidraw il-grad ta' kompetizzjoni fis-suq transfruntier rilevanti, inkluż għal spedituri b'volumi baxxi f'żoni remoti u periferali. Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jwettqu l-valutazzjonijiet tagħhom tat-tariffi, jenħtieġ li jibbażaw ruħhom fuq kriterji oġġettivi, bħat-tariffi domestiċi tal-fornituri ta' konsenja tal-pakketti ta' oriġini u l-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti ta' destinazzjoni u jieħdu kont tas-sitwazzjoni individwali tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju u l-utenti li jgħixu jew li jinsabu f'żoni remoti jew b'popolazzjoni baxxa, kif ukoll l-utenti b'diżabbiltà, u l-utenti li għandhom mobilità mnaqqsa. F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali, ikkunsidra li l-kopertura ġeografika u l-aċċessibilità għas-servizzi universali għall-konsenji tal-pakketti jistgħu jittejbu u jridu jittejbu, speċjalment għaċ-ċittadini b'diżabilità u li għandhom mobilità mnaqqsa u għal dawk li jgħixu f'żoni remoti, u enfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-aċċessibilità bla ostakoli għas-servizzi postali. Jenħtieġ li dawn il-valutazzjonijiet jkollhom l-għan li jidentifikaw abbużi potenzjali ta' pożizzjoni dominanti fis-suq u li jiddeterminaw sa liema grad l-utilizzazzjoni tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera tkunx affettwata mit-tariffi transfruntiera applikabbli. Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu jekk ikunx meħtieġ li jivvalutaw it-tariffi ulterjorment, jenħtieġ li jibbażaw ruħhom fuq kriterji oġġettivi, bħat-tariffi domestiċi tal-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti ta' oriġini u tal-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti ta' destinazzjoni. Dawk il-kriterji komuni jistgħu jiġu kkumplimentati bi kriterji oħra ta' rilevanza partikolari biex jispjegaw it-tariffi inkwistjoni, bħalma huma spejjeż speċifiċi ta' trasport jew ġestjoni, ir-rati terminali u l-volumi bilaterali bejn il-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera differenti.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Tariffi uniformi għall-konsenji transfruntiera għal żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jkunu importanti fl-interess tal-ħarsien tal-koeżjoni reġjonali u soċjali. F'dan il-kuntest għandu jiġi kkunsidrat li l-kummerċ online joffri opportunitajiet ġodda biex żoni b'popolazzjoni baxxa jipparteċipaw fil-ħajja ekonomika. Għalhekk jenħtieġ li kwalunkwe tariffa uniformi titqies b'mod sħiħ meta tkun qed tiġi kkunsidrata l-affordabbiltà tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti.

(15)  Tariffi uniformi għall-konsenji transfruntiera għal żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jkunu importanti fl-interess tal-ħarsien tal-koeżjoni reġjonali u soċjali. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li titqies il-ħtieġa li l-kummerċ elettroniku f'żoni b'popolazzjoni baxxa u żoni remoti jiġi promoss sabiex il-konsumaturi f'żoni bħal dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-kummerċ onlajn u jagħtu spinta lill-ekonomiji reġjonali tagħhom. Għalhekk jenħtieġ li kwalunkwe tariffa uniformi titqies b'mod sħiħ meta jkunu qed jiġu vvalutati t-tariffi tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Differenzi sinifikanti bejn it-tariffi domestiċi u dawk transfruntiera għal servizzi ta' konsenja tal-pakketti għandhom ikunu ġustifikati bi kriterji oġġettivi, bħal spejjeż addizzjonali għat-trasport u marġni ta' profitt raġonevoli. Fornituri ta' servizz universali li jagħtu servizzi ta' konsenja tal-pakketti għandhom jiġu rikjesti li jiġġustifikaw mingħajr dewmien.

(16)  Jenħtieġ li differenzi sinifikanti bejn it-tariffi domestiċi u dawk transfruntiera għal servizzi ta' konsenja tal-pakketti jkunu ġustifikati bi kriterji oġġettivi, bħal spejjeż addizzjonali għat-trasport u marġni ta' profitt raġonevoli. Jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti li jipprovdu servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera jipprovdu tali ġustifikazzjoni kull meta dan jiġi mitlub mill-Awtorità Regolatorja Nazzjonali.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza madwar l-Unjoni, l-analiżi ta' awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiġi sottomessa lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. Il-kunfidenzjalità trid tkun żgurata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' wkoll titlob lill-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi Postali biex jipprovdu analiżi mifruxa mal-Unjoni abbażi tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali.

(17)  Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza madwar l-Unjoni, jenħtieġ li analiżi mhux kunfidenzjali ta' awtorità regolatorja nazzjonali tiġi sottomessa lill-Kummissjoni, u lill-awtoritajiet nazzjonali fi ħdan l-Istat Membru tal-awtorità regolatorja nazzjonali li tagħmel is-sottomissjoni u li hija inkarigata mill-implimentazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni. Il-kunfidenzjalità trid tkun żgurata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' wkoll titlob lill-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi Postali biex jipprovdu analiżi mifruxa mal-Unjoni kollha abbażi tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali, bil-kundizzjoni li l-kunfidenzjalità tkun żgurata.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Fornituri ta' servizz universali li jipprovdu servizzi ta' konsenja tal-pakketti jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali u multilaterali dwar ir-rati terminali u jistgħu jistabbilixxu programmi oħra biex iħaffu l-interkonnettività tan-netwerks ta' konsenja tagħhom. Għal raġunijiet ta' nondiskriminazzjoni, fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti li jikkompetu bejniethom għandhom jingħataw l-istess aċċess għar-rati terminali applikabbli bejn il-partijiet fi ftehimiet multilaterali. Jista' jkun ġustifikat li rati terminali pagabbli minn fornituri ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti terzi, f'xi każijiet, ikunu aktar minn dawk pagabbli minn fornituri tas-servizz universali li huma partijiet għal ftehimiet bħal dawn. Dan jista' jkun il-każ fejn il-partijiet għal ftehim multilaterali dwar ir-rati terminali jistgħu juru li l-kost biex jitwaqqaf, jitħaddem u jkun amministrat il-ftehim, il-kost żejjed imġarrab bl-aċċettazzjoni u l-ġestjoni ta' oġġetti minn fornituri ta' servizzi tal-konsenja tal-pakketti mhux magħżula u spejjeż oħra bħal dawn mhumiex koperti mir-rati terminali imposti fuq fornitur ta' servizzi terzi fl-Istat Membru ta' oriġini.

(18)  Fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti li jipprovdu servizzi ta' konsenja tal-pakketti jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali u multilaterali dwar ir-rati terminali u jistgħu jistabbilixxu programmi oħra biex iħaffu l-interkonnettività tan-netwerks ta' konsenja tagħhom, filwaqt li jħarsu bis-sħiħ id-dritt tal-kompetizzjoni. Jenħtieġ li dawn il-ftehimiet ikunu orjentati lejn il-kostijiet, ikunu ta' benefiċċju lill-konsumaturi u jwasslu għal użu aktar effiċjenti tan-netwerks eżistenti, b'mod partikolari f'żoni rurali u remoti. Huwa importanti li kwalunkwe ftehim tali li jista' jkun qed jikser il-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/67/KE jiġi investigat u indirizzat sewwa mill-Istati Membri, mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mill-Kummissjoni Ewropea b'mod li jkun f'waqtu u effikaċi.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  Għal raġunijiet ta' nondiskriminazzjoni, fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti li jikkompetu bejniethom għandhom jingħataw l-istess aċċess għar-rati terminali applikabbli bejn il-partijiet skont ftehimiet multilaterali jew bilaterali. Il-fornituri ta' servizzi universali jistgħu jirrifjutaw jew jillimitaw l-aċċess. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Awtorità Regolatorja Nazzjonali u jiġġustifikaw id-deċiżjoni tagħhom abbażi ta' kriterji oġġettivi sabiex l-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tkun tista' tivvalutaha. Jista' jkun ġustifikat li rati terminali pagabbli minn fornituri ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti terzi, f'xi każijiet, ikunu aktar minn dawk pagabbli minn fornituri tas-servizzi universali li jkunu partijiet għal ftehimiet tali. Dan jista' jkun il-każ fejn il-partijiet għal ftehim multilaterali jew bilaterali dwar ir-rati terminali jistgħu juru li l-kost biex iwaqqfu, iħaddmu u jamministraw il-ftehim, il-kost żejjed li jġarrbu billi jaċċettaw u jimmaniġġaw oġġetti minn fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti mhux deżinjati u kwalunkwe kost ieħor tat-tip ma jkunux koperti mir-rati terminali imposti fuq il-fornitur tas-servizzi terz fl-Istat Membru ta' oriġini.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Fil-prattika u għal raġunijiet operattivi, il-mument li fih għandu jingħata aċċess huwa l- uffiċċju tad-dħul ta' skambju, li huwa uffiċċju jew faċilità determinati minn fornituri tas-servizz universali fl-Istat Membru tad-destinazzjoni għall-għoti ta' oġġetti postali domestiċi għajr għall-oġġetti ta' korrispondenza.

imħassar

Emenda     32

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  Sabiex jiġi llimitat il-piż amministrattiv, it-trasferiment ta' data min-naħa tal-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti, tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tal-Kummissjoni jenħtieġ li jsir b'mezzi elettroniċi, u b'mod partikolari jenħtieġ li jippermetti l-użu ta' firem elettroniċi, kif previst fir-Regolament (UE) Nru 910/20141a.

 

_________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.08.2014, p. 73).

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Peress li s-swieq għas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti qed jinbidlu b'ħeffa, il-Kummissjoni għandha tivvaluta mill-ġdid l-effiċjenza u l-effettività ta' dan ir-Regolament u tissottometti rapport regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti għal reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(21)  Peress li s-swieq għas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti qed jinbidlu b'ħeffa, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta mill-ġdid l-effiċjenza u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tqis l-iżviluppi fil-kummerċ elettroniku, u tissottometti rapport ta' evalwazzjoni regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport jenħtieġ li jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti leġiżlattivi għal reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport jenħtieġ li jiġi prodott wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati xierqa kollha, inkluż il-Kumitat Ewropew għad-Djalogu Soċjali għas-settur postali.

Emenda   34

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tibni fuq kontribut siewi mill-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi Postali li huwa magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-obbligu li l-fornituri ta' konsenja tal-pakketti jissottometu informazzjoni lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi formula għat-tressiq ta' informazzjoni bħal din. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50.

(22)  Sabiex jiġu stabbiliti l-obbligi speċifiċi għall-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti kollha fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-formola għas-sottomissjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet49a. B'mod partikulari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom b'mod sistematiku jkollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

__________________

__________________

 

49a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

50 Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13 - 18).

 

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawn il-penali jenħtieġ li jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Peress li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi l-prinċipji regolatorji u r-regoli meħtieġa biex tittejjeb is-sorveljanza regolatorja, biex tittejjeb it-trasparenza tal-prezzijiet u biex ikunu stabbiliti ċerti prinċipji fir-rigward tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera li għandhom jappoġġaw il-kompetizzjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

(25)  Dan ir-Regolament għandu l-għan ewlieni li jistabbilixxi l-prinċipji regolatorji u r-regoli meħtieġa biex itejjeb is-sorveljanza regolatorja, itejjeb it-trasparenza tat-tariffi u jistabbilixxi ċerti prinċipji, li jenħtieġ li jappoġġjaw il-kompetizzjoni, fir-rigward tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera, bil-għan aħħari li jrawwem aċċessibilità aħjar tal-utenti għas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera u, huwa u jagħmel dan, ikattar ukoll il-fiduċja tal-konsumatur fil-kummerċ elettroniku transfruntiera. Peress li l-objettiv li titrawwem aċċessibiltà mtejba tal-utenti għal servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jilħaq dan l-objettiv.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Kapitolu 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-suġġett u d-definizzjonijiet

Għanijiet u definizzjonijiet

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Suġġett

Għanijiet

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli speċifiċi, flimkien mar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 97/67/KE, fir-rigward ta':

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli speċifiċi li jrawmu aktar aċċessibilità tal-konsumaturi għal servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera, flimkien mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 97/67/KE, fir-rigward ta':

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  is-sorveljanza regolatorja relatata ma' servizzi ta' konsenja ta' pakketti;

(a)  sorveljanza regolatorja relatata mas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-trasparenza tat-tariffi u rati terminali għal ċerti servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera u l-valutazzjoni tal-affordabbiltà ta' ċerti tariffi transfruntiera;

(b)  it-trasparenza tat-tariffi u l-valutazzjoni tat-tariffi għal ċerti servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera li huma żraġonevolment għalja.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-aċċess trasparenti u mhux diskriminatorju għal ċerti servizzi u/jew infrastruttura tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera.

(c)   informazzjoni għall-utenti tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  "pakkett" tfisser oġġett postali jew konsenja, ta' valur kummerċjali jew mingħajr valur kummerċjali, għajr oġġett ta' korrispondenza ta' piż li ma jaqbiżx 31.5 kg;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "servizzi ta' konsenja tal-pakketti" tfisser servizzi li jinvolvu il-ġbir, l-issortjar, it-trasport jew it-tqassim ta' oġġetti postali oħra għajr għall-oġġetti ta' korrispondenza; it-trasport waħdu ma għandux jitqies bħala servizz ta' konsenja tal-pakketti; il-konsenja ta' oġġetti bħal dawn li jaqbżu l-31,5 kg ma għandhiex titqies bħala servizz ta' konsneja tal-pakketti;

(a)  "servizzi ta' konsenja tal-pakketti" tfisser servizzi li jinvolvu l-ikklirjar, l-issortjar, it-trasport jew it-tqassim ta' pakketti;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti" tfisser impriża li tipprovdi servizz wieħed jew aktar ta' konsenja tal-pakketti;

(b)  "fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti" tfisser impriża li tipprovdi servizz wieħed jew aktar ta' konsenja tal-pakketti, bl-eċċezzjoni ta' impriżi stabbiliti fi Stat Membru wieħed biss, u li jipprovdu biss servizzi ta' konsenja tal-pakketti domestiċi bħala parti minn kuntratt ta' bejgħ kif definit fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE u bħala parti mill-kuntratt li l-impriża tgħaddi lill-utent personalment l-oġġetti li huma s-suġġett ta' dan il-kuntratt;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  “rati terminali” tfisser pagamenti mill-fornitur tas-servizz oriġinali ta' oriġini lill-fornitur tas-servizz universali tad-destinazzjoni għall-ispejjeż tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera fl-Istat Membru ta' destinazzjoni.

(c)  "rati terminali" tfisser pagamenti mill-fornitur tas-servizz ta' konsenja tal-pakketti ta' oriġini lill-fornitur tas-servizz ta' konsenja tal-pakketti tad-destinazzjoni jew, fejn applikabbli, lill-intermedjarji għall-ispejjeż tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera fl-Istat Membru ta' destinazzjoni;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  "kummerċjant" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe persuna ġuridika, indipendentement minn jekk il-proprjetarji jkunux privati jew pubbliċi, li taġixxi għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha fir-rigward tal-konklużjoni ta' kuntratti ta' bejgħ mal-utenti li jinvolvu l-bgħit transfruntiera ta' pakketti koperti b'dan ir-Regolament;

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 2 - punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  "subkuntrattur" tfisser impriża li tipprovdi l-ikklirjar, l-issortjar, it-trasport jew it-tqassim ta' pakketti għall-fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti;

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Livell ta' armonizzazzjoni

 

Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament huma rekwiżiti minimi u ma għandhom jipprevjenu lill-ebda Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri addizzjonali, bil-għan li jikseb aċċessibilità aħjar għall-utenti għal servizzi effiċjenti u affordabbli ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera. Tali miżuri għandhom ikunu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri kollha tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti għandhom jissottomettu l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti:

1.  Il-fornituri kollha tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti għandhom jissottomettu l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti dment li l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx ġa talbet u rċeviet din l-informazzjoni:

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-isem tal-fornitur, l-istatus u l-forma ġuridika tiegħu, in-numru tar-reġistrazzjoni f'reġistru kummerċjali jew f'reġistru simili, in-numru tal-VAT, l-indirizz tal-istabbiliment u persuna ta' kuntatt;

(a)  l-isem tal-fornitur tas-servizz ta' konsenja tal-pakketti, l-istatus u l-forma ġuridika tiegħu, in-numru tar-reġistrazzjoni f'reġistru kummerċjali jew f'reġistru simili, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT, l-indirizz tal-istabbiliment u persuna ta' kuntatt;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  in-natura tas-servizzi offruti mill-fornitur;

(b)  Fejn ikun possibbli, deskrizzjoni dettaljata tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti offruti mill-fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti, inkluża n-natura tas-servizzi offruti u informazzjoni preċiża dwar l-għażliet ta' ħlas u ta' tip ieħor għall-utenti;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-kundizzjonijiet ġenerali ta' bejgħ tal-fornituri, inkluża deskrizzjoni dettaljata tal-proċedura ta' ilment.

(c)  it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta' bejgħ tal-fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti għas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti, inklużi dettalji ta' proċeduri ta' lment għall-utenti u kwalunkwe limitazzjoni potenzjali ta' responsabbiltà li tista' tapplika.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'każ ta' kwalunkwe bidla li tikkonċerna l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti għandu jinforma lill-awtorità regolatorja nazzjonali dwar dan it-tibdil fi żmien 30 jum.

2.  Il-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti għandhom jinformaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali bi kwalunkwe bidla li tikkonċerna l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien 30 jum.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena kalendarja, il-fornituri kollha tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti għandhom jissottomettu din l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti:

3.  Sal-31 ta' Mejju ta' kull sena kalendarja, il-fornituri kollha tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti għandhom jissottomettu din l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti dment li l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx ġa talbet din l-informazzjoni:

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-fatturat annwali f'servizzi ta' konsenja tal-pakketti għas-sena kalendarja preċedenti fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-fornitur, maqsum f'servizzi ta' konsenja tal-pakketti b'rabta ma' oġġetti postali transfruntiera nazzjonali, li kunu qed jaslu u li jkunu qed jiġu mibgħuta;

(a)  il-fatturat annwali f'servizzi ta' konsenja tal-pakketti għas-sena kalendarja preċedenti fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizz ta' konsenja tal-pakketti, maqsum f'servizzi ta' konsenja tal-pakketti domestiċi, dawk transfruntiera li jkunu daħlu fil-pajjiż u dawk li jkunu ħarġu minnu;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-għadd ta' persuni li jaħdmu għall-fornitur u li huma involuti fl-għoti ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti fl-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur huwa stabbilit fis-sena kalendarja preċedenti

(b)  l-għadd ta' persuni li jaħdmu għall-fornitur ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti u li huma involuti fl-għoti ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti fl-Istat Membru li fih huwa stabbilit dak il-fornitur tul is-sena kalendarja preċedenti, inkluża analiżi b'referenza għall-istatus tal-impjieg.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-għadd ta' oġġetti postali domestiċi oħra għajr għal oġġetti ta' korrispondenza u li ma jaqbżux il-31.5 kg ġestiti fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-fornitur fis-sena kalendarja preċedenti, maqsuma f'oġġetti postali transfruntiera nazzjonali, li kunu qed jaslu u li jkunu qed jiġu mibgħuta.

(c)  l-għadd ta' pakketti ġestiti matul is-sena kalendarja preċedenti fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti, maqsum f'pakketti domestiċi, dawk transfruntiera li jkunu daħlu fil-pajjiż u dawk li jkunu ħarġu minnu.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  l-ismijiet tas-subkuntratturi li jaħdmu għalihom u li huma involuti fl-għoti ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti, flimkien ma' kwalunkwe informazzjoni fil-pussess l-fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti dwar in-natura u l-operat tas-servizzi subkuntrattati ta' konsenja tal-pakketti.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi formula għas-sottomissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 9a sabiex tistabbilixxi formula għas-sottomissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u 3 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu rekwiżiti ta' informazzjoni addizzjonali ma' dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 fejn ikunu meħtieġa biex tkun żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament.

imħassar

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti li jimpjega anqas minn 50 persuna ma għandux ikun soġġett għall-obbligi tal-paragrafi 1 u 2, sakemm il-fornitur ma jkunx stabbilit f'aktar minn Stat Membru wieħed.

6.  Dan l-Artikolu m'għandux japplika għal fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti li jkun impjega, matul is-sena kalendarja preċedenti, medja ta' anqas minn 50 persuna, sakemm dak il-fornitur ma jkunx stabbilit f'aktar minn Stat Membru wieħed. Awtorità regolatorja nazzjonali tista', fil-qies tal-ispeċifiċitajiet tal-Istat Membru kkonċernat u sakemm dan ikun meħtieġ u proporzjonat sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, tbaxxi l-għadd ta' limitu għal 25 persuna.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasparenza tat-tariffi u r-rati terminali

It-trasparenza tat-tariffi

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fornituri tas-servizz universali li jipprovdu servizzi ta' konsenja tal-pakketti għandhom jipprovdu lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti b'lista pubblika ta' tariffi applikabbli fl-1 ta' Jannar ta' kull sena kalendarja għall-konsenja ta' oġġetti postali li jaqgħu fil-kategoriji elenkati fl-Anness. Dak it-tagħrif għandu jingħata sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena.

1.  Il-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera kollha għajr dawk esklużi mill-Artikolu 3(6) għandhom jipprovdu lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti b'lista pubblika ta' tariffi applikabbli fl-1 ta' Jannar ta' kull sena kalendarja għall-konsenja ta' pakketti unitarji li jaqgħu fil-kategoriji elenkati fl-Anness. Dik l-informazzjoni għandha tingħata sat-28 ta' Frar ta' kull sena kalendarja.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, bla dewmien u sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar ta' kull sena kalendarja, jissottometu l-listi pubbliċi tat-tariffi pubbliċi miksuba skont il-paragrafu 1 lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblikahom fuq is-sit web apposta sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena kalendarja.

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, bla dewmien u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu ta' kull sena kalendarja, jissottomettu lill-Kummissjoni l-listi tat-tariffi pubbliċi miksuba skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblikahom f'sit web dedikat sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena kalendarja, u għandha tiżgura li s-sit web dedikat ikun newtrali u ta' karattru mhux kummerċjali.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fornituri ta' servizz universali li jipprovdu servizzi ta' konsenja tal-pakketti għandhom jipprovdi lill-awtorità regolatorja nazzjonali bir-rati terminali applikabbli fl-1 ta' Jannar ta' kull sena kalendarja għal oġġetti postali li joriġinaw minn Stati Membri oħra. Dak it-tagħrif għandu jingħata sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena.

imħassar

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissottometu r-rati terminali miksuba f'konformità mal-paragrafu 3 lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat Membru ta' oriġini sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar ta' kull sena.

imħassar

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-valutazzjoni tal-affordabbiltà tat-tariffi

Il-valutazzjoni tat-tariffi unitarji

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta l-affordabbiltà tat-tariffi transfruntiera inklużi fil-listi pubbliċi ta' tariffi miksuba skont l-Artikolu 4(1) fi żmien 3 xhur mill-wasla ta' dik l-informazzjoni. F'dik il-valutazzjoni, għandhom jitqiesu b'mod partikolari l-elementi li ġejjin:

1.  Jekk l-awtorità regolatorja nazzjonali tqis li dan ikun neċessarju, tista' tivvaluta b'mod oġġettiv, f'konformità mal-prinċipji fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 97/67/KE, tariffi transfruntiera fir-rigward tal-kategoriji ta' pakketti unitarji elenkati fl-Anness I koperti bl-obbligu ta' servizz universali tal-Istat Membru tagħha, sabiex tidentifika t-tariffi transfruntiera għal servizzi ta' konsenja tal-pakketti li joriġinaw fl-Istat Membru tagħha li jidhrilha li jkunu żraġonevolment għaljin, fi żmien 3 xhur mill-wasla ta' dik l-informazzjoni. F'dik il-valutazzjoni, għandhom jitqiesu b'mod partikolari l-elementi li ġejjin:

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  it-tariffi domestiċi tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti komparabbli fl-Istat Membru ta' oriġini u fl-Istat Membru tad-destinazzjoni;

(a)  it-tariffi domestiċi u kwalunkwe tariffa rilevanti oħra tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti komparabbli fl-Istat Membru ta' oriġini u fl-Istat Membru tad-destinazzjoni;

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ir-rati terminali miksuba f'konformità mal-Artikolu 4(3);

imħassar

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  l-impatt probabbli tat-tariffi transfruntiera applikabbli fuq l-individwi u fuq l-utenti f'intrapriżi zgħar u ta' daqs medju, inklużi dawk li jinsabu f'żoni remoti jew b'popolazzjoni baxxa, u fuq l-utenti individwali li jkunu persuni b'diżabilità jew b'mobilità mnaqqsa.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 1 - punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  il-valutazzjoni għandha tqis jekk it-tariffi jkunux soġġetti għar-regolamentazzjoni tal-prezzijiet skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew jekk servizzi simili jkunux offruti minn fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti ieħor.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc)   l-abbużi potenzjali ta' pożizzjoni dominanti fis-suq.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li t-tariffi transfruntiera msemmija fil-paragrafu 1 mhumiex affordabbli, għandha titlob iktar informazzjoni u/jew ġustifikazzjoni meħtieġa b'rabta mal-livell ta' dawk it-tariffi mill-fornitur tas-servizz universali.

2.  Għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jekk l-awtorità regolatorja nazzjonali tqis li jkun meħtieġ, għandha titlob lill-fornitur(i) ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti kkonċernat(i) jew kwalunkwe evidenza rilevanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' dawk it-tariffi li tista' tkun meħtieġa sabiex issir il-valutazzjoni. Din l-evidenza tista' tinkludi spejjeż speċifiċi ta' trasport jew ġestjoni, ir-rati terminali u l-volumi bilaterali bejn fornituri ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera differenti.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-fornitur tas-servizz universali għandu jipprovdi lill-awtorità regolatorja nazzjonali bl-informazzjoni u/jew ġustifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fi żmien 15-il jum xogħol minn meta tasal it-talba.

3.  Il-fornitur jew fornituri msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jipprovdu lill-awtorità regolatorja nazzjonali l-evidenza msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fi żmien xahar minn meta tasal it-talba, flimkien ma' kwalunkwe ġustifikazzjoni għat-tariffi li jkunu qed jiġu vvalutati.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tippreżenta l-valutazzjoni tagħha, inkluża kwalunkwe informazzjoni u/jew ġustifikazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 3, lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra u l-awtoritajiet nazzjonali fi ħdan l-Istat Membru tal-awtorità regolatorja nazzjonali li tkun qed tissottometi fdata bl-implimentazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. Verżjoni mhux kunfidenzjali ta' dik il-valutazzjoni għandha tingħata wkoll lill-Kummissjoni. Dak it-tagħrif għandu jingħata sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena kalendarja.

4.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tippreżenta, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju tas-sena kalendarja rilevanti, rapport dettaljat dwar il-valutazzjoni tagħha tat-tariffi transfruntiera fi qbil ma' dan l-Artikolu, inkluża kwalunkwe informazzjoni u/jew ġustifikazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 3, lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati u lill-awtoritajiet nazzjonali fi ħdan l-Istat Membru tal-awtorità regolatorja nazzjonali li tkun qed tissottometti fdata bl-implimentazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. Barra minn hekk, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tipprovdi verżjoni mhux kunfidenzjali tal-valutazzjoni tagħha lill-Kummissjoni.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-valutazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'konformità mal-paragrafu 4 fuq is-sit apposta sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena kalendarja.

5.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-verżjoni mhux kunfidenzjali tar-rapport ta' valutazzjoni pprovdut mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar mill-wasla tiegħu.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

imħassar

L-aċċess transfruntier trasparenti u mhux diskriminatorju

 

1.   Kull fejn il-fornituri tas-servizz universali li jipprovdu servizzi ta' konsenja tal-pakketti jikkonkludu ftehimiet multilaterali dwar rati terminali għandhom jissodisfaw it-talbiet raġonevoli kollha għall-aċċess għall-elementi kollha tan-netwerk u l-faċilitajiet assoċjati miegħu kif ukoll servizzi rilevanti u sistemi tal-informazzjoni, meħtieġa għall-forniment ta' servizzi transfruntiera ta' konsenja tal-pakketti.

 

2.   Il-punt li fih għandu jingħata aċċess għandu jkun l-uffiċċju tad-dħul ta' skambju fl-Istat Membru tad-destinazzjoni

 

3.   Il-fornituri tas-servizz universali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippubblikaw offerta ta' referenza. L-offerta ta' referenza għandha tinkludi t-termini u l-kundizzjonijiet assoċjati rilevanti kollha, inklużi l-prezzijiet.

 

4.   L-offerta ta' referenza għandha tinkludi l-komponenti kollha meħtieġa għall-aċċess kif imsemmi fil-paragrafu 1, inkluża kwalunkwe kundizzjoni li tillimita l-aċċess għal u/jew l-użu ta' servizzi fejn kundizzjonijiet bħal dawn huma permessi mill-Istati Membri f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

 

5.   Qabel ma tiġi ppubblikata l-offerta ta' referenza, din għandha tkun approvata mill-awtorità regolatorja nazzjonali. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista', fejn ikun meħtieġ, timponi bidliet fl-offerta ta' referenza biex jingħata effett lill-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

 

6.   Il-fornituri tas-servizz universali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, meta mitluba, u abbażi ta' offerta ta' referenza, jagħmlu offerta individwali disponibbli għal fornitur tas-servizz ta' konsenja tal-pakketti li jitlob aċċess fit-tifsira ta' dak il-paragrafu sa mhux aktar tard minn xahar wara li tasal it-talba. Fornituri tas-servizz universali li jirċievu talba għall-aċċess u l-fornituri li jitolbu l-aċċess għandhom jinnegozjaw in bona fede.

 

7.   Meta ma jintlaħaqx ftehim fuq il-bażi tal-offerta individwali msemmija fil-paragrafu 6, il-fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti li jitlob aċċess jista' jissottometti l-offerta individwali magħmula mill-fornitur tas-servizz universali lill-awtorità regolatorja nazzjonali. Jekk meħtieġ, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jibdlu l-offerta ta' referenza biex jingaħta effett lill-obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

8.   L-aċċess għandu jiġi żgurat operazzjonalment f'perjodu raġonevoli ta' żmien li ma jaqbiżx it-tliet xhur mill-konklużjoni tal-kuntratt.

 

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

L-istandards ta' informazzjoni u ta' kwalità

 

1.   Il-kummerċjanti kollha li jikkonkludu kuntratti ta' bejgħ ma' utenti li jinkludu l-bgħit ta' pakketti transfruntiera għandhom, fl-istadju prekuntrattwali, jqiegħdu l-informazzjoni li ġejja għad-dispożizzjoni tal-utenti:

 

(a)   il-prezzijiet mitluba minnhom lil utenti għal konsenja tal-pakketti transfruntiera inklużi kwalunkwe rati alternattivi jew skontati;

 

(b)  l-għażliet ta' konsenja transfruntiera offruti, inkluża kwalunkwe għażla ta' fornituri, ta' traċċar u rintraċċar, u mekkaniżmi li jippermettu lill-utent jintervjeni matul il-proċess kollu tal-konsenja, inkluż biex jagħżel li ma jkollux konsenja mingħajr il-preżenza ta' riċevitur u biex jirranġa għal konsenja mill-ġdid jew il-ħin jew il-post tal-ġbir, fejn applikabbli;

 

(c)  id-dettalji tal-proċessi ta' lmenti tagħhom u tal-fornitur tas-servizzi tal-konsenja kkonċernat, u tan-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi għal ilmenti transfruntiera.

 

2.   It-trasparenza u l-miżurabbiltà tal-kwalità tas-servizzi u l-interoperabbiltà tal-konsenji tal-pakketti transfruntiera għandhom jiġu prijoritizzati ulterjorment skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/67/KE, permezz tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u b'modi oħra, fil-qies partikolari tal-interessi tal-utenti, u ta' kunsiderazzjonijiet dwar l-effiċjenza u l-ambjent.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-implimentazzjoni, ir-reviżjoni u d-dħul fis-seħħ

Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Il-kunfidenzjalità

 

Kwalunkwe informazzjoni rigward ir-rati terminali jew informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali oħra pprovduta f'konformità ma' dan ir-Regolament lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew lill-Kummissjoni għandha tiġi ttrattata bl-akbar kunfidenzjalità skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt nazzjonali u għal dak tal-Unjoni.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7b

 

Applikazzjoni

 

Ħlief fejn dan ir-Regolament jipprovdi speċifikament xorta oħra, dan ir-Regolament huwa bla ħsara għad-dritt nazzjonali u għal dak tal-Unjoni applikabbli għall-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti, inklużi r-regoli soċjali u tal-impjieg u r-rekwiżiti dwar is-sottomissjoni ta' informazzjoni lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel XX/XX/2019, u minn hemm 'il quddiem kull erba' snin, il-Kummissjoni għandha tissottometi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali rapport ta' evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta għar-reviżjoni tagħha.

Sa ... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u minn hemm 'il quddiem kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali rapport ta' evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni tagħha. Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti kollha.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jekk l-affordabbiltà tas-servizzi transfruntiera tal-konsenja tal-pakketti tjiebitx, inkluż għal utenti f'żoni remoti jew b'popolazzjoni baxxa;

(a)  jekk it-trasparenza tat-tariffi transfruntiera u l-effiċjenza u l-affordabbiltà tas-servizzi tal-konsenja transfruntiera tal-pakketti tjibux madwar l-Unjoni, inkluż għal individwi u intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, speċjalment għal dawk li jinsabu f'żoni remoti jew b'popolazzjoni baxxa;

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  sa liem punt l-aċċess trasparenti u mhux diskriminatorju sħiħ transfruntier kif imsemmi fl-Artikolu 6 ingħata minn fornituri tas-servizz universali li jipprovdu servizz ta' konsenja tal-pakketti;

(b)  l-impatt tar-Regolament fuq il-livelli ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera u fuq il-kummerċ elettroniku, inkluża data dwar it-tariffi ta' konsenja sew għall-kummerċjanti u sew għall-utenti;

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  progress dwar inizjattivi oħra għall-ikkompletar tas-suq uniku għal servizzi ta' konsenja tal-pakketti.

(d)  progress dwar il-kwalità tas-servizz u l-interoperabilità għal konsenji ta' pakketti transfruntiera inkluż dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u dwar l-iżvilupp ta' standards;

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

Artikolu 9

Proċedura ta' kumitat

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tad-Direttiva Postali mwaqqaf bl-Artikolu 21 tad-Direttiva 97/67/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

1.  Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' durata identika, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3(4) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta' atti delegati diġà fis-seħħ.

 

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

 

5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' erba' xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

_________________

 

 

Emenda    90

Proposta għal regolament

Anness VI - subintestatura 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Oġġetti postali li għalihom trid tiġi nnotifikata l-lista pubblika ta' tariffi nazzjonali u transkonfinali kollha u lill-Istati Membri l-oħra lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali:

Pakketti unitarji li għalihom it-tariffi tal-fornitur ta' servizzi ta' konsenja ta' pakketti għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri ta' trasparenza tat-tariffi u għall-valutazzjoni previsti fl-Artikoli 4 u 5.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-oġġetti postali, kif definit hawn fuq, għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

Il-pakketti, kif definit hawn fuq, għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)  Il-limiti tad-daqs tal-oġġetti postali a-i (prodotti tal-posta tal-ittri) għandhom isegwu din ir-regola:  It-tul

, il-wisa' u l-fond ikkombinati: 900 mm, l-akbar dimensjoni ma tistax teċċedi s-600 mm l-iżgħar dimensjoni ma tistax teċċeddi l-20 mm;

(a)  Il-limiti tad-daqs tal-pakketti elenkati fil-punti a-i għandhom isegwu din ir-regola: it-tul, il-wisa' u l-ħxuna kkombinati: 900 mm, l-akbar dimensjoni ma għandhiex teċċedi s-600 mm, l-iżgħar dimensjoni għandha teċċedi l-20 mm;

(b)  Il-pakketti (oġġetti j-o) ma għandhomx ikunu iżgħar mid-daqs preskritt għall- ittri (a-i)

(b)  Il-pakketti elenkati fil-punti (j) sa (o) ma għandhomx ikunu iżgħar mid-daqs preskritt għal dawk elenkati fil-punti (a) sa (i)

Emenda    92

Proposta għal regolament

Anness I – asterisk 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(*) It-tariffi li jikkorrispondu mal-oġġetti postali ma għandhomx jinkludu kwalunkwe skont speċjali abbażi tal-volumi jew kwalunkwe trattament speċjali ieħor.

(*) It-tariffi li jikkorrispondu mal-pakketti għandhom ikunu unitarji u ma għandhomx jinkludu kwalunkwe skont speċjali abbażi tal-volumi jew kwalunkwe trattament speċjali ieħor.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Anness I – asterisk 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(***) Il-fornituri li joffru aktar minn prodott wieħed li jissodisfaw il-kriterji ta' hawn fuq għandhom jirrapportaw l-orħos prezz.

(***) Il-fornituri li joffru aktar minn pakkett wieħed li jissodisfa l-kriterji ta' hawn fuq għandhom jirrapportaw l-orħos tariffa.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Anness I – asterisk 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(****) It-tariffi ta' hawn fuq għandhom jikkorrispondu għal oġġetti kkonsenjati fid-dar jew postijiet fl-Istat Membru ta' destinazzjoni.

(****) It-tariffi ta' hawn fuq għandhom jikkorrispondu għal oġġetti kkonsenjati fid-dar tad-destinatarju fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, jew f'postijiet oħra jekk it-tali tariffa tinkludi din l-għażla mingħajr ħlas addizzjonali.

(1)

ĠU C 34, 2.2.2017, p. 106.


NOTA SPJEGATTIVA

IL-KUNTEST

Il-konsenja tal-pakketti hija settur kompetittiv, innovattiv u li qed jikber b'rata mgħaġġla. Ta' kull sena jiġu ordnati online u kkonsenjati fl-Unjoni Ewropea kollha madwar erba' biljun pakkett. Madankollu, il-potenzjal għal aktar tkabbir f'dan is-settur huwa ċar. Fl-UE kollha kemm hi, filwaqt li 44 % tal-konsumaturi jixtru online f'pajjiżhom stess, huma ħafna anqas (15 %) dawk li jordnaw online biex jixtru minn pajjiż ieħor. It-tħassib dwar il-konsenja ta' oġġetti mixtrija u mibjugħa b'mod transfruntier instab li hu problema ewlenija esperjenzata mill-konsumaturi online u n-negozji ż-żgħar tal-UE, inklużi f'ħafna każijiet l-ispejjeż relattivament għolja involuti.

Il-Kummissjoni Ewropea, fil-qafas tal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali tagħha, ipproponiet Regolament dwar is-servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera. Bir-Regolament propost, il-Kummissjoni għandha l-għan li tiżgura effiċjenza akbar fis-settur, it-trasparenza tat-tariffi u tar-rati terminali, u prezzijiet affordabbli.

Fit-tħejjija għall-eżami ta' din il-proposta, ir-Rapporteur ikkonsultat ma' ħafna organizzazzjonijiet tal-utenti u tas-settur postali, inklużi regolaturi u dawk li jirrappreżentaw lin-negozji ż-żgħar, lill-konsumaturi u lit-trade unions. Barra minn hekk, qieset bis-sħiħ il-fehmiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u organizzat avveniment li għalih attendew ħafna nies li ppermetta li jiġu espressi firxa sħiħa ta' perspettivi u suġġerimenti dwar il-proposta tal-Kummissjoni.

IL-POŻIZZJONI TAR-RAPPORTEUR

Ir-rapporteur tappoġġja bis-saħħa l-isforzi biex jinħoloq Suq Uniku Diġitali adattat għall-ħtiġijiet tal-konsumaturi u tal-bejjiegħa bl-imnut, iżda tfittex li ttejjeb il-proposta tal-Kummissjoni biex din tipprovdi approċċ ġust u bbilanċjat għall-operaturi kollha fis-settur, liema approċċ ikun konformi għalkollox mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/67/KE dwar is-Servizzi Postali, iżda li frattant ikun jikkomplementa d-Direttiva 97/67/KE u jibni fuqha.

Għalhekk tipproponi li l-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ewlenin tar-Regolament jiġi estiż għall-fornituri kollha tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti, speċjalment peress li ħafna fornituri ta' servizzi universali m'għandhomx sehem kbir mis-suq tal-pakketti transfruntiera tal-UE. Ir-Rapporteur tfittex ukoll li jitneħħew l-aspetti tal-aċċess u tal-offerta ta' referenza tal-proposta peress li ma jirriflettux ir-realtà tas-suq tal-pakketti transfruntiera u mhumiex meħtieġa fid-dawl tal-liġi tal-UE dwar il-kompetizzjoni u s-servizzi postali.

Ir-Rapporteur iddefiniet "pakkett" bħala oġġett postali b'piż ta' mhux aktar minn 31.5 kg, filwaqt li taqbel li oġġett ta' korrispondenza waħdu ma għandux jitqies bħala pakkett, b'konformità mad-Direttiva 97/67/KE.

Il-Kummissjoni għandha raġun tiddisponi għal informazzjoni mtejba dwar is-suq għall-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali, iżda huwa importanti li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament jippermettu verament li dak li jkun jista' jieħu stampa eżatta tas-suq. Għal dan il-għan, ir-Rapporteur qed tfittex li tiżgura li l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali jiksbu data li turi l-frammentazzjoni u l-firxa tal-prattiki tal-impjieg fis-suq, inkluża informazzjoni dwar is-subkuntratturi u l-ħaddiema fis-settur postali li huma impjegati mod ieħor milli fuq bażi permanenti full-time.

Bl-istess mod, jeħtieġ li l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali jkollhom data xierqa dwar it-tariffi transfruntiera u r-rati terminali, sabiex jivvalutaw jekk ikunx il-każ li l-prezzijiet ikunu għaljin b'mod żraġonevoli. Din id-data għandha tkun disponibbli għall-operaturi rilevanti kollha, inkella tista' tinħoloq impressjoni mgħawġa. Ir-Rapporteur għalhekk abbozzat l-emendi tagħha sabiex jittieħed kont ta' dan.

Dwar il-valutazzjoni tal-affordabbiltà tat-tariffi, ir-Rapporteur hija tal-fehma wkoll li kwalunkwe ttestjar rigward l-affordabbiltà għandu jiġi applikat fis-suq kollu u mhux biss għall-fornituri tas-servizzi universali. L-għan ta' dik il-valutazzjoni għandu jkun li tivvaluta jekk l-ispiża għall-individwi u għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju tkunx affordabbli u sa liema punt l-adozzjoni tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera tkun affettwata mill-kostijiet tal-konsenja. Il-valutazzjoni għandha tqis lill-utenti individwali li d-dħul disponibbli tagħhom huwa baxx, lill-utenti b'diżabilità jew b'mobilità mnaqqsa, lill-utenti individwali u tal-SMEs li jgħixu jew li jinsabu f'żoni remoti jew b'densità baxxa tal-popolazzjoni, kif ukoll lil dawk li regolarment jużaw servizzi ta' konsenja tal-pakketti.

Il-fiduċja tal-konsumaturi tibbenefika minn rekwiżiti mtejba ta' informazzjoni aktar trasparenti u komparabbli dwar l-għażliet ta' prezzijiet u ta' konsenja disponibbli, kif ukoll minn rekwiżiti ta' aktar gwida dwar proċeduri għad-dannu, għat-telf ta' merkanzija, għad-dewmien u għar-ritorn, u għat-trattament tal-ilmenti. Għal dawn ir-raġunijiet, ir-Rapporteur tissuġġerixxi l-introduzzjoni ta' żewġ artikoli ġodda biex iżżid mal-informazzjoni li l-operaturi kummerċjali diġà jagħtu lill-utenti u biex tippromwovi aktar l-armonizzazzjoni tal-kwalità tas-servizzi u tal-istandards tekniċi, skont ir-regolamenti eżistenti tal-UE.

Il-Kummissjoni tipproponi li, kull erba' snin, tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali rapport ta' evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva għar-rieżami tiegħu. Ir-Rapporteur hija tal-fehma li dan ir-rapport għandu jiġi prodott wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati xierqa kollha, inkluż il-Kumitat ta' Djalogu Soċjali Ewropew għas-settur postali u għandu jingħata kull tliet snin, speċjalment fid-dawl tan-natura dinamika tas-swieq tal-kummerċ elettroniku li qed jinbidlu bil-ħeffa.


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (30.5.2017)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera

(COM(2016)0285 – C8-0195/2016 – 2016/0149(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Biljana Borzan

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-kummerċ elettroniku fl-Unjoni Ewropea qed isir settur importanti ħafna. Huwa stmat li l-bejgħ annwali għall-2014 kien ta' EUR 369 biljun. Sehem sinifikanti tal-bejgħ bil-kummerċ elettroniku jirriżulta f'konsenji fiżiċi. Huwa stmat li jintbagħat total ta' 4 biljun pakkett kull sena lill-konsumaturi fl-UE.

Konsenja effettiva u affordabbli hija prekundizzjoni għal bejgħ transfruntier ta' oġġetti fiżiċi. Xorta waħda, is-suq tal-konsenja tal-pakketti fl-UE għadu frammentat fi swieq domestiċi, b'differenzi kbar bejn l-Istati Membri. Prezzijiet għoljin u l-inkonvenjenza tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera ġew identifikati fost l-ostakli ewlenin għall-konsumaturi u l-bejjiegħa bl-imnut fil-kummerċ elettroniku. Il-Kummissjoni temmen li l-konsumaturi tal-UE biss jistgħu jiffrankaw sa massimu ta' EUR 11,7 biljun fis-sena jekk ikunu jistgħu jagħżlu mill-firxa kollha tal-oġġetti u s-servizzi tal-UE meta jixtru online.

Bħalissa, id-Direttiva dwar is-Servizzi Postali applikabbli tmur lura għall-1997 u tiffoka primarjament fuq l-ittri postali, fejn il-biċċa l-kbira tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti mhijiex parti mill-kamp ta' applikazzjoni tas-servizzi universali. Peress li l-konsenja ta' pakketti żdiedet b'mod sinifikanti matul dawn l-aħħar snin, iridu jiġu stabbiliti regoli ġodda komplementari għal-leġiżlazzjoni eżistenti.

Fil-25 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni ppreżentat il-pakkett ta' miżuri tagħha dwar il-kummerċ elettroniku biex tgħin lill-konsumaturi u lill-kumpaniji biex jibbenefikaw bis-sħiħ mis-Suq Uniku. Il-proposta għal regolament dwar servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera għandha l-għan li żżid it-trasparenza tal-prezzijiet tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera u ttejjeb is-sorveljanza regolatorja.

Studji wrew li l-prezzijiet għall-pakketti transfruntiera huma, fuq medja, minn tlieta sa erba' darbiet ogħla mill-prezzijiet domestiċi. Madwar 40 % tal-prezzijiet tal-pakketti transfruntiera ma jistgħux jiġu spjegati minn fatturi ekonomiċi bħall-kost lavorattiv, il-volumi, eċċ. filwaqt li l-ispejjeż għolja tal-konsenja u tar-ritorn jikkostitwixxu ż-żewġ fatturi ta' tħassib prinċipali tal-konsumaturi meta jixtru prodotti online b'mod transfruntier. Prezzijiet għolja tal-konsenja huma wkoll ostaklu għall-bejjiegħa bl-imnut li jbigħu online. Huma jaffettwaw aktar lil kumpaniji żgħar u ta' daqs medju milli dawk kbar.

Ir-Rapporteur temmen li t-terminu "pakkett" għandu jiġi definit f'dan ir-Regolament u tipproponi limitu fuq il-piż u d-differenzjazzjoni minn oġġett ta' korrispondenza.

Aċċess għal netwerks tal-fornituri tas-servizz universali huwa essenzjali għal atturi ġodda, b'mod partikolari l-SMEs, li l-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni tas-servizzi tagħhom ma jkunux biżżejjed biex jiżviluppaw netwerks ta' konsenja fuq livell nazzjonali, inklużi lejn żoni remoti, jew biex jilħqu ftehimiet ta' konsenja transfruntiera ma' diversi atturi. Dan se jnaqqas il-prezzijiet għall-benefiċċju tal-konsumaturi u l-kummerċ transfruntiera u joħloq aktar kompetizzjoni fis-suq tal-konsenja tal-pakketti, u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ġodda u innovattivi.

Il-fornituri tas-servizzi universali għandhom obbligu eżistenti li jipprovdu servizzi ta' konsenja ta' pakketti affordabbli, li għalihom jirċievu ċerti konċessjonijiet, bħal pereżempju eżenzjoni mill-VAT. Il-prezzijiet tas-servizzi tagħhom ta' spiss ikunu tariffi nnegozjati individwalment u jkunu kunfidenzjali. Din il-Proposta għandha l-għan li żżomm kunfidenzjali d-data dwar in-negozju li tkun kummerċjalment sensittiva, iżda tippermetti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jkollhom aċċess għall-affordabbiltà tat-tariffi, u jfittxu ġustifikazzjoni u informazzjoni addizzjonali għat-tariffi li jkunu għoljin wisq.

Ir-Rapporteur tinsab partikolarment imħassba u ressqet emendi fuq l-objettiv ġenerali ta' dan ir-Regolament li jippermetti l-aċċess tal-konsumaturi għal servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera. Ir-Rapporteur qiegħda titlob li d-deskrizzjoni tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti tinkludi għażliet ta' konsenja u informazzjoni dettaljata lill-konsumatur.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda   1

Proposta għal regolament

Premessa -1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  L-Artikolu 169(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 169(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li l-Unjoni għandha tippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi permezz ta' miżuri adottati skont l-Artikolu 114 TFUE.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  It-tariffi applikabbli għal spedituri b'volumi baxxi ta' pakketti u oġġetti postali oħra transfruntiera, partikolarment intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u individwi, għadhom relattivament għoljin. Dan iħalli impatt dirett u negattiv fuq l-utenti li jfittxu servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera, speċjalment fil-kuntest tal-kummerċ elettroniku.

(1)  F'xi każijiet, it-tariffi applikabbli għal spedituri b'volumi baxxi ta' pakketti u oġġetti postali oħra transfruntiera, partikolarment intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u individwi, għadhom relattivament għoljin. Dan iħalli impatt dirett u negattiv fuq l-utenti li jfittxu servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera, speċjalment fil-kuntest tal-kummerċ elettroniku. Barra minn hekk, xi utenti għadhom jirrappurtaw kwistjonijiet relatati mal-kwalità tas-servizz meta jibagħtu, jirċievu jew jirritornaw pakketti transfruntiera. Minbarra dan, hemm bżonn li titjieb l-interoperabbiltà f'dan il-qasam, inklużi ċerti miżuri speċifiċi fir-rigward ta' kunsiderazzjonijiet ambjentali.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Is-suq għas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera hija diversa u kumplessa, b'fornituri differenti li joffru servizzi u prezzijiet differenti skont il-piż, id-daqs u l-format tal-oġġetti mibgħuta kif ukoll id-destinazzjoni, elementi ta' valur miżjud, bħal soluzzjonijiet ta' traċċabilità, u l-għadd ta' oġġetti mibgħuta. Dik id-diversità tagħmel is-servizzi ta' konsenja tal-pakketti diffiċli biex titqabbel bejn fornituri differenti, kemm f'termini ta' kwalità kif ukoll ta' prezz. Barra minn hekk, spedituri ta' volum baxx, bħal impriżi żgħar u ta' daqs medju u individwi sikwit ma jkunux konxji tal-eżistenza ta' diversi servizzi ta' konsenja ta' pakketti offruti.

(3)  Is-suq għas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera huwa divers, kumpless u kompetittiv, b'fornituri differenti li joffru servizzi u prezzijiet differenti skont il-piż, id-daqs u l-format tal-oġġetti mibgħuta kif ukoll id-destinazzjoni, elementi ta' valur miżjud, bħal soluzzjonijiet ta' traċċabilità, u l-għadd ta' oġġetti mibgħuta. F'ċerti Stati Membri, il-fornituri tas-servizz universali m'għandhomx sehem maġġoritarju mis-suq tal-konsenja tal-pakketti. Dik id-diversità tagħmel is-servizzi ta' konsenja tal-pakketti diffiċli biex titqabbel bejn fornituri tas-servizzi differenti, kemm f'termini ta' kwalità kif ukoll ta' prezz. Barra minn hekk, spedituri ta' volum baxx, bħal SMEs u individwi sikwit ma jkunux konxji tal-eżistenza ta' diversi servizzi ta' konsenja ta' pakketti offruti. Barra minn hekk, l-ispejjeż tal-bdil huma skoraġġanti. Minbarra dan, bejjiegħa bl-imnut elettroniċi żgħar u ta' daqs medju jidentifikaw id-diffikultajiet tal-konsenja bħala ostaklu meta jbigħu b'mod transfruntier.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Sabiex itejjbu l-affordabbiltà tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera, speċjalment għall-utenti f'żoni remoti jew b'popolazzjoni baxxa, huwa meħtieġ li tittejjeb it-trasparenza ta' listi pubbliċi ta' tariffi għal sett limitat ta' servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera offruti mill-fornituri tas-servizz universali, li huma użati l-aktar minn impriżi żgħar u ta' daqs medju u l-individwi. It-trasparenza tal-listi pubbliċi hija meħtieġa wkoll biex tkun indirizzata l-kwistjoni ta' tariffi għolja ta' servizzi transfruntiera u biex jitnaqqsu, meta applikabbli, differenzi mhux ġustifikati fit-tariffi bejn servizzi ta' konsenja nazzjonali u transfruntiera.

(4)  Sabiex itejbu s-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera, speċjalment għall-utenti f'żoni remoti jew b'popolazzjoni baxxa u għall-SMEs u l-mikrointrapriżi, huwa meħtieġ li tittejjeb it-trasparenza ta' tariffi u r-rati terminali għal servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera, li huma użati l-aktar minn SMEs u l-individwi. It-trasparenza hija meħtieġa wkoll biex tkun indirizzata l-kwistjoni ta' tariffi għolja ta' servizzi transfruntiera u biex jitnaqqsu, meta applikabbli, differenzi mhux ġustifikati fit-tariffi bejn servizzi ta' konsenja domestiċi u transfruntiera.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Fid-dawl tal-fatt li, skont il-Flash Eurobarometer 413, maġġoranza ta' kumpaniji li jbigħu, kienu jbigħu jew ippruvaw ibigħu online ikkunsidraw l-ispejjeż għoljin tal-konsenja flimkien ma' proċess tal-ilmenti u garanziji għaljin bħala problema, hemm bżonn ta' azzjoni ulterjuri biex jiġi żgurat li l-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi kollha, b'mod partikolari l-SMEs u l-konsumaturi f'żoni remoti, jibbenefikaw bis-sħiħ minn servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera mingħajr problemi, li jkunu aċċessibbli u affordabbli, mingħajr ma jiġi injorat il-fatt li l-konsumaturi għandhom aspettattivi li jixtru b'"konsensja mingħajr ħlas".

Emenda   6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri hemm diversi fornituri li jipprovdu servizzi ta' konsenja tal-pakketti domestiċi, filwaqt li huma biss ftit dawk il-fornituri li jipprovdu wkoll servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera. F’dan il-kuntest, huwa essenzjali li jiġi żgurat, biex tkun imħarsa u promossa l-kompetizzjoni effettiva u biex jiġu protetti l-utenti, l-aċċess trasparenti u mhux diskriminatorju għas-servizzi u l-infrastruttura meħtieġa għall-provvista tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera.

imħassar

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Fornituri tas-servizz universali tirreferi għal operaturi postali li jipprovdu servizz postali universali jew partijiet minnu fi ħdan Stat Membru speċifiku. Il-fornituri tas-servizz universali li joperaw f'aktar minn Stat Membru wieħed jenħtieġ li jiġu kklassifikati bħala fornitur tas-servizz universali biss fl-Istati Membri li fihom huma jipprovdu servizz postali universali.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika dwar min hu fornitur tas-servizz universali.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Bħalissa, is-servizzi postali huma regolati bid-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni li jirregolaw il-forniment ta' servizzi postali u s-servizz postali universali fl-Unjoni. Id-Direttiva tiffoka primarjament, iżda mhux esklussivament, fuq servizzi universali nazzjonali u ma tindirizzax is-superviżjoni regolatorja tal-fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti, it-trasparenza tat-tariffi u r-rati terminali għal ċerti servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera, il-valutazzjoni tal-affordabilità tat-tariffi għal ċerti servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera u l-aċċess trasparenti u mhux diskriminatorju għal ċerti servizzi tal-konsenja tal-pakketti u/jew infrastruttura transfruntiera. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jikkumplimenta, sa fejn huma konċernati s-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera, ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 97/67/KE.

(6)  Bħalissa, is-servizzi postali huma regolati bid-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49. Dik id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni li jirregolaw il-forniment ta' servizzi postali u s-servizz postali universali fl-Unjoni. Dan ir-Regolament jikkumplimenta, sa fejn huma kkonċernati s-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera, ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 97/67/KE.

__________________

__________________

49 Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 1, 21.1.1998, p. 14 - 25).

49 Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 1, 21.1.1998, p. 14 - 25).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Għalhekk, huwa importanti li tingħata definizzjoni ċara ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti u li jiġi speċifikat liema oġġetti postali huma koperti minn din id-definizzjoni. Dan jikkonċerna b'mod partikolari oġġetti postali, għajr għal oġġetti ta' korrispondenza, li minħabba l-piż tagħhom normalment jintużaw biex jintbagħtu prodotti u merkanzjia. Dan ir-Regolament għandu għaldaqstant ikopri, skont prattika konsistenti, oġġetti postali li jiżnu sa 31.5 kg, peress li oġġetti itqal ma jistgħu jiġu ġestiti minn individwu medju waħdu mingħajr għajnuniet mekkaniċi. F'konformità mal-prattika attwali u d-Direttiva 97/67/KE, kull stadju fil-katina postali, jiġifieri l-ġbir, l-issortjar u l-konsenja għandhom ikunu kkunsidrati bħala servizzi ta' konsenja tal-pakketti. It-trasport waħdu li ma jsirx flimkien ma' wieħed minn dawk l-istadji għandu jaqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti peress li f'dan il-każ jista' jiġi preżunt li din l-attività hija parti mis-settur tat-trasport.

(8)  Għalhekk, huwa importanti li tingħata definizzjoni ċara ta' "pakketti" u "servizzi ta' konsenja tal-pakketti" u li jiġi speċifikat liema oġġetti u "pakketti" postali huma koperti minn dawn id-definizzjonijiet. Dan jikkonċerna b'mod partikolari oġġetti ġestiti jew le mill-fornitur tas-servizz universali, għajr għal oġġetti ta' korrispondenza, li minħabba l-piż tagħhom normalment jintużaw biex jintbagħtu prodotti u merkanzjia b'valur kummerċjali jew mingħajru. Dan ir-Regolament jenħtieġ li għaldaqstant ikopri, skont prattika konsistenti, pakketti, ġestiti jew le mill-fornitur tas-servizz universali, li jiżnu sa 31.5 kg, peress li oġġetti itqal ma jistgħux jiġu ġestiti minn individwu medju waħdu mingħajr għajnuniet mekkaniċi. F'konformità mal-prattika attwali, kull stadju tal-katina tal-konsenja tal-pakketti, jiġifieri l-ġbir, l-issortjar u l-konsenja jenħtieġ li jkunu kkunsidrati bħala servizzi ta' konsenja tal-pakketti inkluż meta jiġu pprovduti minn fornituri ta' servizz express u kurrier, kif ukoll konsolidaturi. Fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti li jużaw mudelli kummerċjali alternattivi u pjattaformi tal-kummerċ elettroniku jenħtieġ li jkunu soġġetti wkoll għal dan ir-Regolament, jekk dawn jipprovdu mill-inqas wieħed minn dawn il-passi fil-katina tal-konsenja. Madankollu, fornituri tal-loġistika tal-merkanzija jew tat-trasport stabbiliti, b'kuntrast ma' sottokuntratturi indipendenti individwali tal-fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti, jenħtieġ li ma jkunux koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda   10

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għal servizzi ta' konsenja tal-pakketti offruti lil partijiet terzi u mhux lil impriżi li għandhom biss netwerks tal-konsenja interni sabiex jissodisfaw l-ordnijiet ta' prodotti li huma stess biegħu. Jekk dawn l-impriżi jużaw netwerks tal-konsenja interni anki għal konsenja ta' oġġetti mibjugħa minn partijiet terzi jew ta' oġġetti minn servizz tal-bejgħ bl-imnut intern, allura dawn jenħtieġ li jkunu soġġetti għal dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Dan huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat li s-servizzi tal-konsenja tal-ikel, pereżempju minn supermarket, ma jiġux koperti minn dan ir-Regolament.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Ir-rati terminali huma bbażati fuq ftehimiet multilaterali u bilaterali bejn il-fornituri tas-servizz universali u jiżguraw li l-fornitur tas-servizz universali tad-destinazzjoni jitħallas tal-ispejjeż tas-servizz mogħti lill-fornitur tas-servizz universali ta' oriġini. Ir-rati terminali għandhom jiġu definiti b'tali mod li jinkludu kemm il-ħlasijiet terminali, kif definit fil-punt 15 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/67/KE li huma applikati għal oġġetti postali tal-ittri u r-rati tal-art tal-posta li tkun qed tasal applikati għall-pakketti.

(9)  Ir-rati terminali huma bbażati fuq ftehimiet multilaterali u bilaterali bejn il-fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti u jiżguraw li l-fornitur tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti ta' destinazzjoni jitħallas tal-ispejjeż tas-servizz mogħti lill-fornitur tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti ta' oriġini. Ir-rati terminali jenħtieġ li jiġu kkunsidrati b'tali mod li jinkludu kemm il-ħlasijiet terminali, kif definit fil-punt 15 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/67/KE li huma applikati għal oġġetti postali tal-ittri u r-rati tal-art tal-posta li tkun qed tasal applikati għall-pakketti, kif ukoll l-ispejjeż tat-trasferiment bejn is-sussidjarji tal-fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti. F'dan il-kuntest, ħlasijiet terminali għandhom jinftiehmu bħala pagamenti, mill-fornitur tas-servizz universali ta' oriġini lill-fornitur tas-servizz universali ta' destinazzjoni, għall-ispejjeż relatati mat-tqassim ta' oġġetti transfruntiera ta' korrispondenza ġestiti fl-Istat Membru ta' destinazzjoni; Rati tal-art tal-posta li tkun qed tasal tfisser pagamenti mwettqa mill-fornitur tas-servizz universali tal-Istat Membru ta' oriġini lill-fornitur tas-servizz universali ta' destinazzjoni għall-ispejjeż ta' tqassim tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera fl-Istat Membru ta' destinazzjoni; Fl-aħħar, prezzijiet tat-trasferiment tfisser pagamenti mwettqa minn fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti fl-Istat Membru ta' oriġini lis-sussidjarji tiegħu fl-Istat Membru ta' destinazzjoni għall-ispejjeż ta' tqassim tal-pakketti tiegħu fl-Istat Membru ta' destinazzjoni. Ir-rati terminali huma data dwar in-negozju li tkun kummerċjalment sensittiva.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Huwa meħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom għarfien u informazzjoni għal skopijiet ta' statistika dwar il-fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti attivi fis-suq. Madankollu, sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv għal fornituri tas-servizzi ta' konsenja ta' pakketti żgħar li huma attivi biss fis-suq nazzjonali jew reġjonali, għandu jkun applikat livell limitu, ibbażat fuq l-għadd ta' persuni li jaħdmu għall-fornitur tas-servizz u involuti fl-għoti ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti.

(10)  Huwa meħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom għarfien u informazzjoni għal skopijiet ta' statistika dwar il-fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti attivi fis-suq. Minħabba n-natura intensiva tax-xogħol fis-settur u sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv għal fornituri tas-servizzi ta' konsenja ta' pakketti żgħar jew sottokuntratturi li huma attivi biss fis-suq reġjonali jew domestiku, għandu jkun applikat livell limitu, ibbażat fuq l-għadd ta' persuni, fuq medja, li jaħdmu għall-fornitur tas-servizz ta' konsenja tal-pakketti matul is-sena kalendarja preċedenti u involuti fl-għoti ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti fl-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur, dment li dak il-fornitur mhuwiex stabbilit f'aktar minn Stat Membru wieħed. Madankollu, jenħtieġ li l-livell limitu jiġi stabbilit b'mod li dawk li jaħdmu fis-settur, għajr dawk li jaħdmu fuq bażi permanenti full-time, jiġu inklużi b'mod xieraq.

Emenda   13

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Meta tiġi ppreżentata informazzjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali, il-karatteristiċi tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti jenħtieġ li jinkludu l-passi fil-katina tal-konsenja postali (ġbir, issortjar, trasport u tqassim) imwettqa minn dak il-fornitur; jekk is-servizz jinsabx ġewwa jew barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligu ta' servizz universali; il-kamp ta' applikazzjoni territorjali tas-servizz (reġjonali, domestiku, transfruntier); u jekk huwiex offrut il-valur miżjud.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Meta tingħata informazzjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali, għandu jitqies li l-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti jista' jkun li diġà jkunu taw ċerta informazzjoni lill-istess awtorità regolatorja nazzjonali. Is-servizzi ta' konsenja tal-pakketti huma importanti għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u għall-individwi u għandhom ikunu jistgħu jqabblu faċilment bejn fornituri differenti. Għalhekk, is-servizzi li għalihom għandhom jingħataw it-tariffi minn fornituri ta' servizz universali għandhom jiġu definiti b'mod ċar. Dawk it-tariffi għandhom ikunu ppubblikati mill-Kummissjoni fuq sit tal-internet dedikat u għandhom, flimkien mal-provvista regolari kunfidenzjali tar-rati terminali sottostanti, jikkostitwixxu l-bażi għall-awtoritajiet nazzjonali regolatorji biex jivvalutaw l-affordabbiltà tat-tariffi għas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera. Il-fornituri tas-servizz ta' konsenja tal-pakketti għajr għal fornituri ta' servizz universali jistgħu jipprovdu b’mod volontarju, f’forma paragunabbli, lill-awtorità regolatorja nazzjonali tagħhom skont it-tariffi għall-istess oġġetti sakemm dawk l-oġġetti jitwasslu d-dar jew fil-post tad-destinatarju.

(12)  Meta tingħata informazzjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali, jenħtieġ li jitqies li l-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti jista' jkun li diġà jkunu taw ċerta informazzjoni lill-istess awtorità regolatorja nazzjonali. Is-servizzi ta' konsenja tal-pakketti huma importanti għall-SMEs u għall-individwi u jenħtieġ li jkunu jistgħu jqabblu faċilment bejn fornituri differenti. Għalhekk, is-servizzi li għalihom jenħtieġ li jingħataw it-tariffi minn fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti jenħtieġ li jiġu definiti b'mod ċar. Dawk it-tariffi jenħtieġ li jkunu ppubblikati mill-Kummissjoni fuq sit tal-internet dedikat u jenħtieġ li, flimkien mal-provvista regolari kunfidenzjali tar-rati terminali sottostanti, jikkostitwixxu l-bażi għall-awtoritajiet nazzjonali regolatorji biex jivvalutaw ir-raġonevolezza tat-tariffi għas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jivvalutaw fuq bażi annwali l-affordabbiltà tat-tariffi, għandhom jibbażaw irwieħhom fuq kriterji oġġettivi, bħat-tariffi domestiċi tal-fornituri ta' servizz universali ta' oriġini u l-fornituri tas-servizz universali tad-destinazzjoni u l-livell ta' rati terminali. Dawk il-kriterji komuni jistgħu jiġu kkumplimentati bi kriterji oħra ta' rilevanza partikolari biex jispjegaw it-tariffi inkwistjoni, bħalma huma spejjeż speċifiċi ta' trasport jew ġestjoni u l-volumi bilaterali bejn il-fornituri tas-servizz ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera differenti.

(14)  Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jivvalutaw fuq bażi annwali it-tariffi għoljin wisq, jenħtieġ li jibbażaw irwieħhom fuq kriterji oġġettivi, bħat-tariffi domestiċi tal-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti ta' oriġini u l-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti ta' destinazzjoni u l-livell ta' rati terminali. Dawk il-kriterji komuni jistgħu jiġu kkumplimentati bi kriterji oħra ta' rilevanza partikolari biex jispjegaw it-tariffi inkwistjoni, bħalma huma spejjeż speċifiċi ta' trasport jew ġestjoni u l-volumi bilaterali bejn il-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera differenti. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jikkunsidraw b'mod partikolari l-SMEs, kif ukoll l-utenti individwali u vulnerabbli li jgħixu jew li jinsabu f'żoni remoti jew b'popolazzjoni baxxa. Jenħtieġ li, fejn possibbli, jagħmlu sforzi sabiex jiżguraw li din il-valutazzjoni hija komparabbli ma' dik meħtieġa skont id-Direttiva 97/67/KE.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Differenzi sinifikanti bejn it-tariffi domestiċi u dawk transfruntiera għal servizzi ta' konsenja tal-pakketti għandhom ikunu ġustifikati bi kriterji oġġettivi, bħal spejjeż addizzjonali għat-trasport u marġni ta' profitt raġonevoli. Fornituri ta' servizz universali li jagħtu servizzi ta' konsenja tal-pakketti għandhom jiġu rikjesti li jiġġustifikaw mingħajr dewmien.

(16)  Differenzi sinifikanti bejn it-tariffi domestiċi u dawk transfruntiera għal servizzi ta' konsenja tal-pakketti jenħtieġ li jkunu ġustifikati bi kriterji oġġettivi, bħal pereżempju spejjeż addizzjonali għat-trasport u marġni ta' profitt raġonevoli. Fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti li jagħtu servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera jenħtieġ li jiġu rikjesti li jiġġustifikaw mingħajr dewmien.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza madwar l-Unjoni, l-analiżi ta' awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiġi sottomessa lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. Il-kunfidenzjalità trid tkun żgurata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' wkoll titlob lill-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi Postali biex jipprovdu analiżi mifruxa mal-Unjoni abbażi tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali.

(17)  Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza madwar l-Unjoni, l-analiżi ta' awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li tiġi sottomessa lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati u lill-Kummissjoni. Il-kunfidenzjalità jenħtieġ li tiġi żgurata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' wkoll titlob lill-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi Postali biex jipprovdu analiżi mifruxa mal-Unjoni abbażi tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali, dment li l-kunfidenzjalità tiġi żgurata.

Emenda   18

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Fornituri ta' servizz universali li jipprovdu servizzi ta' konsenja tal-pakketti jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali u multilaterali dwar ir-rati terminali u jistgħu jistabbilixxu programmi oħra biex iħaffu l-interkonnettività tan-netwerks ta' konsenja tagħhom. Għal raġunijiet ta' nondiskriminazzjoni, fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti li jikkompetu bejniethom għandhom jingħataw l-istess aċċess għar-rati terminali applikabbli bejn il-partijiet fi ftehimiet multilaterali. Jista' jkun ġustifikat li rati terminali pagabbli minn fornituri ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti terzi, f'xi każijiet, ikunu aktar minn dawk pagabbli minn fornituri tas-servizz universali li huma partijiet għal ftehimiet bħal dawn. Dan jista' jkun il-każ fejn il-partijiet għal ftehim multilaterali dwar ir-rati terminali jistgħu juru li l-kost biex jitwaqqaf, jitħaddem u jkun amministrat il-ftehim, il-kost żejjed imġarrab bl-aċċettazzjoni u l-ġestjoni ta' oġġetti minn fornituri ta' servizzi tal-konsenja tal-pakketti mhux magħżula u spejjeż oħra bħal dawn mhumiex koperti mir-rati terminali imposti fuq fornitur ta' servizzi terzi fl-Istat Membru ta' oriġini.

(18)  Fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali u multilaterali dwar ir-rati terminali u jistgħu jistabbilixxu programmi oħra biex iħaffu l-interkonnettività tan-netwerks ta' konsenja tagħhom. Għal raġunijiet ta' nondiskriminazzjoni, fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti li jikkompetu bejniethom jenħtieġ li jingħataw l-istess aċċess għar-rati terminali applikabbli bejn il-partijiet fi ftehimiet multilaterali. Jista' jkun ġustifikat li rati terminali pagabbli minn fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti terzi, f'xi każijiet, ikunu aktar minn dawk pagabbli minn fornituri tas-servizz ta' konsenja tal-pakketti li huma partijiet għal ftehimiet bħal dawn. Dan jista' jkun il-każ fejn il-partijiet għal ftehim multilaterali dwar ir-rati terminali jistgħu juru li l-kost biex jitwaqqaf, jitħaddem u jkun amministrat il-ftehim, il-kost żejjed imġarrab bl-aċċettazzjoni u l-ġestjoni ta' oġġetti minn fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti terzi u spejjeż oħra bħal dawn mhumiex koperti mir-rati terminali imposti fuq fornitur ta' servizzi terzi fl-Istat Membru ta' oriġini. Kull meta l-fornitur tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti jikkonkludi ftehimiet multilaterali dwar rati terminali, jenħtieġ li l-aċċess ugwali u mhux diskriminatorju ta' parti terza għal ċerti servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera pprovduti skont dawn il-ftehimiet multilaterali jħeġġeġ il-kompetizzjoni, ikun orjentat lejn l-ispejjeż, ikun ta' benefiċċju għall-konsumaturi u jirriżulta f'użu aktar effiċjenti tan-netwerks eżistenti, b'mod partikolari f'żoni rurali u remoti.

Emenda     19

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Fil-prattika u għal raġunijiet operattivi, il-mument li fih għandu jingħata aċċess huwa l- uffiċċju tad-dħul ta' skambju, li huwa uffiċċju jew faċilità determinati minn fornituri tas-servizz universali fl-Istat Membru tad-destinazzjoni għall-għoti ta' oġġetti postali domestiċi għajr għall-oġġetti ta' korrispondenza.

imħassar

Emenda     20

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv, it-trasferiment ta' data mill-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni jenħtieġ li jsir b'mezzi elettroniċi, u b'mod partikolari li jippermetti l-użu ta' firem elettroniċi, kif previst fir-Regolament (UE) Nru 910/2011a.

 

_________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.08.2014, p. 73).

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Peress li s-swieq għas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti qed jinbidlu b'ħeffa, il-Kummissjoni għandha tivvaluta mill-ġdid l-effiċjenza u l-effettività ta' dan ir-Regolament u tissottometti rapport regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti għal reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(21)  Peress li s-swieq għas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti qed jinbidlu b'ħeffa, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta mill-ġdid l-effiċjenza u l-effettività ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tqis l-iżviluppi fil-kummerċ elettroniku, u tissottometti rapport regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport jenħtieġ li jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti leġizlattivi għal reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport jenħtieġ li jiġi prodott wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati xierqa kollha inkluż il-Kumitat ta' Djalogu Soċjali għas-settur postali.

Emenda   22

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tibni fuq kontribut siewi mill-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi Postali li huwa magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-obbligu li l-fornituri ta' konsenja tal-pakketti jissottometu informazzjoni lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi formula għat-tressiq ta' informazzjoni bħal din. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50.

imħassar

__________________

 

50 Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13 - 18).

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  Sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti dwar l-għoti ta' informazzjoni mill-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti jiġu applikati lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-formola standard għat-tressiq ta' tali informazzjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet1a. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom b'mod sistematiku jkollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

 

__________________

 

1a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda     25

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)  Sabiex jistudjaw l-effetti ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw dwar l-iżviluppi tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni kollha li jaħdmu fis-settur tal-konsenja tal-pakketti, kif ukoll l-effetti ambjentali kkawżati minn aktar traffiku fit-triq u aktar emissjonijiet sussegwenti.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Peress li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi l-prinċipji regolatorji u r-regoli meħtieġa biex tittejjeb is-sorveljanza regolatorja, biex tittejjeb it-trasparenza tal-prezzijiet u biex ikunu stabbiliti ċerti prinċipji fir-rigward tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera li għandhom jappoġġaw il-kompetizzjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

(25)  Peress li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi l-prinċipji regolatorji u r-regoli meħtieġa biex tittejjeb is-sorveljanza regolatorja, biex tittejjeb it-trasparenza tal-prezzijiet, biex ikunu stabbiliti ċerti prinċipji fir-rigward tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera li għandhom jappoġġaw il-kompetizzjoni, u biex titrawwem aċċessibbiltà aħjar tal-utent għal servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera bi prezz raġonevoli, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Suġġett

Suġġett u objettivi

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli speċifiċi, flimkien mar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 97/67/KE, fir-rigward ta':

Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi, li jippermettu aċċess tal-konsumaturi għal servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera u jrawmu aċċessibbiltà aħjar tal-utenti għal konsenja tal-pakketti transfruntiera effiċjenti, inklużi għal utenti vulnerabbli, utenti f'żoni remoti jew utenti f'żoni b'popolazzjoni baxxa u persuni b'diżabilità, flimkien mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 97/67/KE, fir-rigward ta':

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-trasparenza tat-tariffi u rati terminali għal ċerti servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera u l-valutazzjoni tal-affordabbiltà ta' ċerti tariffi transfruntiera;

(b)  it-trasparenza tat-tariffi u rati terminali għal ċerti servizzi tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera u l-valutazzjoni ta' ċerti tariffi transfruntiera għoljin wisq;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-aċċess trasparenti u mhux diskriminatorju għal ċerti servizzi u/jew infrastruttura tal-konsenja tal-pakketti transfruntiera.

imħassar

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  informazzjoni u trasparenza tal-prezzijiet għall-utenti tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  "pakkett" tfisser oġġett ġestit mill-fornitur tas-servizz universali jew minn fornituri oħra tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti, għajr oġġett ta' korrispondenza, b'valur kummerċjali jew mingħajru, u b'piż li ma jaqbiżx il-31.5 kg;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "servizzi ta' konsenja tal-pakketti" tfisser servizzi li jinvolvu il-ġbir, l-issortjar, it-trasport jew it-tqassim ta' oġġetti postali oħra għajr għall-oġġetti ta' korrispondenza; it-trasport waħdu ma għandux jitqies bħala servizz ta' konsenja tal-pakketti; il-konsenja ta' oġġetti bħal dawn li jaqbżu l-31.5 kg ma għandhiex titqies bħala servizz ta' konsneja tal-pakketti;

(a)  "servizzi ta' konsenja tal-pakketti" tfisser servizzi li jinvolvu l-ġbir, l-issortjar, it-trasport jew it-tqassim ta' pakketti, dment li dawk is-servizzi ma jikkonsistux fi trasport biss;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  "sottokuntrattur" tfisser impriża li tipprovdi l-ġbir, l-issortjar, it-trasport jew it-tqassim ta' pakketti għall-fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti, dment li dawk is-servizzi ma jikkonsistux fi trasport biss;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "rati terminali" tfisser pagamenti mill-fornitur tas-servizz oriġinali ta' oriġini lill-fornitur tas-servizz universali tad-destinazzjoni għall-ispejjeż tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera fl-Istat Membru ta' destinazzjoni.

(c)  "rati terminali" tfisser pagamenti mwettqa li huma jew ħlasijiet terminali, rati tal-art tal-posta li tkun qed tasal, jew prezzijiet tat-trasferiment mill-fornitur tas-servizz ta' konsenja tal-pakketti ta' oriġini lill-fornitur tas-servizz ta' konsenja tal-pakketti ta' destinazzjoni, lill-intermedjarji, fejn ikun applikabbli, jew lit-tnejn, għall-ispejjeż tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera fl-Istat Membru ta' destinazzjoni;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  "kummerċjant" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe persuna ġuridika, indipendentement mill-fatt li tkun suġġett pubbliku jew privat, li taġixxi, anki permezz ta' kwalunkwe persuna oħra li tkun qed taġixxi f'isimha jew għall-interessi tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha b'rabta mas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti koperti minn dan ir-Regolament.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri kollha tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti għandhom jissottomettu l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti:

1.  Il-fornituri kollha tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti, inklużi dawk il-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti li jużaw mudelli kummerċjali alternattivi u pjattaformi tal-kummerċ elettroniku, għandhom jissottomettu l-informazzjoni standard li ġejja lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx diġà talbet u rċeviet din l-informazzjoni:

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-isem tal-fornitur, l-istatus u l-forma ġuridika tiegħu, in-numru tar-reġistrazzjoni f'reġistru kummerċjali jew f'reġistru simili, in-numru tal-VAT, l-indirizz tal-istabbiliment u persuna ta' kuntatt;

(a)  l-isem tal-fornitur tas-servizz ta' konsenja tal-pakketti, l-istatus u l-forma ġuridika tiegħu, in-numru tar-reġistrazzjoni f'reġistru kummerċjali jew f'reġistru simili, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT, l-indirizz tal-istabbiliment u persuna ta' kuntatt;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  in-natura tas-servizzi offruti mill-fornitur;

(b)  id-deskrizzjoni kummerċjali dettaljata tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti offruti mill-fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti, inklużi għażliet ta' konsenja u l-informazzjoni preċiża pprovduta lill-konsumatur;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-kundizzjonijiet ġenerali ta' bejgħ tal-fornituri, inkluża deskrizzjoni dettaljata tal-proċedura ta' ilment.

(c)  it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta' bejgħ tal-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti għas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti, inkluża deskrizzjoni dettaljata tal-proċedura ta' lment għall-utenti.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'każ ta' kwalunkwe bidla li tikkonċerna l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti għandu jinforma lill-awtorità regolatorja nazzjonali dwar dan it-tibdil fi żmien 30 jum.

2.  F'każ ta' kwalunkwe bidla li tikkonċerna l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti għandhom jinformaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali dwar dan it-tibdil fi żmien 30 jum.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena kalendarja, il-fornituri kollha tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti għandhom jissottomettu din l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti:

3.  Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena kalendarja, il-fornituri kollha tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti, inklużi dawk il-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti li jużaw mudelli kummerċjali alternattivi, anke dawk ibbażati fuq l-ekonomija kollaborattiva u pjattaformi tal-kummerċ elettroniku, għandhom jissottomettu din l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti, sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx diġà talbet u rċeviet din l-informazzjoni:

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-fatturat annwali f'servizzi ta' konsenja tal-pakketti għas-sena kalendarja preċedenti fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-fornitur, maqsum f'servizzi ta' konsenja tal-pakketti b'rabta ma' oġġetti postali transfruntiera nazzjonali, li kunu qed jaslu u li jkunu qed jiġu mibgħuta;

(a)  il-fatturat annwali f'servizzi ta' konsenja tal-pakketti għas-sena kalendarja preċedenti fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti, maqsum f'servizzi ta' konsenja tal-pakketti b'rabta ma' pakketti transfruntiera domestiċi, li jkunu qed jaslu u li jkunu qed jiġu mibgħuta;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-għadd ta' persuni li jaħdmu għall-fornitur u li huma involuti fl-għoti ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti fl-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur huwa stabbilit fis-sena kalendarja preċedenti

(b)  l-għadd medju ta' persuni impjegati direttament jew indirettament mill-fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti u li huma involuti fl-għoti ta' servizzi ta' konsenja tal-pakketti fl-Istat Membru li fih huwa stabbilit dak il-fornitur fis-sena kalendarja preċedenti, u ħarsa ġenerali tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-persuni kollha li jaħdmu għall-fornitur. l-għadd ta' persuni għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-għadd medju annwali ta' impjegati full-time, part-time, temporanji u impjegati indipendenti, kif ukoll persuni li jaħdmu għal sottokuntratturi jew kumpaniji li l-fornitur tas-servizz ta' konsenja tal-pakketti jesternalizzalhom il-ġbir, l-issortjar, it-trasport jew it-tqassim tal-pakketti u għandu jinkludi kull persuna li, matul is-sena kalendarja preċedenti, tkun wettqet servizzi relatati ma' kwalunkwe pass tal-katina tal-valur, għal u taħt id-direzzjoni ta' fornitur tas-servizzi tal-pakketti jew is-sussidjarji tiegħu li għal dan hija tirċievi remunerazzjoni;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-għadd ta' oġġetti postali domestiċi oħra għajr għal oġġetti ta' korrispondenza u li ma jaqbżux il-31.5 kg ġestiti fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-fornitur fis-sena kalendarja preċedenti, maqsuma f’oġġetti postali transfruntiera nazzjonali, li kunu qed jaslu u li jkunu qed jiġu mibgħuta.

(c)  l-għadd ta' pakketti ġestiti matul is-sena kalendarja preċedenti fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti, maqsuma f'pakketti transfruntiera domestiċi, li jkunu qed jaslu u li jkunu qed jiġu mibgħuta.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  prezzijiet pubblikament disponibbli u applikabbli għal servizzi ta' konsenja tal-pakketti matul is-sena kalendarja preċedenti.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Analiżi tal-kalkoli skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha ssir disponibbli għall-awtorità regolatorja nazzjonali.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi formula għas-sottomissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi formula standard għas-sottomissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

 

L-ewwel tali atti delegati għandhom jiġu adottati sa ... [8 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu rekwiżiti ta' informazzjoni addizzjonali ma' dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 fejn ikunu meħtieġa biex tkun żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament.

5.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu rekwiżiti ta' informazzjoni addizzjonali ma' dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 dment li jkunu proporzjonati u meħtieġa biex tkun żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti li jimpjega anqas minn 50 persuna ma għandux ikun soġġett għall-obbligi tal-paragrafi 1 u 2, sakemm il-fornitur ma jkunx stabbilit f’aktar minn Stat Membru wieħed.

6.  Dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti li, flimkien ma' kwalunkwe sussidjarja u impriża konġunta, impjega, fuq medja, anqas minn 25 persuna matul is-sena kalendarja preċedenti, sakemm il-fornitur ma jkunx stabbilit f'aktar minn Stat Membru wieħed. L-għadd ta' persuni għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-medja tal-għadd annwali ta' impjegati full-time, part-time u temporanji, dawk li jaħdmu b'kuntratti b'sigħat mhux garantiti u impjegati indipendenti, kif ukoll persuni li jaħdmu għal sottokuntratturi. Analiżi tal-kalkoli għandha ssir disponibbli fuq talba.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Is-sottokuntratturi kollha għandhom jippreżentaw l-informazzjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru li huma stabbiliti fih skont dan l-Artikolu. Madankollu, is-sottokuntratturi m'għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-punti (c) u (ca) tal-paragrafu 3.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b.  Meta, bi qbil mar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali ta' kunfidenzjalità rigward il-kummerċ, awtorità regolatorja nazzjonali tqis li ċerta informazzjoni tkun ta' natura kunfidenzjali, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha tirrispetta dik il-kunfidenzjalità.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasparenza tat-tariffi u r-rati terminali

It-trasparenza tat-tariffi transfruntiera u r-rati terminali

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fornituri tas-servizz universali li jipprovdu servizzi ta' konsenja tal-pakketti għandhom jipprovdu lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti b'lista pubblika ta' tariffi applikabbli fl-1 ta' Jannar ta' kull sena kalendarja għall-konsenja ta' oġġetti postali li jaqgħu fil-kategoriji elenkati fl-Anness. Dak it-tagħrif għandu jingħata sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena.

1.  Il-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera kollha u s-sussidjarji tagħhom li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 3, bl-eċċezzjoni tas-sottokuntratturi, għandhom jipprovdu lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti b'lista pubblika ta' tariffi transfruntiera applikabbli fl-1 ta' Jannar ta' kull sena kalendarja għall-konsenja ta' oġġetti postali li jaqgħu fil-kategoriji elenkati fl-Anness. Dik l-informazzjoni għandha tingħata sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena kalendarja u għandha tintbagħat f'format elettroniku u li jinqara minn magna.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fornituri ta' servizz universali li jipprovdu servizzi ta' konsenja tal-pakketti għandhom jipprovdi lill-awtorità regolatorja nazzjonali bir-rati terminali applikabbli fl-1 ta' Jannar ta' kull sena kalendarja għal oġġetti postali li joriġinaw minn Stati Membri oħra. Dak it-tagħrif għandu jingħata sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena.

3.  Il-fornituri tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 3, bl-eċċezzjoni tas-sottokuntratturi, għandhom jipprovdu lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti bir-rati terminali applikabbli fl-1 ta' Jannar ta' kull sena kalendarja għal pakketti li joriġinaw minn Stati Membri oħra. Dik l-informazzjoni għandha tingħata sal-31 ta' Jannar ta' kull sena.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissottometu r-rati terminali miksuba f'konformità mal-paragrafu 3 lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat Membru ta' oriġini sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar ta' kull sena.

4.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissottometu r-rati terminali miksuba f'konformità mal-paragrafu 3 lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat Membru ta' oriġini sat-28 ta' Frar ta' kull sena. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li r-rati terminali miksuba jiġu ttrattati b'kunfidenzjalità mill-aktar stretta.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4 a.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiġbru l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 biss meta l-livell ta' kompetizzjoni fis-suq transfruntier rilevanti ma jkunx suffiċjenti, inkluż għal spedituri ta' volum baxx f'żoni remoti jew periferali.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-valutazzjoni tal-affordabbiltà tat-tariffi

Il-valutazzjoni tal-affordabbiltà tat-tariffi transfruntiera

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta l-affordabbiltà tat-tariffi transfruntiera inklużi fil-listi pubbliċi ta' tariffi miksuba skont l-Artikolu 4(1) fi żmien 3 xhur mill-wasla ta' dik l-informazzjoni. F’dik il-valutazzjoni, għandhom jitqiesu b’mod partikolari l-elementi li ġejjin:

1.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tidentifika għal kull oġġett elenkat fl-Anness, it-tariffi transfruntiera għas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti li joriġinaw fl-Istat Membru tagħha u li tikkunsidra għoljin wisq abbażi tal-lista pubblika ta' tariffi miksuba skont l-Artikolu 4.

(a)  it-tariffi domestiċi tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti komparabbli fl-Istat Membru ta' oriġini u fl-Istat Membru tad-destinazzjoni;

 

(b)  ir-rati terminali miksuba f'konformità mal-Artikolu 4(3);

 

(c)  kwalunkwe applikazzjoni ta' tariffa uniformi lil żewġ Stati Membri jew aktar.

L-applikazzjoni ta' tariffa uniformi lil żewġ Stati Membri jew aktar għandha tiġi kkunsidrata.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li t-tariffi transfruntiera msemmija fil-paragrafu 1 mhumiex affordabbli, għandha titlob iktar informazzjoni u/jew ġustifikazzjoni meħtieġa b'rabta mal-livell ta' dawk it-tariffi mill-fornitur tas-servizz universali.

2.  Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li t-tariffi transfruntiera msemmija fil-paragrafu 1 huma għoljin wisq, għandha titlob iktar informazzjoni u/jew ġustifikazzjoni meħtieġa b'rabta mal-livell ta' dawk it-tariffi mill-fornituri tas-servizz ta' konsenja tal-pakketti, b'kunsiderazzjoni tal-livell ta' kompetizzjoni fis-suq transfruntier rilevanti.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, għandha tistabbilixxi linji gwida indikattivi għall-valutazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-fornitur tas-servizz universali għandu jipprovdi lill-awtorità regolatorja nazzjonali bl-informazzjoni u/jew ġustifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fi żmien 15-il jum xogħol minn meta tasal it-talba.

3.  Il-fornituri tas-servizz ta' konsenja tal-pakketti għandu jipprovdi lill-awtorità regolatorja nazzjonali bl-informazzjoni u/jew ġustifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fi żmien 15-il jum xogħol minn meta tasal it-talba.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tippreżenta l-valutazzjoni tagħha, inkluża kwalunkwe informazzjoni u/jew ġustifikazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 3, lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra u l-awtoritajiet nazzjonali fi ħdan l-Istat Membru tal-awtorità regolatorja nazzjonali li tkun qed tissottometi fdata bl-implimentazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. Verżjoni mhux kunfidenzjali ta' dik il-valutazzjoni għandha tingħata wkoll lill-Kummissjoni. Dak it-tagħrif għandu jingħata sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena kalendarja.

4.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tippreżenta l-valutazzjoni tagħha, inkluża kwalunkwe informazzjoni u/jew ġustifikazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 3, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu ta' kull sena kalendarja. L-awtorità regolatorja nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-valutazzjonijiet u kwalunkwe informazzjoni u/jew ġustifikazzjoni pprovduti jiġu ttrattati b'kunfidenzjalità mill-aktar stretta.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tipprovdi verżjoni mhux kunfidenzjali tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 lill-Kummissjoni. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta sal-31 ta' Marzu ta' kull sena kalendarja.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-valutazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'konformità mal-paragrafu 4 fuq is-sit apposta sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena kalendarja.

5.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika verżjoni mhux kunfidenzjali tal-valutazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'konformità mal-paragrafu 4 fuq is-sit apposta sat-30 ta' April ta' kull sena kalendarja.

Emenda     66

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

imħassar

L-aċċess transfruntier trasparenti u mhux diskriminatorju

 

1.  Kull fejn il-fornituri tas-servizz universali li jipprovdu servizzi ta' konsenja tal-pakketti jikkonkludu ftehimiet multilaterali dwar rati terminali għandhom jissodisfaw it-talbiet raġonevoli kollha għall-aċċess għall-elementi kollha tan-netwerk u l-faċilitajiet assoċjati miegħu kif ukoll servizzi rilevanti u sistemi tal-informazzjoni, meħtieġa għall-forniment ta' servizzi transfruntiera ta' konsenja tal-pakketti.

 

2.  Il-punt li fih għandu jingħata aċċess għandu jkun l-uffiċċju tad-dħul ta' skambju fl-Istat Membru tad-destinazzjoni

 

3.  Il-fornituri tas-servizz universali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippubblikaw offerta ta' referenza. L-offerta ta' referenza għandha tinkludi t-termini u l-kundizzjonijiet assoċjati rilevanti kollha, inklużi l-prezzijiet.

 

4.  L-offerta ta' referenza għandha tinkludi l-komponenti kollha meħtieġa għall-aċċess kif imsemmi fil-paragrafu 1, inkluża kwalunkwe kundizzjoni li tillimita l-aċċess għal u/jew l-użu ta' servizzi fejn kundizzjonijiet bħal dawn huma permessi mill-Istati Membri f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

 

5.  Qabel ma tiġi ppubblikata l-offerta ta' referenza, din għandha tkun approvata mill-awtorità regolatorja nazzjonali. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista', fejn ikun meħtieġ, timponi bidliet fl-offerta ta' referenza biex jingħata effett lill-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

 

6.  Il-fornituri tas-servizz universali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, meta mitluba, u abbażi ta' offerta ta' referenza, jagħmlu offerta individwali disponibbli għal fornitur tas-servizz ta' konsenja tal-pakketti li jitlob aċċess fit-tifsira ta' dak il-paragrafu sa mhux aktar tard minn xahar wara li tasal it-talba. Fornituri tas-servizz universali li jirċievu talba għall-aċċess u l-fornituri li jitolbu l-aċċess għandhom jinnegozjaw in bona fede.

 

7.  Meta ma jintlaħaqx ftehim fuq il-bażi tal-offerta individwali msemmija fil-paragrafu 6, il-fornitur tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti li jitlob aċċess jista' jissottometti l-offerta individwali magħmula mill-fornitur tas-servizz universali lill-awtorità regolatorja nazzjonali. Jekk meħtieġ, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jibdlu l-offerta ta' referenza biex jingaħta effett lill-obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

8.  L-aċċess għandu jiġi żgurat operazzjonalment f'perjodu raġonevoli ta' żmien li ma jaqbiżx it-tliet xhur mill-konklużjoni tal-kuntratt.

 

Emenda     67

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Għoti ta' informazzjoni lill-utenti minn kummerċjanti

 

Il-kummerċjanti kollha li jikkonkludu kuntratti ta' bejgħ ma' utenti li jinkludu l-bgħit ta' pakketti transfruntiera għandhom, fl-istadju ta' qabel il-kuntrattar, jagħmlu disponibbli l-informazzjoni li ġejja online jew b'mezz aċċessibbli ieħor għall-utenti:

 

(a)  il-prezzijiet mitluba minnhom lil utenti għal konsenja tal-pakketti transfruntiera inkluża kwalunkwe alternattiva rilevanti jew rata ta' skont jew analiżi tal-infiq;

 

(b)  l-għażliet tal-konsenja transfruntiera offruti, inklużi t-traċċar u r-rintraċċar, u mekkaniżmi li jippermettu lill-utent jintervjeni matul il-proċess ta' konsenja, inkluż dwar ritorni u biex jiġu rranġati konsenji mill-ġdid jew ħinijiet jew postijiet tal-ġbir fejn applikabbli;

 

(c)  id-dettalji tal-proċessi ta' lmenti tagħhom u tal-fornitur tas-servizzi tal-konsenja kkonċernat u tan-netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi għal ilmenti transfruntiera.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel XX/XX/2019, u minn hemm 'il quddiem kull erba' snin, il-Kummissjoni għandha tissottometi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali rapport ta' evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta għar-reviżjoni tagħha.

Qabel il-31 ta' Jannar 2019, u minn hemm 'il quddiem kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali rapport ta' evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni tagħha. Ir-rapport għandu jiġi prodott wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati xierqa kollha inkluż il-Kumitat ta' Djalogu Soċjali għas-settur postali.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jekk l-affordabbiltà tas-servizzi transfruntiera tal-konsenja tal-pakketti tjiebitx, inkluż għal utenti f'żoni remoti jew b'popolazzjoni baxxa;

(a)  jekk l-effiċjenza tas-servizzi transfruntiera tal-konsenja tal-pakketti tjiebitx, inkluż għal utenti f'żoni remoti jew b'popolazzjoni baxxa;

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  sa liem punt l-aċċess trasparenti u mhux diskriminatorju sħiħ transfruntier kif imsemmi fl-Artikolu 6 ingħata minn fornituri tas-servizz universali li jipprovdu servizz ta' konsenja tal-pakketti;

imħassar

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  l-impatt fuq il-kummerċ elettroniku transfruntier, inkluża d-data dwar it-tariffi tal-posta li jkollhom iħallsu kemm il-kummerċjanti kif ukoll l-utenti;

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  il-progress fil-kwalità tas-servizzi ta' konsenja tal-pakketti u l-iżvilupp tal-interoperabbiltà ta' standards tekniċi dwar il-konsenji tal-pakketti transfruntiera.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

imħassar

Proċedura ta' kumitat

 

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tad-Direttiva Postali mwaqqaf bl-Artikolu 21 tad-Direttiva 97/67/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... * [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3(4) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' atti delegati diġà fis-seħħ.

 

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

 

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' erba' xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Anness I – nota f'qiegħ il-paġna (****)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(****) It-tariffi ta' hawn fuq għandhom jikkorrispondu għal oġġetti kkonsenjati fid-dar jew postijiet fl-Istat Membru ta' destinazzjoni.

(****) It-tariffi ta' hawn fuq għandhom jikkorrispondu għal oġġetti kkonsenjati fid-dar jew postijiet tad-destinatarju fl-Istat Membru ta' destinazzjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Servizzi ta’ konsenja tal-pakketti transfruntiera

Referenzi

COM(2016)0285 – C8-0195/2016 – 2016/0149(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

9.6.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

9.6.2016

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

19.1.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Biljana Borzan

17.6.2016

Eżami fil-kumitat

20.3.2017

2.5.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

6

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Ildikó Gáll-Pelcz, Evelyne Gebhardt, Sergio Gutiérrez Prieto, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Marlene Mizzi, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Biljana Borzan, Birgit Collin-Langen, Edward Czesak, Anna Hedh, Kaja Kallas, Franz Obermayr, Adam Szejnfeld, Marc Tarabella, Sabine Verheyen

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

28

+

ALDE

Dita Charanzová, Kaja Kallas, Jasenko Selimovic

EFDD

Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Marco Zullo

PPE

Carlos Coelho, Birgit Collin-Langen, Anna Maria Corazza Bildt, Ildikó Gáll-Pelcz, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Andreas Schwab, Adam Szejnfeld, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Sabine Verheyen, Ivan Štefanec, Mihai Ţurcanu

S&D

Biljana Borzan, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Sergio Gutiérrez Prieto, Anna Hedh, Liisa Jaakonsaari, Marlene Mizzi, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Marc Tarabella

6

-

ECR

Edward Czesak, Daniel Dalton, Anneleen Van Bossuyt

ENF

Franz Obermayr, Mylène Troszczynski

GUE/NGL

Dennis de Jong

2

0

VERTS/ALE

Pascal Durand, Igor Šoltes

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Servizzi ta’ konsenja tal-pakketti transfruntiera

Referenzi

COM(2016)0285 – C8-0195/2016 – 2016/0149(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

25.5.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

9.6.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

9.6.2016

IMCO

9.6.2016

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

14.6.2016

 

 

 

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

19.1.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Lucy Anderson

6.9.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

26.1.2017

3.5.2017

20.6.2017

 

Data tal-adozzjoni

12.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Deirdre Clune, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Bas Eickhout, Michael Gahler, Kateřina Konečná, Jozo Radoš, Evžen Tošenovský, Matthijs van Miltenburg, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Herbert Dorfmann, André Elissen, Jaromír Kohlíček

Data tat-tressiq

23.10.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

43

+

ALDE

Jozo Radoš, Dominique Riquet, Pavel Telička, Matthijs van Miltenburg

ECR

Jacqueline Foster, Tomasz Piotr Poręba, Evžen Tošenovský, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

EFDD

Daniela Aiuto

GUE/NGL

Jaromír Kohlíček, Kateřina Konečná, Merja Kyllönen

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Herbert Dorfmann, Michael Gahler, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Cláudia Monteiro de Aguiar, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Jens Nilsson, Gabriele Preuß, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, István Ujhelyi, Janusz Zemke

Verts/ALE

Jakop Dalunde, Bas Eickhout, Keith Taylor

3

-

EFDD

Peter Lundgren

ENF

Marie-Christine Arnautu, André Elissen

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali