RAPPORT     ***I
PDF 1359kWORD 146k
19.10.2017
PE 601.257v01-00 A8-0316/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2016)0468 – C8-0325/2016 – 2016/0225(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Malin Björk

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2016)0468 – C8-0325/2016 – 2016/0225(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0468),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 78(2)(d) u (g) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0325/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Jannar 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Frar 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Baġits (A8-0316/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Ir-risistemazzjoni hija att ta' solidarjetà stabbilit sew ma' pajjiżi li jospitaw rifuġjati, ibbażat fuq ħtiġijiet umanitarji. Ir-risistemazzjoni tikkonsisti fl-għażla ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali fi stat fejn ikunu talbu protezzjoni u t-trasferiment tagħhom minn dak l-istat u l-ammissjoni lejn stat ieħor bl-għan li jingħatawlhom protezzjoni internazzjonali u soluzzjoni dejjiema. Ir-risistemazzjoni għandha tliet funzjonijiet interrelatati u komplementari: hija għodda għall-protezzjoni, hija soluzzjoni dejjiema u hija mekkaniżmu ta' qsim tar-responsabbiltà.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) għandu l-mandat, permezz tal-istatut tiegħu u r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (AĠNU), li jipproċedi għar-risistemazzjoni bħala soluzzjoni dejjiema għal persuni li jinsabu f'sitwazzjonijiet rifuġjati għal perjodu twil. L-għarfien espert tal-UNHCR f'dan il-qasam huwa msejjes fuq għexieren ta' snin ta' xogħol u mandat appoġġjat globalment. Il-kompetenza tal-UNHCR f'dan il-qasam għandha tkun sors ta' appoġġ għall-programmi ta' risistemazzjoni tal-Istati Membri, u għall-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)  Skont l-Artikolu 78(1) tat-TFUE, il-politika tal-Unjoni dwar l-asil trid tkun konformi mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951u l-Protokoll tal-31 ta' Jannar 1967 dwar l-istatus tar-rifuġjati, u trattati rilevanti oħra. Dawk it-trattati huma bbażati fuq l-Artikolu 14 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, li tirrikonoxxi d-dritt tal-persuni li jfittxu l-asil minn persekuzzjoni f'pajjiżi oħra.

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1d)  Jenħtieġ li jiġu żgurati l-koerenza u l-effikaċja tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA). B'mod partikolari, dan se jsir permezz tat-tisħiħ ta' rotot legali u sikuri tad-dħul għal ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali. Ir-risistemazzjoni hija għażla legali li jenħtieġ li toffri soluzzjoni sostenibbli liċ-ċittadini l-aktar vulnerabbli ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat u jenħtieġ li tkun komplementata b'għażliet legali oħra.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 1e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1e)  Ir-risistemazzjoni hija għodda ta' protezzjoni. Ir-riunifikazzjoni tal-familja jenħtieġ li tkun indipendenti mill-miri tar-risistemazzjoni, u jenħtieġ li tinżamm bħala mekkaniżmu ewlieni sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-Unjoni u ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri jgawdu d-dritt fundamentali tagħhom għall-ħajja tal-familja. Jenħtieġ li l-proċedura ta' risistemazzjoni ma tintużax għal membri tal-familji li altrimenti għandhom dritt li jingħaqdu mal-familja tagħhom fi Stat Membru fi żmien utli skont atti legali oħra tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali. F'każijiet fejn il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali ma tapplikax, jenħtieġ li jkun possibbli li jintużaw il-proċeduri ta' risistemazzjoni għall-finijiet ta' riunifikazzjoni tal-familja estiża. L-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw politiki flessibbli tar-riunifikazzjoni tal-familja, u jiżguraw li l-programmi tar-riunifikazzjoni tal-familja jiġu żviluppati barra mill-kwoti ta' risistemazzjoni tagħhom.

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 1f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1f)  Jekk membru wieħed tal-familja jkun qed jiġi kkunsidrat għal risistemazzjoni (eż. biex tiġi żgurata l-protezzjoni tiegħu), l-Istati Membri għandhom jassiguraw, skont il-prinċipju tal-unità tal-familja, li l-membri tal-familja tal-persuna, inklużi l-membri dipendenti tal-familja li mhumiex parti mill-familja nukleari, jiġu risistemati flimkien. L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu approċċ li jieħu inkunsiderazzjoni s-sensittività kulturali flimkien ma' approċċ prammatiku bħala l-aħjar triq ta' azzjoni fil-proċess biex jiġu ddeterminati l-parametri ta' familja speċifika. Il-familja nukleari tista' titqies bħala l-qalba, iżda l-element ta' dipendenza bejn il-membri tal-familja, fiżiku u finanzjarju, kif ukoll psikoloġiku u emozzjonali, jenħtieġ li jingħata l-importanza li jixriqlu fid-determinazzjoni aħħarija. Fehim kulturalment sensittiv tal-familja huwa importanti għal dawk li ġew imġiegħla jaħarbu minħabba persekuzzjoni u kunflitt ċivili, għax il-qraba estiżi jafu jkunu l-aħħar linja ta' difiża għal individwi li jiddependu esklużivament fuq l-unità tal-familja għas-sopravivenza, l-appoġġ psikoloġiku u l-indokrar emozzjonali.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 1g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1g)  Il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li jappoġġja u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-programmi ta' risistemazzjoni permanenti, kemm dawk antiki kif ukoll dawk ġodda, u fiż-żieda gradwali tal-isforzi ta' risistemazzjoni kollettivi tagħhom, u jenħtieġ li jappoġġaw u jiffaċilitaw l-akkoljenza u l-integrazzjoni tal-persuni risistemati.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 1h (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1h)  Id-Dikjarazzjoni ta' New York għar-Rifuġjati u l-Migranti, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fid-19 ta' Settembru 20161a tħeġġeġ lill-istati jżidu l-isforzi ta' risistemazzjoni u tipprevedi qafas ta' azzjoni komprensiv għar-rifuġjati li fih l-Istati jimmiraw li jipprovdu postijiet ta' risistemazzjoni u mezzi legali oħra fuq skala li tippermetti li jinqdew il-ħtiġijiet annwali ta' risistemazzjoni identifikati mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati.

 

__________________

 

1a Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti A/RES/71/1.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 1i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1i)  Il-kunċett ta' "periklu għas-saħħa pubblika" jenħtieġ li jinftiehem bħala marda b'potenzjal ta' epidemija kif definit fir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Fil-15 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni indirizzat Rakkomandazzjoni għal Skema Volontarja ta' Ammissjoni Umanitarja mat-Turkija lill-Istati Membri u l-Istati Assoċjati li tirrakkomanda li l-Istati parteċipanti jammettu persuni spostati mill-kunflitt fis-Sirja li huma fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali. Skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016, Skema Volontarja ta' Ammissjoni Umanitarja tiġi attivata ladarba jintemm il-qsim irregolari bejn it-Turkija u l-UE jew tal-inqas dan ikun tnaqqas b'mod sostanzjali u sostenibbli. L-Istati Membri se jikkontribwixxu fuq bażi volontarja għal din l-iskema.

imħassar

__________________

 

29 C(2015) 9490.

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016, mill-20 ta' Marzu 2016 il-migranti irregolari l-ġodda kollha li jaqsmu mit-Turkija għall-gżejjer Griegi jintbagħtu lura lejn it-Turkija. Għal kull Sirjan li jintbagħat lura lejn it-Turkija mill-gżejjer Griegi, Sirjan ieħor jiġi risistemat mit-Turkija lejn l-Unjoni filwaqt li jitqiesu l-Kriterji tal-Vulnerabbiltà tan-Nazzjonijiet Uniti. F'Mejju 2016, l-Istati Membri u l-Istati Assoċjati ta' Dublin u t-Turkija laħqu fehim komuni dwar Proċeduri Operattivi Standard li jiggwidaw l-implimentazzjoni ta' din l-iskema ta' risistemazzjoni.

imħassar

Emenda     12

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Filwaqt illi jibni fuq l-inizjattivi eżistenti, jenħtieġ li jiġi stabbilit Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni stabbli u affidabbli għar-risistemazzjoni ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali li għandu jiġi implimentat skont il-pjanijiet annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni u skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni li jwettqu b'mod effettiv l-impenji konkreti tal-Istati Membri.

(8)  Filwaqt illi jibni fuq l-inizjattivi eżistenti u f'konformità mal-istruttura internazzjonali eżistenti ta' risistemazzjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni stabbli u affidabbli għar-risistemazzjoni ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali li għandu jiġi implimentat skont il-pjanijiet ta' risistemazzjoni tal-Unjoni u skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni li jwettqu b'mod effettiv l-impenji konkreti tal-Istati Membri. Il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li jkun ibbażat fuq il-ħtiġijiet umanitarji, jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-ħtiġijiet globali ta' risistemazzjoni u jtaffi s-sitwazzjonijiet fit-tul tar-rifuġjati. Il-Qafas għandu jikkonforma ma' strutturi ta' risistemazzjoni li diġà jeżistu, b'mod partikolari l-Konsultazzjonijiet Annwali Tripartitiċi dwar ir-Risistemazzjoni(ATRC), bl-għan li jintlaħqu mill-inqas 20% tal-Ħtiġijiet Annwali Dinjija Proġettati ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR. Skont il-prinċipju tas-solidarjetá u t-tqassim ġust tar-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri stabbilit fl-Artikolu 80 tat-TFUE, jenħtieġ li jsiru sforzi biex gradwalment jinkiseb tqassim ġust tal-persuni risistemati bejn l-Istati Membri. Dawn l-isforzi jenħtieġ li jiġu kkombinati ma' sforzi sabiex jiġu stabbiliti regoli internazzjonali vinkolanti dwar ir-responsabbiltà kondiviża dinjija tar-risistemazzjoni tal-persuni kollha li għandhom bżonn risistemazzjoni kif indikat mill-UNHCR.

 

(Fil-kuntest ta' "pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni" għandha ssir referenza għall-"pjan ta' risistemazzjoni tal-Unjoni" mingħajr il-kelma "annwali". Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha se tirrikjedi bidliet korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Dan il-qafas huwa parti neċessarja minn politika dwar il-migrazzjoni ġestita sew biex inaqqas d-diverġenzi fost prattiki u proċeduri nazzjonali ta' risistemazzjoni, jiddisponi għall-wasla legali u sikura fit-territorju tal-Istati Membri ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, jgħin sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' dħul irregolari ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri u b'hekk inaqqas il-pressjoni ta' wasliet spontanji fuq is-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri, ikun espressjoni ta' solidarjetà ma' pajjiżi fir-reġjuni li lejhom u fihom ikunu ġew spustati numru kbir ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali billi jgħin biex titnaqqas il-pressjoni fuq dawk il-pajjiżi, jgħin biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika barranija tal-Unjoni billi jżid l-influwenza tal-Unjoni fil-konfront ta' pajjiżi terzi, u jikkontribwixxi effettivament għal inizjattivi ta' risistemazzjoni globali permezz ta' vuċi waħda f'fora internazzjonali u ma' pajjiżi terzi.

(9)  Dan il-qafas, dment li jservi biex jittejbu l-mezzi legali għall-migrazzjoni, huwa parti neċessarja minn politika dwar il-migrazzjoni ġestita sew u jikkontribwixxi għall-funzjonament bla ntoppi tas-SEKA li għandha l-għan li tappoġġja u tespandi programmi ta' risistemazzjoni nazzjonali eżistenti, li tappoġġa u tgħin sforzi ġodda ta' risistemazzjoni, li tipprevedi l-wasla legali u sikura fit-territorju tal-Istati Membri ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali u li tikkontribwixxi għall-provvediment ta' protezzjoni u soluzzjoni dejjiema għall-ħtiġiet tagħhom. Qafas bħal dan li hu kkoppjat ma' azzjonijiet u politiki għall-iżvilupp jaf iservi bħala espressjoni ta' solidarjetà ma' pajjiżi u reġjuni li lejhom ikunu ġew spustati numru kbir ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali u jista' jikkontribwixxi b'mod effettiv biex jitnaqqsu t-tensjonijiet billi jgħin biex tittaffa l-pressjoni fuq dawk il-pajjiżi, u jimmira speċifikament li jtaffi sitwazzjonijiet ta' rifuġjati mtawla. Qafas bħal dan jista' wkoll jikkontribwixxi b'mod effettiv għal inizjattivi ta' risistemazzjoni globali permezz ta' vuċi waħda f'fora internazzjonali.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 9a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Il-persuni spostati f'pajjiżhom jenħtieġ jingħataw permess jidħlu fit-territorju tal-Unjoni fl-ambitu ta' programmi ta' ammissjoni umanitarja. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-ammissjoni umanitarja titqies kif jixraq bħala suppliment għar-risistemazzjoni. Il-miżuri għall-persuni spustati internament meħuda mill-Istati Membri fl-ambitu ta' programmi nazzjonali ta' ammissjoni umanitarja jenħtieġ għaldaqstant li jkunu eleġibbli għal finanzjament mill-baġit tal-Unjoni. Programmi nazzjonali ta' ammissjoni umanitarja li jirċievu finanzjament tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu addizzjonali għall-miri tar-risistemazzjoni taħt dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni lill-possibilità li tiġi introdotta proċedura komuni tal-Unjoni, li tkun separata mir-risistemazzjoni, għall-ammissjoni ta' persuni spustati f'pajjiżhom stess. Meta jawtorizzaw l-ammissjoni ta' IDPs, l-Istati Membri jenħtieġ li qabelxejn jirrispettaw id-dritt tal-persuni spostati internament li jirritornaw fil-postijiet ta' oriġini tagħhom u m'għandhom taħt l-ebda ċirkostanza jirrisistemawhom bħala mezz biex jintlaħqu objettivi tal-politika barranija tal-Unjoni jew nazzjonali.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' dħul irregolari fuq skala kbira ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri, juru solidarjetà ma' pajjiżi f'reġjuni li lejhom jew fihom ġew spustati numru kbir ta' persuni fil-bżonn tal-protezzjoni internazzjonali billi jgħinu biex titnaqqas il-pressjoni fuq dawk il-pajjiżi, u jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi ta' politika barranija tal-Unjoni, ir-reġjuni jew il-pajjiżi terzi minn fejn se sseħħ ir-risistemazzjoni għandhom jintegraw involviment imfassal ma' pajjiżi terzi biex tiġi ġestita aħjar il-migrazzjoni kif previst fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar it-Twaqqif ta' Qafas ta' Sħubija ġdid ma' pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni32.

imħassar

__________________

 

32 COM(2016) 377 final.

 

Emenda     16

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Fil-qafas tal-użu strateġiku tar-risistemazzjoni, l-Unjoni għandha tistinka sabiex sa mill-bidu żżomm djalogu kontinwu mal-pajjiżi terzi minn fejn iseħħu r-risistemazzjonijiet u b'mod partikolari ma' dawk li qegħdin jaffaċċjaw kriżijiet fit-tul ikkaratterizzati mill-preżenza ta' rifuġjati li qegħdin f'sitwazzjonijiet li qed jieħdu fit-tul. Dan id-djalogu għandu jimmira li jimmassimizza l-benefiċċji tar-risistemazzjonijiet imwettqa minn dawn il-pajjiżi billi jpoġġi enfasi partikolari fuq iż-żieda fil-kapaċità ta' asil tagħhom, l-integrazzjoni tar-rifuġjati preżenti fit-territorju tagħhom, il-protezzjoni ta' dawk ir-rifuġjati mill-persekuzzjoni u mir-refoulement lejn pajjiżi terzi. L-użu strateġiku tar-risistemazzjoni jenħtieġ li ma jiġix interpretat bħala kontroll tal-migrazzjoni jew użat bħala mezz biex jinkisbu l-objettivi tal-politika barranija tal-Unjoni. In-nuqqas ta' użu strateġiku tar-risistemazzjoni jenħtieġ li ma jintużax bħala raġuni biex pajjiż jew reġjun jiġu esklużi bħala prijorità ġeografika. L-istess prinċipju jenħtieġ li jinftiehem għal komplementarjetà ma' assistenza finanzjarja u teknika.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex jitnaqqsu d-diverġenzi fost il-prattiki u l-proċeduri nazzjonali ta' risistemazzjoni, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri standard komuni u kriterji komuni ta' eliġibbiltà u raġunijiet għal esklużjoni għas-selezzjoni, kif ukoll status komuni ta' protezzjoni li jingħata lil persuni risistemati.

(11)  Sabiex tittejjeb u tiġi appoġġjata l-parteċipazzjoni ikbar tal-Istati Membri fil-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri standard komuni u kriterji komuni ta' eliġibbiltà u raġunijiet għal ineliġibbiltà għas-selezzjoni, kif ukoll status komuni ta' protezzjoni li jingħata lil persuni risistemati.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-proċeduri standard komuni jenħtieġ li jibnu fuq l-esperjenza u l-istandards eżistenti ta' risistemazzjoni tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-Proċeduri Operattivi Standard li jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-iskema ta' risistemazzjoni mat-Turkija stabbilita fid-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016. Il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li jippermetti l-użu ta' żewġ tipi ta' proċeduri standard ta' risistemazzjoni.

(12)  Il-proċeduri standard komuni jenħtieġ li jibnu fuq l-esperjenza u l-istandards eżistenti ta' risistemazzjoni tal-Istati Membri u tal-UNHCR. Il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li jippermetti l-użu ta' żewġ tipi ta' proċeduri ta' risistemazzjoni.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Iż-żewġ tipi ta' proċedura jikkonsistu mill-istadji li ġejjin: l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni u d-deċiżjoni.

(13)  It-tipi kollha ta' proċeduri jenħtieġ li jikkonsistu mill-istadji li ġejjin: l-identifikazzjoni, it-tressiq tal-każijiet, il-valutazzjoni, id-deċiżjoni u r-reġistrazzjoni.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta' emerġenza bl-istess livell ta' kontrolli ta' sigurtà bħal dak tal-proċedura ordinarja. Madankollu, fil-proċedura ta' emerġenza, it-tressiq ta' każijiet ta' risistemazzjoni ta' emerġenza mill-UNHCR jenħtieġ li jkun soġġett għal valutazzjoni aċċellerata tar-rekwiżiti u tal-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti taħt dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-każijiet ta' risistemazzjoni ta' emerġenza ma jkunux neċessarjament marbuta mal-prijoritajiet ġeografiċi kif stabbiliti taħt dan ir-Regolament. Il-postijiet ta' emerġenza jenħtieġ li jirriflettu madwar 10 % tan-numru mira. L-Istati Membri kollha jenħtieġ li jitħeġġu joffru postijiet ta' emerġenza.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-proċedura ta' risistemazzjoni għandha tiġi konkluża malajr kemm jista' jkun sabiex il-persuni fil-bżonn tal-protezzjoni internazzjonali jiġu skoraġġuti milli jużaw modi irregolari biex jidħlu fl-Unjoni Ewropea biex ifittxu protezzjoni. Fl-istess waqt, hija għandha tiżgura li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien għal analiżi sħiħa u adegwata ta' kull każ. Il-limiti ta' żmien għandhom jikkorrispondu ma' dak li huwa neċessarju biex isiru t-tipi differenti ta' valutazzjoni previsti għall-proċedura ordinarja u għal dak mgħaġġla.

(16)  Jenħtieġ li l-proċedura ta' risistemazzjoni tiġi konkluża malajr kemm jista' jkun sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni u tiżgura aċċess għall-Unjoni għall-persuni li huma fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali. Fl-istess waqt, hija għandha tiżgura li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien għal analiżi sħiħa u adegwata ta' kull każ. Il-limiti ta' żmien għandhom jikkorrispondu ma' dak li huwa neċessarju biex isiru t-tipi differenti ta' valutazzjoni previsti għall-proċeduri ordinarji u ta' emerġenza. Fiż-żewġ proċeduri jenħtieġ li jsiru kontrolli ta' sigurtà.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Kull dejta personali miġbura għall-finijiet tal-proċedura ta' risistemazzjoni għandha tinħażen għal perjodu massimu ta' ħames snin mid-data tar-risistemazzjoni. Minħabba li ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li jkunu diġà ġew risistemati minn Stat Membru wieħed jew li matul l-aħħar ħames snin ikunu rrifjutaw ir-risistemazzjoni fi Stat Membru jenħtieġ li jiġu esklużi mir-risistemazzjoni fi Stat Membru ieħor, dak il-perjodu għandu jiġi kkunsidrat bħala perjodu neċessarju għall-ħżin tad-dettalji personali, inklużi marki tas-swaba' u xbihat tal-wiċċ.

(17)  Kull dejta personali miġbura għall-finijiet tal-proċedura ta' risistemazzjoni għandha tinħażen fl-Eurodac għal perjodu massimu ta' ħames snin mid-data tar-risistemazzjoni. Dan il-perjodu ta' ħżin se jiżgura li l-persuni kkonċernati jgawdu l-istess drittijiet bħal dawk li jgawdu l-applikanti għall-asil u l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta tagħhom. F'każ ta' moviment sekondarju, dan se jippermetti li jiġi identifikat l-Istat Membru responsabbli mir-risistemazzjoni.

Emenda     23

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Fejn tittieħed deċiżjoni negattiva, jenħtieġ li l-persuna konċernata ma tiġix risistemata fl-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni u kwalunkwe dejta maħżuna għandha tiġi mħassra. Ir-raġuni għan-nuqqas ta' twettiq jenħtieġ li tiġi komunikata f'opinjoni motivata lill-UNHCR, lil Stati Membri oħra, lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jew organizzazzjonijiet oħra li jkunu għamlu s-sottomissjoni għal segwitu skont il-każ. Kwalunkwe Stat Membru li jkun għamel deċiżjoni negattiva jista' jitlob lil kwalunkwe tieni Stat Membru li jeżamina l-fajl tar-risistemazzjoni biex jikkonsultawh matul l-eżami.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Ma hemm l-ebda dritt suġġettiv għar-risistemazzjoni.

imħassar

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Sabiex ikunu jistgħu jiġu supplimentati r-regoli li jirregolaw il-proċedura li għandha tiġi applikata fl-iskemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex il-proċedura tiġi adattata għaċ-ċirkostanzi fil-pajjiż terz minn fejn isseħħ ir-risistemazzjoni, bħad-determinazzjoni tar-rwol ta' dak il-pajjiż terz fil-proċedura. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201633. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

imħassar

__________________

 

33ĠU L123, 12.05.2016, p. 1.

 

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  Sabiex tissupplementa dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ħolqien tal-pjan ta' risistemazzjoni tal-Unjoni li jiffissa kull sentejn il-mira numerika ta' persuni li għandhom jiġu risistemati, id-dettalji tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-pjan u l-kontribut tagħhom għall-għadd mira ta' persuni li għandhom jiġu risistemati, kif ukoll il-prijoritajiet ġeografiċi ġenerali. Sabiex tissupplementa dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ħolqien ta' skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni li jistabbilixxu l-għadd preċiż ta' persuni li għandhom jiġu risistemati mqabbel mal-għadd mira u l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri, konsistenti mal-pjan ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni, għandhom jingħataw lill-Kunsill setgħat ta' implimentazzjoni biex jistabbilixxi l-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni, in-numru totali massimu ta' persuni li għandhom jiġu risistemati, id-dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-pjan u l-kontribuzzjonijiet tagħhom għan-numru totali ta' persuni li jridu jiġu risistemati, kif ukoll il-prijoritajiet ġeografiċi globali.

imħassar

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati fuq proposta mill-Kummissjoni dwar in-numru totali massimu ta' persuni li għandhom jiġu risistemati u l-prijoritajiet ġeografiċi globali. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-proposta tagħha simultanjament mal-proposta tagħha dwar l-abbozz tal-baġit annwali tal-Unjoni. Il-Kunsill għandu jkollu bħala mira li jadotta l-proposta fi żmien xahrejn. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom iqisu d-diskussjonijiet fil-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli.

imħassar

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tistabbilixxi skemi ta' risistemazzjoni tal-Unjoni li jistabbilixxu n-numru preċiż mill-għadd totali ta' persuni li għandhom jiġu risistemati u l-parteċipazzjoni tal-Istat Membru, konsistenti mal-pjan annwali ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni34. Għandha tintuża l-proċedura tal-eżami għall-istabbiliment tal-iskemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni, minħabba li dawk l-iskemi għandhom implikazzjonijiet sostanzjali. Il-Kummissjoni għandu jkollha bħala mira li tistabbilixxi malajr kemm jista' jkun skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni wara l-adozzjoni tal-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni u kull meta jkun meħtieġ matul il-perjodu koperti mill-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis id-diskussjonijiet fil-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli.

imħassar

__________________

 

34 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

 

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Kull skema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni għandha tiddetermina liema regoli proċedurali standard għandhom japplikaw għall-implimentazzjoni tagħha. Barra minn hekk, għandha tistabbilixxi arranġamenti ta' kooperazzjoni lokali fejn u kif xieraq biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tagħha.

(24)  Kull skema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni jenħtieġ li tistabbilixxi arranġamenti ta' kooperazzjoni lokali fejn u kif xieraq biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tagħha, b'mod partikolari mal-UNHCR, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, L-Aġenżija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil [EUAA] u organizzazzjonijiet rilevanti oħra.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Persuni risistemati għandhom jingħataw protezzjoni internazzjonali. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali inklużi fl-acquis dwar l-ażil jenħtieġ li japplikaw mill-mument meta l-persuni risistemati jaslu fit-territorju tal-Istati Membri, inklużi r-regoli biex jiġi skoraġġit il-moviment sekondarju ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

(25)  Persuni risistemati għandhom jingħataw protezzjoni internazzjonali bil-għan li jiġu provduti b'soluzzjoni dejjiema. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali inklużi fl-acquis dwar l-asil jenħtieġ li japplikaw mill-mument meta l-persuni risistemati jaslu fit-territorju tal-Istati Membri.

Emenda     32

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)  L-integrazzjoni tal-persuni risistemati fis-soċjetà ospitanti tagħhom hija importanti biex proċedura ta' risistemazzjoni tirnexxi, u għalhekk għall-effikaċja tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni. Il-persuni risistemati jenħtieġ li jkollhom l-istess aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni bħal dawk li jgawdu benefiċjari oħra ta' protezzjoni internazzjonali skont [ir-Regolament dwar il-Kwalifika]. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f'dawn il-miżuri ta' integrazzjoni obbligatorji biss jekk dawk il-miżuri jkunu faċilment aċċessibbli, disponibbli u bla ħlas. L-Istati Membri jenħtieġ li joffru wkoll programm ta' orjentazzjoni qabel it-tluq liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat, li jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, klassijiet tal-lingwa, u informazzjoni dwar l-ambjent soċjali, kulturali u politiku tal-Istat Membru. Dawn il-programmi jistgħu jiġu pprovduti wara d-dħul jew jistgħu jiġu inklużi fi programmi ta' integrazzjoni jekk l-Istati Membri jagħżlu li joffruhom u filwaqt li jitqiesu l-vulnerabbiltajiet partikolari tal-persuna risistemata. L-Istati Membri għandhom iħejju wkoll programmi ta' orjentazzjoni wara l-wasla adattati għall-persuni risistemati sabiex jiġu ggwidati b'mod partikolari fir-rigward tat-tagħlim tal-lingwa, l-edukazzjoni, it-taħriġ u s-suq tax-xogħol filwaqt li jitqiesu l-vulnerabbiltajiet partikolari tagħhom. Sa fejn huwa possibbli, l-atturi kkonċernati bħall-awtoritajiet lokali u l-persuni li diġà ġew risistemati għandhom ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom fl-implimentazzjoni ta' programmi bħal dawn.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Minħabba fil-kompetenza tal-UNHCR fl-iffaċilitar tal-forom differenti ta' ammissjoni ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali minn pajjiżi terzi, fejn ikunu ġew spostati, lejn Stati Membri lesti li jaċċettawhom, il-UNHCR għandu jkompli jkollu rwol ewlieni fl-isforzi ta' risistemazzjoni mwettqa skont il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni. Flimkien mal-UNHCR, atturi internazzjonali oħra bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) għandhom jintalbu jassistu lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni.

(27)  Minħabba fil-kompetenza tal-UNHCR fl-iffaċilitar tal-forom differenti ta' ammissjoni ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali minn pajjiżi terzi, fejn ikunu ġew spostati, lejn Stati Membri lesti li jaċċettawhom, il-UNHCR għandu jkollu r-responsabbiltà primarja li jirreferi l-persuni eliġibbli għal risistemazzjoni mwettqa skont il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni. Flimkien mal-UNHCR, atturi internazzjonali oħra bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) għandhom jintalbu jassistu lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  [L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] għandha tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni skont il-mandat tagħha.

(28)  L-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw appoġġ li jgħinhom jonoraw l-impenji tagħhom u b'hekk jiżguraw il-funzjonament xieraq tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni. [L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] jenħtieġ li tipprovdi dan l-appoġġ lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom u skont il-mandat tagħha. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha tikkoordina wkoll skambji ta' prattiki tajbin bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda     35

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a)  Peress li dan ir-Regolament ifittex li jintroduċi proċeduri komuni ta' risistemazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jikkooperaw ma' xulxin u fejn iqisu li jkun xieraq, jimplimentaw b'mod konġunt uħud mill-istadji tal-proċedura. Din il-kooperazzjoni tista' pereżempju tieħu l-forma ta' kondiviżjoni tal-infrastrutturi u l-iskjerament ta' missjonijiet ta' selezzjoni konġunti. Fuq talba tal-Istati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jenħtieġ li tkun tista' toffri appoġġ lill-Istati Membri meta dawn jipprevedu kooperazzjoni bħal din.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Għandu jiġi stabbilit Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli li jippermetti konsultazzjonijiet aktar wiesgħa mal-partijiet ikkonċernati kollha dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni.

(29)  Għandu jiġi stabbilit Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli li jippermetti konsultazzjonijiet aktar wiesgħa mal-partijiet ikkonċernati kollha dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni. Dan il-Kumitat għandu jallinja ħidmietu ma' dik ta' strutturi internazzjonali ta' risistemazzjoni, b'mod partikolari l-Konsultazzjonijiet Annwali Tripartitiċi dwar ir-Risistemazzjoni u l-Ħtiġijiet Annwali Dinjija Proġettati ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR. Il-Kumitat ta' Livell Għoli għar-Risistemazzjoni jenħtieġ li jfassal rakkomandazzjonijiet biex iservu bħala l-elementi ewlenin fit-tfassil tal-pjan ta' risistemazzjoni tal-Unjoni u l-iskemi ta' risistemazzjoni mmirati differenti tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tibni fuq ir-rakkomandazzjonijiet mal-Kumitat ta' Livell Għoli għar-Risistemazzjoni meta tħejji l-pjan ta' risistemazzjoni tal-Unjoni kull sentejn.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-kapaċità tal-Istati Membri li jadottaw jew jimplimentaw l-iskemi nazzjonali ta' risistemazzjoni, li ma jipperikolawx l-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament, pereżempju fejn jikkontribwixxu numru addizzjonali ta' postijiet ta' risistemazzjoni għal skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni stabbiliti skont dan ir-Regolament li jmorru lil hinn mill-kontribuzzjoni tagħhom għan-numru massimu ta' persuni li għandhom jiġu risistemati skont il-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni.

(31)  Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-kapaċità tal-Istati Membri li jadottaw jew jimplimentaw l-iskemi nazzjonali ta' risistemazzjoni, pereżempju fejn jikkontribwixxu numru addizzjonali ta' postijiet ta' risistemazzjoni, li jmorru lil hinn mill-kontribuzzjoni tagħhom għan-numru mira ta' persuni li għandhom jiġu risistemati skont il-pjan ta' risistemazzjoni tal-Unjoni u ma jaffettwax l-obbligi tal-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam man-numru mira ta' persuni. Fil-każ li l-Istati Membri joffru postijiet ta' risistemazzjoni fil-qafas ta' programmi ta' risistemazzjoni nazzjonali, dawn jenħtieġ li jkomplu jirċievu finanzjament mill-baġit tal-Unjoni.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri bil-għan li jingħataw protezzjoni internazzjonali.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri bil-għan li jingħataw protezzjoni internazzjonali u jiġu pprovduti b'soluzzjoni dejjiema.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament "risistemazzjoni" tfisser l-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali minn pajjiż terz minn fejn jew li fih ġew spostati fit-territorju tal-Istati Membri bil-għan li jingħataw protezzjoni internazzjonali.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, "risistemazzjoni" tfisser is-selezzjoni, fuq riferiment mill-UNHCR jew mill-Istati Membri, l-ammissjoni, it-trasferiment u l-protezzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali minn pajjiż terz li ġew spostati lejh, lejn Stat Membru bil-ħsieb li jingħataw protezzjoni internazzjonali u jiġu provduti b'soluzzjoni dejjiema;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jipprevedi l-wasla legali u sikura ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali fit-territorju tal-Istati Membri;

(a)  jiggarantixxi t-trasferiment u l-wasla legali u sikuri ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali fit-territorju tal-Istati Membri bil-għan li jipprovdilhom soluzzjoni dejjiema;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jikkontribwixxi għat-tnaqqis fir-riskju ta' dħul irregolari fuq skala kbira ta' ċittadini ta' pajjiżi tersi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali fit-territorju tal-Istati Membri.

(b)  iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex iżidu b'mod gradwali l-isforzi ta' risistemazzjoni tagħhom u n-numru totali ta' postijiet ta' risistemazzjoni disponibbli, kif ukoll biex jappoġġaw u jiffaċilitaw l-akkoljenza u l-integrazzjoni tal-persuni risistematizzati u b’hekk jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-ħtieġa li ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali jivvjaġġaw b'mod irregolari lejn it-territorju tal-Istati Membri.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jikkontribwixxi għal inizjattivi internazzjonali ta' risistemazzjoni.

(c)  jikkontribwixxi għal inizjattivi internazzjonali ta' risistemazzjoni, fosthom permezz tal-użu strateġiku tar-risistemazzjoni, speċjalment f'sitwazzjonijiet ta' rifuġjati mtawla, u b'hekk jgħin ukoll lill-pajjiżi terzi li fihom in-nies ikunu fittxew il-protezzjoni internazzjonali għall-ewwel darba.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fid-determinazzjoni tar-reġjuni jew il-pajjiżi terzi minn fejn għandha sseħħ ir-risistemazzjoni fil-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 7 u 8, għandhom jiġu kkunsidrati l-fatturi li ġejjin:

Fid-determinazzjoni tar-reġjuni jew il-pajjiżi terzi minn fejn għandha sseħħ ir-risistemazzjoni fil-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni, f'konformità mal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 7 u 8, għandhom jiġu kkunsidrati l-fatturi li ġejjin:

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  in-numru ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali spustati lejn pajjiż terz jew fih u kull moviment ulterjuri ta' dawk il-persuni lejn it-territorju tal-Istati Membri;

(a)  in-numru ta' persuni vulnerabbli fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali kif speċifikat fir-rapport annwali tal-Ħtiġijiet Globali Proġettati ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR;

Emenda     45

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  pajjiżi terzi u reġjuni li jospitaw sitwazzjonijiet ta' rifuġjati mtawla.

Emenda     46

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-kumplimentarjetà ma' assistenza finanzjarja u teknika provduta lill-pajjiżi terzi li lejhom jew fihom ġew spustati persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali;

(b)  il-possibilità għal użu strateġiku tar-risistemazzjoni bl-għan li kollettivament jiġu pprovduti soluzzjonijiet u jittejjeb l-ambjent ta' protezzjoni f'pajjiżi terzi, u bl-għan tal-komplementarjetà ma' assistenza finanzjarja u teknika għat-titjib tal-kapaċità ta' akkoljenza u tal-kundizzjonijiet ta' protezzjoni provduta lill-pajjiżi terzi li lejhom jew fihom ġew spustati persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  ir-relazzjonijiet globali tal-Unjoni mal-pajjiż jew pajjiżi terzi minn fejn isseħħ ir-risistemazzjoni, u ma' pajjiżi terzi inġenerali;

imħassar

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  kooperazzjoni effettiva ta' pajjiż terz mal-Unjoni fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil, inklużi:

imħassar

(i)  it-tnaqqis fin-numru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat li jaqsmu l-fruntiera b'mod irregolari fit-territorju tal-Istati Membri li jiġu minn dak il-pajjiż terz;

 

(ii)  il-ħolqien tal-kundizzjonijiet għall-użu tal-kunċetti tal-ewwel pajjiż tal-ażil u ta' pajjiż terz bla periklu għar-ritorn tal-applikanti għall-ażil li jkunu qasmu b'mod irregolari l-fruntiera fit-territorju tal-Istati Membri li jiġu minn jew għandhom konnessjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat;

 

(iii)  iż-żieda fil-kapaċità għall-akkoljenza u l-protezzjoni ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali li jgħixu f'dak il-pajjiż, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' sistema effettiva tal-ażil; or

 

(iv)  iż-żieda fir-rata tar-riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat li jgħixu b'mod irregolari fit-territorju tal-Istati Membri bħal permezz tal-konklużjoni u l-implimentazzjoni effettiva ta' ftehimiet ta' riammissjoni;

 

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-iskala u l-kontenut tal-impenji għar-risistemazzjoni mwettqa minn pajjiżi terzi.

imħassar

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Kriterji ta' eliġibbiltà

Kriterji ta' eliġibbiltà

Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni stabbilti skont l-Artikolu 8:

Huma biss iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li ġejjin li għandhom ikunu eliġibbli għal skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni stabbilti skont l-Artikolu 8:

(a)  (i) ċittadini ta' pajjiżi terzi, li, minħabba biża' ġustifikata ta' persekuzzjoni abbażi ta' razza, reliġjon, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija fi grupp soċjali partikolari, huma barra mill-pajjiż tan-nazzjonalità jew il-parti ta' dak il-pajjiż li fih għexu abitwalment qabel, u ma jistgħux jew, minħabba din il-biża', ma jixtiqux jibbenefikaw mill-protezzjoni ta' dak il-pajjiż, jew persuni mingħajr stat, li, billi huma barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali ta' qabel jew il-parti ta' dak il-pajjiż li fiha għexu abitwalment qabel, għall-istess raġunijiet imsemmija hawn fuq, ma jistgħux jew, minħabba din il-biża', ma jixtiqux jirritornaw fih jew jgħixu fih, jew, fl-assenza ta' dan,

(a)  (i) ċittadini ta' pajjiżi terzi, li, minħabba biża' ġustifikata ta' persekuzzjoni abbażi ta' razza, reliġjon, nazzjonalità,ġeneru, orjentazzjoni sesswali, identità tal-ġeneru, diżabilità, opinjoni politika jew sħubija fi grupp soċjali partikolari, huma barra mill-pajjiż tan-nazzjonalità, u ma jistgħux jew, minħabba din il-biża', ma jixtiqux jibbenefikaw mill-protezzjoni ta' dak il-pajjiż, jew persuni mingħajr stat, li, billi huma barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali ta' qabel, għall-istess raġunijiet imsemmija hawn fuq, ma jistgħux jew, minħabba din il-biża', ma jixtiqux jirritornaw fih jew jibqgħu jgħixu fih, jew, fl-assenza ta' dan,

(ii) ċittadini ta' pajjiżi terzi, li huma barra mill-pajjiż tan-nazzjonalità jew il-parti ta' dak il pajjiż li fiha għexu abitwalment qabel, jew persuni mingħajr stat li huma barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali ta' qabel jew il-parti ta' dak il-pajjiż li fiha għexu abitwalment qabel, u fir-rigward ta' liema ntwerew raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li, jekk jintbagħtu lura jew jibqgħu jgħixu fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom jew ir-residenza abitwali ta' qabel tagħhom, jiffaċċjaw riskju reali li jsofru dannu serju, u ma jistgħux, jew, minħabba dan ir-riskju, ma jixtiqux jibbenefikaw mill-protezzjoni ta' dak il-pajjiż;

ċittadini ta' pajjiżi terzi, li huma barra mill-pajjiż tan-nazzjonalità, jew persuni mingħajr stat li huma barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali ta' qabel, u fir-rigward ta' liema ntwerew raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li, jekk jintbagħtu lura fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom jew ir-residenza abitwali ta' qabel tagħhom, jiffaċċjaw riskju li jsofru dannu serju, u ma jistgħux, jew, minħabba dan ir-riskju, ma jixtiqux jibbenefikaw mill-protezzjoni ta' dak il-pajjiż;

(b)  ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat li jaqgħu tal-inqas f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:

   u li barra minn hekk jaqgħu tal-inqas f'waħda mill-kategoriji li ġejjin ta' persuni vulnerabbli:

(i)  persuni vulnerabbli;

 

–  nisa u bniet f'riskju;

–  nisa u bniet f'riskju;

–  tfal u adoloxxenti f'riskju, inklużi tfal mhux akkumpanjati;

–  tfal u adoloxxenti f'riskju, inklużi tfal mhux akkumpanjati;

–  dawk li jkunu sofrew vjolenza u/jew tortura, inkluż abbażi tal-ġeneru;

–  dawk li jkunu sofrew vjolenza u/jew tortura, inkluż abbażi tal-ġeneru jew tal-orjentazzjoni sesswali;

–  persuni bi bżonnijiet legali u/jew ta' protezzjoni fiżika;

–  persuni bi bżonnijiet ta' protezzjoni legali u/jew fiżika, inklużi dawk li jħabbtu wiċċhom ma' theddida ta' refoulement;

 

  persuni li għalihom ma tista' tiġi kkunsidrata ebda soluzzjoni dejjiema oħra, speċjalment dawk f'sitwazzjonijiet ta' rifuġjati mtawla;

–  persuni bi bżonnijiet mediċi jew diżabilitajiet; or

–  persuni bi bżonnijiet mediċi jew diżabilitajiet; or

 

  anzjani

  persuni b'vulnerabbiltà soċjoekonomika;

 

 

(b)  ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li jissodisfaw il-kriterji fil-punt (a) u li barra minn hekk, skont l-Artikolu 1d (2) tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951, huma intitolati għall-benefiċċji ta' dik il-Konvenzjoni;

(ii)  membri tal-familja ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jew ċittadini tal-Unjoni li jgħixu legalment fi Stat Membru:

(c)  il-membri tal-familja li ġejjin ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li għandhom jiġu risistemati bl-għan li tkun żgurata l-għaqda tal-familja:

–  il-konjuġi jew is-sieħeb mhux miżżewweġ f'relazzjoni stabbli, fejn il-liġi jew il-prattika tal-Istat Membru kkonċernat tittratta lill-koppji mhux miżżewġa b'mod paragunabbli għal koppji miżżewġa skont il-liġi tiegħu li tirrigwardja ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat;

–  il-konjuġi jew is-sieħeb mhux miżżewweġ f'relazzjoni stabbli;

–  it-tfal minorenni ta' koppji li jirreferi għalihom l-ewwel inċiż jew ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li għandhom jiġu risistemati, fuq il-kundizzjoni li mhumiex miżżewġin u irrispettivament minn jekk twildux ġewwa jew barra ż-żwieġ jew humiex adottati kif iddefinit fil-liġi nazzjonali;

–  it-tfal irrispettivament minn jekk twildux ġewwa jew barra ż-żwieġ jew jekk humiex adottati kif iddefinit jew rikonoxxut fil-liġi nazzjonali, kif ukoll it-tfal li għalihom huma għandhom responsabbiltà tal-ġenituri;

–  il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-minorenni mhux miżżewweġ li se jiġi risistemat, kemm skont il-liġi kif ukoll skont il-prattika tal-Istat Membru fejn l-adult huwa preżenti;

–  il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-minorenni, skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali;

–  ħut iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li għandhom jiġu risistemati;

–  l-aħwa;

–  ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li għandhom jiġu risistemati li huma dipendenti fuq it-tifel jew it-tifla jew ġenitur tagħhom għal assistenza bħala riżultat ta' tqala, tarbija ġdida, mard serju, diżabilità serja jew anzjanità, sakemm ir-rabtiet tal-familja jkunu eżistew fil-pajjiżi ta' oriġini, dak it-tifel jew tifla jew il-ġenitur huma kapaċi jieħdu ħsieb il-persuni dipendenti u l-persuni kkonċernati esprimew ix-xewqa tagħhom bil-miktub;

–  ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li huma dipendenti fuq it-tifel jew it-tifla, il-ġenitur jew membru ieħor tal-familja tagħhom għal assistenza bħala riżultat ta' tqala, tarbija ġdida, mard serju, diżabilità serja jew anzjanità, sakemm ir-rabtiet tal-familja jkunu eżistew fil-pajjiżi ta' oriġini, dak it-tifel jew tifla jew il-ġenitur jew il-membru ieħor tal-familja huma kapaċi jieħdu ħsieb il-persuni dipendenti u l-persuni kkonċernati esprimew ix-xewqa tagħhom bil-miktub;

(c)  ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 1D tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951, li jirrigwardja l-protezzjoni jew l-assistenza minn organi jew aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti oħra għajr il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (“UNHCR”);

 

(d)  ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li ma ġewx rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li fih huma preżenti jew fejn qed jgħixu bħala li għandhom id-drittijiet u l-obbligi li huma marbuta mal-pussess tan-nazzjonalità ta' dak il-pajjiż, jew drittijiet u obbligi ekwivalenti għal dawk.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità tal-familja tkun tista' tinżamm bejn persuni msemmija fil-punt (b)(ii).

 

 

  Mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja, inkluża d-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/EC1a jew għal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja, il-membri tal-familja msemmija f'punt c) tal-ewwel paragrafu, ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jew ta' ċittadini tal-Unjoni li jgħixu legalment fi Stat Membru jistgħu jiġu risistemati mill-Istati Membri barra mill-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni.

 

____________

 

1a Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003 dwar id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12).

(Il-punt (b) emendat isir is-subparagrafu 2 tal-punt (a), il-punt (c) emendat isir punt (b), il-punt (ii) emendat tal-punt (b) isir punt (c))

Emenda     51

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Raġunijiet għall-esklużjoni

Raġunijiet għall-ineliġibbiltà

Emenda     52

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat għandhom jiġu esklużi minn skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni skont l-Artikolu 8;

1.  Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat għandhom ikunu ineliġibbli għal skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni skont l-Artikolu 8;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  persuni li għalihom hemm raġunijiet raġonevoli biex jiġi kkunsidrat li:

(a)  persuni li għalihom hemm raġunijiet serji biex jiġi kkunsidrat li:

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  huma jkunu kkommettew delitt serju;

(ii)  huma jkunu kkommettew delitt serju mhux politiku;

Emenda     55

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  persuni li għalihom hemm raġunijiet raġonevoli biex jiġi kunsidrat li huma periklu għall-komunità, il-politika pubblika, is-sigurtà, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Istat Membru li qed jeżamina l-fajl ta' risistemazzjoni, inkluż fejn Stat Membru ieħor ikun talab lill-Istat Membru li qed jeżamina l-fajl ta' risistemazzjoni biex jikkonsulta lil dak it-tieni Stat Membru matul l-eżami fir-rigward ta' ċittadini speċifiċi ta' pajjiż terzi jew persuni mingħajr stat jew kategoriji speċifiċi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat, fejn dak it-tieni Stat Membru jkun oġġezzjona għar-risistemazzjoni tagħhom għal dawn ir-raġunijiet;

(b)  persuni li għalihom hemm raġunijiet serji biex jiġi kunsidrat li huma periklu għas-sigurtà pubblika jew nazzjonali, jew għas-saħħa pubblika, tal-Istat Membru li qed jeżamina l-fajl ta' risistemazzjoni;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  persuni li għalihom tkun inħarġet twissija fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen jew f'bażi tad-dejta nazzjonali ta' Stat Membru għall-finijiet li jiġi rifjutat id-dħul;

imħassar

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  persuni li jkunu għexu b'mod irregolari, daħlu b'mod irregolari, jew ipprovaw jidħlu b'mod irregolari fit-territorju tal-Istati Membri matul il-ħames snin qabel ir-risistemazzjoni;

imħassar

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  persuni li jkunu diġà ġew risistemati minn Stat Membru ieħor fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Konklużjonijiet tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill 11097/15 tal-20 ta' Lulju 2015, id-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9490 tal-15 ta' Diċembru 2015, jew skema nazzjonali ta' ristemazzjoni; u

(e)  persuni li jkunu diġà ġew risistemati minn Stat Membru

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  persuni li l-Istati Membri jkunu rrifjutaw li jirrisistemaw matul l-aħħar ħames snin qabel ir-risistemazzjoni skont dan il-paragrafu.

imħassar

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jistgħu jiġu esklużi mill-iskemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni stabbiliti skont l-Artikolu 8, meta waħda mir-raġunijiet għall-esklużjoni msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 tkun tapplika prima facie.

imħassar

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni

Pjan ta' kull sentejn ta' risistemazzjoni tal-Unjoni

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jadotta pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni fis-sena ta' qabel dik li fiha għandu jiġi implimentat.

1.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati kull sentejn, skont l-Artikolu 14 li jissupplimenta lil dan ir-Regolament, sabiex tistabbilixxi pjan ta' risistemazzjoni tal-Unjoni, skont il-paragrafi li ġejjin.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-pjan ta' risistemazzjoni tal-Unjoni għandu jqis għalkollox ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Livell Għoli għar-Risistemazzjoni u għandu jkun ibbażat fuq ir-rapport tal-Ħtiġijiet Dinjija Proġettati ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni għandu jinkludi:

2.  Il-pjan ta' risistemazzjoni tal-Unjoni għandu jinkludi:

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  in-numru totali massimu ta' persuni li għandhom jiġu risistemati;

(a)  numru mira ta' persuni li għandhom jiġu risistemati li jenħtieġ jirrifletti, bħala minimu, 20% tal-Ħtiġijiet Dinjija Proġettati Annwali ta' Risistemazzjoni ;

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni u l-kontribuzzjonijiet tagħhom għan-numru totali ta' persuni li għandhom jiġu risistemati.

(b)  dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-pjan ta' risistemazzjoni tal-Unjoni u l-kontribuzzjonijiet tagħhom għan-numru mira ta' persuni li għandhom jiġu risistemati.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  prijoritajiet ġeografiċi globali.

(c)  prijoritajiet ġeografiċi globali bbażati fuq ir-rapport annwali tal-Ħtiġijiet Dinjija Proġettati ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  kwota ta' emerġenza mhux allokata ta' persuni li għandhom jiġu risistemati, kif previst fl-Artikolu 11a, li tikkorrispondi għal madwar 10 % tan-numru mira msemmi fil-punt (a), sabiex jitqiesu każijiet urġenti u ta' emerġenza independentement mill-prijoritajiet ġeografiċi msemmija fil-punt (c).

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni konsistenti mal-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni adottat skont l-Artikolu 7. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu15(2).

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14, biex jissupplimentaw dan ir-Regolament, sabiex jiġu stabbiliti skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni konsistenti mal-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni adottat skont l-Artikolu 7.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  in-numru preċiż ta' persuni li għandhom jiġu risistemati min-numru totali massimu kif stabbilit fil-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni previst fi-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni;

(b)  in-numru preċiż ta' persuni li għandhom jiġu risistemati min-numru mira kif stabbilit fil-pjan ta' risistemazzjoni tal-Unjoni previst f'punt (a) tal-Artikolu 7(2) u dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni;

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 2 - punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-ispeċifikazzjoni tar-reġjuni jew il-pajjiżi terzi minn fejn se sseħħ ir-risistemazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4;

(c)  l-ispeċifikazzjoni tar-reġjuni jew il-pajjiżi terzi minn fejn se ssir ir-risistemazzjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 7(3) u kif imsemmi fl-Artikolu 4 u, jekk ikun il-każ, il-prijoritajiet u l-miżuriantiċipati mill-Unjoni fir-rigward ta' dawk ir-reġjuni jew pajjiżi terzi fil-kuntest tal-użu strateġiku tar-risistemazzjoni;

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  fejn meħtieġ, arranġamenti ta' koordinazzjoni lokali u kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri, appoġġjati minn [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] skont l-Artikolu 12(3), u ma' pajjiżi terzi, u l-UNHCR jew imsieħba oħra;

(d)   arranġamenti ta' koordinazzjoni lokali u kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri, appoġġjati mill-UNHCR u, fuq talba tal-Istati Membri, [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] skont l-Artikolu 12(3), u ma' pajjiżi terzi, u l-UNHCR jew imsieħba oħra;

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  deskrizzjoni tal-grupp jew gruppi speċifiċi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li għalihom għandha tapplika l-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni;

(e)  deskrizzjoni tal-grupp jew gruppi speċifiċi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat, ibbażati fuq ir-rapport tal-Ħtiġijiet Dinjija Proġettati ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR u ggwidati mill-kategoriji ta' sottomissjonijiet għal risistemazzjoni kif stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 5, li għalihom għandha tapplika l-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni;

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  jekk il-proċedura ordinarja stabbilita fl-Artikolu 10 jew il-proċedura mħaffa stabbilita fl-Artikolu 11 għandhomx jiġu applikati filwaqt li jiġi speċifikat fejn meħtieġ kif l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat għandhom jitwettqu u l-perjodu ta' żmien għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar ir-risistemazzjoni;

imħassar

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Meta l-parteċipazzjoni volontarja kkombinata tal-Istati Membri kollha ma tammontax għal 75 % tan-numru mira ta' persuni li għandhom jiġu risistemati f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 7(3) fi tmiem il-perjodu ta' sentejn tal-pjan ta' risistemazzjoni tal-Unjoni, l-iskemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni għandhom jistabbilixxu n-numru eżatt ta' persuni li kull Stat Membri għandu jirrisistema bl-għan li tal-anqas jilħaq dak il-perċentwali min-numru mira. Id-distribuzzjoni tan-numru totali ta' persuni li għandhom jiġu risistemati bejn l-Istati Membri għandha tkun ibbażata fuq ir-referenza ewlenija skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [Ir-Regolament ta' Dublin].

 

Bl-istabbilment tan-numru totali li għandu jiġi risistemat għal kull Stat Membru, l-ammont li diġà ġie risistemat f'dak l-Istat Membru għandu jittieħed inkunsiderazzjoni.

 

 

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-proċeduri ta' risistemazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 għandhom japplikaw għal ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li jkunu taw il-kunsens tagħhom biex jiġu risistemati u ma jkunux irtiraw sussegwentement il-kunsens tagħhom, inkluż ir-rifjut ta' risistemazzjoni fi Stat Membru partikolari.

Ir-risistemazzjoni taħt dan ir-Regolament għandha tapplika għal ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li jkunu taw il-kunsens tagħhom biex jiġu risistemati u ma jkunux irtiraw sussegwentement il-kunsens tagħhom, inkluż ir-rifjut ta' risistemazzjoni fi Stat Membru partikolari. Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat għandhom jiġu informati kif xieraq mill-Istat Membru dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mir-risistemazzjoni u dwar il-konsegwenzi possibbli ta' kwalunkwe rtirar ta' kunsens jew rifjut ta' risistemazzjoni.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fl-implimentazzjoni ta' skema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat u jivvalutaw jekk dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' skema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni.

1.  Fl-implimentazzjoni ta' skema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom, għas-selezzjoni, jiddependu primarjament fuq l-identifikazzjoni u s-sottomissjoni tal-każijiet mill-UNHCR. Atturi oħra għall-identifikazzjoni jistgħu jkunu l-Istati Membri jew organizzazzjonijiet rilevanti.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' skema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jagħtu preferenza inter alia lil ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat permezz ta':

imħassar

(a)   rabtiet familjari ma' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jew ċittadini tal-Unjoni li qed jgħixu legalment fi Stat Membru;

 

(b)   rabtiet soċjali jew kulturali, jew karatteristiċi oħra li jistgħu jiffaċilitaw l-integrazzjoni fl-Istat Membru parteċipanti, sakemm dan ikun mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, sħubija f'minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali, mingħajr preġudizzju għal differenzi fit-trattament meħtieġa għall-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu;

 

(c)   bżonnijiet ta' protezzjoni jew vulnerabbiltajiet partikolari .

 

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Wara l-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat, l-Istati Membri għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja għal dawk li għalihom għandhom l-intenzjoni li jwettqu l-proċedura ta' risistemazzjoni:

imħassar

(a)   l-isem, id-data tat-twelid, il-ġeneru, in-nazzjonalità u dettalji personali oħra

 

(b)   il-marki tas-swaba' tas-swaba' kollha u x-xbieha tal-wiċċ ta' kull ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li jkollhom mill-inqas sitt snin.

 

(c)   it-tip u n-numru ta' kwalunkwe dokument tal-identità jew tal-ivjaġġjar taċ-ċittadin tal-pajjiż terz; and

 

(d)  id-data tar-reġistrazzjoni, il-post fejn issir ir-reġistrazzjoni u l-awtorità li tagħmel ir-reġistrazzjoni.

 

Dejta addizzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 3 u 4 tista' tinġabar ukoll fil-ħin tar-reġistrazzjoni.

 

Emenda     81

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Wara l-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-kontrolli tas-sigurtà xierqa mal-bażijiet tad-dejta rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni, inkluża s-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen:

Emenda     82

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi jew il-persuni mingħajr stat imsemmija fil-paragrafu 2 jissodisfawx il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 5 u jekk humiex esklużi skont l-Artikolu 6(1).

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi jew il-persuni mingħajr stat jissodisfawx il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 5 u jekk humiex esklużi skont l-Artikolu 6(1).

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik il-valutazzjoni abbażi ta' evidenza dokumentarja, inkluż, fejn applikabbli, informazzjoni mill-UNHCR dwar jekk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew il-persuni mingħajr stat jikkwalifikawx bħala rifuġjati jew abbażi ta' intervista personali jew kombinazzjoni tat-tnejn.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik il-valutazzjoni b'mod partikolari abbażi ta' evidenza dokumentarja, inkluż, fejn applikabbli, informazzjoni mill-UNHCR dwar jekk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew il-persuni mingħajr stat jikkwalifikawx bħala rifuġjati u abbażi ta' intervista personali.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Għall-finijiet ta' implimentazzjoni tal-proċedura ordinarja, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-UNHCR, jew fejn japplika, [lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] jew organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra biex jivvalutaw għalkollox u b'mod trasparenti:

 

(a)   jekk jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni; and

 

(b)   jekk jidħlux f'waħda mill-kategoriji għas-sottomissjoni ta' risistemazzjoni kif stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 5 u r-raġuni għall-valutazzjoni.

 

L-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll lill-UNHCR jivvaluta għalkollox jekk ċittadini ta' pajjiż terz jew persuni mingħajr stat riferuti lilhom mill-UNHCR jikkwalifikawx bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu deċiżjoni dwar ir-risistemazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn tmien xhur mir-reġistrazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jestendu dak il-limitu ta' żmien ta' tmien xhur b'perjodu ta' mhux aktar minn erba' xhur, fejn huma involuti kwistjonijiet kumplessi ta' fatt jew liġi.

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu deċiżjoni dwar ir-risistemazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn sitt xhur mir-reġistrazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jestendu dak il-limitu ta' żmien b'perjodu ta' mhux aktar minn tliet xhur, fejn huma involuti kwistjonijiet kumplessi ta' fatt jew liġi. Jekk wara l-limiti ta' żmien previsti f'dan il-paragrafu, l-Istat Membru ma jkunx ikkomunika deċiżjoni mingħajr ma jipprovdi ġustifikazzjoni, Stat Membru ieħor jista' jibda proċedura ta' risistemazzjoni fir-rigward taċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernati.

Emenda     86

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Wara li jkunu ħadu deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jinformaw liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, b'mod partikolari d-dritt li jirrifjutaw ir-risistemazzjoni u l-implikazzjonijiet possibbli ta' dan ir-rifjut, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-istatus ta' rifuġjat jew mill-protezzjoni sussidjarja, b'mod partikolari fir-rigward ta' movimenti sekondarji u r-rekwiżit li jirreġistraw dettalji personali fil-Eurodac.

 

Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta bil-miktub u, jekk ikun meħtieġ, oralment, b'lingwa li l-persuna tista' tifhem, u għandha tiġi adattata għall-ħtiġijiet ta' minorenni jew persuni bi bżonnijiet speċifiċi.

Emenda     87

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom jaħżnu d-dejta msemmija fil-paragrafi 2 sa 4 għal ħames snin mid-data tar-risistemazzjoni.

5.  Mal-wasla fit-territorju tiegħu, kull Stat Membru għandu jirreġistra, fejn disponibbli, informazzjoni dwar il-persuna risistemata f'konformità mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [Regolament Eurodac]. L-Istati Membri għandhom jaħżnu d-dejta msemmija fir-[Regolament Eurodac] għal ħames snin mid-data tar-risistemazzjoni.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mal-iskadenza ta' dak il-perjodu, l-Istati Membri għandhom iħassru d-dejta. L-Istati Membri għandhom iħassru dejta relatata ma' persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta' kwalunkwe Stat Membru qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu malli l-Istat Membru jsir konxju li l-persuna kkonċernata tkun akkwistat dik iċ-ċittadinanza.

Mal-iskadenza ta' dak il-perjodu, l-Istati Membri għandhom iħassru d-dejta. L-Istati Membri għandhom iħassru dejta relatata ma' persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta' kwalunkwe Stat Membru qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Fejn tittieħed deċiżjoni negattiva, ma għandha sseħħ l-ebda risistemazzjoni tal-persuna kkonċernata.

6.  Fejn tittieħed deċiżjoni negattiva, ma għandha sseħħ l-ebda risistemazzjoni tal-persuna kkonċernata lejn l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni. Ir-raġuni għan-nuqqas ta' twettiq għandha tiġi komunikata f'opinjoni motivata lill-UNHCR, Stati Membri oħra, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jew organizzazzjonijiet oħra li jkunu għamlu s-sottomissjoni għal segwitu skont il-każ. Kwalunkwe Stat Membru li jkun għamel deċiżjoni negattiva jista' jitlob lil kwalunkwe tieni Stat Membru li jeżamina l-fajl tar-risistemazzjoni biex jikkonsultawh matul l-eżami.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 7 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jagħti status ta' rifuġjat fejn iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernati jikkwalifikaw bħala rifuġjat jew għal status ta' protezzjoni sussidjara fejn iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernati jkunu eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja. L-Istat Membru għandu jinnotifika liċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernata dwar dik id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni li jingħata status ta' rifuġjat jew status ta' protezzjoni sussidjarja għandu jkollha l-istess effett bħal deċiżjoni li jingħata status ta' rifuġjat jew li jingħata status ta' protezzjoni sussidjarja msemmija fl-Artikoli 13 u 19 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Kwalifika], ladarba l-persuna kkonċernata tkun daħlet fit-territorju ta' Stat Membru;

(a)  jagħti status ta' rifuġjat fejn iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernati jikkwalifikaw bħala rifuġjat jew għal status ta' protezzjoni sussidjara fejn iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernati jkunu eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja. L-Istat Membru għandu jinnotifika liċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernata dwar dik id-deċiżjoni u jinfurmah(a) bid-drittijiet li jikkonferixxi dan l-istatus. Id-deċiżjoni li jingħata status ta' rifuġjat jew status ta' protezzjoni sussidjarja għandu jkollha l-istess effett bħal deċiżjoni li jingħata status ta' rifuġjat jew li jingħata status ta' protezzjoni sussidjarja msemmija fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Kwalifika], ladarba l-persuna kkonċernata tkun daħlet fit-territorju ta' Stat Membru; L-Istati Membri jistgħu joħorġu permessi ta' residenza b'validità permanenti jew illimitata fuq termini b'termini li huma aktar favorevoli, kif imsemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE1a.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44–53.

Emenda     91

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 7 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  joffri li jagħmel l-arranġamenti għall-vjaġġ, inklużi kontrolli mediċi biex ikun żgurat li l-persuna tkun f'kundizzjoni li tivvjaġġa, u jipprovdi trasferiment lejn it-territorju tagħhom mingħajr ħlas, u dik l-offerta għandha tinkludi, fejn meħtieġ, l-iffaċilitar ta' proċeduri ta' ħruġ fil-pajjiż terz minn fejn ikun ġie ammess iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat;

(b)  joffri li jagħmel l-arranġamenti għall-vjaġġ, inklużi kontrolli mediċi biex ikun żgurat li l-persuna tkun f'kundizzjoni li tivvjaġġa, jew fejn ikun possibbli, testijiet mediċi, u jipprovdi trasferiment lejn it-territorju tagħhom mingħajr ħlas, u dik l-offerta għandha tinkludi, fejn meħtieġ, l-iffaċilitar ta' proċeduri ta' ħruġ fil-pajjiż terz minn fejn ikun ġie ammess iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat. Meta jorganizzaw il-vjaġġ, l-Istati Membri għandhom iqisu kwalunkwe bżonn li l-persuni kkonċernati jkollhom b'kunsiderazzjoni tal-vulnerabbiltà tagħhom;

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 7 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  joffri programm ta' orjentazzjoni qabel it-tluq liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat, li jista' jinkludi informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, klassijiet tal-lingwa, u informazzjoni dwar l-ambjent soċjali, kulturali u politiku tal-Istat Membru.

(c)  joffri programm ta' orjentazzjoni qabel it-tluq liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat, li għandu jinkludi informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, klassijiet tal-lingwa, u informazzjoni dwar l-ambjent soċjali, kulturali u politiku tal-Istat Membru. Dawn il-programmi jistgħu jiġu pprovduti wara d-dħul jew jistgħu jiġu inklużi fi programmi ta' integrazzjoni jekk l-Istati Membri jagħżlu li jagħmluhom, sakemm dawn ikunu aċċessibbli u mingħajr ħlas, u jqisu l-vulnerabbiltajiet partikolari tal-persuna risistemata.

Emenda     93

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 7 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  jorganizza t-trasferiment mill-aktar fis;

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-proċedura ordinarja, qabel ma jiġu identifikati ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-UNHCR, jew fejn applikabbli, [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] jew korpi internazzjonali rilevanti biex jirreferulhom ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li fir-rigward tagħhom dawk l-entitajiet ikunu vvalutaw b'mod sħiħ:

imħassar

(a)   jekk jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni; and

 

(b)  jekk jaqgħux f'xi waħda mill-kategoriji ta' vulnerabbiltà stabbiliti fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 5.

 

L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-UNHCR jivvaluta b'mod sħiħ jekk ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat riferuti lilhom mill-UNHCR jikkwalifikawx bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951.

 

L-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll li jitqiesu, fost l-oħrajn, il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1.

 

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 biex jiġu supplimentati l-elementi msemmija fil-paragrafi 1 sa 4, sabiex il-proċedura ta' risistemazzjoni tiġi adattata għaċ-ċirkostanzi fil-pajjiż terz minn fejn isseħħ ir-risistemazzjoni fejn ikun meħtieġ.

imħassar

Emenda     96

Proposta għal regolament

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

imħassar

Proċedura mħaffa

 

Fejn l-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jadotta skema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni jipprevedi proċedura mħaffa, u bħala deroga mill-Artikolu 10, l-Istati Membri:

 

(1)  ma għandhomx jivvalutaw jekk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew il-persuni mingħajr stat jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmija fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 5;

 

(2)  ma għandhomx jitolbu lill-UNHCR jivvaluta jekk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew il-persuni mingħajr stat jikkwalifikawx bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951;

 

(3)  għandhom jieħdu deċiżjoni dwar ir-risistemazzjoni malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn erba' xhur wara r-reġistrazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz imsemmija fl-Artikolu 10(2); l-Istati Membri jistgħu jestendu dak il-limitu ta' żmien ta' erba' xhur b'perjodu ta' mhux aktar minn xahrejn, fejn ikunu involuti kwistjonijiet kumplessi ta' fatt jew liġi.

 

(4)  għandhom jagħtu liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew lill-persuni mingħajr stat ikkonċernati l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja.

 

L-istatus ta' protezzjoni sussidjarja mogħti abbażi tal-punt (4) għandu jiġi kkunsidrat bħala terminat meta tkun ittieħdet deċiżjoni finali dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali magħmula mill-benefiċjarju ta' dak l-istatus.

 

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11 a

 

Proċedura ta' emerġenza

 

Fejn l-att delegat tal-Kummissjoni li jadotta pjan ta' risistemazzjoni tal-Unjoni jipprevedi proċedura ta' emerġenza, mhux marbuta ma' reġjuni jew popolazzjonijiet partikolari, għal każijiet fejn l-immedjatezza tar-riskji għas-sigurtà ta' ċerti persuni jew is-severità tal-kundizzjoni medika tagħhom ikunu jeħtieġu t-tneħħija immedjata tagħhom mill-kundizzjonijiet ta' periklu fi żmien qasir ħafna, b'deroga mill-Artikolu 10, l-Istati Membri għandhom:

 

(1)   jimpenjaw ruħhom li jistabbilixxu proċedura rapida għal każijiet urġenti u ta' emerġenza, jekk tali proċedura ma teżistix diġà;

 

(2)   jispeċifikaw għadd speċifiku ta' postijiet mhux neċessarjament marbuta ma' reġjuni jew popolazzjonijiet partikolari li jistgħu jibbenefikaw minn din il-proċedura;

 

(3)   jirċievu sottomissjonijiet ta' każijiet ta' risistemazzjoni urġenti jew ta' emerġenza mingħand il-UNHCR u li għalihom l-immedjatezza tar-riskji għas-sigurtà jew is-severità tal-kundizzjoni medika teħtieġ it-tneħħija tagħhom mill-kundizzjonijiet ta' periklu fi żmien qasir ħafna;

 

(4)   iħaffu l-aġġudikazzjoni jekk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jissodisfawx jew le r-rekwiżiti u l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti f'dan il-qafas taħt l-Artikolu 5, u;

 

(5)   jimmiraw li jieħdu deċiżjoni fi żmien ġimagħtejn mis-sottomissjoni ta' każ u jiżguraw it-trasferiment immedjat taċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-iskemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta' kuntatt nazzjonali u jistgħu jiddeċiedu li jaħtru uffiċjali ta' kollegament f'pajjiżi terzi.

1.  Biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-iskemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta' kuntatt nazzjonali u jistgħu jiddeċiedu li jaħtru uffiċjali ta' kollegament f'pajjiżi terzi. L-Istati Membri jistgħu jiġu assistiti mill[-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil], u fejn xieraq, jużaw strutturi eżistenti għall-kooperazzjoni operazzjonali fir-rigward tar-risistemazzjoni.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  [L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] tista' tappoġġja lill-Istati Membri, inkluż permezz tal-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni teknika bejniethom, filwaqt li tassistihom fl-implimentazzjoni ta' skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni u tiffaċilita l-kondiviżjoni ta' infrastruttura skont [ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Ażil)].

imħassar

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Biex jiġu implimentati skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni, u b'mod partikolari biex jitwettqu programmi ta' orjentazzjoni qabel it-tluq, kontrolli mediċi biex ikun żgurat li l-persuna tkun f'kundizzjoni li tivvjaġġa, arranġamenti tal-ivjaġġjar u arranġamenti prattiċi oħra, l-Istati Membri jistgħu jiġu assistiti minn sħab skont l-arranġamenti ta' koordinazzjoni lokali u kooperazzjoni prattika għal skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni stabbiliti skont il-punt (d) tal-Artikolu 8(2).

3.  Biex jiġu implimentati skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni, u b'mod partikolari biex jitwettqu programmi ta' orjentazzjoni qabel it-tluq, kontrolli mediċi biex ikun żgurat li l-persuna tkun f'kundizzjoni li tivvjaġġa, arranġamenti tal-ivjaġġjar u arranġamenti prattiċi oħra, l-Istati Membri jistgħu jiġu assistiti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni (IOM) u sħab oħra skont l-arranġamenti ta' koordinazzjoni lokali u kooperazzjoni prattika għal skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni stabbiliti skont il-punt (d) tal-Artikolu 8(2).

Emenda     101

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Ir-Rwol tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil

 

1.  Ir-rwol tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil hu li tappoġġja lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom ta' risistemazzjoni u kapaċità. Fuq talba tal-Istati Membri, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha tappoġġahom meta jimplimentaw il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni.

 

L-appoġġ jista' jikkonsisti, f'assistenza lill-Istati Membri fir-rigward:

 

(a)  tal-kompiti tagħhom ta' valutazzjoni, b'mod partikolari bil-għan li tkun possibbli għall-Istati Membri li jirrispettaw il-limiti ta' żmien previsti biex jipproċedu għar-risistemazzjonijiet,

 

 

 

(b)  tat-taħriġ ta' persunal speċjalizzat fir-risistemazzjoni;

 

(c) tal-informazzjoni pprovduta liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew lill-persuni mingħajr stat u tat-taħriġ ta' qabel it-tluq li jingħatalhom f'konformità mal-Artikolu 10,

 

(d)  tal-kooperazzjoni bejniethom meta jiddeċiedu li jwettqu xi stadji tal-proċedura ta' risistemazzjoni b;mod konġunt. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil tista', fost oħrajn, tipprovdi appoġġ relatat mal-ippuljar tal-infrastruttura u l-iskjerament ta' missjonijiet ta' selezzjoni konġunti.

 

2.  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha tikkoordina skambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-integrazzjoni tal-persuni risistemati fis-soċjetà ospitanti tagħhom.

 

3.  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha tiġbor dejta dwar l-għadd ta' risistemazzjonijiet, l-osservanza min-naħa tal-Istati Membri fir-rigward tal-impenji tagħhom u r-raġunijiet għan-nuqqas tat-twettiq ta' proċeduri.

 

 

 

4.  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha tieħu sehem fil-konsultazzjonijiet tripartitiċi annwali dwar ir-risistemazzjoni u tikkomunika x-xogħol magħmul hemmhekk lill-Kumitat ta' Livell Għoli għar-Risistemazzjoni.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għandu jiġi stabbilit Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli, kompost minn rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, l-Istati Membri, [L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil,] il-UNHCR, u l-IOM jistgħu jiġu mistiedna. Rappreżentanti tal-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, u l-Iżvizzera għandhom jiġu mistiedna biex jattendu l-laqgħat tal-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli fejn ikunu indikaw l-intenzjoni tagħhom li jiġu assoċjati mal-implimentazzjoni tal-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni.

1.  Għandu jiġi stabbilit Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli, kompost minn Membri tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, l-Istati Membri, [L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil,] il-UNHCR, l-IOM u organizzazzjonijiet rilevanti oħra tas-soċjetà ċivili. Rappreżentanti tal-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, u l-Iżvizzera għandhom jiġu mistiedna biex jattendu l-laqgħat tal-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli fejn ikunu indikaw l-intenzjoni tagħhom li jiġu assoċjati mal-implimentazzjoni tal-pjan ta' risistemazzjoni tal-Unjoni.

 

 

Emenda     103

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-kompitu prinċipali tal-Kumitat ta' Livell Għoli għar-Risistemazzjoni għandu jkun, wara l-Konsultazzjonijiet Annwali Tripartitiċi dwar ir-Risistemazzjoni li l-Kumitat ta' Livell Għoli għar-Risistemazzjoni se jipparteċipa fihom, u r-rapport annwali tal-Ħtiġijiet Dinjija Proġettati ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR, li jiddeskrivi l-komponenti ewlenin tal-pjan ta' risistemazzjoni tal-Unjoni u tad-diversi skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni, u b'mod partikolari għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar in-numru ta' persuni li għandhom jiġu risistemati, it-tqassim ġust ta' dawk il-persuni bejn l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi li minnhom għandhom isiru r-risistemazzjonijiet, u l-opportunitajiet għall-użu strateġiku tar-risistemazzjoni. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Livell Għoli għar-Risistemazzjoni għandhom jiġu ppubblikati.

Emenda     104

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli għandu jiġi presedut mill-Kummissjoni. Għandu jiltaqa' kull meta jkun meħtieġ fuq l-istedina tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' Stat Membru u għandu jiltaqa' tal-inqas darba fis-sena.

2.  Il-Kumitat ta' Livell Għoli għar-Risistemazzjoni għandu jiġi presedut mill-Kummissjoni. Għandu jiltaqa' kull meta jkun meħtieġ fuq l-istedina tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' Stat Membru jew tal-Parlament Ewropew u għandu jiltaqa' tal-inqas darba fis-sena.

Emenda     105

Proposta għal regolament

Artikolu 13- paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni.

3.  Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom iqisu għalkollox ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Livell Għoli għar-Risistemazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni, u b'mod partikolari matul it-tfassil tal-pjan tal-Unjoni ta' risistemazzjoni u l-iskemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 10(9) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 7 u 8 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' erba' snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar id-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' durata identika, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 10(9) tista' tiġi revokata f'kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat diġà fis-seħħ.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 7 u 8 tista' tiġi revokata f'kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat diġà fis-seħħ.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 10(9) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 7 u 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15

imħassar

Proċedura ta' kumitat

 

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

Emenda     110

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (UE) Nru 516/2014

Premessa 46

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)  Il-premessa 46 għandha tiġi emendata kif ġej:

"Huwa importanti għas-solidarjetà msaħħa li l-Fond jipprovdi, f'koordinazzjoni u f'sinerġija mal-assistenza umanitarja mmexxija mill-Kummissjoni fejn adatt, appoġġ addizzjonali biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta' emerġenza ta' pressjoni migratorja qawwija fi Stati Membri jew pajjiżi terzi jew fil-każ ta' influss bil-massa ta' persuni spustati, skont id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE1, permezz ta' assistenza ta' emerġenza. L-assistenza ta' emerġenza għandha tinkludi wkoll l-appoġġ lil programmi ad hoc ta' ammissjoni umanitarja li għandhom l-għan li jippermettu soġġorn temporanju fuq it-territorju ta' Stat Membru f'każ ta' kriżi umanitarja urġenti f'pajjiżi terzi. Madankollu, dawn il-programmi oħra ta' ammissjoni umanitarja huma mingħajr preġudizzju għal, u m'għandhomx jimminaw, il-programm ta' risistemazzjoni tal-Unjoni li sa mill-bidu jimmira espliċitament li jipprovdi soluzzjoni dejjiema għal persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali trasferiti fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu intitolati jirċievu somom sħiħa fir-rigward ta' persuni mogħtija soġġorn temporanju fuq it-territorju ta' Stat Membru taħt dawn il-programmi oħra ta' ammissjoni umanitarja."

"Huwa importanti għas-solidarjetà msaħħa li l-Fond jipprovdi, f'koordinazzjoni u f'sinerġija mal-assistenza umanitarja mmexxija mill-Kummissjoni fejn adatt, appoġġ addizzjonali biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta' emerġenza ta' pressjoni migratorja qawwija fi Stati Membri jew pajjiżi terzi jew fil-każ ta' influss bil-massa ta' persuni spustati, skont id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE1, permezz ta' assistenza ta' emerġenza. L-assistenza ta' emerġenza għandha tinkludi wkoll l-appoġġ lil programmi ad hoc ta' ammissjoni umanitarja li għandhom l-għan li jippermettu soġġorn temporanju fuq it-territorju ta' Stat Membru f'każ ta' kriżi umanitarja urġenti f'pajjiżi terzi. Madankollu, dawn il-programmi oħra ta' ammissjoni umanitarja huma mingħajr preġudizzju għal, u m'għandhomx jimminaw, il-programm ta' risistemazzjoni tal-Unjoni li sa mill-bidu jimmira espliċitament li jipprovdi soluzzjoni dejjiema għal persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali trasferiti fl-Unjoni minn pajjiżi terzi."

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Regolament (UE) Nru 516/2014

Artikolu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "risistemazzjoni" tfisser l-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali minn pajjiż terz li ġew spostati lejh jew fih, fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri bil-ħsieb li jingħataw protezzjoni internazzjonali;

(a)  "risistemazzjoni" tfisser is-selezzjoni, fuq riferiment mill-UNHCR jew mill-Istati Membri, l-ammissjoni, it-trasferiment u l-protezzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali minn pajjiż terz li ġew spostati lejh, lejn Stat Membru, bil-ħsieb li jingħataw protezzjoni internazzjonali u jiġu provduti b'soluzzjoni dejjiema;

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Regolament (UE) Nru 516/2014

Artikolu 2 – punt ab

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ab)  "skema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni" tfisser skema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni stabbilita skont l-Artikolu 15(2) tar-[Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Qafas ta' Risistemazzjoni)]”.

(ab)  "skema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni" tfisser skema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni stabbilita skont l-Artikolu 8 tar-[Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Qafas ta' Risistemazzjoni)].

Emenda     113

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 516/2014

Artikolu 17 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Riżorsi għall-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni

Riżorsi għall-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni u għall-pjanijiet nazzjonali ta' risistemazzjoni u ta' ammissjoni umanitarja

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 516/2014

Artikolu 17 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Flimkien mal-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata skont il-punt (a) tal-Artikolu 15(1), l-Istati Membri għandhom jirċievu, għal kull persuna risistemata skont skema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni, somma f'daqqa ta' EUR 10 000.

1.  L-Istati Membri għandhom, flimkien mal-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata skont il-punt (a) tal-Artikolu 15(1), jirċievu kull sentejn ammont addizzjonali kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) ibbażat fuq somma f'daqqa ta' EUR 6 000 għal kull persuna risistemata jew ammessa taħt programm nazzjonali ta' ammissjoni umanitarja. Is-somma f'daqqa għandha tiżdied għal EUR 10 000 għal kull persuna risistemata skont ir-[Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Qafas ta' Risistemazzjoni)].

Emenda     115

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 516/2014

Artikolu 17 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi allokat lill-Istati Membri fid-deċiżjonijiet ta' finanzjament individwali li japprovaw il-programm nazzjonali rivedut tagħhom f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 514/2014.

2.  L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri fid-deċiżjonijiet ta' finanzjament individwali li japprovaw il-programm nazzjonali rivedut tagħhom f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 514/2014.

Emenda     116

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri.

1.  Sa mhux aktar tard minn erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri.

Emenda     117

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Fir-rapport, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-possibbiltà li jsir użu mill-baġit tal-Unjoni biex jiġu appoġġjati l-inizjattivi privati ta' sponsorizzazzjoni.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] bl-informazzjoni neċessarja għat-tfassil tar-rapport tagħha għall-finijiet tal-paragrafu 1 flimkien mal-informazzjoni provduta lill-[Aġenzija Ewropea għall-Ażil] dwar in-numru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat risistemati effettivament fuq bażi ta' kull ġimgħa kif stabbilit fl-Artikolu 22(3) tar-[Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin)].

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] bl-informazzjoni neċessarja għat-tfassil tar-rapport tagħha għall-finijiet tal-paragrafu 1 flimkien mal-informazzjoni provduta lill-[Aġenzija Ewropea għall-Asil] dwar in-numru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat risistemati effettivament kif stabbilit fl-Artikolu 22(3) tar-[Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament ta' Dublin)].

Emenda     119

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, filwaqt illi jqisu r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, jeżaminaw dan ir-Regolament sat-30 ta' Ġunju 2020.

3.  Abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, filwaqt illi jqisu r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, jeżaminaw dan ir-Regolament sa ... [18-il xahar] wara s-sottomissjoni tar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(1)

ĠU C 125, 21.4.2017, p. 40.

(2)

ĠU C 207, 30.6.2017, p. 67.


NOTA SPJEGATTIVA

Kull ġurnata, 34 000 raġel, mara, tifel u tifla jiġu mġiegħla jħallu djarhom minħabba kunflitt, persekuzzjoni, vjolenza u ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Din iċ-ċifra żdiedet b'mod kostanti minn sena għal oħra, u dan ifisser li llum hawn aktar minn 65 miljun ruħ maħruba, li jinqasmu f'żewġ kategoriji: persuni spostati internament u rifuġjati. Huwa stmat li 12.4 miljun persuna ġew spustati fl-2015 biss. Minħabba li ċ-ċifri jkomplu jikbru u l-kunflitti u l-vjolenza responsabbli ma waqfux, hemm ħtieġa urġenti għal soluzzjonijiet permanenti u aktar effettivi fuq skala globali.

Il-Konvenzjoni ta' Ġinevra: Strument tal-liġi internazzjonali wara t-Tieni Gwerra Dinjija

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, ħafna pajjiżi irrealizzaw li kien hemm bżonn kbir li jippromwovu u jistabbilixxu aktar strumenti tal-liġi internazzjonali. Wieħed mill-għanijiet kien li jinħoloq strument internazzjonali li jiżgura li n-nies li jkollhom bżonn ta' protezzjoni jingħataw kenn. Fil-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, il-komunità internazzjonali stabbiliet regoli vinkolanti tal-liġi umanitarja internazzjonali li jiddeskrivu min, u taħt liema ċirkustanzi, għandu jiġi ttrattat bħala rifuġjat, u x'attenzjoni għandha tingħatalu. L-Istati Membri kollha tal-UE huma firmatarji ta' dik il-Konvenzjoni. Minkejja li l-Unjoni Ewropea bħala tali mhix firmatarja tal-Konvenzjoni, l-Artikolu 63(1) KE espressament jipprevedi li l-politika komuni dwar l-asil trid tiġi adottata skont il-Konvenzjoni tal-1951 u l-Protokoll tal-1967.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) inħoloq fl-1950, fil-perjodu ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija, biex jgħin lill-miljuni ta' persuni li kienu ħarbu jew tilfu djarhom. L-UNHCR iservi bħala l-"għassies" tal-Konvenzjoni tal-1951 u l-Protokoll tal-1967 tagħha. L-UNHCR huwa attur globali ċentrali li jipprovdu appoġġ lil pajjiżi li jospitaw lir-rifuġjati u jassisti lill-Istati fir-risponsi tal-politika tagħhom. Sabiex l-Unjoni Ewropea ssaħħaħ il-ħidma tagħa fil-qasam tal-protezzjoni tar-rifuġjati u r-risistemazzjoni, huwa kritiku li nibnu fuq il-ħidma tal-UNHCR.

Risistemazzjoni: rotta sikura u legali għall-protezzjoni internazzjonali

Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA), li bħalissa qed tiġi riveduta, tindirizza elementi differenti bħal żieda fil-qsim tar-responsabbiltajiet għall-akkoljenza tar-rifuġjati, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza, proċeduri komuni u r-regoli għal kwalifika. Madankollu, hemm lakuna meta wieħed jiġi biex jindirizza l-ħtieġa għal wasliet sikuri u legali fl-UE.

F'bosta riżoluzzjonijiet matul is-snin, il-Parlament Ewropew talab li jkun hemm aktar rotot sikuri u legali lejn l-UE, u li dawn ikunu aktar effettivi. Bħalu talbu dan ukoll il-Kummissjoni Ewropea, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, u ħafna atturi tas-soċjetà ċivili. Is-Summit tan-NU dwar ir-rifuġjati u l-migranti, u summit dwar ir-rifuġjati mlaqqa' mill-President Obama f'Settembru 2016, ukoll talbu għal rotot sikuri u legali, inkluża r-risistemazzjoni.

Filwaqt li r-risistemazzjoni għandha xi similaritajiet mat-toroq tal-migrazzjoni, hija triq distinta. Ir-risistemazzjoni trid għalhekk tiġi rikonoxxuta li hi komplementari u mhux sostitut għal rotot legali oħra għall-protezzjoni internazzjonali, inklużi l-viżi umanitarji, ir-riunifikazzjoni tal-familja estiża, u programmi ta' ammissjoni umanitarja.

Il-UNHCR huwa awtorizzat permezz tal-Istatut tiegħu u r-Riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU biex iwettaq risistemazzjoni bħala waħda minn tliet soluzzjonijiet dejjiema. Id-definizzjoni uffiċjali ta' "risistemazzjoni" fil-Manwal tar-Risistemazzjoni tal-UNHCR hija kif ġej:

Ir-risistemazzjoni tinvolvi l-għażla u t-trasferiment ta' rifuġjati minn Stat fejn ikunu talbu l-protezzjoni lejn Stat terz li jkun qabel li jaċċettahom — bħala rifuġjati — bi status ta' residenza permanenti. L-istatus provdut jiżgura protezzjoni kontra r-refoulement u jipprovdi lir-rifuġjat risistemat u l-familja jew dipendenti tiegħu b'aċċess għal drittijiet simili għal dawk li jgawdu ċ-ċittadini. Ir-risistemazzjoni joffri wkoll l-opportunità li persuna eventwalment issir ċittadin naturalizzat tal-pajjiż ta' risistemazzjoni.

Ir-risistemazzjoni hija, mit-tfassil tagħha, għodda li tipprovdi protezzjoni u soluzzjoni dejjiema għar-rifuġjati. Huwa f'dan l-isfond li l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, il-Kunsill Ewropew għar-Rifuġjati u l-Eżiljati, il-Kumitat Internazzjonali ta' Sokkors (IRC), Caritas, is-Salib l-Aħmar, Amnesty International u ħafna partijiet interessati oħra jfissru li r-rabta tar-risistemazzjoni ma' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet tal-migrazzjoni mhix għażla sostenibbli. Din titbiegħed mir-risistemazzjoni bħala għodda ta' protezzjoni għar-rifuġjati l-aktar vulnerabbli. Ir-risistemazzjoni trid tkompli tkun ibbażata fuq il-bżonnijiet tar-rifuġjati l-aktar vulnerabbli. Ta' min jinnota li l-UNHCR diġà tqis ir-risistemazzjoni bħala l-aħħar alternattiva, fis-sens li meta jivvalutaw każ, soluzzjonijiet dejjiema oħra kollha jkunu diġà ġew analizzati. Id-determinazzjoni ta' prijoritajiet ġeografiċi bbażata fuq kooperazzjoni ma' pajjiżi terzifil-qasam tal-migrazzjoni u l-ingranaġġ tar-risistemazzjoni biex jintlaħqu objettivi tal-politika barranija għaldaqstant iservu biex fir-realtà jipperikolaw approċċ tal-protezzjoni umanitarju, imsejjes fuq il-ħtiġijiet u internazzjonali. Bl-istess mod, huwa essenzjali li l-qafas tal-Unjoni jallinja mal-UNHCR f'dak li jirrigwarda l-kriterji ta' eliġibbiltà użati fil-programmi ta' risistemazzjoni.

Qafas tal-Unjoni li jikkomplementa strutturi internazzjonali għar-risistemazzjoni.

Sabiex jiġi żgurat li l-qafas tal-UE jsaħħaħ l-isforzi ta' risistemazzjoni globali, kif ukoll iħares il-liġi internazzjonali, ir-risistemazzjoni trid tkun sostnuta minn kunsiderazzjonijiet tal-ħarsien għall-persuni kkonċernati. Il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni għandu jkun ibbażat fuq il-ħtiġijiet umanitarji, jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-ħtiġijiet dinjija ta' risistemazzjoni u jtaffi s-sitwazzjonijiet fit-tul ta' rifuġjati. Għal din ir-raġuni, il-Qafas irid ikun allinjat ma' strutturi internazzjonali ta' risistemazzjoni eżistenti sabiex jikkomplementa l-isforzi eżistenti, sabiex ikompli jżid il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fir-risistemazzjoni, u l-iktar importanti, sabiex jiffunzjona verament fil-prattika. Dan jista' jinkiseb bil-modi li ġejjin:

o  Ir-rwol tal-UNHCR bħala l-istituzzjoni prinċipali li tirreferi każijiet ta' risistemazzjoni lill-Istati Membri huwa mtenni (Artikolu 10). Dan ma jfissirx li l-Istati Membri jew organizzazzjonijiet rilevanti oħra ma jistgħux jagħmlu riferimenti; sempliċiment jiddikjara kif taħdem ir-risistemazzjoni diġà. Madankollu, jintroduċi salvagwardji u jevita d-duplikazzjoni ta' proċeduri jew strutturi.

o  Il-prijoritajiet ġeografiċi (l-Artikoli 4 u 7) għandhom ikunu bbażati fuq il-pubblikazzjoni tal-Ħtiġijiet Dinjija Proġettati ta' Risistemazzjoni li l-UNHCR joħroġ kull sena. Hawnhekk nistgħu nsibu l-aktar valutazzjoni profonda dwar fejn il-bżonnijiet għal risistemazzjoni huma l-aktar urġenti fid-dinja, u huwa evidenti li dan għandu jiggwida l-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni.

o  Ir-rwol tal-Kumitat ta' Livell Għoli għar-Risistemazzjoni għandu jkun allinjata b'mod aktar ċar ma' strutturi eżistenti. Wara l-Konsultazzjonijiet Annwali Tripartitiċi dwar ir-Risistemazzjoni (ATRC), il-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli għandu jiltaqa' biex jispeċifika l-komponenti ewlenin tal-pjan ta' risistemazzjoni kif ukoll id-diversi skemi ta' risistemazzjoni. Is-sħubija fil-kumitat ta' risistemazzjoni ta' livell għoli twessgħet sabiex jiġu żgurati aktar trasparenza u kwalità.

Qafas tal-Unjoni li jżid in-numri

L-Ewropa għandha 23.8 % tal-PDG dinji (OECD, 2014), iżda l-Istati Membri tal-UE jospitaw biss 8 % tar-rifuġjati fid-dinja. Dan ipoġġi piż sproporzjonat fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li jospitaw il-maġġoranza kbira. 22 pajjiż Ewropew irrisistemaw 13 040 persuna fl-2015 (9 629 minnhom lejn 17-il Stat Membru tal-UE), li jfisser li l-Ewropa, bħala medja, ikkontribwiet madwar 10 fil-mija tar-risistemazzjonijiet dinjija matul dawn l-aħħar ħames snin. B'kuntrast ma' dan, dik l-istess sena, l-Istati Uniti rrisistemat 69 933 rifuġjat.

L-Istati Membri wrew nuqqas ta' rieda li joħolqu rotot legali u sikuri adegwati tad-dħul fir-reġjun. B'riżultat ta' dan, il-persuni li ħallew pajjiżhom m'għandhom l-ebda għażla għajr li jirrikorru għall-kuntrabandisti u jimbarkaw fuq vjaġġi irregolari perikolużi. Jekk irridu li titnaqqas il-ħtieġa għal vjaġġi perikolużi, jitnaqqsu l-imwiet u d-dipendenza fuq in-netwerks tal-kuntrabandu, dan se jsir realtà biss meta l-għadd ta' postijiet offruti jkun kredibbli u sinjifikattiv. Il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni għandu jimmira li jirrisistema mill-inqas 25 % tal-Ħtiġijiet Annwali Dinjija Proġettati ta' Risistemazzjoni. Fl-2017, dan ifisser madwar 250 000 persuna.

Qafas tal-Unjoni li jappoġġja l-programmi nazzjonali

L-Istati Membri tal-UE li għandhom programmi ta' risistemazzjoni li jirnexxu għandhom jiġu mħeġġa jkomplu u jespandu, jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jikkondividu r-riżorsi. L-Istati Membri tal-UE li għadhom qed jibdew bl-ewwel programmi ta' risistemazzjoni għandhom jingħataw l-appoġġ kollu meħtieġ biex l-ewwel esperjenza tagħhom tkun pożittiva. L-Istati Membri tal-UE li għandhom ftit jew l-ebda esperjenza ta' risistemazzjoni jeħtieġ li jsibu struttura soda li tista' tgħinhom jibdew, u dan jinkludi skambju tal-aħjar prattiki ma' Stati Membri oħra, u appoġġ tekniku u operattiv, fosthom mingħand [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil]. Jekk il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni jinforza proċeduri, kriterji ta' eliġibbiltà jew raġunijiet għall-esklużjoni komuni anke fuq programmi nazzjonali, jissogra li jiskoraġġixxi l-isforzi nazzjonali fil-qasam tar-risistemazzjoni.

Fl-istess ħin huwa ċar li għandna nibnu inċentiv għall-Istati Membri li jipparteċipaw fil-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni. Bħala bilanċ bejn dawn iż-żewġ għanijiet, huwa ssuġġerit li l-Istati Membri jżommu s-EUR 6 000 li jirċievu mingħand il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) għal kull persuna risistemata, filwaqt li jieħdu EUR 10 000 għal kull persuna risistemata meta l-Istati Membri jagħżlu li jirrisistemaw skont il-Qafas tal-Unjoni.

Qafas tal-Unjoni li jipprovdi soluzzjoni dejjiema

Il-bażi tar-risistemazzjoni bħala soluzzjoni dejjiema hi li l-Istati li jirċievu huma mistennija li jipprovdu lil persuni risistemati b'residenza permanenti. Residenza ta' sena jew tliet snin ma tistax titqies bħala soluzzjoni dejjiema minn ħadd. Għalhekk, huwa kruċjali li l-Istati Membri jkunu jistgħu joħorġu permessi ta' residenza li huma iktar favorevoli minn dawk issuġġeriti f[ir-Regolament dwar il-Kwalifika]. Dwar dan il-punt, huwa ssuġġerit li l-Istati Membri jkunu jistgħu joħorġu permessi ta' residenza b'validità permanenti jew illimitata fuq termini li jkunu iktar favorevoli kif imsemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, kif emendata bid-Direttiva 2011/51/UE [id-Direttiva dwar ir-Residenza fit-Tul].

Sistema Ewropea Komuni tal-Asil irid ikollha diversi mezzi sikuri u legali

Is-sistema komuni ta' asil tagħna ma tistax tkompli tiffoka esklużivament fuq l-objettiv li tagħmilha diffiċli kemm jista' jkun għall-persuni li qed jaħarbu biex jaslu fit-erritorju tal-UE. Mezzi sikuri u legali, flimkien ma' strutturi tajba ta' akkoljenza u integrazzjoni, huma assolutament vitali għal sistema tal-asil Ewropea li tiffunzjona. Id-dritt għal asil u l-liġi internazzjonali jridu jiġu rispettati. Din mhix għażla li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jipparteċipawx fiha. Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni robust li jiżgura aktar kwalità u kwantità għall-isforzi ta' risistemazzjoni Ewropej eżistenti hu parti fundamentali waħda minn sistema tali – iżda jrid ikun akkoppjat b'mezzi legali oħra wkoll. L-Unjoni Ewropea jeħtieġ li żżid l-isforzi komuni tagħna u tagħti prova li l-kontinent tagħna u l-Unjoni tagħna jistgħu jieħu s-sehem ġust tagħna tar-responsabbiltà globali.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (25.4.2017)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2016)0468 – C8-0325/2016 – 2016/0225(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Gérard Deprez

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li l-UE għandha bżonn urġenti ta' politika dwar il-migrazzjoni integrata, sostenibbli u bbażata fuq is-solidarjetà u l-qsim ġust tal-piżijiet bejn l-Istati Membri kollha. Huwa jemmen li l-ħolqien ta' mezzi legali biex jinstab rifuġju fl-Ewropa jista' jevita mwiet traġiċi fil-Baħar Mediterran u jkisser il-mudell kummerċjali tat-traffikanti tal-migranti.

Ir-rapporteur jappoġġa r-rabta tar-riformulazzjoni proposta tar-"Regolament ta' Dublin"(1) ma' din il-proposta, sabiex l-għadd ta' persuni risistemati jiżdied mal-għadd ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali bl-għan li jiġi kkalkolat il-mekkaniżmu korrettiv ta' allokazzjoni. Ir-rapporteur jitkellem ukoll favur l-istabbiliment ta' rabta mar-riformulazzjoni tar-Regolament Eurodac(2) sabiex id-data dwar il-persuni risistemati tinħażen fis-sistema tal-Eurodac.

F'termini tal-implikazzjonijiet baġitarji tiegħu, minkejja l-fatt li fil-proposta m'hemmx kwota definita tajjeb ta' persuni li għandhom jiġu risistemati, ir-rapporteur jixtieq li dawn il-pjanijiet ta' risistemazzjoni għandhom ikunu ambizzjużi u li l-mezzi meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom isiru disponibbli.

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta li jiġu allokati EUR 10,000 mill-baġit tal-Unjoni lill-Istati Membri għal kull persuna risistemata, li għandhom jitħallsu mill-AMIF, abbażi ta' pjanijiet ta' risistemazzjoni tal-Unjoni adottati fuq bażi annwali mill-Kunsill. Ir-rapporteur jifhem it-tneħħija tal-kofinanzjament mill-baġit tal-UE għar-risistemazzjoni skont programmi nazzjonali ta' risistemazzjoni, bl-għan li jiġi żgurat il-finanzjament meħtieġ ta' dawn il-programmi Ewropej ta' risistemazzjoni.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur jixtieq jenfasizza li ż-żewġ fergħat tal-Awtorità Baġitarja jrid ikollhom l-informazzjoni kollha dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji fil-pjan annwali ta' risistemazzjoni li jmiss, fil-mument tal-preżentazzjoni tal-proposta dwar l-abbozz tal-baġit annwali tal-Unjoni għas-sena ta' wara.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda     1

Proposta għal regolament

Premessa -1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  Il-Proġett Ewropew dejjem kien ibbażat fuq il-promozzjoni tal-valuri tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa -1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a.  Il-ġestjoni tal-migrazzjoni hija responsabbiltà kondiviża.

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-proċeduri standard komuni jenħtieġ li jibnu fuq l-esperjenza u l-istandards eżistenti ta' risistemazzjoni tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-Proċeduri Operattivi Standard li jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-iskema ta' risistemazzjoni mat-Turkija stabbilita fid-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016. Il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li jippermetti l-użu ta' żewġ tipi ta' proċeduri standard ta' risistemazzjoni.

(12)  Il-proċeduri standard komuni jenħtieġ li jibnu fuq l-esperjenza u l-istandards eżistenti ta' risistemazzjoni tal-UNHCR, tal-Istati Membri, u b'mod partikolari l-Proċeduri Operattivi Standard li jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-iskema ta' risistemazzjoni mat-Turkija stabbilita fid-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016. Il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li jippermetti l-użu ta' żewġ tipi ta' proċeduri standard ta' risistemazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jitqiesu l-arranġamenti internazzjonali eżistenti li jiddependu fuq il-UNHCR.

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Iż-żewġ tipi ta' proċedura jikkonsistu mill-istadji li ġejjin: l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni u d-deċiżjoni.

(13)  Iż-żewġ tipi ta' proċedura jikkonsistu mill-istadji li ġejjin: l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni u d-deċiżjoni, u jenħtieġ li jkunu implimentati f'kooperazzjoni mill-qrib mal-UNHCR.

Ġustifikazzjoni

Il-UNHCR għandu ħafna għarfien espert u esperjenza fil-qasam tar-risistemazzjoni li jenħtieġ li jiġu użati kemm jista' jkun.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Kull dejta personali miġbura għall-finijiet tal-proċedura ta' risistemazzjoni għandha tinħażen għal perjodu massimu ta' ħames snin mid-data tar-risistemazzjoni. Minħabba li ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li jkunu diġà ġew risistemati minn Stat Membru wieħed jew li matul l-aħħar ħames snin ikunu rrifjutaw ir-risistemazzjoni fi Stat Membru jenħtieġ li jiġu esklużi mir-risistemazzjoni fi Stat Membru ieħor, dak il-perjodu għandu jiġi kkunsidrat bħala perjodu neċessarju għall-ħżin tad-dettalji personali, inklużi marki tas-swaba' u xbihat tal-wiċċ.

(17)  Kull dejta personali miġbura għall-finijiet tal-proċedura ta' risistemazzjoni għandha tinħażen għal perjodu massimu ta' ħames snin mid-data tar-risistemazzjoni. Minħabba li ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li jkunu diġà ġew risistemati minn Stat Membru wieħed jew li matul l-aħħar ħames snin ikunu rrifjutaw ir-risistemazzjoni fi Stat Membru jenħtieġ li jkunu ineliġġibbli għar-risistemazzjoni fi Stat Membru ieħor, dak il-perjodu għandu jiġi kkunsidrat bħala perjodu neċessarju għall-ħżin tad-dettalji personali, inklużi marki tas-swaba' u xbihat tal-wiċċ.

Ġustifikazzjoni

L-esklużjoni fil-kuntest ta' protezzjoni tar-rifuġjati internazzjonali tirreferi għal individwi li ma tkunx tistħoqqilhom il-protezzjoni internazzjonali. Ineliġibbiltà hija terminu aħjar.

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  L-għażla tal-proċedura ta' risistemazzjoni għandha ssir għal kull skema ta' risistemazzjoni tal-Unjoni. Proċedura mħaffa tista' tkun ġustifikata għal raġunijiet umanitarji jew fil-każ ta' bżonnijiet ta' protezzjoni urġenti ġuridika jew fiżika.

(18)  L-għażla tal-proċedura ta' risistemazzjoni għandha ssir għal kull skema ta' risistemazzjoni tal-Unjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-UNHCR. Proċedura mħaffa tista' tkun ġustifikata għal raġunijiet umanitarji jew fil-każ ta' bżonnijiet ta' protezzjoni urġenti ġuridika jew fiżika.

Ġustifikazzjoni

Il-UNHCR għandu ħafna għarfien espert u esperjenza fil-qasam tar-risistemazzjoni li jenħtieġ li jiġu użati kemm jista' jkun.

Emenda     7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri bil-għan li jingħataw protezzjoni internazzjonali.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri li jagħżlu li jipparteċipaw fl-iskema ta' risistemazzjoni bil-għan li jingħataw protezzjoni internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Il-parteċipazzjoni fil-Qafas jenħtieġ li tkun volontarja peress li l-għan tar-risistemazzjoni huwa li jipprovdi protezzjoni u soluzzjoni dejjiema. Huma l-Istati Membri li l-aktar li jafu lil kemm-il persuna jifilħu verament joffru protezzjoni u jintegraw fis-soċjetajiet tagħhom. Is-somma f'daqqa ta' EUR 10 000 mill-AMIF tkopri biss l-ispejjeż inizjali tar-risistemazzjoni.

Emenda     8

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità tal-familja tkun tista' tinżamm bejn persuni msemmija fil-punt (b)(ii).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità tal-familja tkun tista' tinżamm bi qbil mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

_________________

 

1aRegolament (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul (ĠU ...)

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva ta' Kwalifika proposta tiċċara d-drittijiet tal-membri tal-familja ta' benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali.

Emenda     9

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Raġunijiet għall-esklużjoni

Ineliġibbiltà

Ġustifikazzjoni

L-esklużjoni fil-kuntest ta' protezzjoni tar-rifuġjati internazzjonali tirreferi għal individwi li ma tkunx tistħoqqilhom il-protezzjoni internazzjonali. Ineliġibbiltà hija terminu aħjar.

Emenda     10

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat għandhom jiġu esklużi minn skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni skont l-Artikolu 8:

1.  Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat għandhom ikunu ineliġibbli għal skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni skont l-Artikolu 8:

Ġustifikazzjoni

L-esklużjoni fil-kuntest ta' protezzjoni tar-rifuġjati internazzjonali tirreferi għal individwi li ma tkunx tistħoqqilhom il-protezzjoni internazzjonali. Ineliġibbiltà hija terminu aħjar.

Emenda     11

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  persuni li għalihom hemm raġunijiet raġonevoli biex jiġi kkunsidrat li:

(a)  persuni li għalihom hemm raġunijiet serji biex jiġi kkunsidrat li:

Ġustifikazzjoni

Il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 tuża l-espressjoni "raġunijiet serji biex jiġi kkunsidrat".

Emenda     12

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jadotta pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni fis-sena ta' qabel dik li fiha għandu jiġi implimentat.

1.  Abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jadotta pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni fis-sena ta' qabel dik li fiha għandu jiġi implimentat, li għandu japplika għal dawk l-Istati Membri li jagħżlu li jipparteċipaw fir-risistemazzjoni s-sena ta' wara.

Ġustifikazzjoni

Il-parteċipazzjoni fil-Qafas għandha tkun volontarja.

Emenda     13

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni u l-kontribuzzjonijiet tagħhom għan-numru totali ta' persuni li għandhom jiġu risistemati.

(b)  dettalji dwar l-Istati Membri li jagħżlu li jipparteċipaw fil-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni u l-kontribuzzjonijiet volontarji tagħhom għan-numru totali ta' persuni li għandhom jiġu risistemati.

Ġustifikazzjoni

Il-parteċipazzjoni fil-Qafas għandha tkun volontarja. Iż-żieda fir-risistemazzjoni tar-rifuġjati fl-Ewropa u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni rigward ir-risistemazzjoni huma importanti, iżda l-Istati Membri m'għandhomx ikunu obbligati li jirrisistemaw ċertu proporzjon ta' persuni li jridu jiġu risistemati fl-UE.

Emenda     14

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  in-numru preċiż ta' persuni li għandhom jiġu risistemati min-numru totali massimu kif stabbilit fil-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni previst fi-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni;

(b)  in-numru preċiż ta' persuni li għandhom jiġu risistemati min-numru totali massimu kif stabbilit fil-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni previst fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u dettalji dwar l-Istati Membri li jagħżlu li jipparteċipaw fl-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni;

Ġustifikazzjoni

Il-parteċipazzjoni fil-Qafas għandha tkun volontarja. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jiddeċiedu kemm-il persuna jirrisistemaw minflok l-obbligu li jirrisistemaw proporzjon partikolari tal-persuni li jridu jiġu risistemati fl-UE.

Emenda     15

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 516/2014

Artikolu 17 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Flimkien mal-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata skont il-punt (a) tal-Artikolu 15(1), l-Istati Membri għandhom jirċievu, għal kull persuna risistemata skont skema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni, somma f'daqqa ta' EUR 10 000.

1.  Flimkien mal-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata skont il-punt (a) tal-Artikolu 15(1), l-Istati Membri għandhom jirċievu, għal kull persuna risistemata skont skema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni, somma f'daqqa ta' EUR 10 000. Ir-riżorsi finanzjarji kollha allokati huma indirizzati għal skopijiet ta' risistemazzjoni u mhux għal azzjonijiet oħra ffinanzjati mir-Regolament (UE) Nru 516/2014, bħall-finanzjament taċ-Ċentri ta' Detenzjoni tal-Immigranti.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Qafas tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni

Referenzi

COM(2016)0468 – C8-0325/2016 – 2016/0225(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.9.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

12.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Gérard Deprez

31.8.2016

Data tal-adozzjoni

24.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Ivana Maletić, Pier Antonio Panzeri, Nils Torvalds, Marco Valli, Derek Vaughan, Rainer Wieland, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Karin Kadenbach, Ramón Luis Valcárcel Siso

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

25

+

ALDE

Gérard Deprez, Nils Torvalds

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

EFDD

Marco Valli

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Ramón Luis Valcárcel Siso, Rainer Wieland, Tomáš Zdechovský

S&D

Inés Ayala Sender, Nicola Caputo, Eider Gardiazabal Rubial, Karin Kadenbach, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Derek Vaughan, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

4

-

ECR

Bernd Kölmel

ENF

Marco Zanni, Stanisław Żółtek

Verts/ALE

Monika Vana

1

0

Verts/ALE

Jordi Solé

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

COM(2016)0270 final

(2)

COM(2016)0272 final


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (1.6.2017)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2016)0468 – C8-0325/2016 – 2016/0225(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Laima Liucija Andrikienė

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda     1

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Ir-rilokazzjonijiet u r-risistemazzjonijiet kienu s-suġġett ta' rapporti perjodiċi mill-Kummissjoni li ddokumentaw progress bil-mod ħafna fir-rigward ta' kemm ir-rilokazzjoni u kemm ir-risistemazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jwettqu l-impenji li ħadu fir-rigward tar-risistemazzjoni.

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Filwaqt illi jibni fuq l-inizjattivi eżistenti, jenħtieġ li jiġi stabbilit Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni stabbli u affidabbli għar-risistemazzjoni ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali li għandu jiġi implimentat skont il-pjanijiet annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni u skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni li jwettqu b'mod effettiv l-impenji konkreti tal-Istati Membri.

(8)  Abbażi tal-inizjattivi eżistenti, jenħtieġ li jiġi stabbilit Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni stabbli u affidabbli għar-risistemazzjoni ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali li għandu jiġi implimentat skont il-pjanijiet annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni u skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni li jwettqu b'mod effettiv l-impenji konkreti tal-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni jiġi bbażat fuq il-ħtiġijiet umanitarji, jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-ħtiġijiet globali ta' risistemazzjoni u jtaffi s-sitwazzjonijiet ta' persuni li jdumu żmien twil bħala refuġjati.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Dan il-qafas huwa parti neċessarja minn politika dwar il-migrazzjoni ġestita sew biex jitnaqqsu d-diverġenzi fost prattiki u proċeduri nazzjonali ta' risistemazzjoni, jipprevedi l-wasla legali u sikura fit-territorju tal-Istati Membri ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, jgħin sabiex jintnaqqas ir-riskju ta' dħul irregolari fuq skala kbira ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri u b'hekk inaqqas il-pressjoni ta' wasliet spontanji fuq is-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri, ikun espressjoni ta' solidarjetà ma' pajjiżi f'reġjuni li lejhom u fihom ġew spustati numru kbir ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali billi jgħin biex titnaqqas il-pressjoni fuq dawk il-pajjiżi, jgħin biex jintlaħqu l-objettivi ta' politika barranija tal-Unjoni billi jżid l-influwenza tal-Unjoni fil-konfront ta' pajjiżi terzi, u jikkontribwixxi effettivament għal inizjattivi ta' risistemazzjoni globali permezz ta' vuċi waħda f'fora internazzjonali u ma' pajjiżi terzi.

(9)  Dan il-qafas huwa parti neċessarja minn politika dwar il-migrazzjoni ġestita sew biex jamplifika u jikkomplementa l-prattiki u l-proċeduri nazzjonali ta' risistemazzjoni, jipprevedi l-wasla legali u sikura fit-territorju tal-Istati Membri ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, jgħin sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' dħul irregolari ġestit ħażin ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri, speċjalment l-ewwel wasla, u b'hekk inaqqas il-pressjoni ta' wasliet spontanji fuq is-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri, ikun espressjoni ta' solidarjetà ma' pajjiżi f'reġjuni li lejhom u fihom ikunu ġew spostati numru kbir ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali billi jgħin biex titnaqqas il-pressjoni fuq dawk il-pajjiżi, iqawwi l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, u jikkontribwixxi effettivament għal inizjattivi ta' risistemazzjoni globali permezz ta' vuċi waħda f'fora internazzjonali u ma' pajjiżi terzi. Flimkien mal-azzjonijiet u l-politiki fil-qasam tal-iżvilupp, ir-risistemazzjoni tista' tikkontribwixxi b'mod effettiv biex tnaqqas it-tensjonijiet u ttaffi s-sitwazzjonijiet ta' persuni li jdumu żmien twil bħala refuġjati.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Sabiex jgħinu biex jitnaqqas ir-riskju ta' dħul irregolari fuq skala kbira ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri, juru solidarjetà ma' pajjiżi f'reġjuni li lejhom jew fihom ġew spustati numru kbir ta' persuni fil-bżonn tal-protezzjoni internazzjonali billi jgħinu biex titnaqqas il-pressjoni fuq dawk il-pajjiżi, u jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi ta' politika barranija tal-Unjoni, ir-reġjuni jew il-pajjiżi terzi minn fejn se sseħħ ir-risistemazzjoni għandhom jintegraw involviment imfassal ma' pajjiżi terzi biex tiġi ġestita aħjar il-migrazzjoni kif previst fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar it-Twaqqif ta' Qafas ta' Sħubija ġdid ma' pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni32.

(10)  Sabiex jgħinu biex jitnaqqas ir-riskju ta' dħul irregolari, joħolqu prospetti ġenwini għar-risistemazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri, juru solidarjetà ma' pajjiżi f'reġjuni li lejhom jew fihom ikunu ġew spostati numru kbir ta' persuni fil-bżonn tal-protezzjoni internazzjonali billi jgħinu biex titnaqqas il-pressjoni fuq dawk il-pajjiżi, u jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika barranija tal-Unjoni, jenħtieġ li r-reġjuni jew il-pajjiżi terzi minn fejn se sseħħ ir-risistemazzjoni jintegraw involviment fuq żmien twil immirat ma' pajjiżi terzi biex tiġi ġestita aħjar il-migrazzjoni kif previst fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar it-Twaqqif ta' Qafas ta' Sħubija ġdid ma' pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni32. Għaldaqstant jenħtieġ li tingħata prijorità lill-pajjiżi sħab. Jenħtieġ li l-approċċ kumplessiv tal-Unjoni jqis il-ħtiġijiet globali ta' risistemazzjoni u protezzjoni identifikati, inklużi s-sitwazzjonijiet ta' persuni li jdumu żmien twil bħala refuġjati.

__________________

__________________

32 COM(2016) 377 finali.

32 COM(2016) 377 finali.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-proċeduri standard komuni jenħtieġ li jibnu fuq l-esperjenza u l-istandards eżistenti ta' risistemazzjoni tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-Proċeduri Operattivi Standard li jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-iskema ta' risistemazzjoni mat-Turkija stabbilita fid-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016. Il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li jippermetti l-użu ta' żewġ tipi ta' proċeduri standard ta' risistemazzjoni.

(12)  Il-proċeduri standard komuni jenħtieġ li jibnu fuq l-esperjenza u l-istandards eżistenti ta' risistemazzjoni tal-Istati Membri u l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati ("UNHCR"), b'mod partikolari l-Konsultazzjonijiet Tripartitiċi Annwali dwar ir-Risistemazzjoni (ATCR), bl-għan li l-isforzi kollettivi ta' risistemazzjoni tal-Istati Membri jiġu amplifikati b'mod gradwali biex jiġu jikkorrispondu mal-ħtiġijiet globali ta' risistemazzjoni kif deskritt fil-Projezzjoni Annwali tal-Ħtiġijiet Globali ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR. Il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li jippermetti l-użu ta' żewġ tipi ta' proċeduri standard ta' risistemazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Dan il-qbil għadu kontroversjali u ma jmissux jiġi kkunsidrat bħala l-aħjar prattika li fuqha tiġi bbażata l-politika tal-UE dwar ir-risistemazzjoni.

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-proċedura ta' risistemazzjoni għandha tiġi konkluża malajr kemm jista' jkun sabiex il-persuni fil-bżonn tal-protezzjoni internazzjonali jiġu skoraġġuti milli jużaw modi irregolari biex jidħlu fl-Unjoni Ewropea biex ifittxu protezzjoni. Fl-istess waqt, hija għandha tiżgura li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien għal analiżi sħiħa u adegwata ta' kull każ. Il-limiti ta' żmien għandhom jikkorrispondu ma' dak li huwa neċessarju biex isiru t-tipi differenti ta' valutazzjoni previsti għall-proċedura ordinarja u għal dak mgħaġġla.

(16)  Jenħtieġ li l-proċedura ta' risistemazzjoni tiġi konkluża malajr kemm jista' jkun sabiex jiġi żgurat li jitħaffef l-aċċess lejn l-Unjoni għall-persuni li huma fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali. Fl-istess waqt, jenħtieġ li tiżgura li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien għal analiżi sħiħa u adegwata ta' kull każ. Jenħtieġ li l-limiti ta' żmien jikkorrispondu ma' dak li huwa neċessarju biex isiru t-tipi differenti ta' valutazzjoni previsti għall-proċedura ordinarja u għal dik imħaffa.

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)  Jenħtieġ li l-ammissjoni umanitarja tiġi kkunsidrata bħala komplementari għall-programmi ta' risistemazzjoni tal-Unjoni.

Emenda     8

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni, għandhom jingħataw lill-Kunsill setgħat ta' implimentazzjoni biex jistabbilixxi l-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni, in-numru totali massimu ta' persuni li għandhom jiġu risistemati, id-dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-pjan u l-kontribuzzjonijiet tagħhom għan-numru totali ta' persuni li jridu jiġu risistemati, kif ukoll il-prijoritajiet ġeografiċi globali.

(21)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni, jenħtieġ li jingħataw lill-Kunsill setgħat ta' implimentazzjoni biex jistabbilixxi l-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni, in-numru ta' persuni li għandhom jiġu risistemati, id-dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-pjan u l-kontribuzzjonijiet tagħhom għan-numru totali ta' persuni li jridu jiġu risistemati, bi qbil mal-Projezzjoni Annwali tal-Ħtiġijiet Globali ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR.

Emenda     9

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati fuq proposta mill-Kummissjoni dwar in-numru totali massimu ta' persuni li għandhom jiġu risistemati u l-prijoritajiet ġeografiċi globali. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-proposta tagħha simultanjament mal-proposta tagħha dwar l-abbozz tal-baġit annwali tal-Unjoni. Il-Kunsill għandu jkollu bħala mira li jadotta l-proposta fi żmien xahrejn. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom iqisu d-diskussjonijiet fil-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli.

(22)  Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati fuq proposta mill-Kummissjoni dwar in-numru totali ta' persuni li għandhom jiġu risistemati permezz tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni u l-prijoritajiet globali li jikkonċernaw il-persuni li huma fi bżonn mill-aktar urġenti ta' protezzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel il-proposta tagħha simultanjament mal-proposta tagħha dwar l-abbozz tal-baġit annwali tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kunsill ikollu l-mira li jadotta l-proposta fi żmien xahrejn. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Kunsill iqisu d-diskussjonijiet fil-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli u jallinjaw il-proposta tiegħu mal-Konsultazzjonijiet Tripartitiċi Annwali dwar ir-Risistemazzjoni, bil-għan li gradwalment l-isforzi kollettivi tal-Istati Membri fil-qasam tar-risistemazzjoni jiġu amplifikati b'mod li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet globali ta' risistemazzjoni kif deskritt fil-Projezzjoni Annwali tal-Ħtiġijiet Globali ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR.

Emenda     10

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Kull skema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni għandha tiddetermina liema regoli proċedurali standard għandhom japplikaw għall-implimentazzjoni tagħha. Barra minn hekk, għandha tistabbilixxi arranġamenti ta' kooperazzjoni lokali fejn u kif xieraq biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tagħha.

(24)  Jenħtieġ li kull skema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni tiddetermina liema regoli proċedurali standard jenħtieġ li japplikaw għall-implimentazzjoni tagħha. Barra minn hekk, jenħtieġ li tistabbilixxi arranġamenti ta' kooperazzjoni lokali fejn u kif xieraq u arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-UNHCR biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tagħha.

Emenda     11

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Minħabba fil-kompetenza tal-UNHCR fl-iffaċilitar tal-forom differenti ta' ammissjoni ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali minn pajjiżi terzi, fejn ikunu ġew spostati, lejn Stati Membri lesti li jaċċettawhom, il-UNHCR għandu jkompli jkollu rwol ewlieni fl-isforzi ta' risistemazzjoni mwettqa skont il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni. Flimkien mal-UNHCR, atturi internazzjonali oħra bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) għandhom jintalbu jassistu lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni.

(27)  Minħabba l-kompetenza tal-UNHCR fl-iffaċilitar tal-forom differenti ta' ammissjoni ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali minn pajjiżi terzi, fejn ikunu ġew spostati, lejn Stati Membri lesti li jaċċettawhom, jenħtieġ li l-UNHCR ikompli jiżvolġi rwol ewlieni fl-isforzi ta' risistemazzjoni mwettqa skont il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni. Flimkien mal-UNHCR, jenħtieġ li organizzazzjonijiet internazzjonali u nongovernattivi oħra bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni jintalbu jassistu lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni.

Emenda     12

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  [L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] għandha tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni skont il-mandat tagħha.

(28)  Jenħtieġ li [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] tassisti lill-Istati Membri u tikkopera mal-pajjiżi terzi relatati fl-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni skont il-mandat tagħha, anke billi tipprovdi assistenza prattika u teknika, kif ukoll appoġġ operattiv.

Emenda     13

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ għalhekk li jiġi applikat b'mod konsistenti ma' dawn id-drittijiet u l-prinċipji, inkluż fir-rigward tad-drittijiet tat-tfal, ir-rispett għall-ħajja tal-familja u l-prinċipju ġenerali tan-nondiskriminazzjoni.

(33)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ għalhekk li jiġi applikat b'mod konsistenti ma' dawn id-drittijiet u l-prinċipji, inkluż fir-rigward tad-drittijiet tat-tfal, ir-rispett għall-ħajja tal-familja u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni.

Emenda     14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri bil-għan li jingħataw protezzjoni internazzjonali.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni għall-għażla, l-ammissjoni u t-trasferiment ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju tal-Istati Membri bil-għan li jingħataw protezzjoni internazzjonali.

Emenda     15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(–a)  jistabbilixxi qafas permanenti u vinkolanti tal-Unjoni għar-risistemazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u l-persuni mingħajr Stat, li jkunu fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali;

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jikkontribwixxi għat-tnaqqis fir-riskju ta' dħul irregolari fuq skala kbira ta' ċittadini ta' pajjiżi tersi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali fit-territorju tal-Istati Membri.

(b)  jikkontribwixxi għat-tnaqqis fir-riskju ta' dħul irregolari ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali fit-territorju tal-Istati Membri.

Emenda     17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  joħloq mekkaniżmi ta' ridistribuzzjoni b'mod li tittaffa l-pressjoni fuq il-pajjiżi terzi li jospitaw numri kbar ta' persuni spostati, bħala ġest ta' solidarjetà u ta' kondiviżjoni tar-responsabbiltà;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  in-numru ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali spustati lejn pajjiż terz jew fih u kull moviment ulterjuri ta' dawk il-persuni lejn it-territorju tal-Istati Membri;

(a)  in-numru ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali spostati lejn pajjiż terz jew fih, l-impatt tiegħu fuq l-istabbiltà reġjonali ta' dak il-pajjiż terz, u kull moviment ulterjuri ta' dawk il-persuni lejn it-territorju tal-Istati Membri;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-kumplimentarjetà ma' assistenza finanzjarja u teknika provduta lill-pajjiżi terzi li lejhom jew fihom ġew spustati persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali;

(b)  il-komplementarjetà ma' assistenza finanzjarja u teknika , b'mod speċjali dik immirata biex iżżid il-kapaċità għall-akkoljenza u l-protezzjoni tal-persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali u biex tiżviluppa sistema ta' asil effikaċi biex tiġi provduta lill-pajjiżi terzi li lejhom jew fihom ikunu ġew spostati persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali;

Emenda     20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  ir-relazzjonijiet globali tal-Unjoni mal-pajjiż jew pajjiżi terzi minn fejn isseħħ ir-risistemazzjoni, u ma' pajjiżi terzi inġenerali;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Hemm ir-riskju li, minflok ma jservi ta' ġest ta' solidarjetà, il-qafas jistrumentalizza r-risistemazzjoni biex tiġi eżerċitata influwenza fuq dawn il-pajjiżi sħab.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  kooperazzjoni effettiva ta' pajjiż terz mal-Unjoni fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil, inklużi:

imħassar

(i)  it-tnaqqis fin-numru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat li jaqsmu l-fruntiera b'mod irregolari fit-territorju tal-Istati Membri li jiġu minn dak il-pajjiż terz;

 

(ii)  il-ħolqien tal-kundizzjonijiet għall-użu tal-kunċetti tal-ewwel pajjiż tal-ażil u ta' pajjiż terz bla periklu għar-ritorn tal-applikanti għall-ażil li jkunu qasmu b'mod irregolari l-fruntiera fit-territorju tal-Istati Membri li jiġu minn jew għandhom konnessjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat;

 

(iii)  iż-żieda fil-kapaċità għall-akkoljenza u l-protezzjoni ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali li jgħixu f'dak il-pajjiż, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' sistema effettiva tal-ażil; or

 

(iv)  iż-żieda fir-rata tar-riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat li jgħixu b'mod irregolari fit-territorju tal-Istati Membri bħal permezz tal-konklużjoni u l-implimentazzjoni effettiva ta' ftehimiet ta' riammissjoni;

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-iskala u l-kontenut tal-impenji għar-risistemazzjoni mwettqa minn pajjiżi terzi.

(e)  l-iskala u l-kontenut tal-impenji għar-risistemazzjoni meħuda minn pajjiżi terzi oħrajn.

Emenda     23

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  (i) ċittadini ta' pajjiżi terzi, li, minħabba biża' ġustifikata ta' persekuzzjoni abbażi ta' razza, reliġjon, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija fi grupp soċjali partikolari, huma barra mill-pajjiż tan-nazzjonalità jew il-parti ta' dak il-pajjiż li fih għexu abitwalment qabel, u ma jistgħux jew, minħabba din il-biża', ma jixtiqux jibbenefikaw mill-protezzjoni ta' dak il-pajjiż, jew persuni mingħajr stat, li, billi huma barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali ta' qabel jew il-parti ta' dak il-pajjiż li fiha għexu abitwalment qabel, għall-istess raġunijiet imsemmija hawn fuq, ma jistgħux jew, minħabba din il-biża', ma jixtiqux jirritornaw fih jew jgħixu fih, jew, fl-assenza ta' dan,

(a)  (i) ċittadini ta' pajjiżi terzi, li, minħabba biża' ġustifikata ta' persekuzzjoni abbażi ta' razza, reliġjon, sess, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija fi grupp soċjali partikolari, huma barra mill-pajjiż tan-nazzjonalità jew il-parti ta' dak il-pajjiż li fih għexu abitwalment qabel, u ma jistgħux jew, minħabba din il-biża', ma jixtiqux jibbenefikaw mill-protezzjoni ta' dak il-pajjiż, jew persuni mingħajr stat, li, billi huma barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali ta' qabel jew il-parti ta' dak il-pajjiż li fiha għexu abitwalment qabel, għall-istess raġunijiet imsemmija hawn fuq, ma jistgħux jew, minħabba din il-biża', ma jixtiqux jirritornaw fih jew jgħixu fih, jew, fl-assenza ta' dan,

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b – punt i – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  persuni vulnerabbli

(i)  persuni vulnerabbli, b'mod partikolari:

Emenda     25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b – punt i – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  tfal u adoloxxenti f'riskju, inklużi tfal mhux akkumpanjati;

–  tfal u adoloxxenti f'riskju, b'mod partikolari tfal mhux akkumpanjati;

Emenda     26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b – punt i – inċiż 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  persuni li ma jkollhomx soluzzjonijiet alternattivi dewwiema;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b – punt ii – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  it-tfal minorenni ta' koppji li jirreferi għalihom l-ewwel inċiż jew ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li għandhom jiġu risistemati, fuq il-kundizzjoni li mhumiex miżżewġin u irrispettivament minn jekk twildux ġewwa jew barra ż-żwieġ jew humiex adottati kif iddefinit fil-liġi nazzjonali;

–  it-tfal minorenni tal-koppji li jirreferi għalihom l-ewwel inċiż jew ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li għandhom jiġu risistemati, irrispettivament minn jekk twildux ġewwa jew barra ż-żwieġ jew humiex adottati kif iddefinit fil-liġi nazzjonali;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b – punt ii – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-minorenni mhux miżżewweġ li se jiġi risistemat, kemm skont il-liġi kif ukoll skont il-prattika tal-Istat Membru fejn l-adult huwa preżenti;

–  il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-minorenni li se jiġi risistemat, kemm skont il-liġi kif ukoll skont il-prattika tal-Istat Membru fejn l-adult huwa preżenti;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità tal-familja tkun tista' tinżamm bejn persuni msemmija fil-punt (b)(ii).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità tal-familja tkun tista' tinżamm.

Emenda     30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  huma jkunu kkommettew delitt serju;

(ii)  huma jkunu kkommettew delitt serju li jkun ekwivalenti għal reat punibbli skont il-liġi kriminali tal-Istati Membri;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  persuni li jkunu għexu b'mod irregolari, daħlu b'mod irregolari, jew ipprovaw jidħlu b'mod irregolari fit-territorju tal-Istati Membri matul il-ħames snin qabel ir-risistemazzjoni;

imħassar

Emenda     32

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  persuni li jkunu diġà ġew risistemati minn Stat Membru ieħor fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Konklużjonijiet tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill 11097/15 tal-20 ta' Lulju 2015, id-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9490 tal-15 ta' Diċembru 2015, jew skema nazzjonali ta' ristemazzjoni; u

(e)  persuni li jkunu diġà ġew risistemati minn Stat Membru ieħor fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jew bħala parti minn skema nazzjonali ta' ristemazzjoni; u

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jistgħu jiġu esklużi mill-iskemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni stabbiliti skont l-Artikolu 8, meta waħda mir-raġunijiet għall-esklużjoni msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 tkun tapplika prima facie.

imħassar

Emenda     34

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jadotta pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni fis-sena ta' qabel dik li fiha għandu jiġi implimentat.

1.  Abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni u bi qbil mal-Projezzjoni tal-Ħtiġijiet Globali ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR, il-Kunsill għandu jadotta pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni fis-sena ta' qabel dik li fiha għandu jiġi implimentat.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  in-numru totali massimu ta' persuni li għandhom jiġu risistemati;

(a)  in-numru ta' persuni li għandhom jiġu risistemati bi qbil mal-Projezzjoni tal-Ħtiġijiet Globali ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR;

Emenda     36

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  prijoritajiet ġeografiċi globali.

(c)  il-ħtiġijiet ta' protezzjoni kumplessivi u l-prijoritajiet ġeografiċi speċifiċi bi qbil mal-Projezzjoni tal-Ħtiġijiet Globali ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR;

Emenda     37

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  parametri referenzjarji għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni effettiva min-naħa tal-Istati Membri.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  in-numru preċiż ta' persuni li għandhom jiġu risistemati min-numru totali massimu kif stabbilit fil-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni previst fi-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni;

(b)  in-numru preċiż ta' persuni li għandhom jiġu risistemati min-numru kif stabbilit fil-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni previst fi-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  fejn meħtieġ, arranġamenti ta' koordinazzjoni lokali u kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri, appoġġjati minn [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] skont l-Artikolu 12(3), u ma' pajjiżi terzi, u l-UNHCR jew imsieħba oħra;

(d)  fejn meħtieġ, arranġamenti ta' koordinazzjoni lokali u kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri, appoġġjati minn [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] skont l-Artikolu 12(3) u mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, u ma' pajjiżi terzi, l-UNHCR, l-IOM, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti jew sħab oħra;

Emenda     40

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  deskrizzjoni tal-grupp jew gruppi speċifiċi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li għalihom għandha tapplika l-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni;

(e)  deskrizzjoni tal-grupp jew gruppi speċifiċi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat abbażi tal-Projezzjoni tal-Ħtiġijiet Globali ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR, li għalihom għandha tapplika l-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni, skont il-kriterji ta' vulnerabbiltà stabbiliti mill-UNHCR;

Emenda     41

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  rabtiet familjari ma' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jew ċittadini tal-Unjoni li qed jgħixu legalment fi Stat Membru;

(a)  rabtiet familjari ma' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jew ċittadini tal-Unjoni li qed jgħixu legalment fi Stat Membru, iżda li ma jkunux eliġibbli għar-riunifikazzjoni tal-familja skont id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE1a;

 

_________________

 

1a Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003 dwar id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12).

Emenda     42

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik il-valutazzjoni abbażi ta' evidenza dokumentarja, inkluż, fejn applikabbli, informazzjoni mill-UNHCR dwar jekk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew il-persuni mingħajr stat jikkwalifikawx bħala rifuġjati jew abbażi ta' intervista personali jew kombinazzjoni tat-tnejn.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik il-valutazzjoni abbażi ta' evidenza dokumentarja, inkluż, fejn applikabbli, informazzjoni mill-UNHCR, l-IOM, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti dwar jekk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew il-persuni mingħajr stat jikkwalifikawx bħala rifuġjati jew abbażi ta' intervista personali jew kombinazzjoni tat-tnejn.

Emenda     43

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 8 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-UNHCR jivvaluta b'mod sħiħ jekk ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat riferuti lilhom mill-UNHCR jikkwalifikawx bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951.

L-Istati Membri għandhom jitolbu wkoll lill-UNHCR, l-IOM u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti jivvalutaw b'mod sħiħ jekk ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat riferuti lilhom mill-UNHCR, l-IOM u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti jikkwalifikawx bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951.

Emenda     44

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  ma għandhomx jitolbu lill-UNHCR jivvaluta jekk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew il-persuni mingħajr stat jikkwalifikawx bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951;

(2)  ma għandhomx jirrikjedu li l-UNHCR, l-IOM u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti jivvalutaw jekk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew il-persuni mingħajr stat jikkwalifikawx bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951;

Emenda     45

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-iskemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta' kuntatt nazzjonali u jistgħu jiddeċiedu li jaħtru uffiċjali ta' kollegament f'pajjiżi terzi.

1.  Biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-iskemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta' kuntatt nazzjonali u jistgħu jiddeċiedu li jaħtru uffiċjali ta' kollegament f'pajjiżi terzi. L-Istati Membri jistgħu jiġu assistiti minn [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil], u, fejn ikun meħtieġ, jużaw l-istrutturi eżistenti għall-kooperazzjoni operazzjonali dwar ir-risistemazzjoni.

Emenda     46

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Biex jiġu implimentati skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni, u b'mod partikolari biex jitwettqu programmi ta' orjentazzjoni qabel it-tluq, kontrolli mediċi biex ikun żgurat li l-persuna tkun f'kundizzjoni li tivvjaġġa, arranġamenti tal-ivjaġġjar u arranġamenti prattiċi oħra, l-Istati Membri jistgħu jiġu assistiti minn sħab skont l-arranġamenti ta' koordinazzjoni lokali u kooperazzjoni prattika għal skemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni stabbiliti skont il-punt (d) tal-Artikolu 8(2).

3.  Biex jiġu implimentati l-iskemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni, u b'mod partikolari biex jitwettqu programmi ta' orjentazzjoni qabel it-tluq, kontrolli mediċi biex ikun żgurat li l-persuna tkun f'kundizzjoni li tivvjaġġa, arranġamenti tal-ivjaġġjar u arranġamenti prattiċi oħra, l-Istati Membri jistgħu jiġu assistiti minn sħab, u b'mod partikolari l-UNHCR u l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, skont l-arranġamenti ta' koordinazzjoni lokali u kooperazzjoni prattika għall-iskemi ta' risistemazzjoni mmirati tal-Unjoni stabbiliti skont il-punt (d) tal-Artikolu 8(2).

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għandu jiġi stabbilit Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli, kompost minn rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u l-Istati Membri. [L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil,] il-UNHCR, u l-IOM jistgħu jiġu mistiedna. Rappreżentanti tal-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, u l-Iżvizzera għandhom jiġu mistiedna biex jattendu l-laqgħat tal-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli fejn ikunu indikaw l-intenzjoni tagħhom li jiġu assoċjati mal-implimentazzjoni tal-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni.

1.  Għandu jiġi stabbilit Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli, kompost minn rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u l-Istati Membri. [L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil,] il-UNHCR, u l-IOM, kif ukoll ir-rappreżentanti mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti għandhom jiġu mistiedna. Rappreżentanti tal-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, u l-Iżvizzera għandhom jiġu mistiedna biex jattendu l-laqgħat tal-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli meta jkunu indikaw l-intenzjoni tagħhom li jiġu assoċjati mal-implimentazzjoni tal-pjan annwali ta' risistemazzjoni tal-Unjoni.

Emenda     48

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli għandu jiġi presedut mill-Kummissjoni. Għandu jiltaqa' kull meta jkun meħtieġ fuq l-istedina tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' Stat Membru u għandu jiltaqa' tal-inqas darba fis-sena.

2.  Il-Kumitat ta' Risistemazzjoni ta' Livell Għoli għandu jiġi presedut mill-Kummissjoni. Għandu jiltaqa' kull meta jkun meħtieġ fuq l-istedina tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' Stat Membru u għandu jiltaqa' tal-inqas darba fis-sena. Il-Kummissjoni għandha wkoll toqgħod attenta għal kwalunkwe indikazzjoni mill-UNHCR jew l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili - b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti - li jkunu nbidlu l-ħtiġijiet ta' risistemazzjoni.

Emenda     49

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri.

1.  Sal-31 ta' Diċembru 2018, u f'kull sena sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-UNHCR rigward il-kontribut tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha lejn l-ilħuq tal-ħtiġijiet globali ta' risistemazzjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Qafas tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni

Referenzi

COM(2016)0468 – C8-0325/2016 – 2016/0225(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.9.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

12.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Laima Liucija Andrikienė

4.1.2017

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

7

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Petras Auštrevičius, Victor Boştinaru, Klaus Buchner, James Carver, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule, Sandra Kalniete, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, David McAllister, Tamás Meszerics, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Alojz Peterle, Tonino Picula, Julia Pitera, Jozo Radoš, Jordi Solé, Dubravka Šuica, Charles Tannock, Miguel Urbán Crespo, Elena Valenciano

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Luis de Grandes Pascual, Ana Gomes, Marek Jurek, Antonio López-Istúriz White, David Martin, Norica Nicolai, Soraya Post, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Igor Šoltes, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Željana Zovko

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

40

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Iveta Grigule, Ilhan Kyuchyuk, Javier Nart, Norica Nicolai, Jozo Radoš, Marietje Schaake, Luis de Grandes Pascual

PPE

Michèle Alliot-Marie, Laima Liucija Andrikienė, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Antonio López-Istúriz White, David McAllister, Ramona Nicole Mănescu, Alojz Peterle, Julia Pitera, Željana Zovko, Dubravka Šuica

S&D

Nikos Androulakis, Victor Boştinaru, Andi Cristea, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Ana Gomes, Andrejs Mamikins, David Martin, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Tonino Picula, Soraya Post, Elena Valenciano

Verts/ALE

Klaus Buchner, Tamás Meszerics, Jordi Solé, Bodil Valero, Igor Šoltes

7

-

ECR

Anna Elżbieta Fotyga, Marek Jurek, Ryszard Antoni Legutko, Charles Tannock

EFDD

James Carver

NI

Georgios Epitideios, Janusz Korwin-Mikke

5

0

GUE/NGL

Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Helmut Scholz, Miguel Urbán Crespo, Marie-Christine Vergiat

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Qafas tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni

Referenzi

COM(2016)0468 – C8-0325/2016 – 2016/0225(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.7.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.9.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

12.9.2016

DEVE

12.9.2016

BUDG

12.9.2016

EMPL

12.9.2016

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

DEVE

7.9.2016

EMPL

1.9.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Malin Björk

7.11.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

8.9.2016

12.4.2017

30.5.2017

12.10.2017

Data tal-adozzjoni

12.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

20

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ahmedov Ademov, Jan Philipp Albrecht, Gerard Batten, Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Frank Engel, Cornelia Ernst, Raymond Finch, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Ignazio Corrao, Gérard Deprez, Anna Hedh, Marek Jurek, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Ska Keller, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Barbara Spinelli, Anders Primdahl Vistisen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Francesc Gambús, Czesław Hoc, Christelle Lechevalier, Olle Ludvigsson, Maria Noichl, Stanisław Ożóg, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Lieve Wierinck

Data tat-tressiq

23.10.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

37

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Lieve Wierinck,

EFDD

Ignazio Corrao

GUE/NGL

Malin Björk, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ahmedov Ademov, Michał Boni, Carlos Coelho, Frank Engel, Francesc Gambús, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra

S&D

Caterina Chinnici, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Cécile Kashetu Kyenge, Dietmar Köster, Marju Lauristin, Olle Ludvigsson, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Maria Noichl, Soraya Post, Birgit Sippel

Verts/ALE

Jan Philipp Albrecht, Ska Keller, Judith Sargentini, Bodil Valero

20

-

ECR

Czesław Hoc, Marek Jurek, Monica Macovei, Stanisław Ożóg, , Branislav Škripek, Anders Primdahl Vistisen

EFDD

Gerard Batten, Raymond Finch, Kristina Winberg

ENF

Lorenzo Fontana, Christelle Lechevalier, Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

PPE

Heinz K. Becker, Rachida Dati, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský

2

0

PPE

Barbara Kudrycka, József Nagy

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali