Proċedura : 2013/0304(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0317/2017

Testi mressqa :

A8-0317/2017

Dibattiti :

PV 23/10/2017 - 18
CRE 23/10/2017 - 18

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2017 - 5.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0391

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI     ***II
PDF 601kWORD 55k
19.10.2017
PE 610.933v01-00 A8-0317/2017

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI biex id-definizzjoni ta' droga tinkludi sustanzi psikoattivi ġodda u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI

(10537/1/2017 – C8-0325/2017 – 2013/0304(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Teresa Jiménez-Becerril Barrio

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI biex id-definizzjoni ta' droga tinkludi sustanzi psikoattivi ġodda u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI

(10537/1/2017 – C8-0325/2017 – 2013/0304(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (10537/1/2017 – C8-0325/2017),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-House of Commons tar-Renju Unit u mill-House of Lords tar-Renju Unit, li jiddikjaraw li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-21 ta' Jannar 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0618),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69(f)(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 67a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0317/2017),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att mal-President tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU C 177, 11.6.2014, p. 52.

(2)

Test adottat, 17.4.2014, P7_TA(2014)0454.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għal direttiva li temenda d-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI tmur lura għall-2013 u tifforma parti minn pakkett ta' żewġ abbozzi ta' atti leġiżlattivi li l-għan tagħhom huwa li tittejjeb is-sistema applikabbli attwalment għall-indirizzar fil-livell tal-UE tat-theddida li qed jippreżentaw sustanzi psikoattivi ġodda (SPĠ).

Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari matul l-ewwel leġiżlatura (17 ta' April 2014).

Ix-xogħol fuq il-pakkett SPĠ kien partikolarment twil u diffiċli, u ħa spinta ġdida meta l-Kummissjoni ssostitwixxiet il-proposta tagħha għal regolament b'test ġdid.

F'Mejju li għadda, jiġifieri erba' snin wara, u insegwitu ta' negozjati intensi bejn l-istituzzjonijiet, iż-żewġ koleġiżlaturi finalment laħqu ftehim politiku globali fuq il-pakkett SPĠ li integra l-punti ewlenin fil-mandat ta' negozjar tal-Parlament. Il-ftehim ġie approvat mill-COREPER fil-31 ta' Mejju 2017 u mill-Kumitat LIBE fit-8 ta' Ġunju 2017.

Peress li l-pożizzjoni tal-Kunsill adottata fil-25 ta' Settembru tirrifletti b'mod sħiħ il-ftehim milħuq fin-negozjati interistituzzjonali, ir-rapporteur tirrakkomanda li jiġi approvat mill-Parlament Ewropew mingħajr emendi, sabiex din id-direttiva (flimkien mal-abbozz ta' regolament fuq is-SPĠ) tista' tiġi adottata malajr u tidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi, rigward id-definizzjoni ta' droga

Referenzi

10537/1/2017 – C8-0325/2017 – 2013/0304(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

17.4.2014                     T7-0454/2014

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2013)0618 - C7-0271/2013

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

27.10.2016

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

Il-Kumitat LIBE

27.10.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Teresa Jiménez-Becerril Barrio

13.10.2014

 

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

10.11.2016

5.10.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

19.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ahmedov Ademov, Jan Philipp Albrecht, Gerard Batten, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Raymond Finch, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Sophia in 't Veld, Eva Joly, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Marju Lauristin, Monica Macovei, Roberta Metsola, Louis Michel, Claude Moraes, Alessandra Mussolini, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Helga Stevens, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Gérard Deprez, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, John Procter, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Elly Schlein, Barbara Spinelli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lara Comi, Elisabetta Gardini, Patrizia Toia

Data tat-tressiq

19.10.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

50

+

ALDE

Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Louis Michel, Sophia in 't Veld

ECR

Daniel Dalton, Monica Macovei, John Procter, Helga Stevens

EFDD

Ignazio Corrao, Laura Ferrara, Kristina Winberg

ENF

Harald Vilimsky

GUE/NGL

Malin Björk, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ahmedov Ademov, Michał Boni, Lara Comi, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Elisabetta Gardini, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Dietmar Köster, Marju Lauristin, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Soraya Post, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Elly Schlein, Birgit Sippel, Patrizia Toia

Verts/ALE

Jan Philipp Albrecht, Eva Joly, Judith Sargentini, Bodil Valero

4

-

EFDD

Gerard Batten, Raymond Finch

ENF

Lorenzo Fontana, Auke Zijlstra

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali