Proċedura : 2016/0288(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0318/2017

Testi mressqa :

A8-0318/2017

Dibattiti :

PV 14/11/2018 - 7
CRE 14/11/2018 - 7

Votazzjonijiet :

PV 14/11/2018 - 14.5

Testi adottati :

P8_TA(2018)0453

RAPPORT     ***I
PDF 4083kWORD 509k
19.10.2017
PE 601.017v02-00 A8-0318/2017

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (EECC) (riformulazzjoni)

(COM(2016)0590 – C8‑0379/2016 – 2016/0288(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Pilar del Castillo Vera

Rapporteur għal opinjoni (*):

Dita Charanzová, Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

(*)Kumitat assoċjat – l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

(Riformulazzjoni – Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
 ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (EECC) (riformulazzjoni)

(COM(2016)0590 – C8-0379/2016 – 2016/0288(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0590),

–  wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali, u wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati tagħhom,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0379/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Jannar 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Frar 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(3),

–  wara li kkunsidra l-ittra tas-17 ta' Ottubru 2016 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0318/2017),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(4)**

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

2016/0288 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

(Riformulazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali, wara li kkunsidraw l-opinjonijiet motivati tagħhom,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(5),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(6),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) u d-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) ġew emendati b'mod sostanzjali. Ladarba għandhom isiru emendi ulterjuri, dawn id-Direttivi jenħtieġ li jerġgħu jiġu formulati fl-interessi taċ-ċarezza.

(2)  Il-funzjonament tal-ħames Direttivi li huma parti mill-qafas regolatorju eżistenti għal netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (id-Direttiva 2002/19/KE, id-Direttiva 2002/20/KE , id-Direttiva 2002/21/KE , id-Direttiva 2002/22/KE u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill)(11) huwa soġġett għal rieżami perjodiku tal-Kummissjoni, bil-għan, b'mod partikolari, li tiġi determinata l-ħtieġa ta' tibdil fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u fis-suq(12).

(3)  Fl-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali, il-Kummissjoni ppjanat li r-rieżami tal-qafas tat-telekomunikazzjonijiet għandha tiffoka fuq miżuri li għandhom l-għan li jinċentivaw l-investiment f'netwerks tal-broadband b'veloċità għolja, li jġibu approċċ aktar konsistenti mas-suq uniku għall-politika u l-ġestjoni tal-ispettru, iwasslu kundizzjonijiet għal suq uniku veru, billi tiġi indirizzata l-frammentazzjoni regolatorja, jiżguraw protezzjoni effettiva tal-konsumaturi, livell ekwu għall-partijiet kollha tas-suq u l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli, kif ukoll jipprovdu qafas regolatorju istituzzjonali aktar effettiv. L-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa ħabbret ukoll ir-rieżami tad-Direttiva 2002/58/KE sabiex tipprovdi livell għoli ta' protezzjoni tal-privatezza għall-utenti tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u kundizzjonijiet ekwi għall-atturi kollha tas-suq.

(4)  Din id-Direttiva hija parti minn eżerċizzju dwar l-"Idoneità Regolatorja" li l-ambitu tiegħu jinkludi erbgħa mid-Direttivi (Qafas, Awtorizzazzjoni, Aċċess u d-Direttiva dwar is-Servizz Universali) u Regolament (ir-Regolament dwar il-BEREC(13)). Kull waħda mid-Direttivi bħalissa fiha miżuri li japplikaw għall-fornituri tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b'mod konsistenti mal-istorja regolatorja tas-settur li fih l-impriżi kienu integrati vertikalment, jiġifieri, attivi kemm fil-provvista tan-netwerks kif ukoll tas-servizzi. Ir-rieżami joffri okkażjoni biex jiġu rriformulati l-erba' direttivi sabiex tiġi ssimplifikata l-istruttura attwali, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-koerenza u l-aċċessibbiltà tagħha, b'mod konsistenti mal-objettiv tar-REFIT. Din toffri wkoll il-possibbiltà li tiġi adattata l-istruttura għar-realtà ġdida tas-suq, fejn il-provvista tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet ma għadhiex neċessarjament magħquda flimkien mal-provvista tan-netwerk. Skont il-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni għal atti legali, ir-riformulazzjoni tikkonsisti fl-adozzjoni ta' att legali ġdid li jinkorpora f'test wieħed kemm l-emendi sostantivi li dan jagħmel għall-att ta' qabel kif ukoll id-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta' dak l-att. Il-proposta għal riformulazzjoni għandha x'taqsam mal-emendi sostantivi li din tagħmel għal att ta' qabel, u fuq livell sekondarju, il-proposta tinkludi l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-att ta' qabel, flimkien ma' dawk l-emendi sostantivi.

(5)  Din id-Direttiva jenħtieġ li toħloq qafas legali biex tiġi żgurata l-libertà li jiġu provduti netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, soġġetti biss għall-kondizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva u għal kull restrizzjoni b'konformità mal-Artikolu 52(1) tat-Trattat, b'mod partikolari miżuri li jirrigwardaw il-politika pubblika, is-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika, u mal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta").

(6)  Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li kull Stat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa ġġustifikati għar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikoli 87 u 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biex jiżgura l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tiegħu tas-sigurtà, biex jissalvagwardja l-politika pubblika u s-sigurtà pubblika, u biex jippermetti l-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, billi jqis li tali miżuri jridu jiġu previsti mil-liġi, jirrispettaw l-essenza tad-drittijiet u l-libertà rikonoxxuti mill-Karta u jkunu soġġetti għall-prinċipju tal-proporzjonalità, skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta.

(7)  Il-konverġenza tat-telekomunikazzjonijiet, il-midja u s-setturi tat-teknoloġija tal-informazzjoni tfisser li kull netwerk u servizz tal-komunikazzjoni elettronika jenħtieġ li jkun kopert safejn possibbli b'Kodiċi Ewropew tal-Komunikazzjoni Elettronika uniku stabbilit b'Direttiva unika, għajr għal kwistjonijiet li jiġu ttrattati aħjar b'regoli direttament applikabbli stabbiliti permezz ta' regolamenti. Huwa meħtieġ li ssir separazzjoni bejn ir-regolament tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet eletttroniċi u r-regolament tal-kontenut. Għalhekk dan il-Kodiċi ma jkoprix il-kontenut tas-servizzi mwassla fuq in-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jużaw servizzi elettroniċi ta' komunikazzjonijiet, bħall-kontenut tax-xandir, is-servizzi finanzjarji u ċerti servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, u hija għalhekk mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali b'rabta ma' dawk is-servizzi, b'konformità mal-liġi tal-Unjoni sabiex jippromwovu diversità kulturali u lingwistika u biex jiżguraw id-difiża tal-pluraliżmu fix-xandir. Il-kontenut tal-programmi tat-televiżjoni huwa kopert bid-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21. Ir-regolamentazzjoni tal-politika awdjoviżiva u tal-kontenut tfittex li tikseb miri ta' interess ġenerali, bħal-libertà tal-espressjoni, il-pluraliżmu tal-media, l-imparzjalità, id-diversità kulturali u lingwistika, l-inklużjoni soċjali, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-protezzjoni tal-minuri. Sakemm ma jkunux esklużi b'mod espliċitu mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Kodiċi, in-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi huma koperti b'dan il-Kodiċi. Apparti minn hekk, is-separazzjoni bejn ir-regolamentazzjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u r-regolamentazzjoni tal-kontenut ma tippreġudikax li jitqiesu r-rabtiet li jeżistu bejniethom, b'mod partikolari biex jiġu garantiti l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-pluraliżmu tal-media, id-diversità kulturali, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali.

(7a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom aċċess universali għal firxa wiesgħa ta' informazzjoni u kontenut ta' kwalità għolja u ta' valur pubbliku, fl-interess tal-pluraliżmu tal-media u d-diversità kulturali, billi titqies l-evoluzzjoni rapida tas-sistemi ta' distribuzzjoni u tal-mudelli kummerċjali li bħalissa jaffettwaw is-settur tal-mediaa.

(8)  Din id-Direttiva ma taffettwax l-applikazzjoni tat-tagħmir tar-radju tad-Direttiva 2014/53/UE, iżda tkopri l-apparat tal-konsumatur użat għar-radju u għat-televixin diġitali.

(9)  Sabiex jippermetti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jilħqu l-għanijiet stabbiliti f'din id-Direttiva u, b'mod partikolari dawk relatati mal-interoperabbiltà minn tarf sa tarf, l-ambitu tad-Direttiva jenħtieġ li jkopri ċerti aspetti tat-tagħmir tar-radju kif definit fid-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) kif ukoll it-tagħmir tal-konsumatur użat għat-televiżjoni diġitali, sabiex jiġi faċilitat l-aċċess għall-utenti b'diżabbiltà. Huwa importanti għar-regolaturi li jinkoraġġixxu lill-operaturi tan-netwerks u lill-manifatturi tal-apparat li jikkooperaw sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess mill-utenti b'diżabbiltà għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. L-użu mhux esklussiv tal-ispettru għall-awtoużu tat-tagħmir terminali tar-radju, għalkemm mhux relatat ma' attività ekonomika, jenħtieġ li jkun ukoll soġġett għal din id-direttiva sabiex jiġi ggarantit approċċ ikkoordinat fir-rigward tar-reġim tal-awtorizzazzjoni tagħhom.

(10)  Ċerti servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi taħt din id-Direttiva setgħu jissodisfaw id-definizzjoni ta' "servizz tas-soċjetà tal-informatika" skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni. Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw is-Servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika japplikaw għal dawk is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi sakemm ma jkunx hemm dispożizzjonijiet aktar speċifiċi applikabbli għas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi f'din id-Direttiva jew f'atti oħra tal-Unjoni. Madanakollu, is-servizzi tal-komunikazzjonijiet bħat-telefonija bil-vuċi, is-servizzi tal-messaġġi u s-servizzi tal-posta elettronika huma koperti b'din id-Direttiva. L-istess impriża, pereżempju fornitur tas-servizzi bl-internet, tista' toffri kemm servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, bħall-aċċess għall-internet, u servizzi mhux koperti taħt din id-Direttiva, bħal provvista ta' kontenut ibbażat fuq l-internet u mhux il-kontenut relatat mal-komunikazzjoni.

(11)  L-istess impriża, pereżempju operatur tal-kejbil, jista' joffri kemm servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, bħat-trażmissjoni ta' sinjali tat-televiżjoni, u servizzi mhux koperti taħt din id-Direttiva, bħall-kummerċjalizzazzjoni ta' offerta għal servizzi ta' kontenut għax-xandir radjofoniku jew televiżiv u għalhekk obbligi addizzjonali jistgħu jiġu imposti fuq din l-impriża b'relazzjoni mal-attività tagħha bħala fornitur tal-kontenut jew distributur, skont id-dispożizzjonijiet ta' Direttivi oħra barra minn dawk ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għal-lista tal-kondizzjonijiet stipulata fl-Anness I ta' din id-Direttiva.

(12)  Il-qafas regolatorju jenħtieġ li jkopri l-użu tal-ispettru tar-radju min-netwerks kollha tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi l-awtoużu tal-ispettru tar-radju minn tipi ġodda ta' netwerks li jikkonsistu esklussivament minn sistemi awtonomi ta' apparat tar-radju mobbli li hu konness permezz ta' rabtiet bla fil mingħajr ġestjoni ċentrali jew operatur tan-netwerk ċentralizzat, u mhux neċessarjament fi ħdan l-eżerċizzju ta' xi attività speċifika. Fl-iżvilupp ta' ambjent ta' komunikazzjonijiet tal-mobajl tal-ħames ġenerazzjoni, probabbli dawn in-netwerks se jiżviluppaw b'mod partikolari barra l-bini u fit-toroq, għat-trasport, l-enerġija, ir-riċerka u l-iżvilupp, is-saħħa elettronika, il-protezzjoni tal-pubbliku u l-għajnuna f'diżastri, l-Internet tal-Oġġetti, minn magna għal magna, u l-karozzi konnessi. B'riżultat ta' dan, abbażi tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/53/UE, l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta' rekwiżiti nazzjonali oħrajn dwar it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta' tali tagħmir tar-radju, jew it-tnejn li huma, f'relazzjoni mal-użu effettiv u effiċjenti tal-ispettru u l-evitar ta' interferenza dannuża jenħtieġ li jirriflettu l-prinċipji tas-suq intern.

(13)  Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kapaċitajiet tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi qegħdin dejjem jiżdiedu. Filwaqt li fil-passat l-attenzjoni kienet prinċipalment fuq it-tkabbir globali tal-bandwidth disponibbli u fuq kull utent individwali, qiegħda dejjem tiżided l-importanza ta' parametri oħra bħalma huma l-latenza, id-disponibbiltà u l-affidabbiltà. Ir-risposta attwali għal din id-domanda qed iġġib il-fibrottika eqreb tal-utent u "n-netwerks ta' kapaċità għolja ħafna" tal-futur se jeħtieġu parametri ta' prestazzjoni li huma ekwivalenti għal dak li netwerk ibbażat fuq l-elementi fibrottiċi jista' jipprovdi, għall-anqas, sal-punt tad-distribuzzjoni fil-post tas-servizz. Fil-każ tal-konnessjoni bil-linja fissa, dan jikkorrispondi għall-prestazzjoni tan-netwerk ekwivalenti għal dak li jista' jinkiseb permezz ta' installazzjoni fibrottika f'binja b'ħafna abitazzjonijiet, ikkunsidrata bħala l-post tas-servizz, u fil-każ tal-konnessjoni bil-mobajl hu ekwivalenti għall-prestazzjoni tan-netwerk li hi simili għal dak li jista' jinkiseb abbażi ta' installazzjoni fibrottika fi stazzjon bażi, meqjus bħala il-post tas-servizz. Varjazzjonijiet fl-esperjenza tal-utenti finali, dovuti għall-karatteristiċi differenti tal-mezz li bih, finalment, in-netwerk jaqbad mal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk, ma għandhomx jitqiesu biex jiġi stabbilit jekk netwerk bla fili jistax jiġi kkunsidrat li jipprovdi prestazzjoni tan-netwerk simili. F'konformità mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, teknoloġiji oħra u midja ta' trażmissjoni jenħtieġ li ma jiġux esklużi, meta jitqabblu ma' dan ix-xenarju bażi f'termini tal-kapaċitajiet tagħhom. L-introduzzjoni gradwali ta' tali "netwerks ta' kapaċità kbira ħafna" tkompli żżid il-kapaċitajiet tan-netwerks u twitti t-triq għall-introduzzjoni gradwali tal-ġenerazzjonijiet futuri ta' netwerks tal-mobajl bbażati fuq interfaċċi bl-ajru msaħħa u arkitettura ta' netwerk aktar densifikata.

(14)  Id-definizzjonijiet għandhom jiġu aġġustati sabiex ikunu konformi mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika u sabiex iżommu l-pass mal-iżvilupp teknoloġiku biex tkun żgurata l-applikazzjoni mhux diskriminatorja ta' din id-Direttiva għall-fornituri tas-servizzi differenti. L-evoluzzjoni teknoloġika u tas-suq ressqet in-netwerks lejn it-teknoloġija tal-protokoll tal-Internet u din ippermettiet lill-utenti finali li jagħżlu bejn firxa ta' fornituri tas-servizz tal-vuċi li huma f'kompetizzjoni. Għalhekk, it-terminu "servizz tat-telefon pubblikament disponibbli", użat esklussivament fid-Direttiva 2002/22/KE u meqjus ħafna bħala li jirreferi għas-servizzi tat-telefon analoġiku tradizzjonali jenħtieġ li jinbidel b'terminu newtrali aktar attwali u teknoloġiku "komunikazzjonijiet tal-vuċi". Il-kondizzjonijiet għall-forniment ta' servizz jenħtieġ li jinfirdu mill-elementi definizzjonali effettivi ta' servizzi tal-komunikazzjoni bil-vuċi, jiġifieri servizz ta' komunikazzjoni elettronika li hu disponibbli għall-pubbliku u li bih il-klijenti jistgħu jagħmlu jew jirċievu sejħiet nazzjonali jew nazzjonali u internazzjonali direttament jew indirettament permezz ta' numru jew numri fi pjan ta' numerazzjoni telefonika nazzjonali jew internazzjonali, kemm jekk tali servizz huwa bbażat fuq teknoloġija ta' "switching" b'ċirkwit jew b'pakkett. Hija n-natura ta' tali servizz li hija bidirezzjonali, li tippermetti liż-żewġ partijiet jikkomunikaw. Servizz li ma jissodisfax dawn il-kondizzjonijiet kollha, bħal pereżempju applikazzjoni "click-through" fuq sit web għas-servizz tal-konsumatur, mhuwiex tali servizz. Is-servizzi tal-komunikazzjonijiet bil-vuċi jinkludu wkoll mezzi ta' komunikazzjoni speċifikament intiżi għal ▌utenti finali b'diżabbiltà li jużaw trażmissjoni testwali jew bil-vidjo jew servizzi ta' konverżazzjoni totali, bħal bil-vuċi, bil-vidjo u test f'ħin reali, waħedhom jew flimkien, fl-istess sejħa.

(15)  Is-servizzi użati għall-għanijiet ta' komunikazzjonijiet, u l-mezzi tekniċi tat-twassil tagħhom, evolvew b'mod konsiderevoli. L-utenti finali dejjem aktar qed jibdlu t-telefonija tradizzjonali tal-vuċi, il-messaġġi testwali (SMS) u s-servizzi ta' trażmissjoni tal-posta elettronika bis-servizzi online li jiffunzjonaw b'mod ekwivalenti bħalma huma Voice over IP, servizzi tal-messaġġ u servizzi tal-email ibbażati fuq l-internet. Sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali u d-drittijiet tagħhom ikunu protetti b'mod effettiv u b'mod ugwali meta jużaw is-servizzi funzjonalment ekwivalenti, definizzjoni orjentata lejn il-futur tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jenħtieġ li ma tkunx purament ibbażata fuq parametri tekniċi iżda pjuttost mibnija fuq approċċ funzjonali. L-ambitu tar-regolamentazzjoni meħtieġa jenħtieġ li jiġi adattat biex jintlaħqu dawn l-objettivi ta' interess pubbliku. Filwaqt li "t-trażmissjoni ta' sinjali" jibqa' parametru importanti li jiddetermina s-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, id-definizzjoni jenħtieġ li tkopri wkoll servizzi oħrajn li jippermettu l-komunikazzjoni. Mill-perspettiva tal-utenti finali u l-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom, mhux rilevanti jekk fornitur jibgħatx is-sinjali hu stess jew jekk il-komunikazzjoni titwassalx permezz tas-servizz tal-aċċess għall-internet. Għalhekk, id-definizzjoni emendata ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jenħtieġ li tinkludi tliet tipi ta' servizzi li jistgħu jidħlu parzjalment f'xulxin, jiġifieri, servizzi ta' aċċess għall-internet skont id-definizzjoni fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 2015/2120, servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali kif definiti f'din id-Direttiva, u s-servizzi li jikkonsistu kollha kemm huma jew prinċipalment fit-trażmissjoni ta' sinjali. Id-definizzjoni ta' servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jenħtieġ li tneħħi l-ambigwitajiet osservati fl-implementazzjoni tad-definizzjoni preċedenti u tippermetti applikazzjoni kkalibrata skont kull forniment tad-drittijiet u l-obbligi speċifiċi li hemm fil-qafas għat-tipi differenti ta' servizzi. L-ipproċessar tad-data personali mis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, kemm bħala remunerazzjoni jew mod ieħor, jenħtieġ li jkun konformi mad-Direttiva 95/46/KE li se tinbidel bir-Regolament (UE) Nru 2016/679 (Regolament dwar il-Protezzjoni ta' Data Ġenerali) fil-25 ta' Mejju 2018.

(16)  Sabiex servizz jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, dan għandu jkun ipprovdut b'mod normali fi skambju ta' remunerazzjoni. Fl-ekonomija diġitali, il-parteċipanti tas-suq iqisu dejjem iktar l-informazzjoni dwar l-utenti bħala xi ħaġa li fiha valur monetarju. Is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi spiss jiġu fornuti lill-utenti finali għal eżekuzzjoni korrispettiva li mhix flus, b'mod partikolari għall-provvista ta' data personali jew data oħra. Il-kunċett ta' remunerazzjoni jenħtieġ li għalhekk jinkludi sitwazzjonijiet fejn il-fornitur ta' talbiet tas-servizz u l-utent finali konxjament jipprovdi data personali kif definit fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew data oħra direttament jew indirettament lill-fornitur. Jenħtieġ li jinkludi wkoll sitwazzjonijiet li fihom l-utenti finali jippermettu aċċess għal informazzjoni mingħajr ma l-utent finali jforniha b'mod attiv, bħal data personali, inkluż l-indirizz tal-IP, jew informazzjoni oħra ġġenerata awtomatikament, bħal informazzjoni miġbura u trażmessa permezz ta' cookie). F'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar l-Artikolu 57 tat-TFUE(15), teżisti remunerazzjoni fit-tifsira tat-Trattat anki jekk il-fornitur tas-servizz jitħallas minn parti terza u mhux minn dak li jirċievi s-servizz. Il-kunċett ta' remunerazzjoni għalhekk jenħtieġ li jkopri wkoll sitwazzjonijiet fejn l-utent finali huwa espost għal reklamar bħala kundizzjoni biex jinkiseb l-aċċess għas-servizz, jew sitwazzjonijiet fejn il-fornitur tas-servizz irendi fi flus id-data personali li tkun inġabret.

(17)  Servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali huma servizzi li jippermettu skambju interpersonali u interattiv ta' informazzjoni, li jkopri servizzi tradizzjonali bħal telefonati bil-vuċi tradizzjonali bejn żewġ individwi, iżda jinkludi wkoll it-tipi kollha ta' posta elettronika, servizzi ta' messaġġi, jew group chats. Servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali biss ikopru l-komunikazzjoni bejn numru finit, jiġifieri, mhux potenzjalment mingħajr limitu, ta' persuni naturali li hu determinat minn dak li jibgħat il-komunikazzjoni. Il-komunikazzjonijiet li jinvolvu persuni ġuridiċi jenħtieġ li jkunu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-definizzjoni fejn persuni fiżiċii jaġixxu f'isem dawk il-persuni ġuridiċi jew li jkunu involuti għall-anqas fuq naħa waħda tal-komunikazzjoni. Komunikazzjoni interattiva tinvolvi li s-servizz jippermetti lil dak li jirċievi l-informazzjoni li jwieġeb. Servizzi li ma jissodisfawx dawn ir-rekwiżiti, bħal xandir lineari, vidjo fuq talba, siti tal-Internet, netwerks soċjali, blogs, jew skambju ta' informazzjoni bejn il-magni, jenħtieġ li ma jitqiesux bħala servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali. Taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, servizz jenħtieġ li ma jitqiesx bħala servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali jekk il-komunikazzjoni interpersonali u interattiva hija karatteristika purament anċillari għal servizz ieħor u għal raġunijiet tekniċi oġġettivi ma jistax jintuża mingħajr dak is-servizz prinċipali, u l-integrazzjoni tiegħu mhix mezz biex tiġi evitata l-applikabbiltà tar-regoli li jirregolaw is-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi. Eżempju ta' tali eċċezzjoni jista' jkun, fil-prinċipju, kanal ta' komunikazzjoni fil-logħob online, li jiddependi fuq il-karatteristiċi tal-faċilità tal-komunikazzjoni tas-servizz.

(18)  Servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali li jużaw numri minn pjan tan-numerazzjoni telefonika nazzjonali u internazzjonali jaqbdu ma' netwerk telefoniku pubbliku maqlub (pakkett jew ċirkwit). Dawk is-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri jinkludu kemm is-servizzi li jiġu assenjati numri tal-utenti finali biex tiġi żgurata l-konnettività minn tarf sa tarf u s-servizzi li jippermettu lill-utenti finali jilħqu l-persuni li tali numri ġew assenjati lilhom. Is-sempliċi użu ta' numru bħala identifikatur jenħtieġ li ma jitqiesx bħala ekwivalenti għall-użu ta' numru ta' konnessjoni ma' netwerk tat-telefon pubbliku ssiwiċċjat, u għalhekk, fih innifsu, jenħtieġ li ma jitqiesx suffiċjenti biex jikkwalifika bħala servizz ibbażat fuq servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri. Barra minn hekk, meta s-servizz ipprovdut ma jkunx jiddependi fuq l-infrastruttura tiegħu stess u għalhekk ma jkollux kontroll sostanzjali fuq in-netwerk użat biex tkun tista' ssir il-komunikazzjoni, l-użu tan-numru jenħtieġ li wkoll jiġi kkunsidrat b'mod differenti minħabba li l-obbligi ma jkunux proporzjonati mal-kapaċità tagħhom li jagħtu servizz ta' ċerta kwalità; is-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri jenħtieġ li jiġu soġġetti biss għall-obbliġi, fejn l-interessi pubbliċi jeħtieġu l-applikazzjoni ta' obbligi regolatorji speċifiċi għat-tipi kollha ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet, irrispettivament minn jekk dawn jużawx numri għall-forniment tas-servizz tagħhom jew le. Huwa ġġustifikat li s-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri jitqiesu b'mod differenti, peress li dawn jipparteċipaw f'ekosistema interoperabbli pubblikament assigurata u għalhekk jibbenefikaw minnha.

(19)  Il-punt tat-terminazzjoni ta' netwerk jirrappreżenta konfini għall-iskopijiet regolatorji bejn il-qafas regolatorju għan-netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-regolamentazzjoni ta' tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni. Id-definizzjoni tal-lok tal-punt tat-terminazzjoni ta' netwerk hija r-responsabbiltà tal-awtorità regolatorja nazzjonali. Fid-dawl tal-prattiki tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u minħabba l-varjetà ta' topoloġiji fissi u bla fil, il-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ("BEREC") jenħtieġ li, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jadotta linji gwida dwar kif jiġi identifikat il-punt ta' terminazzjoni tan-netwerk f'diversi ċirkostanzi konkreti, f'konformità ma' din id-Direttiva.

(20)  L-iżviluppi tekniċi jippermettu lill-utenti finali jkollhom aċċess għas-servizzi ta' emerġenza, mhux biss permezz ta' telefonati bil-vuċi iżda wkoll b'servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali oħrajn. Għaldaqstant, il-kunċett ta' komunikazzjoni ta' emerġenza jenħtieġ li jkopri dawk is-servizzi kollha ta' komunikazzjonijiet interpersonali li jippermettu dan l-aċċess għas-servizzi ta' emerġenza. Dan jibni fuq l-elementi tas-sistema ta' emerġenza li diġà minquxa fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jiġifieri "ċentru li jirċievi t-telefonati ta' emerġenza" ("PSAP")(16) u l-"PSAP l-aktar xieraq", u dwar "is-servizzi ta' emerġenza"(17).

(21)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jenħtieġ li jkollhom sett armonizzat ta' miri u prinċipji li jiggwidaw ix-xogħol tagħhom u fejn meħtieġ jenħtieġ li jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u mal-BEREC fit-twettiq tax-xogħol tagħhom skont dan il-qafas regolatorju.

(22)  L-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti stabbiliti b'din id-Direttiva jikkontribwixxu biex jiġu ssodisfati l-politiki usa' fl-oqsma tal-kultura, tal-impjieg, tal-ambjent, tal-koeżjoni soċjali u tal-ippjanar tal-bliet u l-irħula.

(23)  Il-qafas jenħtieġ li, barra t-tliet għanijiet primarji eżistenti li jippromwovu l-kompetizzjoni, is-suq intern u l-interessi tal-utent finali, jipprova jilħaq għan ▌addizzjonali, artikulat f'termini ta' riżultati: aċċess wiesa' għal netwerks ta' kapaċità għolja ħafna u l-adozzjoni tagħhom għaċ-ċittadini u n-negozji kollha tal-Unjoni. Flimkien mal-objettivi ġenerali eżistenti, dan se jappoġġja t-tisħiħ tal-ekonomija tal-Unjoni u b'mod partikolari l-industrija tagħha, abbażi ta' prezz u għażla raġonevoli, ▌kompetizzjoni effettiva u ġusta, ▌innovazzjoni miftuħa, ▌użu effiċjenti tal-ispettru, ▌ regoli komuni u approċċi regolatorji prevedibbli fis-suq intern u ▌regoli speċifiċi meħtieġa biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi taċ-ċittadini. Għall-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra u l-partijiet ikkonċernati, li l-għan tal-konnettività jirriżulta, minn naħa waħda, li jinkisbu n-netwerks u s-servizzi tal-ogħla kapaċità ekonomikament sostenibbli f'qasam partikolari, u min-naħa l-oħra li tinkiseb il-koeżjoni territorjali, fis-sens ta' konverġenza fil-kapaċità disponibbli f'oqsma differenti. Il-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi ġenerali ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jkun appoġġjat minn sistema soda ta' valutazzjoni kontinwa u valutazzjoni komparattiva tal-Istati Membri fir-rigward tad-disponibbiltà ta' konnettività b'kapaċità għolja ħafna fil-muturi soċjoekonomiċi ewlenin kollha, bħall-iskejjel, iċ-ċentri tat-trasport u l-fornituri ewlenin tas-servizzi pubbliċi, u ta' negozji ferm diġitalizzati, kopertura tal-5G mingħajr interruzzjonijiet għaż-żoni urbani u r-rotot ewlenija tat-trasport terrestri u d-disponibbiltà ta' netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li huma kapaċi jipprovdu mill-inqas 100 Mbps, u li jistgħu jittejbu fil-pront għal veloċitajiet ta' gigabits, lid-djar kollha f'kull Stat Membru. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li minnufih tippreżenta orjentazzjonijiet dettaljati ta' politika, tistabbilixxi metodi u kriterji oġġettivi, konkreti u kwantifikabbli għall-valutazzjoni komparattiva tal-effettività tal-miżuri tal-Istati Membri lejn l-ilħuq ta' dawk l-objettivi u tidentifika l-aħjar prattiki, kif ukoll tipprevedi valutazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva annwali tal-istat tal-progress ta' kull Stat Membru.

(24)  Il-prinċipju li l-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw id-dritt tal-UE b'mod teknoloġikament newtrali, jiġifieri li awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra la timponi u lanqas tiddiskrimina favur l-użu ta' xi tip partikolari ta' teknoloġija, ma jżommx milli jittieħdu l-passi xierqa biex jiġu promossi ċerti servizzi speċifiċi meta dan ikun ġustifikat ħalli jintlaħqu l-għanijiet tal-qafas regolatorju, bħal pereżempju għat-televiżjoni diġitali bħala mezz biex tiżdied l-effiċjenza tal-ispettru. Barra minn jekk, din ma tipprekludix milli jitqiesu karatteristiċi fiżiċi u arkitettoniċi differenti ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi ta' rilevanza għal objettivi oħra tal-qafas.

(25)  Kemm l-investiment effiċjenti kif ukoll il-kompetizzjoni jenħtieġ li jkunu mħeġġa flimkien, sabiex jiżdiedu t-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni u l-għażla tal-konsumatur.

(26)  Il-kompetizzjoni tista' titħeġġeġ l-aktar permezz ta' livell ekonomikament effiċjenti ta' investiment f'infrastruttura ġdida u effiċjenti kkomplementat mir-regolamentazzjoni kull meta jkun meħtieġ sabiex tinkiseb kompetizzjoni effettiva tas-servizzi bl-imnut. Livell effiċjenti ta' kompetizzjoni msejsa fuq l-infrastruttura huwa l-livell ta' duplikazzjoni tal-infrastruttura li fih l-investituri jkunu mistennija b'mod raġonevoli jkollhom qligħ ġust abbażi ta' tbassir raġonevoli rigward l-evoluzzjoni tal-ishma tas-suq.

(27)  Hu meħtieġ li jingħataw inċentivi xierqa għall-investiment f'netwerks ġodda b'kapaċità kbira ħafna li jappoġġaw l-innovazzjoni f'servizzi tal-internet mimlija kontenut u li jsaħħu l-kompetittività internazzjonali tal-Unjoni Ewropea. Tali netwerks għandhom potenzjal enormi biex iwasslu benefiċċji lill-konsumaturi u lin-negozji fl-Unjoni Ewropea kollha. Huwa għalhekk vitali li jkun promoss l-investiment sostenibbli fl-iżvilupp ta' dawn in-netwerks ġodda, filwaqt li tiġi salvagwardjata l-kompetizzjoni, peress li għad fadal restrinġiment u ostakli fiżiċi għad-dħul fil-livell ta' infrastruttura, u li titkabbar l-għażla tal-konsumatur permezz ta' prevedibbiltà u konsistenza regolatorji.

(28)  L-għan huwa li progressivament jitnaqqsu r-regoli speċifiċi ex ante tas-settur hekk kif tiżviluppa l-kompetizzjoni fis-suq u, finalment, li l-komunikazzjoni elettronika tkun regolata biss mil-liġi dwar il-kompetizzjoni. Meta wieħed iqis li s-swieq għal komunikazzjoni elettronika wrew dinamiċi kompetittivi qawwija fis-snin riċenti, huwa essenzjali li obbligi regolatorji ex ante għandhom jiġu imposti biss fejn m'hemm l-ebda kompetizzjoni effettiva u sostenibbli fis-swieq ikkonċernati. L-objettiv ta' intervent regolatorju ex ante huwa biex jipproduċi benefiċċji għall-utenti finali billi jagħmel is-swieq tal-imnut effettivament kompetittivi fuq bażi sostenibbli. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jqisu l-interessi tal-konsumaturi u l-utenti finali, irrispettivament mis-suq li fih jiġu imposti l-obbligi regolatorji, u jikkunsidraw jekk obbligu impost fuq suq bl-ingrossa għandux ukoll l-effett li jippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u l-utenti finali fis-suq bl-imnut mhux identifikat bħala suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante. Jenħtieġ li jiġu imposti obbligi fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa ħlief fejn suq bl-imnut wieħed jew aktar x'aktarx ma jsirux effettivament kompetittivi fin-nuqqas ta' dawn l-obbligi. Huwa probabbli li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, permezz tal-proċess tal-analiżi tas-suq, gradwalment jibdew isibu li s-swieq bl-imnut ikunu kompetittivi anke fin-nuqqas ta' regolamentazzjoni tas-suq bl-ingrossa, speċjalment meta jitqies it-titjib mistenni fl-innovazzjoni u l-kompetizzjoni. F'każ bħal dan, l-awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li tikkonkludi li r-regolamentazzjoni ma għadhiex iktar meħtieġa fil-livell bl-ingrossa, u tivvaluta s-suq bl-ingrossa rilevanti korrispondenti bil-ħsieb li tiġi rtirata r-regolamentazzjoni ex ante. Meta tagħmel dan, jenħtieġ li hija tqis kwalunkwe effett ta' lieva bejn is-swieq bl-ingrossa u bl-imnut relatati li jistgħu jeħtieġu t-tneħħija ta' ostakli għad-dħul fil-livell tal-infrastruttura sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni fit-tul fil-livell bl-imnut.

(29)  Il-komunikazzjonijiet elettroniċi qed isiru essenzjali għal numru dejjem jikber ta' setturi. L-Internet tal-Oġġetti huwa prova ta' kif it-trażmissjoni tas-sinjal tar-radju li jirfed il-komunikazzjonijiet elettroniċi jkompli jevolvi u jifforma r-realtà tas-soċjetà u tan-negozju. Biex jinkiseb l-aħjar benefiċċju minn dawn l-iżviluppi, l-introduzzjoni u l-akkomodazzjoni tat-teknoloġiji ġodda tal-komunikazzjonijiet bla fil u l-applikazzjonijiet fil-ġestjoni tal-ispettru huma essenzjali. Teknoloġiji u applikazzjonijiet oħra li jiddependu fuq l-ispettru huma ugwalment soġġetti għad-domanda li dejjem qed tikber, u jistgħu jissaħħu permezz tal-integrazzjoni mal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew b'kumbinazzjoni magħhom, il-ġestjoni tal-ispettru jenħtieġ li tadotta, fejn hu xieraq, approċċ transettorjali biex tittejjeb l-effiċjenza tal-użu tal-ispettru.

(30)  L-ippjanar strateġiku, il-koordinazzjoni u, fejn xieraq, l-armonizzazzjoni f'livell tal-Unjoni jistgħu jgħinu jiżguraw li l-utenti tal-ispettru jiksbu l-benefiċċji sħaħ tas-suq intern u li l-interessi tal-Unjoni jkunu jistgħu jiġu difiżi globalment b'mod effettiv. Għal dawn ir-raġunijiet, meta jkun xieraq, programmi leġiżlattivi u pluriennali dwar il-politika tal-ispettru tar-radju jistgħu jiġu adottati, bl-ewwel waħda definita bid-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18), li jistabbilixxu l-orjentamenti u l-objettivi politiċi għall-ippjanar strateġiku u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru tar-radju fl-Unjoni. Dawn l-orjentamenti u l-objettivi politiċi jistgħu jirreferu għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju meħtieġa għat-twaqqif u t-tħaddim tas-suq intern, skont din id-Direttiva.

(31)   Il-fruntieri nazzjonali huma dejjem iktar irrilevanti biex ikun determinat l-aħjar użu tal-ispettru tar-radju. Il-frammentazzjoni indebita fost il-linji politiċi nazzjonali fir-rigward tal-ġestjoni tal-ispettru tar-radju, inklużi kondizzjonijiet differenti mhux ġustifikati għall-aċċess għal, u l-użu ta', spettru tar-radju skont it-tip tal-operatur, jistgħu jirriżultaw fi spejjeż ikbar u telf ta' opportunitajiet fis-suq għall-utenti tal-ispettru. Din taf tnaqqas ir-ritmu tal-innovazzjoni, tillimita l-investiment, tnaqqas l-ekonomiji tal-iskala għall-manifatturi u l-operaturi kif ukoll joħolqu tensjonijiet bejn id-detenturi tad-drittijiet u diskrepanzi fl-ispiża tal-aċċess għall-ispettru. Din il-frammentazzjoni tista' b'mod ġenerali tirriżulta f'distorsjoni tal-funzjonament tas-suq intern u tkun ta' ħsara għall-konsumatur u l-ekonomija b'mod ġenerali.

(32)  Id-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-ispettru ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali li jittrattaw il-ġestjoni tal-ispettru tar-radju, bħall-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) u l-Konferenza Ewropea ta' Amministrazzjonijiet Postali u ta' Telekomunikazzjoni (CEPT), sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni u l-armonizzazzjoni effiċjenti tal-użu tal-ispettru madwar l-Unjoni u bejn l-Istati Membri membri oħra tal-ITU.

(33)  Skont il-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet regolatorji u operazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtorità regolatorja nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra bil-ħsieb li jiżguraw l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tagħhom. Il-ħtieġa tal-indipendenza hija mingħajr preġudizzju għall-awtonomija istituzzjonali u l-obbligi kostituzzjonali tal-Istati Membri jew tal-prinċipju ta' newtralità fir-rigward tar-regoli fl-Istati Membri li jirregolaw is-sistema tas-sidien tal-proprjetà preskritta fl-Artikolu 295 tat-Trattat. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jenħtieġ li jkunu fil-pussess tar-riżorsi kollha meħtieġa, fir-rigward tan-numru ta' impjegati, kapaċità, u mezzi finanzjarji, għat-twettieq tax-xogħol tagħhom.

(34)  Jeħtieġ li tkun prevista lista ta' kompiti li l-Istati Membri jistgħu jassenjaw biss lill-korpi li huma jaħtru bħala l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li l-indipendenza politika u l-kapaċità regolatorja tagħhom hija garantita, għall-kuntrarju ta' kompiti regolatorji oħra fejn ikunu jistgħu jassenjaw jew lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew lil awtoritajiet kompetenti oħrajn. Għalhekk, fejn din id-Direttiva tistipula li Stat Membru jenħtieġ li jassenja kompitu lil jew jagħti s-setgħa lil awtorità kompetenti, l-Istat Membru jista' jassenja dan il-kompitu jew lil awtorità regolatorja nazzjonali jew lil awtorità kompetenti oħra.

(35)  L-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ssaħħet fir-rieżami tal-2009 biex tiġi żgurata l-applikazzjoni iktar effettiva tal-qafas regolatorju u biex tiżdied l-awtorità tagħhom u l-prevedibbiltà fid-deċiżjonijiet tagħhom. Għal dan il-għan kellha ssir dispożizzjoni espressa fil-liġi nazzjonali biex jiġi żgurat li, fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali hi protetta mill-interventi esterni jew pressjoni politika li jistgħu jippreġudikaw l-evalwazzjoni indipendenti tagħha ta' materji li jiġu quddiemha. Din l-influwenza esterna tirrendi l-entità leġiżlattiva nazzjonali mhux adatta biex taġixxi bħala awtorità regolatorja nazzjonali taħt il-qafas regolatorju. Għal dak il-għan, kellhom jiġu stabbiliti minn qabel regoli dwar ir-raġunijiet għat-tkeċċija tal-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, sabiex jitneħħa kull dubju dettat mir-raġuni dwar in-newtralità ta' dik l-entità u l-kapaċità tagħha li ma tkunx influwenzata minn fatturi esterni. Sabiex jiġu evitati tkeċċijiet arbitrarji, il-membru mkeċċi jenħtieġ li jkollu d-dritt li jitlob li l-qrati kompetetni jivverifikaw l-eżistenza ta' raġuni valida għat-tkeċċija, fost dawk previsti f'din id-Direttiva. Tali tkeċċija jenħtieġ li jkollha x'taqsam biss mal-kwalifiki personali jew professjonali tal-kap jew il-membru. Huwa importanti li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom il-baġit tagħhom stess, partikolarment sabiex ikunu jistgħu jirreklutaw għadd suffiċjenti ta' persunal kwalifikat. Biex tiġi żgurata t-trasparenza, dan il-baġit jenħtieġ li jiġi ppubblikat kull sena. Fil-limiti tal-baġit tagħhom, jenħtieġ li jkollhom l-awtonomija fil-ġestjoni tar-riżorsi tagħhom, kemm dawk umani kif ukoll finanzjarji. Sabiex tiġi żgurata l-imparzjalità, l-Istati Membri li jibqgħu sidien jew ikollhom kontroll tal-impriżi li jikkontribwixxu għall-baġit tal-awtorità regolatorja nazzjonali jew l-awtoritajiet kompetenti l-oħra permezz ta' imposti amministrattivi, jenħtieġ li jiżguraw li hemm separazzjoni strutturali effettiva tal-attivitajiet marbuta mal-eżerċizzju tas-sjieda jew il-kontroll mill-eżerċizzju tal-kontroll fuq il-baġit.

(36)  Hemm bżonn li tissaħħaħ aktar l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex tiġi żgurata l-kapaċità tal-kap u l-membri li ma jiġux influwenzati minn pressjoni esterna, billi jingħataw il-kwalifiki minimi ta' ħatra, u limitu ta' żmien minimu għall-mandat tagħhom. Barra minn hekk, il-limitazzjoni tal-possibbiltà li jiġġedded aktar minn darba l-mandat tagħhom u l-ħtieġa għal skema adegwata ta' rotazzjoni għall-bord u l-ogħla maniġment tindirizza r-riskju tal-manipulazzjoni tar-regolatur, tiġi żgurata l-kontinwità u tissaħħaħ l-indipendenza. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu legalment distinti u funzjonalment indipendenti mill-industrija u l-gvern fis-sens li la jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet minn xi korp, li joperaw b'mod trasparenti u responsabbli bi qbil mad-dritt tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali u li jkollhom biżżejjed setgħat.

(37)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu responsabbli għal, u jenħtieġ li jkunu meħtieġa jirrapportaw dwar, il-mod li bih huma jeżerċitaw il-kompiti tagħhom. Dan l-obbligu jenħtieġ li jieħu l-forma ta' obbligu ta' rappurtar annwali, aktar milli t-talbiet ta' rapportar ad hoc, li jekk ikunu sproporzjonati, jistgħu jillimitaw l-indipendenza tagħhom jew ifixkluhom fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom. Fil-fatt, skont ġurisprudenza reċenti(19), obbligi ta' rappurtar estensivi jew mhux kondizzjonali jistgħu jaffettwaw l-indipendenza ta' awtorità b'mod indirett.

(38)  L-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-identità tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra. Biex l-awtoritajiet kompetenti jagħtu d-drittijiet ta' passaġġ, ir-rekwiżit ta' notifika jista' jiġi ssodisfat b'referenza għall-punt uniku ta' informazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20).

(39)  Is-sistema ta' awtorizzazzjoni l-anqas oneruża possibbli jenħtieġ li tintuża biex tippermetti l-forniment ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi sabiex tistimula l-iżvilupp ta' servizzi ġodda ta' komunikazzjonijiet u netwerks u servizzi pan-Ewropej ta' komunikazzjonijiet u biex tippermetti li l-fornituri tas-servizzi u l-konsumaturi jibbenefikaw mill-ekonomiji tal-iskala tas-suq uniku.

(40)  Il-benefiċċji tas-suq uniku lill-fornituri tas-servizz u l-utenti finali jistgħu jinkisbu l-aħjar b'awtorizzazzjoni ġenerali tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ▌, mingħajr ma tkun meħtieġa xi deċiżjoni espliċita jew xi att amministrattiv mill-awtorità regolatorja nazzjonali.

(40a)  Kwalunkwe ħtieġa proċedurali jenħtieġ li tkun limitata għal notifika dikjaratorja unika. Fejn l-Istati Membri jeħtieġu notifika mill-fornituri ta' netwerks jew ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi meta jibdew l-attivitajiet tagħhom, dik in-notifika jenħtieġ li tiġi ppreżentata lill-BEREC li taġixxi bħala punt ta' kuntatt uniku. Din in-notifika jenħtieġ li ma tinvolvix spiża amministrattiva għall-fornituri u tista' ssir disponibbli permezz ta' punt ta' dħul fuq is-sit web tal-BEREC. Il-BEREC jenħtieġ li jgħaddi fil-ħin in-notifiki lill-awtorità regolatorja nazzjonali fl-Istati Membri kollha li jeħtieġu notifika li fihom il-fornituri tan-netwerks jew is-servizzi tal-komunikazzjonjiet elettroniċi għandhom il-ħsieb li jipprovdu netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. L-Istati Membri jistgħu wkoll jitolbu prova li n-notifika tkun saret permezz ta' xi konferma tar-riċevuta postali jew elettronika legalment rikonoxxuta tan-notifika lill-BEREC. Fi kwalunkwe każ, tali konferma jenħtieġ li ma tikkonsistix minn jew tirrikjedi att amministrattiv mill-awtorità regolatorja nazzjonali, jew kwalunkwe awtorità oħra.

(41)  In-notifika lill-BEREC jenħtieġ li tinkludi dikjarazzjoni sempliċi tal-intenzjoni tal-fornitur li jibda l-forniment tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Fornitur jista' biss ikun meħtieġ jakkumpanja tali dikjarazzjoni bl-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 12 ta' din id-Direttiva, bħala l-informazzjoni minima meħtieġa biex tiffaċilita l-implimentazzjoni konsistenti ta' din id-Direttiva kif ukoll jipprovdi l-aktar għarfien tas-suq rilevanti lill-BEREC u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jimponux rekwiżiti ta' notifika addizzjonali jew separati.

(42)  Fornitur ta' kwalunkweservizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jenħtieġ li jkun jista' jibbenefika mir-reġim ta' awtorizzazzjoni ġenerali.

(43)  Meta jagħtu drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju, numri jew drittijiet għall-installazzjoni ta' faċilitajiet, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jinfurmaw lill-impriżi li lilhom ikunu taw dawk id-drittijiet bil-kondizzjonijiet rilevanti.

(44)  L-awtorizzazzjonijiet ġenerali jenħtieġ li jkun fihom biss kondizzjonijiet li huma speċifiċi għas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Jenħtieġ li huma ma jkunux soġġetti għal kundizzjonijiet li diġà huma applikabbli premezz ta' xi liġi nazzjonali eżistenti oħra, b'mod partikolari rigward il-protezzjoni tal-konsumaturi, li mhix speċifika għas-settur tal-komunikazzjonijiet u jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' kuntratti tal-konsumatur stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Pereżempju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jinfurmaw lill-operaturi dwar rekwiżiti applikabbli ambjentali u tal-ippjanar tal-bliet u l-irħula.

(45)  Il-kundizzjonijiet li jistgħu jiżdiedu mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali jenħtieġ li jkopru kundizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-aċċessibbiltà għall-utenti b'diżabbiltà u l-ħtieġa tal-awtoritajiet pubbliċi u tas-servizzi ta' emerġenza li jikkomunikaw bejniethom u mal-pubbliku ġenerali qabel, matul u wara diżastri serji.

(46)  Huwa meħtieġ li jiġu inklużi d-drittijiet u l-obbligi ta' impriżi taħt awtorizzazzjonijiet ġenerali espliċitament f'dawk l-awtorizzazzjonijiet sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ugwali fl-Unjoni kollha u biex jiġi ffaċilitat in-negozjar transkonfinali ta' interkonnessjoni ta' netwerks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet.

(47)  L-awtorizzazzjoni ġenerali tagħti dritt lill-fornituri ta' komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku li jinnegozjaw l-interkonnessjoni taħt il-kondizzjonijiet ta' din id-Direttiva . Il-fornituri tas-servizzi u n-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi barra minn dawk għall-pubbliku jistgħu jinnegozjaw interkonnessjoni fuq kondizzjonijiet kummerċjali.

(47a)  Il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li joperaw f'aktar minn Stat Membru wieħed jibqgħu soġġetti għal regoli, rekwiżiti u obbligi ta' rapportar differenti minkejja li għandhom il-libertà li jipprovdu servizzi u netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fi kwalunkwe post fl-Unjoni, u dan ixekkel l-iżvilupp u t-tkabbir tas-suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli għal tali fornitur, fejn ikollu stabbiliment prinċipali fl-Unjoni, li jaqa' taħt awtorizzazzjoni ġenerali unika tal-Istat Membru tal-istabbiliment ewlieni tagħha fl-Unjoni. Il-BEREC jenħtieġ li jiffaċilita l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni. Il-fornituri tas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi xorta jista' jkollhom jiksbu awtorizzazzjonijiet speċifiċi għad-drittijiet ta' użu tan-numri, tal-ispettru tar-radju u għad-drittijiet biex jinstallaw il-faċilitajiet.

(47b)  Huwa meħtieġ għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern li jiġu evitati inċentivi għall-fornituri biex ifittxu li jiksbu pożizzjoni legali aktar favorevoli għad-detriment tal-utenti finali (għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni frodulenti jew abbużiva). Għalhekk, il-post ta' stabbiliment ewlieni fl-Unjoni jenħtieġ li jirrifletti l-lokazzjoni ċentrali fejn il-fornitur ikollu l-istabbiliment effettiv, jadotta d-deċiżjonijiet kummerċjali strateġiċi tiegħu u jwettaq attivitajiet sostanzjali relatati direttament mal-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni.

(48)  Fil-każ ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mhux fornuti lill-pubbliku huwa xieraq li jiġu imposti kondizzjonijiet anqas u aktar ħfief minn dawk ġustifikati għan-netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi offruti lill-pubbliku.

(49)  L-obbligi speċifiċi li jistgħu jiġu imposti fuq il-fornituri tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ▌ skont id-dritt tal-Unjoni bis-saħħa tas-setgħa sinifikanti tagħhom fis-suq kif definita f'din id-Direttiva jenħtieġ li jiġu imposti separatament mid-drittijiet u obbligi ġenerali taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali.

(50)  Il-fornituri ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jistgħu jeħtieġu konferma tad-drittijiet tagħhom taħt awtorizzazzjoni ġenerali fir-rigward tal-interkonnesjoni u d-dritt ta' passaġġ, b'mod partikolari biex jiġu ffaċilitati n-negozjati ma' livelli oħra ta' gvern reġjonali jew lokali jew ma' fornituri ta' servizz fi Stati Membri oħra. Għal dan il-għan il-BEREC, li jirċievi in-notifika biex jipprovdi netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet pubbliċi jew privati, jenħtieġ li jipprovdi dikjarazzjonijiet lill-impriżi ▌bħala tweġiba awtomatika għal notifika taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali. Dawk id-dikjarazzjonijiet jenħtieġ li weħidhom jikkostitwixxu jedd għal drittijiet u jenħtieġ li l-ebda dritt taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jew drittijiet ta' użu jew l-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet jiddependu fuq dikjarazzjoni.

(51)  Ħlasijiet amministrattivi jistgħu jiġu imposti fuq il-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi sabiex jiffinanzjaw l-attivitajiet tal-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra fl-amministrazzjoni tas-sistema ta' awtorizzazzjoni u fl-għoti ta' drittijiet ta' użu. Dawk il-ħlasijiet jenħtieġ li jkunu limitati li jkopru n-nefqa amministrattiva attwali għal dawk l-attivitajiet. Għal dan il-għan jenħtieġ li tinħoloq trasparenza fid-dħul u n-nefqa tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ta' awtoritajiet kompetenti oħra permezz ta' rapportar ta' kull sena dwar is-somma totali ta' ħlasijiet miġbura u n-nefqiet amministrattivi magħmula. Dan jippermetti li l-impriżi jivverifikaw li n-nefqiet għall-amministrazzjoni u l-ħlasijiet ikunu jibbilanċjaw.

(52)  Is-sistemi għall-ħlasijiet amministrattivi jenħtieġ li ma joħolqux tgħawwiġ tal-kompetizzjoni jew joħolqu xkiel għad-dħul fis-suq. B'sistema ġenerali ta' awtorizzazzjoni ma għandux ikun aktar possibbli li l-ispejjeż amministrattivi u b'hekk il-ħlasijiet jiġu attribwiti lil impriżi individwali ħlief għall-għoti tad-drittijiet tal-użu ta' numri, spettru tar-radju u għad-drittijiet biex jiġu installati faċilitajiet. Kull ħlas amministrattiv applikabbli jenħtieġ li jkun konformi mal-prinċipji ta' sistema ġenerali ta' awtorizzazzjoni. Eżempju ta' alternattiva ġusta, sempliċi u trasparenti għal dawn il-kriterji ta' attribuzzjoni tal-ħlasijiet tista' tkun formula ta' distribuzzjoni relatata mal-qligħ fuq il-bejgħ. Fejn il-ħlasijiet amministrattivi jkunu baxxi ħafna, ħlasijiet b'rata fissa, jew ħlasijiet li jikkombinaw bażi ta' rata fissa mal-element relatat mal-qligħ fuq il-bejgħ jistgħu wkoll ikunu adattati. Safejn is-sistema ta' awtorizzazzjoni ġenerali testendi għall-impriżi b'ishma żgħar mis-suq, bħall-fornituri tan-netwerks ibbażati fil-komunità, jew għall-fornituri tas-servizzi li l-mudell tan-negozju tagħhom jiġġenera dħul limitat ħafna anke fil-każ ta' penetrazzjoni sinifikanti fis-suq f'termini ta' volumi, l-Istati Membri jenħtieġ li jivvalutaw l-possibbiltà li jiġi stabbilit limitu de minimis xieraq għall-impożizzjoni ta' imposti amministrattivi.

(53)  L-Istati Membri jistgħu jkunu meħtieġa li jemendaw id-drittijiet, kondizzjonijiet, proċeduri, ħlasijiet u tariffi li jirrelataw mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali u d-drittijiet ta' użu fejn dan ikun oġġettivament ġustifikat. Dak it-tibdil jenħtieġ li jiġi debitament notifikat lill-partijiet interessati kollha fi żmien debitu, li jagħtihom opportunità adegwata li jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar kull emenda bħal dik. Filwaqt li jitqies il-bżonn li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u li tiġi promossa l-prevedibbiltà, kwalunkwe restrizzjoni jew irtirar tad-drittijiet eżistenti ta' użu għall-ispettru tar-radju, jew biex jiġu installati l-faċilitajiet, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal proċeduri prevedibbli u trasparenti; għalhekk jistgħu jiġu imposti rekwiżiti aktar stretti jew mekkaniżmu ta' notifika meta d-drittijiet tal-użu ġew assenjati skont proċeduri kompetittivi jew komparattivi. Barra minn hekk, fil-każ ta' drittijiet individwali ta' użu għall-ispettru tar-radju, id-drittijiet u l-kundizzjonijiet ta' dawn il-liċenzji jenħtieġ li jiġu emendati biss wara konsultazzjoni minn qabel tad-detentur tad-dritt. Minħabba li r-restrizzjoni jew l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet ġenerali jew ta' drittijiet jista' jkollhom konsegwenzi sinifikanti għad-detenturi tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jenħtieġ li jieħdu ħsieb partikolari u jivvalutaw minn qabel il-ħsara potenzjali li tali miżuri jistgħu jikkawżaw qabel ma jadottaw tali miżuri. Proċeduri mhux meħtieġa jenħtieġ li jkunu evitati f'każ ta' emendi minuri fid-drittijiet eżistenti biex jiġu installati l-faċilitajiet jew għall-użu tal-ispettru meta tali emendi ma għandhomx impatt fuq l-interessi tal-partijiet terzi. Il-bidla fl-użu tal-ispettru bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-prinċipji tan-newtralità tas-servizz u tat-teknoloġija jenħtieġ li ma titqiesx bħala ġustifikazzjoni suffiċjenti għall-irtirar tad-drittijiet peress li ma tikkostitwix l-għoti ta' dritt ġdid.

(54)  Emendi żgħar għad-drittijiet u l-obbligi huma dawk l-emendi li jkunu l-aktar amministrattivi, li ma jbiddlux in-natura sostanzjali tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali u tad-drittijiet tal-użu individwali u għaldaqstant ma jistgħux iwasslu għal xi vantaġġ komparattiv għall-impriżi l-oħra.

(55)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jenħtieġ li l-ħtieġa li jiġbru informazzjoni mill-parteċipanti fis-suq sabiex iwettqu b'mod effettiv ix-xogħol tagħhom. Jaf ikun hemm bżonn ukoll li tinġabar din l-informazzjoni f'isem il-Kummissjoni jew il-BEREC, biex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi rispettivi tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni. Il-talbiet għall-informazzjoni jenħtieġ li jkunu proporzjonati u ma jimponux piż żejjed fuq l-impriżi. L-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jenħtieġ li tkun pubblikament disponibbli, ħlief sal-limitu li tkun kunfidenzjali skont ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u bla ħsara għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju.

(56)  Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jwettqu l-kompiti regolatorji tagħhom b'mod effettiv, id-data li jiġbru jenħtieġ li tinkludi data ta' kontabbiltà tas-swieq tal-bejgħ bl-imnut u li jkunu assoċjati ma' swieq li jfornu fi kwantitajiet kbar għall-bejgħ bl-ingrossa meta operatur wieħed ikollu saħħa sinifikanti fis-suq u għalhekk ikunu regolati mill-awtorità regolatorja nazzjonali. Id-data jenħtieġ li tinkludi wkoll data li tippermetti lill-awtorità regolatorja nazzjonali tevalwa l-konformità mal-kundizzjonijiet mehmuża mad-drittijiet ta' użu, l-impatt possibbli mit-titjib jew mill-bidliet li jkunu ppjanati fit-topoloġija tan-netwerks fuq l-iżvilupp tal-kompetizzjoni jew fuq il-prodotti fi kwantità kbira li jsiru disponibbli għall-partijiet l-oħra. Informazzjoni dwar il-komformità mal-obbligi ta' kopertura marbutin mad-drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju hija ċ-ċavetta biex tiġi żgurata l-kompletezza tal-istħarriġ ġeografiku tal-introduzzjoni tan-netwerk imwettaq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. F'dan ir-rigward, huma jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu li t-tagħrif jiġi pprovdut fuq livell lokali diżaggregat bi granularità adegwata biex jitwettaq stħarriġ ġeografiku tan-netwerks.

(57)  Sabiex jittaffew l-obbligi tar-rappurtar u tal-informazzjoni għall-fornituri tan-netwerks u tas-servizzi u għall-awtorità kompetenti kkonċernata, dawn l-obbligi jenħtieġ li jkunu proporzjonati, ġustifikati oġġettivament u limitati strettament għal dak meħtieġ. B'mod partikolari, duplikazzjoni tat-talbiet għall-informazzjoni mill-awtorità kompetenti, u mill-BEREC u l-prova tal-konformità sistematika u regolari mal-kondizzjonijiet kollha skont awtorizzazzjoni ġenerali jew dritt tal-użu jenħtieġ li jiġu evitati. L-obbligi ta' rapportar u ta' informazzjoni għal fornituri tas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li joperaw f'diversi Stati Membri jenħtieġ li, fejn il-fornitur għandu stabbiliment ewlieni fl-Unjoni u jaqa' taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali tal-Istat Membri tal-istabbiliment ewlieni tiegħu, ikunu kkoordinati permezz ta' dak l-Istat Membru, mingħajr preġudizzju għat-talba ta' informazzjoni relatata mal-għoti ta' drittijiet tal-użu għan-numri, l-ispettru tar-radju u għal drittijiet għall-installazzjoni ta' faċilitajiet. Il-BEREC jenħtieġ li jiffaċilita l-fluss ħieles ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati. Tali informazzjoni jenħtieġ li tintalab f'format komuni u standard provdut mill-BEREC. L-impriżi jenħtieġ li jkunu jafu l-użu intenzjonat tal-informazzjoni rikjesta. L-għoti tal-informazzjoni jenħtieġ li ma jkunx kondizzjoni għall-aċċess tas-suq. Għall-għanijiet ta' statiska notifika tista' tkun meħtieġa mill-fornituri ta' netwerks jew servizzi ta' komunkazzjonijiet elettroniċi meta dawn jieqfu mill-attivitajiet tagħhom.

(58)  L-obbligi tal-Istati Membri li jipprovdu kull informazzjoni għad-difiża tal-interessi tal-Unjoni skont ftehimiet itnernazzjonali kif ukoll l-obbligi ta' rapportar taħt leġiżlazzjoni li mhix speċifika għas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bħal-liġi tal-kompetizzjoni jenħtieġ li ma jiġux affettwati.

(59)  L-informazzjoni li hija meqjusa kunfidenzjali minn awtorità kompetenti skont ir-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju u l-protezzjoni tad-data personali, tista' tiġi skambjata mal-Kummissjoni u ma' awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra u mal-BEREC fejn dak l-iskambju huwa meħtieġ għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva . L-informazzjoni mibdula jenħtieġ li tkun limitata għal dak li huwa relevanti u proporzjonat għall-għan ta' dak il-bdil.

(60)  In-netwerks ta' broadband tal-komunikazzjonijiet elettroniċi qed isiru dejjem aktar varjati f'termini ta' teknoloġija, topoloġija, mezz użat u sjieda, għalhekk, l-intervent regolatorju jrid jistrieħ fuq informazzjoni dettaljata dwar il-firxa tan-netwerk sabiex ikun effettiv u biex jiġu mmirati l-oqsma fejn ikun meħtieġ. Dik l-informazzjoni hija essenzjali għall-iskop li tippromwovi l-investiment, iżżid il-konnettività madwar l-Unjoni u tipprovdi informazzjoni lill-awtoritajiet u liċ-ċittadini rilevanti kollha. Hi jenħtieġ li tinkludi stħarriġ li jirrigwardja kemm l-introduzzjoni ta' netwerks ta' kapaċità għolja ħafna, kif ukoll titjib jew estensjonijiet sinifikanti tar-ram eżistenti jew netwerks oħra li jistgħu ma jaqblux mal-karatteristiċi tal-prestazzjoni ta' netwerks ta' kapaċità għolja ħafna f'kull aspett, bħal pereżempju, it-tifrix tal-fibra sal-kabinett akkoppjat ma' teknoloġiji oħra attivi bħall-vectoring. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jiġbru livell ta' preċiżjoni u granularità territorjali tal-informazzjoni li jenħtieġ li timxi skont l-objettiv regolatorju speċifiku, u jenħtieġ li tkun adegwata għall-iskopijiet regolatorji li hija taqdi. Għalhekk, id-daqs tal-unità territorjali se jvarja bejn l-Istati Membri, skont il-ħtiġijiet regolatorji fiċ-ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi, u skont id-disponibbiltà tad-data lokali. Mhux probabbli li l-livell 3 fil-Klassifikazzjoni Komuni ta' Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS) ikun unità territorjali żgħir biżżejjed f'ħafna miċ-ċirkostanzi. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jimxu skont il-linji gwida tal-BEREC dwar l-aħjar prattika biex iwettqu dan il-kompitu, u dawn il-linji gwida se jkunu jistgħu jserrħu fuq l-esperjenza eżistenti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fit-twettiq tal-istħarriġ ġeografiku tat-tifrix tan-netwerks. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li, meta l-informazzjoni għadha mhix disponibbli fis-suq, jagħmlu disponibbli f'format ta' data miftuħa u bla restrizzjonijiet għall-użu mill-ġdid l-informazzjoni miġbura f'dan l-istħarriġ u jenħtieġ li jipprovdu għodod lill-utenti finali dwar il-kwalità tas-servizz biex jikkontribwixxu fit-titjib tal-għarfien tagħhom tas-servizzi ta' konnettività disponibbli. Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu li jkun xieraq, huma jistgħu wkoll jiġbru informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar pjanijiet għall-istabbiliment ta' netwerks b'kapaċità għolja ħafna. Fil-ġbir ta' kwalunkwe parti minn dik l-informazzjoni, l-awtoritajiet ikkonċernati kollha jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipju tal-kunfidenzjalità, u jenħtieġ li jevitaw li joħolqu żvantaġġi kompetittivi għal kwalunkwe operatur.

(61)  It-tnaqqis fid-distakk diġitali fl-Unjoni huwa essenzjali biex jippermetti liċ-ċittadini kollha tal-Unjoni li jkollhom aċċess għal internet u servizzi diġitali tal-ogħla livell. Għal dak l-għan, fil-każ ta' żoni ta' esklużjoni diġitali speċifiċi u definiti sew, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jorganizzaw sejħa għal espressjoni ta' interess bl-għan li jiġu identifikati l-impriżi li jkunu lesti li jinvestu f'netwerks ta' kapaċità għolja ħafna. Fl-interess ta' kundizzjonijiet ta' investiment previdibbli, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkondividu l-informazzjoni mal-impriżi li jesprimu interess fl-introduzzjoni ta' netwerks b'veloċità għolja ħafna dwar jekk tipi oħra ta' titjib fin-netwerk, inklużi dawk ta' veloċità ta' downlaod ta' inqas minn 100 Mbps, huma preżenti ▌fiż-żona inkwistjoni.

(62)  Huwa importanti li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jikkonsultaw mal-partijiet interessati kollha dwar id-deċiżjonijiet proposti, jagħtuhom żmien biżżejjed għall-kumplessità tas-suġġett biex jipprovdu l-kummenti tagħhom, waqt li jitqiesu l-kummenti tagħhom qabel ma tiġi adottata deċiżjoni finali. Sabiex jiġi żgurat li deċiżjonijiet f'livell nazzjonali ma jkollhomx effetti kuntrarji fuq is-suq wieħed jew miri oħra tat-Trattat, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li ukoll jinnotifikaw ċerti abbozzi ta' deċiżjonijiet lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-oħra biex jagħtuhom l-opportunità jikkummentaw. Huwa xieraq li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jikkonsultaw mal-partijiet interessati fuq l-abbozzi kollha tal-miżuri li jenħtieġ li effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-każi fejn japplikaw il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 24 u 34 huma definiti f'din id-Direttiva.

(63)  Sabiex jiġu indirizzati kif jixraq l-interessi taċ-ċittadini, l-Istati Membri jenħtieġ li jimplimentaw mekkaniżmu ta' konsultazzjoni xieraq. Dan il-mekkaniżmu jista' jieħu l-forma ta' entità li, indipendentement mill-awtorità regolatorja nazzjonali u mill-fornituri tas-servizzi, twettaq riċerka dwar kwistjonijiet relatati mal-konsumatur, bħall-imġiba tal-konsumaturi u mekkaniżmi għall-bdil minn fornitur għal ieħor, u li topera b'mod trasparenti u tikkontribwixxi għall-mekkaniżmi eżistenti għall-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati. Barra minn dan, jista' jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-iskop li jippermetti kooperazzjoni xierqa dwar kwistjonijiet relatati mal-promozzjoni ta' kontenut legali. Madankollu, kwalunkwe proċeduri ta' kooperazzjoni maqbula skont tali mekkaniżmu jenħtieġ li ma jippermettux sorveljanza sistematika ta' użu tal-Internet.

(64)  Fil-każ ta' tilwim bejn żewġ impriżi fl-istess Stat Membru f'żona koperta b'din id-Direttiva, pereżempju li tirrelata ma' obbligi għall-aċċess jew interkonnessjoni jew mal-mezzi tat-trasferimenti tal-listi tal-utenti finali, il-parti milquta li tkun innegozjat in bona fide iżda li naqset li tilħaq ftehim jenħtieġ li tkun tista' titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali biex tirriżolvi t-tilwim. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jimponu soluzzjoni fuq il-partijiet. L-intervent ta' awtorità regolatorja nazzjonali fis-soluzzjoni tat-tilwim bejn fornituri ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet pubbliċi jew servizzi fi Stat Membru jenħtieġ li jfittex li jassigura l-konformità mal-obbligi li joħorġu taħt din id-Direttiva.

(65)  B'żieda mad-drittijiet ta' rikors mogħtija taħt id-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni, hemm il-ħtieġa ta' proċedura sempliċi li għandha tinbeda fuq it-talba ta' xi wieħed mill-partijiet fit-tilwim, biex jiġi solvut tilwim transfruntier bejn l-impriżi li jipprovdu jew awtorizzati li jipprovdu netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fi Stati Membri differenti.

(66)  Kompitu importanti assenjat lill-BEREC huwa li meta jkun xieraq jadotta deċiżjonijiet fir-rigward ta' tilwim transkonfinali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li għalhekk jimplimentaw bis-sħiħ id-deċiżjoni meħuda mill-BEREC fil-miżuri tagħhom li jimponu xi obbligu fuq impriża jew inkella jsolvu t-tilwim f'dawn il-każijiet.

(67)  In-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-approċċi tagħhom għall-allokazzjoni u l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-ispettru tar-radju kif ukoll fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' interferenza fuq skala kbira jista' jkollu impatt serju fuq l-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw ma' xulxin billi jieħdu vantaġġ sħiħ mill-bon offiċji tal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG). Barra minn hekk, il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri biex isolvu l-interferenza li tagħmel il-ħsara jenħtieġ li ssir dejjem aktar effiċjenti, billi l-RSPG jintuża bħala mezz li jiffaċilita s-soluzzjoni tat-tilwim. Filwaqt li jitqiesu t-tħassib u l-għanijiet speċifiċi tal-Unjoni, jenħtieġ li tingħata preferenza lil tali proċess ta' soluzzjoni tat-tilwim tal-Unjoni dwar kwistjonijiet transkonfinali bejn l-Istati Membri, bi prijorità fuq kull tilwim taħt id-dritt internazzjonali.

(68)  Il-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG) huwa grupp konsultattiv ta' livell għoli li nħoloq mill-Kummissjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern u biex jappoġġja l-iżvilupp ta' politika tal-ispettru tar-radju fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, politiċi, kulturali, strateġiċi, tas-saħħa u soċjali, kif ukoll il-parametri tekniċi. Għall-finijiet tar-rwol tiegħu biex ikompli jssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, l-RSPG jenħtieġ li jiġi stabbilit f'din id-Direttiva. Jenħtieġ li jkun magħmul mill-kapijiet tal-korpi li jenħtieġ li responsabbiltà politika ġenerali tal-politika strateġika tal-ispettru. Hu jenħtieġ li jgħin u jagħti pariri lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fir-rigward tal-politika tal-ispettru. Dan jenħtieġ li jkompli jżid il-viżibbiltà tal-politika tal-ispettru f'diversi oqsma tal- politika tal-UE u jgħin biex tiġi żgurata koerenza intersettorjali fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni. Jenħtieġ li jagħti parir ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fuq talba tagħhom. Barra minn hekk, il-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju jenħtieġ li jkun ukoll forum għall-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-obbligi tagħhom marbuta mal-ispettru tar-radju skont din id-Direttiva u jenħtieġ li jkollu sehem ċentrali fl-oqsma essenzjali għas-suq intern bħall-koordinazzjoni transkonfinali jew l-istandardizzazzjoni. Jistgħu jinħolqu gruppi ta' ħidma tekniċi jew ta' esperti biex jassistu fil-laqgħat plenarji, fejn il-politika strateġika titfassal permezz ta' rappreżentanti tal-livell għoli tal-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(69)  Fil-kuntest ta' ambjent kompetittiv, il-veduti tal-partijiet interessati, inklużi l-utenti u l-konsumaturi, jenħtieġ li jitqiesu mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali meta jittrattaw kwistjonijiet li jirrelataw mad-drittijiet tal-utenti finali. Il-proċeduri ta' ftehim għat-tilwim barra mill-qorti jistgħu jikkostitwixxu mod rapidu u kosteffiċjenti biex l-utenti finali jinfurzaw id-drittijiet tagħhom, b'mod partikolari għall-konsumaturi u l-impriżi mikro u żgħar. Għal tilwim tal-konsumaturi, proċeduri effettivi, mhux diskriminatorji u mhux għaljin li jsolvu t-tilwim tagħhom mal-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli huma diġà żgurati bid-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21) għal dak li jikkonċerna t-tilwim kuntrattwali rilevanti u l-konsumatur hu residenti u l-impriża hija stabbilita fl-Unjoni. Peress li ħafna Stati Membri waqqfu proċeduri ta' soluzzjoni tat-tilwim anke għall-utenti finali għajr il-konsumaturi, li għalihom id-Direttiva 2013/11/UE ma tapplikax, hu raġonevoli li tinżamm l-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim speċifika għas-settur kemm għall-konsumaturi kif ukoll, fejn l-Istati Membri jestenduha, għall-utenti finali, b'mod partikolari għall-impriżiriżi mikro u żgħar. Jenħtieġ li jkun dejjem permess għall-konsumaturi li jsolvu t-tilwim tagħhom mal-fornituri tan-netwerks u tas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi permezz ta' soluzzjoni tat-tilwim speċifika għas-settur, jekk huma jixtiequ jagħmlu dan. Fid-dawl tal-għarfien espert settorjali profond tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jippermettu lill-awtorità regolatorja nazzjonali li taġixxi bħala entità ta' soluzzjoni tat-tilwim, permezz ta' korp separat fi ħdan dik l-awtorità li jenħtieġ li ma tkunx soġġetta għal kwalunkwe struzzjonijiet. Il-proċeduri tas-soluzzjoni tat-tilwim skont din id-Direttiva li jinvolvu l-konsumaturi jenħtieġ li jkunu soġġetti għal proċeduri ċari u effiċjenti u għar-rekwiżiti ta' kwalità stabbiliti fil-Kapitolu II tad-Direttiva 2013/11/UE.

(70)   L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jimmonitorjaw u jiżguraw il-konformità mat-termini u l-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali u d-drittijiet tal-użu, u b'mod partikolari biex jiżguraw l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispettru u l-konformità mal-kopertura u l-obbligi tal-kwalità tas-servizz, permezz ta' sanzjonijiet finanzjarji jew amministrattivi inklużi inibizzjonijiet u rtirar ta' drittijiet ta' użu fil-każ ta' ksur ta' dawk it-termini u l-kundizzjonijiet. L-impriżi jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni mill-aktar preċiża u sħiħa possibbli lill-awtoritajiet kompetenti biex jippermettulhom jissodisfaw il-kompiti ta' sorveljanza tagħhom. Sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta' ostakli għad-dħul fis-suq, jiġifieri permezz tal-ħżin antikompetittiv, l-infurzar ta' kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-ispettru mill-Istati Membri jenħtieġ li jittejjeb u l-awtoritajiet kompetenti kollha lil hinn mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jieħdu sehem. Il-kundizzjonijiet ta' infurzar jenħtieġ li jinkludu l-applikazzjoni tas-soluzzjoni "tużah jew titilfu" biex jikkontrobilanċa ż-żmien twil tad-drittijiet. Għal dan l-għan, in-negozjar u l-lokazzjoni tal-ispettru jenħtieġ li jitqiesu bħala modalitajiet li jiżguraw l-użu effettiv mid-detentur oriġinali tad-dritt. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-esponiment possibbli għal sanzjoni għal nuqqas ta' użu għall-ispettru, limiti ta' użu, fost oħrajn f'termini ta' żmien, kwantità jew identità tal-ispettru, jenħtieġ li jkunu ddefiniti minn qabel.

(70a)  L-għoti tad-drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju għal 25 sena jew aktar jenħtieġ li jkun soġġett għal kondizzjonijiet li jenħtieġ li l-għan li jiżguraw li l-objettivi ta' interess ġenerali, bħall-użu effiċjenti u effettiv u kunsiderazzjonijiet relatati mal-ordni pubbliku, is-sigurtà u d-difiża jkunu mħarsa. Tali drittijiet għall-użu jenħtieġ li għalhekk ikunu soġġetti għal valutazzjoni ta' nofs it-terminu wara mhux iktar minn għaxar snin.

(71)  Il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġi stipulati mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali u mad-drittijiet individwali tal-użu, jenħtieġ li jkunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti u l-obbligi bil-liġi nazzjonali u bil-liġi nazzjonali u tal-Unjoni.

(72)  Kull parti soġġetta għal deċiżjoni ta' awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha d-dritt għal appell quddiem korp li hu indipendenti mill-partijiet involuti u minn kull intervent estern jew pressjoni politika li tista' tfixkel il-valutazzjoni indipendenti tas-suġġetti li jidhru quddiemha. Dak il-korp jista' jkun qorti. B'żieda, kull impriża li tqies li l-applikazzjonijiet tagħha għall-għoti ta' drittijiet ta' faċilitajiet ta' installazzjoni ma ġewx ittrattati skont il-prinċipji stipulati f'din id-Direttiva jenħtieġ li jkollha d-dritt li tappella kontra dawk id-deċiżjonijiet. Din il-proċedura tal-appell jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-diviżjoni tal-kompetenzi fi ħdan is-sistemi nazzjonali ġudizzjarji u tad-drittijiet ta' entitajiet ġuridiċi u persuni fiżiċi taħt id-dritt nazzjonali. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu rieżami ġudizzjarju effettiv fir-rigward ta' tali deċiżjonijiet.

(73)  Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għal atturi fis-swieq, korpi ta' appell jenħtieġ li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod effettiv; B'mod partikolari l-proċeduri ta' appell ma jenħtieġ li ma jkunux twal indebitament. Miżuri interim li jissospendu l-effett tad-deċiżjoni ta' awtorità kompetenti jenħtieġ li jingħataw biss f'każijiet urġenti sabiex ma jitħalliex li ssir ħsara kbira u irreparabbli lill-parti li tkun qed titlob dawk il-miżuri u jekk il-bilanċ tal-interessi jirrikjedi li jsir hekk.

(74)  Kien hemm diverġenza wiesgħa fil-mod kif il-korpi tal-appell kienu japplikaw il-miżuri interim biex jissospendu d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Sabiex tinkiseb aktar konsistenza fl-istrateġiji, jenħtieġ li jiġu applikati standards komuni konformement mal-ġurisprudenza tal-Unjoni. Il-korpi ta' appell jenħtieġ li ukoll ikunu intitolati jitolbu informazzjoni disponibbli pubblikata mill-BEREC. Fid-dawl tal-importanza tal-appelli għall-funzjonament ġenerali tal-qafas regolatorju, jenħtieġ li jinħoloq mekkaniżmu għall-ġbir ta' informazzjoni fuq appelli u deċiżjonijiet sabiex ikunu jistgħu jiġu sospiżi deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif ukoll għar-rappurtar ta' dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-BEREC. Il-mekkaniżmu jenħtieġ li jiżgura li l-Kummissjoni jew il-BEREC jistgħu jiksbu mill-Istati Membri t-test tad-deċiżjonijiet u s-sentenzi bil-ħsieb li tiġi żviluppata bażi tad-data.

(74a)  It-trasparenza fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tal-Unjoni għall-konsolidament tas-suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi jenħtieġ li tiżdied fl-interess taċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati u sabiex tippermetti lill-partijiet ikkonċernati biex jesprimu l-fehmiet tagħhom, inkluż billi titlob lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jippubblikaw kwalunkwe abbozz ta' miżura fl-istess ħin li tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni, lill-BEREC u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fi Stati Membri oħra. Kwalunkwe abbozz ta' miżura jenħtieġ li tkun mmotivata u jenħtieġ li jkollha analiżi dettaljata.

(75)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista', wara li tqis bis-sħiħ l-opinjoni tal-BEREC, teżiġi li l-awtorità regolatorja nazzjonali li tirtira abbozz ta' miżura fejn ikun jikkonċerna definizzjoni tas-swieq relevanti jew in-nomina jew le ta' impriżi b'saħħa sinifikanti fis-suq, u fejn dawk id-deċiżjonijiet joħolqu ostaklu għas-suq wieħed jew ikunu inkompattibbli mal-liġi tal-Unjoni u b'mod partikolari mal-politika tal-miri li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jsegwu. Din il-proċedura hi mingħajr preġudizzju għall-proċedura ta' notifika li għaliha tipprovdi d-Direttiva 2015/1535/UE u għall-prerogattivi tal-Kummissjoni skont it-Trattat dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni.

(76)  Il-konsultazzjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 24 jenħtieġ li ssir qabel il-konsultazzjoni prevista bil-liġi tal-Unjoni skont l-Artikoli 34 u 35 ta' din id-Direttiva, sabiex il-fehmiet tal-partijiet interessati jiġu riflessi fil-konsultazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. B'hekk tiġi evitata wkoll il-ħtieġa għal konsultazzjoni oħra tal-liġi tal-Unjoni fil-każ ta' tibdiliet għal miżura ppjanata minħabba l-konsultazzjoni nazzjonali.

(77)  Huwa importanti li l-qafas regolatorju jiġi implimentat tempestivament. Meta l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni li tirrikjedi lil awtorità regolatorja nazzjonali li tirtira miżura ppjanata, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata jenħtieġ li tissottometti miżura riveduta lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li tiġi stabbilita skadenza għan-notifika tal-miżura riveduta lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 34 sabiex tippremetti l-atturi tas-suq ikunu jafu kemm se ddum l-analiżi tas-suq, kif ukoll biex tiżdied iċ-ċertezza legali.

(78)  Il-mekkaniżmu tal-Unjoni li jippermetti lill-Kummissjoni titlob lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jirtiraw miżuri ppjanati rigward id-definizzjoni tas-suq u n-nomina tal-operaturi li jkollhom poter sinifikanti fis-suq ikkontribwixxa b'mod sinifikanti lejn approċċ konsistenti biex jiġu identifikati ċ-ċirkostanzi li fihom tista' tiġi applikata regolamentazzjoni ex ante u dawk li fihom l-operaturi huma suġġetti għal tali regolamentazzjoni. L-esperjenza tal-proċeduri skont l-Artikolu 7 u 7a tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru) uriet li l-inkonsistenzi fil-mod kif l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali japplikaw ir-rimedji b’kundizzjonijiet simili tas-suq jolqtu ħażin lis-suq intern tal-komunikazzjoni elettronika. Għalhekk, il-Kummissjoni u l-BEREC jenħtieġ li jieħdu sehem biex fit-territorji rispettivi tagħhom jiżguraw livell ogħla ta' konsistenza fl-applikazzjoni tar-rimedji b'rabta mal-abbozzi tal-miżuri proposti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Barra minn hekk, fejn il-BEREC jaqsam it-tħassib tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun kapaċi li tirrikjedi lill-awtorità regolatorja nazzjonali tirtira l-abbozz ta' miżura. Sabiex tibbenefika mill-għarfien espert tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-analiżi tas-suq, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta lill-BEREC qabel l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet u/jew ir-rakkomandazzjonijiet tagħha.

(79)  Fid-dawl tal-iskadenzi qosra fil-mekkaniżmu tal-Unjoni tal-konsultazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat biex tadotta rakkomandazzjonijiet u/jew linji gwida li jissimplifikaw il-proċeduri għall-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, pereżempju f'każijiet li jirrigwardaw swieq stabbli, jew li jinvolvu biss emendi minuri għal miżuri li diġà ġew innotifikati. Il-Kummissjoni jenħtieġ li wkoll tingħata s-setgħa tippermetti eżenzjoni min-notifika sabiex jitħaffu l-proċeduri f'ċerti każijiet.

(80)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu meħtieġa li jikkooperaw ma' xulxin, mal-BEREC u mal-Kummissjoni b'mod trasparenti biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti fl-Istati Membri kollha tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

(81)  Is-setgħat tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jiġu rrikonċiljati mal-iżvilupp ta' prattiċi regolatorji konsistenti kif ukoll mal-applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju, bil-għan li jikkontribwixxu b'mod effettiv għall-iżvilupp u għall-ikkompletar tas-suq intern. Għaldaqstant, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jappoġġaw l-attivitajiet tal-Kummissjoni marbutin mas-suq intern, kif ukoll dawk tal-BEREC.

(82)  Miżuri li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri huma miżuri li jista' jkollhom influwenza, diretta jew indiretta, attwali jew potenzjali, fuq ix-xejra tal-Kummerċ bejn l-Istati Membri b'mod li jista' jinħoloq ostaklu għas-suq wieħed. Jikkomprendu miżuri li jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq l-operaturi jew l-utenti fi Stati Membri oħra, li jinkludu, inter alia: miżuri li jaffettwaw il-prezzijiet għall-utenti fi Stati Membri oħra; miżuri li jaffettwaw l-abbiltà ta' impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor li tipprovdi servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, b'mod partikolari miżuri li jaffettwaw l-abbiltà li jiġu offruti servizzi fuq bażi transnazzjonali; u miżuri li jaffettwaw l-istruttura tas-suq jew l-aċċess, li jwasslu għal riperkussjonijiet għal impriżi fi Stati Membri oħra.

(83)  Meta twettaq l-analiżi tagħha tal-funzjonament ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa jekk, fid-dawl ta' żviluppi fis-suq u fir-rigward kemm tal-kompetizzjoni u kemm tal-ħarsien tal-konsumatur, hemmx ħtieġa kontinwa għad-dispożizzjonijiet dwar regolamentazzjoni ex ante speċifika skont is-setturi jew jekk dawn id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jiġu emendati jew imħassra.

(84)  Bis-saħħa tal-għarfien espert ekonomiku u l-għarfien tas-suq globali tagħhom, u tal-karattru oġġettiv u tekniku tal-valutazzjonijiet tagħhom, u sabiex tiġi żgurata l-koerenza ma' kompiti oħra tagħhom tar-regolamentazzjoni tas-suq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jiddeterminaw l-elementi tal-proċeduri tal-għażla u l-kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-użu għall-ispettru li jenħtieġ li l-akbar impatt fuq il-kundizzjonijiet tas-suq u s-sitwazzjoni kompetittiva, inklużi l-kundizzjonijiet għad-dħul u l-espansjoni. Dan jinkludi, pereżempju, il-parametri għall-valutazzjoni ekonomika tal-ispettru f'konformità ma' din id-Direttiva, l-ispeċifikazzjoni ta' miżuri regolatorji u l-miżuri li jiffurmaw is-suq bħall-użu tal-limiti tal-ispettru jew ir-riżerva tal-ispettru jew l-impożizzjoni tal-obbligi għall-aċċess bl-ingrossa, jew il-mezzi biex jiġu definiti kundizzjonijiet tal-kopertura marbuta mad-drittijiet tal-użu. Użu aktar konverġenti u definizzjoni ta' dawn l-elementi tingħata preferenza minn mekkaniżmu ta' koordinazzjoni li permezz tiegħu l-BEREC, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra jirrieżaminaw l-abbozz tal-miżuri qabel l-għoti tad-drittijiet tal-użu minn Stat Membru partikolari fl-istess ħin tal-konsultazzjoni pubblika nazzjonali. Il-miżura stabbilita mill-awtorità regolatorja nazzjonali tista' tkun biss subsett ta' miżura nazzjonali usa' li b'mod ġenerali tista' tikkonsisti fl-għoti, in-negozjar u l-lokazzjoni, id-durata, it-tiġdid jew l-emendar tad-drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju kif ukoll tal-proċedura tal-għażla jew tal-kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-użu. Għalhekk, meta jinnotifikaw l-abbozz ta' miżura, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar abbozz ta' miżuri nazzjonali oħra relatati mal-proċedura tal-għażla rilevanti għal-limitazzjoni tad-drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju li mhumiex koperti mill-mekkaniżmu tal-evalwazzjoni bejn il-pari.

(85)  Fejn l-assenjazzjoni armonizzata ta' frekwenzi tar-radju lil impriżi partikolari tkun ġiet miftiehma f'livell Ewropew, l-Istati Membri jenħtieġ li strettament jimplimentaw dak il-ftehim fl-għoti tad-drittijiet għall-użu għal frekwenzi tar-radju mill-pjan nazzjonali għall-użu tal-frekwenzi.

(86)  L-Istati Membri jenħtieġ li jitħeġġu jikkunsidraw awtorizzazzjonijiet konġunti bħala għażla meta joħorġu d-drittijiet ta' użu fejn l-użu mistenni jkopri sitwazzjonijiet transkonfinali.

(87)  Kwalunkwe deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 38(1) jenħtieġ li tkun limitata għal prinċipji, approċċi u metodoloġiji regolatorji. Sabiex ikun evitat id-dubju, jenħtieġ li ma tinkludix dettall li s-soltu jkollu jirrifletti ċ-ċirkustanzi nazzjonali, u jenħtieġ li ma tipprojbixxix approċċi alternattivi li jkun mistenni b'mod raġonevoli li jkollhom effett ekwivalenti. Tali deċiżjoni jenħtieġ li tkun proporzjonata u jenħtieġ li ma jkollhiex effett fuq deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li ma joħolqux ostaklu għas-suq intern.

(88)  L-Unjoni u l-Istati Membri daħlu fi rbit b'relazzjoni mal-istandards u l-kwadru regolatorju tan-networks u tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

(89)  L-istandardizzazzjoni jenħtieġ li tibqa' primarjament proċess immexxi mis-suq. Iżda xorta waħda jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn ikun adattat li tenħtieġ konformità ma' standards speċifiċi fil-livell tal-Unjoni biex tiġi mtejba l-interoperabbiltà, il-libertà tal-għażla għall-utenti u tiġi mħeġġa l-interkonnessjoni fis-suq uniku. Fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2015/1535/UE. Il-proċeduri tal-istandardizzazzjoni skont din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar it-Tagħmir tar-Radju 2014/53/UE, id-Direttiva dwar il-Vultaġġ Baxx 2014/35/UE u d-Direttiva dwar il-Kompatibbiltà Elettromanjetika 2014/30/UE.

(90)  Il-fornituri ta' netwerks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku, jew it-tnejn li huma, jenħtieġ li jkunu obbligati li jieħdu l-miżuri biex jipproteġu s-sigurtà tan-netwerks u tas-servizzi tagħhom, rispettivament, u jipprevjenu jew jimminimizzaw l-impatt tal-inċidenti tas-sigurtà, inklużi inċidenti kkawżati minn ħtif ta' apparati. Wara li jikkunsidraw l-aktar teknoloġiji avvanzati, dawk il-miżuri jenħtieġ li jiggarantixxu livell adatt ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni għar-riskju maħluq. Il-miżuri ta' sigurtà tal-anqas jenħtieġ li jqisu l-aspetti rilevanti kollha ta' dawn l-elementi li ġejjin: fir-rigward tas-sigurtà tan-netwerks u l-faċilitajiet: sigurtà fiżika u ambjentali, sigurtà tal-fornimenti, kontroll tal-aċċess għan-netwerks u integrità tan-netwerks; fir-rigward tal-ġestjoni tal-inċidenti: proċeduri tal-ġestjoni tal-inċidenti, il-kapaċità ta' detezzjoni tal-inċident, ir-rapportar tal-inċidenti u l-komunikazzjoni; fir-rigward tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-attività: strateġija għall-kontinwità tas-servizz u l-pjanijiet ta' kontinġenza, il-kapaċitajiet ta' rkupru minn diżastru; u fir-rigward tal-monitoraġġ, l-awditjar u l-ittestjar: politiki ta' monitoraġġ u reġistrazzjoni, eżerċizzju ta' pjanijiet ta' kontinġenza, l-ittestjar tan-netwerk u s-servizzi, valutazzjonijiet tas-sigurtà u l-monitoraġġ tal-konformità; u konformità mal-istandards internazzjonali.

(91)  Minħabba l-importanza li qed tikber tas-servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, hemm bżonn li jiġi żgurat li dawn ikunu wkoll soġġetti għal rekwiżiti xierqa ta' sigurtà skont in-natura speċifika u l-importanza ekonomika tagħhom. Għalhekk fornituri ta' servizzi bħal dawn jenħtieġ li jiżguraw livell ta' sigurtà proporzjonat għall-grad ta' riskju għas-sigurtà tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jipprovdu. Peress li l-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri normalment ma jeżerċitawx kontroll effettiv fuq it-trażmissjoni tas-sinjali fuq in-netwerks, il-grad tar-riskju għal dawn is-servizzi jista' jitqies, f'ċerti aspetti, inqas milli għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tradizzjonali. Għalhekk, meta dan ikun iġġustifikat, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji tas-sigurtà involuti, ir-rekwiżiti tas-sigurtà għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri jenħtieġ li jkunu inqas stretti. F'dan il-kuntest, il-fornituri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeċiedu dwar il-miżuri li huma jikkunsidraw xierqa biex jiġġestixxu r-riskji għas-sigurtà tas-servizzi tagħhom. L-istess approċċ jenħtieġ li japplika mutatis mutandis għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali li jużaw in-numri u li ma jeżerċitawx kontroll effettiv fuq trażmissjoni tas-sinjali.

(91a)  Il-fornituri ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet jew ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli publikament jenħtieġ li jinformaw lill-utenti bil-miżuri li jistgħu jieħdu sabiex jipproteġu s-sigurtà tal-komunikazzjonijiet tagħhom, bħal pereżempju billi jużaw tipi speċifiċi ta' softwer jew teknoloġiji ta' kriptaġġ. Ir-rekwiżit li l-utenti jiġu infurmati b'riskji ta' sigurtà partikolari jenħtieġ li ma jeħlisx lil fornitur mill-obbligu li jieħu, spejjez tiegħu, miżuri adatti u immedjati biex iffittex li jipprevjeni jew jirrimedja kwalunkwe riskju ta' sigurtà ġdid u imprevist u li jistabbilixxi mill-ġdid il-livell ta' sigurtà normali. Il-forniment tal-informazzjoni dwar ir-riskji ta' sigurtà għall-abbonat jenħtieġ li jkun mingħajr ħlas.

(91b)  Sabiex ikunu salvagwardjati s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u s-servizzi, jenħtieġ li jiġi promoss l-użu tal-kriptaġġ minn tarf għall-ieħor u, fejn meħtieġ, ikun obbligatorju skont il-prinċipji tas-sigurtà u l-privatezza b'mod awtomatiku u fid-disinn.

(92)  L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiżguraw li jinżammu l-integrità u s-sigurtà tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet. L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) jenħtieġ li tikkontribwixxi għal livell imsaħħaħ tas-sigurtà tal-komunikazzjonijiet elettroniċi billi, fost affarijiet oħra, tgħin lill-Istati Membri fil-prevenzjoni u s-soluzzjoni tal-problemi tas-suq intern potenzjali minħabba kunflitti partikolari ta' ċerti miżuri tas-sigurtà, toħroġ linji gwida, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BEREC u l-Kummissjoni dwar kriterji tas-sigurtà, tipprovdi l-konsulenza u l-parir espert, kif ukoll billi tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkollhom il-mezzi meħtieġa biex iwettqu d-doveri tagħhom, inklużi s-setgħat li jitolbu l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jivvalutaw il-livell ta' sigurtà tan-netwerks jew tas-servizzi. Huma jenħtieġ li jkollhom ukoll is-setgħa li jitolbu data komprensiva u affidabbli dwar l-inċidenti attwali ta' sigurtà li kellhom impatt sinifikanti fuq it-tħaddim tan-netwerks u tas-servizzi. Dawn jistgħu, fejn hemm bżonn, jiġu assistiti mill-Iskwadra ta' Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (CSIRTs), stabbilit skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/1148(22). B'mod partikolari, is-CSIRTs jistgħu jkunu meħtieġa li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni dwar ir-riskji u l-inċidenti li jaffettwaw in-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli u jirrakkomandaw modi li jindirizzawhom.

(93)  Fejn il-forniment tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jiddependi fuq ir-riżorsi pubbliċi li l-użu tagħhom huwa soġġett għal awtorizzazzjoni speċifika, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-awtorità kompetenti għall-ħruġ tiegħu d-dritt li timponi tariffi sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu possibbli ta' dawn ir-riżorsi skont il-proċeduri previsti f'din id-Direttiva. F'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Istati Membri ma jistgħux jimponu miżati jew tariffi fir-rigward tal-provvista tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi minbarra dawk previsti minn din id-Direttiva. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom approċċ koerenti għall-istabbiliment ta' dawn il-miżati jew it-tariffi sabiex ma jipprovdux piż finanzjarju żejjed marbut mal-proċedura ta' awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet tal-użu għall-fornituri ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

(94)  Biex jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi, it-tariffi jenħtieġ li jirriflettu s-sitwazzjoni ekonomika u teknika tas-suq ikkonċernat kif ukoll kull fattur sinifikanti li jiddetermina l-valur tagħhom. Fl-istess waqt, it-tariffi jenħtieġ li jiġu stabbiliti b'mod li jippermetti l-innovazzjoni fil-provvista tan-netwerks u tas-servizzi kif ukoll il-kompetizzjoni fis-suq. Għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li t-trariffi għad-drittijiet tal-użu jiġu stabbiliti abbażi ta' mekkaniżmu li jipprovdi għal salvagwardji xierqa kontra eżiti li bihom il-valur tat-tariffi jiġi distort bħala riżultat ta' politiki ta' massimizzazzjoni tad-dħul, ta' offerti antikompetittivi jew imġiba simili. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-għan li għalih jintużaw it-tariffi għad-drittijiet ta' użu u d-drittijiet biex jiġu installati l-faċilitajiet. Dawk it-tariffi jistgħu pereżempju jintużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti li ma jistgħux jiġu koperti bil-ħlasijiet amministrattivi. Fejn, fil-każ ta' proċeduri ta' għażla kompetittivi jew komparattivi, tariffi għad-drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju jikkonsistu kollha kemm huma jew parzjalment f'ammont ta' darba biss, l-arranġamenti tal-ħlas jenħtieġ li jiżguraw li dawk it-tariffi fil-prattika ma jwasslux għal għażla fuq il-bażi ta' kriterji li mhumiex relatati mal-mira li jiġi żgurat l-aħjar użu tal-ispettru tar-radju. Il-Kummissjoni tista' tippubblika fuq bażi regolari studji komparattivi u gwida oħra kif inhu xieraq fir-rigward tal-aħjar prattiċi għall-assenjament tal-ispettru tar-radju, l-assenjament ta' numri jew l-għoti ta' drittijiet ta' passaġġ.

(95)  It-tariffi imposti fuq l-impriżi għad-drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet dwar jekk għandhomx jingħataw tali drittijiet u kif jista' jsir l-aħjar użu tar-riżorsi tal-ispettru tar-radju. Bil-ħsieb li jiġi żgurat użu effiċjenti u mill-aqwa, meta jistabbilixxu l-prezzijiet ta' riżerva, l-Istati Membri jenħtieġ li għalhekk jiżguraw li dawn jirriflettu l-użu alternattiv tar-riżors u l-ispejjeż addizzjonali marbuta mat-twettiq tal-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni imposti biex jiġu segwiti l-għanijiet ta' politika li ma jkunux raġonevolment mistennija li jintlaħqu skont l-istandards kummerċjali normali, bħalma huma l-kundizzjonijiet ta' kopertura territorjali.

(96)  L-aqwa użu tar-riżorsi tal-ispettru tar-radju jiddependi fuq id-disponibbiltà tan-netwerks u l-faċilitajiet assoċjati. F'dan ir-rigward, it-tariffi għad-drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju u għad-drittijiet biex jiġu installati l-faċilitajiet jenħtieġ li jqisu l-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-infrastruttura bil-ħsieb li jinkiseb l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu għall-modalitajiet tal-ħlas tat-tariffi għad-drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju marbuta mad-disponibbiltà attwali tar-riżorsi b'mod li jiffaċilita l-investimenti meħtieġa biex jiġi promoss żvilupp bħal dan. Il-modalitajiet jenħtieġ li jiġu speċifikati b’mod oġġettiv, trasparenti, proporzjonat u mhux diskriminatorju qabel jinfetħu proċeduri għall-għoti ta' drittijiet għall-użu tal-ispettru u t-tariffi jenħtieġ li jiġu definiti b'mod ċar.

(97)   Jenħtieġ li jkun żgurat li jkunu jeżistu proċeduri għall-għoti ta' drittijiet għall-installazzjoni ta' faċilitajiet li jkunu f'waqthom, mhux diskriminatorji u trasparenti, sabiex jiġu garantiti l-kondizzjonijiet għall-kompetizzjoni ġusta u effettiva. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw l-esproprjazzjoni jew l-użu tal-proprjetà, eżerċizzju normali tad-drittijiet fuq il-proprjetà, l-użu normali tad-dominju pubbliku, jew għall-prinċipju tan-newtralità fir-rigward tar-regoli fl-Istati Membri li jirregolaw is-sistema tas-sidien tal-proprjetà.

(98)  Il-permessi maħruġa lill-fornituri tan-netwerks u s-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex ikollhom aċċess għall-proprjetà privata jew pubblika huma fatturi essenzjali għall-istabbiliment ta' netwerks tal-komunikazzjoni elettronika jew ta' elementi ġodda tan-netwerk. Il-komplessità u d-dewmien bla bżonn fil-proċeduri għall-għoti tad-drittijiet ta' passaġġ jistgħu għalhekk jirrappreżentaw ostakli importanti għall-iżvilupp tal-kompetizzjoni. Konsegwentement, l-akkwist tad-drittijiet għall-passaġġ mill-impriżi awtorizzati jenħtieġ li jkun simplifikat. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkoordinaw l-akkwist tad-drittijiet ta' passaġġ, billi jagħmlu l-informazzjoni rilevanti aċċessibbli fuq is-siti web tagħhom.

(99)  Jeħtieġ li jissaħħu s-setgħat tal-Istati Membri fir-rigward tad-detenturi tad-drittijiet ta' passaġġ, sabiex jiżguraw l-introduzzjoni jew il-firxa ta' netwerk ġdid b'mod ġust, effiċjenti u li jirrispetta l-ambjent u indipendentement minn kwalunkwe obbligu fuq operatur b'saħħa sinifikanti fis-suq biex jagħti aċċess lin-netwerk ta' komunikazzjoni elettronika tiegħu. It-titjib tal-kondiviżjoni tal-faċilitajiet jista' jnaqqas l-impatt ambjentali ġenerali tat-tqegħid ta' infrastruttura tal-komunikazzjoni elettronika u jservi s-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika u jissodisfa l-għanijiet tal-ippjanar tal-bliet u l-irħula. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jirrikjedu li l-impriżi li jkunu bbeneifikaw minn drittijiet li jinstallaw faċilitajiet f'proprjetà pubblika jew privata jikkondividu tali faċilitajiet jew proprjetà (inkluża l-kolokazzjoni fiżika) wara perjodu xieraq ta' konsultazzjoni pubblika, li matulu l-partijiet interessati kollha jenħtieġ li jingħataw l-opportunità li jagħtu l-opinjoni tagħhom, fl-oqsma speċifiċi fejn ir-raġunijiet ta' interess ġenerali jimponu tali kondiviżjoni. Dan jista' jkun il-każ, pereżempju, fejn hemm konġestjoni kbira fis-sottoswol u fejn hemm bżonn li jingħeleb ostaklu naturali. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li, b'mod partikolari, ikunu jistgħu jimponu l-qsim ta' elementi tan-netwerk u faċilitajiet assoċjati, bħal tubi, kondjuwits, arbli, toqob tal-ispezzjonar u kaxxi tat-triq, torrijiet u kostruzzjonijiet ta' appoġġ oħra, bini jew dħul għal bini, u koordinazzjoni aħjar ta' xogħlijiet ċivili għal raġunijiet ambjentali jew raġunijiet oħra ta' politika pubblika. Għall-kuntrarju, jenħtieġ li jkun kompitu tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jiddefinixxu r-regoli dwar it-tqassim tal-ispejjeż tal-kondiviżjoni tal-faċilità jew il-proprjetà u jenħtieġ li jiżguraw li jkun hemm tqassim xieraq tar-riskju bejn l-impriżi konċernati. Fid-dawl tal-obbligi imposti bid-Direttiva 2014/61/UE, l-awtoritajiet kompetenti, partikolarment l-awtoritajiet lokali, jenħtieġ li jistabbilixxu wkoll proċeduri ta' koordinazzjoni xierqa, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fir-rigward ta' xogħlijiet pubbliċi u faċilitajiet jew proprjetà pubbliċi xierqa oħra li jistgħu jinkludu proċeduri li jiżguraw li partijiet interessati jenħtieġ li informazzjoni rigward faċilitajiet jew proprjetà pubbliċi xierqa u xogħlijiet pubbliċi għaddejjin u pjanati, li huma jiġu notifikati dwar tali xogħlijiet f'manjiera f'waqtha, u li l-qsim jiġi kemm jista' jkun iffaċilitat.

(100)  Fejn operaturi mobbli jkunu meħtieġa li jaqsmu torrijiet jew arbli għal raġunijiet ambjentali, dak il-qsim mandatarju jista' jwassal għal tnaqqis fil-levelli massimi tas-saħħa tat-trażmissjoni permissibbli għal kull operatur għal raġunijiet ta' saħħa pubblika, u dan jista' jeħtieġ lill-operaturi li jinstallaw aktar siti biex jiżguraw kopertura nazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jfittxu li jirrikonċiljaw il-kunsiderazzjonijiet ambjentali u ta' saħħa inkwistjoni filwaqt li jitqies l-approċċ prekawzjonarju stabbiliti fir-Rakkomandazzoni tal-Kunsill Nru 1999/519/KE.

(101)  L-ispettru tar-radju huwa riżors pubbliku skars ta' valur importanti kemm pubbliku kif ukoll fis-suq. Huwa kontribut essenzjali għas-servizzi u n-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bbażati fuq ir-radju u safejn dan għandu x'jaqsam ma' dawn in-netwerks u s-servizzi, jenħtieġ li għalhekk ikunu allokati u assenjati b'mod effiċjenti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont miri armonizzati u prinċipji li jirregolaw l-azzjoni tagħhom kif ukoll fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, waqt li jitqiesu l-interessi demokratiċi, soċjali, lingwistiċi u kulturali relatati mal-użu tal-frekwenzi. Id-Deċiżjoni u tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju)(23) tistabbilixxi kwadru għall-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju,.

(102)  L-attivitajiet dwar il-politika dwar l-ispettru tar-radju fl-Unjoni jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda, fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali, skont id-dritt tal-Unjoni biex jintlaħqu għanijiet ta' interess ġenerali, b'mod partikolari fir-rigward tar-regolamentazzjoni tal-kontenut u tal-politiki awdjoviżivu u medjatiċi, u għad-dritt tal-Istati Membri li jorganizzaw u jużaw l-ispettru tar-radju tagħhom għall-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika u d-difiża. Peress li l-użu tal-ispettru għal skopijiet militari u skopijiet oħrajn nazzjonali ta' sigurtà pubblika jkollu impatt fuq id-disponibbiltà tal-ispettru għas-suq intern, il-politika dwar l-ispettru tar-radju jenħtieġ li tqis is-setturi u l-aspetti kollha tal-politiki tal-Unjoni u tibbilanċa l-bżonnijiet rispettivi tagħhom, filwaqt li tirrispetta d-drittijiet tal-Istati Membri.

(103)  L-iżgurar tal-kopertura massima tan-netwerks ta' kapaċità għolja f'kull Stat Membru huwa essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, il-parteċipazzjoni fil-ħajja pubblika u koeżjoni soċjali u territorjali. Hekk kif l-użu tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jsir element integrali għas-soċjetà u l-benessri tal-Ewropa, jenħtieġ li tinkiseb kopertura fl-UE kollha biex jiġu koperti kważi mija fil-mija taċ-ċittadini tal-Unjoni, billi l-Ewropa tafda fuq l-impożizzjoni mill-Istati Membri tar-rekwiżiti xierqa ta’ kopertura, li jenħtieġ li jiġu adattati għal kull żona moqdija u limitati għall-piż proporzjonat sabiex ma tixxekkilx l-introduzzjoni mill-fornituri tas-servizz. Il-kopertura kontinwa tat-territorju jenħtieġ li tiġi massimizzata u tkun affidabbli, bil-ħsieb li jiġu promossi servizzi u applikazzjonijiet bħall-karozzi konnessi u s-saħħa elettronika. Għalhekk l-applikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-obbligi ta' kopertura jenħtieġ li tiġi kkoordinata fil-livell tal-Unjoni. Meta wieħed iqis l-ispeċifiċitajiet nazzjonali, koordinazzjoni bħal din jenħtieġ li tkun limitata għal kriterji ġenerali li jenħtieġ li jintużaw biex wieħed jiddefinixxi u jkejjel l-obbligi ta' kopertura, bħad-densità tal-popolazzjoni jew il-karatteristiċi topografiċi u topoloġiċi.

(104)  Il-ħtieġa li jkun żgurat li ċ-ċittadini ma jiġux esposti għall-kampi elettromanjetiċi f'livell li jagħmel ħsara lis-saħħa pubblika jenħtieġ li tiġi ttrattata b'mod konsistenti fl-Unjoni kollha, b'kunsiderazzjoni partikolari għall-approċċ prekawzjonarju meħud fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill Nru 1999/519/KE(24), sabiex jiġu żgurati l-kondizzjonijiet tal-introduzzjoni. Fir-rigward tan-netwerks ta' kapaċità għolja ħafna, l-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw il-proċedura stabbilita fid-Direttiva 2015/1535/UE, fejn rilevanti, bil-ħsieb ukoll li jipprovdu trasparenza għall-partijiet ikkonċernati u sabiex l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jirreaġixxu.

(105)  L-armonizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-ispettru u r-regolamentazzjoni tat-tagħmir appoġġjat mill-istandardizzazzjoni huma komplementari u jenħtieġ li bżonn li jkunu kkoordinati mill-qrib biex jilħqu l-għanijiet konġunti tagħhom b'mod effikaċi, bl-appoġġ tal-RSPG. Il-koordinazzjoni bejn il-kontenut u ż-żmien tal-mandati lis-CEPT taħt id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju u t-talbiet tal-istandardizzazzjoni lill-korpi ta' standardizzazzjoni, bħal pereżempju l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni, anke fir-rigward ta' riċevituri tar-radju, jenħtieġ li jiffaċilitaw l-introduzzjoni ta' sistemi futuri, jappoġġaw l-opportunitajiet ta' kondiviżjoni tal-ispettru u jiżguraw ġestjoni effiċjenti tal-ispettru. Kwalunkwe standard, speċifikazzjoni jew rakkomandazzjoni li jikkonċernaw elementi tan-netwerk u facilitajiet relatati, kemm fissi kif ukoll mobbli jenħtieġ li, fejn ikun fattibbli, jieħdu inkunsidreazzjoni kwalunkwe obbligu ta' aċċess li jista' jkun meħtieġ li jiġi impost skont din id-Direttiva.

(106)  Id-domanda għal spettru tar-radju armonizzat mhix uniformi f'kull parti tal-Unjoni. F'każijiet fejn ikun hemm nuqqas ta' domanda għal banda armonizzata fil-livell reġjonali jew nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu eċċezzjonalment ikunu jistgħu jippermettu l-użu alternattiv tal-banda sakemm dan in-nuqqas fid-domanda jippersisti u sakemm l-użu alternattiv ma jippreġudikax l-użu armonizzat tal-banda msemmija minn Stati Membri oħra u li dan jieqaf meta d-domanda għall-użu armonizzat jimmaterjalizza.

(107)  Il-flessibbiltà fil-ġestjoni tal-ispettru u l-aċċess għall-ispettru ġiet stabbilita permezz ta' awtorizzazzjonijiet newtrali fir-rigward tat-teknoloġija u s-servizz, sabiex l-utenti tal-ispettru jkunu jistgħu jagħżlu l-aqwa teknoloġiji u servizzi li jridu japplikaw f'banda tal-frekwenzi ddikjarati disponibbli għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fil-pjanijiet nazzjonali rilevanti ta' allokazzjoni tal-frekwenzi skont id-dritt tal-Unjoni ("il-prinċipji tan-newtralità teknoloġika u tas-servizzi"). Id-determinazzjoni amministrattiva tat-teknoloġiji u s-servizzi jenħtieġ li tapplika biss meta l-għanijiet ta' interess ġenerali jkunu f'periklu u jenħtieġ li tkun ġustifikata b'mod ċar u soġġetta għal rieżami perjodiku.

(108)  Ir-restrizzjonijiet għall-prinċipju tan-newtralità teknoloġika jenħtieġ li jkunu adatti u ġustifikati mill-ħtieġa li tkun evitata l-interferenza li tagħmel ħsara, pereżempju billi jkunu imposti maskli għall-emissjonijiet u livelli ta' enerġija biex tkun żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika billi jkun hemm limitu għal kemm il-pubbliku jesponi ruħu għall-kampijiet elettromanjetiċi, sabiex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq ta' servizzi permezz ta' livell adegwat ta' kwalità teknika ta' servizz, filwaqt li ma tiġix prekluża l-possibbiltà li jiġi użat aktar minn servizz wieħed fl-istess banda ta' frekwenza, sabiex ikun żgurat l-użu komuni b'mod xieraq tal-ispettru, b’mod partikolari meta l-użu tiegħu jkun soġġett biss għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali, biex jiġi salvagwardjat l-użu effiċjenti tal-ispettru, jew biex jiġi ssodisfat l-għan ta' interess ġenerali f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

(109)  L-utenti tal-ispettru jenħtieġ li jkollhom il-libertà li jagħżlu s-servizzi li jixtiequ joffru permezz tal-ispettru. Min-naħa l-oħra jenħtieġ li jkunu permessi miżuri li jkunu jeħtieġu li l-għoti ta' servizz speċifiku biex jintlaħqu għanijiet ta' interess ġenerali definiti b'mod ċar, bħalma huma s-sikurezza tal-ħajja, il-ħtieġa li titħeġġeġ il-koeżjoni soċjali, reġjonali jew territorjali, jew il-prevenzjoni tal-użu ineffiċjenti tal-ispettru, ikun permess meta jkun meħtieġ u xieraq. Dawk l-għanijiet jenħtieġ li jinkludu wkoll il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu fil-midja kif definiti mill-Istati Membri konformement mal-liġi tal-Unjoni. Għajr fejn hu meħtieġ għall-ħarsien tas-sikurezza tal-ħajja jew, f'każijiet straordinarji, sabiex jiġu ssodisfati objettivi oħra ta' interess ġenerali kif definiti mill-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni, l-eċċezzjonijiet jenħtieġ li ma jwasslux għal ċerti servizzi li jkollhom użu esklussiv, iżda jenħtieġ li jagħtuhom prijoritajiet sabiex, sa fejn hu possibbli, servizzi jew teknoloġiji oħra jikkoeżistu fl-istess banda. Id-definizzjoni tal-ambitu u n-natura ta' kwalunkwe eċċezzjoni rigward il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu fil-midja taqa' fl-ambitu tal-kompetenza tal-Istati Membri.

(110)  Billi l-allokazzjoni tal-ispettru lil teknoloġiji jew servizzi speċifiċi hija eċċezzjoni għall-prinċipji tan-newtralità teknoloġika u tas-servizzi u tnaqqas il-libertà tal-għażla tas-servizz jew tat-teknoloġija użata, kwalunkwe proposta għal din l-allokazzjoni jenħtieġ li tkun trasparenti u soġġetta għall-konsultazzjoni pubblika.

(111)  F'każijiet eċċezzjonali fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jillimitaw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi abbażi ta' raġunijiet ta' politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika, l-Istati Membri jenħtieġ li jispjegaw ir-raġunijiet għal tali limitazzjoni.

(112)  L-ispettru tar-radju jenħtieġ li jkun ġestit b'mod li tiġi evitata l-interferenza li tagħmel il-ħsara. Dan il-kunċett bażiku tal-interferenza ta' ħsara jenħtieġ li għalhekk ikun definit kif jixraq biex ikun żgurat li l-intervent regolatorju jkun limitat sal-punt meħtieġ biex tkun evitata din l-interferenza, filwaqt li jitqies il-bżonn tat-tagħmir tan-netwerk u l-apparati tal-utent finali biex tiġi inkorporata teknoloġija riċevitriċi reżiljenti. Ir-Regolamenti tar-Radju tal-UIT jiddefinixxu interferenza dannuża, inter alia, bħala kwalunkwe interferenza li tipperikola t-tħaddim ta' servizzi ta' sikurezza, li huma stess huma definiti bħala servizzi ta' radjukomunikazzjoni użati b'mod permanenti jew temporanju għas-salvagwardja tal-ħajja umana jew tal-proprjetà; għalhekk, sabiex ikunu protetti l-ħajja jew il-proprjetà, jenħtieġ li tiġi evitata l-interferenza dannuża b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet kritiċi kull meta l-funzjonament ta' servizz ta' sikurezza ikun fil-periklu. Filwaqt li dan jinkludi, skont id-definizzjoni tal-UIT, ir-radjudeterminazzjoni, li hija essenzjali għat-trasport u n-navigazzjoni, hi jenħtieġ li tkopri kwalunkwe aspett tal-operazzjoni tas-servizzi jew netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi meta l-ħajja jew il-proprjetà jinsabu f'periklu, anke lil hinn mill-qasam tat-trasport, bħal pereżempju fis-servizzi tas-saħħa. It-trasport huwa element qawwi transkonfinali u d-diġitalizzazzjoni tiegħu ġġib sfidi. Vetturi (metro, tal-linja, karozzi, trakkijiet, ferroviji, eċċ.) qed isiru aktar u aktar awtonomi u konnessi. F'suq uniku tal-UE, il-vetturi jivvjaġġaw b'mod aktar faċli lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Komunikazzjonijiet affidabbli, u li jevitaw interferenzi dannużi, huma kruċjali għat-tħaddim sikur u tajjeb tal-vetturi u tas-sistemi tal-komunikazzjonijiet li jkun hemm fuqhom.

(113)  Bi tkabbir fid-domanda tal-ispettru u applikazzjonijiet u teknoloġiji ġodda u diversi li jeħtieġu aċċess u użu aktar flessibbli tal-ispettru, l-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu l-użu kondiviż tal-ispettru billi jiddeterminaw l-aktar skemi ta' awtorizzazzjoni xierqa għal kull xenarju u billi jiddefinixxu regoli xierqa u trasparenti u l-kondizzjonijiet għalihom. L-użu kondiviż tal-ispettru dejjem aktar jassigura l-użu effettiv u effiċjenti billi jippermetti diversi utenti indipendenti jew apparati li jaċċessaw l-istess banda ta' frekwenzi skont tipi differenti ta' reġimi legali sabiex jagħmlu r-riżorsi addizzjonali tal-ispettru disponibbli, iżidu l-effiċjenza tal-użu u jiffaċilitaw l-aċċess tal-ispettru għal utenti ġodda. L-użu kondiviż jista' jkun ibbażat fuq l-awtorizzazzjonijiet ġenerali jew l-użu eżentat minn liċenzja li jippermetti, taħt kundizzjonijiet speċifiċi tal-kondiviżjoni, diversi utenti jaċċessaw u jużaw l-istess spettru f'żoni ġeografiċi differenti jew f'perjodi ta' żmien differenti. Tista' wkoll tkun ibbażata fuq drittijiet individwali tal-użu skont arranġamenti bħal aċċess kondiviż liċenzjat fejn l-utenti kollha (flimkien mal-utenti eżistenti u dawk ġodda) jaqblu dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-aċċess kondiviż, taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet kompetenti, b'tali mod li jiżguraw kwalità minima garantita tat-trażmissjoni bir-radju. Meta l-Istati Membri jippermettu l-użu kondiviż taħt diversi reġimi ta' awtorizzazzjoni, jenħtieġ li dawn ma jistabbilixxux durati ferm diverġenti għal dak l-użu taħt diversi reġimi ta' awtorizzazzjoni.

(113a)  Awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-użu tal-ispettru jistgħu jiffaċilitaw l-aktar użu effettiv tal-ispettru u f'xi każijiet irawmu innovazzjoni billi d-drittijiet individwali għall-użu tal-ispettru aktarx huma l-aktar reġim ta' awtorizzazzjoni xieraq fil-preżenza ta' ċerti ċirkostanzi speċifiċi. Pereżempju, id-drittijiet individwali għall-użu jenħtieġ li jiġu kkunsidrati meta l-karatteristiċi favorevoli ta' propagazzjoni tal-ispettru tar-radju jew il-livell ta' potenza previst tat-trażmissjoni jagħmlu dan l-użu aktar effiċjenti. Dan jenħtieġ li jkun ukoll il-każ fejn id-densità ġeografika tkun għolja jew fejn l-ispettru tar-radju jkun jintuża kontinwament. Sitwazzjoni oħra fejn id-drittijiet individwali tal-użu jenħtieġ li jitqiesu hija meta l-kwalità ta' servizz meħtieġa ma tippermettix li l-awtorizzazzjonijiet ġenerali jindirizzaw it-tħassib dwar l-interferenza. Meta miżuri tekniċi biex itejbu r-reżiljenza tar-riċevitur jistgħu jippermettu l-użu ta' awtorizzazzjonijiet ġenerali jew jippermettu l-kondiviżjoni tal-ispettru, dawn jenħtieġ li jiġu applikati, filwaqt li l-użu sistematiku tad-dispożizzjonijiet dwar in-nonprotezzjoni u n-noninterferenza jenħtieġ li jiġi evitat.

(114)  Biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà u tinżamm iċ-ċertezza legali u l-istabbiltà tal-investiment, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu bil-quddiem kriterji xierqa biex tiġi ddeterminata l-konformità mal-objettiv tal-użu effiċjenti tal-ispettru mid-detenturi tad-drittijiet meta jimplimentaw il-kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet individwali tal-użu u tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali. Il-partijiet interessati jenħtieġ li jkunu involuti fid-definizzjoni ta' dawn il-kondizzjonijiet u jkunu infurmati b'mod trasparenti dwar kif l-issodisfar tal-obbligi tagħhom se jiġi vvalutat.

(115)  Meta wieħed iqis l-importanza tal-innovazzjoni teknika, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovdu għad-drittijiet biex jintuża l-ispettru għal skopijiet sperimentali, skont restrizzjonijiet u kundizzjonijiet speċifiċi li jkunu ġġustifikati b'mod strett min-natura sperimentali ta' dawn id-drittijiet.

(116)  Il-kondiviżjoni tal-infrastruttura tan-netwerk, u f'xi każijiet il-kondiviżjoni tal-ispettru, tista' tippermetti li jkun hemm użu aktar effiċjenti u effettiv tal-ispettru tar-radju u tiżgura l-introduzzjoni rapida tan-netwerks, b'mod speċjali f'żoni b'densità iżgħar ta' popolazzjoni. Meta jiġu ddefiniti l-kundizzjonijiet li magħhom jintrabtu d-drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkunsidraw ukoll li jawtorizzaw forom ta' kondiviżjoni jew ta' koordinazzjoni bejn l-impriżi bil-ħsieb li jiġi żgurat użu effettiv u effiċjenti tal-ispettru jew konformità mal-obbligi ta' kopertura, f'konformità mal-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni.

(117)  Il-kundizzjonijiet tas-suq kif ukoll ir-rilevanza u n-numru ta' parteċipanti jistgħu jvarjaw fost l-Istati Membri. Filwaqt li l-ħtieġa u l-opportunità li l-kundizzjonijiet jintrabtu mad-drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju jistgħu jkunu soġġetti għal speċifiċitajiet nazzjonali li jenħtieġ li jkunu akkomodati, il-modalitajiet tal-applikazzjoni ta' tali obbligi jenħtieġ li jiġu kkoordinati fil-livell tal-UE permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni biex jiġi żgurat approċċ konsistenti fl-indirizzar ta' sfidi simili fl-UE kollha.

(118)  Ir-rekwiżiti tan-newtralità teknoloġika u tas-servizzi fl-għoti ta' drittijiet ta' użu, flimkien ma' possibbiltà ikbar ta' trasferiment tad-drittijiet bejn l-impriżi, għandha tkabbar il-libertà u l-mezzi biex jitwasslu s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku, u b'dan ikun ukoll iffaċilitat l-ilħiq tal-għanijiet ta' interess ġenerali. Din id-Direttiva ma tippreġudikax jekk l-ispettru tar-radju ikunx assenjat direttament lill-fornituri ta' networks jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew lill-entitajiet li jużaw dawn in-networks jew servizzi. Dawk l-entitajiet jistgħu jkunu fornituri ta' kontenut ta' xandir bir-radju jew televiżjoni. Ir-responsabbiltà għall-konformità mal-kondizzjonijiet stipulati għad-dritt ta' użu ta' frekwenza tar-radju u l-kondizzjonijiet rilevanti stipulati fl-awtorizzazzjoni ġenerali jenħtieġ li f'kull każ ikunu r-responsabbiltà tal-impriża li lilha jkun ingħata d-dritt ta' użu tal-ispettru tar-radju. Ċerti obbligi imposti fuq ix-xandara biex iwasslu servizzi tal-midja awdjovizivi jistgħu jeħtieġu l-użu ta' kriterji speċifiċi u proċeduri għall-għoti ta' drittijiet ta' użu, meta jkun jidher li huwa essenzjali li jintlaħaq objettiv speċifiku ta' interess ġenerali stabbilit mill-Istati Membri f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. Madankollu, il-proċedura għall-għoti ta' frekwenzi tar-radju jenħtieġ li f'kull każ tkun oġġettiva, trasparenti, mhux diskriminatorja u proporzjonata. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tirrikjedi li kull restrizzjoni nazzjonali fuq id-drittijiet garantiti bl-Artikolu 56 tat-Trattat tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tkun oġġettivament ġustifikata, proporzjonata u jenħtieġ li ma teċċedix dak li huwa meħtieġ biex dawk l-għanijiet jintlaħqu. Barra minn hekk, l-ispettru mogħti mingħajr ma tkun segwita proċedura jenħtieġ li ma jintużax għal skopijiet oħra għajr għall-għan ta' interess ġenerali li għalih ikun ingħata. F'każ bħal dan, il-partijiet interessati jenħtieġ li jingħataw l-opportunità li jikkummentaw fuq l-abbozz ta' miżura fi żmien raġonevoli. Bħala parti mill-proċedura tal-applikazzjoni għall-għoti tad-drittijiet, l-Istati Membri jenħtieġ li jivverifikaw jekk l-applikant ikunx kapaċi jikkonforma mal-kondizzjonijiet li jridu jkunu marbuta ma' dawn id-drittijiet. Dawn il-kundizzjonijiet jenħtieġ li jiġu riflessi fil-krtierji ta' eliġibbiltà stabbiliti f'termini oġġettivi, trasparenti, xierqa u mhux diskriminatorji qabel ma tiġi varata kwalunkwe proċedura kompetittiva ta' għażla. Għall-finijiet li jiġu applikati dawn il-kriterji, l-applikant jista' jintalab li jibgħat l-informazzjoni meħtieġa biex jagħti prova tal-kapaċità tiegħu li jikkonforma ma' dawn il-kundizzjonijiet. Fejn dik l-informazzjoni ma tiġix provduta, l-applikazzjoni għad-dritt tal-użu ta' frekwenza tar-radju tista' tiġi miċħuda.

(119)  L-Istati Membri jenħtieġ li jesiġu biss, qabel l-għoti ta' dritt, il-verifika tal-elementi li jistgħu' jintwerew b'mod raġonevoli minn applikant normalment prudenti filwaqt li jitqies b'mod xieraq il-valur importanti kemm pubbliku kif ukoll il-valur fis-suq tal-ispettru tar-radju bħala riżorsa pubblika skarsa. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta' verifika sussegwenti li l-kriterji ta' eliġibbiltà ġew issodisfati, pereżempju permezz ta' stadji importanti, fejn il-kriterji ma jistgħux raġonevolment jiġu ssodisfati inizjalment. Biex jiġi ppreservat l-użu effikaċi u effiċjenti tal-ispettru tar-radju, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jagħtux drittijiet fejn l-eżami tagħhom jindika li l-applikanti mhumiex kapaċi jikkonformaw mal-kondizzjonijiet, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jitħaffef l-użu sperimentali limitat biż-żmien. B'durata twila biżżejjed tal-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-ispettru jenħtieġ li tiżdied il-prevedibbiltà tal-investiment biex jikkontribwixxi għall-introduzzjoni aktar mgħaġġla tan-netwerk u għal servizzi aħjar, kif ukoll l-istabbiltà li ssostni n-negozjar u l-lokazzjoni tal-ispettru. Sakemm l-użu tal-ispettru ma jkunx awtorizzat għal perjodu ta' żmien mingħajr limitu, tali durata jenħtieġ li tqis kemm l-għanijiet segwiti kif ukoll tkun suffiċjenti biex jitħaffef l-irkupru tal-investimenti magħmula. Filwaqt li durata itwal tista' tiżgura l-prevedibbiltà tal-investiment, miżuri li jiżguraw l-użu effikaċi u effiċjenti tal-ispettru tar-radju, bħal pereżempju s-setgħa tal-awtorità kompetenti li temenda jew tirtira d-dritt fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-użu, jew it-tħaffif tan-negozjabbiltà u l-lokazzjoni tal-ispettru tar-radju, se sservi biex tiġi evitata l-akkumulazzjoni mhux xierqa tal-ispettru tar-radju u ssostni flessibbiltà akbar fid-distribuzzjoni tar-riżorsi tal-ispettru. Żieda tat-tariffi annwalizzati hija wkoll mezz biex tiġi żgurata valutazzjoni kontinwa tal-użu tal-ispettru mid-detentur tad-dritt.

(120)  Meta jiġu biex jiddeċiedu jekk iġeddux id-drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju diġà mogħtija, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqisu kemm l-għanijiet tal-qafas regolatorju u għanijiet oħra skont id-dritt nazzjonali u tal-Unjoni se jintlaħqu aħjar. Kwalunkwe deċiżjoni bħal din jenħtieġ li tkun soġġetta għal proċedura miftuħa, mhux diskriminatorja u trasparenti u bbażata fuq analiżi ta' kif il-kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet kkonċernati ġew issodisfati. Meta jiġu biex jivvalutaw il-ħtieġa li jġeddu d-drittijiet ta' użu, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżnu l-impatt kompetittiv tal-estensjoni tad-drittijiet diġà assenjati fuq il-promozzjoni ta' esplojtazzjoni iktar effiċjenti jew ta' użi ġodda innovattivi li jistgħu jirriżultaw jekk il-banda kellha tinfetaħ għal utenti ġodda. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw billi jippermettu biss estensjoni limitata sabiex jiġi evitat tfixkil serju tal-użu stabbilit. Filwaqt li deċiżjonijiet dwar jekk jiġux estiżi d-drittijiet assenjati qabel l-applikabbiltà ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jirrispettaw xi regoli li diġà japplikaw, l-Istati Membri jenħtieġ li bl-istess mod jiżguraw li ma jippreġudikawx l-għanijiet ta' din id-Direttiva.

(121)  Meta jġġeddu d-drittijiet tal-użu eżistenti, l-Istati Membri jenħtieġ li, flimkien mal-valutazzjoni tal-ħtieġa li jġeddu d-dritt, jirrieżaminaw it-tariffi marbuta magħhom bil-ħsieb li jiġi żgurat li dawn ikomplu jippromwovu l-aħjar użu, filwaqt li jitqies, fost affarijiet oħra, l-istadju tal-evoluzzjoni teknoloġika u tas-suq. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, huwa xieraq li kwalunkwe aġġustamenti fit-tariffi eżistenti jkunu bbażati fuq l-istess prinċipji bħal dawk applikabbli għall-għoti ta' drittijiet ġodda għall-użu.

(122)  Il-ġestjoni effettiva tal-ispettru tar-radju tista' tiġi żgurata billi jitħaffef l-użu effiċjenti kontinwu tal-ispettru li diġà ġie assenjat. Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali lid-detenturi tad-drittijiet, it-tiġdid tad-drittijiet tal-użu jenħtieġ li jiġi kkunsidrat fi żmien xieraq qabel l-iskadenza tad-drittijiet ikkonċernati. Fl-interess tal-ġestjoni kontinwa tar-riżorsi, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu kapaċi jsegwu tali kunsiderazzjoni fuq l-inizjattiva tagħhom stess kif ukoll bi tweġiba għal talba mingħand iċ-ċessjonarju. It-tiġdid tad-dritt tal-użu ma jistax jingħata kontra r-rieda taċ-ċessjonarju.

(123)  It-trasferiment tal-ispettru tar-radju jista' jkun mezz effettiv biex jiżdied l-użu effiċjenti tal-ispettru. F'ġieħ il-flessibbiltà u l-effiċjenza, u biex tkun tista' ssir valutazzjoni tal-spettru mis-suq, l-Istati Membri jenħtieġ li awtomatikament jippermettu lill-utenti tal-ispettru biex jittrasferixxu jew jikru d-drittijiet tagħhom tal-użu tal-ispettru lil partijiet terzi wara li jsegwu proċedura sempliċi u skont il-kundizzjonijiet marbuta ma' dawn id-drittijiet u mar-regoli tal-kompetizzjoni, taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali responsabbli. Sabiex jitħaffu dawn it-trasferimenti jew il-lokazzjonijiet, sakemm il-miżuri ta' armonizzazzjoni adottati taħt id-Deċiżjoni tal-Ispettru tar-Radju jiġu rispettati, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw ukoll talbiet biex ikollhom id-drittijiet tal-ispettru diviżi jew diżaggregati u l-kundizzjonijiet għall-użu riveduti.

(124)  Miżuri meħuda speċifikament biex jippromwovu l-kompetizzjoni fl-għoti jew fit-tiġdid tad-drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju jenħtieġ li jiġu deċiżi mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li jkollhom l-għarfien neċessarju ekonomiku, tekniku u tas-suq. Il-kundizzjonijiet tal-assenjament tal-ispettru jistgħu jinfluwenzaw is-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-kundizzjonijiet għad-dħul. Aċċess limitat għall-ispettru, b'mod partikolari meta l-ispettru huwa skars, jista' joħloq ostaklu għad-dħul tal-investiment u jew ixekkel l-investiment, il-firxa tan-netwerk, il-forniment ta' servizzi jew applikazzjonijiet ġodda, l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni. Drittijiet ġodda tal-użu, inklużi dawk li jkunu nkisbu permezz tat-trasferiment jew il-lokazzjoni, u l-introduzzjoni ta' kriterji flessibbli ġodda għall-użu tal-ispettru, jistgħu jinfluwenzaw ukoll il-kompetizzjoni eżistenti. Fejn ċerti kundizzjonijiet użati biex jippromwovu l-kompetizzjoni jiġu applikati ħażin, dawn jista' jkollhom effetti oħra; pereżempju, il-limiti u r-riżervi tal-ispettru jistgħu joħolqu skarsezza artifiċjali, obbligi għall-aċċess bl-ingrossa jistgħu jillimitaw bla bżonn il-mudelli kummerċjali fin-nuqqas ta' setgħa fis-suq, u l-limiti fuq it-trasferimenti jistgħu jxekklu l-iżvilupp tas-swieq sekondarji. Għaldaqstant, hu meħtieġ eżami konsistenti u oġġettiv tal-kompetizzjoni għall-impożizzjoni ta' dawn il-kundizzjonijiet u jenħtieġ li jiġi applikat b'mod konsistenti. Għalhekk, l-użu ta' dawn il-miżuri jenħtieġ li jkun ibbażat fuq valutazzjoni dettaljata u oġġettiva tas-suq u l-kundizzjonijiet tiegħu mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali jenħtieġ li dejjem jiżguraw l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispettru u jevitaw ħsarat kompetittivi minħabba ħżin antikompetittiv.

(125)  Abbażi tal-opinjonijiet tal-RSPG, jista' jkun hemm bżonn ta' adozzjoni ta' data ta' skadenza komuni, biex tkun tista' tintuża banda li ġiet armonizzata skont id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju, biex jiġu evitati l-interferenzi transkonfinali u tkun tajba biex jittieħdu l-benefiċċji kollha tal-miżuri relatati tekniċi ta' armonizzazzjoni għas-swieq tat-tagħmir u għall-introduzzjoni ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ta' kapaċità għolja ħafna. L-istabbiliment ta' dawn id-dati ta' skadenza komuni jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-atti ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni sabiex jingħata kontribut sinfikanti għall-għanijiet ta' dan il-qafas u tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni. Minbarra l-banda tas-700 MHz, dawn l-iskadenzi massimi komuni jistgħu, b'mod partikolari, ikopru l-ispettru fil-banda 3.4-3.8 GHz u l-banda 24.25-27.5 GHz li ġew identifikati mill-RSPG fl-opinjoni tiegħu dwar l-aspetti relatati mal-ispettru għal sistemi mingħajr fili tal-ġenerazzjoni li jmiss (5G) bħala baned "pijunieri" għall-użu sal-2020, kif ukoll baned addizzjonali 'l fuq minn 24 GHz li l-RSPG iqis li potenzjalment jistgħu jintużaw għall-5G fl-Ewropa bħall-banda 31.8-33.4 GHz u l-banda 40.5-43.5 GHz. Il-kundizzjonijiet tal-assenjazzjoni f'baned addizzjonali 'l fuq minn 24 GHz jenħtieġ li jqisu x-xenarji potenzjali ta' kondiviżjoni tal-ispettru ma' utenti eżistenti.

(126)  Meta d-domanda għal banda tal-ispettru tar-radju tkun taqbeż id-disponibbiltà u, minħabba f'hekk, Stat Membru jikkonkludi li d-drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju jridu jkunu limitati, jenħtieġ li jiġu applikati proċeduri xierqa u trasparenti għall-għoti ta' dawn id-drittijiet biex tkun evitata kull diskriminazzjoni u jiġi ottimizzat l-użu tar-riżors skars. Tali limitazzjoni jenħtieġ li tiġi ġġustifikata, proporzjonata u bbażata fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-kundizzjonijiet tas-suq, filwaqt li tingħata l-importanza xierqa lill-benefiċċji ġenerali tal-utenti u lill-għanijiet tas-suq nazzjonali u tas-suq intern. L-għanijiet li jirregolaw kwalunkwe limitazzjoni jenħtieġ li jkunu definiti b'mod ċar minn qabel. Meta tkun qed tiġi kkunsidrata l-proċedura tal-għażla l-aktar xierqa, u f'konformità mal-miżuri ta' koordinazzjoni meħuda fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkonsultaw fil-ħin u b'mod trasparenti lill-partijiet interessati kollha dwar il-ġustifikazzjoni, l-għanijiet u l-kundizzjonijiet tal-proċedura. L-Istati Membri jistgħu jużaw, inter alia, proċeduri ta' għażla kompetittivi jew komparattivi għall-assenjament tal-ispettru tar-radju jew għan-numri b'valur ekonomiku eċċezzjonali. Fl-amministrazzjoni ta' dawk l-iskemi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jqisu tal-għanijiet ta' din id-Direttiva. Jekk Stat Membru jsib li aktar drittijiet jistgħu jsiru disponibbli f'banda, dan jenħtieġ li jibda l-proċess għalihom.

(127)  Iż-żieda enormi fid-domanda għall-ispettru tar-radju, u fid-domanda tal-utenti finali għall-kapaċità tal-broadband bla fili, titlob li jinstabu soluzzjonijiet alternattivi, kumplimentari, li jippermettu aċċess effiċjenti tal-ispettru, inklużi soluzzjonijiet ta' sistemi tal-aċċess bla fili b'qawwa baxxa b'firxiet li joperaw fuq żoni żgħar, bħalma huma n-netwerk ta' żona lokali bir-radju (RLAN) u netwerks ta' punti tal-aċċess ċellulari żgħar b'qawwa baxxa. Dawn is-sistemi kumplimentari tal-aċċess bla fili, b'mod partikolari l-punti tal-aċċess RLAN aċċessibbli għall-pubbliku, iżidu l-aċċess għall-internet għall-utenti finali u għall-operaturi tat-telefonija mobbli li jtaffu t-traffiku mobbli. RLANs jużaw l-ispettru tar-radju armonizzat mingħajr il-bżonn ta' awtorizzazzjoni individwali jew id-dritt tal-użu tal-ispettru. S'issa, il-biċċa l-kbira tal-punti tal-aċċess RLAN jużawhom l-utenti privati bħala estensjoni lokali bla fili tal-konnessjoni broadband fissa tagħhom. L-utenti finali, fil-limiti tal-abbonament tal-internet tagħhom stess, jenħtieġ li ma jinżammux lura milli jaqsmu l-aċċess RLAN tagħhom ma' oħrajn, sabiex jiżdied l-għadd ta' punti ta' aċċess disponibbli, b'mod partikolari f'żoni b'popolazzjoni densa, tiġi massimizzata l-kapaċità tad-data bla fili permezz tal-użu mill-ġdid tal-ispettru tar-radju u tinħoloq infrastruttura broadband bla fili kumplimentari u kosteffikaċi li tkun aċċessibbli għal utenti finali oħra. Għalhekk, jenħtieġ li jitneħħew restrizzjonijiet mhux meħtieġa għall-introduzzjoni u l-interkonnessjoni tal-punti tal-aċċess RLAN. L-awtoritajiet pubbliċi jew il-fornituri pubbliċi tas-servizzi, li jużaw l-RLANs fl-istabbilimenti tagħhom għall-istaff, il-viżitaturi jew il-klijenti tagħhom, pereżempju, biex jiffaċilitaw l-aċċess għas-servizzi elettroniċi tal-gvern jew għall-informazzjoni dwar it-trasport pubbliku jew l-immaniġġjar tat-traffiku fit-toroq, jistgħu jipprovdu wkoll aċċess għal punti tal-aċċess bħal dawn għall-użu ġenerali miċ-ċittadini bħala servizz anċillari għal servizzi li dawn joffru lill-pubbliku f'dawn l-istabbilimenti, sal-limitu permess skont il-kompetizzjoni u r-regoli tal-akkwist pubbliku. Barra minn hekk, il-fornitur ta' dan l-aċċess lokali għan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fi proprjetà privata jew madwarha jew f'żona pubblika limitata fuq bażi mhux kummerċjali jew bħala servizz anċillari għal attività oħra li mhix dipendenti fuq dan l-aċċess, (bħal pereżempju hotspots tar-RLAN li huma għall-klijenti ta' attivitajiet kummerċjali oħra jew għall-pubbliku ġenerali f'dik iż-żona) jistgħu jkunu soġġetti għall-konformità mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali għad-drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju, iżda jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi kondizzjonijiet jew rekwiżiti imposti fuq l-awtorizzazzjonijiet ġenerali applikabbli għall-fornituri tan-netwerks jew tas-servizzi pubbliċi tal-komunikazzjonijiet jew għal obbligi rigward l-utenti finali jew l-interkonnessjoni. Madankollu, dan il-fornitur jenħtieġ li jibqa' soġġett għar-regoli tar-responsabbiltà tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2000/31/KE dwar il-kummerċ elettroniku(25). Qed jitfaċċaw aktar teknoloġiji bħal-LiFi li se jikkomplimentaw il-kapaċitajiet attwali tal-ispettru tar-radju tal-RLANs u l-punt ta' aċċess bla fil biex jinkludu punti ta' aċċess viżibbli bbażati fuq id-dawl u jwasslu għal netwerks ibridi ta' żona lokali li jippermettu komunikazzjoni ottika mingħajr fili.

(128)  Billi punti tal-aċċess bla fili f'żoni żgħar b'qawwa baxxa huma żgħar ħafna u jagħmlu użu minn tagħmir diskret simili għal dak tar-routers domestiċi tal-RLAN, u meta jitqies l-impatt pożittiv tagħhom fuq l-użu tal-ispettru u fuq l-iżvilupp tal-komunikazzjonijiet bla fili, il-karatteristiċi tekniċi tagħhom – bħall-output tal-enerġija – jenħtieġ li jkunu speċifikati fil-livell tal-Unjoni b'mod proporzjonat għall-introduzzjoni lokali, u l-użu tagħhom jenħtieġ li jkun soġġett għal awtorizzazzjonijiet ġenerali biss – bl-eċċezzjoni tal-RLAN jenħtieġ li ma jkunx soġġett għal kwalunkwe rekwiżit ta' awtorizzazzjoni lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-użu tal-ispettru tar-radju – u kwalunkwe restrizzjoni addizzjonali minħabba ppjanar individwali jew permessi oħra jenħtieġ li tkun limitata kemm jista' jkun.

(128a)  Il-binjiet pubbliċi u infrastruttura pubblika oħra jiġu miżjura u użati ta' kuljum minn għadd sinifikanti ta' utenti finali li jeħtieġu konnettività biex jużaw il-governanza elettronika, it-trasport elettroniku, u servizzi oħra. Infrastruttura pubblika oħra (bħal-lampi tat-toroq, id-dwal tat-traffiku, eċċ.) joffru siti ta' valur kbir għall-installazzjoni ta' ċelloli żgħar minħabba d-densità tagħhom, eċċ. L-operaturi jenħtieġ li jkollhom aċċess għal dawn is-siti pubbliċi għall-fini li jaqdu b'mod adegwat id-domanda. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li tali bini pubbliku u infrastruttura pubblika oħra jkunu disponibbli b'kundizzjonijiet raġonevoli għall-varar ta' ċelloli żgħar bil-ħsieb li jikkumplimentaw id-Direttiva 2014/61/UE. Din tal-aħħar issegwi approċċ funzjonali u timponi obbligi ta' aċċess għal infrastruttura fiżika biss meta din tkun parti minn netwerk, u biss jekk tkun proprjetà ta' jew tintuża minn operatur ta' netwerk, u b'hekk tħalli ħafna binjiet proprjetà ta' awtoritajiet pubbliċi jew użati minnhom barra mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Għall-kuntrarju, m'hemmx il-ħtieġa ta' obbligu speċifiku għall-infrastruttura fiżika, bħal tubi jew arbli użati għal sistemi ta' trasport intelliġenti (ITS), li tkun proprjetà ta' operaturi tan-netwerks (fornituri ta' servizzi ta' trasport u/jew il-fornituri ta' netwerks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet), u li tospita partijiet ta' netwerk, u b'hekk tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/61/UE.

(129)  Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-aċċess u l-interkonnessjoni japplikaw għal dawk in-netwerks li huma użati għall-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli. Netwerks mhux pubbliċi ma għandhomx obbligi tal-aċċess jew tal-interkonnessjoni skont din id-Direttiva ħlief fejn, meta jibbenefikaw minn aċċess għan-netwerks pubbliċi, jistgħu jkunu soġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati mill-Istati Membri.

(130)  It-terminu "aċċess" għandu firxa wiesgħa ta' tifsiriet, u huwa għalhekk meħtieġ li jiġi definit eżatt kif it-terminu huwa użat f'din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għal kif jista' jintuża f'miżuri oħra tal-Unjoni. Operatur jista' jkun sid tan-netwerk jew tal-faċilitajiet ta' bażi jew jista' jikri wħud minnhom jew kollha kemm huma.

(131)  F'suq miftuħ u kompetittiv, jenħtieġ li ma jkun hemm ebda restrizzjonijiet li jipprevjenu lill-impriżi milli jinnegozjaw arranġamenti ta' aċċess u ta' interkonnessjoni bejniethom, b'mod partikolari arranġamenti transkonfinali, bla ħsara għar-regoli tal-kompetizzjoni tat-Trattat. Fil-kuntest tal-ilħuq ta' suq aktar effiċjenti, u tassew pan-Ewropew, b'kompetizzjoni effettiva, aktar għażla u servizzi kompetittivi lill-utenti finali, l-impriżi li jirċievu talbiet għall-aċċess jew għall-interkonnessjoni mingħand impriżi oħra li huma soġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali biex jipprovdu netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku jenħtieġ li fil-prinċipju jikkonkludu dawn l-arranġamenti fuq bażi kummerċjali u jinnegozjaw in bona fide.

(132)  Fi swieq fejn għad baqa' differenzi kbar fis-saħħa tal-innegozjar bejn l-impriżi, u fejn xi impriżi joqogħdu fuq l-istruttura fornuta minn oħrajn għat-twassil tas-servizzi tagħhom, huwa xieraq li jiġi stabbilit qafas biex jiġi żgurat li s-suq jiffunzjona b'mod effettiv. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jiżguraw, fejn in-negozjati kummerċjali jfallu, aċċess u interkonnessjoni adegwati u l-interoperabbiltà ta' servizzi fl-interess tal-utent finali. B'mod partikolari, dawn jistgħu, jiżguraw konnettività minn tarf sa tarf billi jimponu obbligi proporzjonati fuq l-impriżi li huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni ġenerali u li jikkontrollaw l-aċċess għall-utent finali. Il-kontroll tal-mezzi tal-aċċess jista' jinvolvi l-propjetà jew il-kontroll tal-konnessjoni fiżika ma l-utent finali (sew jekk fiss jew mobbli), u/jew il-kapaċità li jiġi mibdul jew irtirat in-numru jew in-numri nazzjonali meħtieġa għall-aċċess tal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk tal-utent finali. Dan ikun il-każ pereżempju jekk l-operaturi ta' netwerk jirrestrinġu b'mod mhux raġonevoli l-għażla tal-utent finali għall-aċċess ta' portals u servizzi tal-Internet.

(133)  Fid-dawl tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jiżguraw li l-operaturi kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom u l-mudell kummerċjali, sew jekk integrati vertikalment jew separati, jistgħu jiġu interkonnessi b'termini u kundizzjonijiet raġonevoli, bil-ħsieb li jipprovdu konnettività minn tarf sa tarf u aċċess għall-Internet globali.

(134)  Miżuri legali jew amministrattivi nazzjonali li jorbtu t-termini u l-kondizzjonijiet għall-aċċess jew l-interkonnessjoni għall-attivitajiet tal-parti li tfittex l-interkonnessjoni, u speċifikament sal-livell tal-investiment tagħha fl-infrastruttura tan-netwerk, u mhux għas-servizzi ta' interkonnessjoni jew aċċess fornuti, jistgħu joħloqu distorsjoni tas-suq, u jistgħu għalhekk ma jkunux kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni.

(135)  L-operaturi tan-networks li jikkontrollaw l-aċċess lill-klijenti tagħhom stess jagħmlu dan fuq il-bażi ta' numri jew indirizzi uniċi minn firxa ta' numerazzjoni jew indirizzi pubblikati. Operaturi oħra ta' networks għandhom ikunu jistgħu jwasslu t-traffiku lill-klijenti tagħhom, u għalhekk għandhom ikunu jistgħu jinterkonnettjaw direttament jew indirettament ma' xulxin. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stipulati d-drittijiet u l-obbligi għan-negozjar tal-interkonnessjoni.

(136)  L-interoperabbiltà hija ta' benefiċċju għall-utenti finali u hija mira importanti ta' dan il-qafas regolatorju. L-inkoraġġament tal-interoperabbiltà huwa wieħed mill-miri għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kif stipulat f'dan il-qafas, li jipprevedi wkoll li l-Kummissjoni tippubblika lista tal-istandards u/jew tal-ispeċifikazzjonijiet li jkopru l-forniment ta' servizzi, interfaċċi tekniċi u/jew funzjonijiet ta' networki, bħala l-bażi biex tinkoraġġixxi l-armonizzazzjoni fil-komunikazzjonijiet elettroniċi. L-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu l-użu tal-istandards u/jew tal-ispeċifikazzjonijiet ippubblikati safejn huwa strettament meħtieġ biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà ta' servizzi u biex tittejjeb il-libertà tal-għażla għall-utenti.

(137)  Bħalissa kemm il-konnettività minn tarf għall-ieħor kif ukoll l-aċċess għal servizzi ta' emerġenza jiddependu fuq l-adozzjoni mill-utenti finali ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali bbażati fuq n-numri. Żviluppi teknoloġiċi ulterjuri jew żieda fl-użu ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali li huma independenti min-numri jistgħu jwasslu għal nuqqas ta' interoperabbiltà suffiċjenti bejn is-servizzi ta' komunikazzjoni. B'konsegwenza ta' dan, ostakli sinifikanti għad-dħul fis-suq u ostakli għal innovazzjoni ulterjuri 'l quddiem jistgħu jitfaċċaw u jheddu b'mod effettiv il-konnettività minn tarf għall-ieħor bejn l-utenti finali ▌.

(138)  F'każ li jinqalgħu kwistjonijiet ta' interoperabbiltà bħal dawn, il-Kummissjoni tista' titlob rapport mill-BEREC li jenħtieġ li jipprovdi evalwazzjoni fattwali tas-sitwazzjoni tas-suq fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Fuq il-bażi ta' dan ir-rapport tal-BEREC u evidenza oħra disponibbli u b'kunsiderazzjoni wkoll tal-effetti fuq is-suq intern, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiddeċiedi jekk hemmx ħtieġa għal intervent regolatorju min-naħa tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Jekk il-Kummissjoni tqis li tali intervent regolatorju jenħtieġ li jkun ikkunsidrat mill-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali, tista' tadotta miżuri implimentattivi li jispeċifikaw in-natura u l-ambitu ta' interventi regolatorji possibbli mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, b'mod partikolari permezz ta' miżuri li jimponu l-użu obbligatorju ta' standards jew speċifikazzjonijiet fuq il-fornituri kollha jew dawk speċifiċi. It-termini "standards Ewropej" u "standards internazzjonali" huma definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.(26) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jivvalutaw, fid-dawl taċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi, jekk kwalunkwe intervent ikunx neċessarju u ġustifikat biex jiżgura l-konnettività minn tarf sa tarf, u jekk iva, jimponu obbligi proporzjonati skont il-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni. Biex jevitaw li joħolqu ostakli fis-suq intern, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jimponux obbligi flimkien ma' kwalunkwe miżura ta' implimentazzjoni bħal din.

(139)  F'sitwazzjonijiet fejn l-impriżi jiġu mċaħħda minn aċċess għal alternattivi vijabbli għal assi mhux replikabbli sal-ewwel punt ta' distribuzzjoni u sabiex jippromwovu eżiti kompetittivi fl-interess tal-utenti finali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jingħataw is-setgħa jimponu obbligi tal-aċċess għall-operaturi kollha, mingħajr preġudizzju għall-poter tas-suq rispettiv tagħhom. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jqisu l-ostakli tekniċi u ekonomiċi kollha ta' replikazzjoni futura tan-netwerks. Madankollu, minħabba li tali obbligi jistgħu jkunu intrużivi, idgħajfu l-inċentivi għall-investimenti, u għandhom l-effett kontroproduttiv li jsaħħu l-pożizzjoni tal-atturi dominanti, jenħtieġ li dawn jittieħdu biss meta dan ikun ġustifikat u proporzjonat għall-ilħuq ta' kompetizzjoni sostenibbli fis-swieq rilevanti. Is-sempliċi fatt li infrastruttura waħda jew aktar bħal din diġà teżisti jenħtieġ li mhux neċessarjament jiġi interpretat bħala li juri li l-assi tagħha jistgħu jiġu replikati. L-ewwel punt ta' distribuzzjoni jenħtieġ li jiġi identifikat b'referenza għal kriterji oġġettivi.

(139a)  Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu imponuti obbligi li jipprovdu aċċess għal servizzi komplementari relatati, jiġifieri servizzi ta' aċċessibbiltà li jippermettu aċċess xieraq għall-utenti finali b'diżabbiltà u servizzi tat-televiżjoni konnessi u gwidi elettroniċi ta' programmazzjoni li jappoġġjaw id-data, sal-punt meħtieġ biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għall-utenti finali għal ċerti servizzi tax-xandir.

(140)  Jista' jkun iġġustifikat li jiġu estiżi l-obbligi tal-aċċess għal wajers u kejbils wara l-ewwel punt ta' konċentrazzjoni f'żoni b'densità tal-popolazzjoni aktar baxxa, filwaqt li dawn l-obbligi jiġu ristretti għal punti kemm jista' jkun qrib l-utenti finali, fejn jintwera wkoll li mhux possibbli li ssir replika wara dak l-ewwel punt ta' konċentrazzjoni.

(141)  F'każijiet bħal dawn, sabiex wieħed ikun konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jista' jkun xieraq għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jeskludu obbligi li jmorru lil hinn mill-ewwel punt ta' distribuzzjoni, minħabba li obbligu ta' aċċess mhux ibbażat fuq saħħa sinifikanti fis-suq jista' jikkomprometti l-każ kummerċjali tagħhom għal elementi tan-netwerk introdotti reċentement jew minħabba l-preżenza ta' modi vijabbli u alternattivi ta' aċċess xieraq għall-provvista ta' netwerks ta' kapaċità għolja ħafna.

(142)  Il-kondiviżjoni passiva ▌tal-infrastruttura użata fl-għoti ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi bla wajers, ▌f'konformità mal-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni tista' tkun partikolarment utli biex tiġi massimizzata l-konnettività b'kapaċità għolja ħafna madwar l-Unjoni, speċjalment f'żoni fejn hemm densità inqas fejn ir-replikazzjoni hija imprattikabbli u l-utenti finali jirriskjaw li jkunu mċaħħda minn dan it-tip ta' konnettività. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li, eċċezzjonalment, ikunu jistgħu jimponu tali kondiviżjoni ▌jew aċċess għal roaming lokalizzat, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, jekk dik il-possibbiltà tkun ġiet stabbilita b'mod ċar fil-kundizzjonijiet oriġinali għall-għoti tad-dritt għall-użu u juru l-benefiċċji ta' din il-kondiviżjoni ▌bl-għan li jegħlbu ostakli insormontabbli jew fiżiċi u aċċess għan-netwerks jew għas-servizzi huwa għalhekk severament defiċjenti jew ineżistenti, u filwaqt li jitqiesu għadd ta' elementi, inkluża b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu koperti tul ir-rotot ewlenin tat-trasport, kif ukoll għal aktar għażla u aktar kwalità tas-servizzi għall-utenti finali kif ukoll il-ħtieġa li jinżammu l-inċentivi tal-introduzzjoni gradwali tal-infrastruttura. F'ċirkustanzi fejn l-utenti finali m'għandhomx aċċess, u l-kondiviżjoni tal-infrastruttura passiva waħedha mhux biżżejjed biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jimponu obbligi dwar il-kondiviżjoni ta' infrastruttura attiva.

(143)  Waqt li huwa xieraq f'xi ċirkostanzi li awtorità regolatorja nazzjonali timponi obbligi fuq l-operaturi li ma jkollhomx saħħa sinifikanti fis-suq sabiex jintlaħqu l-miri bħalma huma l-konnettività minn tarf għal ieħor jew l-operabbiltà bejn is-servizzi, madankollu huwa meħtieġ li jkun żgurat li dawn l-obbligi jkunu imposti b'konformità mal-qafas regolatorju u, b'mod partikolari, mal-proċeduri tan-notifika tiegħu.

(144)  Ir-regoli tal-kompetizzjoni weħidhom jistgħu ma jkunux suffiċjenti biex jiżguraw id-diversità kulturali u l-pluraliżmu fix-xandir fil-qasam tat-televiżjoni diġitali. L-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq jagħmlu meħtieġa r-rieżami tal-obbligi sabiex jingħata aċċess kondizzjonali fuq termini ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji fuq bażi regolari, jew minn xi Stat Membru għas-suq nazzjonali tiegħu jew mill-Kummissjoni għall-Unjoni, b'mod partikolari biex jiġi stabbilit jekk hemmx ġustifikazzjoni għall-estensjoni tal-obbligi għall-gwidi elettroniċi tal-programmi (EPGs) u għall-interfaċċi għall-programmi tal-applikazzjonijiet (APIs), sal-limitu li huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għall-utenti finali għal servizzi ta' xandir diġitali speċifikati. L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw is-servizzi ta' xandir diġitali li għalihom l-aċċess mill-utenti finali jrid jiġi żgurat b'kull mezz leġiżlattiv, regolatorju jew amministrattiv li huma jqisu meħtieġ.

(145)  L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll lill-awtorità regolatorja nazzjonali tagħhom li tirreżamina l-obbligi fir-rigward tal-aċċess kondizzjonat għal servizzi ta' xandir diġitali sabiex issir stima permezz ta' analiżi tas-suq jekk jirtirawx jew jemendawx il-kondizzjonijiet għall-operaturi li ma jkollhomx setgħa sinifikanti tas-suq relevanti. Dan l-irtirar jew emendar jenħtieġ li ma jolqotx ħażin l-aċċess għall-utenti finali ta' dawn is-servizzi jew il-prospetti għal kompetizzjoni effettiva.

(146)  Hemm il-ħtieġa ta' obbligi ex ante f'ċerti ċirkostanzi sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp ta' suq kompetittiv, li l-kundizzjonijiet tiegħu jiffavorixxu introduzzjoni u adozzjoni ta' netwerks b'kapaċità għolja ħafna u l-massimizzazzjoni tal-benefiċċji tal-utent finali. It-tifsira ta' saħħa sinifikanti fis-suq f'din id-Direttiva hija ekwivalenti għall-kunċett ta' dominanza kif definit fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Qorti.

(147)  Żewġ impriżi jew aktar jistgħu jinstabu li jkunu jgawdu pożizzjoni konġunta dominanti mhux biss fejn jeżistu rabtiet strutturali jew oħrajn bejniethom iżda wkoll fejn l-istruttura tas-suq relevanti hija konduttiva għal effetti koordinati, u tippermettilhom jaġixxu sostanzjalment b'mod indipendenti mill-kompetituri, mill-klijenti u fl-aħħar nett mill-konsumaturi tagħhom, jiġifieri, tinkoraġġixxi komportament prallel jew allinejat antikompetittiv fis-suq. Struttura bħal din tista' tintwera permezz ta' karatteristiċi bħal grad għoli ta' konċentrazzjoni, livell suffiċjenti ta' trasparenza tas-suq li tagħmel il-koordinazzjoni jew politika komuni sostenibbli tul iż-żmien, u l-eżistenza ta' ostakli għolja li jimpedixxu d-dħul ta' kompetituri potenzjali u jipprevjenu reazzjoni fin-nuqqas ta' għażla min-naħa tal-konsumaturi. Fiċ-ċirkustanzi speċifiċi ta' regolamentzzjoni ex ante tas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, fejn l-ostakli għad-dħul ta' parteċipanti ġodda huma ġeneralment għoljin, ir-rifjut minn proprjetarji tan-netwerk biex jipprovdu aċċess bl-ingrossa fuq termini raġonevoli li jibbenefikaw minnhom dinamiċi kompetittivi b'mod sostenibbli, osservati jew previsti fin-nuqqas ta' regolamentazzjoni ex ante, flimkien ma' interess kondiviż fl-appoġġ ta' kirjiet sinifikanti fi swieq bl-imnut downstream jew kontigwi sproporzjonati meta mqabbla mal-investimenti magħmula u r-riskji mġarrba, jista' fih innifsu jkun indikatur ta' politika komuni adottata minn membri ta' oligopolija mhux kompetittiva.

(148)  Huwa essenzjali li obbligi regolatorji ex ante jenħtieġ li jiġu imposti biss f'suq bl-ingrossa fi swieq fejn ikun hemm impriża waħda jew aktar b'saħħa sinifikanti fis-suq, bil-ħsieb li tiġi żgurata kompetizzjoni sostenibbli ▌, u fejn ir-rimedji tal-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali jew tal- Unjoni ma jkunux suffiċjenti biex jindirizzaw dik il-problema. Il-Kummissjoni ħejjiet linji gwida fil-livell tal-Unjoni skont il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni biex jiġu segwiti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali meta jivvalutaw jekk il-kompetizzjoni hijiex effettiva f'suq partikolari u meta jivvalutaw ċerta saħħa sinifikanti fis-suq. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li janalizzaw jekk is-suq fi prodott jew servizz partikolari jkunx effettivament kompetittiv f'żona ġeografika partikolari, li tista' tkun it-territorju kollu jew parti minnu tal-Istat Membru konċernat jew partijiet ġirien tat-territorji tal-Istati Membri meqjusa flimkien. Analiżi tal-kompetizzjoni effettiva jenħtieġ li tinkludi analiżi dwar jekk is-suq hux prospettivament kompetittiv, u b'hekk jekk xi nuqqas ta' kompetizzjoni effettiva hijiex dejjiema. Dawk il-linji gwida jenħtieġ li jindirizzaw ukoll il-kwistjoni ta' swieq ġodda emerġenti, fejn fil-fatt il-mexxej tas-suq x'aktarx li jkollu sehem sostanzjali tas-suq iżda jenħtieġ li ma jkunx għal obbligi mhux adattati. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina regolarment il-linji gwida, b'mod partikolari fl-okkażjoni ta' rieżami tal-leġiżlazzjoni eżistenti, filwaqt li titqies il-ġurisprudenza, tal-ħsieb ekonomiku u tal-esperjenza preżenti tas-suq bil-ħsieb li tiżgura li jibqgħu adattati f'suq li jiżviluppa b'mod mgħaġġel. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom il-ħtieġa li jikkooperaw ma xulxin fejn jinstab li s-suq relevanti jkun transnazzjonali.

(149)  Biex jiġi stabbilit jekk impriża jkollhiex saħħa sinifikanti fis-suq f'suq speċifiku, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jaġixxu skont id-dritt tal-Unjoni u jqisu kif xieraq il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti tas-suq.

(150)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jiddefinixxu s-swieq ġeografiċi rilevanti fit-territorju tagħhom filwaqt li jqisu r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Swieq ta' Prodotti u Servizzi Rilevanti adottata skont din id-Direttiva u filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali u lokali. Għaldaqstant, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li mill-inqas janalizzaw is-swieq li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni, inklużi dawk is-swieq li huma elenkati iżda ma jkunux għadhom qed jiġu rregolati fil-kuntesti nazzjonali jew lokali speċifiċi. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li janalizzaw ukoll is-swieq li mhumiex inklużi f'din ir-Rakkomandazzjoni, iżda li huma rregolati fit-territorju ta' ġurisdizzjoni tagħhom fuq il-bażi ta' analiżi tas-swieq preċedenti, jew ta' swieq oħra, jekk ikollhom raġunijiet suffiċjenti sabiex jikkunsidraw li t-test tat-tliet kriterji previsti f'din id-Direttiva jistgħu jitħarsu.

(151)  Is-swieq transnazzjonali jistgħu jiġu ddefiniti meta dan ikun ġustifikat mid-definizzjoni tas-suq ġeografiku, filwaqt li jitqiesu l-fatturi kollha tal-provvista u tad-domanda skont il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni. Il-BEREC huwa l-aktar korp adattat biex iwettaq tali analiżi, billi jgawdi mill-esperjenza kollettiva estensiva ta' awtoritajiet regolatorji nazzjonali meta jkun qed jiddefinixxi s-swieq fuq livell nazzjonali. Jekk is-swieq transnazzjonali jiġu definiti u jkun iġġustifikat għalihom intervent regolatorju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali konċernati jenħtieġ li jikkooperaw biex jidentifikaw reazzjoni regolatorja xierqa, inkluż fil-proċess ta' notifika lill-Kummissjoni. Huma jistgħu wkoll jikkooperaw bl-istess mod fejn swieq transnazzjonali ma jkunux identifikati iżda li fit-territorji tagħhom il-kundizzjonijiet tas-suq ma jkunux biżżejjed omoġenji sabiex jibbenefikaw minn approċċ regolatorju koordinat, bħal pereżempju f'termini ta' domanda transnazzjonali jew domanda komparabbli tal-utenti finali.

(152)  F'ċerti ċirkostanzi s-swieq ġeografiċi huma definiti bħala nazzjonali jew sottonazzjonali, pereżempju minħabba n-natura nazzjonali jew lokali tal-introduzzjoni gradwali tan-netwerk, li tiddetermina l-limiti ta' saħħa potenzjali fis-suq tal-impriżi f'termini ta' provvista bl-ingrossa, iżda għad hemm domanda transnazzjonali sinifikanti minn waħda jew iżjed kategoriji ta' utenti finali. Dan jista' b'mod partikolari jkun il-każ għad-domanda minn utenti finali tan-negozju b'operazzjonijiet ta' faċilitajiet f'iktar minn sit wieħed fi Stati Membri differenti. Jekk din id-domanda transnazzjonali ma tiġix issodisfata biżżejjed min-naħa tal-fornituri, pereżempju jekk ikunu frammentati tul il-fruntieri nazzjonali jew lokali, jista' jkun il-każ li jinqala' x-xkiel fis-suq intern. Għaldaqstant, il-BEREC jenħtieġ li jingħata s-setgħa li jipprovdi linji gwida lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar approċċi regolatorji komuni biex jiġi żgurat li d-domanda transnazzjonali tista' tintlaħaq b'mod sodisfaċenti, jipprovdi bażi għall-prodotti ta' aċċess għall-operaturi tul l-Unjoni u li jippermetti effiċjenza u ekonomiji ta' skala minkejja n-naħa tal-provvista fframmentata. Il-linji gwida tal-BEREC jenħtieġ li jsawru l-għażliet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex isegwu l-objettiv tas-suq intern meta jimponu l-obbligi regolatorji fuq l-operaturi SMP (operaturi b'saħħa sinifikanti fis-suq) fil-livell nazzjonali.

(153)  ▌.

(154)  ▌.

(155)  ▌.

(156)  Matul tranżizzjoni gradwali għal swieq deregolati, gradwalment, il-ftehimiet kummerċjali, inklużi dawk dwar koinvestiment u aċċess, bejn l-operaturi se jsiru iktar komuni, u jekk ikunu sostenibbli u jtejbu d-dinamiki kompetittivi, huma jistgħu jikkontribwixxu għall-konklużjoni li suq bl-ingrossa partikolari ma jeħtieġx regolamentazzjonijoni ex ante. L-istess loġika tapplika b'lura, għal terminazzjoni imprevedibbli ta' ftehimiet kummerċjali f'suq mhux irregolat. L-analiżi ta' tali ftehimiet jenħtieġ li tqis li l-prospettiva ta' regolamentazzjoni tista' tkun raġuni biex il-proprjetarji tan-netwerk jidħlu f'negozjati kummerċjali. Bil-ħsieb li tiġi żgurata kunsiderazzjoni adegwata tal-impatt tar-regolamentazzjoni imposta fuq swieq relatati sabiex jiġi determinat jekk suq partikolari jiġġustifikax regolamentazzjoni ex ante, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jiżguraw li s-swieq jiġu analizzati b'mod koerenti u fejn ikun possibbli, fl-istess zmien, jew kemm jista' jkun qrib ta' xulxin fiż-żmien.

(157)  Meta wieħed jivvaluta kemm ir-regolament tal-ingrossa jsolvi problemi fil-livell ta' bejgħ bl-imnut, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jqisu l-fatt li diversi swieq bl-ingrossa jistgħu jipprovdu inputs upstream bl-ingrossa għal suq bl-imnut partikolari, u min-naħa l-oħra, suq bl-ingrossa partikolari ista' jipprovdi inputs upstream bl-ingrossa għal diversi swieq ta' bejgħ bl-imnut. Barra minn hekk, dinamiki kompetittivi f'suq partikolari jistgħu jiġu influwenzati minn swieq li huma kontigwi iżda mhux f'relazzjoni vertikali, bħalma jista' jkun il-każ bejn ċerti swieq fissi u mobbli. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jwettqu dik il-valutazzjoni individwali għal kull suq bl-ingrossa li jiġi kkunsidrat għar-regolamentazzjoni, billi jibdew bir-rimedji għall-aċċess għall-infrastruttura ċivili, minħabba li dawn ir-rimedji normalment iwasslu għal kompetizzjoni iktar sostenibbli inkluża kompetizzjoni fl-infrastruttura, u wara jkomplu billi janalizzaw is-swieq tal-operaturi kollha li jitqiesu bħala suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante skont l-ordni tal-idoneità probabbli tagħhom sabiex jindirizzaw il-problemi identifikati ta' kompetizzjoni fil-livell tal-bejgħ bl-imnut. Meta jiddeċiedu dwar ir-rimedju speċifiku li għandu jiġi impost, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jivvalutaw il-vijabbiltà teknika tiegħu u jwettqu analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż, filwaqt li jqisu kemm hu kompetenti biex jindirizza l-problemi identifikati ta' kompetizzjoni fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, filwaqt li jippermetti kompetizzjoni bbażata fuq id-differenzazzjoni u n-newtralità teknoloġika. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jikkunsidraw il-konsegwenzi li jiġi imponut rimedju speċifiku li, jekk ikun fattibbli biss fuq ċerti tipoloġiji tan-netwerk, jista' jikkostitwixxi diżinċentiv għall-introduzzjoni ta' netwerks ta' kapaċità għolja ħafna, fl-interess tal-utenti finali. Barra minn hekk, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jipprovdu inċentivi permezz tar-rimedji imposti, u, meta jkun possibbli, qabel l-introduzzjoni gradwali tal-infrastruttura, għall-iżvilupp ta' arkitettura tan-netwerk flessibbli u miftuħa, li eventwalment tnaqqas il-piż u l-kumplessità tar-rimedji li jiġu imposti fi stadju iktar 'il quddiem. F'kull stadju tal-valutazzjoni, qabel ma l-awtorità regolatorja nazzjonali tiddetermina jekk kwalunkwe rimedju addizzjonali, aktar ta' piż, għandux jiġi impost fuq l-operatur SMP, din jenħtieġ li tfittex li tiddetermina jekk ir-rimedji li ġew ikkunsidrati diġà humiex ser ikunu biżżejjed biex is-suq ikkonċernat ikun effettivament kompetittiv, anke fid-dawl ta' kwalunkwe arranġament kummerċjali rilevanti jew ċirkostanza tas-suq bl-ingrossa oħra, inklużi tipi ta' regolamentzzjoni oħra diġà fis-seħħ, bħal pereżempju obbligi ġenerali ta' aċċess għal assi mhux replikabbli jew obbligi imposti skont id-Direttiva 2014/61/UE, u ta' kwalunkwe regolamentazzjoni diġà meqjusa xierqa mill-awtorità regolatorja nazzjonali għal operatur SMP. Tali valutazzjoni fi stadji, bl-għan li tiżgura li r-rimedji l-aktar adatti biss meħtieġa biex jindirizzaw kwalunkwe problema identifikata fl-analiżi tas-suq huma imposti, ma tipprekludix awtorità regolatorja nazzjonali milli ssib li taħlita ta' tali rimedji flimkien, anke jekk ta' intensitajiet differenti, toffri l-inqas mod intrużiv biex tiġi indirizzata l-problema. Anki jekk dawn id-differenzi ma jwasslux għad-definizzjoni ta' swieq ġeografiċi distinti, dawn jistgħu jiġġustifikaw differenzazzjoni tar-rimedji xierqa imposti fid-dawl tal-intensità differenti tar-restrizzjonijiet kompetittivi.

(158)  Ir-regolamentazzjoni ex ante imposta fil-livell bl-ingrossa, li fil-prinċipju hija inqas intrużiva minn regolamentazzjoni fuq il-bejgħ bl-imnut, titqies biżżejjed biex tindirizza problemi potenzjali tal-kompetizzjoni dwar is-suq/swieq downstream għall-konsumatur. L-avvanzi fil-funzjonament tal-kompetizzjoni mindu ġie fis-seħħ il-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi qed jintwerew permezz tad-deregolamentazzjoni progressiva tas-swieq bl-imnut madwar l-Unjoni. Barra minn hekk, ir-regoli li jirrigwardaw l-impożizzjoni ta' rimedji ex ante fuq l-impriżi b'saħħa sinifikanti fis-suq jenħtieġ li jiġu simplifikati u jsiru iktar prevedibbli, fejn possibbli. Għalhekk, is-setgħa ta' impożizzjoni ta' kontrolli regolatorji ex ante abbażi ta' setgħa sinifikanti fis-swieq bl-imnut jenħtieġ li jitneħħew.

(159)  Meta awtorità regolatorja nazzjonali tirtira regolamentazzjoni fuq il-bejgħ bl-ingrossa jenħtieġ li jiġi definit perjodu xieraq ta' notifika biex jiżgura t-tranżizzjoni sostenibbli minn suq deregolamentat. Meta tiddefinixxi tali perjodu, l-awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li tqis il-ftehimiet eżistenti bejn il-fornituri ta' aċċess u dawk li jfittxu l-aċċess li jkunu saru fuq il-bażi ta' obbligi regolatorji imposti. B'mod partikolari, dawn il-ftehimiet jistgħu jipprovdu protezzjoni legali kuntrattwali lil min ifittex aċċess għal perjodu determinat ta' żmien. L-awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li tqis ukoll il-possibbiltà effettiva għall-parteċipanti tas-suq lijkollhom xi tip ta' aċċess bl-ingrossa jew jew għal offerti ta' koinvestiment kummerċjali li jistgħu jkunu preżenti fis-suq u l-ħtieġa li jiġi evitat perjodu estiż ta' arbitraġġ regolatorju possibbli. L-arranġamenti ta' tranżizzjoni stabbiliti mill-awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li jqisu l-limitu u t-tul ta' sorveljanza regolatorja ta' ftehimiet preeżistenti, ladarba jibda l-perjodu ta' preavviż.

(160)  Sabiex l-operaturi fis-suq ikollhom ċertezza rigward kundizzjonijiet regolatorji, jeħtieġ li jkun hemm skadenza għall-analiżijiet tas-suq. Huwa importanti li ssir analiżi tas-suq regolarment, u bi skeda ta' żmien xierqa u raġonevoli. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tonqos milli tanalizza s-suq sal-iskandeza speċifikata, dan jista' jwassal biex jipperikola s-suq intern, u l-azzjonijiet normali kontra l-ksur ta' liġi jistgħu ma jħallux l-effett mixtieq f'waqtu. Inkella, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata jenħtieġ li tkun tista' titlob l-assistenza tal-BEREC biex tikkompleta l-analiżi tas-suq. Pereżempju, din l-assistenza tista' tieħu l-forma ta' taskforce speċifika komposta minn rappreżentanti ta' awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra.

(161)  Minħabba livell għoli ta' innovazzjoni teknoloġika u swieq mill-aktar dinamiċi fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, jeħtieġ li r-regolamentazzjoni tiġi adattata rapidament b'mod koordinat u armonizzat fil-livell tal-Unjoni. L-esperjenza wriet li d-diverġenza fil-mod kif l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jimplimentaw il-qafas regolatorju tista' toħloq xkiel għall-iżvilupp tas-suq intern.

(162)  Madankollu, fl-interess ta' stabbiltà u prevedibbiltà akbar ta' miżuri regolatorji, il-perjodu massimu permess bejn l-analiżijiet tas-suq jenħtieġ li jiġi estiż minn tliet snin sa ħames snin fil-każ ta' swieq stabbli u prevedibbli, dejjem jekk il-bidliet fis-suq matul dan il-perjodu ta' intervent ma jkunux jeħtieġu analiżi ġdida. Fid-determinazzjoni ta' jekk awtorità regolatorja nazzjonali kkonformatx mal-obbligi tagħha biex tanalizza s-swieq u nnotifikatx l-abbozz ta' miżura korrispondenti mill-inqas kull ħames snin, notifika li tinkludi valutazzjoni ġdida tad-definizzjoni tas-suq u ta' saħħa sinifikanti fis-suq biss se titqies bħala l-bidu ta' ċiklu ġdid ta' ħames snin tas-suq. Is-sempliċi notifika ta' rimedji regolatorji ġodda jew emendati, imposti abbażi ta' analiżi tas-suq preċedenti u mhux riveduta mhux se titqies li ssodisfat dan l-obbligu. Fil-każ ta' swieq dinamiċi, il-perjodu massimu permess bejn l-analiżijiet tas-suq jenħtieġ li madankollu jibqa' ta' tliet snin. Jenħtieġ li suq jitqies bħala dinamiku meta l-parametri użati biex jiddeterminaw jekk obbligi jiġux imposti jew jitneħħewx, inkluża l-evoluzzjoni teknoloġika u x-xejriet tad-domanda tal-utent finali, mhux probabbli li jevolvu b'tali mod li l-konklużjonijiet tal-analiżi jistgħu jinbidlu f'perjodi ta' inqas minn sena waħda għal għadd sinifikanti ta' żoni ġeografiċi li jirrappreżentaw mill-inqas 10 % tas-suq.

(163)  L-impożizzjoni ta' obbligu speċifiku fuq impriża b'saħħa sinifikanti fis-suq ma teħtieġx analiżi addizzjonali tas-suq iżda ġustitikazzjoni li l-obbligu inkwisjoni huwa xieraq u proporzjonat b'relazzjoni man-natura tal-problema identifikata fis-suq inkwistjoni▌.

(164)  Meta tiġi evalwata l-proporzjonalità tal-obbligi u l-kundizzjonijiet li jenħtieġ li jiġu imposti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jqisu l-kundizzjonijiet kompetittivi differenti li jkun hemm fiż-żoni differenti fl-Istati Membri tagħhom filwaqt li jqisu b'mod partikolari tar-riżultati tal-istħarriġ ġeografiku mwettaq skont din id-Direttiva.

(165)  Meta jkunu qed iqisu jekk jimponux rimedji għall-kontroll tal-prezzijiet, u jekk ikun il-każ f'liema forma, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jippruvaw jippermettu li min jinvesti jkollu qligħ ġust minn proġett partikolari ġdid ta' investiment. B'mod partikolari, jista' jkun hemm riskji marbuta ma' proġetti ta' investiment speċifiċi għal netwerks ta' aċċess ġodda li jappoġġaw prodotti li ma jkunx hemm ċertezza dwar id-domanda għalihom fiż-żmien li jsir l-investiment.

(166)  Ir-rieżami tal-obbligi imposti fuq operaturi indikati bħala detenturi ta' setgħa sinifikanti fis-suq matul il-perijodu ta' żmien ta' analiżi tas-suq jenħtieġ li jippermetti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu l-impatt fuq kundizzjonijiet kompetittivi ta' żviluppi ġodda, pereżempju ta' ftehimiet volontarji li jkunu għadhom kif ġew konklużi bejn l-operaturi, bħalma huma l-aċċess u l-ftehimiet ta' koinvestiment, u b'hekk jipprovdu l-flessibbiltà li hija partikolarment meħtieġa fil-kuntest ta' ċikli regolatorji itwal. Jenħtieġ li tiġi applikata loġika simili fil-każ ta' terminazzjoni mhux prevedibbli ta' ftehimiet kummerċjali. Jekk tali terminazzjoni sseħħ f'suq mhux regolat, għandu mnejn ikun hemm bżonn ta' analiżi ġdida tas-suq.

(167)  It-trasparenza tat-termini u l-kondizzjonijiet għall-aċċess u l-interkonnessjoni, inklużi l-prezzijiet, isservi biex jitħaffu n-negozjati, jiġi evitat tilwim u tingħata fisuċja lill-parteċipanti tas-suq li servizz mhux qed jiġi fornut b'kondizzjonijiet diskriminatorji. Iċ-ċarezza u t-trasparenza tal-interfaċċi tekniċi jistgħu jkunu partikolarment importanti biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali timponi obbligi biex tagħmel pubbliku t-tagħrif, tista' wkoll tispeċifika l-mod li bih l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni, u jekk tkunx bla ħlas jew le, waqt li jitqiesu n-natura u l-għan tal-informazzjoni konċernata.

(168)  Fid-dawl tal-varjetà ta' topoloġiji ta' netwerks, l-aċċess għall-prodotti u ċ-ċirkostanzi tas-suq li seħħew sa mill-2002, l-għanijiet tal-Anness II tad-Direttiva 2002/19/KE, li jikkonċernaw l-aċċess mhux marbut mal-linja lokali u l-prodotti għall-aċċess għall-fornituri ta' servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju, jistgħu jintlaħqu aħjar u b'mod aktar flessibbli, billi jiġu provduti linji gwida dwar il-kriterji minimi għal offerta ta' referenza biex jiġu żviluppati u aġġornati perjodikament mill-BEREC. Għalhekk l-Anness II tad-Direttiva 2002/19/KE jenħtieġ li jitneħħa.

(169)  Il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni jiżgura li impriżi li għandhom is-saħħa fis-suq ma jgħawġux il-kompetizzjoni, b'mod partikolari fejn ikunu impriżi vertikalment integrati li jfornu servizzi lill-impriżi li magħhom jikkompetu fi swieq downstream.

(170)  Sabiex tiġi indirizzata u evitata l-imġiba diskriminatorja mhux relatata mal-prezz, l-ekwivalenza tal-inputs (EoI) hi normalment l-aktar mod żgur biex tinkiseb protezzjoni effettiva mid-diskriminazzjoni. Min-naħa l-oħra, jekk jingħataw inputs bl-ingrossa regolamentati abbażi ta' EoI, x'aktarx iwasslu għal kostijiet ogħla tal-konformità milli jwasslu l-forom oħra ta' obbligi mhux diskriminatorji. Dawn il-kostijiet ogħla tal-konformità jenħtieġ li jitkejlu skont il-benefiċċji ta' kompetizzjoni downstream aktar qawwija, u tar-rilevanza ta' nondiskriminazzjoni garanziji f'ċirkustanzi fejn l-operatur b'setgħa sinifikattiva fis-suq ma jkunx soġġett għal kontrolli ta' prezz dirett. B'mod partikolari, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jikkunsidraw li din id-dispożizzjoni għal sistemi ġodda ta' inputs tal-ingrossa min-naħa tal-operatur abbażi ta' EoI, aktarx li jkollha iktar possibbiltà li toħloq benefiċċji netti biżżejjed u għalhekk tkun proporzjonata, minħabba l-kostijiet inkrimentali tal-konformità li jkunu aktar baxxi b'mod komparattiv biex jiżguraw li sistemi mibnijin ġodda jkunu konformi mal-EoI. Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jibbilanċjaw ukoll id-diżinċentivi għall-introduzzjoni ta' sistemi ġodda, meta mqabbel ma' aktar titjib inkrimentali, fil-każ li dawn ta' qabel ikunu soġġetti għal obbligi regolatorji aktar restrittivi. Fi Stati Membri b'għadd kbir ta' operaturi SMP fuq skala żgħira, l-impożizzjoni tal-EoI fuq kull operatur tista' tkun sproporzjonata.

(171)  Is-separazzjoni tal-kontabbiltà tippermetti li trasferimenti interni tal-prezzijiet ikunu jidhru, u tippermetti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jivverifikaw il-konformità mal-obbligi għan-nondiskriminazzjoni fejn japplika. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ppubblikat ir-Rakkomandazzjoni 2005/698/EC tad-19 ta' Settemrbu 2005 dwar il-kontijiet separati u sistemi ta' kontabbiltà.

(172)  L-assi tal-inġinerija ċivili li jistgħu jospitaw netwerk ta' komunikazzjonijiet elettroniċi huma kruċjali għas-suċċess tal-introduzzjoni gradwali ta' netwerks ▌ġodda minħabba l-kost għoli biex jiġu dduplikati, u l-iffrankar sinifikanti li jista' jsir meta jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw. Għalhekk, minbarra r-regoli dwar l-infrastruttura fiżika stabbiliti fid-Direttiva 2014/61/UE, huwa neċessarju rimedju speċifiku f'dawk iċ-ċirkostanzi fejn l-assi tal-inġinerija ċivili jkunu l-proprjetà ta' operatur maħtur b'saħħa sinifikanti fis-suq. Meta l-assi tal-inġinerija ċivili jeżistu u jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw, l-effett pożittiv tal-ksib ta' aċċess effettiv għalihom fuq l-introduzzjoni gradwali ta' infrastruttura ta' kompetizzjoni huwa kbir ħafna, u għalhekk jeħtieġ li jkun żgurat li l-aċċess għal dawn l-assi jista' jintuża bħala rimedju awtonomu bl-għan li jitjiebu d-dinamika kompetittiva u d-dinamika tal-użu fi kwalunkwe suq downstream, li għandhom jiġu kkunsidrati qabel ma tiġi vvalutata l-ħtieġa li jiġu imposti rimedji potenzjali oħra, u mhux biss bħala rimedju anċillari għal prodotti oħra bl-ingrossa jew servizzi jew bħala rimedju limitat għall-impriżi li jagħmlu użu minn tali prodotti jew servizzi oħra bl-ingrossa. Assi eżistenti jenħtieġ li jitqiesx disponibbli għall-użu mill-ġdid fejn limitazzjonijiet tekniċi jew fiżiċi jipprevjenu l-aċċess funzjonali għalih. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jivvalutaw l-assi storiċi riutilizzabbli tal-inġinerija ċivili abbażi tal-valur nett tal-kontabbiltà regolatorja tad-deprezzament akkumulat meta jsir il-kalkolu, indiċjat b'indiċi tal-prezz xieraq, bħall-indiċi tal-prezz bl-imnut, u bl-esklużjoni ta' dawk l-assi li huma deprezzati għalkollox matul perjodu ta' mhux inqas minn 40 sena, iżda li għadhom qed jintużaw.

(173)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li, meta jimponu obbligi ta' aċċess għal infrastrutturi ġodda u mtejba, jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta' aċċess jirriflettu ċ-ċirkustanzi li jimmotivaw id-deċiżjoni għal investiment, filwaqt li jitqiesu, inter alia, l-ispejjeż ta' tnedija, ir-rata mistennija ta' kemm se jintlaqgħu l-prodotti u s-servizzi l-ġodda u l-livelli mistennija tal-prezz bl-imnut. Barra minn hekk, sabiex min jinvesti jingħata ċ-ċertezza rigward l-ippjanar, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu, jekk ikun japplika, it-termini u l-kundizzjonijiet għall-aċċess li jkunu konformi rigward perjodi xierqa ta' analiżi. Fil-każ li l-kontrolli tal-prezzijiet jitqiesu xierqa, tali termini u kundizzjonijiet jistgħu jinkludu arranġamenti dwar l-ipprezzar li jiddependu mill-volumi jew mit-tul tal-kuntratt skont id-dritt tal-Unjoni u sakemm ma jkollhomx effett diskriminatorju. Kull kundizzjoni ta' aċċess li tiġi imposta jenħtieġ li tħares il-ħtieġa li tinżamm il-kompetizzjoni effettiva fis-servizzi lill-konsumaturi u lin-negozji.

(174)  L-obbligu tal-aċċess għall-infrastruttura tan-netwerks, inkluża fibra skura, jista' jkun ġustifikat bħala mezz biex tiżdied il-kompetizzjoni, iżda l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jibbilanċjaw id-drittijiet tas-sid tal-infrastruttura biex jisfrutta l-infrastruttura tiegħu għall-benefiċċju tiegħu stess, u d-drittijiet ta' fornituri oħra ta' servizzi li jkollhom aċċess għall-faċilitajiet li huma essenzjali għall-forniment ta' servizzi f'kompetizzjoni.

(175)  ▌.

(176)  Fejn jiġu imposti obbligi fuq l-operaturi li jeħtiġuhom jissodisfaw talbiet raġonevoli għall-aċċess għall-elementi ta' netwerks u faċilitajiet assoċjati u l-użu tagħhom, dawk it-talbiet jenħtieġ li jiġu rifjutati biss fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi bħalma huma l-kapaċità teknika jew il-ħtieġa li tinżamm l-integrità tan-netwerk. Fejn l-aċċess jiġi rifjutat, il-parti offiża tista' tissottometti l-każ għall-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim imsemmija fl-Artikoli 27 u 28. Operatur li għandu imposti fuqu l-obbligi ta' aċċess ma jistax ikun meħtieġ li jforni tipi ta' aċċess li mhux fis-setgħa tiegħu li jforni. L-impożizzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' obbligu ta' aċċess li jżid il-kompetizzjoni fuq medda qasira ta' żmien jenħtieġ li ma jnaqqasx l-inċentivi għall-kompetituri li jinvestu f'faċilitajiet alternattivi li jiżguraw aktar kompetizzjoni sostenibbli u/jew prestazzjoni ogħla u benefiċċji tal-utent finali fuq medda twila ta' żmien. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu kundizzjonijiet tekniċi u ta' operazzjoni fuq il-fornitur u/jew benefiċjarji ta' aċċess obbligatorju skont id-dritt tal-Unjoni. B'mod partikolari l-impożizzjoni ta' standards tekniċi jenħtieġ li tikkonforma mad-Direttiva (UE) 2015/1535.

(177)  Il-kontroll tal-prezzijiet jista' jkun meħtieġ meta l-analiżi tas-suq f'suq partikolari turi kompetizzjoni ineffiċjenti. B'mod partikolari, operaturi b'saħħa sinifikanti fis-suq jenħtieġ li jevitaw il-kompressjoni tal-prezzijiet b'mod li d-differenza bejn il-prezz tagħhom bl-imnut u l-prezzijiet għall-interkonnessjoni u/jew għall-aċċess mitluba mill-kompetituri li jfornu servizzi bl-imnut simili ma tkunx adegwata biex tiżgura kompetizzjoni sostenibbli. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tikkalkola l-ispejjeż imġarrba fl-istabbiliment ta' servizz obbligatorju taħt din id-Direttiva, huwa xieraq li jiġi permess qligħ raġonevoli fuq il-kapital investit inklużi l-ispejjeż adatti tal-ħaddiema u l-bini, mal-valur tal-kapital aġġustat fejn meħtieġ biex jirrifletti l-valur kurrenti tal-assi u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet. Il-metodu tal-irkupru tal-ispejjeż jenħtieġ li jkun xieraq għaċ-ċirkostanzi filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu promossi l-effiċjenza, il-kompetizzjoni sostenibbli u l-introduzzjoni ta' netwerks b'kapaċità kbira ħafna u b'hekk jiġu massimizzati l-benefiċċji tal-utenti finali, u jenħtieġ li jqis il-ħtieġa ta' prezzijiet bl-ingrossa prevedibbli u stabbli għall-benefiċċju ta' kull operatur li jixtieq jintroduċi netwerks ġodda u mtejba, b'konformità mal-gwida tal-Kummissjoni(27).

(178)  Minħabba l-inċertezza rigward ir-rata ta' materjalizzazzjoni tad-domanda għall-forniment ta' servizzi tal-broadband tal-ġenerazzjoni li jmiss huwa importanti, sabiex jiġu promossi l-investiment u l-innovazzjoni effiċjenti, li dawn l-operaturi li jinvestu f'netwerks ġodda jew imtejba jitħallew ċertu livell ta' flessibbiltà fl-ipprezzar. Biex jiġu evitati prezzijiet eċċessivi fi swieq fejn hemm operaturi magħżula bħala detenturi ta' setgħa sinifikanti fis-suq, il-flessibbiltà fl-ipprezzar jenħtieġ li tkun akkumpanjata b'salvagwardji addizzjonali biex titħares il-kompetizzjoni u l-interessi tal-utent finali, bħal obbligi mhux diskriminatorji stretti, miżuri li jiżguraw ir-replikabbiltà teknika u ekonomika ta' prodotti downstream, u restrizzjoni dimostrabbli fil-prezz għall-konsumatur li jirriżultaw minn kompetizzjoni tal-infrastruttura jew prezz ankra li jkun ġej minn prodotti tal-aċċess regolati, jew it-tnejn li huma. Dawk is-salvagwardji kompetittivi ma jippreġudikawx l-identifikazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' ċirkustanzi oħra li fihom ikun xieraq li ma jimponux prezzijiet tal-aċċess regolati għall-input bl-ingrossa partikolari, bħal meta elastiċità kbira tal-prezzijiet tad-domanda tal-utent finali tagħmilha profittabbli għall-operaturi b'setgħa sinifikanti fis-suq li jimponu prezzijiet ferm aktar 'il fuq mil-livell kompetittiv.

(179)  Fejn awtorità regolatorja nazzjonali timponi obbligi li tiġi implimentata sistema ta' cost-accounting sabiex jiġu appoġġjati l-kontrolli tal-prezzijiet, tista' hi stess twettaq verifika ta' kull sena biex tiżgura l-konformità ma' dik is-sistema ta' cost-accounting, basta li jkollha l-persunal kwalifikat meħtieġ, jew tista' teħtieġ li l-verifika titwettaq minn korp ieħor kwalifikat, indipendenti mill-operatur konċernat.

(180)  Fl-Unjoni, is-sistema ta' ħlas għat-terminazzjoni tas-sejħa bil-vuċi bl-ingrossa hija bbażata fuq il-prinċipju Tħallas in-Netwerk tal-Parti li Tagħmel it-Telefonata (Calling Party Network Pays). Analiżi tat-tibdil fid-domanda u fil-provvista turi li attwalment, jew fil-futur prevedibbli, ma ġew irreġistrati l-ebda sostituti fil-livell bl-ingrossa li jistgħu jfixklu l-iffissar tat-tariffi għat-terminazzjoni f'netwerk partikolari. Jekk wieħed iqis in-natura tal-aċċess b'żewġ possibbiltajiet tas-swieq ta' terminazzjoni, problemi potenzjali oħra ta' kompetizzjoni jinkludu l-kontrosussidjar bejn l-operaturi. Dawn il-problemi potenzjali ta' kompetizzjoni huma komuni kemm għas-swieq ta' terminazzjoni ta' telefonati bil-vuċi fissi kif ukoll mobbli. Għalhekk, fid-dawl tal-kapaċità u l-inċentivi tal-operaturi li jipprovdu s-servizz ta' terminazzjoni li jgħollu l-prezzijiet sostanzjalment ogħla mill-ispejjeż, l-orjentazzjoni tal-ispejjeż titqies bħala l-intervent l-aktar adattat biex jiġi indirizzat dan it-tħassib f'tul ta' żmien medju.

(181)  Sabiex jitnaqqas il-piż regolatorju biex jiġu indirizzati l-problemi tal-kompetizzjoni relatati ma' terminazzjoni ta' telefonati bil-vuċi bl-ingrossa b'mod koerenti madwar l-Unjoni, din id-Direttiva jenħtieġ li tistabbilixxi approċċ komuni bħala bażi biex jistabbilixxi l-obbligazzjonijiet tal-kontroll tal-prezz, li għandu jitkompla permezz ta' metodoloġija komuni vinkolanti li għandha tiġi determinata mill-Kummissjoni u minn gwida teknika li jenħtieġ li jiġu żviluppati mill-BEREC.

(182)  Għas-simplifikazzjoni tal-issettjar tagħhom u sabiex tiġi ffaċilitata l-impożizzjoni tagħhom fejn xieraq, ir-rati ta' terminazzjoni ta' telefonati bil-vuċi bl-ingrossa fis-swieq tat-telefonija fissa jew mobbli fl-Unjoni jenħtieġ li jiġu stabbiliti permezz ta' att delegat. Din id-Direttiva jenħtieġ li tistabbilixxi l-kriterji u l-parametri dettaljati li fuq il-bażi tagħhom huma stabbiliti l-valuri tar-rati ta' terminazzjoni għat-telefonati bil-vuċi. Fl-applikazzjoni ta' dak is-sett ta' kriterji u parametri, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis, b'mod partikolari, li huma biss dawk l-ispejjeż li jiżdiedu mal-forniment tas-servizzi ta' terminazzjoni bl-ingrossa tat-telefonati li jenħtieġ li jkunu koperti; li t-tariffi tal-ispettru jkunu ddeterminati mill-abbonat u mhux mit-traffiku u għalhekk jenħtieġ li jiġu esklużi u li spettru addizzjonali huwa fil-biċċa l-kbira allokat għad-data u għalhekk mhuwiex rilevanti għall-inkrement tat-terminazzjoni tat-telefonati; li jkun rikonoxxut li filwaqt li f'netwerks mobbli skala ta' livell minimu ta' effiċjenza hija stmata fil-livell ta' mill-inqas 20 % tas-sehem mis-suq, f'netwerks fissi l-operaturi iżgħar jistgħu jiksbu l-istess effiċjenzi u jipproduċu fl-istess rata ta' spejjeż għal kull unità daqs l-operatur effiċjenti, indipendentement mid-daqs tagħhom. Meta tiġi stabbilita b'mod preċiż ir-rata massima, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinkludi ponderazzjoni xierqa li tqis l-għadd totali ta' utenti finali f'kull Stat Membru, fejn dan ikun meħtieġ minħabba d-diverġenzi tal-ispejjeż li jkun għad fadal. Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi din ir-rata, l-esperjenza tal-BEREC u tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-bini ta' mudelli tal-kost adattati tkun ta' valur kbir u jenħtieġ li tiġi kkunsidrata. Ir-rati ta' terminazzjoni fl-Unjoni kollha naqsu b'mod konsistenti u huwa mistenni li jkomplu jonqsu. Meta l-Kummissjoni tiddetermina r-rati massimi ta' terminazzjoni fl-ewwel att delegat li tadotta skont din id-Direttiva, jenħtieġ li tinjora kwalunkwe devjazzjoni nazzjonali eċċezzjonali mhux ġustifikata min dik ix-xejra

(183)  ▌.

(184)  Minħabba l-inċertezza attwali dwar ir-rata ta' materjalizzazzjoni ta' domanda għal servizzi tal-broadband b'kapaċità għolja ħafna kif ukoll ekonomiji ta' skala u ta' densità ġenerali, ftehimiet ta' koinvestiment jistgħu joffru benefiċċji sinifikanti f'termini ta' qsim ta' spejjeż u riskji, li jippermettu l-operaturi ta' skala iżgħar li jinvestu fuq termini ekonomikament razzjonali u b'hekk jippromwovu kompetizzjoni sostenibbli u fit-tul, inkluż f'oqsma fejn il-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura tista' ma tkunx effiċjenti ▌.

(185)  L-iskop tas-separazzjoni funzjonali, li biha l-operatur li jkun integrat vertikalment jintalab jistabbilixxi entitajiet ta' negozju li joperaw b'mod separat, huwa li tkun żgurata l-provvista ta' prodotti għall-aċċess kompletament ekwivalenti lill-operaturi kollha li jieħdu servizz mingħandu, inklużi d-diviżjonijiet tal-operatur stess integrati vertikalment li jieħdu servizz mingħandu stess. Is-separazzjoni funzjonali għandha l-kapaċità li ttejjeb il-kompetizzjoni f'diversi swieq rilevanti billi tnaqqas b'mod sinifikanti l-inċentiv għad-diskriminazzjoni u billi tiffaċilita l-verifika u l-infurzar tal-konformità mal-obbligi kontra d-diskriminazzjoni. F'każijiet eċċezzjonali, is-separazzjoni funzjonali tista' tkun ġustifikata bħala rimedju fejn f'bosta mis-swieq konċernati jkun hemm falliment persistenti biex titnaqqas kemm jista' jkun id-diskriminazzjoni, jew fejn ftit li xejn ikun hemm prospetti ta' kompetizzjoni fl-infrastruttura f'perjodu ta' żmien raġonevoli wara li wieħed ikun irrikorra għal rimedju wieħed jew aktar li qabel kienu kkunsidrati xierqa. Madankollu, huwa importanti ħafna li wieħed jiżgura li l-impożizzjoni tagħha tippreżerva l-inċentivi tal-impriża kkonċernata biex tinvesti fin-netwerk tagħha, u li ma twassal għall-ebda effett negattiv potenzjali fuq il-benessri tal-konsumatur. L-impożizzjoni tagħha tirrikjedi analiżi koordinata tas-swieq rilevanti differenti li jkunu relatati man-netwerk għall-aċċess, skont il-proċedura tal-analiżi tas-suq stabbilita fl-Artikolu 67. Meta jagħmlu l-analiżi tas-suq u jfasslu d-dettalji ta' dan ir-rimedju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari lill-prodotti li jridu jkunu ġestiti mill-entitajiet tan-negozju li joperaw b'mod separat, waqt li jingħata każ tal-punt sa fejn tasal il-firxa tan-netwerk u l-grad ta' progress teknoloġiku, li jistgħu jaffettwaw is-sostitwibilità tas-servizzi fissi u tar-radju. Sabiex ikunu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern, il-proposti għas-separazzjoni funzjonali jenħtieġ li jkunu approvati minn qabel mill-Kummissjoni.

(186)  L-implimentazzjoni tas-separazzjoni funzjonali jenħtieġ li timpedix mekkaniżmi ta' koordinazzjoni xierqa bejn l-entitajiet diversi ta' negozju sabiex ikun żgurat li jkunu protetti d-drittijiet ekonomiċi u ta' sorveljanza tal-ġestjoni tal-kumpanija li jkollha l-kontroll tagħhom (parent company).

(187)  Meta l-impriża li tkun integrata vertikalment tagħżel li tittrasferixxi parti sostanzjali tal-proprjetà tagħha, jew il-proprjetà kollha, fin-netwerk għall-aċċess lokali favur entità ġuridika separata li tkun proprjetà ta' ħaddieħor jew billi tistabbilixxi entità ta' negozju separata biex tinnegozja l-prodotti għall-aċċess, l-awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li tevalwa l-effett tat-tranżazzjoni maħsuba, inkluż kull impenn tal-aċċess offrut minn din impriża, fuq l-obbligi regolatorji kollha eżistenti li jkunu imposti fuq l-operatur li jkun integrat vertikalment sabiex ikun żgurat li kull arranġament ġdid ikun konformi ma' din id-Direttiva. L-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata jenħtieġ li tieħu r-responsabbiltà li tagħmel analiżi ġdida tas-swieq li fihom tkun topera l-entità segregata, u timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi skont kif inhu xieraq. Għal dan il-għan, l-awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li jkollha s-setgħa li titlob informazzjoni mill-impriża.

(188)  Impenji vinkolanti jistgħu jżidu l-prevedibbiltà u t-trasparenza fil-proċess ta' separazzjoni volontarja permezz ta' impenn vertikalment integrat li jkun ġie ddesinjat bħala li għandu saħħa ta' suq sinifikanti f'wieħed jew iktar swieq rilevanti, billi jistabbilixxi l-proċess ta' implimentazzjoni tas-separazzjoni ppjanata, pereżempju billi jiġi pprovdut pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni b'miri ċari u konsegwenzi prevedibbli fil-każ li ma jintlaħqux ċerti miri. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jikkunsidraw l-impenji li jkunu saru minn perspettiva ta' sostenibbiltà li tħares 'il quddiem, b'mod partikolari meta jagħżlu l-perjodu li għalih ikunu qed jimpenjaw ruħhom, u jenħtieġ li jħarsu l-valur stabbilit mill-partijiet interessati fil-konsultazzjoni pubblika dwar kundizzjonijiet tas-suq stabbli u prevedibbli.

(189)  L-impenji jistgħu jinkludu l-ħatra ta' fiduċjarju tal-monitoraġġ, li l-identità u l-mandat tiegħu jenħtieġ li jiġu approvati mill-awtorità regolatorja nazzjonali u l-obbligu fuq l-operatur li joffri dawn tal-aħħar biex jipprovdi rapporti perjodiċi ta' implimentazzjoni.

(190)  Il-proprjetarji tan-netwerk li ma jkollhomx attivitajiet tas-suq bl-imnut u li l-mudell ta' negozju tagħhom huwa għalhekk limitat għall-forniment ta' servizzi bl-ingrossa lil oħrajn, jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-ħolqien ta' pożizzjoni b'saħħitha fis-suq bl-ingrossa, b'effetti pożittivi fuq il-kompetizzjoni downstream bl-imnut. Barra minn hekk, il-mudell ta' negozju tagħhom jista' jkun attraenti għal investituri potenzjali b'assi inqas volatili tal-infrastruttura u b'perspettiva fit-tul dwar l-introduzzjoni ta' netwerks ta' kapaċità għolja ħafna. Madankollu, il-preżenza ta' operatur bl-ingrossa biss ma twassalx neċessarjament għal swieq tal-bejgħ bl-imnut effettivament kompetittivi, u l-operaturi bl-ingrossa biss jistgħu jiġu meqjusa li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq, partikolarment fis-swieq ġeografiċi u fis-swieq tal-prodotti. Ir-riskji ta' kompetizzjoni li jirriżultaw mill-imġiba tal-operaturi li jsegwu mudelli ta' negozju bl-ingrossa biss jistgħu jkunu aktar baxxi minn dawk għal operaturi integrati vertikalment, sakemm il-mudell bl-ingrossa biss ikun ġenwin u ma jeżistu ebda inċentivi biex issir diskriminazzjoni bejn il-fornituri downstream. Ir-reazzjoni regolatorja għalhekk jenħtieġ li tkun proporzjonalment inqas intrużiva. Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jridu jkunu jistgħu jintervjenu jekk jinqalgħu problemi ta' kompetizzjoni li jkunu ta' detriment għall-utenti finali.

(191)  Biex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni minn netwerks storiċi tar-ram għal netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss, li tkun fl-interess tal-utenti finali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jiissorveljaw l-inizjattivi tal-operaturi tan-netwerk stess f'dan ir-rigward u jistabbilixxu, meta jkun meħtieġ, proċess xieraq ta' migrazzjoni, pereżempju permezz ta' avviż minn qabel, trasparenza u prodotti aċċettabbli ta' aċċess ▌, ladarba jkunu qed jintwerew b'mod ċar l-għan u r-rieda min-naħa tal-proprjetarju tan-netwerk li jitfi n-netwerk tar-ram. Sabiex jiġi evitat dewmien mhux ġustifikat għall-migrazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jirtiraw obbligi ta' aċċess għan-netwerk tar-ram ladarba jkun ġiet stabbilit proċess ta' migrazzjoni adegwat. Dawk li jfittxu aċċess li jibdlu minn prodott ta' aċċess ibbażat fuq infrastruttura tradizzjonali għal prodott ta' aċċess ibbażat fuq teknoloġija jew medium aktar avvanzati jenħtieġ li jkunu jistgħu jtejbu l-aċċess tagħhom għal kwalunkwe prodott regolat b'kapaċità ogħla, jekk ikunu jixtiequ, iżda jenħtieġ li ma jkunux obbligati jagħmlu dan. F'każ li jtejbu l-aċċess, dawk li jfittxu aċċess jenħtieġ li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet regolatorji għall-aċċess għall-prodott ta' aċċess b'kapaċità ogħla, kif determinat mill-awtorità regolatorja nazzjonali fl-analiżi tas-suq tagħha.

(192)  Il-liberalizzazzjoni tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet u l-kompetizzjoni dejjem tikber u l-għażla għal servizz ta' komunikazzjonijiet jimxu id f'id ma' azzjoni parallela biex jinħoloq qafas regolatorju armonizzat li jiżgura l-għoti ta' servizz universali. Il-kunċett ta' servizz universali jenħtieġ li jevolvi biex jirrifletti l-avvanzi fit-teknoloġija, fl-iżviluppi tas-suq u fil-bidliet fit-talba tal-utent.

(193)  Skont l-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-konsumaturi.

(194)  Is-servizz universali huwa miżura li tiżgura li jkun hemm disponibbli sett minimu ta' servizzi lill-konsumaturi kollha bi prezz li jista' jintlaħaq, fejn riskju ta' esklużjoni soċjali minħabba n-nuqqas ta' tali aċċess ma jzommx liċ-ċittadini milli jkollhom parteċipazzjoni sħiħa soċjali u ekonomika fis-soċjetà.

(195)  L-aċċess għall-internet broadband bażiku huwa kważi universalment disponibbli fl-Unjoni kollha u użat b'mod wiesa' ħafna għal firxa wiesgħa ta' attivitajiet. Madankollu, ir-rata tal-adozzjoni ġenerali hija inqas mid-disponibbiltà billi għad hemm dawk li mhumiex konnessi minħabba raġunijiet relatati mal-għarfien, il-kost, il-ħiliet u l-għażla. L-aċċess għall-internet funzjonali bi prezz affordabbli sar ta' importanza kruċjali għas-soċjetà u għall-ekonomija b'mod ġenerali. Huwa jipprovdi l-bażi għal parteċipazzjoni f'ekonomija u soċjetà diġitali permezz ta' servizzi online essenzjali.

(196)  Rekwiżit speċjali ta' servizz universali huwa li jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha jkollhom aċċess bi prezz affordabbli għall-aċċess tal-internet ▌u servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi, għall-inqas f'lok fiss ▌. Madankollu, jenħtieġ li ma jkun hemm ebda limitazzjoni fuq il-mezzi tekniċi li bihom il-konnessjoni f'lok fiss hija fornuta, hekk li jippermettu għal teknoloġiji bil-fili jew bla fili, u lanqas xi limitazzjoni fuq il-kategorija tal-operaturi li jipprovdu l-obbligi kollha ta' servizz universali jew parti minnhom. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari f'dan il-kuntest biex jiġi żgurat li l-utenti finali b'diżabbiltà jkollhom aċċess ekwivalenti. L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom ukoll il-possibbiltà li jiżguraw l-affordabbiltà liċ-ċittadini li ma joqogħdux f'post wieħed, meta dawn iqisu dan bħala neċessarju biex jiżguraw il-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika sħiħa fis-soċjetà.

(197)  Il-veloċità tal-aċċess tal-Internet esperjenzjata minn utent partikolari tista' tiddependi fuq numru ta' fatturi inklużi l-fornitur(i) tal-konnettività tal-Internet kif ukoll l-applikazzjoni partikolari li għaliha qed tintuża konnessjoni. Id-disponibbiltà ta' servizz ta' aċċess għall-internet bil-broandband affordabbli prevista mill-obbligu tas-servizz universali jenħtieġ li jkollha biżżejjed kapaċità sabiex tappoġġja l-aċċess għal, u l-użu ta', tal-anqas sett minimu ta' servizzi bażiċi tal-internet u tal-anqas bandwidth minima li tirrifletti l-użu medju ta' tali servizzi minn maġġoranza tal-popolazzjoni, bl-għan li jiġi żgurat livell adegwat ta' inklużjoni u parteċipazzjoni soċjali fis-soċjetà u fl-ekonomija diġitali. Hija responsabbiltà tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, skont il-linji gwida tal-BEREC, li jistabbilixxu l-aktar mod xieraq biex jiżguraw il-forniment tal-bandwidth neċessarja biex tappoġġja tal-anqas tali lista minima ta' servizzi filwaqt li jippruvaw jirriflettu l-kapaċità ta' aċċess għall-internet disponibbli għall-maġġoranza tal-popolazzjoni tat-territorji ta' Stat Membru jew partijiet minnhom. Pereżempju, jistgħu jiddefinixxu l-kapaċità f'termini ta' rekwiżiti minimi ta' kwalità tas-servizz, inklużi l-volumi minimi ta' bandwidth u data. Ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni dwar l-internet miftuħ, b'mod partikolari kif previst fir-Regolament (UE) Nru 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(28), jenħtieġ li japplikaw għal kwalunkwe servizz ta' aċċess għall-internet bħal dan, fosthom kwalunkwe lista ta' servizzi jew bandwidth minima adottati skont l-obbligu ta' servizz universali.

(198)  Il-konsumaturi jenħtieġ li ma jkunux obbligati li jkollhom aċċess għal servizzi li ma jridux u għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli għal konsumaturi eliġibbli biex jillimitaw, fuq talba, is-servizz universali affordabbli għas-servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi biss.

(199)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jissorveljaw l-evoluzzjoni u l-livell tat-tariffi bl-imnut għal dawk is-servizzi li jaqgħu taħt l-ambitu tal-obbligi ta' servizz universali. Il-monitoraġġ jenħtieġ li jitwettaq b'tali mod li ma jirrappreżentax piż amministrattiv eċċessiv kemm għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew għall-fornituri ta' dan is-servizz.

(200)  Prezz affordabbli ifisser prezz definit mill-Istati Membri f'livell nazzjonali fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali speċifiċi, u jenħtieġ li jinvolvi għażliet tariffarji soċjali speċjali jew pakketti biex jittrattaw il-ħtiġijiet ta' utenti bi dħul baxx jew utenti bi bżonnijiet soċjali speċjali. Dawn l-utenti finali jistgħu jinkludu persuni mdaħħlin fiż-żmien, persuni b'diżabbiltà u konsumaturi li jgħixu f'żoni rurali jew ġeografikament iżolati. Dawn l-offerti jenħtieġ li jingħataw karatteristiċi bażiċi sabiex ikunu evitati d-distorsjonijiet tal-funzjonament tas-suq intern u biex ikun żgurat id-dritt tagħhom ta' aċċess għal servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku. L-affordabbiltà għall-konsumaturi individwali jenħtieġ li tissejjes fuq id-dritt tagħhom li jagħmlu kuntratti ma' fornitur, id-disponibbiltà ta' numru, il-konnessjoni kontinwa tas-servizz u l-abbiltà tagħhom biex jissorveljaw u jikkontrollaw in-nefqa tagħhom.

(201)  Jenħtieġ li ma jibqax aktar possibbli li l-konsumaturi jiġu rrifjutati l-aċċess għal sett minimu ta' servizzi ta' konnettività. Dritt għal kuntratt ma' fornitur jenħtieġ li jfisser li l-konsumaturi li jistgħu jiffaċċjaw rifjut, b'mod partikolari dawk bi dħul baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali, ikollhom il-possibbiltà li jidħlu f'kuntratt għall-forniment ta' servizz ta' aċċess funzjonali għall-internet bi prezz raġonevoli u ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi mill-inqas f'post fiss ma' kwalunkwe fornitur ta' servizzi bħal dawn f'dak il-post. Sabiex jiġu minimizzati r-riskji finanzjarji bħal ħlas ta' kontijiet, il-fornituri jenħtieġ li jkunu ħielsa li jagħtu l-kuntratt skont termini ta' ħlas minn qabel, fuq il-bażi ta' unitajiet individwali bi prezz imħallas minn qabel.

(202)  Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jiġu kkuntattjati minn servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw id-disponibbiltà ta' numru tat-telefon għal perjodu raġonevoli, anke f'perjodi ta' nuqqas ta' użu ta' servizzi ta' komunikazzjoni bil-vuċi. Il-fornituri jenħtieġ li jkunu jistgħu jimplimentaw mekkaniżmi biex jivverifikaw l-interess kontinwu tal-konsumatur biex iżomm id-disponibbiltà tan-numru.

(203)  Il-fatt li jingħata kumpens lill-fornituri ta' servizzi bħal dawk f'dawk iċ-ċirkostanzi ma għandux jirriżulta f'distorsjoni ta' kompetizzjoni, sakemm dawn l-impriżi jiġu kkumpensati għall-ispiża netta speċifika involuta u sakemm il-piż tal-ispiża netta jiġi rkuprat b'mod newtrali kompetittiv.

(204)  Sabiex jivvalutaw il-ħtieġa ta' miżuri ta' affordabbiltà, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jissorveljaw l-evoluzzjoni u d-dettalji ta' offerti ta' għażliet ta' tariffi jew pakketti ta' tariffi għall-konsumaturi bi dħul baxx u utenti finali bi bżonnijiet soċjali speċjali.

(205)  Meta miżuri addizzjonali lil hinn mill-opzjonijiet jew pakketti ta' tariffi soċjali pprovduti minn fornituri ma jkunux biżżejjed waħedhom biex tiġi żgurata l-affordabbiltà għall-konsumaturi kollha bi dħul baxx jew bżonnijiet speċjali, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħtu appoġġ dirett addizzjonali lil tali konsumaturi, bħal pereżempju vawċers lil tali konsumaturi jew pagamenti diretti lill-fornituri. Din tista' tkun alternattiva xierqa għal miżuri oħra, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġu mminimizzati d-distorsjonijiet tas-suq.

(206)  L-Istati Membri jenħtieġ li jdaħħlu miżuri biex jippromwovu l-ħolqien ta' suq għal prodotti u servizzi affordabbli li jinkorporaw faċilitajiet għall-konsumaturi b'diżabbiltà, li jsegwu approċċ ta' disinn universali, inkluż, meta jkun xieraq, tagħmir b'teknoloġiji assistivi li jkun interoperabbli ma' tagħmir u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku. Dan jista' jintlaħaq, inter alia, billi ssir referenza għal standards Ewropej, bħall-istandard Ewropew EN 301 549 V1.1.2 (2015-04) jew bl-introduzzjoni ta' rekwiżiti skont id-Direttiva XXX/YYYY/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill▌(29). L-Istati Membri jenħtieġ li jiddefinixxu miżuri xierqa skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali, li jagħtu flessibbiltà biex l-Istati Membri jieħdu miżuri speċifiċi bħal pereżempju jekk is-suq ma jkunx qed joffri prodotti affordabbli u servizzi li jinkorporaw faċilitajiet għal konsumaturi b'diżabbiltà f'kundizzjonijiet ekonomiċi normali. L-ispiża medja tas-servizzi ta' trażmissjoni għall-konsumaturi b'diżabbiltà jenħtieġ li tkun ekwivalenti għal dik tas-servizzi ta' komunikazzjoni bil-vuċi sabiex jiġi evitat kwalunkwe preġudizzju fil-konfront tal-konsumaturi b'diżabbiltà. L-ispejjeż netti tal-fornituri tas-servizzi ta' konsenja jenħtieġ li jiġu kkumpensati abbażi tal-Artikolu 84.

(207)  Għal komunikazzjonijiet ta' data b'rati fuq id-data li huma biżżejjed biex jippermettu aċċess ▌għall-Internet, il-konnessjonijiet tat-telefonija fissa huma kważi universalment disponibbli u użati mill-maġġoranza taċ-ċittadini madwar l-Unjoni. Il-kopertura tal-broadband fiss standard u d-disponibbiltà fl-Unjoni fl-2015 kienet ta' 97 % tad-djar, b'rata medja ta' 72 % ta' adozzjoni, u s-servizzi bbażati fuq it-teknoloġiji bla wajers għandhom użu usa'. Madankollu, hemm differenzi bejn l-Istati Membri rigward id-disponibbiltà u l-affordabbiltà ta' broadband fissa bejn iż-żoni urbani u dawk rurali.

(208)  Is-suq għandu rwol ewlieni x'jaqdi biex jiżgura d-disponibbiltà ta' aċċess għall-internet bil-broadband b'kapaċità li kull ma tmur dejjem tikber. F'oqsma fejn is-suq ma jiflaħx jagħti s-servizz mixtieq, jibdew jisbqu għodda oħra ta' politika pubblika biex jappoġġjaw id-disponibilità ta' konnessjonijiet ta' aċċess ▌għall-internet, fil-prinċipju, aktar kosteffettivi u b'inqas distorsjoni tas-suq meta mqabbel ma' obbligi ta' servizz universali, pereżempju l-użu ta' strumenti finanzjarji bħal dawk disponibbli taħt il-FEIS (il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi) u s-CEF (il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa), l-użu tal-finanzjament pubbliku mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, li jorbtu l-obbligi ta' kopertura mad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju biex jappoġġjaw l-introduzzjoni ta' netwerks tal-broadband f'żoni anqas popolati u l-investiment pubbliku f'konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. Madankollu, din id-Direttiva jenħtieġ li tibqa' tagħti lill-Istati Membri l-għażla li japplikaw obbligi ta' servizz universali bħala miżura potenzjali biex jiżguraw id-disponibbiltà ta' aċċess għall-internet jekk l-Istat Membru kkonċernat iqis li dan ikun meħtieġ.

(209)  Jekk, wara li tkun twettqet valutazzjoni xierqa, meta jitqiesu r-riżultati tal-istħarriġ ġeografiku tal-introduzzjoni tan-netwerks immexxija mill-awtorità regolatorja nazzjonali, jintwera li la s-suq u lanqas l-mekkaniżmi ta' intervent pubbliku x'aktarx li huma kapaċi jipprovdu l-konsumaturi f'ċerti żoni b'konnessjoni li kapaċi tipprovdi servizz ta' aċċess tal-internet ▌hekk kif iddefinit mill-Istati Membri skont l-Artikolu 79(2) u s-servizzi ta' komunikazzjoni bil-vuċi f'post fiss, l-Istat Membru jenħtieġ li jkun jista' jiddesinja b'mod eċċezzjonali, fornituri differenti jew settijiet ta' fornituri ta' dawn is-servizzi fil-partijiet differenti rilevanti tat-territorju nazzjonali. L-obbligi ta' servizz universali li jsostnu d-disponibbiltà tal-aċċess funzjonali tal-internet jistgħu jkunu ristretti mill-Istati Membri għall-post/residenza primarja tal-konsumatur. Jenħtieġ li ma jkun hemm ebda limitazzjoni fuq il-mezzi tekniċi li bihom l-aċċess funzjonali tal-internet u servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi f'post fiss jkunu fornuti, b'mod li jkunu permessi teknoloġiji bil-wajer jew bla wajer, u lanqas xi limitazzjoni rigward liema operaturi jfornu l-obbligi kollha ta' servizz universali jew parti minnhom.

(210)  F'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, għandhom ikunu l-Istati Membri li jiddeċiedu abbażi ta' kriterji oġġettivi liema impriżi jkunu desinjati bħala fornituri ta' servizz universali, fejn xieraq billi jieħdu kont tal-kapaċità u r-rieda ta' impriżi li jaċċettaw l-obbligi tas-servizz universali kollha jew parti minnhom. Dan ma jipprekludix li l-Istati Membri jistgħu jinkludu, fil-proċess tal-ħatra, kundizzjonijiet speċifiċi ġustifikati għal raġunijiet ta' effiċjenza, inkluż, inter alia, raggruppament ta' żoni ġeografiċi jew komponenti jew l-iffissar ta' perjodi minimi għall-ħatra.

(211)  L-ispejjeż biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' konnessjoni li kapaċi tagħti servizz ta' aċċess ▌għall-internet kif identifikat skont l-Artikolu 79(2) u servizz ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi f'post fiss bi prezz affordabbli fi ħdan l-obbligi ta' servizz universali jenħtieġ li jiġu stmati, b'mod partikolari billi ssir valutazzjoni tal-piżijiet finanzjarji mistennija għall-fornituri u għall-utenti fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

(212)  A priori, rekwiżiti biex tiġi żgurata kopertura territorjali nazzjonali imposta fil-proċedura ta' ħatra x'aktarx li teskludi jew tiskoraġġixxi ċerti impriżi milli japplikaw biex jiġu maħtura bħala fornituri ta' servizz universali. Il-ħatra ta' fornituri b'obbligi ta' servizz universali għal tul ta' żmien eċċessiv jew indefinit jista' jwassal ukoll għal esklużjoni a priori ta' ċerti impriżi.

(213)  Meta fornitur magħżul biex jiżgura d-disponibbiltà tal-lok fiss tal-aċċess funzjonali tal-internet jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet bil-vuċi, kif indikat fl-Artikolu 81 ta' din id-Direttiva, jagħżel li jċedi l-attivitajiet kollha tiegħu fin-netwerk tal-aċċess lokali fit-territorju nazzjonali, jew parti sostanzjali minnhom, meqjusa fid-dawl tal-obbligu tiegħu ta' servizz universali, lil entità ġuridika separata li tkun proprjetà effettiva ta' entità differenti, l-awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li tevalwa l-effetti tat-tranżazzjoni biex tiżgura l-kontinwità tal-obbligi tas-servizz universali fit-territorju nazzjonali kollu jew f'partijiet minnu. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-awtorità regolatorja nazzjonali li tkun imponiet l-obbligi tas-servizz universali tiġi infurmata mill-fornitur qabel iċ-ċessjoni. L-evalwazzjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li ma tippreġudikax it-tlestija tat-tranżazzjoni.

(214)  Sabiex tiġi pprovduta stabbiltà u jiġi appoġġjat it-trasferiment gradwali, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jkomplu jiggarantixxu l-provvista tas-servizzi universali fit-territorju tagħhom, minbarra l-aċċess ▌għall-internet u għas-servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi f'post fiss, li huma inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' obbligi universali tagħhom fuq il-bażi tad-Direttiva 2002/22/KE mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, sakemm is-servizzi jew servizzi simili ma jkunux disponibbli taħt ċirkostanzi kummerċjali normali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu kapaċi jipprovdu telefons pubbliċi bi ħlas u punti ta' aċċess għall-komunikazzjonijiet fil-punti tad-dħul ewlenin tal-pajjiż, bħall-ajruporti jew l-istazzjonijiet tal-ferrovija u tal-karozzi tal-linja, kif ukoll postijiet li jintużaw min-nies f'każijiet ta' emerġenza, bħal sptarijiet, għases tal-pulizija u żoni ta' emerġenza fl-awtostrada, sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet raġonevoli tal-utenti finali, inklużi l-utenti finali b'diżabbiltà. Li tiġi permessa l-kontinwazzjoni tal-forniment ta' telefons pubbliċi bi ħlas, direttorji u servizzi ta' konsultazzjoni tad-direttorju skont l-obbligi tas-servizzi universali, sakemm tkun għadha qed tintwera l-ħtieġa, tista' tagħti lill-Istati Membri l-flessibbiltà meħtieġa biex iqisu ċ-ċirkostanzi nazzjonali differenti. Madankollu, il-finanzjament ta' servizzi bħal dawn jenħtieġ li jsir permezz ta' fondi pubbliċi bħal ma jsir fir-rigward tal-obbligi l-oħra tas-servizz universali.

(215)  L-Istati Membri jenħtieġ li jissorveljaw is-sitwazzjoni tal-konsumaturi fir-rigward tal-użu tagħhom ta' aċċess ▌tal-internet u servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi u b'mod partikolari dwar prezzijiet li jkunu jistgħu jintlaħqu. L-affordabbiltà tal-aċċess ▌għall-internet u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet bil-vuċi hija relatata mal-informazzjoni li l-konsumaturi jirċievu fir-rigward tal-ispejjeż tal-użu kif ukoll tal-ispiża relattiva tal-użu imqabbel ma' servizzi oħra, u hija relatata wkoll mal-kapaċità tagħhom li jikkontrollaw l-infiq. L-affordabbiltà għalhekk tfisser l-għoti tal-poter lill-konsumaturi permezz ta' obbligi imposti fuq il-fornituri. Dawn l-obbligi jinkludu livell speċifiku ta' kontijiet dettaljati, il-possibbiltà tal-konsumaturi li selettivament jimblukkaw ċerti sejħiet (pereżempju sejħiet bi prezz għoli lil servizzi primjum), il-possibbiltà tal-konsumaturi li jikkontrollaw l-infiq permezz ta' mezzi ta' ħlas minn qabel u l-possibbiltà tal-konsumaturi li jpaċu tariffi ta' konnessjoni minn qabel. Dawn il-miżuri jistgħu jeħtieġu li jiġu rieżaminati u mibdula fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq.

(216)  Ħlief f'każijiet ta' ħlas tard persistenti tal-kontijiet jew nuqqas ta' ħlas tal-kontijiet, il-konsumaturi intitolati għal tariffi affordabbli jenħtieġ li jkunu protetti mill-iskonnettjar immedjat min-netwerk minħabba kont mhux imħallas, u, b'mod partikolari fil-każ ta' tilwim dwar kontijiet għolja għal servizzi b'rati primjum, jenħtieġ li jibqa' jkollhom aċċess għas-servizzi essenzjali tal-komunikazzjonijiet bil-vuċi sakemm it-tilwima tkun risolta. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dak l-aċċess jista' jibqa' jiġi fornut biss jekk l-abbonat ikompli jħallas it-tariffi tal-kiri tal-linja.

(217)  Meta l-forniment ta' aċċess ▌għall-internet u tas-servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi jew il-forniment ta' servizz universali skont l-Artikolu 82 iwassal għal piż inġust fuq fornitur, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż u d-dħul kif ukoll il-benefiċċji intanġibbli li jirriżultaw mill-forniment tas-servizzi kkonċernati, dak il-piż inġust jista' jiġi inkluż fi kwalunkwe kalkolu tal-kost nett tal-obbligi universali.

(218)  L-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jistabbilixxu mekkaniżmi għall-iffinanzjar tal-ispiża netta ta' obbligi ta' servizz universali fil-każi fejn jintwera li l-obbligi jistgħu jiġu fornuti biss b'telf jew bi spiża netta li jaqgħu barra l-istandards kummerċjali normali. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-ispiża netta ta' obbligi ta' servizz universali tiġi kkalkolata kif imiss u li kull iffinanzjar jitwettaq b'distorsjoni minima għas-suq u għall-impriżi, u jkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(219)  Kull kalkolu ta' spiża netta ta' servizz universali jenħtieġ li jieħu kont debitu tal-ispejjeż u d-dħul, kif ukoll tal-benefiċċji intanġibbli li jirriżultaw mill-forniment tas-servizz universali, iżda jenħtieġ li ma jfixkilx l-għan ġenerali li jiġi żgurat li l-istrutturi tal-prezzijiet jirriflettu l-ispejjeż. Kull spiża netta ta' obbligi ta' servizz universali jenħtieġ li tiġi kkalkolata fuq il-bażi ta' proċeduri trasparenti.

(220)  Li jittieħed kont tal-benefiċċji intanġibbli tfisser li estimu f'termini monetarji, tal-benefiċċji indiretti li impriża tikseb minħabba l-pożizzjoni tagħha bħala fornitur ta' servizz universali, jenħtieġ li jitnaqqas mill-ispiża netta diretta tal-obbligi ta' servizz universali sabiex jiġi stabbilit il-piż globali tal-ispiża.

(221)  Meta obbligu ta' servizz universali jirrappreżenta piż inġust fuq impriża, huwa xieraq li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmi għall-irkupru effiċjenti tal-ispejjeż netti. L-ispejjeż netti tal-obbligi ta' servizz universali jenħtieġ li jiġu rkuprati permezz ta' fondi pubbliċi. F'każijiet eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu mekkaniżmi biex jikkondividu l-ispiża netta tal-obbligi ta' servizz universali bejn il-fornituri tan-netwerks jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. Mekkaniżmi bħal dawn jenħtieġ li jiġu rieżaminati tal-inqas kull tliet snin bl-għan li jiġi determinat liema spejjeż netti jenħtieġ li jibqgħu jiġu kondiviżi u liema jenħtieġ li jiġu kkumpensati minn fondi pubbliċi. L-aċċess għall-internet funzjonali huwa ta' benefiċċju mhux biss għas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi iżda anke għall-ekonomija diġitali usa' u għas-soċjetà kollha kemm hi. Li tiġi pprovduta konnessjoni li tappoġġja l-veloċitajiet broadband għal għadd ikbar ta' utenti finali tippermettilhom jużaw servizzi online u b'hekk jipparteċipaw b'mod attiv fis-soċjetà diġitali. Li jiġu żgurati konnessjonijiet bħal dawn abbażi ta' obbligi ta' servizz universali sservi mill-inqas daqstant l-interess pubbliku daqskemm isservi l-interessi tal-fornituri tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jikkumpensaw l-ispejjeż netti ta' konnessjonijiet bħal dawn li jappoġġjaw il-veloċitajiet broadband bħala parti mis-servizz universali mill-fondi pubbliċi, li tista' tinftiehem li tinkludi fondi mill-baġits tal-gvern inġenerali.

(222)  L-impriżi li jibbenefikaw minn iffinanzjar ta' servizz universali jenħtieġ li jipprovdu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali livell suffiċjenti ta' dettall tal-elementi speċifiċi li jeħtieġu dak l-iffinanzjar sabiex jiġġustifikaw it-talba tagħhom. L-iskemi tal-Istati Membri għall-istima u l-iffinanzjar ta' obbligi ta' servizzi universali jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni għal verifika tal-kompatibilità mat-Trattat. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw trasparenza u kontroll effettivi tal-ammonti mitluba biex jiffinanzjaw obbligi ta' servizz universali. Il-kalkolu tal-ispejjeż netti tal-forniment tas-servizz universali jenħtieġ li jkun ibbażat fuq metodoloġija oġġettiva u trasparenti biex jiżgura l-iktar dispożizzjonijiet kosteffettivi tas-servizzi universali u jippromwovi kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-operaturi tas-suq. Li ssir magħrufa l-metodoloġija maħsuba biex tintuża biex jiġu kkalkolati l-ispejjeż netti tal-elementi tas-servizz universali individwali minn qabel ma jkun implimentat il-kalkolu jista' jgħin biex tinkiseb iktar transparenza.

(223)  Sabiex ikun appoġġjat b'mod effettiv il-moviment liberu ta' merkanzija, servizzi u persuni fl-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li jintużaw ċerti riżorsi ta' numerazzjoni nazzjonali, b'mod partikolari ċerti numri mhux ġeografiċi, b'mod extraterritorjali, jiġifieri barra t-territorju tal-Istat Membru li qed jassenja fit-territorju kollu tal-Unjoni. Minħabba r-riskji konsiderevoli ta' frodi fil-qasam tal-komunikazzjonijiet interpersonali, tali użu extraterritorjali għandu jkun permess għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi minbarra għal servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali. L-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jiżguraw li l-liġijiet nazzjonali relevanti, b'mod partikolari r-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u regoli oħra relatati mal-użu tan-numri, jiġu infurzati indipendentement mill-Istat Membru fejn id-drittijiet ta' użu tan-numri jkunu ġew mogħtija. Dan jenħtieġ li jimplika li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra ta' dawk l-Istati Membri fejn jintuża numru jkunu kompetenti biex japplikaw il-liġijiet nazzjonali tagħhom għall-impriża li għaliha n-numru jkun ġie assenjat. Barra minn hekk, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jitolbu l-għajnuna tal-awtorità regolatorja nazzjonali responsabbli għall-assenjazzjoni tan-numru biex tgħinhom jinfurzaw ir-rispett tar-regoli applikabbli f'dawk l-Istati Membri fejn jintuża n-numru. Tali miżuri ta' appoġġ jenħtieġ li jinkludu sanzjonijiet dissważivi b'mod partikolari, f'każ ta' ksur gravi, l-irtirar tad-dritt ta' użu extraterritorjali għan-numri assenjati lill-impriża kkonċernata. L-Istati Membri, għalhekk, jenħtieġ li ma jimponux rekwiżiti addizzjonali fuq l-użu extraterritorjali ta' tali numri minħabba li dan ixekkel l-użu transfruntier tagħhom u joħloq ostaklu għas-suq intern, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Istati Membri biex jimblukkaw, abbażi ta' każ b'każ, l-aċċess għal numri jew servizzi meta dan ikun iġġustifikat għal raġunijiet ta' frodi jew użu ħażin. L-użu ta' numri extraterritorjali jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal regoli tal-Unjoni relatati mal-forniment ta' servizzi tar-roaming, inklużi dawk relatati mal-prevenzjoni ta' użu anomalu jew abbużiv tas-servizzi tar-roaming li huma soġġetti għal regolazzjoni tal-prezzijiet għall-bejgħ bl-imnut u li jibbenefikaw minn rati ta' roaming bl-ingrossa. L-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jkunu jistgħu jidħlu fi ftehimiet speċifiċi dwar l-użu extraterritorjali ta' riżorsi tan-numerazzjoni ma' pajjiżi terzi.

(224)  L-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu servizzi ta' proviżjonament "over-the-air" ta' riżorsi tan-numerazzjoni sabiex jiġi ffaċilitat il-bdil ta' fornituri tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-proviżjonament "over-the-air" tar-riżorsi tan-numerazzjoni jippermetti l-programmazzjoni mill-ġdid tal-identifikaturi tat-tagħmir tat-telekomunikazzjoni mingħajr aċċess fiżiku għal apparati kkonċernati. Din il-karatteristika hija partikolarment rilevanti għal servizzi bejn magna u oħra, jiġifieri servizzi li jinvolvu trasferiment awtomatizzat ta' data u informazzjoni bejn l-apparati u l-applikazzjonijiet ibbażati fuq software bi ftit jew mingħajr interazzjoni umana. Il-fornituri ta' tali servizzi bejn magna u oħra jista' ma jkollhomx rikors għal aċċess fiżiku għall-apparat tagħhom minħabba l-użu tiegħu f'kundizzjonijiet remoti, jew minħabba l-għadd kbir ta' apparat introdott jew li l-modi tal-użu tiegħu. Fid-dawl tas-suq bejn magna u oħra emerġenti u t-teknoloġiji l-ġodda, l-Istati Membri jenħtieġ li jistinkaw biex jiżguraw in-newtralità teknoloġika fil-promozzjoni tal-proviżjonament tas-servizzi "over-the-air".

(225)  L-aċċess għar-riżorsi tan-numerazzjoni fuq il-bażi ta' kriterji trasparenti, oġġettivi u mhux diskriminatorji huwa essenzjali għall-impriżi biex jikkompetu fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħtu d-drittijiet tal-użu ta' numri lill-impriżi minbarra l-fornituri tan-netwerks jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi minħabba r-rilevanza li kull ma tmur dejjem tikber tan-numri għal-servizzi varji tal-Internet tal-Oġġetti. L-elementi kollha tal-pjanijiet nazzjonali ta' numerazzjoni jenħtieġ li jkunu amministrati mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji, inklużi l-kodiċijiet tal-punti użati fl-indirizzar tan-netwerks. Fejn ikun hemm il-ħtieġa tal-armonizzazzjoni tar-riżorsi tan-numerazzjoni fl-Union biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta' servizzi pan-Ewropej jew servizzi transfruntieri, b'mod partikolari servizzi ġodda bbażati fuq magna għal magna bħalma huma karozzi konnessi, u fejn id-domanda ma tistax tiġi ssodisfata abbażi tar-riżorsi eżistenti ta' numerazzjoni stabbiliti, il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri ta' implimentazzjoni bl-assistenza tal-BEREC.

(226)  Ir-rekwiżit li jiġu ppubblikati deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' drittijiet tal-użu għan-numri, jista' jiġi ssodisfat billi dawn id-deċiżjonijiet isiru pubblikament aċċessibbli permezz ta' sit web.

(227)  Meta jiġu kkunsidrati l-aspetti partikolari relatati mar-rappurtar ta' tfal nieqsa, l-Istati Membri jenħtieġ li jżommu l-impenn tagħhom li jiżguraw li servizz li jiffunzjona tajjeb għar-rappurtar ta' tfal nieqsa ikun effettivament disponibbli fit-territorji tagħhom permezz tan-numru '116000'. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jsir rieżami tas-sistema nazzjonali tagħhom rigward it-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali u l-implimentazzjoni tad-Direttiva, filwaqt li jitqiesu l-miżuri meħtieġa biex jinkiseb livell suffiċjenti ta' kwalità tas-servizz fl-operat tan-numru 116000 kif ukoll fl-użu tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex tiġi operata l-hotline. Id-definizzjoni ta' tfal nieqsa li jaqgħu taħt in-numru 116000 jenħtieġ li tinkludi tfal fil-kategoriji li ġejjin: tfal li jaħarbu mid-dar, ħtif internazzjonali ta' tfal, tfal nieqsa, ħtif mill-ġenituri, tfal migranti nieqsa, ħtif kriminali u tfal mitlufa, abbużi sesswali u fejn il-ħajja tat-tfal tkun f'riskju.

(227a)  Għalkemm saru sforzi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni mindu saru operazzjonali l-ewwel hotlines wara d-Deċiżjoni tal-KE tal-2007, l-użu tal-hotlines għadu batut minħabba sensibilizzazzjoni li tvarja u ħafna drabi fqira fil-pajjiżi tagħhom. It-tisħiħ tal-isforzi tal-hotlines biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar in-numru u s-servizzi pprovduti huwa pass importanti biex jiġu mħarsa, appoġġjati u evitati aħjar il-każijiet ta' tfal nieqsa. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkomplu jappoġġjaw l-isforzi fil-promozzjoni tan-numru 116000 fost il-pubbliku ġenerali u fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti fis-sistemi nazzjonali tal-protezzjoni tat-tfal.

(228)  Is-suq uniku jimplika li l-utenti finali jista' jkollhom aċċess għan-numri kollha inklużi fil-pjani nazzjonali ta' numerazzjoni ta' Stati Membri oħra, u għas-servizzi, li jużaw numri li mhumiex ġeografiċi, inklużi n-numri tal-freephone u tar-rata primjum, fl-ambitu tal-Unjoni, ħlief fejn l-utent finali msejjaħ ikun għażel, għal raġunijiet kummerċjali, li jillimita l-aċċess minn ċerti żoni ġeografiċi. L-utenti finali jenħtieġ ukoll li jkunu jistgħu jaċċessaw numri mit-Telefonati Bla Ħlas Internazzjonali Universali (UIFN). L-aċċess transfruntier għar-riżorsi ta' numerazzjoni u għas-servizz assoċjat jenħtieġ li ma jiġix ostakolat ħlief f'każijiet ġustifikati b'mod oġġettiv, pereżempju għall-ġlieda kontra l-frodi jew l-abbuż (eż. f'konnessjoni ma' ċerti servizzi ta' rati primjum) meta n-numru jkun definit bħala li għandu ambitu nazzjonali biss (pereżempju kodiċi qasir nazzjonali), jew meta ma jkunx teknikament jew ekonomikament fattibbli. It-tariffi imposti fuq partijiet li jagħmlu sejħa minn barra l-Istat Membru konċernat mhux meħtieġa li jkunu l-istess bħal dawk tal-partijiet li jagħmlu sejħa minn ġewwa dak l-Istat Membru. L-utenti jenħtieġ li jingħataw informazzjoni sħiħa bil-quddiem b'mod ċar dwar kwalunkwe ħlasijiet applikabbli għan-numri ta' telefonati bla ħlas, bħall-ħlasijiet għal sejħiet internazzjonali aċċessibbli permezz ta' kodiċi standard ta' ddajljar internazzjonali.

(229)  It-tlestija tas-suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi teħtieġ it-tneħħija tal-ostakli għall-utenti finali biex ikollhom aċċess transfruntier għal servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi madwar l-Unjoni kollha. Il-fornituri tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku jenħtieġ li ma jċaħħdux jew ma jillimitawx l-aċċess jew ma jiddiskriminawx kontra l-utenti finali abbażi tan-nazzjonalità, tal-Istat Membru ta' residenza jew ta' stabbiliment tagħhom. Madankollu, id-differenzjazzjoni jenħtieġ li tkun tista' ssir skont differenzi ġustifikati oġġettivament fl-ispejjeż u r-riskji li jistgħu jmorru lil hinn mill-miżuri previsti fir-Regolament (KE) Nru 531/2012 fir-rigward tal-użu abbużiv jew anomalu tas-servizzi regolati ta' roaming bl-imnut.

(229a)  Għadhom jiddominaw differenzi sinifikanti ħafna fil-prezzijiet, kemm għall-komunikazzjoni fissa kif ukoll għal dik mobbli, bejn il-komunikazzjonijiet domestiċi bil-vuċi u bl-SMS u dawk li jitterminaw fi Stat Membru ieħor. Filwaqt li hemm differenzi sostanzjali bejn il-pajjiżi, l-operaturi u l-pakketti tat-tariffi, u bejn is-servizzi fissi u mobbli, dan qed ikompli jaffettwa lil gruppi ta' klijenti aktar vulnerabbli u joħloq ostakli għall-komunikazzjoni bla intoppi fl-UE. Kwalunkwe differenza fil-prezz għall-konsumatur bejn servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jitterminaw fl-istess Stat Membru u dawk li jitterminaw fi Stat Membru ieħor għalhekk jenħtieġ li jkunu ġustifikati b'referenza għal kriterji oġġettivi.

(230)  L-implimentazzjoni diverġenti tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-utenti finali ħolqot ostakli sinifikanti tas-suq intern li jaffetwaw kemm lill-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif ukoll lill-utenti finali. Dawn l-ostakli jenħtieġ li jitnaqqsu billi jiġu applikati l-istess regoli li jiżguraw livell komuni għoli ta' protezzjoni madwar l-Unjoni kollha. L-armonizzazzjoni sħiħa kkalibrata tad-drittijiet tal-utenti finali koperta minn din id-Direttiva jenħtieġ li żżid konsiderevolment iċ-ċertezza tad-dritt kemm għall-utenti finali kif ukoll għall-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u jenħtieġ li tnaqqas b'mod sinifikanti l-ostakli għad-dħul u l-piż ta' konformità mhux neċessarju li jirriżultaw mill-frammentazzjoni tar-regoli. L-armonizzazzjoni sħiħa tgħin biex jingħelbu l-ostakli għas-suq intern li jirriżultaw minn tali dispożizzjonijiet nazzjonali tal-utenti finali li fl-istess ħin jipproteġu l-fornituri nazzjonali kontra l-kompetizzjoni minn Stati Membri oħra. Sabiex jintlaħaq livell komuni għoli ta' protezzjoni, f'din id-Direttiva jenħtieġ li jiġu msaħħa diversi dispożizzjonijiet għall-utenti finali, fid-dawl tal-aħjar prattiki fl-Istati Membri. L-armonizzazzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom iżżid il-fiduċja tal-utenti finali fis-suq intern peress li jibbenefikaw minn livell daqstant għoli ta' protezzjoni meta jużaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, mhux biss fi ħdan Stat Membru wieħed iżda anke filwaqt li jgħixu, jaħdmu u jivvjaġġaw fi Stati Membri oħrajn. Bl-istess mod, il-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jenħtieġ li jiġu żgurati li d-dispożizzjonijiiet għall-utenti finali u l-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjonijiet ġenerali jkunu l-istess fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għall-utenti finali. L-Istati Membri jenħtieġ li jżommu l-possibbiltà li jkollhom livell għoli ta' protezzjoni għall-utenti finali fejn deroga espliċita hija prevista f'din id-Direttiva, u biex jaġixxu f'oqsma mhux koperti minn din id-Direttiva.

(231)  Il-kuntratti huma għodda importanti għall-utenti finali biex jiġu żgurati trasparenza ta' informazzjoni u ċertezza tad-dritt. Il-parti l-kbira tal-fornituri tas-servizzi f'ambjent kompetittiv jikkonkludu kuntratti mal-klijenti tagħhom għal raġunijiet ta' opportunità kummerċjali. Minbarra d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur li tirrigwarda l-kuntratti, b'mod partikolari d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar drittijiet tal-konsumatur(30) u d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur, japplikaw għal tranżazzjonijiet tal-konsumatur li jirrigwardaw in-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. L-inklużjoni ta' rekwiżiti ta' informazzjoni f'din id-Direttiva, li jistgħu jkunu meħtieġa wkoll skont id-Direttiva 2011/83/UE, jenħtieġ li ma jwassalx għal duplikazzjonijiet tal-istess informazzjoni f'dokumenti prekuntrattwali u kuntrattwali. L-informazzjoni pprovduta fir-rigward ta' din id-Direttiva, inkluż kwalunkwe rekwiżit ta' informazzjoni aktar preskrittiv u aktar dettaljat, jenħtieġ li titqies bħala li tissodisfa kwalunkwe tali rekwiżit skont id-Direttiva 2011/83/UE.

(232)  Id-dispożizzjonijiet dwar il-kuntratti f'din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw ▌mhux biss għall-konsumaturi iżda anke għall-impriżi mikro u żgħar kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE u għall-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ kif definiti fid-dritt tal-Istat Membru, li l-pożizzjoni ta' negozjar tagħhom titqabbel ma' dik tal-konsumaturi u li għalhekk jenħtieġ li jibbenefikaw mill-istess livell ta' protezzjoni. Id-dispożizzjonijiet dwar il-kuntratti, inklużi dawk li hemm fid-Direttiva 2011/83/UE dwar id-drittijiet tal-konsumatur, jenħtieġ li japplikaw awtomatikament għal dawk l-impriżi sakemm ma jippreferux jinnegozjaw termini kuntrattwali individwalizzati mal-fornituri ta' servizzi tal- komunikazzjonijiet elettroniċi. Għall-kuntrarju tal-impriżi mikro u żgħar, impriżi akbar normalment ikollhom setgħat akbar ta' negozjar u għalhekk ma jkunux jiddependu fuq l-istess rekwiżiti kuntrattwali tal-informazzjoni bħall-konsumaturi. Dispożizzjonijiet oħrajn, bħall-portabbiltà tan-numri, li huma importanti wkoll għall-impriżi akbar jenħtieġ li jibqgħu japplikaw għall-utenti finali kollha. "Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ" huma entitajiet ġuridiċi li ma jaqilgħux qligħ għas-sidien jew għall-membri tagħhom. Tipikament, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ ikunu organizzazzjonijiet tal-karità jew tipi oħra ta' organizzazzjoni ta' interess pubbliku. Għalhekk, peress li s-sitwazzjoni tal-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ hija simili għal dik tal-impriżi mikro u żgħar, huwa leġittimu li dawn l-organizzazzjonijiet jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-impriżi mikro jew żgħar skont din id-Direttiva, f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-utenti finali.

(233)  L-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jeħtieġu, lil hinn mir-regoli kuntrattwali orizzontali, għadd limitat ta' dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-utenti finali. B'mod partikolari, l-utenti finali jenħtieġ li jkunu infurmati bi kwalunkwe livelli ta' kwalità tas-servizz offruti, il-kundizzjonijiet għal promozzjonijiet u t-terminazzjoni ta' kuntratti, il-pjanijiet ta' tariffi applikabbli u t-tariffi għal servizzi soġġetti għal kundizzjonijiet ta' pprezzar partikolari. Din l-informazzjoni hija rilevanti għas-servizzi ta' aċċess għall-internet, servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament u servizzi ta' trażmissjoni użati għax-xandir. Fornitur ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament jenħtieġ li ma jkunx soġġett għall-obbligi dwar rekwiżiti ta' informazzjoni għal kuntratti fejn il-fornitur, u persuni jew kumpaniji affiljati, ma jirċievu l-ebda remunerazzjoni marbuta direttament jew indirettament mal-forniment ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Sitwazzjoni bħal din tista', pereżempju, tikkonċerna università li tagħti lill-viżitaturi aċċess b'xejn għan-netwerk tal-Wi-Fi tagħha fuq il-kampus mingħajr ma tirċievi ebda tip ta' remunerazzjoni għall-għoti tas-servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tagħha, la permezz ta' pagament mingħand l-utenti u lanqas permezz ta' dħul pubbliċitarju. Sabiex l-utent finali jitħalla jagħmel għażla infurmata tajjeb, huwa essenzjali li l-informazzjoni rilevanti tiġi pprovduta qabel il-konklużjoni tal-kuntratt u b'lingwaġġ ċar u li jinftiehem. Għall-istess raġuni, il-fornituri jenħtieġ li jippreżentaw sommarju tat-termini essenzjali tal-kuntratt. Sabiex tiġi ffaċilitata l-paragunabbiltà u jitnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lil BEREC, jenħtieġ li tadotta kuntratt mudell għal tali sommarji. L-informazzjoni prekuntrattwali kif ukoll il-mudell tas-sommarju jenħtieġ li jikkostitwixxu parti integrali mill-kuntratt finali.

(234)  Wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2015/2120, id-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva fir-rigward ta' informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li jillimitaw l-aċċess għal u/jew l-użu ta' servizzi u applikazzjonijiet u fir-rigward tat-tfassil tat-traffiku saru obsoleti u jenħtieġ li jitħassru.

(235)  Fir-rigward ta' tagħmir terminali, il-kuntratt tal-konsumatur jenħtieġ li jispeċifika kwalunkwe restrizzjoni imposta mill-fornitur fuq l-użu tat-tagħmir, bħal permezz ta' "SIM-locking" ta' apparati ċellulari, jekk tali restrizzjonijiet mhumiex projbiti taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali, u kwalunkwe ħlas dovut mat-terminazzjoni tal-kuntratt, kemm qabel jew fid-data tal-iskadenza miftiehma, inkluża kwalunkwe spiża imposta sabiex jinżamm it-tagħmir. Meta l-utent finali jagħżel li jżomm it-tagħmir terminali inkluż fil-pakkett fil-mument li jiġi konkluż il-kuntratt, kull kumpens dovut jenħtieġ li ma jaqbiżx il-valur pro rata temporis tiegħu fil-mument meta jiġi konkluż il-kuntratt jew fuq il-parti li jkun fadal mit-tariffa tas-servizz sa tmiem il-kuntratt, skont liema ammont ikun l-iżgħar. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu metodi oħra għall-kalkolu tar-rata tal-kumpens, fejn din ir-rata tkun ugwali għall-kumpens ikkalkulat jew inqas minnu. Jenħtieġ li l-fornitur ineħħi kull restrizzjoni fuq l-użu tat-tagħmir terminali għal netwerks oħrajn, u bla ħlas, sa mhux aktar tard minn meta jitħallas dan il-kumpens.

(236)  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu sostantiv fuq il-fornitur marbut mas-sigurtà bis-saħħa ta' din id-Direttiva, il-kuntratt jenħtieġ li jispeċifika t-tip ta' azzjoni li l-fornitur jista' jieħu fil-każ ta' inċidenti ta' sigurtà, theddid jew vulnerabbiltajiet.

(237)  Id-disponibbiltà ta' informazzjoni trasparenti, aġġornata u komparabbli dwar offerti u servizzi hija element ewlieni għall-konsumaturi fi swieq kompetittivi fejn diversi fornituri joffru s-servizzi. Jenħtieġ li l-utenti finali jkunu jistgħu jqabblu faċilment il-prezzijiet ta' diversi servizzi offruti fis-suq abbażi ta' informazzjoni pubblikata f'forma faċilment aċċessibbli. Sabiex il-konsumatur ikun jista' faċilment iqabbel il-prezzijiet u s-servizz, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jeżiġu mill-fornituri ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u/jew servizzi ta' aċċess għall-internet, servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali disponibbli pubblikament u servizzi ta' trażmissjoni użati għax-xandir, iktar trasparenza dwar informazzjoni (inklużi tariffi, il-kwalità tas-servizz, restrizzjonijiet fuq it-tagħmir terminali fornut, u statistika rilevanti oħra). Kull rekwiżit bħal dan jenħtieġ li jqis kif xieraq il-karatteristiċi ta' dawk in-netwerks jew is-servizzi. Jenħtieġ li jiżguraw ukoll li partijiet terzi jkollhom id-dritt li jużaw mingħajr ħlas informazzjoni pubblikament disponibbli li tkun ippubblikata minn dawn l-impriżi, bil-ħsieb li jipprovdu għodda ta' tqabbil.

(238)  L-utenti finali ta' spiss mhumiex konxji tal-kost tal-imġiba tal-konsum tagħhom jew ikollhom xi diffikultajiet biex jikkalkulaw il-konsum ta' ħin tagħhom jew il-konsum tad-data tagħhom meta jużaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Sabiex tiżdied it-trasparenza u sabiex jippermettu kontroll aħjar tal-baġit tal-komunikazzjonijiet tagħhom huwa importanti li l-utenti finali jiġu pprovduti b'faċilitajiet li jippermettulhom li jsegwu l-konsum tagħhom b'mod f'waqtu.

(239)  L-għodod tat-tqabbil indipendenti, bħas-siti web, huma mezz effettiv għall-utenti finali sabiex jivvalutaw il-merti ta' fornituri differenti ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjonijiet elettroniċi minbarra servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, u sabiex jiksbu informazzjoni imparzjali, b'mod partikolari billi jqabblu l-prezzijiet, it-tariffi u l-parametri tal-kwalità f'post wieħed. Tali mekkaniżmi jenħtieġ li jkunu intiżi biex jipprovdu informazzjoni li tkun ċara u konċiża u kompleta u komprensiva. Jenħtieġ li jkunu intiżi wkoll biex jinkludu l-usa' firxa possibbli ta' offerti, sabiex jagħtu ħarsa ġenerali rappreżentattiva u jkopru parti sinifikanti tas-suq. L-informazzjoni mogħtija f'tali strumenti jenħtieġ li tkun affidabbli, imparzjali u trasparenti. L-utenti finali jenħtieġ li jkunu infurmati dwar id-disponibbiltà ta' tali għodod. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-utenti finali jkollhom aċċess b'xejn għal mill-anqas waħda minn dawn l-għodod fit-territorji rispettivi tagħhom.

(240)  L-għodod tat-tqabbil indipendenti jenħtieġ li jkunu operazzjonalment indipendenti mill-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament. Dawn jistgħu jiġu operati minn impriżi privati, jew mill-awtoritajiet kompetenti jew f'isimhom, madankollu jenħtieġ li jiġu operati f'konformità ma' kriterji ta' kwalità speċifikati inkluż ir-rekwiżit li jipprovdu dettalji tas-sidien tagħhom, li jipprovdu informazzjoni preċiża u aġġornata, jiddikjaraw il-ħin tal-aħħar aġġornament, jistabbilixxu kriterji ċari u oġġettivi li fuqhom se jkun ibbażat it-tqabbil u jinkludu firxa wiesgħa ta' offerti fuq servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjonijiet elettroniċi minbarra servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, li jkopru parti sinifikanti tas-suq. Jenħtieġ li l-ebda fornitur tas-servizzi ma jingħata trattament favorevoli fir-riżultati tat-tfittxija għajr abbażi ta' dawk il-kriterji oġġettivi ċari. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu kemm spiss l-għodod ta' tqabbil għandhom jirrieżaminaw u jaġġornaw l-informazzjoni li jagħtu lill-utenti finali, filwaqt li jqisu l-frekwenza li biha l-fornituri tas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi aċċessibbli għall-pubbliku minbarra servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, ġeneralment jaġġornaw it-tariffa u l-informazzjoni ta' kwalità. Meta jkun hemm biss għodda waħda fi Stat Membru u din l-għodda tieqaf topera jew ma tibqax konformi mal-kriterji tal-kwalità, l-Istat Membru jenħtieġ li jiżgura li l-utenti finali jkollhom aċċess fi żmien raġonevoli għal għodda oħra ta' tqabbil fil-livell nazzjonali.

(241)  Sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta' interess pubbliku fir-rigward tal-użu tas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament disponibbli, u biex tiġi mħeġġa l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jipproduċu u jxerrdu, bl-għajnuna ta' fornituri, informazzjoni ta' interess pubbliku relatata mal-użu ta' servizzi bħal dawn. Din tista' tinkludi informazzjoni ta' interess pubbliku fir-rigward tal-ksur l-aktar komuni u l-konsegwenzi ġuridiċi tiegħu, ▌pariri u mezzi ta' protezzjoni minn riskji għas-sigurtà personali, li jistgħu pereżempju jirriżultaw mill-iżvelar ta' informazzjoni personali f'ċerti ċirkostanzi, kif ukoll riskji għall-privatezza u għad-data personali, u d-disponibbiltà ta' softwer li jkun faċli biex tużah u li jista' jiġi kkonfigurat jew għażliet ta' softwer li jippermettu l-protezzjoni tat-tfal jew ta' persuni vulnerabbli. L-informazzjoni tista' tiġi kkoordinata permezz tal-proċedura ta' kooperazzjoni stabbilita f'din id-Direttiva. Tali informazzjoni ta' interess pubbliku jenħtieġ li tiġi aġġornata kull meta meħtieġ u jenħtieġ li tiġi ppreżentata f'forom faċilment komprensibbli, kif determinat minn kull Stat Membru, u fuq is-siti web ta' awtoritajiet pubbliċi nazzjonali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jobbligaw lill-fornituri jxerrdu din l-informazzjoni standardizzata lill-konsumaturi kollha b'mod li jkun meqjus xieraq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. It-tixrid ta' informazzjoni bħal din, madankollu, jenħtieġ li ma timponix piż eċċessiv fuq il-fornituri. L-Istati Membri jenħtieġ li jeżiġu dan it-tixrid bil-mezzi użati mill-fornituri fil-komunikazzjonijiet mal-utenti finali magħmula waqt l-attivitajiet ordinarji tan-negozju.

(242)  Fin-nuqqas ta' regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, il-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi huma meqjusa legali jew dannużi f'konformità mad-dritt nazzjonali sostantiv u proċedurali. Huwa kompitu tal-Istati Membri, u mhux tal-fornituri tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li jiddeċiedu, skont il-proċess dovut, jekk il-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi humiex legali jew dannużi. Din id-Direttiva u d-Direttiva 2002/58/KE dwar il-Privatezza Elettronika huma mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà informatika, b'mod partikolari l-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)(31), li, inter alia, fiha regola ta' "mere conduit" għall-fornituri ta' servizz intermedjarji, kif definiti fiha.

(243)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jingħataw is-setgħa li jissorveljaw il-kwalità tas-servizzi u li jiġbru sistematikament informazzjoni dwar il-kwalità tas-servizzi, inklużi dawk relatati mal-forniment tas-servizzi lill-utenti finali b'diżabbiltà. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tinġabar fuq il-bażi ta' kriterji li jippermettu l-paragunabbiltà bejn il-fornituri tas-servizzi u bejn l-Istati Membri. Il-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li joperaw f'ambjent kompetittiv, aktarx li jagħtu informazzjoni adegwata u aġġornata dwar is-servizzi tagħhom pubblikament disponibbli għal raġunijiet ta' vantaġġ kummerċjali. Meta fornitur ta' servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, għal raġunijiet relatati mal-forniment tas-servizz mil-lat tekniku, ma jkollux kontroll fuq il-kwalità tas-servizz jew ma joffrix kwalità ta' servizz minima, jenħtieġ li ma jkunx obbligat jipprovdi informazzjoni dwar il-kwalità tas-servizz. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, madanakollu, jenħtieġ li jkunu jistgħu jeżiġu l-pubblikazzjoni ta' din l-informazzjoni fejn jintwera li din l-informazzjoni ma tkunx effettivament disponibbli għall-pubbliku. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jistabbilixxu wkoll l-metodi ta' kejl li jridu jiġu applikati mill-fornituri tas-servizz biex tittejjeb il-paragunabbiltà tad-data provduta. Sabiex tiġi faċilitata l-paragunabbiltà madwar l-Unjoni u biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità, il-BEREC jenħtieġ li jadotta linji gwida dwar parametri rilevanti tal-kwalità tas-servizz li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jqisu bl-akbar reqqa.

(244)  Sabiex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-ambjent kompetittiv, il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u jibdlu minn fornitur għal ieħor meta jkun fl-aħjar interess tagħhom li jagħmlu dan. Huwa essenzjali li jiġi żgurat li dawn ikunu kapaċi jagħmluh mingħajr ma jiġu mfixkla minn ostakli legali, tekniċi jew metodi prattiċi, inklużi kundizzjonijiet kuntrattwali, proċeduri, ħlasijiet, eċċ. Dak ma jipprekludix lill-fornituri milli jistabbilixxu perjodi kuntrattwali minimi raġonevoli sa 24 xahar fil-kuntratti tal-konsumaturi. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jistabbilixxu perjodu massimu iqsar fid-dawl ta' kundizzjonijiet nazzjonali, bħal livelli ta' kompetizzjoni u stabbiltà ta' investimenti tan-netwerks u l-fornituri jenħtieġ li joffru tal-inqas kuntratt li jdum 12-il xahar jew anqas. Indipendentement minn dan il-kuntratt ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, il-konsumaturi jistgħu jippreferu u jibbenefikaw minn perjodu itwal ta' rimbors għal konnessjonijiet fiżiċi. Tali impenji tal-konsumatur jistgħu jkunu fattur importanti li jiffaċilita l-introduzzjoni ta' netwerks ta' kapaċità għolja ħafna ta' konnettività sal-bini tal-utent finali jew qrib ħafna tiegħu, anke permezz ta' skemi ta' aggregazzjoni tad-domanda li jippermettu lill-investituri tan-netwerk inaqqsu r-riskji tal-użu inizjali. Madankollu, id-drittijiet tal-konsumaturi li jibdlu l-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, kif stabbilit f'din id-Direttiva, jenħtieġ li ma jkunux ristretti b'tali perjodi ta' rimborż f'kuntratti dwar konnessjonijiet fiżiċi u tali kuntratti jenħtieġ li ma jkoprux tagħmir terminali jew ta' aċċess intern, bħal handsets, routers jew modems.

(245)  Il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jitterminaw il-kuntratt bla ma jġarrbu spejjeż anke f'każijiet ta' dewmien awtomatiku wara l-iskadenza tat-terminu tal-kuntratt ▌.

(246)  Kwalunkwe tibdil fil-kundizzjonijiet kuntrattwali propost mill-fornituri ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' aċċess għall-internet jew komunikazzjonijiet elettroniċi bbażati fuq in-numri u servizzi ta' trażmissjoni użati għax-xandir, għad-detriment tal-utent finali, pereżempju rigward it-taxxi, it-tariffi, il-limitazzjonijiet fil-volum tad-data, il-veloċitajiet tad-data, il-kopertura jew l-ipproċessar tad-data personali, jenħtieġ li jitqies li jagħti lok għad-dritt lill-utent finali li jtemm il-kuntratt mingħajr ma jġarrab spejjeż, anke jekk dan ikun ikkombinat ma' xi tibdil ta' benefiċċju. L-utenti finali jenħtieġ li jiġu notifikati dwar kwalunkwe tibdil fil-kundizzjonijiet kuntrattwali b'mezz durabbli, bħal karti, stikka USB, CD-ROM, DVD, kard tal-memorja, hard disk ta' kompjuter jew email.

(247)  Il-possibbiltà tal-bdil tal-fornituri hija importanti biex ikun hemm kompetizzjoni effettiva f'ambjent kompetittiv. Id-disponibbiltà ta' informazzjoni trasparenti, preċiża u f'waqtha dwar il-bidla minn fornitur għal ieħor, għandha żżid il-fiduċja tal-utenti finali fil-bdil u tagħmilhom aktar disposti li jieħdu sehem b'mod attiv fil-proċess kompetittiv. Il-fornituri tas-servizzi jenħtieġ li jiżguraw il-kontinwità tas-servizz sabiex l-utenti finali jkunu jistgħu jibdlu l-fornituri mingħajr ma jiġu mfixkla minħabba r-riskju ta' telf ta' servizz.

(248)  Il-portabbiltà tan-numri huwa faċilitatur ewlieni tal-għażliet għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi u l-kompetizzjoni effikaċi fis-swieq kompetittivi għas-swieq ta' komunikazzjonijiet elettroniċi. L-utenti finali li jitolbu dan jenħtieġ li jkunu jistgħu jżommu n-numru/i tagħhom fuq in-netwerk pubbliku tat-telefon indipendentement mill-fornitur tas-servizz u għal żmien limitat fil-perjodu ta' bdil bejn fornitur tas-servizz u ieħor. Il-forniment ta' din il-faċilità bejn konnessjonijiet għan-netwerk pubbliku tat-telefon f'lok fiss u mhux fiss mhuwiex kopert b'din id-Direttiva. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet għall-portabbiltà tan-numru bejn netwerks li jfornu servizzi f'lok fiss u netwerks mobbli.

(249)  L-impatt tal-portabbiltà tan-numri jissaħħaħ konsiderevolment meta jkun hemm informazzjoni trasparenti dwar it-tariffi, kemm għall-utenti finali li jittrasferixxu n-numru tagħhom kif ukoll għall-utenti finali li jagħmlu sejħa lil dawk li jkunu ttrasferew in-numru tagħhom. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fejn possibbli, jenħtieġ li jiffaċilitaw it-trasparenza tat-tariffi adatta bħala parti mill-implimentazzjoni tal-portabbiltà tan-numri.

(250)  Meta jiġi żgurat li l-ipprezzar għal interkonnessjoni relatata mal-forniment ta' portabbiltà tan-numri jkun orjentat lejn il-kostijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu wkoll jieħdu kont tal-prezzijiet disponibbli fi swieq paragunabbli.

(251)  Il-portabbiltà tan-numri ▌jenħtieġ li tiġi implimentata mingħajr dewmien żejjed, hekk li n-numru jkun funzjonalment attivat fi żmien ġurnata waħda tax-xogħol u l-konsumatur ma jesperjenzax telf ta' servizz li jdum aktar minn ġurnata waħda tax-xogħol mid-data miftiehma. Sabiex jiġi ffaċilitat punt uniku ta' servizz li jippermetti esperjenza ta' bdil bla intoppi għall-konsumaturi, il-proċess tal-bidla minn fornitur għal ieħor jenħtieġ li jitmexxa mill-fornitur riċeventi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippreskrivu l-proċess globali tal-portabbiltà tan-numri, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-kuntratti u l-iżviluppi teknoloġiċi. Dan jenħtieġ li jinkludi, fejn disponibbli, rekwiżit għall-portabbiltà li sseħħ b'forniment "over the air", sakemm l-utent finali ma jitlobx mod ieħor. L-esperjenza miksuba f'uħud mill-Istati Membri wriet li hemm riskju li l-konsumaturi jinbidlilhom il-fornitur mingħajr ma jkun ingħata l-kunsens tagħhom. Filwaqt li din hija kwistjoni li jenħtieġ li tiġi indirizzata l-ewwel nett mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jimponu miżuri proporzjonati minimi bħal dawn fir-rigward tal-proċess ta' bdil, inklużi sanzjonijiet xierqa, kif ikunu meħtieġa biex jitnaqqsu riskji bħal dawn u sabiex jiżguraw li l-konsumaturi jkunu protetti matul il-proċess kollu ta' bdil, mingħajr ma l-proċess isir inqas attraenti għalihom. Id-dritt tal-portabbiltà tan-numri jenħtieġ li ma jkunx ristrett minn kundizzjonijiet kuntrattwali.

(251a)  Sabiex jiġi żgurat li l-bdil u l-portabbiltà jseħħu fil-limiti ta' żmien previsti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu kapaċi jimponu miżuri ta' kumpens minn fornitur meta ftehim ma' utent finali ma jiġix rispettat. Tali miżuri jenħtieġ li jkunu proporzjonali għat-tul tad-dewmien fl-eżekuzzjoni tal-ftehim.

(252)  Pakketti li jinkludu, tal-anqas, servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli għajr servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, u servizzi oħra bħax-xandir lineari, jew tagħmir terminali bħal apparat offrut mill-istess fornitur u kkuntrattat b'mod konġunt, saru dejjem aktar mifruxin u huma element importanti tal-kompetizzjoni. Pakkett, għall-fini ta' dan l-artikolu, għandu jinftiehem bħala li jikkonsisti f'servizz ta' aċċess għall-internet mogħti flimkien ma' servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażat fuq in-numri jew servizz ta' aċċess għall-internet u/jew servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażat fuq in-numri b'servizzi differenti iżda komplementari bl-eċċezzjoni ta' servizzi ta' trażmissjoni użati għall-forniment ta' servizzi minn magna għal magna u/jew tagħmir terminali pprovdut mill-istess fornitur jew (i) fl-istess kuntratt, jew (ii) fl-istess kuntratti u f'kuntratti subordinati jew (iii) fl-istess kuntratti u f'kuntratti marbuta pprovduti għal prezz ikkombinat wieħed. Filwaqt li l-pakketti ħafna drabi jġibu benefiċċji għall-konsumaturi, jistgħu jagħmlu l-bdil iktar diffiċli jew jiswa ħafna flus u jżid ir-riskji ta' "lock-in" kuntrattwali. Meta regoli kuntrattwali diverġenti dwar it-terminazzjoni tal-kuntratt u l-bidla minn fornitur għal ieħor ikunu japplikaw għas-servizzi differenti, u għal kull impenn kuntrattwali rigward l-akkwist ta' prodotti li jiffurmaw parti minn pakkett, il-konsumaturi jiġu mxekkla b'mod effettiv fid-drittijiet tagħhom skont din id-Direttiva li jaqilbu għal offerti kompetittivi għall-pakkett kollu jew partijiet minnu. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva fir-rigward ta' kuntratti, trasparenza, tul u terminazzjoni tal-kuntratt u l-bdil, għalhekk, jenħtieġ li japplikaw għal kull element ta' pakkett, ħlief sal-punt li regoli oħra applikabbli għal elementi ta' komunikazzjoni mhux elettroniċi tal-pakkett huma aktar favorevoli għall-konsumatur. Kwistjonijiet kuntrattwali oħra, bħar-rimedji applikabbli fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-kuntratt, jenħtieġ li jiġu rregolati bir-regoli applikabbli għall-element rispettiv tal-pakkett, pereżempju permezz tar-regoli ta' kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti jew għall-forniment ta' kontenut diġitali. Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li l-konsumaturi ma jkunux ristretti għal fornitur partikolari permezz ta' estensjoni kuntrattwali de facto tal-perjodu tal-kuntratt ▌. Jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu d-diskrezzjoni li jilleġiżlaw dwar ċerti elementi marbuta ma' pakkett f'każijiet fejn in-natura tagħhom timplika trattament regolatorju differenti, pereżempju għax dawk l-elementi jkunu indirizzati minn regolamentazzjoni oħra speċifika għas-settur jew sabiex isiru adattamenti għall-bidliet fil-prattiki tas-suq.

(253)  Il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri għandhom l-obbligu li jipprovdu aċċess lis-servizzi ta' emerġenza permezz tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-aktar minħabba nuqqas ta' fattibbiltà teknika, dawn jaf ma jkunux jistgħu jipprovdu aċċess għal servizzi ta' emerġenza jew għall-post mnejn toriġina s-sejħa, jew it-tnejn li huma. F'dawn il-każijiet, jenħtieġ li jinfurmaw lill-klijenti tagħhom kif xieraq fil-kuntratt. Tali fornituri jenħtieġ li jipprovdu lill-konsumaturi tagħhom informazzjoni ċara u trasparenti fil-kuntratt inizjali u jaġġornawha fl-eventwalità ta' kwalunkwe bidla fil-forniment ta' aċċess għas-servizzi ta' emerġenza, pereżempju bħala parti mill-informazzjoni fil-fatturi. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tinkludi kwalunkwe limitazzjoni rigward kopertura territorjali, abbażi tal-parametri tekniċi ta' operat tas-servizz ta' komunikazzjonijiet ippjanati u l-infrastruttura disponibbli. Meta s-servizz ma jiġix ipprovdut b'konnessjoni li tkun ġestita biex tagħti kwalità speċifikata ta' servizz, l-informazzjoni jenħtieġ li tinkludi wkoll il-livell ta' affidabbiltà tal-aċċess u l-informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina s-sejħa mqabbla ma' servizz li huwa pprovdut b'din il-konnessjoni, b'kont meħud tat-teknoloġija attwali u l-istandards ta' kwalità, kif ukoll kwalunkwe kwalità ta' parametri ta' servizz speċifikata f'din id-Direttiva.

(254)  F'konformità mal-għanijiet tal-Karta ▌u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà, il-qafas regolatorju jenħtieġ li jiżgura li l-utenti finali kollha, inklużi l-utenti finali b'diżabbiltà, l-anzjani, u l-utenti bi bżonnijiet soċjali speċjali, ikollhom aċċess faċli u ugwali għal servizzi ta' kwalità għolja bi prezz raġonevoli u aċċessibbli, indipendentement mill-post ta' residenza tagħhom fl-Unjoni. Id-Dikjarazzjoni 22 annessa mal-Att ta' Amsterdam finali tiddikjara li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom iqisu l-bżonnijiet ta' persuni b'diżabbiltà meta jfasslu l-miżuri skont l-Artikolu 114 tat-TFUE.

(255)  L-utenti finali jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċessaw servizzi ta' emerġenza permezz ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza mingħajr ħlas u mingħajr ma jkollhom għalfejn jużaw kwalunkwe mezz ta' ħlas, minn kwalunkwe apparat li jippermetti servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali abbażi tan-numri, inkluż meta jużaw servizzi ta' roaming fi Stat Membru jew permezz ta' netwerks tat-telekomunikazzjoni privati. Komunikazzjonijiet ta' emerġenza huma mezz ta' komunikazzjoni, li jinkludu mhux biss il-komunikazzjonijiet tal-vuċi, iżda anke it-test f'ħin reali, vidjo jew tipi oħra ta' komunikazzjoni, anke permezz tal-użu tas-servizzi ta' trażmissjoni ta' partijiet terzi, li huma attivati fi Stat Membru biex ikollhom aċċess għal servizzi ta' emerġenza. Il-komunikazzjonijiet ta' emerġenza jistgħu jiġu adottati f'isem persuna mis-sistema eCall immuntata fil-vettura kif definit fir-Regolament 2015/758/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(32). Madankollu, jenħtieġ li tkun kompetenza tal-Istati Membri li jiddeċiedu liema servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri huma xierqa għas-servizzi ta' emerġenza, inkluża l-possibbiltà li dawk l-għażliet jiġu limitati għal komunikazzjonijiet bil-vuċi u l-ekwivalenti tagħhom għal utenti finali b'diżabbiltà jew biex jiżdiedu l-għażliet kif miftiehem mal-PSAPs nazzjonali. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi futuri jew żieda fl-użu ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà li tipprovdi aċċess affidabbli u preċiż għal servizzi ta' emerġenza permezz ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, is-servizzi tal-emerġenza, il-korpi ta' standardizzazzjoni u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.

(256)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li fornituri li jipprovdu lill-utenti finali b'servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri jipprovdu aċċess affidabbli u preċiż għal servizzi ta' emerġenza filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kriterji u l-ispeċifikazzjonijiet nazzjonali u l-kapaċitajiet tal-PSAPs nazzjonali. Meta s-servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali abbażi tan-numri ma jiġix ipprovdut permezz ta' konnessjoni li tiġi ġestita biex tagħti kwalità speċifika ta' servizz, il-fornitur tas-servizz jista' ma jkunx jista' jiżgura li s-sejħiet ta' emerġenza magħmula permezz tas-servizz tagħhom ikunu trasferiti għall-PSAP l-aktar xieraq bl-istess affidabbiltà. Għal tali fornituri indipendenti min-netwerk, jiġifieri fornituri li mhumiex integrati ma' fornitur ta' netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni, l-informazzjoni dwar il-post minn toriġina s-sejħa mhux dejjem taf tkun fattibbli teknikament. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-istandards li jiżguraw trasferiment preċiż u affidabbli u konnessjoni għas-servizzi ta' emerġenza jiġu implimentati malajr kemm jista' jkun sabiex jippermettu li fornituri indipendenti min-netwerk ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri jissodisfaw l-obbligi li jirrigwardaw l-aċċess għal servizzi ta' emerġenza u informazzjoni dwar il-post minn toriġina s-sejħa f'livell paragunabbli ma' dak meħtieġ minn fornituri oħra ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bħal dawn. Fejn dawn l-istandards u s-sistemi relatati tal-PSAP jkunu għadhom ma ġewx implimentati, jenħtieġ li s-servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u indipendenti min-netwerk ma jkunux mitluba jipprovdu aċċess għas-servizzi ta' emerġenza ħlief b'mod li jkun teknikament fattibbli jew ekonomikament vijabbli. Pereżempju, dan jista' jinkludi d-deżinjazzjoni minn Stat Membru ta' PSAP uniku u ċentrali għar-riċeviment ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza. Madankollu, jenħtieġ li dawn il-fornituri jinfurmaw lill-utenti finali meta l-aċċess għan-numru ta' emerġenza 112 jew għall-informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina s-sejħa ma jkunx appoġġjat.

(256b)  Hemm nuqqas eżistenti attwali f'dak li jirrigwarda l-kejl tar-rappurtar u tal-prestazzjoni mill-Istati Membri fir-rigward tat-tweġib u l-immaniġġjar ta' telefonati ta' emerġenza. Għalhekk, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u s-servizzi ta' emerġenza, għandha tadotta indikaturi tal-prestazzjoni applikabbli għas-servizzi ta' emerġenza tal-Istati Membri u tirrapporta lura lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effettività tal-implimentazzjoni tan-numru tat-telefonati ta' emerġenza Ewropew "112" u dwar il-funzjonament tal-indikaturi tal-prestazzjoni.

(257)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri speċifiċi biex jiżguraw li s-servizzi ta' emerġenza, inkluż in-numru "112", ikunu aċċessibbli ugwalment għall-utenti finali b'diżabbiltà, b'mod partikolari għal dawk l-utenti torox, b'impediment fis-smigħ, jew fid-diskors, u dawk torox-għomja permezz ta' test f'ħin reali jew l-użu ta' servizzi ta' trażmissjoni ta' partijiet terzi interoperabbli man-netwerks tat-telefonija madwar l-UE. Dan jista' jinvolvi wkoll il-forniment ta' apparat terminali speċjali għal persuni b'diżabbiltà meta l-metodi ta' komunikazzjoni msemmija hawn fuq ma jkunux adattati għalihom.

(258)  Huwa importanti li jiżdied l-għarfien tan-numru "112" sabiex jittejjeb il-livell ta' ħarsien u sigurtà għaċ-ċittadini waqt l-ivvjaġġar tagħhom fl-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan, jenħtieġ li ċ-ċittadini jkunu konxji, meta jivvjaġġaw fi kwalunkwe Stat Membru, b'mod partikolari permezz ta' informazzjoni pprovduta fil-vendi tal-karozzi tal-linja, fl-istazzjonijiet ferrovjarji, fil-portijiet jew fl-ajruporti internazzjonali u fid-direttorji tat-telefon, f'materjal u kontijiet għall-utenti finali, li n-numru "112" jista' jintuża bħala numru ta' emerġenza uniku kullimkien fl-Unjoni. Din hija primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, iżda l-Kummissjoni jenħtieġ li tkompli kemm tappoġġja kif ukoll tissupplimenta inizjattivi tal-Istati Membri biex tkompli żżid il-konoxxenza tal-"112" u perjodikament biex tevalwa l-konoxxenza tal-pubbliku dwar dan in-numru.

(259)  Informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina s-sejħa ttejjeb il-livell ta' protezzjoni u s-sigurtà tal-utenti finali u tgħin lis-servizzi ta' emerġenza fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom, sakemm it-trasferiment ta' komunikazzjoni u data assoċjata għas-servizzi ta' emerġenza konċernati jiġi garantit mis-sistema nazzjonali ta' PSAPs. Ir-riċeviment u l-użu ta' informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina s-sejħa, li tinkludi kemm informazzjoni dwar mnejn toriġina s-sejħa bbażata fuq in-netwerk kif ukoll, meta disponibbli, informazzjoni mtejba tal-post mnejn toriġina s-sejħa bbażata fuq il-handset, jenħtieġ li jkunu konformi mal-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar l-ipproċessar ta' data personali u ma' miżuri ta' sigurtà. Impriżi li jipprovdu lokazzjoni bbażata fuq in-netwerk, jenħtieġ li jagħmlu l-informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina s-sejħa disponibbli lil servizzi tal-emerġenza hekk kif is-sejħa tasal għand dak is-servizz indipendentement mit-teknoloġija użata. Madankollu t-teknoloġiji tal-lokalizzazzjoni bbażati fuq il-handset urew li huma ferm aktar preċiżi u kosteffettivi minħabba d-disponibbiltà tad-data pprovduta minn EGNOS u permezz tas-sistema bis-satellita Galileo u Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita oħra u mid-data tal-Wi-Fi. Għalhekk, informazzjoni meħuda mill-handset dwar il-post mnejn toriġina s-sejħa jenħtieġ li tikkomplementa l-informazzjoni bbażata fuq in-netwerk dwar il-post mnejn toriġina s-sejħa anke jekk il-lokalizzazzjoni meħuda mill-handset tista' ssir disponibbli biss wara li tkun ġiet stabbilita l-komunikazzjoni ta' emerġenza. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-PSAPs ikunu kapaċi jiġbru u jimmaniġġjaw l-informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina s-sejħa, meta jkun fattibbli. L-istabbiliment u t-trażmissjoni ta' informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina s-sejħa jenħtieġ li jkunu bla ħlas kemm għall-utent finali kif ukoll għall-awtorità li tieħu ħsieb il-komunikazzjoni ta' emerġenza irrispettivament mill-mezzi ta' komunikazzjoni tal-istabbiliment, pereżempju permezz tal-handset jew in-netwerk, jew il-mezzi ta' trażmissjoni, pereżempju permezz ta' kanali vokali, SMS jew abbażi tal-Protokoll tal-Internet.

(260)  Sabiex tirreaġixxi għall-iżviluppi teknoloġiċi li jikkonċernaw l-informazzjoni preċiża dwar il-post mnejn toriġina s-sejħa, l-aċċess ekwivalenti għall-utenti finali b'diżabbiltà u routing tat-telefonati lill-aktar PSAP adegwat, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji biex jiġu żgurati l-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà, il-kwalità u l-kontinwità ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza fl-Unjoni. Dawn il-miżuri jistgħu jikkonsistu f'dispożizzjonijiet funzjonali dwar ir-rwol tad-diversi partijiet tal-katina ta' komunikazzjoni, pereżempju, il-fornituri tas-servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri, l-operaturi tan-netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u PSAPs, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tekniċi li jiddeterminaw il-mezzi tekniċi biex jissodisfaw id-dispożizzjonijiet funzjonali. Miżuri bħal dawn jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għall-organizzazzjoni tas-servizzi tal-emerġenza tal-Istati Membri.

(260a)  Attwalment, ċittadin f'Pajjiż A li jkollu bżonn jikkuntattja lis-servizzi ta' emerġenza f'Pajjiż B ma jistax jagħmel dan, minħabba li s-servizzi ta' emerġenza m'għandhomx il-faċilità li jikkuntattjaw lil xulxin. Is-soluzzjoni hija li jkun hemm bażi ta' data sikura ta' numri tat-telefon mal-UE kollha, għal servizz(i) ta' emerġenza ewlieni/ewlenin f'kull pajjiż. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha żżomm bażi ta' data sikura tan-numri E.164 tas-servizzi ta' emerġenza Ewropej, sabiex tiżgura li dawn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati minn Stat Membru wieħed għal ieħor.

(260b)  L-attakki terroristiċi riċenti fl-Ewropa enfasizzaw in-nuqqas ta' sistemi ta' twissija pubbliċi effiċjenti fl-Istati Membri u fl-Ewropa. Huwa kruċjali li l-Istati Membri jkunu jistgħu jinfurmaw lill-popolazzjoni kollha f'żona determinata dwar diżastri/attakki kontinwi jew theddid imminenti, permezz tal-użu ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, l-istabbiliment ta' sistema ta' komunikazzjoni nazzjonali effiċjenti "Reverse 112" għat-twissija taċ-ċittadini, f'każ ta' emerġenzi u diżastri ewlenin naturali u/jew ikkawżati mill-bniedem imminenti jew li qed jiżviluppaw, filwaqt li jitqiesu sistemi nazzjonali u reġjonali eżistenti u mingħajr ma jinkisru r-regoli dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta wkoll jekk ikunx fattibbli li tiġi stabbilita "sistema ta' komunikazzjoni Reverse 112" universali, aċċessibbli u transfruntiera fl-UE kollha sabiex il-pubbliku jiġi mwissi fil-każ ta' diżastru imminenti jew li qed jiżviluppa jew stat ewlieni ta' emerġenza madwar Stati Membri differenti.

(261)   L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-utenti finali b'diżabbiltà jibbenefikaw minn aċċess u għażla ekwivalenti għas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UNCRPD) u l-approċċ ta' disinn għal kulħadd. B'mod partikolari, sabiex jiżguraw li utenti finali b'diżabbiltà jibbenefikaw mill-kompetizzjoni u l-għażla ta' fornituri ta' servizz li jgawdu maġġoranza ta' utenti finali oħra, awtoritajiet nazzjonali rilevanti jenħtieġ li jispeċifikaw, fejn xieraq u fid-dawl ta' kundizzjonijiet nazzjonali, u wara li jikkonsultaw lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta' persuni b'diżabbiltà, rekwiżiti ta' protezzjoni tal-konsumatur finali b'diżabbiltà li għandhom jiġu ssodisfati minn fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament u ta' tagħmir terminali relatat. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, li fornituri jiżguraw li utenti finali b'diżabbiltà jieħdu vantaġġ mis-servizzi tagħhom fuq pattijiet u kundizzjonijiet ekwivalenti, inklużi prezzijiet, tariffi u kwalità, u aċċess għal tagħmir terminali relatat, bħal dawk offruti lil utenti finali tagħhom oħra, irrispettivament minn kwalunkwe spiża addizzjonali mġarrba minn dawn il-fornituri. Rekwiżiti oħra jistgħu jkunu relatati mal-arranġamenti bl-ingrossa bejn il-fornituri. Sabiex jiġi evitat li jinħoloq piż eċċessiv fuq il-fornituri tas-servizz, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jivverifikaw jekk l-objettivi ta' aċċess u għażla ekwivalenti jistgħux verament jintlaħqu mingħajr tali miżuri.

(262)  ▌

(262a)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament iqiegħdu għad-dispożizzjoni informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizzi offruti u dwar il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tagħhom f'format aċċessibbli. Dan ifisser li l-kontenut tal-informazzjoni jenħtieġ li jkun disponibbli f'formati ta' test li jistgħu jintużaw biex jiġi ġġenerat format assistiv alternattiv u alternattivi għall-kontenut mhux testwali.

(262b)  Fir-rigward tal-utenti finali b'diżabbiltà, din id-Direttiva jenħtieġ li tirrifletti liġijiet oħra tal-Unjoni li jimplimentaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà. Dawk il-miżuri jinkludu l-prinċipji u l-istandards stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(33). L-erba' prinċipji tal-aċċessibbiltà huma: il-perċepibbiltà, li tfisser li informazjzoni u komponenti tal-interfaċċa tal-utent iridu jkunu preżentabbli lill-utenti f'modi li jistgħu jipperċepixxu; l-operabbiltà, li tfisser li l-komponenti u n-navigabbiltà tal-interfaċċa tal-utent iridu jkunu operabbli; il-komprensibbiltà, li tfisser li l-informazzjoni u l-operat tal-interfaċċa tal-utent iridu jkunu komprensibbli; u r-robustezza, li tfisser li l-kontenut irid ikun robust biżżejjed biex jiġi interpretat b'mod affidabbli minn varjetà wiesgħa ta' utenti, inklużi t-teknoloġiji assistivi. Dawk il-prinċipji tal-aċċessibbiltà jissarrfu fi kriterji ta' suċċess verifikabbli, bħal dawk li jiffurmaw il-bażi tal-istandard Ewropew EN 301 549 V1.1.2 "Accessibility requirements suitable for public procurement of ICT products and services in Europe" (2015-04) (standard Ewropew EN 301 549 V1.1.2 (2015-04)), permezz ta' standards armonizzati u metodoloġija komuni biex tiġi ttestjata l-konformità tal-kontenut fis-siti web u fl-applikazzjonijiet mobbli ma' dawk il-prinċipji. Dak l-istandard Ewropew ġie adottat abbażi tal-mandat M/376 maħruġ mill-Kummissjoni għall-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni. Sakemm ir-referenzi għall-istandards armonizzati, jew għal partijet minnhom, jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-klawżoli rilevanti tal-istandard Ewropew EN 301 549 V1.1.2 (2015-04) jenħtieġ li jitqiesu bħala l-mezzi minimi biex dawk il-prinċipji jitqiegħdu fil-prattika fir-rigward ta' din id-Direttiva u għall-fini ta' aċċess u għażla ugwali għall-utenti finali b'diżabbiltà.

(263)  Ġiet żviluppata kompetizzjoni effettiva fil-forniment ta' servizzi ta' konsultazzjoni tad-direttorju u d-direttorji skont, inter alia, l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE(34). Sabiex tinżamm kompetizzjoni effettiva, il-fornituri kollha tas-servizz li jassenjaw numri tat-telefon lill-utenti finali tagħhom jenħtieġ li jibqgħu jkunu obbligati jagħmlu l-informazzjoni relevanti disponibbli, b'mod ġust, orjentat għall-ispiża u mhux diskriminatorju.

(264)  L-utenti finali jenħtieġ li jkunu informati dwar id-dritt tagħhom li jiddeċiedu jekk iridux jew le li jiġu inklużi f'direttorju. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri jenħtieġ li jirrispettaw id-deċiżjoni tal-utenti finali meta data titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-fornituri tas-servizzi tad-direttorju. L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE jiżgura d-dritt tal-utenti finali għall-privatezza fir-rigward tal-inklużjoni tal-informazzjoni personali tagħhom f'direttorju pubbliku.

(265)  L-utenti finali jenħtieġ li jkunu jistgħu jgawdu minn garanzija ta' interoperabbiltà fir-rigward tat-tagħmir kollu mibjugħ fl-Unjoni għar-riċeviment tar-radju u tat-televiżjoni diġitali. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jeżiġu standards minimi armonizzati fir-rigward ta' dak it-tagħmir. Dawn li-standards jistgħu jiġu adattati minn żmien għal żmien fid-dawl tal-iżviluppi tekonoloġiċi u tas-suq.

(266)  Huwa mixtieq li l-konsumaturi jkunu jistgħu jiksbu l-aktar konnettività sħiħa possibbli għas-settijiet tar-radju u tat-televiżjoni diġitali. L-interoperabbiltà hija kunċett li qiegħed jevolvi fis-swieq dinamiċi. Il-korpi tal-istandards jenħtieġ li jagħmlu minn kollox biex jiżguraw li standards adatti jevolvu flimkien mat-teknoloġiji konċernati. Huwa daqstant ieħor importanti li jiġi żgurat li jkunu disponibbli konnetturi fuq settijiet tat-televiżjoni diġitali li jkunu kapaċi jgħaddu l-elementi kollha meħtieġa ta' sinjal diġitali, inklużi faxex tas-smigħ u tal-vidjo, informazzjoni dwar aċċess kundizzjonali, informazzjoni dwar is-servizz, informazzjoni dwar interfaċċa tal-programmi ta' applikazzjoni (API) u informazzjoni dwar il-protezzjoni kontra l-ikkupjar. Din id-Direttiva għalhekk jenħtieġ li tiżgura li l-funzjonalità marbuta mal-konnetturi u/jew inplimentata fihom ma tiġix limitata mill-operaturi tan-netwerk, il-fornituri ta' servizzi jew il-manifatturi tat-tagħmir u tkompli tevolvi f'konformità mal-iżviluppi teknoloġiċi. Għat-turija u l-presentazzjoni tas-servizzi tat-televiżjoni konnessi, ir-realizzazzjoni ta' standard komuni permezz ta' mekkaniżmu mmexxi mis-suq hija rikonoxxuta bħala benefiċċju għall-konsumatur. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jieħdu inizjattivi ta' politika, b'mod konformi mat-Trattat, biex jinkoraġġixxu dan l-iżvilupp. It-tagħmir tar-radju tal-konsumatur jenħtieġ li jkun kapaċi jirċievi r-radju tal-anqas b'xandir analoġiku u diġitali sabiex tkun żgurata interoperabbiltà transfruntiera. Din id-dispożizzjoni jenħtieġ li ma tapplikax għal tagħmir tar-radju tal-konsumatur li ma tantx jiswa jew għal tagħmir tar-radju fejn ir-riċezzjoni ta' xandiriet bir-radju tkun biss funzjoni anċillari, bħal pereżempju mobile b'riċevitur FM. Jenħtieġ ukoll li ma jkunx applikabbli għat-tagħmir tar-radju użat minn dilettanti tar-radju, inklużi, pereżempju, kits tar-radju għall-assemblaġġ u l-użu minn dilettanti tar-radju jew tagħmir mibni minn dilettanti tar-radju individwali għal skopijiet sperimentali u xjentifiċi relatati mar-radju tad-dilettanti.

(267)  Miżuri applikati għas-suq bl-ingrossa li jiżguraw l-inklużjoni ta' data ta' utent finali (kemm fissa kif ukoll mobbli) f'bażijiet ta' data jenħtieġ li jirrispettaw is-salvagwardji għall-protezzjoni ta' data personali skont id-Dirttiva 95/46/EC li se tinbidel bir-Regolament (UE) 2016/679(35) fil-25 ta' Mejju 2018, u inkluż l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika). Il-provvista orjentata lejn l-ispiża ta' dik id-data lill-fornituri tas-servizz, bil-possibbiltà għall-Istati Membri li jistabbilixxu mekkaniżmu ċentralizzat biex jipprovdu informazzjoni aggregata komprensiva lill-fornituri tad-direttorju, u l-forniment ta' aċċess għan-netwerk b'kundizzjonijiet raġonevoli u trasparenti, jenħtieġ li titqiegħed fis-seħħ sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali jibbenefikaw bis-sħiħ mill-kompetizzjoni, li ppermettiet b'mod wiesa' li tkun tista' titneħħa r-regolamentazzjoni tal-bejgħ bl-imnut minn fuq dawn is-servizzi u l-forniment ta' offerti tas-servizzi tad-direttorju b'kundizzjonijiet raġonevoli u trasparenti.

(268)  Wara l-abolizzjoni tal-obbligu tas-servizz universali għas-servizzi tad-direttorju u b'kunsiderazzjoni tal-eżistenza ta' suq li jiffunzjona għal dawn is-servizzi, id-dritt li jkollhom aċċess għas-servizzi ta' konsultazzjoni tad-direttorju tat-telefon ma baqax neċessarju. Madankollu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali xorta waħda jenħtieġ li jkunu jistgħu jimponu obbligi u kundizzjonijiet fuq l-impriżi li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali, sabiex jinżammu l-aċċess u l-kompetizzjoni f'dak is-suq.

(269)  L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jistipulaw obbligi proporzjonati "ta' trażmissjoni" fuq impriżi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, fl-interess ta' konsiderazzjonijiet leġittimi ta' politika pubblika, iżda dawk l-obbligi jenħtieġ li jkunu imposti biss fejn ikunu meħtieġa biex jissodisfaw il-miri ta' interess ġenerali definiti b'mod ċar mill-Istati Membri b'konformità mad-dritt tal-Unjoni, u jenħtieġ li jkunu proporzjonati u trasparenti. Obbligi "ta' trażmissjoni" jistgħu jiġu applikati għal ċerti stazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni u ċerti servizzi komplementari speċifiċi forniti minn fornitur ta' servizz tal-midja speċifiku. L-obbligi imposti mill-Istati Membri jenħtieġ li jkunu raġonevoli, jiġifieri jenħtieġ li jkunu proporzjonati u trasparenti fid-dawl ta' miri ta' interess ġenerali definiti b'mod ċar, bħall-pluraliżmu tal-midja u d-diversità kulturali. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu ġustifikazzjoni ċara għall obbligi "ta' trażmissjoni" li huma jimponu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom biex jiżguraw li dawn l-obbligi ikunu trasparenti, proporzjonati u definiti kif xieraq. L-obbligi jenħtieġ li jitfasslu b'mod li jiġu pprovduti inċentivi suffiċjenti għal investiment effiċjenti fl-infrastruttura. L-obbligi jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rieżami perjodiku ta' mill-inqas kull ħames snin, sabiex jinżammu aġġornati mal-evoluzzjoni teknoloġika u tas-suq biex jiġi żgurat li jkomplu jkunu proporzjonati għall-għanijiet li jridu jintlaħqu. L-obbligi jistgħu, fejn xieraq, jinvolvu dispożizzjoni għal remunerazzjoni proporzjonata.

(269a)  Peress li l-biċċa l-kbira tat-tagħmir tat-televiżjoni u tar-radju diġitali tal-konsumatur fl-użu llum jaċċetta kemm trażmissjonijiet analoġiċi kif ukoll dawk diġitali, m'għadx hemm raġuni ekonomika jew soċjali biex l-Istati Membri jkomplu jimponu obbligi "ta' trażmissjoni" kemm fuq it-trażmissjonijiet tat-televiżjoni analoġiċi kif ukoll fuq dawk diġitali. Dan, madankollu, jenħtieġ li ma jipprekludix tali obbligi ta' trażmissjoni analoġika fejn numru sinifikanti ta' utenti għadhom jużaw stazzjon analoġiku jew fejn ix-xandira analoġika tkun l-uniku mezz ta' xandir.

(270)  Netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi użati għad-distribuzzjoni ta' xandir bir-radju jew bit-televiżjoni lill-pubbliku jinkludu netwerks ta' xandir bil-cable, bl-IPTV, bis-satellita jew terrestri. Jistgħu wkoll jinkludu netwerks oħra safejn u sakemm in-numru sinifikanti ta' utenti finali jużaw dawk in-netwerks bħala l-mezz prinċipali tagħhom biex jirċievu xandir bir-radju jew bit-televiżjoni. L-obbligi ta' trażmissjoni jenħtieġ li jinkludu t-trażmissjoni ta' servizzi speċifikament maħsuba biex jippermettu aċċess ekwivalenti minn utenti b'diżabbiltà. Għaldaqstant is-servizzi komplementari jinkludu, fost affarijiet oħra, servizzi maħsuba biex tittejjeb l-aċċessibbiltà għal utenti finali b'diżabbiltà, bħat-test bil-vidjo, sottotitolar għat-torox u għal dawk neqsin mis-smigħ, deskrizzjoni awdjo, sottotitoli mitkellma u interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali. Minħabba t-tkabbir tal-forniment u tar-riċeviment tas-servizzi konnessi tat-TV u l-importanza kontinwa ta' gwidi ta' programmi elettroniċi għall-għażla tal-utent, it-trażmissjoni ta' data relatata mal-programm meħtieġa biex tappoġġja l-funzjonalitajiet tal-forniment ta' gwidi ta' programmi elettroniċi, teletest u indirizzi tal-IP relatati mal-programm tista' tiġi inkluża fl-obbligi ta' trażmissjoni.

(271)  Il-faċilitajiet tal-identifikazzjoni tal-linja li tagħmel is-sejħa huma normalment disponibbli fuq l-exchanges tat-telefon moderni u jistgħu għalhekk jiġu fornuti aktar u aktar bi spiża żgħira jew mingħajr ebda spiża. L-Istati Membri mhumiex meħtieġa jimponu obbligi għall-forniment ta' dawn il-faċilitajiet meta jkunu diġà disponibbli. Id-Direttiva 2002/58/KE tissalvagwardja l-privatezza tal-utenti fir-rigward ta' kontijiet dettaljati, billi tagħtihom il-mezzi biex jipproteġu d-dritt tagħhom għall-privatezza meta l-identifikazzjoni tal-linja li tagħmel is-sejħa tiġi implimentata. L-iżvilupp ta' dawn is-servizzi fuq bażi pan-Ewropea jkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi u huwa mħeġġeġ b'din id-Direttiva.

(272)  Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mill-Istati Membri jenħtieġ li tiżgura li l-parteċipanti fis-suq u parteċipanti potenzjali ġodda fis-suq jifhmu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom, u jkunu jafu fejn isibu l-informazzjoni dettaljata relevanti. Il-pubblikazzjoni fil-gazzetta nazzjonali tgħin lill-partijiet interessati fl-Istati Membri l-oħra jsibu l-informazzjoni relevanti.

(273)  Sabiex jiġi żgurat li s-suq pan-Ewropew tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jkun effettiv u effiċjenti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tissorvelja u tippubblika l-informazzjoni dwar il-ħlasijiet li jikkontribwixxu biex jiġu determinati l-prezzijiet għall-utenti finali.

(274)  Sabiex tiġi determinata l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni trid tkun taf liema impriżi ġew identifikati li għandhom setgħa sinifikanti fis-suq u liema obbligi tqiegħdu fuq il-parteċipanti tas-suq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Minbarra l-pubblikazzjoni nazzjonali ta' din l-informazzjoni, huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu din l-informazzjoni lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri huma meħtieġa jibagħtu l-informazzjoni lill-Kummissjoni, dan jista' jsir b'format elettroniku, sakemm ikunu miftiehma l-proċeduri xierqa tal-awtentikazzjoni.

(275)  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi, soċjali u tas-suq, biex jiġu indirizzati r-riskji għas-sigurtà tan-netwerks u tas-servizzi, u biex ikun żgurat aċċess effettiv għas-servizzi ta' emerġenza permezz tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b'rabta mal-miżuri speċifikati biex jiġu indirizzati r-riskji għas-sigurtà; jiġu adattati l-kundizzjonijiet għall-aċċess għas-servizzi diġitali tat-televiżjoni u tar-radju; tiġi stabbilita rata unika ta' terminazzjoni tat-telefonati bil-vuċi bl-ingrossa fis-swieq tat-telefonija fissa u mobbli; jiġu adattati l-miżuri relatati mal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza fl-Unjoni; u jiġu adattati l-Annessi II, IV, V, VI, VIII, IX u X ta' din id-Direttiva. B'mod partikolari, huwa importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa waqt it-tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li għandhom x'jaqsmu mat-tħejjija tal-atti delegati.

(276)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta deċiżjonijiet li jsolvu interferenzi dannużi transfruntieri bejn l-Istati Membri; biex tagħmel l-implimentazzjoni tal-istandards obbligatorja, jew biex tneħħi l-istandards u/jew l-ispeċifikazzjonijiet mill-parti obbligatorja tal-lista tal-istandards; biex tieħu deċiżjonijiet li jistabbilixxu jekk id-drittijiet fuq banda armonizzata għandhomx ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali jew għal drittijiet ta' użu individwali; biex tispeċifika l-modalitajiet tal-applikazzjoni tal-kriterji, ir-regoli u l-kundizzjonijiet fir-rigward tal-ispettru tar-radju armonizzat; biex tispeċifika l-modalitajiet għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jistgħu jagħmlu mal-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju; biex tidentifika l-baned li għalihom jistgħu jiġu trasferiti jew mikrija d-drittijiet ta' użu tal-frekwenzi tar-radju bejn l-impriżi; biex tistabbilixxi dati massimi u komuni għal-limitazzjonijiet li skonthom għandu jiġi awtorizzat l-użu tal-baned tal-ispettru tar-radju armonizzat speċifiku; biex tadotta miżuri tranżizzjonali rigward id-durata tad-drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju; biex tistabbilixxi kriterji għall-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni ta' ċerti obbligi; biex tispeċifika l-karatteristiċi tekniċi għad-disinn, l-introduzzjoni u t-tħaddim tal-punti tal-aċċess bla fili f'żoni żgħar; biex tindirizza d-domanda transfruntiera jew pan-Ewropea għan-numri li mhix issodisfata; u biex tispeċifika n-natura u l-ambitu tal-obbligi li jiżguraw aċċess effettiv għas-servizzi ta' emerġenza jew għall-konnettività minn tarf sa tarf bejn l-utenti finali fi Stat Membru wieħed jew aktar jew fl-Unjoni Ewropea kollha. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni.

(277)  Finalment, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tadotta kif meħtieġ, wara li tkun qieset għalkollox l-opinjoni tal-BEREC, rakkomandazzjonijiet b'rabta mal-identifikazzjoni tas-swieq rilevanti tal-prodotti u s-servizzi, in-notifiki skont il-proċedura għall-konsolidazzjoni tas-suq intern u l-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet tal-qafas regolatorju.

(278)  Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jiġu rieżaminati perjodikament, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi stabbilita l-ħtieġa ta' modifika fid-dawl tal-kundizzjonijiet teknoloġiċi u tas-suq li jinbidlu. Fid-dawl tar-riskju tal-emerġenza ta' strutturi tas-suq oligopolistiċi u mhux kompetittivi minflok l-istrutturi tas-suq monopolistiċi, id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-setgħat tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jimponu obbligi ta' aċċess fuq l-operaturi b'saħħa sinifikanti fis-suq, kemm b'mod individwali kif ukoll b'mod konġunt, applikati flimkien ma' obbligi oħra li jistgħu jiġu imposti fuqhom, jenħtieġ li jingħataw attenzjoni partikolari fir-rieżamijiet, sabiex ikun żgurat li s-setgħat ikunu biżżejjed għall-ilħuq effettiv tal-għanijiet ta' din id-Direttiva.

(279)  Ċerti direttivi u deċiżjonijiet f'dan il-qasam jenħtieġ li jitħassru.

(280)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tissorvelja t-tranżizzjoni mill-qafas eżistenti għall-qafas il-ġdid.

(281)  Minħabba li l-għanijiet tal-azzjoni proposta, jiġifieri li jinkiseb qafas armonizzat u simplifikat għar-regolamentazzjoni tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, tal-faċilitajiet assoċjati u tas-servizzi assoċjati, tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tan-netwerks u tas-servizzi, tal-użu tal-ispettru u tan-numri, tar-regolamentazzjoni tal-aċċess għan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u għall-faċilitajiet assoċjati, u l-interkonnessjoni tagħhom, u tal-protezzjoni tal-utent finali ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' din l-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ għal dawk l-għanijiet.

(282)  B'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni(36), l-Istati Membri ntrabtu li, f'każijiet iġġustifikati, man-notifika tal-miżuri tat-traspożizzjoni tagħhom jehmżu dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-rabta bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali.

(283)  L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fid-dritt nazzjonali jenħtieġ li jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostanzjali meta mqabbel mad-Direttivi preċedenti. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti joħroġ mid-Direttivi preċedenti.

(284)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali u għad-dati tal-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness XI, il-Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Parti I. IL-QAFAS (regoli ġenerali għall-organizzazzjoni tas-settur)

Titolu I: Il-kamp ta' applikazzjoni, l-iskop u l-għanijiet, id-definizzjonijiet

KAPITOLU I

IS-SUĠĠETT, L-ISKOP U D-DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Is-suġġett u l-iskop

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas armonizzat għar-regolamentazzjoni tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, tal-faċilitajiet assoċjati u tas-servizzi assoċjati, u għal ċerti aspetti tat-tagħmir terminali. Tistabbilixxi l-kompiti tal-awtoritajiet regolatorji u, fejn ikun applikabbli, ta' awtoritajiet kompetenti oħra u tistabbilixxi lista tal-proċeduri biex tiżgura l-applikazzjoni armonizzata tal-qafas regolatorju f'kull parti tal-Unjoni.

2. Din id-Direttiva, minn naħa waħda għandha l-għan li timplimenta suq intern għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jwasslu għall-introduzzjoni u għall-adozzjoni ta' netwerks sikuri b'kapaċità kbira ħafna, kompetizzjoni sostenibbli, interoperabbiltà tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, aċċessibbiltà u benefiċċji għall-utent finali.

Min-naħa l-oħra, għandha l-għan li tiżgura l-forniment madwar l-Unjoni ta' servizzi affordabbli, ta' kwalità tajba u disponibbli pubblikament permezz ta' kompetizzjoni u għażla effettivi, li tittratta ċ-ċirkostanzi fejn il-ħtiġijiet tal-utenti finali, fosthom tal-utenti b'diżabbiltà sabiex ikunu jistgħu jiksbu aċċess għas-servizzi fuq bażi ugwali bħall-oħrajn, ma jiġux issodisfati biżżejjed mis-suq, u li tistabbilixxi d-drittijiet meħtieġa tal-utenti finali.

3. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal:

- l-obbligi imposti mid-dritt nazzjonali b'konformità mad-dritt tal-Unjoni jew m id-dritt tal-Unjoni fir-rigward tas-servizzi provduti bl-użu ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi; - il-miżuri meħuda fil-livell tal-Unjoni jew f'dak nazzjonali, b'konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jintlaħqu l-għanijiet ta' interess ġenerali, b'mod partikolari li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tad-data u l-privatezza personali, mar-regolamentazzjoni tal-kontenut u mal-politika awdjoviżiva;

- il-miżuri meħuda fil-livell tal-Unjoni jew f'dak nazzjonali, b'konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jintlaħqu l-għanijiet ta' interess ġenerali, b'mod partikolari li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tad-data u l-privatezza personali, mar-regolamentazzjoni tal-kontenut u mal-politika awdjoviżiva;

- ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 u r-Regolament (UE) 2015/2120.

3a. Meta l-informazzjoni jkun fiha data personali, il-Kummissjoni, il-BEREC u l-awtoritajiet ikkonċernati għandhom jiżguraw il-konformità tal-ipproċessar tad-data mar-regoli tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni.

4. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar id-drittijiet tal-utenti finali għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, b'mod partikolari d-Direttivi 93/13/KEE u 2011/83/UE u r-regoli nazzjonali b'konformità mad-dritt tal-Unjoni.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

(1) "netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi" tfisser sistemi tat-trażmissjoni, ibbażati jew le fuq infrastruttura permanenti jew kapaċità tal-amministrazzjoni ċentralizzata, u, meta applikabbli, apparat għall-qlib jew għar-routing u riżorsi oħra, inklużi elementi tan-netwerk li mhumiex attivi, li jippermettu t-twassil tas-sinjali bil-wajer, bir-radju, b'mezzi ottiċi jew b'mezzi elettromanjetiċi oħrajn, inklużi netwerks satellitari, netwerks fissi (circuit-switched u packet-switched, inkluż l-internet) u mobbli terrestri, sistemi tal-kejbil tal-elettriku, sal-punt li dawn jintużaw għall-għan tat-trażmissjoni tas-sinjali, netwerks użati għax-xandir tar-radju u tat-televiżjoni, u netwerks tat-televiżjoni bil-kejbil, irrispettivament mit-tip ta' informazzjoni mwassla; ma tinkludix elementi tan-netwerk immaniġġjati minn individwi fil-kuntest ta' attivitajiet mingħajr skop ta' qligħ;

(2) "netwerk b'kapaċità kbira ħafna" tfisser netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jikkonsisti għalkollox minn elementi tal-fibrottika tal-inqas sal-ewwel punt tad-distribuzzjoni fil-post fejn qed iservi jew kwalunkwe tip ieħor ta' netwerk li fl-istess kundizzjonijiet waqt il-peak-time ikun kapaċi jagħti prestazzjoni tan-netwerk simili mil-lat ta' wisa' tal-banda tad-downlink u tal-uplink disponibbli, reżiljenza, parametri relatati mal-iżbalji, u latenza u l-varjazzjoni tagħha. Il-prestazzjoni tan-netwerk għandha tiġi vvalutata abbażi ta' parametri tekniċi irrispettivament minn jekk l-esperjenza tal-utent finali tvarjax minħabba l-karatteristiċi minnhom innifshom differenti tal-mezz li bih in-netwerk fl-aħħar jaqbad mal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk.

"swieq transnazzjonali" tfisser swieq identifikati skont l-Artikolu 63 li jkopru l-Unjoni jew parti sostanzjali tagħha, li jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed;

(4) "servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi" tfisser servizz li ▌jingħata bi ħlas permezz ta' netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li jinkludi "servizz tal-aċċess għall-internet" kif definit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (EU) 2015/2120; u/jew "servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali"; u/jew servizzi li jikkonsistu għalkollox jew parzjalment mit-twassil tas-sinjali bħalma huma s-servizzi tat-trażmissjoni li jintużaw għall-forniment ta' servizzi minn magna għal magna u għax-xandir, iżda esklużi s-servizzi li jipprovdu kontenut trażmess bis-servizzi u bin-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jew li jeżerċitaw kontroll editorjali fuqu; kif ukoll servizzi mingħajr skop ta' qligħ ipprovduti minn individwi;

(5) "servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali" tfisser servizz li ▌jingħata bi ħlas u li jippermetti l-iskambju interpersonali u interattiv dirett tal-informazzjoni b'netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bejn għadd definit ta' persuni, fejn il-persuni li jibdew jew li qed jieħdu sehem fil-komunikazzjoni jiddeterminaw min jirċeviha; ma jinkludix servizzi li jippermettu komunikazzjoni interpersonali u interattiva sempliċement bħala karatteristika anċillari minuri li għandha rabta intrinsika ma' servizz ieħor;

(6) "servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażat fuq in-numri" tfisser servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali li jaqbad man-netwerk kommutat tat-telefon pubbliku (PSTN), permezz ta' riżorsi tan-numerazzjoni assenjata, jiġifieri ta' numru jew numri fil-pjanijiet tan-numerazzjoni telefonika nazzjonali jew internazzjonali, jew billi jippermetti komunikazzjoni ma' numru jew numri fil-pjanijiet tan-numerazzjoni telefonika nazzjonali jew internazzjonali, u fejn il-fornitur tas-servizz ikollu kontroll sostanzjali fuq in-netwerk użat biex tkun tista' ssir il-komunikazzjoni;

(7) "servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri" tfisser servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali li ma jaqbadx ma' netwerk kommutat tat-telefon pubbliku (PSTN), permezz ta' riżorsi tan-numerazzjoni assenjata, jiġifieri ta' numru jew numri fil-pjanijiet tan-numerazzjoni telefonika nazzjonali jew internazzjonali, jew billi jippermetti komunikazzjoni ma' numru jew numri fil-pjanijiet tan-numerazzjoni telefonika nazzjonali jew internazzjonali;

(8) "netwerk pubbliku tal-komunikazzjonijiet" tfisser netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi użat kollu jew parzjalment biex jipprovdi servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament li jappoġġjaw it-trasferiment tal-informazzjoni bejn il-punti tat-terminazzjoni tan-netwerk;

(9) "punt tat-terminazzjoni tan-netwerk" jew "NTP" tfisser il-punt fiżiku fejn l-utent finali jingħata aċċess għal netwerk pubbliku tal-komunikazzjonijiet; fil-każ tan-netwerks li jinvolvu l-qlib jew ir-routing, l-NTP jiġi identifikat b'indirizz speċifiku tan-netwerk, li jista' jitqabbad ma' numru jew isem ta' utent finali;

(10) "faċilitajiet assoċjati" tfisser dawk is-servizzi assoċjati, l-infrastrutturi fiżiċi u faċilitajiet jew elementi oħra assoċjati ma' netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u/jew ma' servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jagħmlu possibbli u/jew jappoġġjaw il-forniment tas-servizzi permezz ta' dak in-netwerk u/jew is-servizz jew li għandhom il-potenzjal li jagħmlu dan, u fost l-oħrajn jinkludu l-bini jew l-entrati tal-bini, is-sistemi tal-wajers fil-bini, l-antenni, it-torrijiet u kostruzzjonijiet oħra ta' appoġġ, it-tubi, il-kondjuwits, l-arbli, it-toqob tal-ispezzjonar u l-kaxxi tat-triq;

(11) "servizzi assoċjati" tfisser dawk is-servizzi assoċjati ma' netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u/jew servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jagħmlu possibbli u/jew jappoġġjaw il-forniment tas-servizzi ▌permezz ta' dak in-netwerk u/jew is-servizz jew li għandhom il-potenzjal li jagħmlu dan, u fost l-oħrajn, jinkludu traduzzjoni tan-numri jew sistemi li joffru funzjonalità ekwivalenti, sistemi tal-aċċess kundizzjonali u gwidi elettroniċi tal-programmi ▌, kif ukoll servizzi oħra bħas-servizz tal-identità, il-lok u l-preżenza;

(12) "sistema tal-aċċess kundizzjonali" tfisser kull mezz tekniku, sistema tal-awtentikazzjoni u/jew arranġament li bih l-aċċess għal servizz protett tax-xandir bir-radju jew bit-televiżjoni b'forma li tiftiehem ikun bil-kundizzjoni ta' abbonament jew forma oħra ta' awtorizzazzjoni individwali minn qabel;

(13) "utent" tfisser entità ġuridika jew persuna fiżika li tuża jew titlob servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament;

(14) "utent finali" tfisser utent li ma jipprovdix netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament;

(15) "konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li tuża jew titlob servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament għal finijiet lil hinn min-negozju, mill-kummerċ, mis-sengħa jew mill-professjoni tagħha;

(16) "forniment ta' netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi" tfisser l-istabbiliment, l-operazzjoni, il-kontroll jew id-disponibbiltà ta' dak in-netwerk;

(17) "apparat diġitali mtejjeb tat-televiżjoni" tfisser kaxxi set-top maħsuba għall-konnessjoni mas-settijiet tat-televiżjoni jew mas-settijiet tat-televiżjoniet diġitali integrati, li kapaċi jirċievu servizzi diġitali interattivi tat-televiżjoni;

(18) "interfaċċa tal-programmi ta' applikazzjoni (API)" tfisser interfaċċi tas-softwer bejn l-applikazzjonijiet, imqiegħda għad-dispożizzjoni mix-xandara jew mill-fornituri tas-servizzi, u r-riżorsi fl-apparat diġitali mtejjeb tat-televiżjoni għas-servizzi diġitali tat-televiżjoni jew tar-radju;

(19) "allokazzjoni ta' spettru" tfisser l-identifikazzjoni ta' banda tal-frekwenzi partikolari għall-użu minn tip wieħed jew aktar ta' servizz tal-komunikazzjonijiet bir-radju, meta xieraq, b'kundizzjonijiet speċifiċi;

(20) "interferenza dannuża" tfisser interferenza li tipperikola l-funzjonament ta' servizz tan-navigazzjoni bir-radju jew ta' servizzi oħra tas-sikurezza jew li inkella tiddegrada serjament, tfixkel jew tinterrompi ripetutament servizzi tal-komunikazzjoni bir-radju li joperaw skont ir-regolamenti nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali applikabbli;

(21) "sejħa" tfisser konnessjoni stabbilita b'servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali li tippermetti komunikazzjoni bil-vuċi fiż-żewġ direzzjonijiet;

(22) "sigurtà" tan-netwerks u tas-servizzi tfisser l-abbiltà tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jirreżistu, f'livell partikolari ta' fiduċja, kull azzjoni li tikkomprometti d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew il-kunfidenzjalità tad-data maħżuna, mibgħuta jew proċessata jew is-servizzi relatati offruti minn dawk in-netwerks jew is-servizzi, aċċessibbli permezz tagħhom;

(23) "awtorizzazzjoni ġenerali" tfisser il-qafas legali stabbilit mill-Istat Membru li jiżgura d-drittijiet għall-forniment tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u li jistabbilixxi obbligi speċifiċi għas-setturi li jkunu jistgħu japplikaw għat-tipi kollha, jew għal tipi speċifiċi, ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, skont din id-Direttiva, bl-esklużjoni tas-servizzi mingħajr skop ta' qligħ mogħtija minn individwi;

(24) "punt tal-aċċess bla fili f'żona żgħira" tfisser tagħmir żgħir tal-aċċess għan-netwerk bla fili b'potenza baxxa li jopera f'medda qasira, li juża spettru tar-radju liċenzjat jew spettru tar-radju eżenti mil-liċenzja, li jista' jew ma jistax ikun parti minn netwerk tal-komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliku, u li jkun mgħammar b'antenna waħda jew aktar b'impatt viżiv baxx, li tippermetti li l-utenti jkollhom aċċess bla fili għal netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi irrispettivament minn jekk it-topoloġija tan-netwerks sottostanti hix mobbli jew fissa;

(25) "netwerk ta' żona lokali bir-radju" (RLAN) tfisser sistema tal-aċċess bla fili b'potenza baxxa, li topera f'medda qasira, b'riskju baxx ta' interferenza ma' sistemi oħra bħal dawn użati fil-qrib minn utenti oħrajn, li tuża spettru tar-radju b'mod mhux esklussiv, li l-kundizzjonijiet tiegħu għad-disponibbiltà u għall-użu effiċjenti għal dan il-għan huma armonizzati fil-livell tal-Unjoni;

(26) "użu kondiviż tal-ispettru tar-radju" tfisser aċċess minn żewġ utenti jew aktar biex jintużaw l-istess frekwenzi skont arranġament ta' kondiviżjoni definit, awtorizzat minn awtorità kompetenti abbażi ta' awtorizzazzjoni ġenerali, drittijiet individwali tal-użu jew kombinazzjoni tagħhom, inklużi approċċi regolatorji bħall-aċċess kondiviż liċenzjat bil-għan li jeħfief l-użu kondiviż ta' banda tal-frekwenzi, soġġett għal ftehim vinkolanti tal-partijiet involuti kollha, b'konformità mar-regoli kondiviżi bħalma hu inkluż fid-drittijiet tal-użu tagħhom biex ikun żgurat li l-utenti kollha jkollhom arranġamenti tal-kondiviżjoni prevedibbli u affidabbli, u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni;

(27) "spettru tar-radju armonizzat" tfisser spettru tar-radju li l-kundizzjonijiet armonizzati tiegħu għad-disponibbiltà u għall-użu effiċjenti ġew stabbiliti permezz ta' miżura ta' implimentazzjoni teknika konformi mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju);

(28) "aċċess" tfisser it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' faċilitajiet u/jew servizzi lil impriża oħra, b'kundizzjonijiet definiti, fuq bażi esklussiva jew mhux esklussiva, bl-iskop li jkunu provduti s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, anke meta jintużaw għall-forniment ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jew servizzi tal-kontenut tax-xandir. Il-kunċett ikopri, fost oħrajn: l-aċċess għall-elementi ta' netwerk u faċilitajiet assoċjati, li jistgħu jinvolvu l-konnessjoni ta' tagħmir, b'mezzi fissi jew mhux fissi (b'mod partikolari dan jinkludi l-aċċess għal-linja lokali u għal faċilitajiet u servizzi meħtieġa għall-forniment ta' servizzi fuq il-linja lokali); l-aċċess għal infrastruttura fiżika, inklużi pajpijiet, arbli u bini; l-aċċess għal sistemi rilevanti tas-softwer, inklużi s-sistemi ta' appoġġ operazzjonali; l-aċċess għal sistemi tal-informazzjoni jew bażijiet ta' data għall-ordnijiet minn qabel, forniment, ordnijiet, talbiet ta' manutenzjoni u tiswija, u kontijiet; l-aċċess għat-traduzzjoni ta' numri jew għal sistemi li joffru funzjonalità ekwivalenti; l-aċċess għal netwerks fissi u mobbli, ▌partikolarment għar-roaming; l-aċċess għal sistema tal-aċċess kundizzjonali għal servizzi diġitali tat-televiżjoni u l-aċċess għal servizzi tan-netwerk virtwali;

(29) "interkonnessjoni" tfisser il-konnessjoni fiżika u loġika ta' netwerks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet użati mill-istess impriża jew waħda differenti sabiex tippermetti lill-utenti ta' impriża waħda li jikkomunikaw ma' utenti tal-istess impriża jew oħra, jew li jkollhom aċċess għal servizzi provduti minn impriża oħra. Is-servizzi jistgħu jiġu fornuti mill-partijiet involuti jew minn partijiet oħra li jkollhom aċċess għan-netwerk. L-interkonnessjoni hija tip speċifiku ta' aċċess implimentat bejn l-operaturi tan-netwerks pubbliċi;

(30) "operatur" tfisser impriża li tforni jew awtorizzata li tforni netwerk tal-komunikazzjonijiet pubbliku jew faċilità assoċjata;

(31) "linja lokali" tfisser il-mogħdija fiżika użata mis-sinjali tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jqabbdu l-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk mal-qafas tad-distribuzzjoni jew ma' faċilità ekwivalenti fin-netwerk pubbliku fiss tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(31a) "telefon pubbliku bi ħlas" tfisser telefon disponibbli għall-pubbliku ġenerali, li l-mezzi ta' ħlas għall-użu tiegħu jistgħu jinkludu muniti u/jew karti ta' kreditu/debitu u/jew karti mħallsin bil-quddiem, inklużi karti għall-użu b'kodiċi tal-iddajljar;

(32) "komunikazzjonijiet bil-vuċi" tfisser servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku li joriġina u jirċievi, direttament jew indirettament, sejħiet nazzjonali jew nazzjonali u internazzjonali, permezz ta' numru jew numri fi pjan ta' numerazzjoni telefonika nazzjonali jew internazzjonali, u li jinkludi mezzi ta' komunikazzjoni oħrajn bħala alternattiva għall-komunikazzjoni bil-vuċi u maħsuba speċifikament għall-utenti finali b'diżabbiltà, bħal servizzi ta' konverżazzjoni totali (vuċi, vidjo u test f'ħin reali) u servizzi ta' trażmissjoni bbażati fuq it-test u fuq il-vidjo;

(33) "numru ġeografiku" tfisser numru mill-pjan ta' numerazzjoni telefoniku nazzjonali fejn parti mill-istruttura tan-numru tiegħu jkun fiha sinifikat ġeografiku użat biex jittrasferixxi sejħiet għall-post fiżiku tal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk (NTP);

(34) "numru mhux ġeografiku" tfisser numru minn pjan nazzjonali ta' numerazzjoni telefonika li ma jkunx numru ġeografiku, bħalma huma numri mobbli, numri bla ħlas u numri b'rati primjum;

(35) "ċentru li jwieġeb is-sejħiet tas-sikurezza pubblika" (PSAP) tfisser post fiżiku fejn jaslu l-ewwel is-sejħiet ta' emerġenza u li jkun responsabbiltà ta' awtorità pubblika jew ta' organizzazzjoni privata rikonoxxuta mill-Istat Membru;

(35a) "servizzi ta' trażmissjoni " tfisser servizzi li jippermettu lill-persuni torox jew neqsin mis-smigħ, jew lil dawk li għandhom problemi bil-lingwaġġ mitkellem, jikkomunikaw bit-telefon permezz ta' interpretu li juża test jew lingwa tas-sinjali ma' persuna oħra b'mod li jkun funzjonalment ekwivalenti għall-kapaċità ta' individwu mingħajr diżabbiltà;

(36) "l-aktar PSAP xieraq" tfisser PSAP definit minn qabel mill-awtoritajiet responsabbli biex ikopri s-sejħiet ta' emerġenza minn żona partikolari jew għal sejħiet ta' emerġenza ta' tip partikolari;

(36a) "test f'ħin reali" tfisser komunikazzjoni li tuża t-trażmissjoni ta' test meta l-karattri jiġu trażmessi minn terminal kif inhuma ttajpjati b'tali mod li l-komunikazzjoni titqies mhux imdewma mill-utent;

(37) "komunikazzjoni ta' emerġenza" tfisser komunikazzjoni permezz tas-servizzi tal-komunikazzjoni bil-vuċi u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri rilevanti bejn utent finali u l-PSAP biex tintalab jew tasal għajnuna ta' emerġenza mis-servizzi ta' emerġenza;

(38) "servizz ta' emerġenza" tfisser servizz, rikonoxxut bħala tali mill-Istat Membru, li jipprovdi għajnuna immedjata u malajr meta jkun hemm, b'mod partikolari, riskju dirett għall-ħajja jew riskju ta' ġrieħi gravi, għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-pubbliku jew ta' individwu, għall-proprjetà privata jew pubblika, jew għall-ambjent, b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(38a) "informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina s-sejħa" tfisser, f'netwerk pubbliku mobbli, id-data pproċessata, kemm mill-infrastruttura tan-netwerk kif ukoll li toriġina mill-handset, li tindika l-pożizzjoni ġeografika tat-terminal mobbli tal-utent finali, u f'netwerk pubbliku fiss, id-data dwar l-indirizz fiżiku tal-punt tat-terminazzjoni.

KAPITOLU II

L-GĦANIJIET

Artikolu 3

L-għanijiet ġenerali

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkunu qed jitwettqu l-kompiti regolatorji speċifikati f'din id-Direttiva, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u proporzjonati biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafu 2. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-BEREC għandhom jikkontribwixxu wkoll biex dawn l-għanijiet jintlaħqu.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra għandhom jikkontribwixxu fil-kompetenzi tagħhom biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-politiki intiżi għall-promozzjoni tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, tad-diversità kulturali u lingwistika, kif ukoll tal-pluraliżmu tal-midja.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra kif ukoll il-BEREC, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippruvaw jilħqu kull wieħed mill-għanijiet ġenerali elenkati hawn taħt, mingħajr ma l-ordni li huma elenkati fiha tindika xi ordni ta' prijorità:

(a) jippromwovu l-aċċess għal netwerks b'kapaċità kbira ħafna, u l-adozzjoni tagħhom, miċ-ċittadini u min-negozji kollha tal-Unjoni;

(b) jippromwovu l-kompetizzjoni fil-forniment tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tal-faċilitajiet assoċjati, inkluża l-kompetizzjoni effiċjenti bbażata fuq l-infrastruttura, u fil-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tas-servizzi assoċjati;

(c) jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern billi jitneħħew l-ostakli li fadal, u jiġu ffaċilitati kundizzjonijiet konverġenti għal, l-investiment fi u l-forniment ta' netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, tal-faċilitajiet assoċjati u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tas-servizzi assoċjati mal-Unjoni kollha, billi jinħolqu regoli komuni u approċċi regolatorji prevedibbli, billi jiġu ppreferuti l-użu effettiv, effiċjenti u kkoordinat tal-ispettru, l-innovazzjoni miftuħa, l-istabbiliment u l-iżvilupp tan-netwerks trans-Ewropej, il-forniment, id-disponibilità u l-interoperabbiltà tas-servizzi trans-Ewropej, u l-konnettività minn tarf sa tarf;

(d) jippromwovu l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni ▌billi jiżguraw id-disponibbiltà u l-adozzjoni wiesgħa tan-netwerks b'kapaċità kbira ħafna▌, u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, billi jippermettu l-benefiċċji kollha mil-lat tal-għażla, il-prezz u l-kwalità abbażi tal-kompetizzjoni effettiva, billi jżommu n-netwerks u s-servizzi siguri u jiżguraw livell għoli u komuni ta' protezzjoni għall-utenti finali permezz tar-regoli speċifiċi għas-settur meħtieġa, billi jiżguraw aċċess u għażla ekwivalenti għall-utenti finali b'diżabbiltà u billi jindirizzaw il-ħtiġijiet, bħal pereżempju l-prezzijiet affordabbli, ta' gruppi soċjali speċifiċi, b'mod partikolari l-utenti b'diżabbiltà, l-utenti anzjani u l-utenti bi bżonnijiet soċjali speċjali.

2a. Il-Kummissjoni tista' tissottometti orjentazzjonijiet politiċi dettaljati biex jintlaħqu l-għanijiet tal-paragrafu 2, tistabbilixxi l-metodi u kriterji oġġettivi, konkreti u kwantifikabbli għall-valutazzjoni komparattiva tal-effikaċja tal-miżuri tal-Istati Membri intiżi biex dawk l-għanijiet jintlaħqu u biex jiġu identifikati l-aħjar prattiki. L-orjentazzjonijiet politiċi għandhom jipprevedu wkoll valutazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva annwali tal-istat ta' progress ta' kull Stat Membru. Għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

3. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra, filwaqt li jippruvaw jilħqu l-għanijiet politiċi msemmija fil-paragrafu 2 u speċifikati f'dan il-paragrafu għandhom, ▌inter alia:

(a) jippromwovu l-prevedibbiltà regolatorja billi jiżguraw approċċ regolatorju konsistenti tul perjodi adegwati tar-rieżami kif ukoll permezz ta' kooperazzjoni bejniethom, mal-BEREC u mal-Kummissjoni;

(b) jiżguraw li, f'ċirkostanzi simili, ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni fit-trattament tal-fornituri tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(c) japplikaw id-dritt tal-UE b'mod teknoloġikament newtrali, sa fejn dan ikun konsistenti billi jintlaħqu l-għanijiet tal-paragrafu 1;

(d) jippromwovu l-investiment u l-innovazzjoni effiċjenti f'infrastrutturi ġodda u mtejba, anke billi jiżguraw li kull obbligu tal-aċċess jikkunsidra kif jixraq ir-riskju għall-impriżi li jinvestu u billi jippermettu diversi arranġamenti kooperattivi bejn l-investituri u l-partijiet li jitolbu l-aċċess biex ikun diversifikat ir-riskju tal-investiment, filwaqt li jiżguraw li jitħarsu l-kompetizzjoni fis-suq u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni;

(e) iqisu kif xieraq il-varjetà ta' kundizzjonijiet dwar l-infrastruttura, il-kompetizzjoni, iċ-ċirkostanzi tal-utenti finali u tal-konsumaturi li jeżistu fid-diversi żoni ġeografiċi fi Stat Membru inkluża l-infrastruttura lokali ġestita minn individwi, mingħajr skop ta' qligħ;

(f) jimponu obbligi regolatorji ex ante biss sal-punt meħtieġ sabiex tkun żgurata l-kompetizzjoni effettiva u sostenibbli fl-interess tal-utent finali u jtaffuhom jew ineħħuhom malli dik il-kundizzjoni tiġi ssodisfata.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jaġixxu b'mod imparzjali, oġġettiv u trasparenti, u b'manjiera mhux diskriminatorja u proporzjonata.

Artikolu 4

Ippjanar strateġiku u koordinazzjoni tal-politika tal-ispettru tar-radju

1. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-Kummissjoni fl-ippjanar strateġiku, fil-koordinazzjoni u fl-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru tar-radju fl-Unjoni. Għal dan il-għan għandhom iqisu, inter alia, l-aspetti ekonomiċi, tas-sikurezza, tas-saħħa, tal-interess pubbliku, tas-sigurtà pubblika u tad-difiża, tal-libertà tal-espressjoni, kulturali, xjentifiċi, soċjali u tekniċi tal-politiki tal-UE kif ukoll l-interessi varji tal-komunitajiet tal-utenti tal-ispettru tar-radju bil-għan li jiġi ottimizzat l-użu tal-ispettru tar-radju u jkunu evitati interferenzi dannużi.

2. B'kooperazzjoni bejniethom u mal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-koordinazzjoni tal-approċċi politiċi għall-ispettru tar-radju fl-Unjoni u, meta xieraq, il-kundizzjonijiet armonizzati fir-rigward tad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju meħtieġa għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

3. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw permezz tal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju ▌bejniethom u mal-Kummissjoni, u l-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju għandu jassisti u jagħti parir lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta jitolbuh, b'appoġġ għall-ippjanar strateġiku u l-koordinazzjoni strateġika tal-approċċi tal-politika tal-ispettru tar-radju fl-Unjoni. Il-BEREC għandu jiġi assoċjat għall-kwistjonijiet relatati mar-regolamentazzjoni u l-kompetizzjoni.

4. Il-Kummissjoni, waqt li tqis l-opinjoni tal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju, tista' tippreżenta proposti leġiżlattivi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tistabbilixxi programmi pluriennali tal-politika dwar l-ispettru tar-radju kif ukoll biex tillibera aktar spettru għal użi kondiviżi u mhux liċenzjati. Tali programmi għandhom jistabbilixxu l-orjentamenti u l-għanijiet politiċi għall-ippjanar strateġiku u għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru tar-radju b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Titolu II: L-istruttura istituzzjonali u l-governanza

KAPITOLU I

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra

Artikolu 5

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull kompitu stabbilit f'din id-Direttiva jitwettaq minn awtorità kompetenti.

Fl-ambitu ta' din id-Direttiva, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tkun responsabbli mill-anqas għal dawn il-kompiti li ġejjin, jiġifieri li:

–  timplimenta r-regolamentazzjoni tas-swieq ex ante, inkluża l-impożizzjoni ta' obbligi tal-aċċess u tal-interkonnessjoni;

–  twettaq l-istħarriġ ġeografiku msemmi fl-Artikolu 22;

–  tiżgura s-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-impriżi ▌;

–  tiddeċiedi fuq l-elementi regolatorji, tal-kompetizzjoni u li jsawru s-suq tal-proċessi nazzjonali għall-għoti, l-emendar u t-tiġdid tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju, skont din id-Direttiva;

–  tagħti awtorizzazzjoni ġenerali;

–  tiżgura l-protezzjoni tal-konsumaturi u d-drittijiet tal-utenti finali fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-qafas tal-mandat tal-kompetenzi tagħha skont ir-regolament settorjali u, meta jkun il-każ, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti;

–  timmonitorja mill-qrib l-iżvilupp tal-Internet tal-Oġġetti bl-għan li tiżgura l-kompetizzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur u s-sigurtà ċibernetika;

–  tiddetermina l-mekkaniżmi għar-reġim tal-finanzjament kif ukoll tivvaluta l-piż inġust u tikkalkula l-ispiża netta għall-forniment tas-servizz universali;

–  tiżgura l-konformità mar-regoli relatati mal-aċċess għall-internet miftuħ skont ir-Regolament (UE) 2015/2120;

–  tagħti r-riżorsi tan-numerazzjoni u timmaniġġja l-pjanijiet tan-numerazzjoni;

–  tiżgura l-portabbiltà tan-numri;

–  twettaq kull kompitu ieħor li din id-Direttiva tirriżerva għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu jassenjaw kompiti oħra previsti f'din id-Direttiva lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra tal-istess Stat Membru jew ta' Stati Membri differenti għandhom jidħlu f'arranġamenti kooperattivi ma' xulxin biex jippromwovu l-kooperazzjoni regolatorja, meta jkun meħtieġ.

3. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-kompiti li jwettqu l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra b'format aċċessibbli faċilment, b'mod partikolari meta dawk il-kompiti jkunu assenjati lil aktar minn korp wieħed. Meta xieraq, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet, u bejn dawk l-awtoritajiet u l-awtoritajiet nazzjonali fdati bl-implimentazzjoni tal-dritt dwar il-kompetizzjoni u l-awtoritajiet nazzjonali fdati bl-implimentazzjoni tad-dritt dwar il-konsumaturi, fejn jidħlu kwistjonijiet ta' interess komuni. Meta aktar minn awtorità waħda jkollha l-kompetenza biex tindirizza dawk il-kwistjonijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompiti rispettivi ta' kull awtorità jiġu ppubblikati b'format aċċessibbli faċilment.

4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-awtoritajiet regolatorja nazzjonali kollha u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra li ġew assenjati kompiti skont din id-Direttiva, u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, kif ukoll kwalunkwe bidla fihom.

Artikolu 6

L-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra billi jiżguraw li dawn ikunu distinti legalment mill-organizzazzjonijiet kollha li jipprovdu n-netwerks, it-tagħmir jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u funzjonalment indipendenti minnhom. L-Istati Membri li jżommu s-sjieda jew il-kontroll tal-fornituri tan-netwerks u/jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jiżguraw is-separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni regolatorja mill-attivitajiet assoċjati mas-sjieda jew mal-kontroll.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod imparzjali, trasparenti u fil-ħin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn ikollhom ir-riżorsi tekniċi, umani u finanzjarji adattati biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom.

Artikolu 7

Il-ħatra u t-tkeċċija tal-membri tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali

1. Il-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jew meta applikabbli, il-membri tal-korp kolleġġjali li jaqdu dik il-funzjoni fl-awtorità regolatorja nazzjonali jew is-sostituti tagħhom, għandhom jinħatru għal terminu ta' mill-anqas erba' snin minn fost il-persuni bi statura rikonoxxuta u bl-esperjenza professjonali, abbażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza u wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Dawn ma għandhomx jitħallew iservu għal aktar minn żewġ termini, kemm jekk konsekuttivi kif ukoll jekk le. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kontinwità fit-teħid tad-deċiżjonijiet billi jipprovdu skema ta' rotazzjoni xierqa għall-membri tal-korp kolleġġjali jew għad-diriġenti l-kbar, bħalma pereżempju billi jinħatru l-ewwel membri tal-korp kolleġġjali għal perjodi differenti, ħalli t-termini tagħhom, u dawk tas-suċċessuri tagħhom, ma jaħbtux fl-istess mument.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jew meta applikabbli, il-membri tal-korp kolleġġjali li jaqdu dik il-funzjoni fl-awtorità regolatorja nazzjonali jew is-sostituti tagħhom ikunu jistgħu jitkeċċew matul it-terminu tagħhom biss jekk dawn ma jibqgħux jissodisfaw aktar il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

3. Id-deċiżjoni biex jitkeċċa l-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jew, meta applikabbli, biex jitkeċċew il-membri tal-korp kolleġġjali li jaqdu dik il-funzjoni għandha ssir pubblika fiż-żmien tat-tkeċċija. Il-kap imkeċċi tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jew, meta applikabbli, il-membri tal-korp kolleġġjali li jaqdu dik il-funzjoni, għandhom jirċievu dikjarazzjoni bir-raġunijiet u għandu jkollhom id-dritt jitolbu l-pubblikazzjoni tagħha, jekk din ma tkunx ser issir, f'liema każ għandha tiġi ppubblikata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-deċiżjoni tkun soġġetta għal rieżami minn qorti, kemm fuq punti ta' fatt kif ukoll fuq punti ta' liġi.

Artikolu 8

L-indipendenza politika u r-responsabbiltà tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv, joperaw b'mod trasparenti u responsabbli skont id-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali, għandu jkollhom setgħat biżżejjed u ma għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet mingħand xi korp ieħor b'rabta mal-eżerċizzju tal-kompiti assenjati lilhom bid-dritt nazzjonali li jimplimenta d-dritt tal-Unjoni. Dan ma għandux ifixkel is-superviżjoni b'konformità mad-dritt kostituzzjonali nazzjonali. Il-korpi tal-appell stabbiliti skont l-Artikolu 31 biss għandu jkollhom is-setgħa jissospendu jew ibiddlu d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrappurtaw kull sena, inter alia, fuq il-qagħda tas-suq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, id-deċiżjonijiet li joħorġu, ir-riżorsi umani u finanzjarji tagħhom u l-attribuzzjoni tagħhom, u fuq il-pjanijiet futuri. Ir-rapporti tagħhom għandhom jiġu ppubblikati.

Artikolu 9

Il-kapaċità regolatorja tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom baġits annwali separati b'awtonomija fl-implimentazzjoni tal-baġit allokat. Il-baġits għandhom jiġu ppubblikati.

2. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jkun żgurat li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom ir-riżorsi finanzjarji u umani adattati biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom, l-awtonomija finanzjarja ma għandhiex twaqqaf is-superviżjoni jew il-kontroll skont id-dritt kostituzzjonali nazzjonali. Kwalunkwe kontroll fuq il-baġit tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkun eżerċitat b'mod trasparenti u għandu jiġi ppubblikat.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom ir-riżorsi umani u finanzjarji xierqa biex ikunu jistgħu jieħdu sehem b'mod attiv fil-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC), kif ukoll biex jagħtu l-kontribut tagħhom lil dan il-Korp(37).

Artikolu 10

Il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-BEREC

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għanijiet tal-BEREC fejn tidħol il-promozzjoni ta' aktar koordinazzjoni u koerenza regolatorja jkunu appoġġjati b'mod attiv mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rispettivi.

2. Meta jadottaw id-deċiżjonijiet tagħhom għas-swieq nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-NRAs iqisu bis-sħiħ l-opinjonijiet, il-pożizzjonijiet komuni jew id-deċiżjonijiet adottati mill-BEREC.

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali japplikaw ir-Regolament 2015/2120 u l-Linji gwida tal-BEREC adottati skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament imsemmi hawn fuq u jikkoordinaw fil-BEREC ma' awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra meta jimplimentawh.

Artikolu 11

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti l-oħra skont din id-Direttiva, u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Fir-rigward tal-informazzjoni skambjata, għandhom japplikaw ir-regoli tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni, u l-awtorità riċeventi għandha tiżgura l-istess livell ta' kunfidenzjalità bħall-awtorità trasferenti.

KAPITOLU II

L-awtorizzazzjoni ġenerali

Taqsima 1 Il-parti ġenerali

Artikolu 12

L-awtorizzazzjoni ġenerali tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-libertà tal-forniment tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva. Għal dan il-għan, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu lil xi impriża milli tforni n-netwerks jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ħlief meta dan ikun meħtieġ minħabba r-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tat-Trattat. Kwalunkwe limitu bħal dan għal-libertà tal-forniment tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jkun motivat debitament, għandu jkun konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandu jiġi notifikat lill-Kummissjoni.

2. Il-forniment tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew il-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ▌, mingħajr preġudizzju għall-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) jew għad-drittijiet tal-użu msemmija fl-Artikoli 46 u 88, jistgħu jkunu soġġetti biss għall-awtorizzazzjoni ġenerali. L-impriża ma tistax tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel jew għal xi att amministrattiv ieħor.

2a. Meta impriża li tipprovdi servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f'aktar minn Stat Membru wieħed ikollha stabbiliment ewlieni fl-Unjoni, għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni ġenerali ta' dak l-Istat Membru u għandu jkollha d-dritt li tipprovdi servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Istati Membri kollha.

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-istabbiliment ewlieni jikkorrispondi għall-post li fih l-impriża tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(a) twettaq l-attivitajiet sostanzjali tagħha għajr dawk purament amministrattivi bħall-iżvilupp kummerċjali, il-kontabbiltà u d-dipartimenti tal-persunal;

(b) tieħu d-deċiżjonijiet kummerċjali strateġiċi tagħha rigward il-forniment ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni; u

  (c) tipproduċi parti sinifikanti mill-fatturat tagħha.

2b. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment ewlieni, li taġixxi wkoll fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor, għandha tieħu miżuri meħtieġa biex timmonitorja u tissorvelja l-konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali u tipprovdi informazzjoni skont l-Artikolu 21. Meta jkun meħtieġ, il-BEREC għandu jiffaċilita u jikkoordina dak l-iskambju ta' informazzjoni.

F'każ ta' ksur dimostrat tar-regoli rilevanti fi Stat Membru għajr dak tal-istabbiliment ewlieni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment ewlieni għandhom jiddeċiedu dwar il-miżuri xierqa skont l-Artikolu 30.

F'każ ta' nuqqas ta' qbil mal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-istabbiliment ewlieni jew relatati ma' fehmiet konfliġġenti fir-rigward tal-post ta' stabbiliment ewlieni, il-BEREC jista' jaġixxi bħala medjatur u, jekk ikun meħtieġ f'każ ta' tilwima mhux solvuta, jista' jieħu deċiżjoni, billi jaġixxi b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-Bord tar-Regolaturi.

3. Meta Stat Membru jidhirlu li xi rekwiżit ta' notifika jkun ġustifikat, dak l-Istat Membru jista' jeżiġi biss lill-impriżi jressqu notifika lill-BEREC iżda dan ma jistax jitlobhom jiksbu xi deċiżjoni espliċita jew xi att amministrattiv ieħor mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew minn xi awtorità oħra qabel ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet li joriġinaw mill-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra notifika motivata fi żmien 12-il xahar wara ... [data tat-traspożizzjoni] jekk iqisu li rekwiżit ta' notifika jkun ġustifikat. Il-Kummissjoni għandha teżamina n-notifika u, meta jkun xieraq, għandha tadotta deċiżjoni fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika li titlob lill-Istat Membru inkwistjoni jirrevoka r-rekwiżit tan-notifika.

L-Istati Membri li jeżiġu notifika għandhom jippermettu, iżda ma għandhomx jeżiġu, li fornitur ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi offruti f'inqas minn [tliet] Stati Membri u b'fatturat aggregat fl-Unjoni ta' inqas minn EUR [100] miljun jissottometti notifika.

Man-notifika lill-BEREC, meta tkun meħtieġa, l-impriża tista' tibda l-attività, meta meħtieġ soġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-użu skont din id-Direttiva. Jekk notifika ma tidentifikax Stat Membru kkonċernat jew aktar minn wieħed, għandha titqies li tkopri lill-Istati Membri kollha. Il-BEREC għandu jibgħat kull notifika b'mezz elettroniku u mingħajr dewmien lill-awtorità regolatorja nazzjonali f'kull Stat Membru kkonċernat mill-forniment tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew mill-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

L-informazzjoni skont dan il-paragrafu dwar in-notifiki eżistenti li diġà saru lill-awtorità regolatorja nazzjonali sad-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jintbagħtu lill-BEREC sa mhux aktar tard minn [data tat-traspożizzjoni].

4. In-notifika msemmija fil-paragrafu 3 ma għandhiex tinvolvi aktar minn dikjarazzjoni mingħand persuna ġuridika jew fiżika lill-BEREC bl-intenzjoni li tibda l-forniment tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-sottomissjoni tal-informazzjoni minima meħtieġa biex il-BEREC u l-awtorità regolatorja nazzjonali jkunu jistgħu jżommu reġistru jew lista tal-fornituri tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Din l-informazzjoni għandha tkun limitata għal:

(1)  isem il-fornitur;

(2)  l-istatus ġuridiku, il-forma u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-fornitur, meta l-fornitur ikun irreġistrat f'reġistru kummerċjali jew f'reġistru pubbliku simili ieħor fl-UE;

(3)  l-indirizz ġeografiku tal-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ▌u, meta applikabbli, kwalunkwe fergħa sekondarja fi Stat Membru;(38)

(3a)  is-sit web tal-fornitur, meta disponibbli, assoċjat mal-forniment tan-netwerks u/jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(4)  persuna ta' kuntatt u d-dettalji ta' kuntatt;

(5)  deskrizzjoni fil-qosor tan-netwerks jew tas-servizzi maħsuba biex jiġu fornuti;

(6)  l-Istati Membri kkonċernati, u

(7)  id-data meta mistennija tinbeda l-attività.

L-Istati Membri ma jistgħu jimponu l-ebda rekwiżit ta' notifika separat jew addizzjonali.

Artikolu 13

Il-kundizzjonijiet stipulati mal-awtorizzazzjoni ġenerali u mad-drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju u għan-numri, u l-obbligi speċifiċi

-1. Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'din id-Direttiva, il-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettroniċi li jkollhom stabbiliment ewlieni fi Stat Membru u jkunu attivi f'aktar minn Stat Membru wieħed għandhom ikunu soġġetti biss għall-kundizzjonijiet marbuta mal-awtorizzazzjoni ġenerali applikabbli fl-Istat Membru tal-istabbiliment ewlieni tagħhom. L-awtorità regolatorja nazzjonali ta' dak l-Istat Membru għandha tkun responsabbli għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' infurzar relatati mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra mhux koperti minn din id-Direttiva u għall-obbligu tal-fornitur li jikkonforma mal-liġijiet tal-Istati Membri li fihom jipprovdi servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

1. L-awtorizzazzjoni ġenerali għall-forniment tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u d-drittijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju u d-drittijiet tal-użu għan-numri jistgħu jkunu soġġetti għall-kundizzjonijiet imniżżla fl-Anness I. Tali kundizzjonijiet għandhom ikunu nondiskriminatorji, adattati għall-ispeċifiċitajiet tan-netwerk jew tas-servizz, proporzjonati u trasparenti u, fil-każ tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju, għandhom ikunu konformi mal-Artikoli 45 u 51 u, fil-każ tad-drittijiet għall-użu tan-numri, għandhom ikunu konformi mal-Artikolu 88.

2. L-obbligi speċifiċi li jistgħu jiġu imposti fuq il-fornituri tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi skont l-Artikoli ▌36, 46(1), 48(2) u 59(1) jew fuq dawk identifikati biex ifornu s-servizz universali skont din id-Direttiva għandhom ikunu separati legalment mid-drittijiet u mill-obbligi tal-awtorizzazzjoni ġenerali. Sabiex tinkiseb it-trasparenza għall-impriżi, il-kriterji u l-proċeduri għall-impożizzjoni ta' dawk l-obbligi speċifiċi fuq impriżi individwali għandhom jissemmew fl-awtorizzazzjoni ġenerali.

3. L-awtorizzazzjoni ġenerali għandu jkun fiha biss il-kundizzjonijiet speċifiċi għal dak is-settur u stabbiliti fit-Taqsimiet A, B u C tal-Anness I u ma għandhiex tidduplika l-kundizzjonijiet li huma applikabbli għall-impriżi bis-saħħa ta' xi leġiżlazzjoni nazzjonali oħra.

4. L-Istati Membri ma għandhomx jidduplikaw il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali meta jagħtu d-dritt tal-użu tal-ispettru tar-radju jew tan-numri.

Artikolu 14

Dikjarazzjonijiet biex jeħfief l-eżerċizzju tad-drittijiet ta' installazzjoni tal-faċilitajiet u tad-drittijiet ta' interkonnessjoni

▌Il-BEREC ▌għandu joħroġ dikjarazzjonijiet standardizzati li, meta applikabbli, jikkonfermaw li l-impriża tkun bagħtet notifika skont l-Artikolu 12(3) u jagħtu dettalji dwar f'liema ċirkostanzi l-impriża li tipprovdi netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bl-awtorizzazzjoni ġenerali jkollha d-dritt li tapplika għad-drittijiet biex tinstalla l-faċilitajiet, biex tinnegozja interkonnessjoni, u/jew biex tikseb aċċess jew interkonnessjoni ħalli jeħfief l-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet ngħidu aħna f'livelli oħra tal-gvern jew b'rabta ma' impriżi oħrajn. Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom jinħarġu ▌bħala risposta awtomatika wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 12(3).

Taqsima 2 Id-drittijiet u l-obbligi tal-awtorizzazzjoni ġenerali

Artikolu 15

Lista minima tad-drittijiet li joħorġu mill-awtorizzazzjoni ġenerali

1. L-impriżi awtorizzati bis-saħħa tal-Artikolu 12, għandu jkollhom id-dritt li:

(a) jipprovdu netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(b) ikollhom l-applikazzjoni tagħhom għad-drittijiet meħtieġa biex jinstallaw il-faċilitajiet meqjusa skont l-Artikolu 43 ta' din id-Direttiva;

(c) jużaw l-ispettru tar-radju b'rabta mas-servizzi u n-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi soġġetti għall-Artikoli 13, 46 u 54;

(d) ikollhom l-applikazzjoni tagħhom għad-drittijiet meħtieġa tal-użu tan-numri meqjusa skont l-Artikolu 88.

2. Meta tali impriżi jipprovdu netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku, l-awtorizzazzjoni ġenerali għandha tagħtihom id-dritt ukoll li:

(a) jinnegozjaw l-interkonnessjoni ma' fornituri oħra ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet disponibbli pubblikament u, meta applikabbli, jiksbu aċċess għalihom jew interkonnessjoni mingħandhom, li huma koperti b'awtorizzazzjoni ġenerali f'kull post fl-Unjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva u skont din id-Direttiva;

(b) jingħataw opportunità li jiġu identifikati biex jipprovdu elementi differenti ta' servizz universali u/jew ikopru partijiet differenti tat-territorju nazzjonali skont l-Artikolu 81 jew 82.

Artikolu 16

Il-ħlasijiet amministrattivi

1. Kull ħlas amministrattiv impost fuq il-fornituri ta' servizz jew netwerk bl-awtorizzazzjoni ġenerali jew fuq min ingħata dritt tal-użu, għandu:

  (a) fit-total, ikopri biss l-ispejjeż amministrattivi mġarrba bil-ġestjoni, bil-kontroll u bl-infurzar tal-iskema tal-awtorizzazzjoni ġenerali u d-drittijiet tal-użu u l-obbligi speċifiċi kif imsemmija fl-Artikolu 13(2), li jistgħu jinkludu l-ispejjeż għall-kooperazzjoni internazzjonali, l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni, l-analiżi tas-suq, il-monitoraġġ tal-konformità u kontrolli oħra tas-suq, kif ukoll il-ħidma regolatorja li tinvolvi l-preparazzjoni u l-infurzar ta' leġiżlazzjoni sekondarja u deċiżjonijiet amministrattivi, bħal deċiżjonijiet dwar l-aċċess u l-interkonnessjoni; u

  (b) jiġi mpost fuq l-impriżi individwali b'mod oġġettiv, trasparenti u proporzjonat li jnaqqas kemm jista' jkun l-ispejjeż amministrattivi addizzjonali u l-ħlasijiet li jġibu magħhom. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx ħlasijiet amministrattivi għal impriżi li l-fatturat tagħhom huwa inqas minn ċertu limitu jew li l-attivitajiet tagħhom ma jilħqux ċertu sehem minimu mis-suq jew li għandhom ambitu territorjali limitat ħafna. L-Istati Membri ma jistgħux japplikaw xi ħlasijiet amministrattivi fuq fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi preżenti f'inqas minn [tliet] Stati Membri u b'fatturat aggregat tal-Unjoni ta' inqas minn EUR [100] miljun, minbarra ħlas massimu ta' darba li ma jaqbiżx l-EUR[10].

2. Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jimponu ħlasijiet amministrattivi, dawn għandhom jippubblikaw rapport kull sena tal-ispejjeż amministrattivi tagħhom u tat-total tal-ħlasijiet miġbura. Fid-dawl tad-differenza bejn is-somma totali tal-ħlasijiet u l-ispejjeż amministrattivi, għandhom isiru l-aġġustamenti xierqa.

Artikolu 17

Is-separazzjoni fil-kontabbiltà, u r-rapporti finanzjarji

1. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-fornituri ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament li għandhom drittijiet speċjali jew esklussivi għall-forniment tas-servizzi f'setturi oħra fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor:

  (a) iżommu kontijiet separati għall-attivitajiet assoċjati mal-forniment tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, sal-punt li kien ikun meħtieġ kieku dawn l-attivitajiet kienu mwettqa minn kumpaniji legalment indipendenti, biex jiġu identifikati l-elementi kollha tal-ispiża u tad-dħul, bil-bażi tal-kalkolu tagħhom u tal-metodi dettaljati tal-attribuzzjoni użati, li għandhom x'jaqsmu mal-attivitajiet tagħhom assoċjati mal-forniment tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi inkluż tqassim dettaljat tal-assi fissi u tal-ispejjeż strutturali, jew

  (b) ikollhom separazzjoni strutturali għall-attivitajiet assoċjati mal-forniment tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-imprizi li l-fatturat totali tagħhom kull sena fl-attivitajiet assoċjati man-netwerks jew mas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Istati Membri jkun anqas minn EUR 50 miljun.

2. Meta l-fornituri tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti tad-dritt tal-kumpaniji u ma jkunux jissodisfaw il-kriterji tal-impriżi żgħar u medji tar-regoli dwar il-kontabbiltà fid-dritt tal-Unjoni, ir-rapporti finanzjarji tagħhom għandhom jitħejjew, jintbagħtu għal awditjar indipendenti u jiġu ppubblikati. L-awditjar għandu jsir skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni u dawk nazzjonali.

Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għall-kontijiet separati meħtieġa skont il-paragrafu 1(a).

Taqsima 3 L-emendi u l-irtirar

Artikolu 18

L-emendi għad-drittijiet u għall-obbligi

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali u d-drittijet tal-użu tal-ispettru tar-radju jew tan-numri jew id-drittijiet li jiġu installati l-faċilitajiet ikunu jistgħu jiġu emendati biss meta jkun ġustifikat oġġettivament u b'mod proporzjonat, filwaqt li jitqiesu kif xieraq, meta jkun xieraq, il-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-drittijiet trasferibbli tal-użu tal-ispettru tar-radju u tan-numri.

2. Ħlief meta l-emendi proposti jkunu minuri, u jkun intlaħaq qbil dwarhom mad-detentur tad-drittijiet jew fl-awtorizzazzjoni ġenerali, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35, għandha tingħata notifika b'mod xieraq dwar l-intenzjoni li jsiru dawn l-emendi, u l-partijiet interessati, inklużi l-utenti u l-konsumaturi, għandu jingħatalhom biżżejjed żmien biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-emendi proposti, li ma għandux ikun inqas minn erba' ġimgħat ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

Kwalunkwe emenda għandha tiġi ppubblikata, flimkien mar-raġunijiet għaliha.

Artikolu 19

Limitazzjoni jew irtirar tad-drittijiet

1. L-Istati Membri ma għandhomx jillimitaw jew jirtiraw id-drittijiet ta' installazzjoni tal-faċilitajiet jew id-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju jew tan-numri qabel ma jkun intemm il-perjodu li jkunu ngħataw ħlief meta dan ikun ġustifikat skont il-paragrafu 2 u meta jkun applikabbli b'konformità mal-Anness I u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti dwar il-kumpens għall-irtirar tad-drittijiet.

2. B'konformità mal-ħtieġa li jkun żgurat użu effettiv u effiċjenti tal-ispettru tar-radju jew l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet armonizzati adottati skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, l-Istati Membri jistgħu jippermettu r-restrizzjoni jew l-irtirar tad-drittijiet mogħtija wara ... [id-data stabbilita fl-Artikolu 115], mill-awtorità nazzjonali kompetenti, abbażi ta' proċeduri dettaljati stabbiliti minn qabel, u b'kundizzjonijiet u limiti minimi definiti b'mod ċar fil-mument tal-għoti jew tat-tiġdid b'konformità mal-prinċipji tal-proporzjonalità u tan-nondiskriminazzjoni.

3. Modifika fl-użu tal-ispettru tar-radju minħabba l-applikazzjoni tal-paragrafi 4 jew 5 tal-Artikolu 45, waħedha, ma għandhiex tiġġustifika l-irtirar ta' dritt tal-użu tal-ispettru tar-radju.

4. Kwalunkwe intenzjoni li jiġu limitati jew irtirati l-awtorizzazzjonijiet jew id-drittijiet individwali tal-użu tal-ispettru tar-radju jew tan-numri mingħajr il-kunsens tad-detentur tad-dritt, għandha tkun soġġetta għal konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 23.

KAPITOLU III

L-għoti tal-informazzjoni, l-istħarriġiet u l-mekkaniżmu ta' konsultazzjoni

Artikolu 20

Ir-rekwiżit tal-informazzjoni lill-impriżi

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-faċilitajiet assoċjati, jew tas-servizzi assoċjati jipprovdu l-informazzjoni kollha, inkluża l-informazzjoni finanzjarja, meħtieġa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, minn awtoritajiet kompetenti oħrajn u mill-BEREC biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, jew mad-deċiżjonijiet meħudin skontha. B'mod partikolari, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu lil dawk l-impriżi jippreżentaw informazzjoni dwar l-iżviluppi futuri fin-netwerks jew fis-servizzi li jista' jkollhom impatt fuq is-servizzi bl-ingrossa u li jistgħu jkunu disponibbli għall-kompetituri. Dawn jistgħu jeżiġu wkoll informazzjoni fuq in-netweks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tal-faċilitajiet assoċjati li tkun diżassoċjata fil-livell lokali u dettaljata biżżejjed biex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jwettqu stħarriġ ġeografiku u biex jidentifikaw żoni b'esklużjoni diġitali b'konformità mal-Artikolu 22. ▌

L-impriżi b'qawwa sinifikanti fis-suq fejn jidħlu s-swieq bl-ingrossa jistgħu jintalbu jippreżentaw data tal-kontabbiltà dwar is-swieq bl-imnut assoċjati mas-swieq bl-ingrossa.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jistgħu jitolbu l-informazzjoni minn punt waħdieni tal-informazzjoni stabbilit skont id-Direttiva 2014/61/UE dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi b'veloċità kbira.

L-impriżi għandhom jipprovdu din l-informazzjoni fil-pront malli tintalab u b'mod konformi mal-limiti taż-żmien u fil-livell ta' dettall mitlub. L-informazzjoni mitluba għandha tkun proporzjonata għat-twettiq ta' dak il-kompitu. L-awtorità kompetenti għandha tagħti r-raġunijiet li jiġġustifikaw it-talba tagħha għall-informazzjoni u għandha tittratta l-informazzjoni b'konformità mal-paragrafu 3.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jipprovdu lill-Kummissjoni, wara talba motivata, bl-informazzjoni meħtieġa għaliha biex twettaq il-kompiti tagħha skont it-Trattat. L-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni għandha tkun proporzjonata għat-twettiq ta' dawk il-kompiti. Meta l-informazzjoni provduta tkun tirreferi għall-informazzjoni provduta qabel mill-impriżi fuq talba tal-awtorità, dawk l-impriżi għandhom ikunu informati b'dan. Sal-punt meħtieġ, u sakemm l-awtorità li pprovdiet l-informazzjoni tkun għamlet talba espliċita u motivata għall-kuntrarju, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni provduta disponibbli lil awtorità tali oħra fi Stat Membru ieħor.

Soġġett għar-rekwiżiti tal-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni mibgħuta lil awtorità waħda, tista' ssir disponibbli għal awtorità tali oħra fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru differenti, u għall-BEREC, wara talba sostanzjata, meta meħtieġ biex xi awtorità, jew il-BEREC, ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom skont id-dritt tal-Unjoni.

3. Meta l-informazzjoni titqies kunfidenzjali mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew minn awtorità kompetenti oħra skont ir-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali, is-sigurtà nazzjonali, jew il-protezzjoni tad-data personali, il-Kummissjoni, il-BEREC u l-awtoritajiet konċernati għandhom jiżguraw dik il-kunfidenzjalità. B'konformità mal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra ma għandhomx jirrifjutaw l-għoti tal-informazzjoni mitluba lill-Kummissjoni, lill-BEREC jew lil awtorità oħra minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalità jew minħabba l-ħtieġa li ssir konsultazzjoni mal-partijiet li taw l-informazzjoni. Meta l-Kummissjoni, il-BEREC, jew awtorità kompetenti jintrabtu li jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni identifikata bħala tali mill-awtorità li tkun qed iżżommha, din tal-aħħar għandha taqsam din l-informazzjoni meta tintalab għall-fini identifikat mingħajr ma jkollha għalfejn tikkonsulta aktar lill-partijiet li pprovdew l-informazzjoni.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, filwaqt li jaġixxu skont ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u skont ir-regoli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali u l-protezzjoni tad-data personali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jippubblikaw dik l-informazzjoni li għandha tikkontribwixxi għal suq miftuħ u kompetittiv.

5. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra għandhom jippubblikaw it-termini għall-aċċess pubbliku għall-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4, inklużi l-proċeduri għall-kisba ta' dak l-aċċess.

Artikolu 21

L-informazzjoni meħtieġa bl-awtorizzazzjoni ġenerali, għad-drittijiet tal-użu u għall-obbligi speċifiċi

1. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 20 u għall-obbligi tal-informazzjoni u tar-rapportar skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali barra mill-awtorizzazzjoni ġenerali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jistgħu biss jeżiġu lill-impriżi biex jipprovdu informazzjoni bl-awtorizzazzjoni ġenerali, għad-drittijiet tal-użu jew għall-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) li tkun proporzjonata u ġustifikata oġġettivament għal, b'mod partikolari:

  (a) verifika sistematika jew każ każ tal-konformità mal-kundizzjoni 1 tal-Parti A, mal-kundizzjonijiet 2 u 6 tal-Parti D u mal-kundizzjonijiet 2 u 7 tal-Parti E tal-Anness I u tal-konformità mal-obbligi msemmija fl-Artikolu 13(2);

  (b) verifika każ każ tal-konformità mal-kundizzjonijiet kif stipulat fl-Anness I meta jasal ilment jew meta l-awtorità kompetenti jkollha raġunijiet oħra biex temmen li kundizzjoni ma tkunx qed tiġi rispettata jew fil-każ ta' xi investigazzjoni mill-awtorità kompetenti fuq inizjattiva tagħha stess;

  (c) il-proċeduri għall-għoti tad-drittijiet tal-użu u l-valutazzjoni għal dawn it-talbiet;

  (d) il-pubblikazzjoni ta' rapporti komparattivi tal-kwalità u tal-prezz tas-servizzi għall-benefiċċju tal-konsumaturi;

  (e) l-għanijiet statistiċi, ta' rapportar jew ta' studju definiti b'mod ċar;

  (f) l-analiżi tas-suq għall-finijiet ta' din id-Direttiva, inkluża data dwar is-swieq downstream jew tal-konsumaturi assoċjati jew relatati mas-swieq soġġetti għal analiżi tas-suq;

  (g) salvagwardja tal-użu effiċjenti u l-iżgurar tal-ġestjoni effettiva tal-ispettru tar-radju u tar-riżorsi tan-numerazzjoni;

  (h) l-evalwazzjoni tal-iżviluppi futuri fin-netwerks jew fis-servizzi li jista' jkollhom impatt fuq is-servizzi bl-ingrossa li jkunu disponibbli għall-kompetituri, dwar il-konnettività disponibbli għall-utenti finali jew l-identifikazzjoni taż-żoni bl-esklużjoni diġitali;

(ha) it-twettiq ta' studji ġeografiċi;

(hb) rispons għal talbiet motivati għal informazzjoni mill-BEREC.

L-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (d), (e), (f), (g) u (h) tal-ewwel subparagrafu ma tistax tintalab qabel jingħata l-aċċess għas-suq jew bħala kundizzjoni għal dan l-aċċess.

Il-BEREC, sa [data], għandu jiżviluppa formati standardizzati għat-talbiet għal informazzjoni.

2. Fejn jidħlu d-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju, din l-informazzjoni għandha tirreferi b'mod partikolari għall-użu effettiv u effiċjenti tal-ispettru tar-radju kif ukoll għall-konformità mal-obbligi tal-kopertura u tal-kwalità tas-servizz marbutin mad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju u l-verifika tagħhom.

3. Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jeżiġu li impriżi jipprovdu informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, dawn għandhom jinfurmawhom bl-għan speċifiku għalfejn se tintuża din l-informazzjoni.

4. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew l-awtoritajiet kompetenti l-oħra ma jistgħux jidduplikaw it-talbiet tal-informazzjoni li diġà għamel il-BEREC skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/xxxx/KE (ir-Regolament BEREC)](39).

4a. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' informazzjoni u rapportar għad-drittijiet ta' użu u għall-obbligi speċifiċi, meta impriża tipprovdi servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f'aktar minn Stat Membru wieħed, u jkollha stabbiliment ewlieni fl-Unjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tal-istabbiliment ewlieni biss tista' titlob l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' Stati Membri kkonċernati oħra jistgħu jitolbu informazzjoni mill-ewwel awtorità regolatorja nazzjonali jew mill-BEREC. Il-BEREC għandu jiffaċilita l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati permezz tal-iskambju ta' informazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 30 tar-Regolament [xxxx/xxxx/KE (Ir-Regolament dwar il-BEREC).

Artikolu 22

L-istħarriġiet ġeografiċi dwar l-introduzzjonijiet tan-netwerks

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħmlu stħarriġ ġeografiku dwar il-firxa tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li tal-anqas kapaċi jwasslu l-broadband ("in-netwerks tal-broadband") fi zmien tliet snin minn [skadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva] u għandhom jaġġornawh mill-anqas kull tliet snin.

Dan l-istħarriġ ġeografiku għandu jikkonsisti minn stħarriġ dwar il-firxa ġeografika ta' tali netwerks fit-territorju tagħhom, kif meħtieġ għall-kompiti f'din id-Direttiva u għall-istħarriġiet meħtieġa għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

L-informazzjoni miġbura fl-istħarriġ għandha tkun f'livell adegwat ta' dettall lokali u għandha tinkludi biżżejjed informazzjoni dwar il-kwalità tas-servizz u l-parametri tiegħu.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali responsabbli biex jallokaw fondi pubbliċi għall-introduzzjoni tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, biex ifasslu pjanijiet nazzjonali tal-broadband, biex jiddefinixxu obbligi ta' kopertura marbuta mad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju u biex jivverifikaw id-disponibbiltà tas-servizzi li jaqgħu taħt l-obbligu tas-servizzi universali fit-territorju tagħhom, iqisu r-riżultati tal-istħarriġ imwettaq skont il-paragrafu 1, u li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jagħtu dawn ir-riżultati bil-kundizzjoni li l-awtorità riċeventi tiżgura l-istess livell ta' kunfidenzjalità u protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali bħall-awtorità trasferenti u jinfurmaw lill-partijiet li jkunu taw l-informazzjoni. Dawn ir-riżultati għandhom ikunu disponibbli wkoll għall-BEREC u għall-Kummissjoni meta jitolbuhom, u bl-istess kundizzjonijiet.

6. Jekk l-informazzjoni rilevanti ma tkunx disponibbli fis-suq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħmlu d-data li tirrizulta mill-istħarriġiet ġeografiċi li ma tkunx soġġetta għal kunfidenzjalità aċċessibbli direttament online f'format miftuħ u li jinqara mill-magni biex tkun tista' terġa' tintuża. Barra minn hekk, meta tali għodod ma jkunux disponibbli fis-suq, iqiegħdu għad-dispożizzjoni għodod tal-informazzjoni, biex l-utenti finali jkunu jistgħu jiddeterminaw id-disponibbiltà tal-konnettività f'żoni differenti, bil-livell tad-dettall meħtieġ biex jappoġġja l-għażla tagħhom ta' operatur jew fornitur ta' servizz, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-awtorità regolatorja nazzjonali fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni konfidenzjali u tas-sigrieti kummerċjali.

7. Sa [...], biex jagħti kontribut għall-applikazzjoni konsistenti tal-istħarriġiet u l-previżjonijiet ġeografiċi, wara li jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, il-BEREC għandu joħroġ linji gwida biex jassisti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-implimentazzjoni konsistenti tal-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu.

Artikolu 22a

Tbassir ġeografiku

1. Fit-twettiq ta' stħarriġ ġeografiku skont l-Artikolu 22, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jinkludu tbassir ta' tliet snin tal-portata tan-netwerks b'kapaċità kbira ħafna fi ħdan it-territorju tagħhom.

Dak it-tbassir jista' jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-introduzzjonijiet ippjanati minn xi impriża jew awtorità pubblika, b'mod partikolari biex tinkludi n-netwerks b'kapaċità kbira ħafna u l-aġġornamenti sinifikanti jew l-estensjonijiet tan-netwerks storiċi tal-broadband biex jiksbu prestazzjoni tan-netwerks tal-aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss.

L-informazzjoni miġbura għandha tkun f'livell adegwat ta' dettall lokali u tinkludi biżżejjed informazzjoni fuq il-kwalità tas-servizz u l-parametri tiegħu.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jidentifikaw "żona b'esklużjoni diġitali" li tkun tikkorrispondi għal żona b'konfini territorjali ċari fejn, abbażi tal-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 1, ikun jista' jinstab li tul il-perjodu tat-tbassir rilevanti, l-ebda impriża jew awtorità pubblika ma tkun introduċiet jew ippjanat li tintroduċi netwerk b'kapaċità kbira ħafna jew ma tkun aġġornat b'mod sinifikanti jew estendiet in-netwerk tagħha biex tinkiseb prestazzjoni ta' mill-anqas 100 Mbps bħala veloċitajiet tad-download, jew ma hija qed tippjana li tagħmel dan. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw iż-żoni b'esklużjoni diġitali li ġew identifikati.

3. Fi ħdan żona b'esklużjoni diġitali identifikata, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu joħorġu sejħa miftuħa għal kull impriża li tiddikjara l-intenzjoni tagħha li tintroduċi netwerks b'kapaċità kbira ħafna tul il-perjodu tat-tbassir rilevanti. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża f'dawn is-sottomissjonijiet, biex mill-anqas tiżgura livell simili ta' dettall bħal dak li tqies fit-tbassir. Lil kull impriża li tesprimi l-interess tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinforma wkoll jekk iż-żona b'esklużjoni diġitali identifikata hijiex koperta jew aktarx tkun koperta b'netwerk tal-NGA li joffri veloċitajiet tad-download inqas minn 100 Mbps abbażi tal-informazzjoni miġbura.

4. Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jieħdu miżuri skont il-paragrafu 3, dawn għandhom jagħmlu dan bi proċedura effiċjenti, oġġettiva, trasparenti u mhux diskriminatorja, fejn l-ebda impriża ma tkun eskluża a priori.

Artikolu 23

Il-mekkaniżmu ta' konsultazzjoni u trasparenza

Għajr f'każijiet li jaqgħu taħt l-Artikoli 32(9), 26, jew 27, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jkollhom l-intenzjoni li jieħdu miżuri skont din id-Direttiva, jew meta jkollhom l-intenzjoni jipprovdu għal restrizzjonijiet skont l-Artikolu 45(4) u 45(5), li jkollhom impatt sinifikanti fuq is-suq rilevanti, dawn jagħtu l-opportunità lill-partijiet konċernati biex jikkummentaw fuq l-abbozz tal-miżura fi żmien raġonevoli filwaqt li jkunu qiesu l-kumplessità tal-kwistjoni u fi kwalunkwe każ għal mhux inqas minn 30 jum, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra għandhom jippubblikaw il-proċeduri tal-konsultazzjoni nazzjonali tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistabbilixxu punt uniku ta' informazzjoni li permezz tiegħu jkunu jistgħu jiġu aċċessati l-konsultazzjonijiet attwali kollha.

Ir-riżultati tal-proċedura ta' konsultazzjoni għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku, ħlief fil-każ ta' informazzjoni kunfidenzjali skont id-dritt tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju.

Artikolu 24

Il-konsultazzjoni mal-partijiet konċernati

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw sa fejn xieraq li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu l-opinjonijiet tal-utenti finali, tal-konsumaturi (inklużi, b'mod partikolari, il-konsumaturi b'diżabbiltà), tal-manifatturi u tal-impriżi li jipprovdu netwerks u/jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet kollha tal-utenti finali u tal-konsumaturi, inkluż aċċess u għażla ekwivalenti għall-utenti finali b'diżabbiltà, li jikkonċernaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, b'mod partikolari meta jkun hemm impatt sinifikanti fuq is-suq.

B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistabbilixxu mekkaniżmu ta' konsultazzjoni, aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà, li jiżgura li fid-deċiżjonijiet tagħhom dwar kwistjonijiet relatati mad-drittijet tal-utent finali u tal-konsumaturi li jikkonċernaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, jitqiesu kif xieraq l-interessi tal-konsumaturi fil-komunikazzjonijiet elettroniċi.

2. Fejn xieraq, il-partijiet interessati jistgħu jiżviluppaw mekkaniżmi, bil-gwida tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li jinvolvu lill-konsumaturi, lill-gruppi tal-utenti jew lill-fornituri tas-servizzi, biex titjieb il-kwalità ġenerali tal-forniment tas-servizzi billi fost l-oħrajn jiġu żviluppati u sorveljati kodiċi tal-kondotta u standards tal-operazzjoni.

3. Mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali b'konformità mad-dritt tal-Unjoni li tippromwovi l-għanijiet tal-politika kulturali u medjali, bħad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu fix-xandir, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet rilevanti l-oħra jistgħu jippromwovu l-kooperazzjoni bejn il-fornituri tan-netwerks u/jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-setturi interessati fil-promozzjoni tal-kontenut legali fin-netwerks u fis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dik il-kooperazzjoni tista' tinkludi wkoll il-koordinazzjoni tal-informazzjoni ta' interess pubbliku li trid issir disponibbli skont l-Artikolu 96(3) u l-Artikolu 95(1).

Artikolu 25

Is-soluzzjoni għat-tilwim barra mill-qorti

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi, inklużi l-persuni b'diżabbiltà jkollhom aċċess għal proċeduri barra l-qorti trasparenti, mhux diskriminatorji, sempliċi, rapidi, ġusti u affordabbli għat-tilwim mhux solvut tagħhom mal-fornituri tan-netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, li joħorġu minn din id-Direttiva u li għandhom x'jaqsmu mal-kundizzjonijiet kuntrattwali u/jew il-prestazzjoni tal-kuntratti li jikkonċernaw il-forniment ta' dawn in-netwerks u/jew is-servizzi. Il-fornituri ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament m'għandhomx jirrifjutaw it-talba ta' konsumatur li tiġi solvuta tilwima mal-konsumatur permezz ta' soluzzjoni għat-tilwim barra mill-qorti fuq il-bażi ta' proċeduri u linji gwida ċari u effiċjenti. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fil-Kapitolu II tad-Direttiva 2013/11/UE. L-Istati Membri jistgħu jagħtu aċċess għal dawn il-proċeduri lil utenti finali oħra, b'mod partikolari lill-impriżi mikro u żgħar.

2. L-Istati Membru għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tagħhom ma tfixkilx il-ftuħ ta' uffiċċji għall-ilmenti u l-forniment ta' servizzi online fil-livell territorjali adattat biex jeħfief l-aċċess għas-soluzzjoni għat-tilwim għall-konsumaturi u għal utenti finali oħra. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun ġiet elenkata f'konformità mal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2013/11/UE, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 524/2013 għandhom japplikaw għat-tilwim kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li jirriżultaw minn kuntratti online.

3. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/11/UE, meta dak it-tilwim ikun jinvolvi partijiet fi Stati Membri differenti, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom bil-ħsieb li t-tilwim jissolva.

4. Dan l-Artikolu hu mingħajr preġudizzju għall-proċeduri quddiem il-qorti nazzjonali.

Artikolu 26

Is-soluzzjoni għat-tilwim bejn impriżi

1. Fil-każ ta' tilwim li jinqala' b'rabta mal-obbligi eżistenti skont din id-Direttiva bejn il-fornituri tan-netwerks jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fi Stat Membru, jew bejn dawn l-impriżi u impriżi oħra fl-Istat Membru li jibbenefika mill-obbligi tal-aċċess u/jew tal-interkonnessjoni jew bejn il-fornituri tan-netwerks jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fi Stat Membru u l-fornituri tal-faċilitajiet assoċjati, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata, meta titlobha xi waħda mill-partijiet u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, għandha toħroġ deċiżjoni vinkolanti biex issolvi t-tilwim fl-iqsar żmien possibbli fuq il-bażi ta' proċeduri u linji gwida ċari u effiċjenti u f'kull każ fi żmien erba' xhur, għajr f'ċirkostanzi eċċezzjonali. L-Istat Membru kkonċernat għandu jitlob li l-partijiet kollha jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtorità regolatorja nazzjonali.

2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jirrifjutaw li jsolvu t-tilwim permezz ta' deċiżjoni vinkolanti meta jkunu jeżistu mekkaniżmi oħra, inkluża l-medjazzjoni, u jkunu jikkontribwixxu aħjar għas-soluzzjoni għat-tilwim fi żmien qasir skont l-Artikolu 3. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinforma lill-partijiet mingħajr dewmien. Jekk wara erba' xhur, it-tilwim ma jissolviex, u jekk it-tilwim ma jkunx tressaq quddiem il-qorti mill-parti li tkun qed tfittex rimedju, l-awtorità regolatorja nazzjonali, meta tintalab minn xi waħda mill-partijiet, għandha toħroġ deċiżjoni vinkolanti biex issolvi t-tilwim fl-inqas żmien possibbli u f'kull każ fi żmien erba' xhur.

3. Għas-soluzzjoni għat-tilwim, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tieħu deċiżjonijiet immirati biex tikseb l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3. Kull obbligu impost fuq impriża mill-awtorità regolatorja għas-soluzzjoni għat-tilwim għandu jirrispetta d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

4. Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tkun aċċessibbli mill-pubbliku, wara li jkunu tqiesu r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità tan-negozju. Il-partijiet konċernati għandhom jingħataw dikjarazzjoni sħiħa tar-raġunijiet li fuqhom tkun issejset.

5. Il-proċedura msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 ma għandhiex twaqqaf lil xi waħda mill-partijiet milli tressaq l-azzjoni quddiem il-qrati.

Artikolu 27

Is-soluzzjoni għat-tilwim transfruntier

1. Fil-każ ta' tilwim skont din id-Direttiva bejn l-impriżi fi Stati Membri differenti, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4. Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għat-tilwim relatat mal-koordinazzjoni tal-ispettru tar-radju kopert bl-Artikolu 28.

2. Kull parti tista' tirreferi t-tilwim lill-awtorità jew lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali konċernati. L-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti għandhom jinnotifikaw it-tilwim lill-BEREC sabiex tinstab soluzzjoni konsistenti għat-tilwim, skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

3. Il-BEREC għandu joħroġ opinjoni biex jindika lill-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati biex jieħdu azzjoni speċifika ħalli jissolva t-tilwim jew biex ma jieħdu l-ebda azzjoni, fl-iqsar żmien possibbli u f'kull każ fi żmien erba' xhur, għajr f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

4. L-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati għandhom jistennew l-opinjoni tal-BEREC qabel ma jieħdu azzjoni biex isolvu t-tilwim. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta jkun hemm ħtieġa urġenti ta' azzjoni, ħalli jitħarsu l-kompetizzjoni u l-interessi tal-utenti finali, kull waħda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti tista' tieħu l-inizjattiva hi stess jew titlob lill-partijiet biex jiġu adottati miżuri interim.

4a. F'każijiet ta' tilwim transfruntier li s-soluzzjoni tiegħu jinvolvi aktar minn awtorità nazzjonali regolatorja waħda u fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti ma jkunx irnexxielhom jilħqu ftehim fi żmien 3 xhur, wara li l-każ inkwistjoni jkun ġie rriferut lill-aħħar minn dawk l-awtoritajiet regolatorji, il-BEREC għandu jkollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet vinkolanti biex jiżgura soluzzjoni konsistenti tat-tilwim.

5. Kull obbligu impost fuq l-impriża mill-awtorità regolatorja nazzjonali bħala parti mis-soluzzjoni tat-tilwim għandu jkun konformi ma' din id-Direttiva, u jqis bis-sħiħ l-opinjoni adottata mill-BEREC, jiġi adottat fi żmien xahar minn din l-opinjoni

6. Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 ma għandhiex twaqqaf lil xi waħda mill-partijiet milli tieħu azzjoni fil-qorti.

Artikolu 28

Il-kordinazzjoni tal-Ispettru tar-Radju fost l-Istati Membri

1. L-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jiżguraw li l-użu tal-ispettru tar-radju jkun organizzat fit-territorju tagħhom b'tali mod li l-ebda Stat Membru ieħor ma huwa ostakolat milli jippermetti fit-territorju tiegħu l-użu tal-ispettru tar-radju, b'mod partikolari tal-ispettru tar-radju armonizzat, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, speċjalment minħabba interferenza transfruntiera dannuża bejn l-Istati Membri.

Dawn għandhom iqisu kull miżura meħtieġa għal dan il-għan mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom bid-dritt internazzjonali u bil-ftehimiet internazzjonali rilevanti bħar-Regolamenti tar-Radju tal-ITU.

2. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom, u permezz tal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju stabbilit skont il-paragrafu 4a, fil-koordinazzjoni transfruntiera tal-użu tal-ispettru tar-radju, sabiex:

(a)  jiżguraw il-konformità mal-paragrafu 1;

(b)  isolvu kull problema jew tilwim b'rabta mal-koordinazzjoni transfruntiera jew mal-interferenza dannuża transfruntiera;

(ba)  jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern.

2a. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll bejniethom, u permezz tal-Grupp ta' Politika tal-Ispettru tar-Radju, fir-rigward tal-allinjament tal-approċċi tagħhom fir-rigward tal-assenjazzjoni u l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-ispettru tar-radju.

3. Kull Stat Membru kkonċernat kif ukoll il-Kummissjoni jistgħu jitolbu lill-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju biex jużaw is-servizzi tiegħu u, meta jkun xieraq, biex jipproponu soluzzjoni koordinata permezz ta' opinjoni, biex jassistu lill-Istati Membri jikkonformaw mal-paragrafi 1 u 2, inkluż meta l-problema jew it-tilwima tinvolvi pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom jirreferu kull tilwim mhux riżolt bejniethom lill-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju, bi prijorità fuq kull proċess disponibbli għas-soluzzjoni tat-tilwim previst mid-dritt internazzjonali.

4. Fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista' tqis bis-sħiħ l-opinjoni tal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju biex tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex issolvi interferenzi dannużi transfruntieri bejn żewġ Stati Membri jew bejn bosta Stati Membri li jżommuhom milli jużaw l-ispettru tar-radju armonizzat fit-territorju tagħhom. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 110(4).

4a. Qed jiġi stabbilit grupp ta' konsulenza dwar il-politika dwar l-ispettru tar-radju, imsejjaħ il-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju, magħmul minn espert ta' livell għoli tal-gvern minn kull Stat Membru kif ukoll minn rappreżentant ta' livell għoli mill-Kummissjoni.

Il-grupp għandu jassisti u jagħti pariri lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar il-koordinazzjoni transfruntiera tal-użu tal-ispettru tar-radju, dwar l-allinjament tal-approċċi tagħhom fir-rigward tal-assenjazzjoni u l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-ispettru tar-radju, u dwar kwistjonijiet oħra ta' koordinazzjoni tal-politika dwar l-ispettru tar-radju.

Is-segretarjat għandu jkun ir-responsabbiltà ta' [l-Uffiċċju tal-BEREC/il-BEREC].

Titolu III: L-implimentazzjoni

Artikolu 29

Il-penali u l-kumpens

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali, inklużi l-multi, u l-penali perjodiċi, meta jkun meħtieġ, sabiex jiġi evitat il-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva ▌u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30, dawk ir-regoli għandhom jiżguraw li, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra, għandu jkollhom is-setgħa, jekk ikun il-każ meta jimponu obbligu, li jimponu penali finanzjarji predeterminati li għandhom jitħallsu lill-awtorità relevanti, fuq l-utenti finali, u/jew fuq impriżi oħra għall-ksur tal-obbligu rilevanti. Il-penali previsti għandhom ikunu xierqa, effettivi, proporzjonati u dissważivi. ▌

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe utent li jkun sofra dannu materjali jew mhux materjali b'riżultat ta' ksur ta' din id-Direttiva jkollu d-dritt li jirċievi kumpens mingħand min ikun wettaq il-ksur għad-dannu sofrut, sakemm l-awtur tal-ksur ma jagħtix prova li bl-ebda mod ma huwa responsabbli għall-avveniment li wassal għad-dannu. Kwalunkwe penali finanzjarji predeterminati, pagabbli lill-utent skont il-paragrafu 1, għandhom jitnaqqsu mill-kumpens imsemmi f'dan il-paragrafu.

3. Detentur ta' drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju għandu jkun ikkumpensat fir-rigward tal-investimenti magħmula wara kwalunkwe emenda, restrizzjoni jew irtirar ta' tali drittijiet bi ksur tal-Artikolu 18 jew 19.

Artikolu 30

Il-konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew mad-drittijiet tal-użu u mal-obbligi speċjali

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijet tal-użu tal-ispettru tar-radju u tan-numri mal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) u mal-obbligu biex jintuża l-ispettru tar-radju b'mod effettiv u b'mod effiċjenti skont l-Artikoli 4, 45 u 47(1) u (2).

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu lill-impriżi koperti bl-awtorizzazzjoni ġenerali jew li jgawdu d-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju jew tan-numri biex jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi verifikata l-konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu jew mal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) jew fl-Artikolu 47(1) u (2), skont l-Artikolu 21.

2. Meta l-awtorità nazzjonali kompetenti tiskopri li impriża ma tkunx qed tosserva xi waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu, jew l-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2), din għandha tinnotifika lill-impriża b'dik is-sejba u tagħti lill-impriża l-opportunità li tiddikjara l-fehmiet tagħha, f'limitu taż-żmien raġonevoli.

3. L-awtorità rilevanti għandu jkollha s-setgħa li titlob il-waqfien tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 2 minnufih jew f'limitu taż-żmien raġonevoli u għandha tieħu miżuri xierqa u proporzjonati bil-għan li tiżgura l-konformità.

F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet rilevanti biex jimponu:

  (a) penali finanzjarji dissważivi meta xieraq, li jistgħu jinkludu penali perjodiċi b'effett retroattiv; u

  (b) ordnijiet ta' twaqqif jew ta' dewmien tas-servizz jew tal-pakkett tas-servizzi, li jekk jissoktaw, iwasslu għal dannu sinifikanti għall-kompetizzjoni, sakemm ikun hemm konformità mal-obbligi tal-aċċess imposti wara l-analiżi tas-suq imwettqa skont l-Artikolu 65.

  Il-miżuri u r-raġunijiet li fuqhom jiġu bbażati għadhom jiġu kkomunikati lill-impriża konċernata mingħajr dewmien u għandhom jistipulaw perjodu raġonevoli għall-impriżi biex dawn jiġu konformi mal-miżura.

4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtorità rilevanti s-setgħa li timponi sanzjonijiet finanzjarji, meta xieraq, fuq l-impriżi li jkunu naqsu milli jipprovdu informazzjoni skont l-obbligi imposti fl-Artikolu 21(1)(a) jew (b) u fl-Artikolu 67, f'perjodu ta' żmien raġonevoli, stipulat mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

5. Fil-każi ta' ksur serju jew ripetut tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet tal-użu, jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) jew l-Artikolu 47(1) jew (2) meta jkunu fallew il-miżuri mmirati biex jiżguraw il-konformità kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jistgħu ma jħallux lill-impriża tkompli tipprovdi n-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew jissospendu jew jirtiraw id-drittijet tal-użu. L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtorità rilevanti biex timponi sanzjonijiet u penali li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi Dawn is-sanzjonijiet u l-penali jistgħu jiġu applikati biex ikopru l-perjodu ta' kull ksur, anki jekk sussegwentement il-ksur ikun ġie rettifikat.

6. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2, 3 u 5, meta l-awtorità rilevanti jkollha l-evidenza ta' ksur tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet tal-użu, jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) jew l-Artikolu 47(1) u (2) li jkun jirrappreżenta theddida immedjata u serja għal sikurezza pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika jew li jkun se joħloq problemi ekonomiċi u operazzjonali serji għal fornituri jew utenti tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew utenti oħra tal-ispettru tar-radju, din tista' tieħu miżuri interim urġenti biex tirrimedja s-sitwazzjoni qabel ma tasal għad-deċiżjoni finali. Wara dan, l-impriża kkonċernata għandha tingħata opportunità raġonevoli biex tiddikjara l-fehmiet tagħha u tipproponi r-rimedji. Fejn xieraq, l-awtorità rilevanti għandha tikkonferma l-miżuri interim li għandhom ikunu validi għal massimu ta' 3 xhur, iżda meta ma jkunux intemmu l-proċeduri ta' infurzar, dawn jistgħu jiġu estiżi għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn tliet xhur.

7. L-impriżi għandu jkollhom id-dritt għal appell kontra l-miżuri meħuda skont dan l-Artikolu b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 31 ta'din id-Direttiva.

Artikolu 31

Id-dritt għal appell

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu mekkaniżmi effettivi fil-livell nazzjonali li bihom kull utent jew impriża li jipprovdu n-netwerks u/jew s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u li jkunu affettwati minn deċiżjoni tal-awtorità kompetenti jkollhom id-dritt li jappellaw kontra d-deċiżjoni quddiem korp tal-appell li jkun indipendenti għalkollox mill-partijiet involuti u ta' kull intervent estern jew pressjoni politika li tista' tipperikola l-valutazzjoni indipendenti tal-kwistjonijiet li jiġu quddiemha. Dan il-korp li jista' jkun qorti, għandu jkollu l-kompetenza xierqa biex ikun jista' jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b'mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-merti tal-każ jitqiesu kif xieraq u li jkun hemm mekkaniżmu effettiv għall-appell.

Sakemm ikun magħruf l-eżitu tal-appell, id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti għandha tibqa' tgħodd, sakemm ma jkunux ingħataw miżuri interim skont id-dritt nazzjonali.

2. Meta l-korp tal-appell imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkollux natura ġudizzjarja, xorta għandhom jingħataw raġunijiet bil-miktub għad-deċiżjonijiet tiegħu. Barra minn hekk, skont il-każ, id-deċiżjoni tiegħu għandha tkun soġġetta għar-rieżami minn qorti jew tribunal skont it-tifsira tal-Artikolu 267 tat-Trattat.

3. L-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni dwar is-suġġett ġenerali tal-appelli, in-numru tat-talbiet għall-appell, id-durata tal-proċedimenti tal-appell u n-numru tad-deċiżjonijiet li ttieħdu biex jiġu kkonċeduti miżuri interim. L-Istati Membri għandhom jipprovdu din l-informazzjoni kif ukoll id-deċiżjonijiet jew is-sentenzi lill-Kummissjoni u lill-BEREC wara talba motivata minn wieħed minnhom.

Titolu IV: Il-proċeduri tas-suq intern

Artikolu 32

It-tisħiħ tas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

1. Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu bis-sħiħ l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, sa fejn dawk ikollhom x'jaqsmu mal-funzjonament tas-Suq Intern.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern billi jaħdmu flimkien u mal-Kummissjoni u mal-BEREC b'mod trasparenti biex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti, fl-Istati Membri kollha, tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Għal dan il-għan, dawn għandhom, b'mod partikolari, jaħdmu mal-Kummissjoni u mal-BEREC biex jidentifikaw l-aktar tipi ta' strumenti u rimedji adattati biex jiġu trattati tipi partikolari ta' sitwazzjonijiet fis-suq.

3. Għajr meta jkun previst mod ieħor fir-rakkomandazzjonijiet u/jew fil-linji gwida adottati skont l-Artikolu 34, meta titlesta l-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 23, meta awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-intenzjoni li tieħu miżura li:

  (a) taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 59, 62, 65 jew 66 ta' din id-Direttiva; u

  (b) tkun taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri;

din għandha tippubblika l-abbozz tal-miżura u tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, tal-BEREC u tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-Istati Membri l-oħra, fl-istess ħin, flimkien mar-raġunijiet u ma' analiżi dettaljata li fuqhom tissejjes il-miżura, skont l-Artikolu 20(3), u tinforma lill-Kummissjoni, lill-BEREC u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali b'dan. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-BEREC u l-Kummissjoni jistgħu jgħaddu l-kummenti tagħhom lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata biss fi żmien xahar. Dan il-perjodu ta' xahar ma jistax jiġi estiż.

4. Meta miżura maħsuba li hija koperta mill-paragrafu 3 jkollha l-għan li:

  (a) tiddefinixxi suq rilevanti li jkun differenti minn dawk definiti fir-Rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 62(1); jew

  (b) tiddeċiedi jekk impriża tiġix identifikata jew le bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq b'mod individwali jew flimkien ma' oħrajn, skont l-Artikolu 65(3) jew (4);

u li tkun taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u li l-Kummissjoni tkun innotifikat lill-awtorità regolatorja nazzjonali li jidhrilha li l-abbozz tal-miżura jkun joħloq ostaklu għas-suq uniku jew jekk ikollha dubji serji dwar il-kompatibbiltà tiegħu mad-dritt tal-Unjoni u b'mod partikolari l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, allura l-abbozz tal-miżura ma għandux jiġi adottat qabel xahrejn oħra. Dan il-perjodu ma jistax jiġi estiż. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-BEREC u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-oħra bir-riżervi tagħha f'każ bħal dan u tippubblikahom fl-istess waqt.

4a. Fi żmien sitt ġimgħat mill-bidu tal-perjodu ta' xahrejn imsemmi fil-paragrafu 4, il-BEREC għandu joħroġ opinjoni dwar in-notifika tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 4, li tkun tindika jekk dan jidhirlux li l-abbozz tal-miżura għandux jiġi emendat jew irtirat u, meta jkun xieraq, dan għandu jipprovdi proposti speċifiċi għal dak il-għan. Din l-opinjoni għandha tkun motivata u ppubblikata.

5. Fi żmien xahrejn, kif imsemmi fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni tista':

  (a) tiddeċiedi li titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata biex tirtira l-abbozz tal-miżura; u/jew

  (b) tieħu deċiżjoni li tirtira r-riżervi tagħha fir-rigward tal-abbozz tal-miżura msemmi fil-paragrafu 4.

Il-Kummissjoni għandha tqis bis-sħiħ l-opinjoni tal-BEREC qabel ma toħroġ deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tkun akkompanjata minn analiżi dettaljata u oġġettiva dwar x'wassal lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li l-abbozz tal-miżura ma għandux ikun adottat flimkien ma' proposti biex ikun emendat l-abbozz tal-miżura.

6. Meta l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 5 li teżiġi lill-awtorità regolatorja nazzjonali biex tirtira l-abbozz tal-miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha temenda jew tirtira l-abbozz tal-miżura fi żmien sitt xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Meta l-abbozz tal-miżura jiġi emendat, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timpenja ruħha li tagħmel konsultazzjoni pubblika skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 23, u għandha tinnotifika mill-ġdid lill-Kummissjoni bl-abbozz tal-miżura emendat skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.

7. L-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata għandha tqis bis-sħiħ il-kummenti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-oħra, tal-BEREC u tal-Kummissjoni u ħlief għall-każijiet koperti mill-paragrafu 4 u 5(a), tista' tadotta l-abbozz tal-miżura li jirriżulta, u meta tagħmel dan, din għandha tikkomunikah lill-Kummissjoni.

8. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkomunika lill-Kummissjoni u lill-BEREC il-miżuri finali kollha adottati li jaqgħu taħt il-paragrafu (3)(a) u (b) ta' dan l-Artikolu.

9. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkunsidra li jkun hemm ħtieġa urġenti biex taġixxi ħalli jitħarsu l-kompetizzjoni u l-interessi tal-utenti, permezz ta' deroga mill-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3 u 4, din tista' tadotta miżuri proporzjonati u temporanji minnufih. Din għandha tikkommunika dawk il-miżuri mingħajr dewmien flimkien mar-raġunijiet sħaħ lill-Kummissjoni, lill-awtorità regolatorja nazzjonali l-oħra, u lill-BEREC. Deċiżjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali biex tirrendi permanenti dawk il-miżuri jew biex testendi ż-żmien li għalih huma applikabbli, għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4.

9a.  Awtorità regolatorja nazzjonali tista' tirtira l-abbozz ta' miżura fi kwalunkwe mument.

Artikolu 33

Il-proċedura għall-applikazzjoni konsistenti tar-rimedji

1. Meta miżura maħsuba koperta mill-Artikolu 32(3) ikollha l-għan li timponi, temenda jew tirtira obbligu fuq operatur bl-applikazzjoni tal-Artikolu 65 flimkien mal-Artikoli 59 u l-Artikoli 67 sa 74, il-Kummissjoni tista' tinnotifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata u lill-BEREC, matul il-perjodu ta' xahar stabbilit mill-Artikolu 32(3), bir-raġunijiet għalfejn tqis li l-abbozz tal-miżura joħloq ostaklu għas-suq komuni jew inkella li jkollha dubji serji b'rabta mal-kompatibbiltà tiegħu mad-dritt tal-Unjoni. F'każ bħal dan, l-abbozz tal-miżura ma għandux jiġi adottat għal tliet xhur oħra wara n-notifika tal-Kummissjoni.

Fin-nuqqas ta' din in-notifika, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tista' tadotta l-abbozz tal-miżura, wara li tqis bis-sħiħ kull kumment tal-Kummissjoni, tal-BEREC jew ta' kull awtorità regolatorja nazzjonali oħra.

2. Fi żmien il-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, il-BEREC u l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jidentifikaw l-aktar miżura xierqa u effettiva fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, filwaqt li jqisu b'mod xieraq il-fehmiet tal-parteċipanti tas-suq u l-ħtieġa li jkun żgurat l-iżvilupp ta' prattika regolatorja konsistenti.

3. Fi żmien sitt ġimgħat mill-bidu tal-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1, filwaqt li jaġixxi skont maġġoranza ta' żewġ terzi ▌tal-membri tal-Bord tar-Regolaturi, il-BEREC għandu joħroġ opinjoni dwar in-notifika tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, li tkun tindika jekk dan jidhirlux li l-abbozz tal-miżura għandux jiġi emendat jew irtirat u, meta jkun xieraq, dan għandu jipprovdi proposti speċifiċi għal dak il-għan. Din l-opinjoni għandha tkun motivata u ppubblikata.

4. Jekk fl-opinjoni tiegħu, il-BEREC jaqbel mad-dubji serji tal-Kummissjoni, dan għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata bil-għan li tiġi identifikata l-aktar miżura xierqa u effettiva. Qabel jintemm il-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista':

  (a) temenda jew tirtira l-abbozz tal-miżura tagħha billi tqis bis-sħiħ in-notifika tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll l-opinjoni u l-pariri tal-BEREC;

  (b) iżżomm l-abbozz tal-miżura tagħha.

5. Il-Kummissjoni tista', fi żmien xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1 u filwaqt li tqis sew l-opinjoni tal-BEREC jekk ikun il-każ:

  (a) toħroġ rakkomandazzjoni li teżiġi li l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata temenda jew tirtira l-abbozz tal-miżura, inkluż, fejn rilevanti, toħroġ proposti speċifiċi għal emendar tal-abbozz ta' miżura u tipprovdi raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rakkomandazzjoni tagħha, b'mod partikolari meta l-BEREC ma jkunx jaqbel mad-dubji serji tal-Kummissjoni;

  (b) tieħu deċiżjoni li tneħħi r-riżervi tagħha indikati skont il-paragrafu 1.

(c) tieħu deċiżjoni biex teżiġi li l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tirtira l-abbozz tal-miżura, meta l-BEREC ikun tal-istess fehma tal-Kummissjoni fejn jidħlu d-dubji serji. Id-deċiżjoni għandha tkun akkompanjata minn analiżi dettaljata u oġġettiva dwar x'wassal lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li l-abbozz tal-miżura ma għandux ikun adottat flimkien ma' proposti biex ikun emendat l-abbozz tal-miżura. F'dan il-każ, il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32(6) għandha tapplika mutatis mutandis.

6. Fi żmien xahar minn meta l-Kummissjoni toħroġ ir-rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 5(a) jew tneħħi r-riżervi tagħha skont il-paragrafu 5(b) ta' dan l-Artikolu, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha tirtira l-abbozz tal-miżura, jew tadotta, tippubblika u tikkomunika l-miżura finali adottata lill-Kummissjoni u lill-BEREC.

Dan il-perjodu jista' jiġi estiż biex l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tista' twettaq konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 23.

7. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tiddeċiedi li ma temendax jew tirtira l-abbozz tal-miżura abbażi tar-rakkomandazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 5(a), din għandha tipprovdi ġustifikazzjoni raġunata.

8. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista' tirtira l-abbozz tal-miżura proposta f'kull fażi tal-proċedura.

Artikolu 34

Id-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni

Wara konsultazzjoni pubblika u konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u wara li tkun tqieset l-opinjoni tal-BEREC, il-Kummissjoni tista' tadotta rakkomandazzjonijiet u/jew linji gwida fir-rigward tal-Artikolu 32 li jiddefenixxu l-forma, il-kontenut u l-livell ta' dettalji li jridu jingħataw fin-notifiki meħtieġa skont l-Artikolu 32(3), iċ-ċirkostanzi meta n-notifiki ma jkunux meħtieġa, u l-kalkolu tal-limiti taż-żmien.

KAPITOLU II

l-assenjar konsistenti tal-ispettru

Artikolu 35

Proċess ta' evalwazzjoni bejn il-pari

1. Fir-rigward tal-ġestjoni tal-ispettru tar-radju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jingħataw is-setgħa li minn tal-inqas jadottaw il-miżuri li ġejjin:

(a)  il-proċedura tal-għażla, fil-każ tad-drittijiet individwali tal-użu tal-ispettru tar-radju, b'rabta mal-Artikolu 54;

(b)  il-kriterji dwar l-eliġibbiltà tal-applikant, meta jkun xieraq, b'rabta mal-Artikolu 48(4);

(c)  il-parametri tal-miżuri tal-evalwazzjoni ekonomika tal-ispettru, bħal pereżempju l-prezz ta' riżerva, b'rabta mal-Artikolu 42;

(d)  it-tul ta' żmien tad-drittijiet tal-użu u l-kundizzjonijiet għat-tiġdid skont l-Artikolu 49 u l-Artikolu 50;

(e)  kwalunkwe miżura li tippromwovi l-kompetizzjoni skont l-Artikolu 52, meta jkun neċessarju;

(f)  il-kundizzjonijiet relatati mal-assenjar, mat-trasferiment, inkluż il-kummerċ u l-lokazzjoni tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju b'rabta mal-Artikolu 51, il-kondiviżjoni tal-ispettru jew tal-infrastruttura bla fil b'rabta mal-paragrafu 3 tal-Artikolu 59 jew l-akkumulazzjoni tad-drittijiet tal-użu b'rabta mal-paragrafu 2 (c) u (e) tal-Artikolu 52; u

(g)  il-parametri tal-kundizzjonijiet tal-kopertura skont l-għanijiet ġenerali ta' politika tal-Istati Membri f'dan ir-rigward, b'rabta mal-Artikolu 47.

Meta tadotta dawn il-miżuri, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tqis il-ħtieġa ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' Stati Membri oħra, mal-Kummissjoni u mal-BEREC sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-Unjoni kollha, l-għanijiet nazzjonali rilevanti ta' politika stabbiliti mill-Istat Membru kif ukoll miżuri nazzjonali rilevanti oħra fir-rigward tal-ġestjoni tal-ispettru tar-radju f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u għandha tibbaża l-miżuri tagħha fuq valutazzjoni dettaljata u oġġettiva tas-sitwazzjoni kompetittiva, teknika u ekonomika tas-suq.

2. Sabiex tiffaċilita l-koordinazzjoni transfruntiera u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju, meta awtorità regolatorja nazzjonali tkun biħsiebha tfassal miżura li tkun fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1 (a) sa (g), hija għandha tagħmel l-abbozz tal-miżura pubbliku u aċċessibbli, flimkien mar-raġunament li fuqu tissejjes il-miżura, u tinforma fl-istess waqt, lill-BEREC, lill-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru u lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fi Stati Membri oħra, dwaru.

3. Fi żmien tliet xhur, minn meta tippublika l-abbozz tal-miżura, il-BEREC għandu joħroġ opinjoni motivata dwar l-abbozz ta' miżura, li għandha tanalizza jekk dik il-miżura tkunx l-iżjed waħda xierqa sabiex:

(a)  jiġi promoss l-iżvilupp tas-suq intern, inkluż il-forniment transfruntier tas-servizzi, kif ukoll il-kompetizzjoni u jiġu mmassimizzati l-benefiċċji għall-konsumatur, u b'mod ġenerali jintlaħqu l-għanijiet ▌stabbiliti fl-Artikolu 3 u fl-Artikolu 45(2),

(b)  jiġi żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispettru tar-radju; u

(c)  jiġu żgurati kundizzjonijiet stabbli u prevedibbli ta' investiment għall-utenti eżistenti u prospettivi tal-ispettru tar-radju meta jiġu skjerati n-netwerks għall-forniment ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jiddependu fuq l-ispettru tar-radju.

L-opinjoni motivata għandha tiddikjara jekk l-abbozz ta' miżura jenħtieġx li jiġi emendat jew imħassar. Meta jkun xieraq, il-BEREC għandu jipprovdi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal dan l-iskop. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni jistgħu wkoll jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-abbozz ta' deċiżjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata.

Il-BEREC għandu jadotta u jippubblika l-kriterji li se japplika fil-valutazzjoni ta' kwalunkwe abbozz ta' miżura.

4. Meta jwettqu l-kompiti tagħhom skont dan l-Artikolu, il-BEREC u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu b'mod partikolari:

(a)  l-għanijiet u l-prinċipji stipulati f'din id-Direttiva; kif ukoll kwalunkwe Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tkun ġiet adottata f'konformità ma' din id-Direttiva kif ukoll mad-Deċiżjonijiet 676/2002/KE u 243/2012/KE;

(b)  kwalunkwe għan nazzjonali speċifiku stabbilit mill-Istat Membru b'mod konsistenti mad-dritt tal-Unjoni;

(c)  il-ħtieġa li jiġi evitat li l-kompetizzjoni tiġi mfixkla meta jiġu adottati miżuri bħal dawn;

(ca)  il-prinċipji tan-newtralità tas-servizz u tat-teknoloġija;

(d)  ir-riżultati tal-iżjed stħarriġ ġeografiku reċenti tan-netwerks skont l-Artikolu 22;

(e)  il-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza mal-proċeduri reċenti u pendenti tal-assenjar fi Stati Membri oħra, u l-effetti possibbli fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri; u

(f)  kwalunkwe opinjoni rilevanti tal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju b'mod partikulari rigward l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispettru tar-radju.

5. Qabel tadotta d-deċiżjoni finali tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha tqis sew l-opinjoni tal-BEREC u l-kummenti li jsiru mill-Kummissjoni u minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra. Għandha tikkomunika d-deċiżjoni finali adottata lill-BEREC u lill-Kummissjoni.

Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tiddeċiedi li ma temendax jew tirtira l-abbozz tal-miżura abbażi tal-opinjoni motivata maħruġa skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, din għandha tipprovdi ġustifikazzjoni raġunata.

L-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata tista' tirtira l-abbozz tal-miżura tagħha fi kwalunkwe fażi tal-proċedura.

6. Meta jħejju l-abbozz ta' miżura tagħhom skont dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jfittxu appoġġ mill-BEREC u l-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju.

7. Il-BEREC, il-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju, il-Kummissjoni u l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jidentifikaw l-iktar soluzzjoni xierqa u effettiva fid-dawl tal-għanijiet u tal-prinċipji regolatorji stabbiliti f'din id-Direttiva filwaqt li jqisu sew il-fehmiet tal-parteċipanti tas-suq u l-ħtieġa li jiġi żgurat l-iżvilupp ta' prassi regolatorja konsistenti.

8. Id-deċiżjoni finali adottata mill-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tkun ippubblikata.

Artikolu 36

Assenjament armonizzat ta' frekwenzi tar-Radju

Fejn l-użu ta' frekwenzi tar-radju jkun ġie armonizzat, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri tal-aċċess ikunu ġew miftiehma, u l-impriżi li lilhom il-frekwenzi tar-radju għandhom jiġu assenjati jkunu ntagħżlu skont ftehim internazzjonali u r-regoli tal-Union, l-Istati Membri għandhom jagħtu d-dritt ta' użu għal dawk il-frekwenzi tar-radju skont dan. Sakemm il-kundizzjonijiet nazzjonali kollha stipulati mad-dritt ta' użu għall-frekwenzi tar-radju konċernati jkunu ġew sodisfatti fil-każ ta' proċedura komuni ta' għażla, l-Istati Membri m'għandhomx jimponu xi kundizzjonijiet, kriterji addizzjonali jew proċeduri oħra li jirrestrinġu, ibiddlu jew idewmu l-implimentazzjoni korretta tal-assenjament komuni ta' dawk il-frekwenzi tar-radju.

Artikolu 37

Proċess konġunt ta' awtorizzazzjoni biex jingħataw id-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju

1. F'każ ta' riskji sinifikanti ta' interferenza transfruntiera dannuża, żewġ Stati Membri jew iżjed għandhom, u f'xi każijiet oħra jistgħu, jikkooperaw ma' xulxin u mal-Kummissjoni, mal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju, u mal-BEREC biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 13, 46 u 54, billi b'mod konġunt jistabbilixxu l-aspetti komuni ta' proċedura ta' awtorizzazzjoni u billi b'mod konġunt ukoll imexxu l-proċedura tal-għażla biex jingħataw id-drittijiet individwali tal-użu tal-ispettru tar-radju skont kwalunkwe skeda ta' żmien komuni stabbilita f'konformità mal-Artikolu 53, meta dan ikun applikabbli.

Kull parteċipant tas-suq jista' jitlob li jitwettaq proċess konġunta ta' għażla billi jressaq evidenza suffiċjenti li nuqqas ta' koordinazzjoni toħloq ostaklu sinifikanti għas-suq intern.

Il-proċess konġunt ta' awtorizzazzjoni għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)  il-proċeduri individwali ta' awtorizzazzjoni nazzjonali għandhom jinbdew u jiġu implimentati mill-awtoritajiet kompetenti skont skeda maqbula b'mod konġunt;

(b)  meta jkun xieraq, għandha tipprevedi kundizzjonijiet u proċeduri komuni għall-għażla u għall-għoti tad-drittijiet individwali fost l-Istati Membri kkonċernati;

(c)  meta jkun xieraq, għandha tipprevedi kundizzjonijiet komuni jew paragunabbli li jridu jinhemżu mad-drittijiet individwali tal-użu fost l-Istati Membri kkonċernati, fost l-oħrajn biex l-utenti jitħallew jiġu assenjati blokok simili tal-ispettru tar-radju;

(d)  għandha tkun miftuħa fi kwalunkwe żmien sakemm il-proċedura ta' awtorizzazzjoni titmexxa lejn Stati Membri oħra.

2. Meta l-miżuri meħuda għall-finijiet tal-paragrafu (1) ikunu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 35(1), il-proċedura stipulata f'dak l-Artikolu għandha tiġi segwita mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati fl-istess waqt.

KAPITOLU III

Proċeduri ta' armonizzazzjoni

Artikolu 38

Proċeduri ta' armonizzazzjoni

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu s 37, 45, 46(3), 47(3), 53, fejn il-Kummissjoni ssib li d-diverġenzi fl-implimentazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jew minn awtoritajiet kompetenti oħra tal-kompiti regolatorji speċifikati f'din id-Direttiva jistgħu joħolqu barriera għas-suq intern, il-Kummissjoni tista', wara li tieħu kont sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, toħroġ rakkomandazzjoni jew deċiżjoni dwar l-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva sabiex ikomplu jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jieħdu kont sħiħ tar-rakkomandazzjonijiet skont il-paragrafu 1 fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. Meta awtorità regolatorja nazzjonali jew minn awtoritajiet kompetenti oħra tagħżel li ma ssegwix ir-rakkomandazzjoni, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni, waqt li tagħti r-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħha.

3. Id-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 1 jistgħu jinkludu biss l-identifikazzjoni ta' strateġija armonizzata jew ikkoordinata bl-iskop li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)  l-implimentazzjoni inkonsistenti ta' approċċi regolatorji ġenerali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-applikazzjoni tal-Artikoli 62 u 65, meta dan joħloq ostaklu għas-suq intern. Dawn id-deċiżjonijiet ma għandhomx jirreferu għal notifiki speċifiċi maħruġa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont l-Artikolu 33;

  F'każ tali, il-Kummissjoni ma għandhiex tipproponi abbozz ta' deċiżjoni ħlief:

–  wara li jkunu għaddew mill-inqas sentejn mill-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li tkun titratta l-istess kwistjoni, u;

–  wara li jkun ittieħed ħafna qies tal-opinjoni tal-BEREC dwar il-każ għall-adozzjoni ta' tali deċiżjoni, li għandha tkun pprovduta mill-BEREC fi żmien tliet xhur mit-talba tal-Kummissjoni;

(b)  l-għoti ta' numri, inklużi l-firxiet tan-numri, il-portabbiltà tan-numri u tal-elementi ta' identifikazzjoni, is-sistemi li jittraduċu n-numri u l-indirizzi, u l-aċċess għas-servizzi ta'emerġenza tal-112.

4. Id-deċiżjoni, msemmija fil-paragrafu 1, għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 110(4).

5. Il-BEREC jista' fuq l-inizjattiva tiegħu stess, inkluż b'segwitu għal ilment imressaq minn impriża li tipprovdi netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jagħti parir lill-Kummissjoni dwar jekk il-miżura għandhiex tiġi adottata skont il-paragrafu 1.

5a. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 3, u skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, meta l-BEREC jadotta opinjoni li tindika l-eżistenza ta' diverġenzi fl-implimentazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew minn awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-kompiti regolatorji speċifikati f'din id-Direttiva, u tali diverġenzi jistgħu joħolqu ostaklu għas-suq intern, il-Kummissjoni għandha tadotta rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 1 jew, meta tkun adottat rakkomandazzjoni dwar l-istess kwistjoni aktar minn sentejn qabel, tadotta deċiżjoni f'konformità mal-paragrafu 3, mingħajr ma titlob opinjoni ulterjuri tal-BEREC.

Jekk il-Kummissjoni ma tkunx, skont l-ewwel subparagrafu, adottat rakkomandazzjoni jew deċiżjoni fi żmien sena mid-data tal-adozzjoni tal-opinjoni mill-BEREC, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-raġunijiet tagħha għaliex ma għamlitx dan, u tippubblika dawn ir-raġunijiet.

Meta l-Kummissjoni tkun adottat rakkomandazzjoni iżda l-implimentazzjoni inkonsistenti li toħloq ostakli għas-suq intern tkompli tippersisti għal sentejn wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha, fi żmien sena oħra, tadotta deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew, meta l-Kummissjoni tagħżel li ma tadottax deċiżjoni, għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-raġunijiet tagħha għaliex ma għamlitx dan, u tippubblika dawn ir-raġunijiet.

Artikolu 39

Standardizzazzjoni

1. Il-Kummissjoni, għandha tħejji u tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista tal-istandards mhux obbligatorji u/jew speċifikazzjonijiet biex iservu bħala bażi biex jinkoraġġixxu l-provvista armonizzata ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati jew servizzi. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista', wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2015/1535/EU, titlob li l-istandards imħejjija mill-organizzazzjoni Ewropea dwar l-istandards (Kumitat Ewropew għall-istandardizzazzjoni (CEN), Kumitat Ewropew għall-istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC), u l-Istitut Ewropew għall-istandards tat-Telekomunikazzjonijiet (ETSI)).

2. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu tal-istandards u/jew l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għall-provvista ta' servizzi, interfaces tekniċi, u/jew funzjonijiet tan-netwerks, sal-limitu strettament meħtieġ biex tiġi żgurata interoperabbiltà u l-interkonnessjoni ta' servizzi, il-konnettività tarf sa tarf, il-faċilitazzjoni tal-qlib minn fornitur għal ieħor sabiex tittejjeb il-libertà tal-għażla għall-utenti.

Sakemm l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet ma jkunux ġew ippubblikati skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta' standards u/jew speċifikazzjonijiet adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandards.

Fin-nuqqas ta' dawk l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali jew rakkomandazzjonijiet adottati mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU), il-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) u l-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika (IEC);

Fejn jeżistu standards internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-organizzazzjonijiet tal-istandards Ewropej li jużawhom, jew il-partijiet relevanti tagħhom, bħala bażi għall-istandards li jiżviluppaw, ħlief fejn dawk l-istandards internazzjonali jew partijiet relevanti jkunu ineffettivi.

L-istandards kollha msemmija fil-paragrafu 1 jew f'dan il-paragrafu għandhom jiffaċilitaw l-aċċess kif ikun meħtieġ skont din id-Direttiva meta dan ikun fattibbli.

3. Jekk l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew adegwatament implimentati sabiex l-interoperabbiltà ta' servizzi fi Stat Membru wieħed jew aktar ma tkunx tista' tiġi assigurata, l-implimentazzjoni ta' dawk l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet tista' ssir obbligatorja taħt il-proċedura preskritta fil-paragrafu 4, sal-limitu strettament meħtieġ biex tiġi assigurata dik l-interoperabbiltà u biex tittejjeb il-libertà tal-għażla għall-utenti.

4. Fejn il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li tagħmel l-implimentazzjoni ta' ċerti standards u/jew speċifikazzjonijiet obbligatorja, għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tistieden kummenti pubbliċi mill-partijiet kollha konċernati. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri ta' implimentazzjoni xierqa u tagħmel l-implimentazzjoni tal-istandards rilevanti obbligatorji billi tagħmel referenza għalihom bħala standards obbligatorji fil-lista tal-istandards u/jew speċifikazzjonijiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5. Fejn il-Kummissjoni tqis li l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jikkontribwixxux aktar għall-provvista ta' servizzi armonizzati ta' komunikazzjoni elettronika, jew li ma jkunux għadhom jilħqu l-ħtiġijiet tal-konsumatur jew qed ifixklu l-iżvilupp teknoloġiku, għandha, tneħħihom mil-lista ta' standards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

6. Fejn il-Kummissjoni tqis li l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 m'għadhomx jikkontribwixxu għall-provvista ta' servizzi armonizzati ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, jew li ma għadhomx aktar jilħqu l-ħtiġijiet tal-konsumatur jew qed ifixklu l-iżvilupp teknoloġiku, għandha tieħu l-miżuri ta' implimentazzjoni xierqa u tneħħi dawk l-istandards jew speċifikazzjonijiet mil-lista tal-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

7. Il-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 6, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 110(4).

8. Dan l-Artikolu ma għandux japplika fir-rigward ta' xi waħda mill-ħtiġijiet essenzjali, l-ispeċifikazzjonijiet ta' interface jew l-istandards armonizzati li għalihom id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/53/UE japplikaw.

Titolu V: Is-sigurtà u l-integrità

Artikolu 40

Is-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati u proporzjonati sabiex jimmaniġġaw adegwatament ir-riskji għas-sigurtà tan-netwerks u tas-servizzi. Meta tikkunsidra t-teknoloġija l-iktar moderna, dawn il-miżuri għandhom jiżguraw livell ta' sigurtà li jkun adattat għar-riskju li jippreżenta ruħu. B'mod partikolari, għandhom jittieħdu miżuri li jiżguraw li, meta jkun meħtieġ għall-kunfidenzjalità, il-kontenut tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jkun awtomatikament kriptat minn tarf sa tarf, sabiex jiġi evitat u mnaqqas l-impatt tal-inċidenti ta' sigurtà fuq l-utenti, jew fuq netwerks jew servizzi oħrajn.

1a. L-Istati Membri m'għandhom jimponu l-ebda obbligu fuq il-fornituri tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet pubbliċi jew tas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament li jirriżulta f'dgħufija tas-sigurtà tan-netwerks jew tas-servizzi tagħhom.

Meta l-Istati Membri jimponu rekwiżiti addizzjonali ta' sigurtà fuq il-fornituri ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet pubbliċi jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli f'iktar minn Stat Membru wieħed, dawn għandhom jinnotifikaw dawk il-miżuri lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA). L-ENISA għandha tgħin lill-Istati Membri fil-koordinazzjoni tal-miżuri meħuda biex jevitaw id-duplikazzjoni jew il-ħtiġijiet diverġenti li jistgħu joħolqu riskji għas-sigurtà u ostakli għas-suq intern.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiggarantixxu l-integrità tan-netwerks tagħhom, u b'hekk jiżguraw il-kontinwità tal-provvista tas-servizzi pprovduti minn fuq dawk in-netwerks.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku jinnotifikaw mingħajr dewmien mhux dovut lill-awtorità kompetenti ▌dwar inċident tas-sigurtà jew telf ta' integrità li kellu impatt sinifikanti fuq it-tħaddim tan-netwerks u tas-servizzi.

Sabiex jiġi ddeterminat il-kobor tal-impatt ta' inċident ta' sigurtà, għandhom jiġu kkunsidrati b'mod partikolari l-parametri li ġejjin:

(a)  in-numru ta' utenti affettwati mill-inċident;

(b)  it-tul tal-inċident;

(c)  il-firxa ġeografika taż-żona affettwata mill-inċident;

(d)  sa liema punt il-funzjonament tan-netwerk jew tas-servizz ġie milqut;

(e)  l-impatt fuq l-attivitajiet ekonomiċi u tas-soċjetà.

Meta jkun xieraq, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra u ▌lill-ENISA. L-awtorità kompetenti konċernata tista' tgħarraf lill-pubbliku jew titlob lill-fornituri kkonċernati jagħmlu dan, fejn tistabbilixxi li jkun fl-interess pubbliku li l-inċident ikun żvelat.

Darba fis-sena, l-awtorità kompetenti konċernata għandha tippreżenta rapport fil-qosor lill-Kummissjoni u lil ENISA dwar in-notifiki li tirċievi u l-azzjoni li tkun ittieħdet skont dan il-paragrafu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta' riskju partikolari ta' inċident ta' sigurtà fin-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew fis-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku, il-fornituri ta' tali netwerks jew servizzi għandhom jinfurmaw lill-utenti tagħhom b'tali riskju u b'kull miżura protettiva possibbli jew rimedju li jistgħu jittieħdu mill-utenti.

4. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data u d-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 109 bil-ħsieb li jkunu speċifikati l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi l-miżuri li jiddefinixxu ċ-ċirkostanzi, il-format u l-proċeduri li japplikaw għar-rekwiżiti tan-notifika. Dawn l-atti delegati kemm jista' jkun għandhom ikunu bbażati fuq standards Ewropej u internazzjonali, u ma għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli jadottaw rekwiżiti addizzjonali sabiex isegwu l-objettivi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2. L-ewwel atti delegati bħal dawn għandhom jiġu adottati sa [daħħal id-data].

5a. Sabiex tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta' miżuri għas-sigurtà tan-netwerks u tas-servizzi, l-ENISA għandha, sa [data], wara li tikkonsulta lill-partijiet interessati u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-BEREC, toħroġ linji gwida dwar il-kriterji minimi u l-approċċi komuni għas-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi u l-promozzjoni tal-użu ta' kriptaġġ minn tarf sa tarf.

Artikolu 41

Implimentazzjoni u infurzar

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sabiex jimplimentaw l-Artikolu 40, l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li joħorġu istruzzjonijiet vinkolanti, inklużi dawk dwar il-miżuri meħtieġa biex jiġi evitat jew rimedjat inċident u l-limiti taż-żmien għall-implimentazzjoni, lill-fornituri tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jitolbu lill-fornituri tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku biex:

  (a) jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex tkun ivvalutata s-sigurtà u/jew l-integrità tas-servizzi u n-netwerks tagħhom, inklużi d-dokumenti dwar il-politika ta' sigurtà; u

  (b) jikkontribwixxu għal verifika tas-sigurtà mwettqa minn korp indipendenti kwalifikat jew awtorità kompetenti u tagħmel ir-riżultati ta' din disponibbli lill-awtorità kompetenti. L-ispiża tal-verifika għandha titħallas mill-impriżi.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jinvestigaw il-każi ta' nuqqas ta' konformità u l-effetti tagħhom fuq is-sigurtà u tan-netwerks u s-servizzi.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex jimplimentaw l-Artikolu 40, l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa jitolbu l-assistenza ta' Skwadri ta' Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters ("CSIRTs") skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2016/1148/UE fir-rigward ta' kwistjonijiet li jkunu parti mill-kompiti tas-CSIRTs skont il-punt 2 tal-Anness I ta' dik id-Direttiva.

5. Kull meta jkun xieraq u skont id-dritt nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-infurzar tal-liġi, mal-awtoritajiet kompetenti kif definiti fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2016/1148/UE u mal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data.

Parti II. NETWERKS

Titolu I: Id-dħul u l-introduzzjoni fis-suq

Artikolu 42

Tariffi għad-drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju u drittijiet għall-installazzjoni ta' faċilitajiet

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti li timponi tariffi għad-drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju jew drittijiet li jiġu stallati faċilitajiet fi, minfuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata li jintużaw għall-forniment ta' servizzi jew netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati li jiġi żgurat l-aqwa użu ta' dawn ir-riżorsi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk it-tariffi għandhom ikunu oġġettivament ġustifikati, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati b'relazzjoni mal-iskop maħsub tagħhom u għandhom jieħdu kont tal-miri fl-Artikoli 3, 4 u 45(2), kif ukoll:

(a)  ikunu newtrali teknoloġikament u bħala servizz, soġġetti biss għal limitazzjonijiet skont l-Artikolu 45(4) u (5), filwaqt li jippromwovu użu effettiv u effiċjenti tal-ispettru u jimmassimizzaw l-utilità soċjali u ekonomika tal-ispettru;

(b)  filwaqt li jqisu l-ħtieġa li jitkattar l-iżvilupp ta' servizzi innovattivi; u

(c)  jikkunsidraw kull użu alternattiv possibbli tar-riżorsi.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prezzijiet ta' riżerva stabbiliti bħala tariffi minimi għad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju jieħdu kont tal-valur tad-drittijiet ta' użu alternattiv possibbli tagħhom u jirriflettu l-kostijiet addizzjonali li jġibu magħhom il-kundizzjonijiet mehmuża ma' dawn id-drittijiet sabiex jintlaħqu l-għanijiet skont l-Artikoli 3, 4 u 45(2), bħal pereżempju l-obbligi ta' kopertura li jmorru lil hinn mill-istandards kummerċjali normali ▌.

3. L-Istati Membri għandhom japplikaw modalitajiet tal-ħlas marbuta mad-disponibbiltà reali tal-ispettru tar-radju inkwistjoni, li ma joħonqu bla bżonn lill-ebda investiment addizzjonali li jista' jsir fin-netwerks u fil-faċilitajiet assoċjati li jkunu neċessarji għall-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju u għall-forniment ta' servizzi relatati.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-awtoritajiet kompetenti jimponu xi tariffi, dawn jikkunsidraw tariffi jew imposti amministrattivi oħra marbuta mal-awtorizzazzjoni jew mad-drittijiet ġenerali tal-użu stabbiliti skont din id-Direttiva, sabiex ma jinħoloqx piż finanzjarju bla bżonn għall-fornituri tan-netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u sabiex jinċentivaw l-użu ottimali tar-riżorsi allokati.

5. L-impożizzjoni ta' tariffi skont dan l-Artikolu għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 23, u, meta jkun applikabbli, tal-Artikoli 35, 48(6) u 54.

KAPITOLU I

AĊĊESS GĦALL-ART

Artikolu 43

Dritt ta' aċċess

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fejn awtorità kompetenti tqis:

–  applikazzjoni għad-drittijiet biex jiġu stallati faċilitajiet fuq, ma' jew taħt proprjetà pubblika jew privata lill-impriża awtorizzata li tipprovdi netwerks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, jew

–  applikazzjoni għad-drittijiet biex jiġu stallati faċilitajiet fuq, ma' jew taħt proprjetà pubblika lill-impriża awtorizzata li tipprovdi netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi ħlief għall-pubbliku,

l-awtorità kompetenti:

–  taġixxi abbażi ta' proċeduri sempliċi, effiċjenti, trasparenti u disponibbli għall-pubbliku, li jkunu applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien sitt xhur mill-applikazzjoni, ħlief f'każijiet ta' esproprjazzjoni, u

–  issegwi l-prinċipji ta' trasparenza u nondiskriminazzjoni fil-kundizzjonijiet li hija tehmeż ma' dawk id-drittijiet.

Il-proċeduri msemmija hawn fuq jistgħu jvarjaw skont jekk l-applikant jipprovdix netwerks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet jew le.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi fejn awtoritajiet pubbliċi jew lokali jżommu l-proprjetà jew kontroll ta' impriżi li joperaw netwerks ta' komunikazzjoni elettronika pubbliċi u/jew servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, ikun hemm separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni responsabbli għall-għoti tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 mill-attivitajiet assoċjati mal-proprjetà jew kontroll.

2a. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw jew jistabbilixxu mekkaniżmu effettiv li jippermetti lill-impriżi jappellaw kontra deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' drittijiet biex jinstallaw faċilitajiet lil korp li jkun indipendenti mill-partijiet involuti. Dak il-korp indipendenti għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu fi żmien raġonevoli.

Artikolu 44

Il-kolokazzjoni u l-kondiviżjoni ta' elementi tan-netwerk u faċilitajiet assoċjati għall-fornituri tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

1. Meta operatur ikun eżerċita d-dritt skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li jinstalla faċilitajiet fi proprjetà pubblika jew privata, jew inkella fuqha jew taħtha, jew ikun ħa vantaġġ minn proċedura għall-esproprjazzjoni jew għall-użu ta' proprjetà, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jimponu l-kolokazzjoni u l-kondiviżjoni tal-elementi tan-netwerk u tal-faċilitajiet assoċjati li jkunu installati, sabiex jipproteġu l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika jew biex jissodisfaw l-għanijiet tal-ippjanar tal-ibliet u tal-irħula. Il-kolokazzjoni jew il-kondiviżjoni ta' elementi tan-netwerk u ta' faċilitajiet li jkunu installati u l-kondiviżjoni tal-proprjetà jistgħu jiġu imposti biss wara perjodu xieraq ta' konsultazzjoni pubblika, li matulu l-partijiet interessati kollha għandhom jingħataw l-opportunità jesprimu fehmiethom, u jistgħu jiġu imposti biss fiż-żoni speċifiċi li fihom din il-kondiviżjoni titqies neċessarja biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati f'dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jimponu l-kondiviżjoni ta' faċilitajiet jew ta' proprjetà bħal dawn, inkluż art, bini, intrati tal-bini, wajers tal-bini, arbli, antenni, torrijiet u kostruzzjonijiet ta' appoġġ, tubi, kondjuwits, tappieri, armadji jew miżuri li jiffaċilitaw il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi. Meta jkun neċessarju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jipprovdu regoli dwar it-tqassim tal-kostijiet tal-kondiviżjoni tal-faċilitajiet jew tal-proprjetà u l-koordinazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi.

2. Il-miżuri li jittieħdu minn awtorità kompetenti skont dan l-Artikolu għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati. Fejn ikun relevanti, dawn il-miżuri għandhom jitwettqu b'koordinazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

KAPITOLU II

AĊĊESS GĦALL-ISPETTRU TAR-RADJU

Taqsima 1 Awtorizzazzjonijiet

Artikolu 45

Il-ġestjoni tal-ispettru

1. B'kont debitu meħud tal-fatt li l-ispettru huwa beni pubbliċi li għandhom valur soċjali, kulturali u ekonomiku importanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġestjoni effettiva ta' spettru tar-radju għal servizzi u netwerks ta' komunikazzjoni elettronika fit-territorju tagħhom skont l-Artikoli 3 u 4. Huma għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni tal-ispettru tar-radju użat għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u l-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet ġenerali jew drittijiet individwali ta' użu għal tali spettru tar-radju minn awtoritajiet kompetenti huma bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti, prokompetittivi, mhux diskriminatorji u proporzjonati.

Bl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jkunu qegħdin jirrispettaw il-ftehimiet internazzjonali relevanti, inklużi r-Regolamenti tal-ITU tar-Radju u ftehimiet oħra adottati fil-qafas tal-ITU, u jkunu jistgħu jqisu l-prospettivi tal-politika pubblika.

2. L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-armonizzazzjoni tal-użu tal-spettru tar-radju mal-Unjoni kollha, b'konsistenza mal-ħtieġa li jkun żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tiegħu fi tfittxija tal-kompetizzjoni u ta' benefiċċji oħra għall-konsumatur bħal ekonomiji ta' skala u interoperabbiltà ta' servizzi u netwerks. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jaġixxu skont l-Artikolu 4 u d-Deċiżjoni 676/2002/KE billi fost l-oħrajn:

(a)  jiżguraw kopertura tat-territorju u tal-popolazzjoni nazzjonali tagħhom ta' kwalità u ta' veloċità għolja, kemm ġewwa u kif ukoll barra, u anki kopertura ta' rotot ewlenin tat-trasport nazzjonali u Ewropej, inkluż in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport kif definit fir-Regolament 1315/2013;

(b)  jiżguraw li ż-żoni b'karatteristiċi simili, b'mod partikolari f'termini tal-iskjerament tan-netwerk jew tad-densità tal-popolazzjoni, ikunu soġġetti għal kundizzjonijiet ta' kopertura konsistenti;

(c)  jiffaċilitaw l-iżvilupp mgħaġġel fl-Unjoni ta' teknoloġiji u ta' applikazzjonijiet ġodda ta' komunikazzjoni bla fil, inkluż meta jkun xieraq, f'approċċ transsettorjali;

(ca)   jiżguraw il-prevedibbiltà u l-konsistenza fl-għoti, fit-tiġdid, fl-emendar, fir-restrizzjoni u fir-revoka ta' drittijiet sabiex jiġu promossi investimenti fit-tul;

(d)  jiżguraw, skont l-Artikoli 28 u 46 rispettivament, il-prevenzjoni ta' interferenza transfruntiera jew nazzjonali li tkun dannuża, filwaqt li jieħdu miżuri xierqa u ta' rimedju għal dak l-iskop;

(e)  jippromwovu l-użu kondiviż tal-ispettru tar-radju bejn użu simili u/jew differenti tal-ispettru permezz ta' regoli u ta' kundizzjonijiet xierqa stabbiliti tal-kondiviżjoni, inkluż il-protezzjoni tad-drittijiet eżistenti tal-użu skont id-dritt tal-Unjoni;

(f)  japplikaw l-iżjed sistema xierqa u l-inqas sistema skabruża ta' awtorizzazzjoni possibbli skont l-Artikolu 46, b'tali mod li jiġu mmassimizzati l-flessibbiltà, il-kondiviżjoni u l-effiċjenza fl-użu tal-ispettru tar-radju;

(g)  jiżguraw li r-regoli għall-għoti, għat-trasferiment, għat-tiġdid, għall-modifikazzjoni u għat-tħassir tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju jkunu definiti u applikati b'mod ċar u trasparenti sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza, il-konsistenza u l-prevedibbiltà regolatorja;

(h)  jiżguraw il-konsistenza u l-prevedibbiltà fl-Unjoni kollha rigward il-mod kif l-użu tal-ispettru tar-radju jiġi awtorizzat biex tiġi protetta s-saħħa pubblika kontra l-kampi elettromanjetiċi dannużi.

Meta tadotta miżuri tekniċi ta' armonizzazzjoni skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis sew l-opinjoni tal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju, tadotta miżura ta' implimentazzjoni li tistabbilixxi jekk, f'konformità mal-Artikolu 46 ta' din id-Direttiva, id-drittijiet fil-frekwenza armonizzata għandhomx ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali jew għal drittijet individwali tal-użu. Dawk l-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 110(4).

Meta l-Kummissjoni tkun qed tikkunsidra li taġixxi biex tipprevedi miżuri skont l-Artikolu 39, għandha tfittex il-parir tal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju fir-rigward tal-implikazzjonijiet ta' kwalunkwe standard jew speċifikazzjoni bħal din għall-koordinazzjoni, għall-armonizzazzjoni u għad-disponibbiltà tal-ispettru tar-radju. Il-Kummissjoni għandha tqis sew l-opinjoni tal-Grupp ta' Politika dwar l-Ispettru tar-Radju meta tieħu kwalunkwe pass sussegwenti.

3. Fil-każ ta' nuqqas ta' domanda nazzjonali jew reġjonali tas-suq għall-użu ta' frekwenza armonizzata meta tkun disponibbli għall-użu u soġġetta għall-miżura ta' armonizzazzjoni adottata skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, l-Istati Membri jistgħu jippermettu użu alternattiv ta' dik il-frekwenza kollha jew ta' parti minnha, inkluż l-użu eżistenti, f'konformità mal-paragrafi 4 u 5, diment li:

(a)  il-konstatazzjoni ta' nuqqas ta' domanda tas-suq għall-użu tal-frekwenza armonizzata tkun ibbażata fuq konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 23, inkluża evalwazzjoni tad-domanda tas-suq li tħares 'il quddiem;

(b)  tali użu alternattiv ma jipprevenix jew ma jxekkilx id-disponibbiltà jew l-użu tal-frekwenza armonizzata fi Stati Membri oħra; u

(c)  l-Istat Membru kkonċernat iqis id-disponibbiltà jew l-użu fit-tul tal-frekwenza armonizzata fl-Unjoni u l-ekonomiji ta' skala għat-tagħmir li jirriżultaw mill-użu tal-ispettru armonizzat tar-radju fl-Unjoni.

L-użu alternattiv għandu jkun permess biss fuq bażi eċċezzjonali fin-nuqqas ta' domanda fis-suq tal-banda fiż-żmien meta l-ewwel issir disponibbli għall-użu. Kull deċiżjoni sabiex jiġi permess l-użu alternattiv fuq bażi eċċezzjonali għandha tkun soġġetta għal rieżami kull tliet snin, jew fil-pront fuq talba lill-awtorità kompetenti għall-użu tal-frekwenza skont il-miżura ta' armonizzazzjoni minn utent prospettiv. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni meħuda kif ukoll bl-eżitu ta' kwalunkwe rieżami, flimkien mar-raġunament tagħhom.

4. Sakemm ma jipprovdux mod ieħor it-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi kollha ta' teknoloġija użati għas-servizzi jew netwerks tal-komunikazzjoni elettronika jkunu jistgħu jintużaw fl-ispettru, tar-radju dikjarati disponibbli għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fil-Pjan ta' Allokazzjoni ta' Frekwenzi Nazzjonali tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal restrizzjonijiet proporzjonati u mhux diskriminatorji fuq it-tipi ta' teknoloġija tan-netwerk tar-radju jew tal-aċċess bla wajer użati għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biss, fejn dan ikun iġġustifikat biex:

(a) tiġi evitata l-interferenza li tagħmel il-ħsara;

  (b) titħares is-saħħa pubblika mill-kampijiet elettromanjetiċi, filwaqt li tingħata l-akbar attenzjoni għar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Nru 1999/519/KE(40);

  (c) tiġi żgurata kwalità teknika ta' servizz;

  (d) jiġi żgurat l-aħjar użu mill-użu kondiviż tal-ispettru tar-radju ▌, skont id-dritt tal-Unjoni;

  (e) ikun issalvagwardjat l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju; jew

  jiġi żgurat li jinkiseb għan ta' interess ġenerali taħt il-paragrafu

5. Sakemm ma jipprovdux mod ieħor fit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi kollha ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jistgħu jkunu provduti fl-ispettru tar-radju u dikjarati disponibbli għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fil-Pjan ta' Allokazzjoni ta' Frekwenzi Nazzjonali tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu restrizzjonijiet proporzjonati u mhux diskriminatorji fuq it-tipi ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li se jkunu pprovduti, inklużi, fejn hu meħtieġ, biex jiġi ssodisfatt rekwiżit skont ir-Regolamenti tal-ITU dwar ir-Radju.

Miżuri li jeħtieġu li jiġi provdut servizz ta' komunikazzjoni elettronika f'medda speċifika disponibbli għal servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jkun ġustifikat sabiex jiġi żgurat is-sodisfazzjon ta' għan ta' interess ġenerali kif definit mill-Istati Membri f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, bħal u mhux limitat għal:

(a) sikurezza tal-ħajja,

  (b) il-promozzjoni ta' koeżjoni soċjali, reġjonali jew territorjali;

  (c) l-evitar ta' użu ineffiċjenti tal-ispettru tar-radju; ▌

  (d) il-promozzjoni ta' diversità kulturali u lingwistika u pluraliżmu tal-media, pereżempju, bil-forniment ta' servizzi ta' xandir bir-radju u bit-televiżjoni.

(da) il-promozzjoni ta' konnettività ta' kwalità għolja tul rotot ewlenin tat-trasport.

Miżura li tipprojbixxi l-provvista ta' kull servizz ieħor ta' komunikazzjoni elettronika f'medda speċifika tista' tiġi prevista biss fejn tkun ġustifikata mill-ħtieġa li jkunu protetti servizzi tas-sikurezza tal-ħajja. L-Istati Membri jistgħu b'eċċezzjoni jestendu wkoll tali miżura sabiex jissodisfaw għanijiet ta' interess ġenerali oħrajn kif iddefinit mill-Unjoni jew mill-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni.

6. L-Istati Membri għandhom jirrevedu regolarment il-ħtieġa tar-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 5, u għandhom jagħmlu r-riżultati ta' dawn ir-reviżjonijiet pubbliċi.

7. Restrizzjonijiet stabbiliti qabel il-25 ta' Mejju 2011 għandhom jikkonformaw mal-paragrafi 4 u 5 sad-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 46

Awtorizzazzjoni tal-użu tal-ispettru tar-radju

1. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu fuq l-iskema l-iktar xierqa rigward l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-ispettru tar-radju sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tal-ispettru tar-radju, inkluż l-użu kondiviż, taħt awtorizzazzjonijiet ġenerali u jillimitaw l-għoti tad-drittijiet individwali tal-użu tal-ispettru tar-radju fejn neċessarju sabiex ▌:

(a)  ▌

(b)  jevitaw jew jipproteġu kontra interferenzi dannużi;

(c)  ▌

(d)  ▌jiżguraw kwalità teknika tal-komunikazzjonijiet jew tas-servizz;

(e)  jissodisfaw għanijiet oħrajn ta' interess ġenerali kif definiti mill-Istati Membri f'konformità mad-dritt Komunitarju.

(ea)  jssalvagwardja l-użu effiċjenti tal-ispettru.

Meta jkun xieraq, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-possibbiltà li jawtorizzaw l-użu tal-ispettru tar-radju bbażat fuq taħlita ta' awtorizzazzjoni ġenerali u tad-drittijiet individwali ta' użu, waqt li jittieħed kont tal-effetti probabbli fuq il-kompetizzjoni, l-innovazzjoni u d-dħul fis-suq ta' taħlitiet differenti u ta' trasferimenti progressivi minn kategorija għal oħra.

–  ▌

–  ▌

–  ▌

–  ▌

L-Istati Membri għandhom inaqqsu kemm jista' jkun ir-restrizzjonijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju billi jittieħed kont sħiħ ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi għall-ġestjoni ta' interferenza dannuża sabiex jiġi impost ir-reġim ta' awtorizzazzjoni l-inqas oneruż possibbli.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli u l-kundizzjonijiet tal-użu kondiviż tal-ispettru tar-radju, fejn huwa applikat l-użu kondiviż, ikunu stabbiliti b'mod ċar u speċifikati b'mod konkret fl-atti ta' awtorizzazzjoni. Tali regoli u kundizzjonijiet għandhom jiffaċilitaw l-użu effiċjenti, il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni u jinkludu kundizzjonijiet ta' aċċess bl-imnut ġusti u mhux diskriminatorji.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni sabiex tispeċifika l-modalitajiet tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jistgħu jehmżu mal-awtorizzazzjonijiet tal-użu tal-ispettru armonizzat tar-radju skont il-paragrafi 1 u 2. Din għandha tadotta dawn il-miżuri skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 110(4). Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati sa [daħħal id-data].

Artikolu 47

Il-kundizzjonijiet mehmuża mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali u mad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jorbtu kundizzjonijiet mad-drittijiet individwali u mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali tal-użu tal-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 13(1) b'tali mod li jiġi żgurat l-aqwa u l-iktar użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju mill-benefiċjarji tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew mid-detenturi tad-drittijiet individwali jew minn kwalunkwe parti terza li magħha jkun sar kummerċ jew lokazzjoni ta' dritt individwali jew ta' parti minnu. Dawn għandhom jiddefinixxu b'mod ċar kwalunkwe kundizzjoni bħal din inkluż il-livell ta' użu meħtieġ u l-possibbiltà ta' kummerċ jew ta' lokazzjoni b'rabta ma' dan l-obbligu sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' dawk il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 30. Fil-każ ta' drittijiet individwali, kwalunkwe tali kundizzjoni għandha tkun definita b'mod ċar qabel l-għoti, iċ-ċessjoni jew it-tiġdid. Il-kundizzjonijiet jistgħu jiġu emendati mill-awtorità kompetenti fir-rieżami ta' nofs it-terminu, jekk dan ikun meħtieġ, biex jinkisbu objettivi ta' interess ġenerali skont l-Artikolu 3. Il-kundizzjonijiet mehmuża mat-tiġdid tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju ma jistgħux jipprovdu vantaġġi indebiti lid-detenturi eżistenti ta' dawk id-drittijiet.

Tali kundizzjonijiet għandhom jispeċifikaw kwalunkwe parametru applikabbli, inkluż il-perjodu tal-użu tad-drittijiet, li f'każ li ma jiġix sodisfat, l-awtorità kompetenti tkun intitolata tirtira d-dritt tal-użu jew timponi miżuri oħra, bħall-użu kondiviż.

Sabiex tiġi mmassimizzata l-effiċjenza tal-ispettru tar-radju, meta tiddetermina l-ammont u t-tip ta' spettru tar-radju li jrid jiġi assenjat, l-awtorità kompetenti għandha tqis b'mod partikolari:

a. il-possibbiltà li l-frekwenzi komplimentari jiġu kkombinati f'proċedura waħda ta' assenjar; u

b. ir-rilevanza tad-daqs tal-blokok tal-ispettru tar-radju jew tal-possibbiltà li jiġu kkombinati tali blokok b'rabta mal-użu possibbli tagħhom, filwaqt li jiġu kkunsidrati b'mod partikolari l-ħtiġijiet tas-sistemi emerġenti ġodda ta' komunikazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw u jinfurmaw lill-partijiet interessati fil-ħin dwar il-kundizzjonijiet mehmuża mad-drittijiet individwali tal-użu u mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali qabel dawn jiġu imposti. Bil-quddiem għandhom jiddeterminaw il-kriterji għall-valutazzjoni tal-issodisfar ta' dawn il-kundizzjonijiet u għandhom jinfurmaw lill-partijiet interessati b'mod trasparenti.

2. Meta jehmżu kundizzjonijiet mad-drittijiet individwali tal-użu tal-ispettru tar-radju, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-kondiviżjoni ta' infrastruttura passiva jew attiva, jew tal-ispettru tar-radju, kif ukoll il-ftehimiet ta' aċċess għal roaming kummerċjali, jew il-varar konġunt ta' infrastrutturi għall-forniment ta' servizzi jew netwerks li jiddependu fuq l-użu tal-ispettru tar-radju, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġi żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispettru tar-radju jew il-promozzjoni tal-kopertura. Il-kundizzjonijiet mehmuża mad-drittijiet tal-użu ma għandhomx jipprevjenu l-kondiviżjoni tal-ispettru tar-radju. L-implimentazzjoni ta' kundizzjonijiet mehmuża skont dan il-paragrafu mill-impriżi għandhom jibqgħu soġġetti għad-dritt tal-kompetizzjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni sabiex tispeċifika l-modalitajiet tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jistgħu jehmżu mal-awtorizzazzjonijiet tal-użu tal-ispettru armonizzat tar-radju skont il-paragrafi 1 u 2, bl-eċċezzjoni tat-tariffi skont l-Artikolu 42.

Fir-rigward tar-rekwiżit ta' kopertura skont il-Parti D tal-Anness I, kwalunkwe miżura ta' implimentazzjoni għandha tkun limitata għall-ispeċifikazzjoni ta' kriterji li jridu jintużaw mill-awtorità kompetenti biex jiġu definiti u mkejla l-obbligi ta' kopertura, filwaqt li jitqiesu s-similaritajiet tal-karatteristiċi ġeografiċi reġjonali sinifikanti, tad-densità tal-popolazzjoni, tal-iżvilupp ekonomiku jew tal-iżvilupp tan-netwerk għal tipi speċifiċi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u għall-evoluzzjoni tad-domanda. Il-miżuri ta' implimentazzjoni ma għandhomx jiġu estiżi għad-definizzjoni ta' obbligi speċifiċi ta' kopertura.

Dawk il-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 110(4), filwaqt li titqies sew kwalunkwe opinjoni tal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati sa [daħħal id-data].

Taqsima 2 Drittijiet għall-użu

Artikolu 48

L-għoti ta' drittijiet individwali tal-użu tal-ispettru tar-radju

1. Fejn huwa meħtieġ li jingħataw drittijiet individwali ta' użi ta' spettru, l-Istati Membri għandhom jagħtu dawk id-drittijiet, meta mitluba, lil kull impriża għall-provvista ta' netwerks jew servizzi taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 12, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 13, 54 u 21(1)(c) u kull regola oħra li tiżgura l-użu effiċjenti ta' dawk ir-riżorsi skont din id-Direttiva.

2. Mingħajr preġudizzju għal kriterji u proċeduri speċifiċi adottati mill-Istati Membri għall-għoti ta' drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju lil fornituri ta' servizzi ta' kontenut għax-xandir fuq ir-radju jew it-televiżjoni bil-għan li jintlaħqu għanijiet ta' interess ġenerali skont id-dritt tal-Unjoni, id-drittijiet ta' użu ta' spettru tar-radju għandhom jingħataw permezz ta' proċeduri miftuħa, oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonali, u, fil-każ tal-frekwenzi tar-radju, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 45.

3. Tista' tapplika eċċezzjoni għall-ħtieġa ta' proċeduri miftuħa f'każijiet fejn l-għoti ta' drittijiet individwali ta' użu għall-ispettru tar-radju lill-fornituri ta' servizzi ta' kontenut għax-xandir fuq ir-radju jew it-televiżjoni huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv ta' interess ġenerali kif definit mill-Unjoni jew mill-Istati Membri f'konformità mad-dritt tal-Unjoni.

4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsidraw applikazzjonijiet għal drittijiet individwali għall-użu għall-ispettru tar-radju fil-kuntest tal-proċeduri tal-għażla skont kriterji ta' eliġibiltà oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji li jiġu stabbiliti minn qabel u li jirriflettu l-kundizzjonijiet li jridu jintrabtu ma' dawn id-drittijiet. Dawn għandhom ikunu kapaċi li jitolbu l-informazzjoni neċessarja mill-applikanti biex jivvalutaw, abbażi tal-kriterji imsemmija, l-abbiltà tal-applikanti jikkonformaw mal-kundizzjonijiet. Meta abbażi tal-valutazzjoni, l-awtorità tikkonkludi li l-applikant ma għandux l-abbiltà meħtieġa, din għandha tagħti deċiżjoni motivata b'mod xieraq dwarha.

5. Meta jagħtu d-drittijiet ta' użu, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw jekk dawk id-drittijiet jistgħux ikunu ttrasferiti jew mikrija mid-detentur tad-drittijiet, u taħt liema kundizzjonijiet. Fil-każ tal-spettru tar-radju, tali dispożizzjoni għandha tkun skont l-Artikoli 45 u 51 ta' din id-Direttiva

6. Id-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' drittijiet ta' użu għandhom jittieħdu, ikunu kkomunikati u magħmula pubbliċi malajr kemm jista' jkun wara li tkun waslet l-applikazzjoni kompluta għand l-awtorità regolatorja nazzjonali, fi żmien sitt ġimgħat fil-każ tal-ispettru tar-radju dikjarat disponibbli għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fil-pjan nazzjonali tagħhom għall-frekwenzi. Dan il-limitu ta' żmien għandu jkun bla ħsara għal kull ftehim internazzjonali li jkun japplika u li jkun relatat mal-użu tal-ispettru tar-radju jew ta' pożizzjonijiet orbitali.

Artikolu 49

It-tul taż-żmien tad-drittijiet

1. Fejn Stati Membri jawtorizzaw l-użu tal-ispettru tar-radju permezz ta' drittijiet individwali ta' użu għal perijodu ta' żmien limitat dawn għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjoni tingħata għal perjodu li hu adattat, fid-dawl tal-objettiv segwit, u jitqies b'mod xieraq il-bżonn li tiġi żgurata l-kompetizzjoni kif ukoll l-użu effettiv u effiċjenti u li jiġu promossi investimenti effiċjenti, inklużi, billi jingħata lok għal perjodu xieraq għall-amortizzazzjoni ta' investiment, u għall-innovazzjoni.

2. Meta l-Istati Membri jagħtu drittijiet tal-użu tal-ispettru armonizzat tar-radju għal perjodu limitat ta' żmien, dawk id-drittijiet tal-użu tal-ispettru armonizzat tar-radju għandhom, soġġetti għall-Artikolu 47, ikunu validi għal tul ta' żmien ta' minn tal-inqas 25 sena, soġġetti għal valutazzjoni ta' nofs it-terminu mhux aktar tard minn 10 snin wara l-għoti tad-drittijiet għall-użu, għajr fil-każ ta' drittijiet temporanji, l-estensjoni temporanja tad-drittijiet skont il-paragrafu 3 u d-drittijiet tal-użu sekondarju fil-frekwenzi armonizzati.

Id-drittijiet għall-użu jistgħu jiġu revokati u aġġustati mill-Istati Membri skont il-valutazzjoni ta' nofs it-terminu jekk tali drittijiet jipprevjenu:

(a)  li jiġi żgurat l-użu effikaċi u effiċjenti tal-ispettru tar-radju b'mod partikolari fid-dawl tal-evoluzzjonijiet teknoloġiċi u tas-suq;

(b)  li jiġi mfittex objettiv ta' interess ġenerali, bħall-kisba tal-miri tal-konnettività tal-Unjoni, jew

(c)  l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispettru tar-radju għall-ordni pubblika, skopijiet ta' sigurtà pubblika jew difiża.

Id-drittijiet ta' użu jistgħu jiġu revokati biss wara perjodu tranżitorju.

3. L-Istati Membri jistgħu jestendu d-durata tad-drittijiet tal-użu għal perjodu qasir ta' żmien biex jiżguraw l-iskadenza simultanja tad-drittijiet f'waħda mill-baned jew f'diversi minnhom.

Artikolu 50

It-tiġdid tad-drittijiet

1. Mingħajr preġudizzju għal klawżoli ta' tiġdid applikabbli għal drittijiet eżistenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw it-tiġdid tad-drittijiet individwali tal-użu eżistenti tal-ispettru armonizzat tar-radju fuq l-inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tad-detentur tad-dritt ▌.

2. ▌

3. Meta jikkunsidraw it-tiġdid possibbli tad-drittijiet individwali tal-użu tal-ispettru tar-radju armonizzat, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a) jagħtu lill-partijiet interessati kollha, inklużi l-utenti u l-konsumaturi, l-opportunità li jesprimu fehmiethom permezz ta' konsultazzjoni pubblika f'konformità mal-Artikolu 23; u

(b) iqisu l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

i.  it-twettiq tal-għanijiet tal-Artikoli 3, 45(2) u 48(2), kif ukoll tal-għanijiet ta' ordni pubbliku skont id-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni;

ii.  l-implimentazzjoni ta' miżura adottata skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE;

iii.  ir-rieżami tal-implimentazzjoni xierqa tal-kundizzjonijiet mehmuża mad-dritt ikkonċernat;

iv.  il-ħtieġa li tiġi promossa, jew li tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 52;

v.  l-użu tal-ispettru tar-radju jsir iktar effiċjenti fid-dawl tal-evoluzzjoni teknoloġika jew tas-suq;

vi.  il-ħtieġa li jiġi evitat tfixkil gravi fis-servizz;

vii.  l-eżistenza tad-domanda tas-suq minn impriżi oħra apparti dawk li jkollhom id-drittijiet tal-użu tal-ispettru fil-medda ta' frekwenzi kkonċernata;

viii.  il-ħtieġa li jiġi limitat in-numru ta' drittijiet f'konformità mal-Artikolu 46.

Mill-inqas 3 snin qabel l-iskadenza tad-drittijiet involuti, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk għandhiex iġġedded id-drittijiet eżistenti, fuq il-bażi tal-eżitu tal-konsultazzjoni pubblika u r-reviżjoni tal-kunsiderazzjonijiet skont is-subparagrafu 3(b) u għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha kif ikun xieraq.

Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li d-drittijiet tal-ispettru m'għandhomx jiġu mġedda, u li l-għadd ta' drittijiet għandu jkun limitat, l-awtorità kompetenti għandha tagħti drittijiet skont l-Artikolu 54.

Artikolu 51

Trasferiment jew kiri tad-drittijiet individwali tal-użu tal-ispettru tar-radju

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jistgħu jittrasferixxu jew jikru lil impriżi oħra ▌d-drittijiet individwali tal-użu tal-ispettru tar-radju▌.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intenzjoni tal-impriża li tittrasferixxi d-drittijiet għall-użu għall-ispettru, tar-radju, kif ukoll it-trasferiment effettiv ta' dawn tkun innotifikata skont proċeduri nazzjonali lill-awtorità regolatorja nazzjonali u lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-assenjazzjoni ta' drittijiet individwali ta' użu u tkun ippubblikata permezz ta' entrata fir-reġistru miżmum skont il-paragrafu 3. Meta l-użu tal-ispettru tar-radju jkun ġie armonizzat permezz tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) jew ta' miżuri oħra tal-Unjoni, kull trasferiment bħal dan għandu jkun konformi ma' dan l-użu armonizzat.

3. L-Istati Membri għandhom jippermettu t-trasferiment jew il-lokazzjoni tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju meta jinżammu l-kundizzjonijiet oriġinali marbuta mad-drittijiet tal-użu. Mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jiġi żgurat in-nuqqas ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni, b'mod partikolari skont l-Artikolu 52 ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri:

(a)  Għandhom jissottomettu t-trasferimenti u l-lokazzjonijiet għall-proċedura li tkun l-inqas skabruża possibbli;

(b)  Ma għandhomx jirrifjutaw il-lokazzjoni tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju meta l-lokatur jimpenja ruħu li jibqa' responsabbli għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet oriġinali mehmuża mad-drittijiet tal-użu;

(c)  Ma għandhomx jirrifjutaw it-trasferiment ta' drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju sakemm ma jkunx hemm riskju ċar li d-detentur il-ġdid ma jkunx jista' jissodisfa l-kundizzjonijiet oriġinali tad-dritt tal-użu;

(ca)  Ma għandhomx jiirrifjutaw it-trasferiment jew lokazzjoni lil detentur eżistenti ta' drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju.

Kwalunkwe miżata amministrattiva imposta fuq l-impriżi fil-kuntest tal-ipproċessar ta' applikazzjoni għat-trasferiment jew il-lokazzjoni tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju għandha, bħala total, tkopri biss l-ispejjeż amministrattivi, inklużi l-passi anċillari neċessarji, involuti fl-ipproċessar tal-applikazzjoni, u li tkun konformi mal-Artikolu 16.

Il-punti (a) sa (ca) huma mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jinfurzaw il-konformità mal-kundizzjonijiet mehmuża mad-drittijiet tal-użu fi kwalunkwe żmien, kemm fir-rigward tal-lokatur kif ukoll tal-lokatarju, skont id-dritt nazzjonali tagħhom.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffaċilitaw it-trasferiment jew il-lokazzjoni tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju billi jagħtu kunsiderazzjoni f'waqtha lil kwalunkwe talba biex jiġu adattati l-kundizzjonijiet mehmuża mad-dritt u billi jiġi żgurat li d-drittijiet jew l-ispettru tar-radju mehmuża magħhom ikunu jistgħu jinqasmu jew jiġu diżaggregati bl-aqwa mod possibbli.

Fid-dawl ta' kwalunkwe trasferiment jew lokazzjoni tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju, meta jinħolqu d-drittijiet l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu d-dettalji kollha relatati mad-drittijiet individwali kummerċjabbli f'format elettroniku standardizzat biex ikunu disponibbli għall-pubbliku u għandhom iżommu dawk id-dettalji kurrenti sakemm jibqgħu jeżistu d-drittijiet.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri implimentattivi addattati biex tidentifika l-meded li għalihom id-drittijiet għall-użu għall-frekwenzi tar-radju jistgħu jkunu ttrasferiti jew mikrija bejn l-impriżi. Dawn il-miżuri m'għandhomx ikopru frekwenzi li jintużaw għax-xandir.

Dawn il-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 110(4). Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati sa [daħħal id-data].

Artikolu 52

Kompetizzjoni

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippromwovu kompetizzjoni effettiva u jevitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern meta jiddeċiedu dwar l-għoti, l-emendar jew it-tiġdid tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju għas-servizzi u għan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f'konformità ma' din id-Direttiva.

2. Meta l-Istati Membri jagħtu, jemendaw jew iġeddu d-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom, waqt li jagħtu l-akbar kont tal-linji gwida dwar l-analiżi tas-suq u l-istima tas-saħħa sinifikanti tas-suq ippubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 62(2), iwettqu valutazzjoni oġġettiva u li tħares 'il quddiem tal-kundizzjonijiet kompetittivi tas-suq, u għandhom jieħdu waħda mill-miżuri stabbiliti fil-punti (a) sa (e) biss, fejn tali miżura hija meħtieġa biex tinżamm jew tinkiseb kompetizzjoni effettiva:

(a)  jillimitaw l-ammont ta' spettru tar-radju li għalih jingħataw drittijiet tal-użu lil kwalunkwe impriża, jew, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, jehmżu kundizzjonijiet ma' tali drittijiet tal-użu, bħall-forniment ta' aċċess għall-operaturi, ir-roaming nazzjonali jew reġjonali, f'ċerti frekwenzi jew f'ċerti gruppi ta' frekwenzi b'karatteristiċi simili;

(b)  li jirriżervaw, jekk ikun adatt fir-rigward tal-qagħda fis-suq nazzjonali, ċerta parti minn banda jew grupp ta' baned ta' frekwenza biex tiġi assenjata lil utenti ġodda;

(c)  li jirrifjutaw li jagħtu drittijiet ġodda tal-użu tal-ispettru tar-radju jew jippermettu użi ġodda tal-ispettru tar-radju f'ċerti baned, jew jorbtu kundizzjonijiet mal-għoti ta' drittijiet tal-użi ġodda tal-ispettru jew mal-awtorizzazzjoni tal-użi tal-ispettru tar-radju ġodda, sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni minn kwalunkwe assenjazzjoni, trasferiment jew akkumulazzjoni ta' drittijiet tal-użu;

(d)  li jipprojbixxu jew jimponu kundizzjonijiet fuq trasferimenti ta' drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju, li ma jkunux soġġetti għall-kontroll tal-amalgamazzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni, fejn dawn it-tipi tat-trasferimenti x'aktarx jirriżultaw fi ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni;

(e)  li jemendaw id-drittijiet eżistenti f'konformità ma' din id-Direttiva fejn dan ikun meħtieġ sabiex tiġi rrimedjata ex-post id-distorsjoni tal-kompetizzjoni minn kwalunkwe trasferiment jew akkumulazzjoni ta' drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju.

3. Meta japplikaw il-paragrafu 2, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaġixxu f'konformità mal-proċeduri stipulati fl-Artikoli 18, 19, 23 u 35 ta' din id-Direttiva.

Taqsima 3 proċeduri

Artikolu 53

Għażla ta' żmien kkoordinat tal-assenjar

Sabiex jiġi żgurat użu effiċjenti u kkoordinat tal-ispettru armonizzat tar-radju fl-Unjoni u filwaqt li tqis sew is-sitwazzjonijiet differenti tas-swieq nazzjonali, bħala miżura ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha:

(a)  tistabbilixxi data massima komuni, jew meta jkun xieraq diversi dati massimi komuni, li permezz tagħha/tagħhom l-użu tal-frekwenzi speċifiċi tal-ispettru armonizzat tar-radju għandu jiġi awtorizzat;

(b)  meta jkun neċessarju biex tiġi żgurata l-effettività tal-koordinazzjoni, tadotta kwalunkwe miżura tranżizzjonali fir-rigward tat-tul ta' żmien tad-drittijiet skont l-Artikolu 49, bħal pereżempju estensjoni jew tnaqqis tat-tul ta' żmien tagħhom, sabiex jiġu adattati d-drittijiet jew l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal tali data armonizzata.

Dawk il-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 110(4), filwaqt li titqies sew l-opinjoni tal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati sa [daħħal id-data].

Artikolu 54

Proċedura biex jiġi limitat in-numru ta' drittijiet ta' użu li għandhom jingħataw għall-frekwenzi tar-radju

1. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe att ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 53, fejn Stat Membru jikkonkludi li dritt għall-użu tal-ispettru tar-radju ma jistax jingħata skont l-Artikolu 46 u meta jikkunsidra jekk jillimitax in-numru tad-drittijiet għall-użu li jridu jingħataw għall-ispettru tar-radju, għandu inter alia:

  (a) b'mod ċar jiddikjara r-raġunijiet għala d-drittijiet tal-użu ġew limitati, b'mod partikolari billi jieħu kont debitu tal-ħtieġa li jimmasimizza l-benefiċċji għall-utenti u li jiffaċilita l-iżvilupp tal-kompetizzjoni, u jirrevedi l-limitazzjoni kif xieraq jew fuq it-talba raġonevoli tal-impriżi affettwati;

  (b) jagħti lill-partijiet kollha interessati, inklużi utenti u konsumaturi, l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar kull limitazzjoni permezz ta' konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 23. F'każ tal-ispettru armonizzat tar-radju, din il-konsultazzjoni pubblika għandha tibda fi żmien sitt xhur tal-adozzjoni tal-miżura ta' implimentazzjoni skont id-Deċiżjoni 676/2002/KE sakemm m'hemmx raġunijiet tekniċi fihom li jeħtieġu data ta' skadenza itwal;

2. Meta Stat Membru jikkonkludi li l-għadd ta' drittijiet tal-użu għandu jiġi limitat, dan għandu jiddefinixxi u jiġġustifika b'mod ċar l-għanijiet li prova jilħaq bil-proċedura tal-għażla, u meta jkun possibbli għandu jikkwantifikahom, filwaqt li jagħti l-importanza mistħoqqa għall-ħtieġa li jiġu ssodisfati l-għanijiet tas-suq nazzjonali u intern. L-għanijiet li l-Istat Membru jista' jistabbilixxi bil-ħsieb li titfassal proċedura speċifika tal-għażla għandha tkun limitata għal waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:

(a) il-promozzjoni tal-kopertura;

(b) il-kwalità meħtieġa tas-servizz;

(c) il-promozzjoni tal-kompetizzjoni;

(d) il-promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp tan-negozju; u

(e) jiġi żgurat li t-tariffi jippromwovu l-użu ottimali tal-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 42;

L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiddefinixxi u tiġġustifika b'mod ċar is-selezzjoni tal-proċedura tal-għażla, inkluż kwalunkwe fażi preliminari biex ikun hemm aċċess għall-proċedura tal-għażla. Din għandha wkoll tiddikjara b'mod ċar l-eżitu ta' kwalunkwe valutazzjoni relatata tas-sitwazzjoni kompetittiva, teknika u ekonomika tas-suq u għandha tipprovdi r-raġunijiet għall-użu u għas-selezzjoni possibbli ta' miżuri skont l-Artikolu 35.

3. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw kull deċiżjoni dwar l-proċedura tal-għażla magħżula u l-elementi marbuta, b'mod ċar waqt li jagħti r-raġunijiet għal dan u kif ħa inkonsiderazzjoni l-miżura adottata mill-awtorità regolatorja nazzjonali skont l-Artikolu 35. Dan għandu jippubblika wkoll l-kundizzjonijiet li se jintrabtu mad-drittijiet tal-użu.

4. Wara li jkunu stabbilixxa l-proċedura, l-Istat Membru għandu jistieden applikazzjonijiet għad-drittijiet ta' użu.

5. Fejn Stat Membru jikkonkludi li aktar drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju jew kumbinazzjoni ta' tipi differenti ta' drittijiet jistgħu jingħataw, filwaqt li jittieħed kont tal-metodi avvanzati għall-protezzjoni kontra l-interferenzi dannużi, għandu jippubblika dik il-konklużjoni u jibda' l-proċess għall-għoti ta' dawk id-drittijiet.

6. Fejn l-għoti ta' drittijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju jeħtieġ li ma jkunx limitat, l-Istati Membri għandhom jagħtu dawn id-drittijiet fuq il-bażi tal-kriterji tal-għażla u proċedura determinata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont l-Artikolu 35, li jridu jkunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji. Kull wieħed minn dawn il-kriterji tal-għażla jrid jagħti l-importanza li tistħoqq lill-kisba tal-għanijiet u r-rekwiżiti li jidhru fl-Artikoli 3, 4, 28 u 45.

7. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kriterji sabiex tikkordina l-implimentazzjoni tal-obbligi skont il-paragrafi 1 sa 3 mill-Istati Membri. Il-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 110(4) u jieħdu l-aħjar kont tal-opinjoni tal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati sa [daħħal id-data].

8. Fejn proċeduri ta' għażla kompetittivi jew komparattivi għandhom jintużaw, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perjodu massimu ta' sitt ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 48(6) sakemm ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat li dawk il-proċeduri jkunu ġusti, raġonevoli, miftuħa u trasparenti għall-partijiet kollha nteressati, iżda b'mhux aktar minn tmien xhur, suġġett għal kwalunkwe skeda ta' żmien speċifika stabbilita skont l-Artikolu 53.

Dawn il-termini ta' żmien għandhom ikunu bla preġudizzju għal kull ftehim internazzjonali applikabbli li jirrelata mal-użu tal-ispettru tar-radju u l-koordinazzjoni tas-satelliti.

9. Dan Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għat-trasferiment tad-drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 51 ta' din i d-Direttiva.

KAPITOLU III

L-INTRODUZZJONI U L-UŻU TAT-TAGĦMIR TAN-NETWERK BLA FIL

Artikolu 55

L-aċċess għan-netwerks taż-żona lokali bir-radju

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu l-forniment tal-aċċess għan-netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni permezz tan-netwerks tal-aċċess lokali bir-radju kif ukoll l-użu tal-ispettru armonizzat tar-radju għal dak il-forniment, soġġett biss għall-kundizzjonijiet applikabbli tal-awtorizzazzjoni ġenerali.

Meta dak il-forniment ma jkunx ta' natura kummerċjali jew ikun anċillari għal attività kummerċjali oħra jew għal servizz pubbliku ieħor li ma jiddependix fuq it-twassil tas-sinjali f'dawk in-netwerks, kwalunkwe impriża, awtorità pubblika jew utent finali li jipprovdi tali aċċess ma għandux ikun soġġett għal xi awtorizzazzjoni ġenerali għall-forniment tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi skont l-Artikolu 12, għal xi obbligi fir-rigward tad-drittijiet tal-utenti finali skont it-Titolu III tal-Parti III ta' din id-Direttiva u lanqas għal xi obbligi ta' interkonnessjoni tan-netwerks tagħhom skont l-Artikolu 59(1).

1a. F'kwalunkwe każ, japplika l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2000/31/KE.

2. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jipprevjenu lill-fornituri tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet jew lis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament milli jippermettu lill-pubbliku l-aċċess għan-netwerks tagħhom permezz ta' netwerks taż-żona lokali bir-radju, li jaf jinsabu fi stabbiliment ta' utent finali, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet applikabbli tal-awtorizzazzjoni ġenerali u għall-ftehim infurmat minn qabel tal-utent finali.

3. F'konformità b'mod partikolari mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,(41) l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-fornituri tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament ma jirrestrinġux unilateralment:

a) id-dritt tal-utenti finali li jkollhom aċċess għan-netwerks taż-żona lokali bir-radju li jagħżlu huma u li jipprovdu partijiet terzi;

b) id-dritt tal-utenti finali li b'mod reċiproku jew b'mod iktar ġenerali jkollhom aċċess għan-netwerks ta' tali fornituri minn utenti finali oħra permezz ta' netwerks taż-żona lokali bir-radju, inkluż abbażi ta' inizjattivi ta' partijiet terzi li jaggregaw u jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku n-netwerks taż-żona lokali bir-radju ta' utenti finali differenti.

Għal dak l-iskop, il-fornituri tan-netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni jew is-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament għandhom jagħmlu disponibbli u joffru b'mod attiv, ċar u trasparenti, prodotti jew offerti speċifiċi li jippermettu lill-utenti finali tagħhom jipprovdu l-aċċess lil partijiet terzi permezz ta' netwerk taż-żona lokali bir-radju.

4. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jirrestrinġu d-dritt tal-utenti finali li b'mod reċiproku jew b'mod iktar ġenerali jkollhom aċċess għan-netwerks tagħhom taż-żona lokali bir-radju minn utenti finali oħra, inkluż abbażi ta' inizjattivi ta' partijiet terzi li jaggregaw u jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku n-netwerks taż-żona lokali bir-radju ta' utenti finali differenti.

5. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jirrestrinġu l-forniment tal-aċċess lill-pubbliku għan-netwerks taż-żona lokali bir-radju:

(a) mill-awtoritajiet pubbliċi fl-istabbiliment okkupat minn tali awtoritajiet pubbliċi jew biżwitu, meta dak il-forniment ikun anċillari għas-servizzi pubbliċi pprovduti f'dak l-istabbiliment;

(b) mill-inizjattivi ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi jew ta' awtoritajiet pubbliċi li jaggregaw u jagħmlu aċċessibbli b'mod reċiproku jew b'mod iktar ġenerali n-netwerks taż-żona lokali bir-radju ta' utenti finali differenti, inklużi meta jkun applikabbli, in-netwerks taż-żona lokali bir-radju li għalihom jiġi pprovdut l-aċċess pubbliku f'konformità mal-punt (a).

Artikolu 56

L-introduzzjoni u t-tħaddim tal-punti ta' aċċess bla fil ta' portata limitata

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu l-introduzzjoni, il-konnessjoni u t-tħaddim ta' punti ta' aċċess bla fil ta' portata limitata li ma jagħtux fl-għajn skont ir-reġim tal-awtorizzazzjoni ġenerali u ma għandhomx jirrestrinġu bla bżonn tali varar, konnessjoni u tħaddim b'permessi individwali tal-ippjanar tal-ibliet jew bi kwalunkwe mod ieħor, kull meta dan l-użu jkun konformi mal-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 2. Il-punti ta' aċċess bla fil ta' portata limitata ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi tariffi jew imposti li jmorru lil hinn mill-imposta amministrattiva li tista' tkun assoċjata mal-awtorizzazzjoni ġenerali skont l-Artikolu 16.

Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għal ir-reġim tal-awtorizzazzjoni għall-ispettru tar-radju li ntuża għat-tħaddim tal-punti ta' aċċess bla fil ta' portata limitata.

2. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-reġim tal-awtorizzazzjoni ġenerali għall-varar, għall-konnessjoni u għat-tħaddim tal-punti ta' aċċess bla fil ta' portata limitata, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tispeċifika karatteristiċi tekniċi għad-disinn, għall-introduzzjoni u għat-tħaddim tal-punti ta' aċċess bla fil ta' portata limitata, li minn tal-inqas għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/35/UE(42) u jqisu l-livelli limitu definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill Nru 1999/519/KE.(43) Il-Kummissjoni għandha tispeċifika dawk il-karatteristiċi tekniċi b'referenza għall-karatteristiċi massimi elettromanjetiċi, tad-daqs u tal-qawwa, kif ukoll għall-impatt viżiv tal-punti varati ta' aċċess bla fil ta' portata limitata. Il-konformità mal-karatteristiċi speċifikati għandha tiżgura li l-punti ta' aċċess bla fil ta' portata limitata ma jagħtux fl-għajn meta jintużaw f'kuntesti lokali differenti.

Il-karatteristiċi tekniċi speċifikati sabiex l-introduzzjoni, il-konnessjoni u t-tħaddim tal-punti ta' aċċess bla fil ta' żona żgħira jibbenefikaw mill-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2014/53/UE.(44)

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 110(4).

2a. L-Istati Membri għandhom, filwaqt li japplikaw, fejn meħtieġ, il-proċeduri rilevanti adottati b'mod konformi mad-Direttiva 2014/61, jiżguraw li l-operaturi jkollhom id-dritt li jaċċessaw kull infrastruttura fiżika kkontrollata mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali jew lokali, li hija teknikament adattata biex tospita punti tal-aċċess bla fili għal żoni żgħar jew li tkun meħtieġa biex jgħaqqdu tali punti ta' aċċess ma' netwerk ta' bażi (backbone netwerk), inkluż it-tagħmir tat-toroq, bħalma huma l-arbli tad-dawl, is-sinjali tat-toroq, id-dwal tat-traffiku, il-kartelluni, il-waqfiet tax-xarabank u tat-tramm, u l-istazzjonijiet tal-metro. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jissodisfaw it-talbiet raġonevoli kollha għal aċċess fuq termini u kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji, li għandhom jiġu ppubblikati b'mod trasparenti f'punt ċentrali ta' aċċess. Kwalunkwe imposta finanzjarja għandha tirrifletti biss l-ispejjeż sostnuti mill-awtorità pubblika mill-forniment ta' tali aċċess.

Artikolu 56a

Ir-regolamenti tekniċi dwar il-kampijiet elettromanjetiċi

Il-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 2015/1535 (UE) għandhom japplikaw fir-rigward ta' kwalunkwe abbozz ta' miżura tal-Istati Membri li timponi rekwiżiti aktar stretti fir-rigward ta' kampi elettromanjetiċi għajr dawk previsti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill Nru 1999/519/KE.

Titolu II: Aċċess

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI, PRINĊIPJI TA' AĊĊESS

Artikolu 57

Qafas ġenerali għall-aċċess u l-interkonnessjoni

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm ebda restrizzjonijiet li jipprevjenu impriżi fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri differenti milli jinnegozjaw bejniethom ftehim jew arranġamenti tekniċi u kummerċjali għall-aċċess u/jew interkonnessjoni, skont id-dritt tal-Unjoni. L-impriża li titlob aċċess jew interkonnessjoni ma għandhiex il-ħtieġa li tkun awtorizzata li topera fl-Istat Membru fejn l-aċċess jew l-interkonnessjoni tintalab, jekk ma tkunx qed tforni servizzi jew ma tkunx topera netwerk f'dak l-Istat Membru.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 106, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu fis-seħħ miżuri legali jew amministrattivi li jobbligaw lill-operaturi, meta jagħtu aċċess jew interkonnessjoni, li joffru termini u kundizzjonijiet differenti lil impriżi differenti għal servizzi ekwivalenti u/jew jimponu obbligi li m'humiex relatati mal-aċċess u servizzi ta' interkonnessjoni attwalment fornuti mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I li jinsab f'din id-Direttiva 2.

Artikolu 58

Drittijiet u obbligi għall-impriżi

1. L-operaturi tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni għandhom ikollhom id-dritt u, meta jintalbu minn impriżi oħra li jkunu awtorizzati biex jagħmlu dan skont l-Artikolu 15 ta' din id-Direttiva, l-obbligu li jinnegozjaw l-ikkonnettjar ta' netwerk ma' ieħor bl-iskop li jipprovdu s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku, sabiex jiżguraw il-provvista u l-interoperabbiltà tas-servizzi mal-Unjoni kollha. L-operaturi għandhom joffru aċċess u interkonnessjoni lill-impriżi oħra fuq termini u kundizzjonijiet konsistenti ma l-obbligi imposti mill-awtorità regolatorja nazzjonali skont l-Artikoli 59, 60 u 66.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21 ta' din id-Direttiva 2002/20/KE, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li impriżi li jakkwistaw informazzjoni minn impriża oħra qabel, matul jew wara l-proċess tan-negozjar tal-arranġamenti għall-aċċess jew interkonnessjoni jużaw dik l-informazzjoni unikament għall-għan li għalih kienet provduta u li jirrispettaw f'kull waqt il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni trażmessa jew maħżuna. L-informazzjoni riċevuta m'għandiex tkun mgħoddija lil xi parti oħra, b'mod partikolari dipartimenti oħra, sussidjarji jew sħab, li għalihom dik l-informazzjoni tista' tipprovdi vantaġġ kompetittiv.

2a. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li n-negozjati jitmexxew permezz ta' intermedjarji newtrali meta l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu jirrikjedu dan.

KAPITOLU II

AĊĊESS U INTERKONNESSJONI

Artikolu 59

Setgħat u responsabbiltajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fir-rigward ta' aċċess u interkonnessjoni

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, waqt li jaġixxu biex jilħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, inkluż il-pluraliżmu fil-media u d-diversità kulturali, iħeġġu u fejn xieraq jiżguraw, skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, aċċess u interkonnessjoni adegwati, u interoperabbiltà ta' servizzi, waqt li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tagħhom b'mod li jippromwovi l-effiċjenza, il-kompetizzjoni sostenibbli, l-introduzzjoni ta' netwerks ta' kapaċità għolja ħafna, l-investiment u l-innovazzjoni effiċjenti, u jagħtu l-benefiċċju massimu lill-utenti finali. Dawn għandhom jipprovdu gwida u jippubblikaw l-proċeduri applikabbli biex jinkiseb l-aċċess u l-interkonnessjoni biex jiġi żgurat li l-impriżi żgħar u daqs medju u operaturi b'firxa ġeografika limitata jistgħu jibbenefikaw mill-obbligi imposti.

B'mod partikolari, mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jistgħu jittieħdu fir-rigward ta' impriżi b'saħħa sinifikanti fis-suq skont l-Artikolu 66, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jimponu fost l-oħrajn, mingħajr ma jiddgħajfu l-istandards tas-sigurtà:

  (a) sal-limitu li huwa meħtieġ biex tiġi żgurata konnettività tarf sa tarf, obbligi fuq dawk l-impriżi li huma suġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali, ħlief servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numru, u li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali, inkluż f'każi ġustifikati l-obbligu li jagħmlu interkonnessjoni tan-netwerk tagħhom fejn dan ma jkunx diġà l-każ;

  (b) f'każijiet iġġustifikati u sal-punt li jkun neċessarju, obbligi fuq l-impriżi li huma suġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali, ħlief servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numru, u li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali biex jagħmlu s-servizzi tagħhom interoperabbli;

(c) f'każijiet iġġustifikati, fejn il-portata, il-kopertura, il-kwalità tas-servizz u l-użu mill-utenti jikkorrispondu ma' dawk ta' servizzi bbażati fuq in-numri u fejn strettament neċessarju sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-konnettività minn tarf sa tarf bejn l-utenti finali, obbligi fuq kategoriji ta' fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali independenti min-numru sabiex jagħmlu s-servizzi tagħhom interoperabbli;

(d) sal-limitu li huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-aċċessibilità għall-utenti finali għal servizzi tar-radju diġitali u x-xandir tat-televiżjoni u s-servizzi komplementari relatati speċifikati mill-Istat Membru, obbligi fuq l-operaturi li jipprovdu aċċess għall-faċilitajiet l-oħra msemmija fl-Anness II, it-Taqsima II dwar kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji.

L-obbligi msemmija fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu jistgħu jiġu imposti biss:

(i) skont kemm ikun neċessarju biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali u jistgħu jinkludu obbligi proporzjonati fuq il-fornitur ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali għall-pubblikazzjoni u l-awtorizzazzjoni tal-użu, il-modifika u d-distribuzzjoni mill-ġdid ta' kull informazzjoni rilevanti jew obbligu tal-użu jew għall-implimentazzjoni ta' standards jew speċifikazzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 39(1) jew ta' kwalunkwe standard Ewropew jew internazzjonali rilevanti ieħor; u

(ii) meta l-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-BEREC u billi tieħu l-akbar kont tal-opinjoni tiegħu, tkun sabet li jkun hemm theddida konsiderevoli ▌għall-konnettività minn tarf sa tarf ▌ fl-Unjoni Ewropea kollha u tkun adottat miżuri ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw in-natura u l-kamp ta' applikazzjoni ta' kwalunkwe obbligu li jaf timponi, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 110(4). L-Istati Membri m'għandhomx jimponu obbligi fir-rigward tan-natura u l-kamp ta' applikazzjoni ta' kwalunkwe obbligu li jmur lil hinn minn dawk il-miżuri ta' implimentazzjoni.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 59(1), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimponu obbligi sabiex jintlaqgħu talbiet raġonevoli għal aċċess għall-wajers u għall-kejbils fil-bini jew sal-ewwel punt ta' konċentrazzjoni jew ta' distribuzzjoni meta dak il-punt ikun jinsab barra l-bini, fuq is-sidien ta' tali wajers u kejbils jew fuq l-impriżi li jkollhom id-dritt jużaw tali wajers u kejbils, meta dan ikun iġġustifikat għal raġunijiet li r-replikazzjoni ta' tali elementi tan-netwerk ma tkunx effiċjenti ekonomikament jew prattikabbli fiżikament, u fejn l-aċċess għal tali elementi huwa meħtieġ biex tiġi promossa l-kompetizzjoni sostenibbli. Il-kundizzjonijiet imposti tal-aċċess għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorju, proporzjonati, konsistenti mad-Direttiva 2014/61, u jistgħu jinkludu regoli speċifiċi dwar l-aċċess, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni u dwar it-tqassim tal-kostijiet tal-aċċess, billi jitqiesu l-fatturi ta' riskju.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jestendu l-impożizzjoni ta' tali obbligi tal-aċċess għal dawk is-sidien jew impriżi, b'termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, lil hinn mill-ewwel punt ta' konċentrazzjoni jew ta' distribuzzjoni għal punt ta' konċentrazzjoni li jkun kemm jista' jkun qrib l-utenti finali, sal-limitu strettament neċessarju biex jiġu indirizzati ostakli ekonomiċi jew fiżiċi insormontabbli għar-replikazzjoni f'żoni b'densità tal-popolazzjoni li tkun iktar baxxa.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma għandhomx jimponu obbligi f'konformità mat-tieni subparagrafu meta:

(a) mezz alternattiv vijabbli ta' aċċess għall-utenti finali, xieraq għall-forniment ta' netwerks ta' kapaċità għolja ħafna, jiġi offrut mill-operatur ta' netwerk, dment li tali aċċess huwa offrut fuq termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli; jew

(b) fil-każ ta' elementi tan-netwerk li jkunu ġew varati reċentement, b'mod partikolari bi proġetti lokali iżgħar, fejn l-għoti ta' dak l-aċċess ikun jikkomprometti l-vijabbiltà ekonomika jew finanzjarja tal-varar tagħhom.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħa li jimponu, fuq l-impriżi li jipprovdu jew li jkunu awtorizzati li jipprovdu netwerks ta' komunikazzjoni elettronika, obbligi rigward il-kondiviżjoni tal-infrastruttura passiva ▌jew obbligi biex jiġu konklużi ftehimiet ta' aċċess għal roaming lokalizzat għall-provvista ta' netwerks b'kapaċità kbira ħafna, fiż-żewġ każijiet jekk neċessarju b'mod dirett għall-forniment lokali ta' servizzi li jiddependu fuq l-użu tal-ispettru tar-radju, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, u sakemm ma jkunux disponibbli mezzi alternattivi u vijabbli ta' aċċess għall-utenti finali għal kwalunkwe impriża, fuq termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi bħal dawn sakemm din il-possibbiltà tkun ġiet prevista b'mod ċar meta jingħataw id-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju u biss jekk dan ikun ġustifikat minn raġunijiet li, fil-qasam suġġett għal tali obbligi, l-użu tal-infrastruttura mmexxija mis-suq għall-provvista ta' servizzi jew netwerks li jiddependu fuq l-użu tal-ispettru tar-radju huwa suġġett għal ostakli fiżiċi jew ekonomiċi li ma jistgħux jingħelbu u għalhekk l-aċċess għal netwerks jew servizzi mill-utenti finali huwa severament defiċjenti jew ineżistenti. F'dawn iċ-ċirkustanzi fejn l-aċċess u l-kondiviżjoni tal-infrastruttura passiva waħedha mhux biżżejjed biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi fuq il-kondiviżjoni ta' infrastruttura attiva. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu:

(a) il-ħtieġa li tiġi mmassimizzata l-konnettività fl-Unjoni kollha, tul ir-rotot ewlenin tat-trasport u b'mod partikolari żoni territorjali, u l-possibbiltà li tiżdied b'mod sinifikanti l-għażla u servizz ta' kwalità aktar għolja għall-utenti finali;

(b) l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju;

(c) il-fattibbiltà teknika tal-kondiviżjoni u l-kundizzjonijiet assoċjati

(d) l-istat tal-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura kif dik ibbażata fuq is-servizz;

(f) l-innovazzjoni teknoloġika;

(g) il-ħtieġa essenzjali li jiġu appoġġjati l-inċentivi għall-ospitant biex l-ewwel nett ivara l-infrastruttura.

Dawn l-obbligi ta' kondiviżjoni, aċċess jew koordinazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal ftehimiet konklużi abbażi ta' termini u ta' kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli. F'każ ta' soluzzjoni tat-tilwim, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu, fost l-oħrajn, jimponu fuq il-benefiċjarju tal-obbligu ta' kondiviżjoni jew ta' aċċess, l-obbligu li jikkondividi l-ispettru tiegħu mal-ospitant tal-infrastruttura fiż-żona rilevanti.

4. L-obbligi u l-kundizzjonijiet imposti skont il-paragrafu 1,2 u 3 għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji, dawn għandhom ikunu implimentati skont il-proċedura msemmija fl-Artikoli 23, 32 u 33. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jivvalutaw r-riżultati ta' dawn l-obbligi u l-kundizzjonijiet fi żmien ħames snin mill-adozzjoni tal-miżura adottata preċedenti f'relazzjoni mal-istess operaturi u jekk ikun xieraq li jiġu rtirati jew emendati fid-dawl tal-kundizzjonijiet li jevolvu. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw l-eżiti tal-valutazzjoni tagħhom skont l-istess proċeduri.

5. Fir-rigward tal-aċċess u l-interkonnessjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja nazzjonali jkollha s-setgħa li tintervjeni fuq l-inizjattiva tagħha stess fejn ġustifikat sabiex jiġu żgurati l-għanijiet tal-linji politiċi tal-Artikolu 3, skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32, 26 u 27.

6. Minn [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ], sabiex tingħata kontribuzzjoni għal definizzjoni konsistenti tal-lok tal-punti tat-terminazzjoni tan-netwerk mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-BEREC għandu jadotta linji gwida dwar approċċi komuni għall-identifikazzjoni tal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk f'topoloġiji differenti tan-netwerk, wara li jagħmel konsultazzjoni mal-partijiet konċernati u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu sew dawk il-linji gwida meta jiddefinixxu l-lok tal-punti tat-terminazzjoni tan-netwerk.

Artikolu 60

Sistemi ta' aċċess kundizzjonali u faċilitajiet oħra

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II, il-Parti I, japplikaw b'relazzjoni ma' aċċess kundizzjonali għas-servizzi ta' televiżjoni u ta' radju diġitali mxandra lit-telespettaturi u semmiegħa Unjoni, irrispettivament mill-mezz ta' trażmissjoni

2. Fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 109 biex temenda l-Anness II.

3. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità regolatorja nazzjonali, kemm jista' jkun malajr wara d-dħul fis-seħħ ta' din ir-Direttiva u perjodikament wara, li tirrevedi l-kundizzjonijiet applikati skont dan l-Artikolu, billi twettaq analiżi tas-suq skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 65 biex tistabbilixxi jekk iżżommx, temendax jew tirtirax il-kundizzjonijiet applikati.

Fejn, bħala riżultat ta' dan l-analiżi tas-suq, l-awtorità regolatorja nazzjonali ssib li operatur wieħed jew aktar ma jkollhomx saħħa sinifikanti tas-suq fis-suq relevanti, hija tista' temenda jew tirtira l-kundizzjonijiet fir-rigward ta' dawk l-operaturi, skont il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32, biss sal-limitu li:

  (a) l-aċċessibilità għall-utenti finali għax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni u l-kanali u s-servizzi tax-xandir speċifikati skont l-Artikolu 106 ▌ma jintlaqtux ħażin b'dik l-emenda jew dak l-irtirar, u

  (b) il-prospetti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq għal:

  (i) servizzi bl-imnut ta' xandir bit-televiżjoni u bir-radju diġitali, u

  (ii) sistemi għall-aċċess kundizzjonali u faċilitajiet assoċjati oħra,

ma jintlaqtux ħażin b'dik l-emenda jew b'dak l-irtirar.

Perjodu adatt ta' avviż għandu jingħata lill-partijiet affettwati b'dik l-emenda jew b'dak l-irtirar tal-kundizzjonijiet.

4. Il-kundizzjonijiet applikati skont dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Istati Membri li jimponu obbligi b'relazzjoni mal-aspett ta' preżentazzjoni ta' gwidi elettroniċi ta' programmi u faċilitajiet ta' elenku ta' navigazzjoni simili.

KAPITOLU III

ANALIŻI TAS-SUQ U QAWWA TAS-SUQ SINIFIKANTI

Artikolu 61

Impriżi b'saħħa sinifikanti fis-suq

1. Fejn din id-Direttiva teħtieġ l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji li jistabbilixxu jekk operaturi jkollhomx saħħa sinifikanti fis-suq skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 65, il-paragrafu 2 ta' dan Artikolu għandhom japplikaw.

2. Impriża għandha titqies li jkollha saħħa sinifikanti fis-suq jekk, jew individwalment jew konġuntament ma' oħrajn tgawdi pożizzjoni ekwivalenti ta' dominanza, jiġifieri pożizzjoni ta' saħħa ekonomika li tagħtiha s-saħħa li ġġib ruħha sa limitu apprezzabbli indipendentement mill-kompetituri, klijenti jew klijenti eventwali.

B'mod partikolari, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom, meta jagħmlu stima jekk żewġ impriżi jew aktar humiex f'pożizzjoni dominanti konġunta fis-suq, jaġixxi skont id-dritt tal-Unjoni u jagħtu l-akbar kont tal-linji gwida dwar l-analiżi tas-suq u l-istima tas-saħħa sinifikanti tas-suq ippubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 62.

Żewġ impriżi jew aktar jistgħu jinstabu f'pożizzjoni dominanti konġunta, anke fin-nuqqas ta' rabtiet strutturali jew oħra bejniethom, fejn l-istruttura tas-suq tippermettilhom iġibu ruħhom, b'mod konsiderevoli, indipendentement mill-kompetituri, mill-klijenti u, fl-aħħar mill-aħħar, mill-konsumaturi. Dan x'aktarx ikun il-każ fejn is-suq jissodisfa numru ta' karatteristiċi bħal:

(a)  livell għoli ta' konċentrazzjoni,

(b)  livell għoli ta' trasparenza tas-suq li jipprovdi inċentivi għal imġiba antikompetittiva parallela jew allinejata,

(c)  l-eżistenza ta' ostakli għolja għad-dħul,

(d)  ir-reazzjoni prevedibbli tal-kompetituri u tal-konsumaturi ma tipperikolax imġiba anti-kompetittiva parallela jew allinejata.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jevalwaw tali karatteristiċi tas-suq fid-dawl tal-prinċipji rilevanti tad-dritt tal-kompetizzjoni, filwaqt li jittieħed kont tal-kuntest speċifiku tar-regolamentazzjoni ex ante u l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3.

3. Fejn impriża jkollha saħħa sinifikanti fis-suq, f'suq speċifiku (l-ewwel suq), tista' wkoll titqies li jkollha saħħa sinifikanti fis-suq, f'suq relatat mill-qrib (it-tieni suq), fejn ir-rabtiet bejn iż-żewġ swieq huma tali li jippermettu li s-saħħa fis-suq miżmuma fl-ewwel suq titferra' fit-tieni suq, b'hekk issaħħaħ is-saħħa tas-suq tal-impriża. Konsegwentement, rimedji mmirati biex jipprevjenu tali ingranaġġ jistgħu jiġu applikati fit-tieni suq skont din id-Direttiva.

Artikolu 62

Il-proċedura għall-identifikazzjoni u d-definizzjoni tas-swieq

1. Wara l-konsultazzjoni pubblika fosthom mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u wara li tieħu kont sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, il-Kummissjoni, għandha tadotta r-Rakkomandazzjoni dwar is-Swieq ta' Prodotti u Servizzi Rilevanti (ir-Rakkomandazzjoni). Ir-Rakkomandazzjoni għandha tidentifika dawk is-swieq ta' prodotti u servizzi ġewwa s-settur tal-komunikazzjoni elettronika li l-karatteristiċi tagħhom jistgħu jkunu hekk li jiġġustifikaw l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji stabbiliti f'din id-Direttiva, bla ħsara għas-swieq li jistgħu jkunu definiti f'każijiet speċifiċi skont id-dritt tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi s-swieq skont il-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tinkludi s-swieq tal-prodott u s-servizz fir-Rakkomandazzjoni fejn, wara li tosserva x-xejriet globali fl-Unjoni, ssib li kull wieħed mill-kriterji elenkati fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 65 ġie sodisfatt.

Ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi rieżaminata sa mhux aktar tard minn [id-data tat-traspożizzjoni]. Il-Kummissjoni għandha sussegwentement tirrevedi regolarment r-Rakkomandazzjoni.

2. Wara konsultazzjoni mal-BEREC, il-Kummissjoni għandha tippubblika, sa l-aktar tard id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, linji gwida għall-analiżi tas-suq u l-istima tas-saħħa sinifikanti fis-suq (hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejħa "l-linji gwida SMP") li għandhom ikunu skont il-prinċipji rilevanti tad-dritt tal-kompetizzjoni.

3. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, wara li jieħdu kont sħiħ tar-Rakkomandazzjoni u tal-linji gwida SMP, għandhom jiddefinixxu s-swieq rilevanti li jaqblu maċ-ċirkostanzi nazzjonali, b'mod partikolari s-swieq ġeografiċi rilevanti ġewwa t-territorju, inkluż billi jiġi kkunsidrat il-livell ta' kompetizzjoni fl-infrastruttura f'dawk l-oqsma, skont il-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni. ▌Dawn għandhom isegwu l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32 qabel ma jiddefinixxu s-swieq li huma diversi minn dawk identifikati fir-Rakkomandazzjoni.

Artikolu 63

Il-proċedura għall-identifikazzjoni tas-swieq transnazzjonali

1. Wara konsultazzjoni mal-partijiet konċernati u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, filwaqt li jaġixxi skont maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-Bord tar-Regolaturi, il-BEREC jista' jadotta Deċiżjoni li tidentifika s-swieq transnazzjonali skont il-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni u filwaqt li jqis sew ir-Rakkomandazzjoni u l-Linji Gwida tal-SMP adottati skont l-Artikolu 62. Il-BEREC għandu jwettaq analiżi ta' suq transnazzjonali potenzjali jekk il-Kummissjoni jew minn tal-inqas żewġ awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati jissottomettu talba motivata li tipprovdi evidenza ta' sostenn.

2. Fil-każ tas-swieq transnazzjonali identifikati skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji konċernati għandhom konġuntament iwettqu analiżi tas-suq, waqt li jieħdu kont sħiħ tal-Linji Gwida SMP u jiddeċiedu b'mod miftiehem dwar kwalunkwe impożizzjoni, manutenzjoni, emenda jew irtirar tal-obbligazzjonijiet regolatorji msemmija fl-Artikolu 65(4). L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'mod konġunt l-abbozz ta' miżuri tagħhom rigward l-analiżi tas-suq u kwalunkwe obbligu regolatorju skont l-Artikoli 32 u 33.

Żewġ awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew iktar jistgħu wkoll jinnotifikaw b'mod konġunt l-abbozz ta' miżuri tagħhom rigward l-analiżi tas-suq u kwalunkwe obbligu regolatorju fin-nuqqas ta' swieq transnazzjonali, meta jikkunsidraw li l-kundizzjonijiet tas-suq fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom ikunu omoġenji biżżejjed.

Artikolu 64

Il-proċedura għall-identifikazzjoni tad-domanda transnazzjonali

1. Il-BEREC għandu jwettaq analiżi tad-domanda transnazzjonali ▌għal prodotti u għal servizzi ▌, jekk jirċievi talba motivata li tipprovdi evidenza ta' sostenn mill-Kummissjoni, minn tal-inqas żewġ awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jew fuq talba motivata minn parteċipanti tas-suq, li tindika li prodotti u servizzi eżistenti bl-ingrossa jew bl-imnut ma jippermettux li d-domanda transnazzjonali tiġi ssodisfata, ▌u jikkunsidra li hemm problema serja fid-domanda li trid tiġi indirizzata. ▌

Fuq il-bażi ta' dik l-analiżi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkunsidraw f'analiżi tas-suq sussegwenti mwettqa skont l-Artikoli 63(2) jew 65, jekk għandhomx jiġu emendati prodotti għall-aċċess bl-ingrossa regolati, sabiex tkun tista' tiġi ssodisfata d-domanda transnazzjonali.

2. Il-BEREC jista', wara li jikkonsulta lill-partijiet interessati u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, joħroġ linji gwida għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar approċċi komuni sabiex tiġi ssodisfatta d-domanda transnazzjonali identifikata, li tipprovdi l-bażi għal konverġenza ta' prodotti ta' aċċess bl-ingrossa madwar l-Unjoni.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħtu l-ikbar attenzjoni lil dawk il-linji gwida meta jwettqu l-kompiti regolatorji tagħhom fil-ġurisdizzjoni tagħhom, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni tagħhom dwar l-adegwatezza ta' prodotti għall-aċċess bl-ingrossa li għandha tiġi imposta f'ċirkustanzi lokali speċifiċi.

Artikolu 65

Proċedura ta' analiżi tas-suq

1. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jiddeterminaw jekk suq rilevanti definit skont l-Artikolu 62(3) jistax ikun tali li jiġġustifika l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji stabbilit f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li analiżi titwettaq, meta jkun xieraq, b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu l-aqwa kont tal-linji gwida tal-SMP u għandhom isegwu l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32 meta jkunu qed iwettqu analiżi.

Suq jaf ikun jiġġustifika l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji stabbiliti f'din id-Direttiva jekk it-tliet kriterji li ġejjin jiġu ssodisfati b'mod kumulattiv:

(a) ikunu preżenti ostakli strutturali, legali jew regolatorji kbar u mhux tranżitorji għad-dħul;

(b) ikun hemm struttura tas-suq li ma tkunx tidher inklinata lejn kompetizzjoni effettiva fil-medda taż-żmien rilevanti, wara li jkun ġie kkunsidrat l-istat tal-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura u sorsi oħra ta' kompetizzjoni wara l-ostakli għad-dħul;

(c) id-dritt tal-kompetizzjoni waħdu ma jkunx biżżejjed biex jindirizza b'mod adegwat il-falliment/i identifikati tas-suq.

Meta awtorità regolatorja nazzjonali twettaq analiżi ta' suq li jkun inkluż fir-Rakkomandazzjoni, din għandha tikkunsidra li l-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu ġew ssodisfati, sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tistabbilixxix li kriterju jew iktar minn tali kriterji ma jkunx ġie ssodisfatt fiċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi.

2. Meta awtorità regolatorja nazzjonali twettaq l-analiżi meħtieġa mill-paragrafu 1, din għandha tikkunsidra l-iżviluppi minn perspettiva li tħares 'il quddiem fin-nuqqas ta' regolamentazzjoni imposta abbażi ta' dan l-Artikolu f'dak is-suq rilevanti, u filwaqt li tqis:

(a) l-eżistenza ta' żviluppi tas-suq li jaf iżidu l-probabbiltà li s-suq rilevanti jkun inklinat lejn kompetizzjoni effettiva ▌;

(b) ix-xkiel kollu rilevanti għall-kompetizzjoni, fil-livell tal-ingrossa u tal-imnut, irrispettivament minn jekk is-sorsi ta' dan ix-xkiel ikunux netwerks tal-komunikazzjoni elettronika, servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jew tipi oħra ta' servizzi jew ta' applikazzjonijiet li jkunu paragunabbli mill-perspettiva tal-utent finali, u irrispettivament minn jekk dan ix-xkiel ikunx parti mis-suq rilevanti;

(c) tipi oħra ta' regolamentazzjoni jew ta' miżuri li jkunu imposti u li jkun qed jaffettwaw is-suq rilevanti jew is-suq relatat jew is-swieq relatati tal-operaturi matul il-perjodu rilevanti, inklużi, mingħajr limitazzjoni, l-obbligi imposti skont l-Artikoli 44, 58 u 59; u

(d) regolament impost fuq is-swieq rilevanti oħra abbażi ta' dan l-Artikolu.

3. Fejn awtorità nazzjonali regolatorja tikkonkludi li suq relevanti ma jkunx tali li jiġġustifika l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji skont il-proċedura fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, jew fejn l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu ma ġewx sodisfatti, ma għandhiex timponi jew iżżomm xi obbligazzjonijiet speċifiċi regolatorji f'konformità mal-Artikolu 66. F'każi fejn hemm diġà obbligazzjonijiet speċifiċi regolatorji fis-settur imposti f'konformità mal-Artikolu 66, għandha tirtira dawk l-obbligazzjonijiet imqiegħda fuq impriżi f'dak is-settur relevanti.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-partijiet affettwati b'tali tħassir tal-obbligi jkollhom perjodu xieraq ta' avviż, li jiġi definit billi jinkiseb bilanċ bejn il-ħtieġa li tiġi żgurata tranżizzjoni sostenibbli għall-benefiċjarji ta' dawn l-obbligi, l-utenti finali, l-għażla tal-utenti finali, u li r-regolamentazzjoni ma tissoktax lil hinn minn dak li jkun neċessarju. Meta jistabbilixxu dan il-perjodu ta' avviż, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet speċifiċi u perjodi ta' avviż b'rabta mal-ftehimiet eżistenti ta' aċċess.

4. Fejn awtorità nazzjonali regolatorja tistabbilixxi li f'suq rilevanti l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji skont il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu hu ġġustifikat, hija għandha tidentifika xi impriżi li individwalment jew flimkien għandhom saħħa sinifikanti fuq dak is-suq rilevanti skont l-Artikolu 61. L-awtorità nazzjonali regolatorja għandha timponi fuq dawk l-impriżi l-obbligazzjonijiet speċifiċi adatti f'konformità mal-Artikolu 66 jew iżżomm jew temenda dawk l-obbligazzjonijiet fejn diġà jeżistu jekk tqies li suq wieħed ▌jew aktar ma jkunx effettivament kompetittiv fl-assenza ta' dawk l-obbligi.

5. Miżuri meħuda skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4 għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu analiżi tas-swieq rilevanti u jinnotifikaw l-abbozz ta' miżura korrispondenti skont l-Artikolu 32:

  (a) fi żmien ħames mill-adozzjoni tal-miżura preċedenti fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali ddefinixxiet is-suq rilevanti u ddeterminat liema impriżi għandhom qawwa sinifikanti tas-suq. B'mod eċċezzjonali, dak il-perijodu ta' ħames snin jista' jiġi estiż sa sena oħra, fejn l-awtorità nazzjonali regolatorja tkun notifikat estensjoni proposta b'raġuni lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba' xhur qabel l-iskadenza tal-ħames snin, u l-Kummissjoni ma tkunx oġġezzjonat fi żmien xahar mill-estensjoni notifikata. Fil-każ ta' swieq ikkaratterizzati minn tibdil rapidu fit-teknoloġija u fit-tendenzi għad-domanda, l-analiżi tas-suq għandha ssir kull tliet snin, suġġetta għall-istess possibbiltà ta' estensjoni ta' sena;

  (b) fi żmien sentejn mill-adozzjoni ta' Rakkomandazzjoni riveduta dwar is-swieq rilevanti, għas-swieq li ma kinux notifikati qabel lill-Kummissjoni; jew

  (c) fi żmien tliet snin mill-adeżjoni tagħhom, għall-Istati Membri li għadhom kif issieħbu mal-Unjoni.

6. Meta awtorità regolatorja nazzjonali tqis li tista' ma tlestix jew ma tkunx temmet l-analiżi tagħha tas-suq rilevanti identifikat fir-Rakkomandazzjoni fiż-żmien preskritt fil-paragrafu 6, il-BEREC għandu, fuq talba, jipprovdi assistenza lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata fit-tlestija tal-analiżi tas-suq speċifiku u l-obbligi speċifiċi li ser jiġu imposti. B'din l-assistenza, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata għandha fi żmien sitt xhur mil-limitu stipulat fil-paragrafu 5 tinnotifika l-abbozz ta' miżura lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 32.

KAPITOLU IV

RIMEDJI TA' AĊĊESS U SAĦĦA TAS-SUQ SINIFIKANTI

Artikolu 66

Impożizzjoni, emendar jew irtirar tal-obbligi

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħa li jimponu l-obbligi identifikati fl-Artikoli 67 sa 78.

2. Fejn operatur huwa identifikat bħala li jkollu saħħa tas-suq sinifikanti f'suq speċifiku bħala riżultat tal-analiżi tas-suq imwettaq skont l-Artikolu 65 ta' din id-Direttiva, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ▌jimponu xi wieħed mill-obbligi stipulati fl-Artikoli 67 sa 75 u 77 ta' din id-Direttiva kif xieraq. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali m'għandhomx jimponu l-obbligi li jinvolvu livell ogħla ta' intervent jekk obbligi ta' piż inqas huma biżżejjed sabiex jindirizzaw il-problemi identifikati fl-analiżi tas-suq.

3. Mingħajr preġudizzju għal:

–  d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 59 u 60,

–  d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 44 u 17 ta' din id-Direttiva, il-Kundizzjoni 7 fit-Taqsima D tal-Anness I kif applikata bis-saħħa tal-Artikolu 13(1) ta' din id-Direttiva, l-Artikoli 91 u 99 ta' din id-Direttiva u dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 2002/58/KE(45) li fiha obbligi fuq impriżi li ma jkunux dawk identifikati bħala li għandhom saħħa tas-suq sinifikanti, jew

–  il-ħtieġa ta' konformità ma' obbligi nternazzjonali,

l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali m'għandhomx jimponu l-obbligi imniżżla fl-Artikoli 67 sa 75 u 77 fuq operaturi li ma jkunux ġew identifikati skont il-paragrafu 2.

F'każijiet eċċezzjonali, meta l-awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-ħsieb li timponi fuq operaturi b'saħħa sinifikanti fis-suq obbligi oħra għall-aċċess jew interkonnessjoni barra minn dawk imniżżla fl-Artikoli 67 sa 75 u 77, ta' din id-Direttiva għandha tibgħat din it-talba lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-akbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal-BEREC. Il-Kummissjoni, għandha, skont il-proċedura msemmija f l-Artikolu 110(3), tieħu deċiżjoni li tawtorizza jew tipprojbixxi lill-awtorità regolatorja nazzjonali milli tieħu tali miżuri.

4. L-obbligi imposti skont dan l-Artikolu għandhom ikunu bbażati fuq in-natura tal-problema identifikata, fis-swieq rilevanti sabiex tiġi salvagwardjata l-kompetizzjoni sostenibbli fit-tul, u fejn xieraq jittieħed kont tal-identifikazzjoni tad-domanda transnazzjonali skont l-Artikolu 64. Dawn għandhom ikunu proporzjonati, li jagħtu każ tal-ispejjeż u l-benefiċċji, u jkun ġustifikati fid-dawl tal-miri stipulati fl-Artikolu 3 ta' din i d-Direttiva. Dawn l-obbligi għandhom ikunu imposti biss wara konsultazzjoni skont l-Artikoli 23 u 32.

5. B'relazzjoni mat-tielet inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw id-deċiżjonijiet li jimponu, jemendaw jew jirtiraw obbligi fuq il-parteċipanti fis-suq lill-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32.

6. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkunsidraw l-impatt ta' żviluppi ġodda tas-suq li raġonevolment huma probabbli li jaffettwaw id-dinamiki kompetittivi.

Jekk l-iżviluppi ma jkunux importanti biżżejjed biex jeħtieġu analiżi ġdida tas-suq skont l-Artikolu 65, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tevalwa mingħajr dewmien jekk ikunx neċessarju li jsir rieżami tal-obbligi u temenda kwalunkwe deċiżjoni preċedenti, inkluż billi tirtira obbligi jew timponi obbligi ġodda fuq operaturi li jkollhom setgħa sinifikanti fis-suq sabiex jiġi żgurat li dawn l-obbligi jibqgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, u, wara konsultazzjoni skont l-Artikoli 23 u 32, jekk timponix ebda obbligu, jew inqas obbligi jew obbligi inqas onerużi.

Artikolu 67

Obbligu ta' trasparenza

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 66, jimponu obbligi għat-trasparenza b'relazzjoni mal-interkonnessjoni u/jew aċċess, li jeħtieġu li l-operaturi jagħmlu pubbliku informazzjoni speċifika, bħal informazzjoni dwar il-kontabbiltà, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-karatteristiċi tan-netwerk, it-termini u kundizzjonijiet għall-forniment u l-użu, inkluża kwalunkwe kundizzjoni li tillimita l-aċċess għal servizzi u applikazzjonijiet, u/jew l-użu tagħhom fejn kundizzjonijiet bħal dawn ikunu permessi mill-Istati Membri f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, u l-prezzijiet.

2. B'mod partikolari fejn operatur ikollu obbligi ta' nondiskriminazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeħtieġu lil dak l-operatur li jippubblika offerta ta' referenza, li għandha tkun suffiċjentement disassoċjat biex jiġi żgurat li l-impriżi ma jiġux mitluba li jħallsu għal faċilitajiet li m'humiex meħtieġa għas-servizz mitlub, li tagħti deskrizzjoni tal-offerti relevanti imqassma f'komponenti skont il-ħtiġijiet tas-suq, u t-termini u kundizzjonijiet assoċjati inklużi l-prezzijiet. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha, fost ħwejjeġ oħra, tkun tista' timponi bidliet għall-offerti ta' referenza biex tagħti effett lill-obbligi imposti taħt din id-Direttiva.

3. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw l-informazzjoni preċiża li għandha tkun disponibbli, l-livell tad-dettal meħtieġ u l-mod ta' pubblikazzjoni.

3a. Meta operatur ikun soġġett għal obbligi ta' aċċess għall-inġinerija ċivili u/jew obbligi ta' aċċess għal, u l-użu ta', faċilitajiet ta' netwerk speċifiċi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jispeċifikaw l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, kif ukoll il-ftehimiet dwar il-livell ta' servizz korrispondenti u l-penali finanzjarji assoċjati, li għandhom jiġu kkomunikati rigward l-aċċess ipprovdut għall-attivitajiet downstream tal-operatur u għall-benefiċjarji tal-obbligi ta' aċċess.

4. Sa mhux iktar tard minn [sena (1) wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva], sabiex tingħata kontribuzzjoni għall-applikazzjoni konsistenti tal-obbligi ta' trasparenza, il-BEREC għandu joħroġ linji gwida dwar il-kriterji minimi għal offerta ta' referenza u għandu jirrieżaminahom kull meta jkun neċessarju sabiex jiġu adattati għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. Filwaqt li jipprovdi dawn il-kriterji minimi, il-BEREC għandu jilħaq l-għanijiet tal-Artikolu 3, u għandu jikkunsidra l-ħtiġijiet tal-benefiċjarji tal-obbligi ta' aċċess u tal-utenti finali li jkunu attivi f'iżjed minn Stat Membru wieħed, kif ukoll għandu jikkunsidra kwalunkwe linja gwida tal-BEREC li tidentifika d-domanda transnazzjonali skont l-Artikolu 64 u kwalunkwe Deċiżjoni relatata tal-Kummissjoni.

Minkejja l-paragrafu 3, fejn operatur ikollu obbligi taħt l-Artikolu 70 jew 71 dwar aċċess għall-infrastruttura tan-netwerk bl-ingrossa, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni tal-offerta ta' referenza filwaqt li jieħdu kont sħiħ tal-linji gwida tal-BEREC dwar il-kriterji minimi għall-offerta ta' referenza.

Artikolu 68

Obbligu ta' nondiskriminazzjoni

1. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista', skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 66, timponi obbligi ta' nondiskriminazzjoni, b'relazzjoni mal-interkonnessjoni u/jew l-aċċess.

2. L-obbligi ta' nondiskriminazzjoni għandhom jiżguraw, b'mod partikolari, li l-operatur japplika kundizzjonijiet ekwivalenti f'ċirkostanzi ekwivalenti lill-fornituri oħra li jipprovdu servizzi ekwivalenti, u li jforni servizzi u informazzjoni lill-oħrajn taħt l-istess kundizzjonijiet u tal-istess kwalità bħal dawk li jforni għas-servizzi tiegħu stess, jew dawk tas-sussidjarji tiegħu jew fi sħab miegħu. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi fuq dak l-operatur biex iforni prodotti u servizzi tal-aċċess lill-impriżi kollha, inkluż lilu nnifsu, bl-istess perjodi taż-żmien, termini u kundizzjonijiet, inkluż dawk dwar il-livelli tal-prezz u tas-servizz, u permezz tal-istess sistemi u l-istess proċessi, ħalli tkun żgurata l-ekwivalenza tal-aċċess.

Artikolu 69

Obbligu tas-separazzjoni tal-kontabbiltà

1. Awtorità regolatorja nazzjonali tista', skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 66, timponi obbligi għas-separazzjoni tal-kontabbiltà b'relazzjoni ma' attivitajiet speċifikati li għandhom x'jaqsmu mal-interkonnessjoni u/jew l-aċċess.

B'mod partikolari, awtorità regolatorja nazzjonali tista' teżiġi li kumpanija integrata vertikalment tagħmel trasparenti l-prezzijiet bl-ingrossa tagħha u l-prezzijiet tat-trasferimenti interni tagħha fost ħwejjeġ oħra biex fost l-oħrajn tiżgura l-konformità fejn ikun hemm ħtieġa għal nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu 68 jew, fejn meħtieġ, biex jiġi evitat sussidju reċiproku inġust. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jispeċifikaw il-format u l-metodoloġija tal-kontabbiltà li għandhom jintużaw.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, biex tiġi faċilitata l-verifika tal-konformità mal-obbligi ta' trasparenza u nondiskriminazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li jeżiġu li r-rekords tal-kontabbiltà, inkluż it-tagħrif dwar id-dħul riċevut mingħand partijiet terzi, jiġu provduti meta mitluba. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippublikaw dik l-informazzjoni li tista' tikkontribwixxi għal suq miftuħ u kompetittiv, waqt li jirrispettaw ir-regoli nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali.

Artikolu 70

Aċċess għall-inġinerija ċivili

1. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista', b'konformità mal-Artikolu 66, timponi obbligi fuq operaturi biex jissodisfaw talbiet raġonevoli għall-aċċess għall-inġinerija ċivili u għall-użu tagħha, li mingħajr limitazzjoni tkun tinkludi l-binjiet jew l-aċċess għall-binjiet, il-kejbils tal-binjiet inkluż il-wajers, l-antenni, it-torrijiet u kostruzzjonijiet oħra ta' appoġġ, arbli, kanali, kondjuwits, kmamar tal-ispezzjonar, toqob tal-ispezzjonar, u kabinetti, meta l-analiżijiet tas-suq ikunu juru li ċaħda tal-aċċess jew għotja tal-aċċess b'termini u kundizzjonijiet mhux raġonevoli u b'effett simili, ikunu jfixklu li jfeġġ suq kompetittiv sostenibbli ▌jew dan ma jkunx fl-interess tal-utent finali.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu lil operatur biex jipprovdi aċċess skont dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk l-assi li huma affettwati mill-obbligu humiex parti mis-suq rilevanti skont l-analiżi tas-suq, diment li dak l-obbligi ikun meħtieġ u proporzjonat sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikolu 3.

Artikolu 71

Obbligi ta' aċċess għal, u użu ta', faċilitajiet ta' netwerks speċifiċi

1. Awtorità regolatorja nazzjonali tista', skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 66, timponi obbligi fuq operaturi biex jissodisfaw talbiet raġonevoli għall-aċċess għal, u l-użu ta', elementi speċifiċi ta' netwerks u faċilitajiet assoċjati, f'sitwazzjonijiet meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tqis li ċ-ċaħda għall-aċċess jew termini u kundizzjonijiet mhux raġonevoli li jkollhom effett simili jfixklu t-tfaċċar ta' suq kompetittiv sostenibbli ▌, jew li ma jkunux fl-interess tal-utent finali. Qabel ma jimponu obbligi bħal dawn, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jivvalutaw jekk l-impożizzjoni ta' obbligi biss skont l-Artikolu 70 tkunx biżżejjed biex tindirizza l-problemi identifikati fl-analiżi tas-suq.

L-operaturi jistgħu jiġu mitluba inter alia:

(a)  li jagħtu lil partijiet terzi aċċess xieraq, inkluż dak fiżiku (minbarra dak previst fl-Artikolu 70), għal, u l-użu ta', elementi fiżiċi tan-netwerk kollha speċifiċi u/jew faċilitajiet assoċjati, kif xieraq, inkluż l-aċċess diżaggregat għal ċirkwit lokali metalliku u sottoċirkwit kif ukoll l-aċċess diżaggregat għal ċirkwiti tal-fibra u segmenti ta' terminazzjoni.

(b)  li jikkondividu elementi ta' netwerk speċifiċi, ma' partijiet terzi, inkluż l-aċċess kondiviż għaċ-ċirkwit lokali metalliku u s-sottoċirkwit, kif ukoll l-aċċess kondiviż għal ċirkwiti tal-fibra u segmenti ta' terminazzjoni inkluża l-multiplikazzjoni b'diviżjoni tat-tul ta' mewġa u obbligi ta' kondiviżjoni simili;

(c)  li jagħtu lil partijiet terzi aċċess għal elementi u servizzi speċifikati ta' netwerks attivi jew virtwali;

(d)  li jinnegozjaw f'bona fide ma' impriżi li jitolbu l-aċċess;

(e)  li ma jirtirawx aċċess għal faċilitajiet diġà mogħtija;

(f)  li jipprovdu servizzi speċifikati fuq bażi tal-ingrossa biex jiġu mibjugħa mill-ġdid minn partijiet terzi;

(g)  li jagħtu aċċess miftuħ lill-interfaċċi tekniċi, protokolli jew teknoloġiji oħra prinċipali li huma indispensabbli għall-interoperabbiltà tas-servizzi jew għas-servizzi tan-netwerks virtwali;

(h)  li jipprovdu l-kolokazzjoni jew forom oħra ta' użu komuni tal-faċilitajiet assoċjati;

(i)  li jipprovdu s-servizzi speċifiċi meħtieġa biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-servizzi minn tarf sa tarf lill-utenti ▌jew tar-roaming fuq netwerks mobbli;

(j)  li jipprovdu aċċess għal sistemi ta' sostenn operazzjonali jew sistemi simili ta' softwer li hu meħtieġ biex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta fil-forniment tas-servizzi;

(k)  li jagħmlu interkonnessjoni ma' netwerks jew faċilitajiet tan-netwerks;

(l)  li jipprovdu l-aċċess għas-servizzi assoċjati bħalma huma servizzi tal-identità, il-lok u l-preżenza.

Ma' dawk l-obbligi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu kundizzjonijiet li jkopru l-ekwità, r-raġonevolezza u l-puntwalità.

2. Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu qed jikkunsidraw l-adegwatezza ta' impożizzjoni ta' kwalunkwe obbligu mill-obbligi possibbli speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1, u b'mod partikulari, meta jkunu qed jevalwaw, b'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jekk u kif tali obbligi għandhom ikunu imposti, dawn għandhom janalizzaw jekk forom oħra tal-aċċess għall-inputs tal-bejgħ bl-ingrossa fl-istess suq tal-bejgħ bl-ingrossa jew ieħor relatat, humiex se jkunu diġà biżżejjed biex tiġi indirizzata l-problema identifikata fil-livell tal-bejgħ ▌. L-evalwazzjoni għandha tinkludi offerti ta' aċċess kummerċjali ▌, regolati skont l-Artikolu 59, jew aċċess regolat eżistenti jew kontemplat għal inputs tal-bejgħ bl-ingrossa oħra skont dan l-Artikolu Huma għandhom jieħdu kont b' mod partikulari tal-fatturi li ġejjin:

  (a) il-vijabbiltà teknika u ekonomika tal-użu jew tal-istallazzjoni ta' faċilitajiet kompetituri, fid-dawl tar-rata tal-iżvilupp tas-suq, li tqis in-natura u t-tip ta' interkonnessjoni u/jew aċċess involuti, inkluż il-vijabbiltà ta' prodotti oħra tal-aċċess upstream bħall-aċċess għall-kanali;

(b) l-evoluzzjoni teknoloġika mistennija li taffettwa t-tfassil u l-ġestjoni tan-netwerk

(ba) il-ħtieġa li tiġi żgurata n-newtralità teknoloġika li tippermetti lill-partijiet ifasslu u jimmaniġġjaw in-netwerk tagħhom stess;

  (c) il-fattibiltà tal-forniment tal-aċċess propost, b'relazzjoni mal-kapaċità disponibbli;

  (d) l-investiment inizjali mill-proprjetarju tal-faċilità, waqt li wieħed iżomm f'moħħu kwalunkwe investiment pubbliku li jkun sar u r-riskji involuti meta jsir dak l-investiment bir-rigward partikolari għall-investimenti fin-netwerks ta' kapaċità għolja u l-livelli ta' riskju marbut magħhom;

  (e) il-ħtieġa li tiġi salvagwardata l-kompetizzjoni fuq terminu twil, b'attenzjoni partikolari għall-kompetizzjoni bbażata fuq infrastruttura li tkun ekonomikament effiċjenti u mudelli ta' negozju kummerċjali innovattivi li jappoġġjaw il-kompetizzjoni sostenibbli bħal dawk ibbażati fuq koinvestiment fin-netwerks;

  (f) fejn xieraq, kull dritt rilevanti ta' proprjetà intellettwali;

  (g) il-forniment ta' servizzi pan-Ewropej.

3. Meta jimponu l-obbligi fuq l-operatur biex jipprovdi l-aċċess skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tekniċi jew operazzjonali li jridu jkunu ssodisfati minn dak li jipprovdi l-aċċess u/jew mill-benefiċjarji ta' dan l-aċċess meta jkun meħtieġ biex ikun żgurat it-tħaddim normali tan-netwerk. Meta jkun hemm obbligi li jridu jiġu segwiti xi standards tekniċi speċifiċi, dawn għandhom ikunu konformi mal-istandards u mal-ispeċifikazzjonijiet preskritti skont l-Artikolu 39.

Artikolu 72

Kontroll tal-prezzijiet u obbligi ta' kontabbiltà tal-ispejjeż

1. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista', skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 66, timponi obbligi rigward l-irkupru tal-ispejjeż u l-kontrolli tal-prezzijiet, inklużi obbligi rigward l-orjentazzjoni tal-prezzijiet lejn l-ispejjeż u l-obbligi li jikkonċernaw is-sistemi tal-kontabbiltà tal-ispejjeż, għall-forniment ta' tipi speċifiċi ta' interkonnessjoni u/jew aċċess, f'sitwazzjonijiet fejn analiżi tas-suq tindika li n-nuqqas ta' kompetizzjoni effettiva jfisser li l-operatur ikkonċernat jista' jsofri prezzijiet f'livell eċċessivament għoli, jew jikkumpressa l-prezzijiet, għad-detriment tal-utenti finali.

Sabiex jiddeterminaw jekk hux xieraq li jkun hemm obbligi tal-kontroll tal-prezzijiet jew le, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu l-interessi tal-utent finali fit-tul dwar l-introduzzjoni u l-adozzjoni tan-netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss, u b'mod partikolari n-netwerks b'kapaċità kbira ħafna. B'mod partikolari, sabiex jinkoraġġixxu l-investimenti tal-operatur, inkluż fin-netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont tal-investiment magħmul mill-operatur. Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jidhrilhom li jkun jixraq li jsiru kontrolli tal-prezzijiet, dawn għandhom jippermettu lill-operatur rata raġonevoli ta' qligħ fuq il-kapital adegwat investit, b'kont meħud ta' kwalunkwe riskju speċifiku għal proġett tan-netwerk tal-investiment ġdid partikolari.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma għandhomx jimponu jew iżommu l-obbligi skont dan l-Artikolu, meta jistabbilixxu li hemm ċertu limitu evidenti għall-prezz bl-imnut u li kwalunkwe obbligi imposti b'konformità mal-Artikoli 67 sa 71, inkluż b'mod partikolari kwalunkwe test tar-replikabbiltà ekonomika impost skont l-Artikolu 68, jiżguraw aċċess effettiv u nondiskriminatorju.

Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jikkunsidraw li huwa xieraq li jiġu imposti kontrolli tal-prezzijiet għal aċċess għal elementi ta' netwerk eżistenti, dawn għandhom iqisu wkoll li l-benefiċċji tal-prezzijiet bl-ingrossa prevedibbli u stabbli b'mod li jiżguraw dħul effiċjenti u inċentivi biżżejjed għall-operaturi kollha li jużaw netwerks ġodda u mtejba.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li kull mekkaniżmu ta' rkupru tal-ispejjeż jew metodoloġija tal-iffissar tal-prezzijiet li jkunu obbligatorji, għandhom iservu biex jippromwovu l-introduzzjoni ta' netwerks ġodda u mtejba, l-effiċjenza u l-kompetizzjoni sostenibbli u jimmassimizzaw il-benefiċċji sostenibbli għall-konsumatur. F'dan ir-rigward l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu wkoll jieħdu kont tal-prezzijiet disponibbli fi swieq kompetittivi komparabbli.

3. Meta operatur ikollu obbligu li jorjenta l-prezzijiet tiegħu lejn l-ispejjeż, l-oneru tal-prova li l-prezzijiet huma bażati fuq l-ispejjeż inkluża rata raġonevoli ta' qliegħ fuq l-investiment għandu jkun fuq l-operatur konċernat. Għall-għan tal-kalkolu tal-ispejjeż tal-forniment effiċjenti ta' servizzi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jużaw metodi ta' kontabbiltà tal-ispejjeż indipendenti minn dawk użati mill-impriża. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeħtieġu operatur li jipprovdi ġustifikazzjoni sħiħa għall-prezzijiet tiegħu, u jistgħu, fejn xieraq, jeħtieġu li l-prezzijiet jiġu aġġustati.

4. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li, meta l-implimentazzjoni tas-sistema tal-kontabbiltà tal-ispejjeż hija obbligatorja sabiex issostni l-kontrolli tal-prezzijiet, deskrizzjoni tas-sistema tal-kontabbiltà tal-ispejjeż għandha ssir pubblikament disponibbli, li tkun turi tal-anqas il-kategoriji prinċipali li skonthom l-ispejjeż huma raggruppati u r-regoli użati għall-allokazzjoni tal-ispejjeż. Il-konformità mas-sistema ta' kontabbiltà tal-ispejjeż għandha tiġi verifikata minn korp kwalifikat indipendenti. Dikjarazzjoni li tikkonċerna l-konformità għandha tiġi ppublikata kull sena.

Artikolu 73

Ir-rati ta' terminazzjoni

1. Sa [data tat-traspożizzjoni], wara li l-Kummissjoni tkun ikkonsultat mal-BEREC, hija għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 109 rigward rati massimi uniċi ta' terminazzjoni li jridu jiġu imposti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fuq impriżi identifikati li għandhom saħħa sinifikanti tas-suq fis-swieq tat-terminazzjoni fissi u mobbli bil-vuċi rispettivament fl-Unjoni.

2. Ir-rati ta' terminazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti bħala l-ogħla rati ta' terminazzjoni simetriċi bbażati fuq l-ispejjeż ta' operatur effiċjenti u għandhom jikkonformaw mal-kriterji u l-parametri stabbiliti fl-Anness III. L-evalwazzjoni tal-ispejjeż effiċjenti għandha tkun ibbażata fuq valuri tal-ispejjeż attwali. Il-metodoloġija tal-ispejjeż li tikkalkula l-ispejjeż effiċjenti għandha tkun ibbażata fuq approċċ ta' mmudellar axxendenti li juża spejjeż inkrimentali fit-tul relatati mat-traffiku talli jiġi pprovdut is-servizz bl-ingrossa ta' terminazzjoni ta' telefonati bil-vuċi lil partijiet terzi. Meta tadotta tali atti delegati, il-Kummissjoni għandha tieħu kont taċ-ċirkostanzi nazzjonali li jirriżultaw f'differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri. L-ogħla rati ta' terminazzjoni fl-ewwel atti delegati m'għandhomx ikunu ogħla mill-ogħla rati fis-seħħ f'kull Stat Membru, wara kwalunkwe aġġustament meħtieġ għal ċirkostanzi nazzjonali eċċezzjonali, [sitt] xhur qabel l-adozzjoni ta' atti delegati.

7. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu kull ħames snin.

Artikolu 74

It-trattament regolatorju ta' elementi tan-netwerk ġodda b'kapaċità għolja ħafna

1. Mingħajr preġudizzju għall-evalwazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' koinvestiment f'tipi oħra ta' netwerks, awtorità regolatorja nazzjonali tista' ma timponix obbligi fir-rigward ta' netwerks ta' kapaċità għolja ħafna, li jekk stabbiliti, ikopru wkoll il-bini jew, jekk mobbli, l-istazzjon bażi, li huma parti mis-suq rilevanti li fuqhom ikun beħsiebha timponi jew iżżomm l-obbligi skont l-Artikoli 70, 71 u 72 u li operatur rilevanti ▌jkun daħħal jew ippjana li jdaħħal, jekk jiġi konkluż li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a) l-introduzzjoni ta' elementi ġodda tan-netwerk hija miftuħa għal ftehim ta' koinvestiment fi kwalunkwe punt matul il-ħajja tagħhom minn kwalunkwe operatur bi proċess trasparenti u b'kundizzjonijiet li jiżguraw kompetizzjoni sostenibbli fit-tul, inkluż fost l-oħrajn kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji offruti għal koinvestituri potenzjali; il-flessibbiltà mil-lat ta' valur u żmien tal-impenn provduta minn kull koinvestitur; il-possibbiltà li jiżdied impenn bħal dan fil-futur; drittijiet reċiproċi mogħtija mill-koinvestituri wara l-introduzzjoni tal-infrastruttura koinvestita;

(aa) tal-inqas ftehim ta' koinvestiment wieħed ibbażat fuq offerta magħmula skont (a) ġie konkluż u l-koinvestituri huma jew għandhom il-ħsieb li jkunu fornituri tas-servizz, jew li joffru hosting lil tali fornituri, fis-suq bl-imnut rilevanti u jkollhom prospett raġonevoli li jikkompetu b'mod effettiv;

(c) dawk li jfittxu l-aċċess li ma jkunux qed jieħdu sehem fil-koinvestiment jistgħu jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta' lħuq tal-utenti finali ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji, b'kunsiderazzjoni xierqa tar-riskju għall-koinvestituri, permezz ta' ftehimiet kummerċjali bbażati fuq kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli jew permezz ta' aċċess regolat li jinżamm jew jiġi adottat mill-awtorità regolatorja nazzjonali;

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiddeterminaw jekk il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq jintlaħqux, inkluż permezz ta' konsultazzjoni ma' parteċipanti fis-suq rilevanti skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 65(1) u (2).

Meta jiġu biex jivvalutaw l-offerti tal-koinvestiment u l-proċessi u l-ftehimiet imsemmija ▌fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li dawn l-offerti, proċessi u ftehimiet ikunu konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Anness IV.

2. Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-awtorità regolatorja nazzjonali li tieħu deċiżjonijiet skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 26, fil-każ li tinqala' tilwima bejn impriżi fir-rigward ta' ftehim ta' koinvestiment meqjus minnha li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu u skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 75

Separazzjoni funzjonali

1. Meta awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li l-obbligi adatti imposti skont l-Artikoli 67 sa 72 jkunu fallew biex tinkiseb kompetizzjoni effettiva u li hemm problemi ta' kompetizzjoni/fallimenti fis-suq importanti u persistenti identifikati fir-rigward ta' ċerti swieq ta' prodotti ta' aċċess bl-ingrossa, hija tista', bħala miżura eċċezzjonali, skont id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 66(3), timponi obbligu fuq impriżi integrati vertikalment li jqiegħdu l-attivitajiet relatati mal-provvista bl-ingrossa ta' dawn il-prodotti ta' aċċess f'entità ta' negozju li topera b'mod indipendenti.

Dik l-entità ta' negozju għandha tforni l-prodotti u s-servizzi ta' aċċess lill-impriżi kollha, inklużi entitajiet ta' negozju oħrajn fi ħdan il-kumpannija prinċipali (parent company), fl-istess perijodi ta' żmien, bl-istess termini u kundizzjonijiet, inklużi dawk relatati mal-prezz u l-livelli ta' servizz, u permezz tal-istess sistemi u proċessi.

2. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-ħsieb li timponi obbligu ta' separazzjoni funzjonali, hija għandha tippreżenta proposta lill-Kummissjoni li tkun tinkludi:

  (a) provi li jiġġustifikaw il-konklużjonijiet tal-awtorità regolatorja nazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 1;

  (b) evalwazzjoni bir-raġunijiet li turi li f'perijodu raġonevoli, il-prospett ta' kompetizzjoni ibbażata fuq l-infrastruttura huwa ineżistenti jew limitat;

  (c) analiżi tal-impatt mistenni fuq l-awtorità regolatorja, fuq l-impriża, b'mod partikolari fuq il-ħaddiema tal-impriża separata u fuq is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fis-sħuħija tiegħu, u fuq l-inċentivi tagħha biex tinvesti fin-netwerk, u fuq partijiet involuti oħrajn, inkluż b'mod partikolari l-impatt mistenni fuq il-kompetizzjoni, u kwalunkwe effett konsegwenzjali potenzjali fuq il-konsumaturi;

  (d) analiżi tar-raġunijiet li jiġġustifikaw li dan l-obbligu jkun l-aktar mod effiċjenti biex jiġu infurzati r-rimedji bil-għan li jiġu indirizzati l-problemi tal-kompetizzjoni/fallimenti tas-swieq identifikati.

3. L-abbozz ta' miżura għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

  (a) in-natura preċiża u l-livell ta' separazzjoni, waqt li jispeċifika b'mod partikolari l-istatus ġuridiku tal-entità ta' negozju separata;

  (b) l-identifikazzjoni tal-assi tal-entità ta' negozju separata, u tal-prodotti jew tas-servizzi li għandhom jiġu fornuti minn din l-entità;

  (c) l-arranġamenti għal sistema ta' awtorità biex tkun żgurata l-indipendenza tal-impjegati tal-entità ta' negozju separata, u l-istruttura ta' inċentivi li tikkorrispondi għaliha;

  (d) ir-regoli biex tiġi żgurata l-osservanza tal-obbligi;

  (e) ir-regoli biex tiġi żgurata t-trasparenza tal-proċeduri operattivi, b'mod partikolari lejn partijiet involuti oħrajn;

  (f) il-programm ta' monitoraġġ biex tkun żgurata l-osservanza, inkluża l-pubblikazzjoni ta' rapport annwali.

4. Wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq l-abbozz ta' miżura, meħuda skont l-Artikolu 66(3), l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha twettaq analiżi koordinata tas-swieq differenti marbutin man-netwerk tal-aċċess skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 65. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi, skont l-Artikoli 23 u 32 ta' din id-Direttiva.

5. Impriża li fuqha kienet imposta s-separazzjoni funzjonali tista' tkun soġġetta għal kwalunkwe obbligu identifikat fl-Artikoli 67 sa 72 fi kwalunkwe suq speċifiku meta hija tkun ġiet identifikata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq skont l-Artikolu 65, jew kwalunkwe obbligu ieħor awtorizzat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 66(3).

Artikolu 76

Is-separazzjoni volontarja minn impriża integrata vertikalment

1. Impriżi li kienu nominati bħala li kellhom saħħa sinifikanti f'wieħed jew diversi swieq rilevanti skont l-Artikolu 65 ta' din id-Direttiva għandhom jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali minn qabel u b' mod tempestiv, sabiex jippermettu lill-awtorità regolatorja nazzjonali biex tevalwa l-effett tat-tranżazzjoni ppjanata, fejn ikunu bi ħsiebhom jittrasferixxu l-assi tagħhom fin-netwerk għall-aċċess lokali jew parti sostanzjali minnhom lil entità ġuridika separata li tkun proprjetà ta' ħaddieħor, jew li jistabbilixxu entità ta' negozju separata biex huma jfornu lill-impriżi li jbigħu lill-utenti finali, inklużi d-diviżjonijiet tagħhom stess li jbigħu lill-utenti finali, bil-prodotti għall-aċċess li jkunu ekwivalenti għal kollox.

L-impriżi għandhom ukoll jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali dwar kwalunkwe bidla f'dak is-sens kif ukoll dwar l-eżitu finali tal-proċess ta' separazzjoni.

L-impriżi jistgħu wkoll joffru impenji li għandhom x'jaqsmu mal-kundizzjonijiet tal-aċċess li se japplikaw man-netwerk tagħhom matul perjodu ta' implimentazzjoni u meta tiġi implimentata l-għamla proposta ta' separazzjoni, bil-ħsieb li jkun żgurat aċċess effettiv u nondiskriminatorju mill-partijiet terzi. L-offerta tal-impenji għandha tinkludi dettalji biżżejjed, inkluż mil-lat ta' żmien għall-implimentazzjoni u durata, sabiex l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawn l-impenji jistgħu jestendu lil hinn mill-perijodu massimu tar-rieżamijiet tas-suq stabbiliti fl-Artikolu 65(5).

2. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta l-effett tat-tranżazzjoni maħsuba flimkien mal-impenji proposti, meta applikabbli, fuq l-obbligi regolatorji eżistenti skont din id-Direttiva.

Għal dak il-għan, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tmexxi analiżi tad-diversi swieq relatati man-netwerk għall-aċċess skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 65.

L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tqis kwalunkwe impenn offrut mill-impriża, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-għanijiet fl-Artikolu 3. B'hekk, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkonsulta lill-partijiet terzi skont l-Artikolu 23, u għandha tindirizza b'mod partikolari, mingħajr limitazzjoni, lil dawk il-partijiet terzi li huma affettwati direttament mit-tranżazzjoni maħsuba.

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi, skont l-Artikoli 23 u 32, filwaqt li jekk ikun xieraq, tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 77. Fid-deċiżjoni tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista' tagħmel l-impenji vinkolanti, b'mod sħiħ jew parzjalment. B'eċċezzjoni għall-Artikolu 65(5), l-awtorità regolatorja nazzjonali tista' tagħmel xi impenji jew kollha vinkolanti għall-perjodu kollu li għalih qed jiġu offruti.

3. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 77, l-entità tan-negozju li tkun separata b'mod legali u/jew b'mod operattiv tista' tkun soġġetta kif inhu xieraq għal kull obbligu identifikat fl-Artikoli 67 sa 72 f'kull suq speċifikat meta hija tkun nominata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq skont l-Artikolu 65, jew għal kull obbligu ieħor awtorizzat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 66(3) u meta kwalunkwe impenn offrut ikun biżżejjed biex jissodisfa l-għanijiet tal-Artikolu 3.

4. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-impenji offruti mill-impriżi li tkun għamlet vinkolanti skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u għandha tikkunsidra l-estensjoni tagħhom meta jiskadi l-perjodu taż-żmien li inizjalment inkun ġie offrut.

Artikolu 77

L-impriżi bl-ingrossa biss

1. Awtorità regolatorja nazzjonali li tidentifika impriża nieqsa mis-swieq tal-bejgħ bl-imnut għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bħala waħda li għandha saħħa sinifikanti f'wieħed jew f'diversi swieq bl-ingrossa skont l-Artikolu 65, għandha tikkunsidra jekk dik l-impriża għandhiex il-karatteristiċi li ġejjin:

(a) il-kumpaniji kollha u l-unitajiet tan-negozju kollha fi ħdan l-impriża, inklużi l-kumpaniji kollha li huma kkontrollati, iżda mhux neċessarjament jappartjenu kollha kemm huma għall-istess sid(ien) finali, li għandhom biss attivitajiet, bħalissa u ppjanati għall-futur, fis-swieq bl-ingrossa għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u għalhekk ma għandhomx attivitajiet fis-suq bl-imnut għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika provduti lill-utenti finali fl-Unjoni;

(b) l-impriża ma jkollhiex ftehim esklussiv, jew ftehim li de facto jammonta għal ftehim esklussiv, ma' impriża unika u separata li topera downstream u li tkun attiva f'xi suq tal-imnut għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika pprovduti lill-utenti finali privati jew kummerċjali.

2. Jekk l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu huma ssodisfati, din tista' timponi obbligi biss fuq dik l-impriża li jkunu konformi mal-Artikoli 70 jew 71.

3. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħmel rieżami tal-obbligi imposti fuq l-impriża skont dak l-Artikolu fi kwalunkwe ħin jekk tikkonkludi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għadhomx issodisfati u għandha tapplika l-Artikoli 65 sa 72 kif xieraq.

4. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha wkoll tagħmel rieżami tal-obbligi imposti fuq l-impriża skont dan l-Artikolu jekk, abbażi ta' evidenza tat-termini u l-kundizzjonijiet offerti mill-impriża lill-klijenti downstream tagħha, l-awtorità tikkonkludi li nqalgħu problemi tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-utenti finali li jeħtieġu l-impożizzjoni ta' obbligu wieħed jew aktar minn dawk previsti fl-Artikoli 67, 68, 69 jew 72, jew il-modifika tal-obbligi imposti skont il-paragrafu 2.

5. L-impożizzjoni tal-obbligi u r-rieżami tagħhom skont dan l-Artikolu għandhom ikunu implimentati skont il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23, 32 u 33.

    Artikolu 78

Il-migrazzjoni minn infrastruttura antika

1. L-impriżi li jkunu ġew identifikati li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq f'wieħed jew f'diversi swieq rilevanti skont l-Artikolu 65 għandhom jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali minn qabel u fil-ħin meta jkunu qed jippjanaw li jiddikummissjonaw xi partijiet tan-netwerk, inkluża l-infrastruttura antika meħtieġa għall-operazzjoni tan-netwerk tar-ram, li huma soġġetti għall-obbligi skont l-Artikoli 66 sa 77.

2. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiżgura li l-proċess tad-dikummissjonar ikun jinkludi skeda taż-żmien u kundizzjonijiet trasparenti, inkluż fost l-oħrajn perjodu xieraq ta' notifika u ta' tranżizzjoni, u għandha tistabbilixxi d-disponibbiltà ta' prodotti ▌alternattivi li għall-inqas ikunu ta' kwalità komparabbli u jipprovdu aċċess għal infrastruttura tan-netwerk aġġornata li tissostitwixxi l-elementi dikummissjonati jekk dan ikun meħtieġ biex jitħarsu l-kompetizzjoni u d-drittijiet tal-utenti finali.

Fir-rigward tal-assi li huma proposti għad-dikummissjonar, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista' tirtira l-obbligi wara li tkun żgurat li:

(a) il-fornitur tal-aċċess ikun stabbilixxa biċ-ċar il-kundizzjonijiet xierqa dwar il-migrazzjoni, inkluża d-disponibbiltà ta' prodott ta' aċċess alternattiv li għall-inqas ikun ta' kwalità komparabbli li jippermetti li jintlaħqu l-istess utenti finali, bħalma kien isir bl-infrastruttura antika; kif ukoll

(b) il-fornitur tal-aċċess ikun issodisfa l-kundizzjonijiet u l-proċess provduti lill-awtorità regolatorja nazzjonali skont dan l-Artikolu.

Tali irtirar għandu jiġi implimentat skont il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23, 32 u 33. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-disponibbiltà ta' prodotti regolati imposta mill-awtorità regolatorja nazzjonali fuq l-infrastruttura tan-netwerk imtejba f'konformità mal-proċeduri fl-Artikoli 65 u 66.

    Artikolu 78a

L-aggregazzjoni tad-domanda

L-Istati Membri m'għandhomx jimponu dispożizzjonijiet iktar onerużi, inkluż fir-rigward tat-tul ta' żmien, ir-rati tal-imgħax jew fir-rigward ta' affarijiet oħrajn, fuq il-finanzjament ta' operatur għall-introduzzjoni ta' konnessjoni fiżika ta' kapaċità għolja ħafna mal-bini ta' utent finali, minn dawk imposti fuq istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż meta tali finanzjament ta' operatur isir permezz ta' kuntratt li jitħallas bin-nifs.

    Artikolu 78b

Il-linji gwida tal-BEREC dwar netwerks b'kapaċità kbira ħafna

Sa [data ta' traspożizzjoni], il-BEREC għandu, wara li jikkonsulta lill-partijiet interessati u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, joħroġ linji gwida dwar il-kriterji li netwerk għandu jissodisfa sabiex jiġi kkunsidrat netwerk b'kapaċità kbira ħafna. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkunsidraw bis-sħiħ dawk il-linji gwida. Il-BEREC għandu jaġġorna l-linji gwida sal-31 ta' Diċembru 2025, u minn hemm 'il quddiem kull [tliet snin].

Parti III. IS-SERVIZZI

Titolu I: L-obbligi tas-servizz universali

Artikolu 79

Servizz universali affordabbli

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi kollha fit-territorju tagħhom ikollhom aċċess, bi prezz affordabbli, fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali speċifiċi, għal servizzi disponibbli tal-aċċess għall-internet bil-broadband u tal-komunikazzjoni bil-vuċi, bil-kwalità speċifikata fit-territorju tagħhom, inkluża l-konnessjoni sottostanti, mill-anqas f'post fiss.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw ukoll l-affordabbiltà ta' servizzi mhux ipprovduti f'post fiss, meta jqisu li dan ikun neċessarju sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika sħiħa tal-konsumaturi fis-soċjetà.2.B'konformità mal-linji gwida tal-BEREC, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiddefinixxu l-kapaċità minima tal-aċċess għall-internet ▌imsemmi fil-paragrafu 1 bl-għan li jirriflettu s-servizzi użati mill-maġġoranza tal-konsumaturi f'post fiss fit-territorju tagħhom jew f'partijiet rilevanti tat-territorju tagħhom, li huma indispensabbli biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika fis-soċjetà. Għal dak l-għan, is-servizz tal-aċċess għall-internet ▌għandu jkun jiflaħ jipprovdi l-bandwidth meħtieġa sabiex mill-inqas jiġi appoġġjat is-sett minimu ta' servizzi stabbilit fl-Anness V.

Sa ... [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-BEREC għandu, sabiex jikkontribwixxi favur l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, u b'kont meħud tad-data disponibbli tal-Kummissjoni (l-Eurostat), jadotta linji gwida li jippermettu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalità tas-servizz, inkluża l-bandwidth minima, sabiex jiġi appoġġjat, tal-inqas, is-sett minimu ta' servizzi stabbilit fl-Anness V u b'mod li jirrifletti l-bandwidth medja disponibbli għall-maġġoranza tal-popolazzjoni f'kull Stat Membru. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu aġġornati kull sentejn sabiex jirriflettu l-avvanzi teknoloġiċi u t-tibdil fix-xejriet ta' użu tal-konsumatur.

3. Meta konsumatur jitlob hekk, il-konnessjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 1a tista' tiġi limitata biex tappoġġja l-komunikazzjonijiet bil-vuċi biss.

3a. L-Istati Membri jistgħu jestendu d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għall-impriżi żgħar u mikro u għall-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ bħala utenti finali.

Artikolu 80

Il-forniment ta' servizzi universali affordabbli

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw l-evoluzzjoni u l-livell tat-tariffi bl-imnut tas-servizzi identifikati fl-Artikolu 79(1) disponibbli fis-suq, b'mod partikolari fir-rigward tal-prezzijiet nazzjonali u tad-dħul tal-konsumaturi nazzjonali.

2. Meta l-Istati Membri jistabbilixxu li, fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, il-prezzijiet bl-imnut għas-servizzi identifikati fl-Artikolu 79(1) ma jkunux affordabbli, għax il-konsumaturi bi dħul baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali ma jkunux jistgħu jiksbu aċċess għal servizzi bħal dawn, huma għandhom jeżiġu li l-fornituri li jipprovdu dawn is-servizzi joffru lil dawk il-konsumaturi alternattivi ta' tariffi jew pakketti differenti minn dawk provduti bil-kundizzjonijiet kummerċjali normali. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li dawn l-impriżi japplikaw tariffi komuni, inkluż medjar ġeografiku fit-territorju kollu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi intitolati għal dawn l-alternattivi ta' tariffi jew dawn il-pakketti jkollhom dritt għal kuntratt ma' impriża li tipprovdi s-servizzi identifikati fl-Artikolu 79(1). L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li din l-impriża tipprovdilhom perjodu ta' disponibbiltà ta' numru u tevita skonessjonijiet mhux ġustifikati tas-servizz

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriżi li jipprovdu alternattivi ta' tariffi jew pakketti lil konsumaturi bi dħul baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali skont il-paragrafu 2, iżommu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali infurmati bid-dettalji ta' dawn l-offerti. Mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-konsumaturi li jagħżlu kwalunkwe fornitur, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet li jimxu magħhom l-impriżi meta jfornu alternattivi ta' tariffi jew pakketti skont il-paragrafu 2, ikunu trasparenti għalkollox u jiġu ppubblikati u applikati skont l-Artikolu 92 u skont il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeżiġu li skemi speċifiċi jiġu modifikati jew irtirati.

4. Fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-konsumaturi bi dħul baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali jingħataw appoġġ ulterjuri ħalli tkun żgurata l-affordabbiltà tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u tal-komunikazzjoni bil-vuċi mill-inqas f'post fiss.Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw ukoll li jingħata appoġġ lil konsumaturi bi dħul baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali għas-servizzi mobbli, meta jqisu li dan ikun neċessarju sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika sħiħa tal-konsumaturi fis-soċjetà.

5. Fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi b'diżabbiltà jingħataw l-appoġġ xieraq, u li jittieħdu miżuri speċifiċi oħra, biex ikun żgurat li t-tagħmir terminali relatat ikun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà, u li t-tagħmir speċifiku u s-servizzi speċifiċi li jtejbu l-aċċess ekwivalenti jkunu disponibbli u affordabbli. L-ispiża medja tas-servizzi ta' trażmissjoni għall-konsumaturi b'diżabbiltà għandha tkun ekwivalenti għal dik tas-servizzi ta' komunikazzjoni bil-vuċi skont l-Artikolu 79.

6. Meta japplikaw dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jaraw li jnaqqsu kemm jista' jkun id-distorsjonijiet fis-suq.

6a. L-Istati Membri jistgħu jestendu d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għall-impriżi żgħar u mikro u għall-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ bħala utenti finali.

Artikolu 81

Id-disponibbiltà tas-servizz universali

1. Meta Stat Membru jkun stabbilixxa, b'kont meħud tar-riżultati tal-istħarriġ ġeografiku, fejn disponibbli, imwettaq skont l-Artikolu 22(1), jew meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun issodisfata b'evidenza alternattiva, li d-disponibbiltà f'post fiss ta' servizz tal-aċċess għall-internet funzjonali, kif definit skont l-Artikolu 79(2), u tas-servizz tal-komunikazzjoni bil-vuċi, ma tistax tkun żgurata b'ċirkostanzi kummerċjali normali jew bi strumenti potenzjali oħrajn tal-politika pubblika fit-territorju nazzjonali tiegħu jew f'partijiet differenti minnu, dan jista' jimponi obbligi tas-servizz universali xierqa biex jintlaħqu t-talbiet raġonevoli kollha għall-aċċess ta' dawn is-servizzi fil-partijiet rilevanti tat-territorju tiegħu.

2. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-aktar approċċ effiċjenti u adattat biex jiżguraw id-disponibbiltà f'post fiss ta' servizz tal-aċċess għall-internet funzjonali, kif definit skont l-Artikolu 79(2), u tas-servizz tal-komunikazzjoni bil-vuċi, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji tal-oġġettività, it-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni u l-proporzjonalità. Dan jista' jinkludi d-disponibbiltà ta' servizz ta' aċċess għall-internet u servizz ta' komunikazzjoni bil-vuċi permezz ta' teknoloġiji bil-fili jew bla fili. Dawn għandhom jaraw li jnaqqsu kemm jista' jkun id-distorsjonijiet fis-suq, b'mod partikolari l-forniment tas-servizzi bi prezzijiet jew suġġetti għal termini u kundizzjonijiet oħra li jitilqu mill-kundizzjonijiet kummerċjali normali, filwaqt li jissalvagwardaw l-interess pubbliku.

3. B'mod partikolari, meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu obbligi biex tkun żgurata d-disponibbiltà f'post fiss ta' servizz tal-aċċess għall-internet ▌, kif definit fl-Artikolu 79(2), u ta' servizz tal-komunikazzjoni bil-vuċi, dawn jistgħu jidentifikaw impriża waħda jew aktar biex jiggarantixxu d-disponibbiltà f'post fiss tas-servizz tal-aċċess għall-internet funzjonali kif definit skont l-Artikolu 79(2) u tas-servizz tal-komunikazzjoni bil-vuċi, b'mod li jkopru t-territorju nazzjonali kollu. L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw impriżi differenti jew settijiet ta' impriżi biex ifornu servizzi tal-aċċess għall-internet ▌u tal-komunikazzjoni bil-vuċi f'post fiss u/jew biex ikopru partijiet differenti tat-territorju nazzjonali.

4. Meta l-Istati Membri jidentifikaw fornituri f'parti jew fit-territorju kollu nazzjonali bħala fornituri li għandhom l-obbligu li jiżguraw id-disponibbiltà f'post fiss tas-servizz tal-aċċess għall-internet ▌, kif definit skont l-Artikolu 79(2), u tas-servizz tal-komunikazzjoni bil-vuċi, dawn għandhom jagħmlu dan billi jużaw mekkaniżmu ta' identifikazzjoni effiċjenti, oġġettiv, trasparenti u mhux diskriminatorju, li bih l-ebda fornitur ma jkun eskluż a priori milli jiġi identifikat. Dawk il-metodi ta' identifikazzjoni għandhom jiżguraw li s-servizz tal-aċċess għall-internet ▌u s-servizz tal-komunikazzjoni bil-vuċi f'post fiss jiġu pprovduti b'mod kosteffettiv u jistgħu jintużaw bħala mezz biex tiġi stabbilita l-ispiża netta tal-obbligu tas-servizz universali skont l-Artikolu 84.

5. Meta fornitur identifikat b'konformità mal-paragrafu 3 jkun biħsiebu jiddisponi mill-assi kollha tiegħu jew parti sostanzjali minnhom tan-network lokali tal-aċċess disponibbli għal entità legali separata bi sjieda differenti, huwa għandu jinforma bil-quddiem lill-awtorità regolatorja nazzjonali fil-ħin biex dik l-awtorità tkun tista' tivvaluta l-effett tat-tranżazzjoni intiża fuq il-forniment f'post fiss ta' servizz tal-aċċess għall-internet ▌, kif definit skont l-Artikolu 79(2) u ta' servizz tal-komunikazzjoni bil-vuċi. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista' timponi, temenda jew tirtira obbligi speċifiċi skont l-Artikolu 13(2).

Artikolu 82

L-istatus tas-servizzi universali eżistenti

1. L-Istati Membri jistgħu jkomplu jiżguraw id-disponibbiltà u l-affordabbiltà ta' servizzi oħra għajr is-servizz tal-aċċess għall-internet ▌kif definit skont l-Artikolu 79(2) u s-servizz tal-komunikazzjonijiet bil-vuċi f'post fiss li kienu fis-seħħ qabel [daħħal id-data], jekk jiġi stabbilit li hemm bżonn dawn is-servizzi fid-dawl taċ-ċirkostanzi nazzjonali. Meta l-Istati Membri jidentifikaw fornituri f'parti jew fit-territorju kollu nazzjonali għall-forniment ta' dawk is-servizzi, għandu japplika l-Artikolu 81. Il-finanzjament ta' dawn l-obbligi għandu jikkonforma mal-Artikolu 85.

2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu rieżami tal-obbligi imposti skont dan l-Artikolu sa ... [tliet (3) snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u minn hemm 'il quddiem tal-anqas darba kull tliet snin.

Artikolu 83

Il-kontroll tal-infiq

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, waqt li jfornu faċilitajiet u servizzi addizzjonali għal dawk imsemmija fl-Artikolu 79, il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet bil-vuċi u aċċess għall-internet skont l-Artikoli 79, 81 u 82 jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet b'tali mod li l-utent finali ma jkunx obbligat iħallas għal faċilitajiet jew servizzi li ma jkunux neċessarji jew li ma jkunux meħtieġa għas-servizz mitlub.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-fornituri li jipprovdu s-servizzi tal-komunikazzjoni bil-vuċi msemmija fl-Artikolu 79 u implimentati skont l-Artikolu 80 jipprovdu s-servizzi u l-faċilitajiet speċifiċi stipulati fl-Anness VI, il-Parti A, sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jissorveljaw u jikkontrollaw l-infiq u jistabbilixxu sistema biex jevitaw skonnessjoni mhux ġustifikata tas-servizz tal-komunikazzjonijiet bil-vuċi għall-konsumaturi li huma intitolati għalih, inkluż mekkaniżmu xieraq li jiċċekkja l-interess kontinwu fl-użu tas-servizz.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tkun tista' ma tapplikax l-ħtiġijiet tal-paragrafu 2 fit-territorju nazzjonali tagħha jew f'parti minnu jekk tkun sodisfatta li l-faċilità tkun disponibbli b'mod wiesa'.

Artikolu 84

L-istima tal-ispejjeż ta' obbligi ta' servizz universali

1. Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu li l-forniment ta' servizz tal-aċċess għall-internet ▌kif definit fl-Artikolu 79(2) u ta' servizz tal-komunikazzjonijiet bil-vuċi, kif stipulat fl-Artikoli 79, 80 u 81 jew il-kontinwazzjoni tas-servizzi universali eżistenti kif stipulat fl-Artikolu 82 jistgħu jirrappreżentaw piż inġust fuq il-fornituri ta' dawn is-servizzi u li qed jitolbu kumpens, dawn għandhom jikkalkulaw l-ispejjeż netti tal-forniment tiegħu.

Għal dak il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom:

  (a) jikkalkulaw l-ispiża netta tal-obbligu tas-servizz universali, waqt li jqisu kull benefiċċju tas-suq li jinġema' għal fornitur ta' servizz tal-aċċess għall-internet ▌kif definit skont l-Artikolu 79(2) u servizz tal-komunikazzjoni bil-vuċi; kif stipulat fl-Artikoli 79, 80 u 81 jew il-kontinwazzjoni tas-servizzi universali eżistenti kif stipulat fl-Artikolu 82, skont l-Anness VII; jew

  jagħmlu użu mill-ispejjeż netti għall-forniment tas-servizz universali identifikat mill-mekkaniżmu ta' identifikazzjoni skont l-Artikoli 81(3), 81(4) u 81(5).

2. Il-kontabbiltà u/jew informazzjoni oħra li sservi bħala bażi għall-kalkolu tal-ispiża netta ta' obbligi ta' servizz universali skont il-paragrafu 1(a) għandhom jiġu awditjati jew verifikati mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew korp indipendenti mill-partijiet relevanti u approvat mill-awtorità regolatorja nazzjonali. Ir-riżultat tal-kalkolu tal-ispejjeż u l-konklużjonijiet tal-verifika għandhom jintgħamlu pubblikament disponibbli.

Artikolu 85

Il-finanzjament tal-obbligi tas-servizz universali

Fejn, fuq il-bażi tal-kalkolu tal-ispejjeż netti msemmija fl-Artikolu 84, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jsibu li l-impriża hija soġġetta għal piż inġust, l-Istati Membri għandhom, fuq talba mill-impriża konċernata, jiddeċiedu li jintroduċu mekkaniżmu biex jikkumpensaw lil dik l-impriża għall-ispiża netta stabbilita skont kundizzjonijiet trasparenti minn fondi pubbliċi ▌.

1a.   Permezz ta' eċċezzjoni għall-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu fis-seħħ mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-ispiża netta tal-obbligi ta' servizz universali li jirriżultaw mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 81 bejn il-fornituri ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u dawk l-impriżi li jipprovdu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni kif definit fid-Direttiva 2000/31/KE.

1b.   L-Istati Membri li jadottaw jew iżommu tali mekkaniżmu għandhom jirrevedu l-funzjonament tiegħu mill-inqas kull tliet snin sabiex jiġi ddeterminat liema spejjeż netti għandhom ikomplu jiġu kondiviżi skont il-mekkaniżmu u liema għandhom jiġu ttrasferiti għal kumpens mill-fondi pubbliċi.

1c.   Tista' tiġi ffinanzjata biss l-ispiża netta, kif determinata skont l-Artikolu 84, tal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 79, 81 u 82.

1d.   Meta l-ispiża netta tkun kondiviża skont il-paragrafu 1a, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmu ta' kondiviżjoni, amministrat mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew minn korp indipendenti mill-benefiċjarji taħt is-superviżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali.

1e.   Mekkaniżmu ta' kondiviżjoni għandu jirrispetta l-prinċipji ta' trasparenza, l-anqas distorsjoni tas-suq, nondiskriminazzjoni u proporzjonalità, skont il-prinċipji tal-Anness IV, Parti B. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jitolbux kontribuzzjonijiet mingħand ċerti tipi ta' impriżi jew mingħand impriżi li l-fatturat nazzjonali tagħhom ikun inqas mil-limitu stabbilit.

1f.   Kwalunkwe imposta relatata mal-kondiviżjoni tal-ispiża ta' obbligi ta' servizz universali għandha tiġi diżaggregata u identifikata separatament għal kull impriża. Tali imposti m'għandhomx jinġabru jew jiġu imposti minn impriżi li ma jipprovdux servizzi fit-territorju tal-Istat Membru li jkun stabbilixxa l-mekkaniżmu ta' kondiviżjoni.

Artikolu 86

It-trasparenza

1. Meta l-ispiża netta tal-obbligi ta' servizzi universali tkun trid tiġi kkalkulata skont l-Artikolu 84, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-prinċipji għall-kalkolu tal-ispiża netta, inklużi d-dettalji tal-metodoloġija li trid tintuża, ikunu pubblikament disponibbli.

2. Bla ħsara għar-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li jiġi ppublikat rapport annwali li jipprovdi d-dettalji tal-ispiża kkalkolata tal-obbligi tas-servizz universali inklużi l-benefiċċji tas-suq li setgħu nġemgħu għall-impriża/i skont l-obbligi tas-servizz universali, kif stipulat fl-Artikoli 79, 81 u 82.

Titolu II In-numri

Artikolu 87

Ir-riżorsi ta' numerazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jikkontrollaw l-għotja ta' drittijiet għall-użu tar-riżorsi kollha tan-numerazzjoni nazzjonali u l-amministrazzjoni tal-pjan nazzjonali ta' numerazzjoni u li jipprovdu firxiet adegwati ta' numri u numerazzjoni għas-servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjonijiet elettroniċi. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu proċeduri objettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji għall-għotja ta' drittijiet ta' użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni nazzjonali.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jagħtu drittijiet tal-użu għan-numri mill-pjan nazzjonali tan-numerazzjoni għall-forniment ta' servizzi speċifiċi lil impriżi għajr il-fornituri tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, diment li dawk l-impriżi juru l-kapaċità tagħhom li jimmaniġġjaw dawk in-numri u li jkun hemm disponibbli għadd xieraq u biżżejjed ta' riżorsi tan-numerazzjoni li jissodisfaw id-domanda attwali u prevedibbli għall-futur. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jissospendu l-għoti tar-riżorsi tan-numerazzjoni lil impriżi bħal dawn jekk jintwera li jkun hemm riskju ta' eżawriment tar-riżorsi tan-numerazzjoni. Sa mhux aktar tard minn [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ], biex jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta' dan il-paragrafu, il-BEREC għandu jadotta linji gwida, wara konsultazzjoni mal-partijiet konċernati u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, dwar kriterji komuni għall-valutazzjoni tal-kapaċità tal-ġestjoni tar-riżorsi tan-numerazzjoni u r-riskju ta' eżawriment tar-riżorsi tan-numerazzjoni.

3. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-pjani u l-proċeduri nazzjonali għan-numerazzjoni jiġu applikati b'mod li jagħti trattament ugwali lill-fornituri kollha tas-servizzi pubblikament disponibbli tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u lil impriżi oħrajn jekk dawn ikunu eliġibbli skont il-paragrafu 2. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriża li tingħatala d-dritt ta' użu għal serje ta' numri ma tiddiskriminax kontra oħrajn li jipprovdu s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fir-rigward tas-sekwenzi tan-numri użati biex jagħtu aċċess għas-servizzi tagħhom.

4. Kull Stat Membru għandu jiddetermina firxa ta' riżorsi tan-numerazzjoni mhux ġeografiċi tiegħu li jistgħu jintużaw għall-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi minbarra s-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali, fit-territorju kollu tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 531/2012 u l-atti ta' implementazzjoni bbażati fuqu, u għall-Artikolu 91(2) ta' din id-Direttiva. Meta d-drittijiet tal-użu għan-numri jingħataw skont il-paragrafu 2 lil impriżi għajr il-fornituri tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, dan il-paragrafu għandu japplika għas-servizzi speċifiċi pprovduti minn dawn l-impriżi. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet għad-drittijiet tal-użu għan-numri li jintużaw għall-forniment tas-servizzi barra l-Istat Membru tal-kodiċi tal-pajjiż, u l-infurzar tagħhom, ma jkunux inqas stretti mill-kundizzjonijiet u mill-infurzar applikabbli għas-servizzi pprovduti fi ħdan l-Istat Membru tal-kodiċi tal-pajjiż. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw ukoll li l-fornituri li jużaw in-numri tal-kodiċi tal-pajjiż tagħhom fi Stati Membri oħra, għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur u regoli nazzjonali oħrajn relatati mal-użu ta' numri applikabbli f'dawk l-Istati Membri fejn ikunu qed jintużaw in-numri. Dan l-obbligu hu mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta' infurzar tal-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri.

Il-BEREC għandu jgħin lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi tan-numerazzjoni u użu estraterritorjali b'konformità mal-qafas regolatorju.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kodiċi "00" ikun il-kodiċi standard internazzjonali tal-aċċess. Jistgħu jsiru jew jissoktaw arranġamenti speċjali għal sejħiet bejn postijiet transfruntieri qrib xulxin bejn l-Istati Membri. L-utenti finali fil-postijiet konċernati għandhom jingħataw informazzjoni sħiħa dwar dawn l-arranġamenti.

L-Istati Membri jistgħu jaqblu li jkollhom pjan ta' numerazzjoni komuni għall-kategoriji kollha jew għal kategoriji speċifiċi tan-numri.

6. L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-forniment over-the-air tar-riżorsi tan-numerazzjoni, meta dan ikun fattibbli teknikament, biex jeħfief il-qlib tal-fornituri tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mill-utenti finali ▌, b'mod partikolari l-fornituri u l-utenti tas-servizzi bejn magna u oħra.

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjani nazzjonali tagħhom ta' numerazzjoni, u ż-żidiet kollha sussegwenti jew emendi għalihom, jiġu ppubblikati, bla ħsara biss għall-limitazzjonijiet imposti fuq il-bażi ta' sigurtà nazzjonali.

8. L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw l-armonizzazzjoni ta' numri speċifiċi jew firxiet ta' numerazzjoni fl-Unjoni meta dik tippromwovi kemm il-funzjonament tas-suq intern kif ukoll tappoġġja l-iżvilupp ta' servizzi pan-Ewropej. Il-Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja l-iżviluppi tas-suq u tieħu sehem fl-organizzazzjonijiet internazzjonali u fil-forums fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar n-numerazzjoni. Meta l-Kummissjoni jkun jidhrilha li hu ġustifikat u xieraq, din għandha tieħu l-miżuri ta' implimentazzjoni tekniċi xierqa fl-interess tas-Suq Uniku, biex tiġi ssodisfata d-domanda transfruntiera pan-Ewropea mhux milħuqa għan-numri, li inkella tkun ostaklu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri,

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 110(4).

Artikolu 88

L-għoti ta' drittijiet ta' użu tan-numri

1. Fejn huwa meħtieġ li jingħataw drittijiet individwali ta' użi ta' numri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħtu dawk id-drittijiet, meta mitluba, lil kull impriża għall-provvista ta' netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi koperti b' awtorizzazzjoni ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 12, suġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 13 u 21(1)(c) u kull regola oħra li tiżgura l-użu effiċjenti ta' dawk ir-riżorsi skont din id-Direttiva. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu wkoll jagħtu drittijiet ta' użu tan-numri lil impriżi għajr lill-fornituri tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi skont l-Artikolu 87(2).2. Id-drittijiet ta' użu tan-numri għandhom jingħataw permezz ta' proċeduri miftuħa, oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonali.

Meta jagħtu d-drittijiet ta' użu tan-numri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, għandhom jispeċifikaw jekk dawk id-drittijiet jistgħux ikunu ttrasferiti mid-detentur tad-drittijiet, u taħt liema kundizzjonijiet.

Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jagħtu drittijiet tal-użu għal perjodu taż-żmien limitat, id-durata għandha tkun adattata għas-servizz ikkonċernat fid-dawl tal-objettiv segwit, u jitqies b'mod xieraq il-bżonn li jkun hemm lok għal perjodu xieraq għall-amortizzazzjoni ta' investiment.

3. Id-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' drittijiet ta' użu għan-numri għandhom jittieħdu, jkunu kkomunikati u magħmula pubbliċi malajr kemm jista' jkun wara li tkun waslet l-applikazzjoni kompluta tal-awtorità regolatorja nazzjonali, fi żmien tliet ġimgħat fil-każ tan-numri li kienu allokati għal skopijiet speċifiċi ġewwa l-pjan nazzjonali tan-numerazzjoni.

4. Fejn ikun ġie deċiż, wara li kienu kkonsultati l-partijiet konċernati skont l-Artikolu 23, li d-drittijiet tal-użu għan-numri ta' valur ekonomiku eċċezzjonali jridu jingħataw permezz ta' proċeduri ta' għażla li jkunu kompetittivi u komparattivi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jestendu l-perjodu massimu ta' tliet ġimgħat b'mhux iktar minn tliet ġimgħat oħra.

5. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma għandhomx jillimitaw l-għadd ta' drittijiet ta' użu li jingħataw, għajr fejn dan ikun meħtieġ biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-riżorsi tan-numerazzjoni,

6. Meta d-drittijiet tal-użu għan-numerazzjoni jkunu jinkludu l-użu estraterritorjali tagħhom fi ħdan l-Unjoni b'konformità mal-Artikolu 87(4), l-awtorità regolatorja nazzjonali mad-dritt tal-użu għandha tehmeż kundizzjonijiet speċifiċi biex tiżgura konformità mar-regoli nazzjonali rilevanti għall-protezzjoni tal-konsumaturi u mal-liġijiet nazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-użu tan-numri applikabbli fl-Istati Membri fejn ikunu qed jintużaw in-numri. L-Istati Membri ma jistgħux jimponu obbligi addizzjonali għal dawn id-drittijiet ta' użu minn hemm 'il quddiem.

Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali ta' Stat Membru ieħor titlob dan, filwaqt li turi li nkisru r-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur jew xi liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru li għandha x'taqsam man-numerazzjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn ingħataw id-drittijiet tal-użu għan-numri, għandha tinforza l-kundizzjonijiet imposti skont is-subparagrafu 1 b'konformità mal-Artikolu 30, inkluż f'każijiet serji billi tirtira d-dritt tal-użu estraterritorjali għan-numri mogħtija lill-impriża kkonċernata.

Il-BEREC għandu jiffaċilita u jikkoordina l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri differenti involuti, u għandu jiżgura l-koordinazzjoni xierqa tal-ħidma bejniethom.

Artikolu 89

It-tariffi għad-drittijiet ta' użu tan-numri

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità regolatorja nazzjonali li timponi tariffi għad-drittijiet ta' użu tan-numri li jirriflettu l-ħtieġa li jiġi żgurat l-aqwa użu ta' dawn ir-riżorsi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk it-tariffi ikunu oġġettivament ġustifikati, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati b'relazzjoni mal-iskop maħsub tagħhom u għandhom jieħdu kont tal-miri fl-Artikolu 3.

Artikolu 90

Hotlines għat-tfal neqsin u għall-għajnuna lit-tfal

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għal servizz li jopera hotline biex jiġu rrappurtati każijiet ta' tfal neqsin, mingħajr ħlas. Il-hotline għandu jkun disponibbli fuq in-numru "116000". L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tfal ikollhom aċċess għal servizz adatt għalihom li jopera linja telefonika għall-għajnuna. Il-linja telefonika għall-għajnuna għandha tkun disponibbli fuq in-numru "116111".

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali b'diżabbiltà jkun jista' jkollhom aċċess għas-servizzi pprovduti bin-numri "116000" u "116111" fuq bażi ugwali ma' utenti finali oħrajn, inkluż permezz ta' servizzi totali ta' konversazzjoni. Il-miżuri meħuda biex jiffaċilitaw l-aċċess għas-servizzi lill-utenti finali b'diżabbiltà waqt li jkunu qed jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra għandhom ikunu konformi mal-istandards jew mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti ppubblikati skont l-Artikolu 39.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu implimentati miżuri xierqa meħtieġa sabiex jinkiseb livell suffiċjenti ta' kwalità tas-servizz fit-tħaddim tan-numru 116000 kif ukoll l-involviment tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa għat-tħaddim tal-hotline.

4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini jiġu infurmati b'mod adegwat dwar l-eżistenza u l-użu tas-servizzi pprovduti permezz tan-numri "116000" u "116111".

Artikolu 91

L-aċċess għan-numri u għas-servizzi

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn teknikament u ekonomikament fattibbli, u bl-eċċezzjoni ta' meta utent finali msejjaħ, għal raġunijiet kummerċjali, għażel li jillimita aċċess billi jsejjaħ partijiet li jinsabu f'żoni ġeografiċi speċifiċi, awtoritajiet nazzjonali rilevanti jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-utenti finali jkunu jistgħu:

  (a) ikollhom aċċess u jużaw servizzi bl-użu ta' numri nonġeografiċi fl-Unjoni; kif ukoll

  (b) ikollhom aċċess għan-numri kollha provduti fl-Unjoni, irrispettivament mit-teknoloġija u t-tagħmir użat mill-operatur, inklużi dawk fil-pjani ta' numerazzjoni tal-Istati Membri u n-Numri għal Sejħiet bla Ħlas Internazzjonali Universali (UIFN).

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jeħtieġu lill-fornituri ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet pubbliċi u/jew servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament biex jimblukkaw fuq bażi każ b'każ, l-aċċess għal numri jew servizzi meta dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' frodi jew użu ħażin, u li jeħtieġu li f'tali każijiet fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jżommu d-dħul minn interkonnessjoni rilevanti jew minn servizzi oħrajn.

Titolu III: Id-drittijiet tal-utent finali

(Artikolu 91a)

Il-klawżola ta' eżenzjoni

It-Titolu III, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 92 u 93, ma għandux japplika għal servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, li jkunu mikroimpriżi skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.

Artikolu 92

In-nondiskriminazzjoni

Il-fornituri tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ma għandhomx japplikaw rekwiżiti jew kundizzjonijiet diskriminatorji fuq l-aċċess jew l-użu tal-utenti finali fl-Unjoni abbażi tan-nazzjonalità jew il-post tar-residenza jew tal-istabbiliment tal-utenti finali sakemm dawn id-differenzi ma jkunux ġustifikati oġġettivament.

Artikolu 92a

1. Il-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjoni interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli pubblikament ma għandhomx japplikaw tariffi għal servizzi ta' komunikazzjonijiet fissi u mobbli fl-UE li jintemmu fi Stat Membru ieħor, li jkunu ogħla mit-tariffi għal servizzi li jintemmu fl-istess Stat Membru, sakemm dan ma jkunx ġustifikat bid-differenza fir-rati ta' terminazzjoni.

2. Sa ... (sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva), il-BEREC, wara li jikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jadotta linji gwida dwar l-irkupru ta' tali spejjeż differenti ġġustifikati oġġettivament skont il-paragrafu 1. Tali linji gwida għandhom jiżguraw li kwalunkwe differenza tkun strettament ibbażata fuq spejjeż diretti eżistenti li l-fornitur iġarrab jekk jipprovdi servizzi transfruntiera;

3. Sa ... (sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u kull sena wara dan), il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi rapport dwar l-applikazzjoni tal-obbligi tal-paragrafu 1, inkluża valutazzjoni tal-evoluzzjoni tat-tariffi ta' komunikazzjoni intra-Unjoni.

Artikolu 93

Is-salvagwardji tad-drittijiet fundamentali

1. Il-miżuri nazzjonali li jirrigwardaw l-aċċess ta' utenti finali jew l-użu ta' servizzi u applikazzjonijiet permezz ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jirrispettaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali kif garantiti bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

2. Kwalunkwe waħda minn dawn il-miżuri fir-rigward tal-aċċess ta', jew użu minn, utenti finali ta' servizzi u applikazzjonijiet permezz tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika li jkollhom il-possibbiltà li jirrestrinġu dawk id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jistgħu jiġu imposti biss jekk ikunu stipulati bil-liġi u jirrispettaw l-essenza ta' dawk id-drittijiet jew il-libertajiet, ikunu adegwati, proporzjonati u meħtieġa, u ġenwinament jissodisfaw l-għanijiet tal-interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni jew il-bżonn li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn f'konformità mal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, inklużi dawk tal-protezzjoni ġudizzjarja effikaċi u tal-proċess kif dovut. Konformement, dawn il-miżuri jittieħdu biss jekk b'rispett kif dovut għall-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza u għad-dritt tal-privatezza. Għandha tiġi garantita, minn qabel, proċedura ġusta u imparzjali, inkluż id-dritt tas-smigħ tal-persuna jew persuni konċernati, suġġett għall-ħtieġa ta' kundizzjonijiet xierqa u arranġamenti proċedurali xierqa f'każijiet ta' urġenza sostanzjati kif dovut konformement mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jkun garantit id-dritt ta' rieżami ġudizzjarju li jkun effikaċi u tempestiv.

2a. Skont l-Artikoli 7, 8 u 11 u l-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri m'għandhomx jimponu żamma ġenerali u indiskriminata tad-data kollha dwar it-traffiku u l-post tal-abbonati u l-utenti rreġistrati kollha li tirrelata mal-komunikazzjonijiet elettroniċi tagħhom.

Artikolu 94

Il-livell tal-armonizzazzjoni

Fil-liġi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu jew idaħħlu dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-utenti finali jew kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni ġenerali fejn jidħlu l-materji li jkopri dan it-Titolu u li jkunu diverġenti minn dawk stipulati f'dan it-Titolu, inkluż dispożizzjonijiet aktar jew inqas stretti biex jiżguraw livell differenti ta' protezzjoni tal-konsumaturi, sakemm dan it-Titolu ma jkunx jipprovdi mod ieħor.

Artikolu 95

Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni għall-kuntratti

-1.  Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti f'dan l-Artikolu, inkluż is-sommarju tal-kuntratt, għandhom jikkostitwixxu parti integrali mill-kuntratt finali u jiżdiedu mar-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2011/83/UE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu tiġi pprovduta b'mod ċar, komprensiv u faċilment aċċessibbli. Fuq talba magħmula mill-konsumatur jew minn utenti finali oħra, għandha tiġi pprovduta wkoll kopja tal-informazzjoni fuq mezz li jservi għal żmien twil u f'formati aċċessibbli għall-utenti finali b'diżabbiltà.

1. Qabel ma l-konsumatur jintrabat b'kuntratt jew b'xi offerta korrispondenti li tkun soġġetta għal xi tip ta' remunerazzjoni, il-fornituri tas-servizzi ta' aċċess għall-internet, servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament u servizzi ta' trażmissjoni użati għax-xandir għandhom jipprovdu lill-konsumatur, fejn applikabbli, l-informazzjoni li ġejja sa fejn din l-informazzjoni tkun relatata ma' servizz li jipprovdu:

  (a) bħala parti mill-karatteristiċi ewlenin ta' kull servizz provdut:

(i) kwalunkwe livelli minimi tal-kwalità tas-servizz, sakemm dawn ikunu ġew offruti, u skont il-linji gwida tal-BEREC li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 97(2), wara konsultazzjoni mal-partijiet konċernati u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, dwar:

–   għas-servizzi tal-aċċess għall-internet: bl-inqas latenza, jitter, telfien ta' pakketti,

–   għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u disponibbli pubblikament: mill-inqas iż-żmien għall-konnessjoni tal-bidu, il-probabbiltà ta' falliment, id-dewmien fis-sinjalar skont l-Anness IX ta' din id-Direttiva u

–   għal servizzi oħra għajr is-servizzi tal-aċċess għall-internet skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament 2015/2120/UE: il-parametri tal-kwalità speċifiċi żgurati,

Jekk ma jiġi offrut l-ebda livell minimu tal-kwalità tas-servizz, għandha ssir dikjarazzjoni f'dan is-sens.

(ii) mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-utenti finali li jużaw tagħmir terminali tal-għażla tagħhom skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2015/2120/KE, kull tariffa u restrizzjoni imposta mill-fornitur dwar l-użu tat-tagħmir terminali pprovdut u, fejn xieraq, informazzjoni teknika fil-qosor għall-funzjonament xieraq tat-tagħmir magħżul mill-konsumatur;

  (b) kull kumpens u arranġament għar-rifużjoni, inkluż – fejn applikabbli – referenza espliċita għad-drittijiet statutorji tal-konsumaturi, li japplikaw jekk il-livelli tal-kwalità tas-servizz b'kuntratt ma jintlaħqux jew jekk inċident ta' sigurtà, notifikat lill-fornitur, iseħħ minħabba vulnerabbiltajiet magħrufa fis-softwer jew fil-ħardwer li għalihom ikun inħareġ softwer korrettiv mill-manifattur jew mill-iżviluppatur u l-fornitur tas-servizz ma jkunx applika dak is-softwer korrettiv jew ma jkunx ħa kontromiżuri xierqa oħra;

  (c) bħala parti mill-informazzjoni dwar il-prezz u mezz ta' remunerazzjoni:

(i) id-dettalji tal-pjan jew tal-pjanijiet tat-tariffi speċifiċi skont il-kuntratt u, għal kull tali pjan tat-tariffa t-tipi ta' servizzi offruti, inkluż meta applikabbli, il-volumi tal-komunikazzjonijiet (MB, minuti, SMS) inklużi għal kull perjodu tal-ħlas, u l-prezz għall-unitajiet tal-komunikazzjoni addizzjonali,

(ia) fil-każ ta' pjan jew pjanijiet tat-tariffi b'volum ta' komunikazzjonijiet stabbilit minn qabel, il-possibbiltà għall-konsumaturi li jiddeferixxu kwalunkwe volum mhux użat mill-perjodu tal-ħlas preċedenti għall-perjodu tal-ħlas li jmiss, jekk din l-għażla tkun inkluża fil-kuntratt,

(ib) il-faċilitajiet għas-salvagwardja tat-trasparenza fil-kontijiet u għall-monitoraġġ tal-livell tal-konsum;

(ic) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tar-Regolament 2016/679, l-informazzjoni dwar liema data personali hija meħtieġa qabel it-twettiq tas-servizz jew li tinġabar fil-kuntest tal-forniment tas-servizz,

(ii) informazzjoni dwar it-tariffi rigward kull numru jew servizz soġġett għal kundizzjonijiet tal-ipprezzar partikolari; Fejn jidħlu l-kategoriji individwali tas-servizzi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeżiġu li din l-informazzjoni tiġi provduta minnufih qabel ma tiġi konnessa s-sejħa;

(iii) għal servizzi magħquda u l-pakketti, inkluż kemm is-servizzi u t-tagħmir, il-prezz tal-elementi individwali tal-pakkett sal-punt li jiġu kummerċjalizzati separatament,

(iv) dettalji fuq is-servizz ta' wara l-bejgħ, il-manutenzjoni u l-appoġġ għall-klijenti u l-ispejjeż tal-manutenzjoni, u,

(v) il-mezzi li bihom tkun tista' tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-ispejjeż tal-manutenzjoni kollha applikabbli;

  (d) bħala parti mill-informazzjoni dwar it-tul ta' żmien tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tal-kuntratt:

(i) kull użu u tul minimu meħtieġ biex wieħed jibbenefika minn termini promozzjonali,

(ii) kull proċedura u tariffa relatata mal-qlib minn fornitur għall-ieħor u l-portabbiltà tan-numri u identifikaturi oħra, u l-arranġamenti għal kumpens u rifużjoni minħabba dewmien jew abbuż fil-qlib minn fornitur għal ieħor,

(iii) kull spiża dovuta mat-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt, inkluża informazzjoni dwar il-ftuħ tat-tagħmir terminali u kull irkupru tal-ispejjeż b'rabta mat-tagħmir terminali,

(iv) għas-servizzi magħquda, il-kundizzjonijiet tat-terminazzjoni ta' pakkett jew elementi tiegħu, fejn applikabbli,

  (e) dettalji fuq il-prodotti u s-servizzi maħsuba għall-utenti finali b'diżabbiltà u kif jistgħu jinkisbu l-aġġornamenti ta' din l-informazzjoni;

  (f) il-mezz biex jinbdew proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, inkluż tilwim nazzjonali u transfruntier, skont l-Artikolu 25;

  (g) it-tip ta' azzjoni li tista' tittieħed mill-impriża b'reazzjoni għal inċidenti ta' sigurtà jew integrità jew għal theddid u vulnerabbiltajiet.

2. Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u disponibbli għall-pubbliku għandhom jipprovdu din l-informazzjoni b'mod ċar u li jinftiehem:

–  kull limitazzjoni għall-aċċess tas-servizzi ta' emerġenza jew għall-informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina t-telefonata minħabba nuqqas ta' fattibbiltà teknika, sakemm is-servizz jippermetti lill-utenti finali jagħmlu telefonati nazzjonali lil numru fi pjan nazzjonali ta' numerazzjoni telefonika;

–  id-dritt tal-utent finali li jaċċetta jew ma jaċċettax li jdaħħal id-data personali tiegħu fid-direttorju, u t-tipi ta' data kkonċernata, skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE;

3. Il-paragrafi 1, 2 u 6 għandhom japplikaw ukoll għal impriżi mikro jew żgħar u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ bħala utenti finali, sakemm ma jkunux ftehmu espressament li jirrinunzjaw għad-dispożizzjoni kollha jew għal parti minnhom,

4. Il-fornituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2015/2120.

5. Sa mhux aktar tard minn [dħul fis-seħħ + 12-il xahar], il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-BEREC, għandha tadotta mudell fil-qosor tal-kuntratt, li jidentifika l-elementi ewlenin tar-rekwiżiti tal-informazzjoni skont il-paragrafi 1 u 2. Dawk l-elementi ewlenin għandhom jinkludu, mill-inqas, informazzjoni fil-qosor dwar:

(a)  l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta' kuntatt tal-fornitur, u jekk ikunu differenti, l-informazzjoni ta' kuntatt għal kwalunkwe lment,

(b)  il-karatteristiċi ewlenin ta' kull servizz mogħti,

(c)  il-prezzijiet rispettivi,

(d)  it-tul tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet biex jiġġedded u jintemm,

(e)  sa kemm il-prodotti u s-servizzi huma maħsuba għall-utenti finali b'diżabbiltà.

(f)  fejn jidħlu s-servizzi tal-aċċess għall-internet, l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2015/2120.

Dan il-mudell ma għandux ikun itwal minn paġna A4 b'naħa waħda. Għandu jkun jista' jinqara faċilment. Fejn għadd ta' servizzi differenti jkunu miġburin f'kuntratt wieħed, jistgħu jkunu meħtieġa paġni addizzjonali, iżda d-dokument għandu jkun limitat għal total ta' tliet paġni.

Il-Kummissjoni tista' tadotta att ta' implimentazzjoni li jispeċifika l-mudell imsemmi f'dan il-paragrafu. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 110(4).

Il-fornituri soġġetti għall-obbligi skont il-paragrafi 1-4, għandhom debitament jimlew dan il-mudell fil-qosor tal-kuntratt bl-informazzjoni applikabbli u jipprovduha lill-konsumaturi, lill-impriżi mikro u żgħar u lill-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, fejn xieraq, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt jew, jekk dan ma jkunx possibbli, mingħajr dewmien żejjed wara l-konklużjoni tal-kuntratt.

6. Il-fornituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, u l-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u disponibbli pubblikament għandhom joffru l-faċilità lill-konsumaturi biex isegwu u jikkontrollaw l-użu ta' kull wieħed minn dawk is-servizzi li jħallsu abbażi tal-konsum bil-ħin jew bil-volum. Din il-faċilità għandha tinkludi aċċess għal informazzjoni fil-ħin dwar il-konsum tas-servizzi inklużi fil-pjan tat-tariffa. Il-fornituri tas-servizzi ta' aċċess għall-internet u tas-servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli pubblikament għandhom jagħtu parir lill-konsumaturi dwar l-aħjar tariffa b'rabta mas-servizzi tagħhom fuq talba u mhux aktar tard minn 3 xhur qabel it-tmiem tal-perjodu kuntrattwali.

6a. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom rekwiżiti addizzjonali applikabbli għal servizzi ta' aċċess għall-internet u servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u servizzi ta' trażmissjoni użati għax-xandir, sabiex jiżguraw livell ogħla ta' protezzjoni tal-konsumatur f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti ta' informazzjoni stipulati fil-paragrafi (1) u (2) ta' dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu wkoll iżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet li jimpedixxu temporanjament l-użu ulterjuri tas-servizz rilevanti li jeċċedi l-limitu finanzjarju jew ta' volum determinat mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 96

It-trasparenza, it-tqabbil tal-offerti u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li, meta l-forniment tas-servizzi rilevanti jkun soġġett għal termini u kundizzjonijiet, l-informazzjoni msemmija fl-Anness VIII tiġi ppubblikata b'mod ċar u li jinftiehem, u tkun aċċessibbli faċilment u f'format li jista' jinqara mill-magni, inkluż b'mod partikolari għall-utenti finali b'diżabbiltà, mill-fornituri ta' servizzi ta' aċċess għall-internet, mill-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament u mis-servizzi ta' trażmissjoni użati għax-xandir. Tali informazzjoni għandha tiġi aġġornata regolarment. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom rekwiżiti addizzjonali b'rabta mar-rekwiżiti ta' trasparenza stabbiliti f'dan il-paragrafu.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-utenti finali jkollhom aċċess bla ħlas għal mill-inqas għodda għat-tqabbil waħda u indipendenti li tippermettilhom iqabblu u jevalwaw il-prezzijiet u t-tariffi, u, fejn xieraq, figuri indikattivi li jindirizzaw il-kwalità tal-prestazzjoni tas-servizz ta' servizzi tal-aċċess għall-internet differenti u servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri aċċessibbli pubblikament ▌.

L-għodda tat-tqabbil għandha:

(a)  topera b'mod indipendenti billi tiżgura li l-fornituri tas-servizzi jingħataw trattament ugwali fir-riżultati tat-tfittxija;

(b)  tiżvela b'mod ċar is-sidien u l-operaturi tal-għodda ta' tqabbil;

(c)  tistabbilixxi kriterji oġġettivi u ċari fuq xiex għandu jistrieħ it-tqabbil;

(d)  tuża lingwaġġ sempliċi u mhux ambigwu;

(e)  tipprovdi informazzjoni preċiża u aġġornata u tiddikjara l-ħin tal-aħħar aġġornament;

(f)  tinkludi firxa wiesgħa ta' offerti li tkopri parti sinifikanti tas-suq u, meta l-informazzjoni ppreżentata ma tkunx ħarsa ġenerali sħiħa tas-suq, dikjarazzjoni ċara għal dan, qabel ma jintwerew ir-riżultati;

(g)  tipprovdi proċedura effettiva għar-rapportar ta' informazzjoni żbaljata.

(ga)  tinkludi prezzijiet u tariffi, u l-kwalità tal-prestazzjoni tas-servizz kemm għall-utenti finali li huma negozji u kemm għall-utenti finali li huma konsumaturi.

Fuq talba tal-fornitur tal-għodda, l-għodod tat-tqabbil li jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punti (a) sa (g) għandhom jiġu ċċertifikati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Il-partijiet terzi għandu jkollhom id-dritt li jużaw mingħajr ħlas u f'formati ta' data miftuħa, l-informazzjoni pubblikata mill-fornituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, jew servizzi pubbliċi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri, għall-finijiet li jkunu disponibbli dawn l-għodod tat-tqabbil indipendenti.

3. L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-awtoritajiet nazzjonali u l-fornituri ta' servizzi tal-aċċess għall-internet, servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u disponibbli pubblikament, jew it-tnejn, iqassmu informazzjoni ta' interess pubbliku bla ħlas lill-utenti finali eżistenti u ġodda, meta dan ikun xieraq, bl-istess mezzi li normalment jintużaw minnhom għall-komunikazzjonijiet tagħhom mal-utenti finali. F'dak il-każ, din l-informazzjoni ta' interess pubbliku għandha tingħata mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti b'format standardizzat u fost l-oħrajn għandha tkopri dawn is-suġġetti li ġejjin:

(a)  l-aktar użi komuni tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u disponibbli pubblikament biex wieħed jidħol f'attivitajiet illegali jew biex wieħed ixerred kontenut dannuż, b'mod partikolari meta dan ikun jista' jippreġudika r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, inkluż il-ksur tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-data, tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, u l-konsegwenzi legali tagħhom; kif ukoll il-mezzi ta' protezzjoni mir-riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u d-data personali meta wieħed juża s-servizzi tal-aċċess għall-internet u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u disponibbli pubblikament.

Artikolu 97

Il-kwalità tas-servizz

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jistgħu jobbligaw lill-fornituri tas-servizzi tal-aċċess tal-internet u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali ▌pubblikament disponibbli biex jippubblikaw informazzjoni komprensiva, komparabbli, u aġġornata għall-utenti finali dwar il-kwalità tas-servizzi tagħhom sa fejn joffru livelli minimi ta' kwalità tas-servizz u dwar miżuri meħudin biex ikun żgurat aċċess indaqs għall-utenti finali b'diżabbiltà. Dik l-informazzjoni għandha wkoll, meta tintalab, tingħata lill-awtorità regolatorja nazzjonali qabel ma tiġi pubblikata. Tali miżuri sabiex tiġi żgurata l-kwalità tas-servizz għandhom ikunu f'konformità mar-Regolament (UE) 2015/2120. Il-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjoni interpersonali disponibbli pubblikament għandhom jinfurmaw lill-konsumatur jekk il-kwalità tas-servizzi li jipprovdu tiddependix fuq xi fatturi esterni, bħall-kontroll tat-trażmissjoni tas-sinjal jew il-konnettività tan-netwerk.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jispeċifikaw, filwaqt li jieħdu l-aqwa kont tal-linji gwida tal-BEREC il-parametri tal-kwalità tas-servizz li għandhom jiġu mkejla, u l-metodi ta' kejl applikabbli, u l-kontenut, forma u mod tal-informazzjoni li għandha tiġi pubblikata, inklużi mekkaniżmi possibbli ta' ċertifikazzjoni ta' kwalità. Fejn ikun il-każ, għandhom jintużaw il-parametri, id-definizzjonijiet u l-metodu tal-kejl stipulati fl-Anness IX.

Sa mhux aktar tard minn [dħul fis-seħħ + 18-il xahar], biex jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta' dan il-paragrafu u tal-Anness IX, il-BEREC għandu jadotta linji gwida, wara konsultazzjoni mal-partijiet konċernati u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, li jiddeskrivu l-parametri rilevanti tal-kwalità tas-servizz, inklużi l-parametri rilevanti għall-utenti finali b'diżabbiltà, il-metodi tal-kejl applikabbli, il-kontenut u l-format tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni, u l-mekkaniżmi taċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità.

Artikolu 98

It-tul u t-terminazzjoni tal-kuntratt

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għat-terminazzjoni ta' kuntratt ma jkunux diżinċentiv kontra l-qlib tal-fornitur tas-servizz u li l-kuntratti konklużi bejn il-konsumaturi u l-fornituri ta' servizzi ta' aċċess għall-internet disponibbli pubblikament, servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u servizzi ta' trażmissjoni użati għax-xandir, ma jagħtux mandat għal perjodu ta' impenn li jkun itwal minn 24 xahar. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu tul massimu iqsar għall-perjodu ta' impenn kuntrattwali. L-Istati Membri jistgħu jeżiġu wkoll li l-fornituri joffru lill-utenti l-possibbiltà li jabbonaw għal kuntratt b'terminu massimu ta' 12-il xahar jew inqas.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għad-durata ta' kuntratti li jitħallsu bin-nifs meta l-konsumatur ikun ftiehem b'kuntratt separat li jħallas bin-nifs għall-introduzzjoni ta' konnessjoni fiżika għal netwerks ta' kapaċità ta' konnettività għolja ħafna. Kuntratti li jitħallsu bin-nifs għall-introduzzjoni ta' konnessjoni fiżika ma għandhomx jinkludu tagħmir terminali jew tagħmir tas-servizz tal-aċċess għall-internet, bħal router jew modem u ma għandhomx jipprekludu lill-konsumaturi milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont dan l-Artikolu.

2. Meta kuntratt jew liġi nazzjonali jipprovdu li l-kuntratti b'terminu fiss ikunu jistgħu jiġu estiżi awtomatikament, l-Istat Membru għandu jiżgura li, malli sseħħ proroga awtomatika, il-konsumaturi għandhom ikunu intitolati li jtemmu l-kuntratt fi kwalunkwe ħin b'perjodu massimu ta' notifika ta' xahar u bla ma jġarrbu l-ebda spiża ħlief il-ħlasijiet sabiex jiġi riċevut is-servizz matul il-perjodu ta' notifika. Qabel ma l-kuntratt jiġi estiż awtomatikament, il-fornitur għandu jinforma lill-konsumatur b'mod prominenti dwar tmiem il-perjodu tal-kuntratt inizjali u dwar il-mezzi biex jittermina l-kuntratt, jekk jintalab jagħmel dan. Il-fornituri għandhom jużaw l-istess mezzi li normalment jużaw fil-komunikazzjonijiet tagħhom mal-konsumaturi.

2a. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll għal utenti finali li huma impriżi mikro u żgħar jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ sakemm ma jkunux espressament qablu li jirrinunzjaw għal dawn id-dispożizzjonijiet.

3. L-utenti finali għandu jkollhom id-dritt itemmu l-kuntratt tagħhom bla ma jġarrbu spejjeż meta jiġu avżati b'modifiki fil-kundizzjonijiet kuntrattwali li jipproponi l-fornitur ta' servizzi ta' aċċess għall-internet, servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bbażati fuq in-numri disponibbli pubblikament u servizzi ta' trażmissjoni użati għax-xandir, sakemm il-modifiki proposti ma jkunux esklussivament għall-benefiċċju tal-utent finali jew sakemm ma jkunux ta' natura purament teknika u ma jkollhomx effett newtrali fuq l-utent finali jew sakemm ma jkunux meħtieġa strettament biex tiġi implimentata bidla leġiżlattiva jew regolatorja. Il-fornituri għandhom javżaw lill-utenti finali bi kwalunkwe bidla fil-kundizzjonijiet kuntrattwali, mill-anqas xahar bil-quddiem, u għandhom jinfurmawhom bid-dritt tagħhom li jistgħu jtemmu l-kuntratt bla ma jġarrbu spejjeż jekk ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet il-ġodda. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-notifika tkun saret b'mod ċar u li jinftiehem b'mezz li jservi fit-tul u bl-istess mezz li l-fornitur juża normalment fil-komunikazzjonijiet tiegħu mal-konsumaturi.

3a. Kwalunkwe diskrepanza sinifikanti, kontinwa jew li sseħħ regolarment, bejn il-prestazzjoni attwali ta' servizz tal-komunikazzjoni elettronika u l-prestazzjoni indikata fil-kuntratt, għandha titqies bħala prestazzjoni ta' nuqqas ta' konformità għall-iskopijiet ta' introduzzjoni tar-rimedji disponibbli għall-konsumatur skont il-liġi nazzjonali, inkluż id-dritt li jtemm il-kuntratt mingħajr ebda spiża.

4. Meta utent finali jkollu d-dritt li jittermina kuntratt għal servizzi ta' aċċess għall-internet disponibbli pubblikament, servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażat fuq in-numri u servizzi ta' trażmissjoni użati għax-xandir, qabel it-tmiem tat-terminu kuntrattwali miftiehem b'konformità ma' din id-Direttiva, ma' dispożizzjonijiet oħra tal-dritt tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali, l-ebda penali jew kumpens ma għandhom ikunu dovuti mill-utent finali ħlief għat-tagħmir terminali sussidjat miżmum. Jekk l-utent finali jagħżel li jżomm it-tagħmir terminali li jinġabru fil-mument meta jiġi konkluż il-kuntratt, kull kumpens dovut ma għandux jaqbeż il-valur pro rata temporis tiegħu fil-mument meta jiġi konkluż il-kuntratt jew fuq il-parti li jkun fadal mit-tariffa tas-servizz sa tmiem il-kuntratt, skont liema ammont ikun l-iżgħar. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu metodi oħrajn għall-kalkolu tar-rata tal-kumpens, fejn din ir-rata tkun ugwali għall-kumpens ikkalkulat jew inqas minnu. Il-fornitur għandu jneħħi kull restrizzjoni fuq l-użu tat-tagħmir terminali għal netwerks oħrajn, u bla ħlas, sa mhux aktar tard minn meta jitħallas dan il-kumpens. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu rekwiżiti addizzjonali fir-rigward ta' dan il-paragrafu biex jiżguraw livell ogħla ta' protezzjoni tal-konsumatur.

Artikolu 99

Bidla tal-fornitur u n-numru tal-portabbiltà

1. Fil-każ ta' qbil bejn il-fornituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-fornituri kkonċernati għandhom jipprovdu lill-utent finali b'informazzjoni adegwata qabel u waqt il-proċess tal-qlib u jiżguraw il-kontinwità tas-servizz. Il-fornitur riċeventi għandu jwassal il-proċess tal-qlib biex jiżgura li l-attivazzjoni tas-servizz għandha ssir fid-data u skont l-iskadenzi miftiehma espressament mal-utent finali. Il-fornitur trasferenti għandu jkompli jipprovdi s-servizzi tiegħu bl-istess kundizzjonijiet sakemm jiġu attivati s-servizzi tal-fornitur riċeventi. Il-waqfien tas-servizz waqt il-proċess tal-qlib ma għandux ikun aktar minn ġurnata waħda tax-xogħol meta ż-żewġ fornituri jużaw l-istess mezzi teknoloġiċi. Meta l-fornituri jużaw mezzi teknoloġiċi differenti, huma għandhom jagħmlu ħilithom biex jillimitaw il-waqfien tas-servizz waqt il-proċess tal-bidla għal ġurnata waħda ta' xogħol, sakemm perjodu itwal, li ma jaqbiżx jumejn ta' xogħol, ma jkunx debitament ġustifikat.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw l-effiċjenza u s-sempliċità tal-proċess tal-qlib għall-utent finali.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali kollha b'numri mill-pjan nazzjonali ta' numerazzjoni telefonika għandu jkollhom id-dritt li jżommu, jekk jitolbu dan, in-numru/i tagħhom indipendentement mill-impriża li tipprovdi s-servizz skont id-dispożizzjonijiet tal-Parti C tal-Anness VI.

2a. Meta utent finali jtemm kuntratt ma' fornitur, l-utent finali għandu jżomm id-dritt ta' portabbiltà ta' numru għand fornitur ieħor għal sitt xhur wara d-data tat-terminazzjoni, sakemm dak id-dritt ma jiġix rinunzjat mill-utent finali.

3. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-prezz bejn l-operaturi u/jew il-fornituri tas-servizz relatat mal-forniment tal-portabbiltà tan-numru ikun orjentat lejn l-ispejjeż u li l-ebda ħlasijiet diretti ma jiġu applikati lil utenti finali,

4. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali m'għandhomx jimponu tariffi bl-imnut għall-portabbiltà tan-numri b'mod li jgħawwġu il-kompetizzjoni, bħal per eżempju billi jiffissaw tariffi bl-imnut speċifiċi jew komuni.

5. Il-portabbiltà tan-numri u l-attivazzjoni sussegwenti tagħhom għandhom jiġu implimentati fl-iqsar żmien possibbli. Fi kwalunkwe każ, il-konsumaturi li jkunu kkonkludew ftehim dwar il-portabbiltà ta' numru għal impriża ġdida għandu jkollhom dak in-numru attivat fi żmien ġurnata tax-xogħol mid-data miftiehma. Il-fornitur trasferenti għandu jkompli jipprovdi s-servizzi tiegħu bl-istess kundizzjonijiet sakemm jiġu attivati s-servizzi tal-fornitur riċeventi.

Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għal impriżi mikro jew żgħar u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ bħala utenti finali, sakemm ma jkunux ftiehmu espressament li jirrinunzjaw għad-dispożizzjonijiet kollha jew għal partijiet minnhom.

5a. Il-fornitur riċeventi għandu jmexxi l-proċess tal-qlib u tal-portabbiltà u kemm il-fornituri riċeventi kif ukoll il-fornituri trasferenti għandhom jikkooperaw in bona fede. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu l-proċess globali tal-qlib u tal-portabbiltà tan-numri, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-kuntratti, il-fattibbiltà teknika u l-ħtieġa li tinżamm il-kontinwità tas-servizz lill-utent finali. Dan għandu jinkludi, fejn ikun fattibbli, rekwiżit għall-portabbiltà li għandu jsir over-the-air, ħlief jekk utent finali ma jitlobx mod ieħor.

Fi kwalunkwe każ, il-waqfien tas-servizz waqt il-proċess tal-qlib ma għandux ikun aktar minn ġurnata waħda tax-xogħol.

Il-kuntratti tal-utenti finali mal-fornitur trasferenti għandhom jintemmu awtomatikament mal-konklużjoni tal-proċess tal-qlib. Il-fornituri trasferenti għandhom iħallsu lura kull kreditu pendenti lill-konsumaturi li jużaw is-servizzi mħallsa minn qabel. Ir-rifużjoni għandha tkun soġġetta għal tariffa biss jekk dan ikun iddikjarat fil-kuntratt. Kwalunkwe tali tariffa għandha tkun proporzjonata u korrispondenti mal-ispejjeż attwali mġarrba mill-fornitur trasferenti fl-għoti tar-rifużjoni. Jekk ifalli l-proċess tal-portabbiltà, il-fornitur trasferenti għandu jerġa' jattiva n-numru jew is-servizz tal-utent finali, bl-istess termini u kundizzjonijiet bħal dawk li l-utent finali kellu qabel il-proċess tal-qlib li jkun se jibda, sakemm il-proċess tal-portabbiltà jew tal-qlib jirnexxi. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-utenti finali jkunu mgħarrfa kif xieraq u protetti sew matul il-proċessi tal-qlib u tal-portabbiltà u ma jinqalbux lejn fornitur ieħor mingħajr il-kunsens tagħhom.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu previsti sanzjonijiet xierqa fuq l-impriżi ▌fil-każ ta' dewmien fil-portabbiltà jew abbuż waqt li ssir il-portabbiltà minnhom jew f'isimhom.

6a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali jkunu intitolati jirċievu kumpens mingħand il-fornituri f'każ ta' dewmien jew abbuż fil-portabbiltà jew fil-qlib. Il-kumpens minimu għal dewmien għandu jkun:

(a)   jekk il-portabbiltà tkun imdewma għal żmien itwal minn jum jew jumejn ta' xogħol kif stabbilit fl-Artikolu 99(1) u l-Artikolu 99(5) rispettivament, ammont għal kull jum addizzjonali;

(b)   jekk ikun hemm telf ta' servizz li jaqbeż jum ta' xogħol, ammont għal kull jum addizzjonali;

(c)   jekk ikun hemm dewmien fl-attivazzjoni ta' servizz, ammont kuljum għal kull jum wara dak miftiehem għall-attivazzjoni; u

(d)   jekk appuntament għal servizz jintilef jew jiġi kkanċellat b'avviż ta' inqas minn 24 siegħa, ammont għal kull appuntament.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu l-ammonti dovuti skont dan il-paragrafu.

6b. Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 6a għandu jitħallas permezz ta' tnaqqis mill-fattura ta' wara, fi flus kontanti, permezz ta' trasferiment elettroniku jew, bi ftehim mal-utent finali, permezz ta' vawċers għas-servizz.

6c. Il-paragrafu 6a għandu jkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe dritt għal kumpens ulterjuri skont id-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli addizzjonali li jiżguraw li kull utent finali li jkun sofra dannu materjali jew mhux materjali skont dan l-Artikolu jista' jfittex u jirċievi kumpens mingħand impriża għad-danni mġarrba. Il-kumpens minimu mħallas skont il-paragrafu 6a jista' jitnaqqas minn kwalunkwe kumpens bħal dan. Il-ħlas ta' kumpens skont il-paragrafu 6a ma għandux jimpedixxi lill-fornitur riċeventi milli jfittex kumpens minn fornitur trasferenti jekk ikun xieraq.

Artikolu 100

L-offerti magħquda

1. Jekk il-pakketti ta' servizzi jew il-pakketti ta' servizzi u tagħmir terminali li huma offruti lill-konsumatur ikun fihom mill-anqas servizz ta' aċċess għall-internet jew servizzi tal-komunikazzjonijiet disponibbli pubblikament, l-Artikoli 95, 96 (1), 98 u 99▌għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-elementi kollha tal-pakkett ħlief meta d-dispożizzjonijiet applikabbli għal element ieħor tal-pakkett ikunu aktar favorevoli għall-konsumatur.

2. L-ebda abbonament għal servizzi addizzjonali jew tagħmir terminali pprovdut jew imqassam mill-istess fornitur ta' servizzi tal-aċċess għall-internet jew servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri pubblikament disponibbli ma għandux jestendi t-terminu tal-kuntratt sakemm il-konsumatur ma jaċċettax espliċitament mod ieħor meta jabbona għal servizzi addizzjonali jew għat-tagħmir terminali.

2a. Il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għajr is-servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, għandhom jagħtu lill-konsumaturi l-possibbiltà li jikkanċellaw jew jaqilbu partijiet individwali tal-kuntratt f'forma ta' pakkett, jekk din l-għażla tkun inkluża fil-kuntratt.

2b. Il-paragrafi 1 u 2 japplikaw ukoll għal dawk l-utenti finali li huma impriżi mikro jew żgħar, jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, sakemm ma jkunux qablu espliċitament li jirrinunzjaw għal parti minn dawk id-dispożizzjonijiet jew għad-dispożizzjonijiet kollha.

2c. L-Istati Membri jistgħu jwessgħu l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għal pakketti ta' servizzi jew pakketti ta' servizzi u tagħmir terminali offruti lil konsumatur, li jinkludu mill-inqas servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament. L-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll il-paragrafu 1 fir-rigward ta' dispożizzjonijiet oħrajn stabbiliti f'dan it-Titolu.

Artikolu 101

Id-disponibbiltà tas-servizzi

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw id-disponibbiltà kollha possibbli ta' servizzi tal-aċċess għall-internet u tal-komunikazzjoni bil-vuċi pprovduti fuq netwerks ta' komunikazzjonijiet pubbliċi fl-eventwalità ta' ħsara katastrofika fin-netwerk jew f'każi ta' force majeure. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-aċċess għall-internet u tal-komunikazzjoni bil-vuċi jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw aċċess mingħajr interruzzjoni għas-servizzi ta' emerġenza.

Artikolu 102

Il-komunikazzjonijiet ta' emerġenza u n-numru uniku Ewropew għal sejħiet ta' emerġenza

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, l-utenti finali kollha tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 2, inklużi l-utenti ta' telefons pubbliċi bi ħlas u ta' netwerks tal-komunikazzjoni elettronika privati, ikunu jistgħu jaċċessaw is-servizzi ta' emerġenza permezz ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza mingħajr ħlas, billi jużaw in-numru uniku Ewropew tas-sejħiet ta' emerġenza, in-numru "112" u numri nazzjonali ta' emerġenza speċifikati mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri, b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u s-servizzi ta' emerġenza u l-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jiżguraw li l-fornituri li jipprovdu lill-utenti finali b'komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri, fejn dak is-servizz jippermetti lill-utenti finali jagħmlu telefonati nazzjonali lil numru fi pjan ta' numerazzjoni telefonika nazzjonali jew internazzjonali, jipprovdu aċċess għas-servizzi ta' emerġenza permezz ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza lejn l-aktar PSAP xieraq permezz ta' informazzjoni dwar il-post li tkun disponibbli għall-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u b'mod li jkun konsistenti mal-infrastrutturi ta' telefonati ta' emerġenza tal-Istati Membri.

Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri li ma joffrux aċċess għall-112 għandhom jinfurmaw lill-utenti finali li mhuwiex mogħti aċċess għan-numru ta' emerġenza 112.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull komunikazzjoni ta' emerġenza lejn in-numru uniku Ewropew "112" ta' emerġenza għandha titwieġeb b'mod xieraq u tiġi trattata bl-aktar mod adattat għall-organizzazzjoni nazzjonali tas-sistemi ta' emerġenza, bil-kunsiderazzjoni tal-ħtieġa li s-sejħiet jitwieġbu b'lingwi differenti. Dawn komunikazzjonijiet ta' emerġenza għandhom jitwieġbu u jiġu ttrattati malajr u effiċjentement almenu daqs li kieku kienu komunikazzjonijiet ta' emerġenza fuq in-numru jew numri nazzjonali ta' emerġenza, fejn dawn ikunu għadhom jintużaw.

3a. Il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u s-servizzi ta' emerġenza, għandha tadotta indikaturi ta' prestazzjoni applikabbli għas-servizzi ta' emerġenza tal-Istati Membri. Kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effettività tal-implimentazzjoni tan-numru tat-telefon Ewropew "112" ta' emerġenza u dwar il-funzjonament tal-indikaturi ta' prestazzjoni.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess għall-utenti finali b'diżabbiltà għal servizzi ta' emerġenza jkun disponibbli permezz tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza u daqs dak li minnu jgawdu utenti finali oħrajn inkluż permezz ta' servizzi ta' konversazzjoni totali jew servizzi ta' trażmissjoni ta' parti terza. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-utenti finali b'diżabbiltà jkun jista' jkollhom aċċess għal servizzi ta' emerġenza fuq bażi ekwivalenti bħall-oħrajn, huma u jivvjaġġaw fi Stat Membru ieħor, fejn fattibbli, mingħajr kwalunkwe prereġistrazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom ifittxu li jiżguraw l-interoperabbiltà fost l-Istati Membri u għandhom ikunu bbażati kemm jista' jkun fuq standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej ippubblikati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 39, u ma għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli jadottaw rekwiżiti addizzjonali biex isegwu l-għanijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-post minn fejn issir is-sejħa ssir disponibbli lill-aktar PSAP xieraq mingħajr dewmien wara li tiġi stabbilita l-komunikazzjoni ta' emerġenza. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar mnejn qed issir is-sejħa li tkun ibbażata fuq in-netwerk kif ukoll, jekk disponibbli, dik li tkun toriġina minn handset. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istabbiliment u t-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-lok tal-utent finali jkunu bla ħlas għall-utenti finali u għall-PSAP fejn jidħlu l-komunikazzjonijiet kollha ta' emerġenza lejn in-numru uniku Ewropew "112" ta' emerġenza. L-Istati Membri jistgħu jestendu dawk l-obbligi biex ikopru l-komunikazzjonijiet ta' emerġenza lejn in-numri nazzjonali ta' emerġenza. Din ma għandhiex timpedixxi lill-awtoritajiet kompetenti, wara konsultazzjoni mal-BEREC, milli jistabbilixxu kriterji għall-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta dwar il-post tal-oriġini tas-sejħa.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu informati adegwatament dwar l-eżistenza u l-użu tan-numru uniku Ewropew ta' emerġenza "112", kif ukoll il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu, inkluż permezz ta' inizjattivi li jimmiraw speċifikament lil persuni li jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri, u l-persuni b'diżabbiltà. Dik l-informazzjoni għandha tingħata f'formati aċċessibbli, li jindirizzaw tipi differenti ta' diżabbiltà. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja u tikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri.

7. Sabiex ikun żgurat aċċess effettiv għas-servizzi ta' emerġenza permezz tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza lis-servizzi "112" fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-BEREC, tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 109 dwar il-miżuri neċessarji biex tiżgura l-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà, il-kwalità, l-affidabbiltà u l-kontinwità tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza fl-Unjoni fir-rigward ta' soluzzjonijiet dwar il-lok mnejn qed issir is-sejħa, aċċess għall-utenti finali, aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà, u tidwir lejn l-aktar PSAP xieraq. L-ewwel atti delegati bħal dawn għandhom jiġu adottati sa [daħħal id-data].

Il-Kummissjoni għandha żżomm bażi ta' data tan-numri E.164 tas-servizzi ta' emerġenza Ewropej, sabiex tiżgura li dawn ikunu kapaċi jikkuntattjaw lil xulxin minn Stat Membru għal ieħor.

Dawk għandhom jiġu adottati bla ħsara għall-organizzazzjoni tas-servizzi ta' emerġenza, li għandhom jibqgħu fil-kompetenza esklussiva tal-Istati Membri, u ma għandu jkollhom l-ebda impatt fuqhom.

Artikolu 102a

Is-sistema "112 invers"

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz tal-użu ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, l-istabbiliment ta' sistemi ta' komunikazzjoni nazzjonali effiċjenti ta' "112 invers" għat-twissija taċ-ċittadini, f'każ ta' emerġenzi u diżastri ewlenin naturali u/jew ikkawżati mill-bniedem imminenti jew li qed jiżviluppaw, filwaqt li jitqiesu s-sistemi nazzjonali u reġjonali eżistenti u mingħajr ma jiġu mxekkla l-privatezza u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 103

Aċċess u għażla ndaqs għall-utenti finali b'diżabbiltà

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jispeċifikaw ▌ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni disponibbli pubblikament biex ikun żgurat li utenti finali b'diżabbiltà:

  (a) ikun jista' jkollhom aċċess għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluża l-informazzjoni kuntrattwali relatata pprovduta skont l-Artikolu 95, li jkun daqs dak li minnu jgawdu l-maġġoranza tal-utenti finali; u l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament jieħdu l-miżuri neċessarji biex jagħmlu s-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli tagħhom iktar aċċessibbli billi jagħmluhom perċettibbli, operabbli, komprensibbli u robusti.

  (b) jibbenefikaw mill-għażla tal-impriżi u s-servizzi disponibbli għall-maġġoranza tal-utenti finali.

Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, sakemm dan ma jimponi l-ebda piż sproporzjonat fuq il-fornituri ta' tagħmir terminali u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, id-disponibbiltà ta' tagħmir speċjalizzat li joffri s-servizzi u l-funzjonijiet meħtieġa maħsub speċifikament għall-utenti finali b'diżabbiltà. Il-valutazzjoni ta' x'jitqies bħala piż sproporzjonat għandha ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12 tad-Direttiva xxx/YYYY/UE.

2. Meta l-Istati Membri jkunu qed jieħdu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, dawn għandhom jinkoraġġixxu l-konformità mal-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti ppublikati b'konformità mal-Artikolu 39.

Jekk id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jkunu f'kunflitt mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva xxx/YYYY/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(46), id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva xxx/YYYY/UE għandhom jipprevalu.

Artikolu 104

Is-servizzi ta' konsultazzjoni tad-direttorju tat-telefon

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri kollha tas-servizzi ta' komunikazzjoni bil-vuċi jissodisfaw it-talbiet raġonevoli kollha biex jagħmlu disponibbli, għall-finijiet tal-provvista ta' servizzi ta' direttorju u servizzi ta' konsultazzjoni tad-direttorju aċċessibbli għall-pubbliku, l-informazzjoni kollha relevanti f'format miftiehem fuq termini li jkunu ġusti, oġġettivi, orjentati mal-ispejjeż u mhux diskriminatorji.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jimponu obbligi u kundizzjonijiet fuq l-impriżi li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali għall-forniment ta' servizzi ta' konsultazzjoni tad-direttorju skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 59, Tali obbligi u kundizzjonijiet għandhom ikunu oġġettivi, ekwitabbli, mhux diskrimatorji u trasparenti.

3. L-Istati Membri m'għandhomx iżommu xi restrizzjonijiet regolatorji li jipprevjenu lill-utenti finali fi Stat Membru wieħed milli jaċċessaw direttament is-servizz ta' konsultazzjoni tad-direttorju fi Stat Membru ieħor, permezz ta' sejħiet bil-vuċi jew SMS, u għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw tali aċċess f'konformità mal-Artikolu 91.

4. Il-paragrafi 1 sa 3 għandhom japplikaw suġġett għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Unjoni dwar il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza u, b'mod partikolari, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE,

Artikolu 105

L-interoperabbiltà tat-tagħmir tal-konsumatur tar-radju u tat-televiżjoni

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness X, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-interoperabbiltà tat-tagħmir tal-konsumatur tar-radju u tat-televiżjoni msemmi fih.

Il-fornituri tas-servizzi tat-televiżjoni diġitali għandhom jiżguraw l-interoperabbiltà tat-tagħmir terminali sabiex fejn ikun teknikament fattibbli t-tagħmir terminali jkun jista' jintuża mill-ġdid ma' fornituri oħra u jekk dan ma jkunx il-każ jeħtieġ li l-konsumaturi jingħataw il-possibbiltà permezz ta' proċess bla ħlas u faċli biex jirritornaw it-tagħmir terminali.

Artikolu 106

Obbligi ta' trażmissjoni ("must carry")

1. L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi raġonevoli ta' trażmissjoni (must carry), għat-trażmissjoni ta' servizzi speċifiċi ta' radju u kanali ta' trażmissjoni televiżiva u servizzi komplimentari relatati, b'mod partikolari servizzi ta' aċċessibbiltà biex jippermettu aċċess xieraq għall-kontenut u l-gwidi elettroniċi tal-programmi għall-utenti b'diżabbiltà u d-data li ssostni s-servizzi televiżivi konnessi u l-gwidi elettroniċi tal-programmi, fuq impriżi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li jipprovdu netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi użati għad-distribuzzjoni ta' servizzi tar-radju jew ta' kanali ta' trażmissjoni televiżiva lill-pubbliku fejn numru sinifikanti ta' utenti finali ta' tali netwerks u servizzi jużawhom bħala l-mezzi prinċipali tagħhom biex jirċievu servizzi bir-radju u kanali ta' trażmissjoni televiżiva. Tali obbligi għandhom jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jilħqu l-għanijiet ta' interess ġenerali kif definiti b'mod ċar minn kull Stat Membru u għandhom ikunu proporzjonati u trasparenti.

L-Istati Membri għandhom jimponu biss obbligi ta' trażmissjoni fuq it-trażmissjonijiet analogi tax-xandir televiżiv meta n-nuqqas ta' tali obbligu jikkawża tfixkil sinifikanti għal għadd sinifikanti ta' utenti finali jew meta ma jkun hemm l-ebda mezz ieħor ta' trażmissjoni ta' kanali ta' trażmissjoni televiżiva speċifiċi.

L-obbligi ta' trażmissjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jilħqu l-għanijiet ta' interess ġenerali kif definiti b'mod ċar minn kull Stat Membru u għandhom ikunu proporzjonati u trasparenti.

1a. L-obbligi msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu eżaminati mill-Istati Membri mhux aktar tard minn sena wara [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], ħlief meta l-Istat Membru jkun implimenta dan ir-rieżami fl-erba' snin preċedenti.

L-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-obbligi ta' trażmissjoni mill-anqas kull ħames snin.

1b. L-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll intitolamenti "must offer" raġonevoli, fir-rigward ta' kanali tar-radju u tat-televiżjoni speċifiċi ta' interess ġenerali, fuq l-impriżi soġġetti għall-obbligi ta' trażmissjoni fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

2. La l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u lanqas l-Artikolu 57(2) ma għandhom jippreġudikaw il-kapaċità ta' Stat Membru li fil-leġiżlazzjoni tiegħu jistabbilixxi remunerazzjoni adatta, jekk ikun hemm, dwar miżuri meħuda skont dan l-Artikolu waqt li jiżguraw li, f'ċirkostanzi simili, ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni fit-trattament tal-fornituri ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi. Jekk għandha tiġi prevista remunerazzjoni, ir-rekwiżit għar-remunerazzjoni u l-ammont tagħha jista' jiġi stabbilit bil-liġi u tali remunerazzjoni għandha tiġi applikata b'mod proporzjonat u trasparenti.

Artikolu 107

Il-forniment ta' faċilitajiet addizzjonali

1. Bla ħsara għall-Artikolu 83(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-fornituri kollha li jipprovdu servizzi tal-aċċess tal-internet u/jew servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament ibbażati fuq in-numri, biex jagħmlu disponibbli mingħajr ħlas, fejn rilevanti, kemm il-faċilitajiet addizzjonali kollha, jew parti minnhom, elenkati fil-Parti B tal-Anness VI, bla ħsara għall-fattibbiltà teknika ▌, kif ukoll il-faċilitajiet addizzjonali kollha mniżżla fil-Parti A tal-Anness VI, jew parti minnhom.

2. Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafu 1 fit-territorju kollu tiegħu jew parti minnu jekk iqis, wara li jieħu kont tal-fehmiet tal-partijiet interessati, li jkun hemm aċċess suffiċjenti għal dawn il-faċilitajiet.

Artikolu 108

L-adattament tal-annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 109 fejn jidħlu l-adattamenti tal-Annessi V, VI, VIII, IX, u X sabiex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u soċjali jew il-bidliet fid-domanda tas-suq.

Parti IV. ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 109

L-eżerċizzju ta' delega

1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 40, 60, 73, 102, u 108 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn... [data tad-dħul fis-seħħ tal-att leġiżlattiv ta' bażi jew kwalunkwe data oħra stabbilita mill-koleġiżlaturi].

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 40, 60, 73, 102, u 108 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess waqt.

6. L-att delegat adottat skont l-Artikoli 40, 60, 73, 102 u 108 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn] bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 110

Il-kumitat

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-assistenza ta' Kumitat ("il-Kumitat tal-Komunikazzjoni"), stabbilit bid-Direttiva 2002/21/KE. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Għall-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45(2), il-Kumitat għandu jkun il-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju stabbilit skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Meta tkun trid tinkiseb l-opinjoni tal-kumitat bi proċedura bil-miktub, il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, matul il-perjodu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew jekk membru tal-kumitat jitlob li jsir dan. F'każ bħal dan, il-president għandu jsejjaħ laqgħa tal-kumitat fi żmien raġonevoli.

4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, wara li jkunu tqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.

5. Meta tkun trid tinkiseb l-opinjoni tal-kumitat bi proċedura bil-miktub, il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, matul il-perjodu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew jekk membru tal-kumitat jitlob li jsir dan. F'każ bħal dan, il-president għandu jsejjaħ laqgħa tal-kumitat fi żmien raġonevoli.

Artikolu 111

L-iskambju tal-informazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha relevanti lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet dwar ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet regolari mar-rappreżentanti tal-operaturi tan-networks, il-fornituri tas-servizzi, l-utenti, l-konsumaturi, il-manifatturi u t-trade unions, kif ukoll ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

2. Il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet għandu, waqt li jagħti kont tal-politika tal-Unjoni dwar komunikazzjonijiet elettroniċi, iħajjar il-bdil ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq is-sitwazzjoni u l-iżvilupp tal-attivitajiet regolatorji li jirrigwardaw networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi.

Artikolu 112

Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni aġġornata li tappartjeni għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva tkun aċċessibbli għall-pubbliku b'mod li jiggarantixxi li l-partijiet kollha interessati jkollhom aċċess faċilment għal dik l-informazzjoni. Għandhom jippubblikaw avviż fil-gazzetta nazzjonali uffiċjali tagħhom waqt li jiddeskrivu kif u fejn l-informazzjoni hija ppubblikata. L-ewwel avviż għandu jiġi pubblikat qabel id-data tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 118(1), it-tieni subparagrafu, u wara avviż għandu jiġi ppubblikat kull meta jkun hemm tibdil fl-informazzjoni li tinsab fiha.

2. L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni kopja ta' dawk l-avviżi kollha fil-waqt tal-pubblikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tqassam l-informazzjoni lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet kif xieraq.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar id-drittijiet, il-kundizzjonijiet, il-proċeduri, il-ħlasijiet, il-ħlas ta' drittijiet u d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali, id-drittijiet għall-użu u d-drittijiet li jkunu installati l-faċilitajiet tkun ippubblikata u miżmuma aġġornata b'mod xieraq sabiex huma jipprovdu aċċess faċli għal dik l-informazzjoni lill-partijiet konċernati kollha.

4. Fejn l-informazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 3 hija miżmuma f'livelli differenti tal-gvern, b'mod partikolari nformazzjoni dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet fuq drittijiet għall-installazzjoni ta' faċilitajiet, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħmel l-isforzi kollha raġonevoli, waqt li tieħu kont tal-ispejjeż involuti, biex toħloq sinteżi faċli biex tiftiehem ta' dik l-informazzjoni kollha, nkluża nformazzjoni f'livelli differenti tal-gvern u l-awtoritajiet responsabbli, sabiex jiġu faċilitati l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-installazzjoni ta' faċilitajiet.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligi speċifiċi mposti fuq impriżi taħt din id-Direttiva jiġu ppubblikati u li l-prodott/servizz speċifiku u s-swieq ġeografiċi jiġu identifikati. Għandhom jiżguraw li informazzjoni aġġornata, sakemm l-informazzjoni ma tkunx kunfidenzjali u, b'mod partikolari, ma tikkomprendix sigrieti kummerċjali, issir pubblikament disponibbli b'mod li tiggarantixxi li l-partijiet kollha interessati jkollhom aċċess faċli għal dik l-informazzjoni.

6. L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni kopja ta' dik l-informazzjoni kollha ppubblikata. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli f'forma faċilment aċċessibbli, u għandha tqassam l-informazzjoni lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet kif jixraq.

Artikolu 113

In-notifiki u l-monitoraġġ

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mid-data tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 115(1), it-tieni subparagrafu, u minnufih fil-każ ta' kull bidla wara bl-ismijiet ta' impriżi maħtura bħala li għandhom obbligi ta' servizz universali skont l-Artikolu 81.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni disponibbli f'forma faċilment aċċessibbli, u għandha tqassamha lill-Kumitat ta' Komunikazzjonijiet imsemmi fl-Artikolu 111.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-operaturi meqjusa li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, u l-obbligi imposti fuqhom skont din id-Direttiva. Kull bidliet li jaffettwaw l-obbligi imposti fuq impriżi jew tal-impriżi affettwati taħt id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 114

Il-proċeduri ta' rieżami

1. Il-Kummissjoni għandha perjodikament tirrevedi l-funzjonament ta' din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fl-ewwel okkażjoni mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 115(1), it-tieni subparagrafu u mbagħad darba kull ħames snin.

Dawn ir-rapporti għandhom jevalwaw b'mod partikolari jekk is-setgħat ta' intervent ex ante skont din id-Direttiva humiex suffiċjenti biex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jiżguraw li, fil-preżenza ta' strutturi tas-suq oligopolistiċi u mhux kompetittivi, u flimkien mal-applikazzjoni proporzjonata ta' obbligi oħra skont din id-Direttiva, il-kompetizzjoni fis-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tkompli tiffjorixxi għall-benefiċċju tal-utenti finali f'termini ta' kwalità, għażla u prezzijiet, u li s-swieq li jbiegħu bl-ingrossa li jipprovdu aċċess għal infrastrutturi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jiżviluppaw u jiffjorixxu, kif meħtieġ sabiex jiġu żgurati eżiti kompetittivi għall-utenti finali u konnettività b'kapaċità kbira ħafna.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni lill-Istati Membri, li għandha tingħata mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 115

Traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa [ġurnata/xahar/sena], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi mal-Artikoli [ …] u l-Annessi […]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri minn [ġurnata/xahar/sena].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma għandhom jinkludu dikjarazzjoni li referenzi f'liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza u kif dik id-dikjarazzjoni tiġi fformulata.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 116

Tħassir

Id-Direttivi 2002/19/KEE, 2002/20/KE u 2002/21/KE, 2002/22/KE elenkati fil-Parti A tal-Anness XI huma mħassra b'effett minn [...], mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness XI fil-liġi nazzjonali.

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 243/2012/UE jitħassar b'effett minn […].

Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness XII.

Artikolu 117

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 118

Destinatarji

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

(1)

  ĠU C xx, 2.3.2017, p. xx.

(2)

  ĠU C xx, 2.3.2017, p. xx.

(3)

  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

(4)

*Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(5)

  ĠU C,, p..

(6)

  ĠU C,, p..

(7)

  Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7).

(8)

  Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21).

(9)

  Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

(10)

  Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51).

(11)

  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(12)

  Il-Qafas Regolatorju tal-Unjoni għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi jinkludi wkoll ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10), ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1) u d-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta' netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b'veloċità għolja (ĠU L 155, 23.5.2014, p. 1), kif ukoll numru ta' deċiżjonijiet tal-koleġiżlatur u tal-Kummissjoni.

(13)

  Ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1).

(14)

  Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).

(15)

  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' April 1988, Bond van Adverteerders u oħrajn vs L-Istat Olandiż, C-352/85, ECLI: EU:C:1988:196.

(16)

  It-tnejn ġew definiti fir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE [ĠU L 123, 19.05.2015, p. 77], u fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2013 tas-26 ta' Novembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment armonizzat ta' eCall interoperabbli fl-UE kollha [ĠU L 91, 03.04.2013, p. 1].

(17)

  Kif definit fir-Regolament (UE) Nru 2015/758.

(18)

  ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7.

(19)

  Il-Kawża C-614/10, Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija, EU:C:2012:631.

(20)

  Id-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta' netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b'veloċità għolja, ĠU L 155, 23.5.2014.

(21)

  Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).

(22)

  Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1). 1).

(23)

  Id-Deċiżjoni u tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) (ĠU L 108, 24.4.2002).

(24)

  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE tat-12 ta' Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni tal-espożizzjoni tal-pubbliku ġenerali għal kampi elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz), ĠU L 199, 30.7.1999, p. 59–70.

(25)

  Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

(26)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 364, 14.11.2012, p. 12).

(27)

  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/466/UE tal-11 ta' Settembru 2013 dwar obbligi mhux diskriminatorji konsistenti u metodoloġiji tal-ikkostjar li jippromwovu l-kompetizzjoni u jtejbu l-ambjent tal-investiment fil-broadband ĠU L 251, 21.9.2013, p. 13.

(28)

  Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1).

(29)

  Id-Direttiva xxx/YYYY/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L …,, p. ...).

(30)

  Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(31)

  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(32)

  Ir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 77)

(33)

  Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).

(34)

  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta' Settembru 2002 dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU L 249, 17.9.2002, p. 21).

(35)

  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data); ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(36)

  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(37)

  Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju.

(38)

  BEREC (kif emendat)

(39)

  Ir-Regolament (KE) Nru xxxx/xxxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [...] li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) (ĠU L []).

(40)

  Ir-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni tal-espożizzjoni tal-pubbliku ġenerali għal kampi elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz), ĠU L 1999, 30.7.1999, p. 59.

(41)

  Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni, ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1.

(42)

  Id-Direttiva 2013/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (l-20 Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) u li tħassar id-Direttiva 2004/40/KE (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 1).

(43)

  Ir-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni tal-espożizzjoni tal-pubbliku ġenerali għal kampi elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz), ĠU L 1999, 30.7.1999, p. 59.

(44)

  Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).

(45)

  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(46)

  Id-Direttiva xxx/YYYY/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L …,, p. ...).


NOTA SPJEGATTIVA

Dan huwa mument deċiżiv biex jiġu massimizzati l-opportunitajiet li t-teknoloġiji diġitali aktar avvanzati jġibu. Sa mir-reviżjoni tal-2009, is-suq nbidel b'mod drammatiku. Tfaċċaw atturi ġodda filwaqt li l-konsumaturi u n-negozji qegħdin jiddependu dejjem aktar fuq is-servizzi tad-data.

Il-karozzi intelliġenti tal-lum, l-ibliet, l-enerġija, l-industrija, is-saħħa, is-servizzi bankarji, l-edukazzjoni, ir-riċerka, is-servizzi pubbliċi eċċ. jeħtieġu konnettività akbar u tul ta' mewġ (wavelengths), li jfisser netwerks fissi u mobbli ta' kapaċità kbira ħafna (VHCN). Il-qafas huwa vitali sabiex l-UE ssir soċjetà tal-gigabits mibnija fuq pedament ta' konnettività. Iżda l-investiment neċessarju huwa stmat li huwa EUR 500-600 biljun; sa 90 % għandhom ikunu pprovduti mis-settur privat. Essenzjalment, dak jeħtieġ qafas li jiżgura l-prevedibbiltà u li jippremja t-teħid ta' riskji u l-investiment fit-tul. Għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni biex tiżdied l-infrastruttura fil-qalba tal-qafas huwa l-approċċ it-tajjeb.

L-investiment, il-kompetizzjoni u r-regolamentazzjoni għandhom jiffurmaw ċirku virtuż għat-tnedija kullimkien ta' infrastruttura VHCN u tal-broadband 5G. Dan jeħtieġ l-iżvilupp sħiħ tas-Suq Uniku Diġitali, l-ingranaġġ tas-saħħa ta' ekonomija ta' EUR 16.5 triljun, li jirrappreżenta 23 % tal-PDG dinji, 500 miljun konsumatur, u settur industrijali kompetittiv globali qawwi. Dawn huma l-assi u l-ekonomiji ta' skala meħtieġa għall-iżvilupp sħiħ tal-cloud computing, big data, xjenza mmexxija mid-data, ir-robotika, l-intelliġenza artifiċjali, u l-internet tal-oġġetti.

Bil-VHCN, l-UE tkun perfettament mgħammra biex tkun mexxeja tal-ekonomija tad-data, li huwa l-vantaġġ kompetittiv ewlieni ta' dan is-seklu.

Dawn mhumiex biss xewqat, hija opportunità reali.

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI U L-OBJETTIVI

a) Netwerks ta' Kapaċità Għolja Ħafna

Ir-rwol tal-komunikazzjoni elettronika bħala faċilitatur tal-ekonomija żdied bil-kbir. Is-servizzi tad-data jieħdu post is-servizzi tradizzjonali bħala prodotti ewlenin għall-utenti kollha. Dan ifisser li s-settur għandu jissodisfa żieda fid-domanda u l-bżonnijiet ta' żvilupp soċjo-ekonomiċi.

Ir-Rapporteur tappoġġja l-introduzzjoni tal-użu u l-adozzjoni ta' VHCN, inkluż it-tnedija ta' netwerks mobbli li jużaw interfaċċi bl-ajru msaħħa u densità akbar, bħala wieħed mill-għanijiet ġenerali tal-qafas, fuq l-istess livell tal-kompetizzjoni eżistenti, is-suq intern u l-objettivi ta' benefiċċju tal-utenti finali. Hija tilqa' dan l-għan.

Ir-Rapporteur tipproponi li żżid iċ-ċarezza u ttejjeb il-viżibbiltà tal-għodod li jindirizzaw speċifikament il-VHCN permezz ta' Titolu ġdid tal-Kodiċi.

Id-definizzjoni tal-VHCN għandha tinbidel biex iżżid in-newtralità teknoloġika u tagħmilha aktar valida għall-futur, billi ċċaqlaq l-attenzjoni primarja fuq il-kapaċità dinamiku tan-netwerks biex jissodisfaw id-domanda għal użu mhux limitat hekk kif tevolvi. Dan jorbot ma' parametri ta' prestazzjoni li huma kapaċi li jilħqu l-għanijiet tal-konnettività sal-2025 u l-linji gwida tal-BEREC għar-rekwiżiti minn hemm' il quddiem.

b) Servizzi ta' komunikazzjoni elettronika (ECS)

Illum, servizzi "OTT" bħal Voice over IP, messaging eċċ jissostitwixxu telefonija tradizzjonali, SMS, eċċ.

Din l-evoluzzjoni straordinarji għandha effetti pożittivi ħafna fuq il-kompetizzjoni, l-innovazzjoni u t-tkabbir. Huwa jippreżenta wkoll sfidi: is-servizzi l-ġodda huma jew de facto mhux suġġetti għar-regoli attwali, jew ma jiġux applikati b'mod konsistenti madwar l-UE. Għaldaqstant, id-definizzjonijiet għandhom jiġu ċċarati biex tibni fuq approċċ funzjonali mill-perspettiva tal-utent. Id-definizzjoni proposta mill-Kummissjoni ta' ECS (Artikolu 2(4)) tagħti l-ewwel approċċ ibbilanċjat għal dibattitu.

c) L-awtorizzazzjonijiet ġenerali

L-awtorizzazzjoni ġenerali tiżgura l-libertà li jiġu pprovduti netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi madwar l-UE. L-ebda ECS m'għandu jkun imċaħħad minn dak il-benefiċċju u jirriskja li jkun suġġett għal 28 sistema differenti.

Għalhekk, ir-Rapporteur qed tipproponi l-inklużjoni tal-ECS kollha, filwaqt li titqies id-diversità tagħhom u n-natura innovattiva ta' ħafna minnhom. Dan jeħtieġ li jkun hemm limitu li jeskludi s-servizzi żgħar minn piżijiet żejda. Is-self tal-kunċett tad-dritt tal-kompetizzjoni ta' "dimensjoni Komunitarja", li jista' jeskludi ECS bi preżenza tal-UE limitata u bidla mill-obbligi ta' notifika, filwaqt li jippermettulhom jibbenefikaw, jekk jixtiequ, mill-awtorizzazzjoni ġenerali fl-Istati Membri li jeħtieġu notifika bi ħlas nominali.

AĊĊESS

a) Approċċ ġenerali

Il-qafas huwa bbażat fuq tliet objettivi ewlenin: il-kompetizzjoni, is-suq intern u l-interessi tal-utenti finali. Dawk jibqgħu l-prinċipji gwida tal-Kodiċi. L-approċċ tal-kompetizzjoni, ibbażat fuq setgħa tas-suq sinifikanti (SMP), kien ta' suċċess fil-proċess tal-liberalizzazzjoni mid-disgħinijiet u jridu jibqa' fil-qalba tal-Kodiċi. Sett komplut ta' rimedji, mill-obbligi ta' trasparenza sas-separazzjoni funzjonali, għandhom jibqgħu disponibbli għall-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali (ARN).

Madankollu, ir-Rapporteur iħaddan il-proposta tal-Kummissjoni li l-objettivi attwali huma koperti mill-għan ġdid ta' konnettività VHCN. Konsegwentement, l-għan il-ġdid jagħmel il-Kodiċi strumentali biex jinkiseb ambjent ta' investiment aktar prevedibbli, inkluż permezz ta' aktar miżuri biex jingħelbu sfidi ta' varar.

Regolamentazzjoni ex ante mhix għan fiha nfisha - il-proporzjonalità teħtieġ l-impożizzjoni ta' obbligi ta' aċċess biss jekk is-swieq bl-imnut ma jkunux effettivament kompetittivi, bl-istess mod għall-qafas attwali.

Ir-Rapporteur tappoġġja soluzzjonijiet tas-suq permezz ta' ftehimiet kummerċjali, bħall-koinvestiment jew ftehimiet ta' aċċess, meta pożittivi għall-kompetizzjoni.

b) L-iskala tar-rimedji

Il-proporzjonalità u l-protezzjoni tal-proprjetà u l-libertà li tiġi eżerċitata attività ekonomika li tirriżulta mill-Karta, jeħtieġu li l-obbligi jkunu limitati għall-minimu neċessarju biex il-problema tiġi indirizzata. F'kull stadju tal-valutazzjoni, qabel ma ARN timponi xi rimedju addizzjonali aktar oneruż, hija għandha tikkunsidra n-neċessità tagħha tas-suq tal-bejgħ bl-imnut li jkun effettivament kompetittiv, b'kunsiderazzjoni sħiħ tal-aspetti rilevanti kollha.

c) Analiżi tas-suq

Il-proposta temenda l-proċedura attwali ta' analiżi tas-suq, fost affarijiet oħra billi testendiha minn 3 għal 5 snin. Is-snin żejda jistgħu ma jiksbux ħafna stabbiltà regolatorja għal investimenti b'perjodi twal ħafna ta' ħlas lura, u jistgħu jirriżultaw f'regolamentazzjoni li tippersisti wara d-data "rakkomandata għall-aħjar użu", b'effetti negattivi fuq l-investimenti.

Ir-Rapporteur għalhekk tqis li ċiklu ta' reviżjoni ta' 5 snin bħala twil wisq għal swieq dinamiċi ħafna, u tipproponi obbligu għall-ARN biex iwettqu rieżami sħiħ f'perjodu iqsar ta' żmien għal dawn is-swieq.

Barra minn hekk, l-element tal-flessibbiltà introdott mill-ARN ex officio li jitqiesu l-iżviluppi tas-suq għandu jkun akkumpanjat minn obbligu għall-ARN li tevalwa mill-ġdid, fuq talba motivata ta' operatur.

Biex tkun evitata l-inċertezza u obbligi persistenti minħabba d-dewmien fit-tlestija ta' reviżjoni tas-suq, kull obbligu preċedenti għandu jiskadi jekk ir-rieżami tas-suq ma jsirx fil-ħin. Sabiex jingħata malajr effett lill-Kodiċi u b'mod uniformi madwar l-UE, l-ARN kollha għandhom jirrevedu l-obbligi eżistenti kontra l-qafas legali l-ġdid mill-aktar fis possibbli wara d-data ta' traspożizzjoni.

d) Stħarriġ ġeografiku

Stħarriġ ġeografiku ta' netwerks huma strumenti importanti diġà għad-dispożizzjoni tal-ARN. L-impożizzjoni ta' obbligu fuq l-operaturi biex jippreżentaw il-previżjonijiet ta' investiment, b'potenzjal għall-penali, huwa sproporzjonat u maqtugħ mid-deċiżjonijiet ta' investiment immotivati mis-suq. Ir-Rapporteur tipproponi li dawk id-dispożizzjonijiet jitħassru.

e) Obbligi simetriċi

L-espansjoni tal-obbligi simetriċi f'ċerti ċirkostanzi, biex jiġi ffaċilitat il-varar alternattiv tan-netwerk f'żoni b'popolazzjoni baxxa fejn il-kompetizzjoni fl-infrastruttura mhijiex probabbli, hija utli u appoġġjata mir-Rapporteur. Madankollu, l-obbligi simetriċi m'għandhomx japplikaw jekk l-ekonomija tal-varar oriġinali jkun kompromess.

f) Ir-rati ta' terminazzjoni

Biex jiġu evitati livelli mhux ġustifikati ta' miżati u approċċi frammentati li jirriżultaw fi spejjeż tas-sejħa internazzjonali differenti sempliċement fuq il-bażi ta' fejn tintemm, il-Kummissjoni għandha tiffissa rati massimi tat-terminazzjoni ta' telefonati fissi u ċellulari taħt mekkaniżmu simplifikat filwaqt li jitqiesu l-ogħla rati fis-seħħ f'kull Stat Membru.

g) "Double-lock"

L-introduzzjoni ta' "double-lock" fuq rimedji għandha loġika kunsiderevoli. Il-Kummissjoni bħalissa għandha veto fuq id-definizzjoni tas-suq u l-valutazzjoni tal-ARN dwar l-SMP, it-tnejn li huma bbażati fuq l-applikazzjoni tal-liġi Ewropea tal-kompetizzjoni u l-prinċipji ekonomiċi, kif huwa l-qafas globali. L-għan aħħari huwa li titneħħa regolamentazzjoni ex ante la darba l-kompetizzjoni hija żgurata, u b'hekk is-suq ikun regolat biss bil-liġi tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni mbagħad ikollha wkoll setgħat sħaħ fuq ir-rimedji.

L-ISPETTRU

a) Approċċ ġenerali

L-ispettru huwa riżorsa essenzjali għall-provvista ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li jiddependu fuqhom għadd dejjem jikber ta' atturi. Id-domanda futura se tiżdied b'mod esponenzjali. Il-konnettività mobbli tal-5 ġenerazzjoni se jirrikjedi sa 56 GHz ta' spettru addizzjonali. Dan jeżiġi rilaxx f'waqtu tal-ispettru u titjib immirat fil-ġestjoni tiegħu.

Għalhekk ir-Rapporteur tappoġġja l-proposti biex tiġi żgurata konnettività avvanzata b'rilaxx f'waqtu tal-ispettru, l-intervent regolatorju simplifikat, aktar konsistenza u prevedibbiltà fl-assenjazzjoni, u rispons aħjar għall-isfidi għall-ġestjoni tal-ispettru.

b) Ċertezza tal-investiment

It-tul minimu ta' 30 sena propost mir-Rapporteur jiżgura redditu fuq l-investiment u jipprovdi prevedibbiltà biex tinċentiva tnedija aktar rapida ta' netwerks avvanzati. Sabiex jiġi evitat ir-riskju tal-ispekulazzjoni, iż-żieda fit-tul ta' żmien hija akkumpanjata minn rekwiżiti aktar rigorużi u mezzi li jiżguraw li l-ispettru jintuża b'mod effettiv u effiċjenti, permezz ta' mekkaniżmi "użah jew titilfu".

Biex tkompli tiġi żgurata l-aqwa użu u ċ-ċertezza tal-investiment, ir-Rapporteur qed tipproponi emendi biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet għal drittijiet individwali ma jiġux mibdula mingħajr ftehim, iħassru l-obbligi tal-qsim bla bżonn, isaħħu l-kummerċ tal-ispettru, u jiżguraw li l-miżati u prezzijiet ta' riżerva huma bbażati fuq valutazzjoni xierqa tal-kundizzjonijiet tas-suq. Biex ikun garantit ambjent tal-ispettru kompetittiv u jiġu evitati approċċi inkonsistenti, il-linji gwida għall-analiżi tas-suq u l-istima tas-saħħa sinifikanti fis-suq għandhom jitqiesu wkoll f'dan il-kuntest.

c) Aċċess għal binjiet pubbliċi

Sabiex jiżguraw li binjiet pubbliċi, li huma xprunaturi soċjoekonomiċi mħallsa mit-taxxi, jistgħu jintużaw għal VHCN, ir-Rapporteur tipproponi li jiżdied obbligu ta' aċċess għall-użu ta' ċelluli żgħar, li jikkumplimentaw id-Direttiva dwar it-Tnaqqis tal-Ispejjeż.

d) RSPG

Ir-Rapporteur isaħħaħ ir-rwol tal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG) sabiex tisaħħaħ il-kooperazzjoni b'mod aktar ġenerali bejn l-Istati Membri dwar il-ġestjoni tal-ispettru, mhux biss fir-rigward tar-riżoluzzjoni ta' interferenza dannuża. Dan ir-rwol imsaħħaħ tal-RSPG jeħtieġ li dan jinħoloq fil-Kodiċi nnifsu, u s-segretarjat (attwalment ipprovdut mill-Kummissjoni) għandu jiġi diskuss.

ANNESSI

tal-

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

ANNESS I

LISTA TA' KUNDIZZJONIJIET LI JISTGĦU JIĠU STIPULATI MA' AWTORIZZAZZJONIJIET ĠENERALI, ID-DRITTIJIET GĦALL-UŻU TAL-ISPETTRU TAR-RADJU U D-DRITTIJIET GĦALL-UŻU TAN-NUMRI

Il-kundizzjonijiet elenkati f'dan l-Anness jipprovdu l-lista massima ta' kundizzjonijiet li jistgħu jiżdiedu mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali għal netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi ▌(il-Parti A), netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (il-Parti B), servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi ▌(il-Parti C), id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju (il-Parti D) u d-drittijiet għall-użu tan-numri (il-Parti E).

A. Il-kundizzjonijiet ġenerali li jistgħu jiġu stipulati ma' awtorizzazzjoni ġenerali

1. Imposti amministrattivi skont l-Artikolu 16 ta' din id-Direttiva.

2. Regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali u tal-privatezza speċifiċi għas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi b'konformità mad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi)(1).

3. Informazzjoni li trid tiġi provduta skont proċedura ta' notifikazzjoni skont l-Artikolu 12 ta' din id-Direttiva u għal għanijiet oħra kif inkluż fl-Artikolu 21 ta' din id-Direttiva.

4. Awtorizzazzjoni tal-interċettar legali mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali b'konformità mad-Direttiva 2002/58/KE u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' tagħrif personali u l-moviment liberu ta' dak it-tagħrif(2).

5. Termini ta' użu għall-komunikazzjonijiet mill-awtoritajiet pubbliċi biex iwissu lill-pubbliku ġenerali b'theddid imminenti u biex itaffu l-konsegwenzi ta' katastrofi serja.

6. It-termini ta' użu waqt diżastri kbar jew emerġenzi nazzjonali biex jiġu żgurati komunikazzjonijiet bejn is-servizzi ta' emerġenza u l-awtoritajiet.

7. Obbligi għal aċċess barra dawk previsti fl-Artikolu 13(2) ta' din id-Direttiva li japplikaw għall-fornituri ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

8. Miżuri maħsuba biex jiżguraw konformità mal-istandards u/jew l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 39.

9. Obbligi ta' trasparenza għall-fornituri ta' netwerk ta' komunikazzjonijiet pubbliku li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettroniċi disponibbli għall-pubbliku sabiex tiġi żgurata konnettività minn tarf sa tarf, f'konformità mal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3, u fejn meħtieġ u proporzjonat, aċċess minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali għal informazzjoni bħal din meħtieġa biex jiġi vverifikat dan l-iżvelar.

B. Il-kundizzjonijiet speċifiċi li jistgħu jiġu stipulati ma' awtorizzazzjoni ġenerali għall-forniment ta' netwerks ▌ta' komunikazzjonijiet elettroniċi

1. Interoperabbiltà tas-servizzi f'konformità ma' din id-Direttiva.

2. Obbligi ta' trażmissjoni "must carry" b'konformità ma' din id-Direttiva.

3. Miżuri għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika kontra kampi elettromanjetiċi kawżati minn netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi skont il-dritt tal-Unjoni, filwaqt li jittieħed l-akbar kont tar-Rakkomandazzjoni Nru 1999/519/KE.

4. Il-manutenzjoni tal-integrità ta' netwerks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet skont din id-Direttiva inkluż b'kundizzjonijiet li jipprevjenu l-interferenza elettromanjetika bejn netwerks u/jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/336/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw mal-kompatibbiltà elettromanjetika(3).

5. Is-sigurtà ta' netwerks pubbliċi kontra aċċess mhux awtorizzat skont id-Direttiva 2002/58/KE (id-Direttiva dwar il-Privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi).

6. Kundizzjonijiet għall-użu ta' spettru tar-radju, b'konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/53/UE, fejn dak l-użu mhux magħmul suġġett għall-għoti ta' drittijiet individwali ta' użu skont l-Artikoli 46(1) u 48 ta' din id-Direttiva.

C. Il-kundizzjonijiet speċifiċi li jistgħu jiġu stipulati ma' awtorizzazzjoni ġenerali għall-forniment ta' ▌servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi

1. Interoperabbiltà tas-servizzi f'konformità ma' din id-Direttiva.

2. Aċċessibbiltà mill-utenti finali għan-numri mill-pjan nazzjonali ta' numerazzjoni, numri min-Numri ta' Telefonati Bla Ħlas Internazzjonali Universali, u fejn, teknikament u ekonomikament fattibbli, minn pjani ta' numerazzjoni ta' Stati Membri oħrajn, u l-kundizzjonijiet f'konformità ma' din id-Direttiva.

3. Regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur speċifiċi għas-settur tal-komunikazzjoni elettronika.

4. Restrizzjonijiet b'relazzjoni għat-trażmissjonijiet b'kontenut illegali, skont id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali ta' servizzi ta' soċjetà tal-informazzjoni, b'mod partikolari kummerċ elettroniku, fis-suq intern(4) u restrizzjonijiet b'relazzjoni mat-trażmissjoni ta' kontenut ta' ħsara skont id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5).

D. Kundizzjonijiet li jistgħu jiġu stipulati ma' drittijiet ta' użu għall-ispettru tar-radju

1. L-obbligu li jkun provdut servizz jew li tintuża tip ta' teknoloġija fil-limiti tal-Artikolu 49 ta' din id-Direttiva inklużi, meta jkun xieraq, ir-rekwiżiti tal-kopertura u ta' kwalità.

2. L-użu effettiv u effiċjenti tal-ispettru f'konformità ma' din id-Direttiva.

3. Il-kundizzjonijiet tekniċi u operattivi meħtieġa biex tiġi evitata interferenza ta' ħsara u għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika kontra l-ï -kampi elettromanjetiċi, filwaqt li jittieħed l-akbar kont tar-Rakkomandazzjoni Nru 1999/519/KE(6) fejn dawk il-kundizzjonijiet huma differenti minn dawk inklużi fl-awtorizzazzjoni ġenerali.

4. Id-durata u l-kundizzjonijiet b'konformità mal-Artikolu 49 ta' din id-Direttiva ▌.

5. It-trasferiment jew il-kiri tad-drittijiet fuq l-inizjattiva tad-detentur tad-drittijiet u l-kundizzjonijiet għal dak it-trasferiment b'konformità ma' din id-Direttiva.

6. It-tariffi għall-użu skont l-Artikolu 42 ta' din id-Direttiva.

7. Kull impenn li l-impriża li tikseb id-dritt ta' użu tkun għamlet fil-qafas ta' awtorizzazzjoni jew proċess ta' tiġdid ta' awtorizzazzjoni qabel ma l-awtorizzazzjoni tingħata jew, fejn japplika, qabel l-istedina għall-applikazzjoni għad-drittijiet tal-użu.

8. Obbligi biex jiġi ppuljat jew jinqasam l-ispettru tar-radju jew jiġi permess aċċess għall-ispettru tar-radju għal utenti oħrajn f'reġuni speċifiċi jew fuq il-livell nazzjonali.

9. L-obbligi taħt xi ftehim internazzjonali relevanti li jirrelataw mal-użu tal-frekwenzi.

10. L-obbligi speċifiċi għall-użu sperimentali tal-frekwenzi tar-radju.

E. Kundizzjonijiet li jistgħu jiġu stipulati mad-drittijiet ta' użu tan-numri

1. Identifikazzjoni tas-servizz li għalih in-numru għandu jintuża, inkluża kull ħtieġa marbuta mal-forniment ta' dak is-servizz u, sabiex jiġi evitat kull dubju, prinċipji ta' tariffi u prezzijiet massimi li jistgħu japplikaw fis-serje ta' numri speċifiċi bl-iskop li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur skont l-Artikolu 3(2)(d) ta' din id-Direttiva.

2. Użu effettiv u effiċjenti ta' numri b'konformità ma' din id-Direttiva.

3. Ħtiġiet għall-portabbiltà tan-numri b'konformità ma' din id-Direttiva.

4. Obbligu li jiġi provdut għall-utenti finali ta' direttorji pubbliċi it-tagħrif għall-għanijiet tal-Artikolu 104 ta' din id-Direttiva.

5. Dewmien massimu f'konformità mal-Artikolu 46 ta' din id-Direttiva, soġġett għal kull bidla fil-pjan nazzjonali ta' numerazzjoni.

6. Trasferiment tad-drittijiet fuq l-inizjattiva tad-detentur tad-drittijiet u l-kundizzjonijiet għal dak it-trasferiment b'konformità ma' din id-Direttiva.

7. Tariffi għall-użu skont l-Artikolu 42 ta' din id-Direttiva.

8. Kull impenn li l-impriża li tikseb id-dritt għall-użu tkun għamlet fil-kors ta' proċedura ta' għażla kompetittiva jew komparattiva.

9. Obbligi taħt xi ftehim internazzjonali relevanti li jirrelataw mal-użu tan-numri.

10. Obbligi li jikkonċernaw l-użu extraterritorjali tan-numri fi ħdan l-Unjoni biex tiġi żgurata konformità mal-protezzjoni tal-konsumatur u regoli oħra marbutin man-numri fl-Istati Membri barra dawk tal-kodiċi tal-pajjiż

ANNESS II

KUNDIZZJONIJIET GĦALL-AĊĊESS GĦAS-SERVIZZI TAT-TELEVIŻJONI DIĠITALI U TAR-RADJU TRAŻMESSI LIT-TELESPETTATURI U S-SEMMIEGĦA FL-UNJONI

Parti I: Kundizzjonijiet għas-sistemi ta' aċċess kondizzjonali li għandhom jiġu applikati skont l-Artikolu 60(1)

Fir-rigward tal-aċċess kondizzjonali għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju trażmessi lit-telespettaturi u s-semmiegħa fl-Unjoni, irrispettivament mill-mezzi tat-trażmissjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw skont l-Artikolu 60 li l-kundizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

  (a) l-operaturi kollha tas-servizzi ta' aċċess kondizzjonali, irrispettivament mill-mezzi tat-trażmissjoni, li jfornu servizzi ta' aċċess għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju u li x-xandara jiddependu fuq is-servizzi tal-aċċess tagħhom biex jilħqu kull grupp ta' telespettaturi u semmiegħa potenzjali għandhom:

–  joffru lix-xandara kollha, fuq bażi ekwa, raġonevoli u mhux diskriminatorja kompatibbli mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, servizzi tekniċi li jippermettu li s-servizzi trażmessi diġitalment mix-xandara jiġu riċevuti minn telespettaturi jew semmiegħa awtorizzati permezz ta' decoders amministrati mill-operaturi tas-servizz, u jikkonformaw mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni,

–  iżommu kontabbiltà finanzjarja separata fir-rigward tal-attività tagħhom bħala operaturi ta' aċċess kondizzjonali.

  (b) meta jagħtu liċenzji lill-manifatturi ta' apparat tal-konsumatur, id-detenturi tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali għall-prodotti u sistemi ta' aċċess kondizzjonali għandhom jiżguraw li dan isir fuq termini ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji. Waqt li jittieħed kont tal-fatturi tekniċi u kummerċjali, id-detenturi tad-drittijiet ma għandhomx jissuġġettaw l-għoti tal-liċenzji għal kundizzjonijiet li jipprojbixxu, jiddiswadu jew jiskoraġġixxu l-inklużjoni fl-istess prodott ta':

–  interface komuni li jippermetti l-konnessjoni ma' diversi sistemi oħra ta' aċċess, jew

–  mezzi li huma speċifiċi għal sistema oħra ta' aċċess, basta li l-liċenzja tikkonforma mal-kundizzjonijiet relevanti u raġonevoli li jiżguraw, sa fejn huwa konċernat, is-sigurtà tat-transazzjonijiet ta' operaturi ta' sistema ta' aċċess kondizzjonali.

Parti II: Faċilitajiet oħra li għalihom jistgħu jiġu applikati kundizzjonijiet skont l-Artikolu 59(1)(d)

  (a) Aċċess għal interfaċċi għall-programmi tal-applikazzjonijiet (APIs);

  (b) Aċċess għal gwidi elettroniċi ta' programmi (EPGs).  

(c) Aċċess relatati ma' servizzi komplementari, jiġifieri servizzi ta' aċċessibbiltà li jippermettu aċċess xieraq għall-utenti finali b'diżabbiltà u data li tappoġġja servizzi tat-televiżjoni konnessi u gwidi elettroniċi ta' programmazzjoni.

ANNESS III

KRITERJI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAR-RATI BL-INGROSSA TA' TERMINAZZJONI TAS-SEJĦIET

Kriterji u parametri għad-determinazzjoni tar-rati bl-ingrossa ta' terminazzjoni tas-sejħiet fis-swieq tat-telefonija fissa u mobbli, imsemmija fl-Artikolu 73(4):

(c)  l-ispejjeż inkrimentali rilevanti tas-servizzi bl-ingrossa ta' terminazzjoni tas-sejħiet bil-vuċi għandhom jiġu determinati bid-differenza bejn l-ispejjeż totali fit-tul ta' operatur li jipprovdi l-firxa sħiħa tiegħu tas-servizzi u l-ispejjeż totali fit-tul ta' dak l-operatur li ma jipprovdix servizzi bl-ingrossa ta' terminazzjoni tas-sejħiet bil-vuċi lill-partijiet terzi;

(d)  għandhom jiġu allokati liż-żieda ta' terminazzjoni rilevanti dawk l-ispejjeż biss marbutin mat-traffiku li jkunu evitati fl-assenza ta' servizzi bl-ingrossa ta' terminazzjoni tas-sejħiet bil-vuċi;

(e)  l-ispejjeż marbutin mal-kapaċità addizzjonali tan-netwerk għandhom jiġu inklużi sakemm dawn huma kkawżati mill-bżonn li tiżdied il-kapaċità għall-iskop li jiġi provdut traffiku addizzjonali marbut mat-terminazzjoni tas-sejħiet bil-vuċi bl-ingrossa;

(f)  il-miżati tal-ispettru tar-radju għandhom jiġu esklużi miż-żieda tat-terminazzjoni tas-sejħiet mobbli;

(g)  għandhom jiġu inklużi biss dawk l-ispejjeż kummerċjali bl-ingrossa li huma marbutin mal-forniment bl-ingrossa tas-servizz ta' terminazzjoni tas-sejħiet bil-vuċi lill-partijiet terzi;

(h)  l-operaturi kollha tan-netwerk tat-telefonija fissa għandhom jitqiesu li jipprovdu servizzi ta' terminazzjoni tas-sejħiet bil-vuċi bl-istess spejjeż tal-unitajiet bħall-operatur effiċjenti, irrispettivament mid-daqs tagħhom;

(i)  għall-operaturi tan-netwerk tat-telefonija mobbli, l-iskala minima effiċjenti għandha tiġi ffissata f'sehem mis-suq li mhux anqas minn 20 %;

(j)  l-approċċ rilevanti għad-deprezzament tal-assi għandu jkun deprezzament ekonomiku; u

(k)  l-għażla tat-teknoloġija tan-netwerks immudellati għandhom ikunu progressivi, ibbażati fuq in-netwerk ewlieni tal-IP filwaqt li jitqiesu t-teknoloġiji varji li probabbli se jkunu jintużaw matul il-perjodu tal-validità tar-rata massima. Fil-każ tat-netwerk tat-telefonija fissa, is-sejħiet għandhom jitqiesu li jkunu esklussivament packet switched.

ANNESS IV

KRITERJI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-OFFERTI TA' KOINVESTIMENT

Meta tkun qed tivvaluta koinvestiment skont l-Artikolu 74(1)(d), l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivverifika jekk il-kriterji li ġejjin ġewx issodisfati:

(l)  Il-koinvestiment għandu jkun miftuħ għal kull impriża matul il-ħajja kollha tan-netwerk mibnija taħt offerta ta' koinvestiment fuq bażi mhux diskriminatorja. L-operatur tal-SMP jista' jistipula kundizzjonijiet raġonevoli dwar l-kapaċità finanzjarja ta' kwalunkwe impriża sabiex, pereżempju, koinvestituri potenzjali ikollhom juru li huma kapaċi jagħmlu l-ħlasijiet f'fażijiet li abbażi tagħhom l-introduzzjoni hija ppjanata, l-aċċettazzjoni ta' pjan strateġiku li abbażi tiegħu jitħejjew il-pjanijiet ta' introduzzjoni fuq terminu medju, eċċ..

(m)  Il-koinvestiment għandu jkun trasparenti:

–  it-termini u l-kundizzjonijiet iridu jkunu disponibbli fuq is-sit web tal-operatur tal-SMP u faċilment identifikati;

–  għal kwalunkwe offerent potenzjali li jkun esprima interess, għandu jkun hemm disponibbli termini dettaljati b'mod sħiħ mingħajr dewmien mhux xieraq, inklużi l-formola legali tal-ftehim ta' koinvestiment u - fejn rilevanti - il-ftehimiet preliminari tar-regoli ta' governanza tal-mezz ta' koinvestiment; u

–  Il-proċess, li bħall-pjan direzzjonali għat-twaqqif u l-iżvilupp tal-proġett ta' koinvestiment, għandu jkun jinbeda minn qabel, għandu jiġi spjegat bil-miktub lil kwalunkwe koinvestitur potenzjali, u l-istadji kollha sinifikanti għandhom jiġu kkomunikati b'mod ċar lill-impriżi kollha mingħajr kwalunkwe diskriminazzjoni.

(n)  Il-koinvestiment għandu jinkludi t-termini għal koinvestituri potenzjali li jiffavorixxu l-kompetizzjoni sostenibbli fit-tul, b'mod partikolari:

–  L-impriżi kollha għandhom jiġu offruti termini u kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji għall-parteċipazzjoni fil-ftehim ta' koinvestiment relattiv għaż-żmien li jissieħbu, inklużi f'termini ta' kunsiderazzjoni finanzjarja meħtieġa għall-akkwist ta' drittijiet speċifiċi, f'termini tal-protezzjoni mogħtija lill-koinvestituri minn dawk id-drittijiet kemm fil-fażi ta' kostruzzjoni kif ukoll fil-fażi ta' sfruttament, pereżempju, billi jingħataw drittijiet inaljenabbli tal-użu (IRUs) għat-tul ta' ħajja mistenni tan-netwerk koinvestit u f'termini tal-kundizzjonijiet għas-sħubija u t-terminazzjoni potenzjali tal-ftehim ta' koinvestiment. Termini mhux diskriminatorji f'dan il-kuntest ma jimplikawx li l-koinvestituri kollha potenzjali għandhom jiġu offruti eżattament l-istess termini, inklużi t-termini finanzjarji, imma li l-varjazzjonijiet kollha tat-termini offruti għandhom ikunu ġġustifikati abbażi tal-istess kriterji oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u prevedibbli bħalma huwa n-numru ta' linji tal-utenti finali li għalih hemm impenn.

–  Il-koinvestiment għandu jippermetti flessibbiltà f'termini ta' valur u żmien tal-impenn provdut minn kull koinvestitur, pereżempju permezz ta' perċentaġġ maqbul u li potenzjalment jiżdied tal-linji tal-utenti finali f'żona partikolari, li l-koinvestituri għandhom il-possibbiltà li gradwalment jikkommettu ruħhom għaliha u li għandu jiġi stabbilit f'livell unitarju li jippermetti koinvestituri iżgħar ikabbru gradwalment il-parteċipazzjoni tagħhom filwaqt li jiżguraw livelli adegwati ta' impenn inizjali. Id-determinazzjoni tal-kunsiderazzjoni finanzjarja li trid tiġi provduta minn kull koinvestitur għandha bżonn tirrifletti l-fatt li investituri bikrin jaċċettaw riskji akbar u jimpenjaw il-kapital qabel.

–  Għandu jiġi kkunsidrat primjum li jiżdied maż-żmien bħala ġustifikazzjoni tal-impenji li jsiru fi stadji aktar tard u għal koinvestituri ġodda li jidħlu għall-koinvestiment wara l-bidu tal-proġett, biex jirrifletti r-riskji diminuttivi u jwieżnu kull inċentiv biex jinżamm l-kapital fl-istadji bikrija.

–  Il-ftehim ta' koinvestiment għandu jippermetti l-għoti tad-drittijiet akkwistati mill-koinvestituri lil koinvestituri oħrajn jew lil partijiet terzi li lesti li jidħlu fi ftehim ta' koinvestiment sakemm l-impriża li tittrasferixxi tiġi obbligata li tissodisfa l-obbligi oriġinali tat-trasferent skont il-ftehim ta' koinvestiment.

–  Il-koinvestituri għandhom jagħtu lil xulxin drittijiet reċiproċi fuq termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli biex jaċċessaw l-infrastruttura koinvestita bl-iskop li jipprovdu servizzi downstream, inklużi lill-utenti finali, skont kundizzjonijiet trasparenti li għandhom ikunu trasparenti fl-offerta ta' koinvestiment u l-ftehim sussegwenti, b'mod partikolari fejn il-koinvestituri huma responsabbli b'mod individwali u b'mod separat għall-introduzzjoni ta' partijiet speċifiċi tan-netwerk. Jekk jinħoloq mezz ta' koinvestiment, dan għandu jipprovdi aċċess għan-netwerk lill-koinvestituri kollha, sew b'mod dirett kif ukoll b'mod indirett, fuq ekwivalenza ta' bażi ta' inputs u skont termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, inklużi kundizzjonijiet finanzjarji li jirriflettu l-livelli differenti ta' riskju aċċettat mill-koinvestituri individwali.

(o)  Il-koinvestiment għandu jiżgura investiment sostenibbli li probabbli jissodisfa l-bżonnijiet tal-ġejjieni, bl-introduzzjoni ta' elementi ġodda tan-netwerk li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-introduzzjoni ta' netwerks b'kapaċità għolja ħafna.

ANNESS V

LISTA TA' SERVIZZI LI S-SERVIZZ TA' AĊĊESS GĦALL-INTERNET SKONT L-ARTIKOLU 79(2) GĦANDU JKUN KAPAĊI LI JSOSTNI

(2)  Email

(3)  magni tat-tiftix li jippermettu tiftix u skoperta ta' kull tip ta' informazzjoni

(4)  għodda bażiċi onlajn ta' taħriġ u edukazzjoni

(5)  gazzetti/aħbarijiet online

(6)  ix-xiri/il-prenotazzjoni online ta' oġġetti jew servizzi

(7)  tiftix għall-impjiegi u għodda għat-tiftix għall-impjiegi

(8)  netwerking professjonali

(9)  servizzi bankarji fuq l-internet

(10)  l-użu tas-servizzi online tal-gvern

(11)  midja soċjali u messaġġi istantanji

(12)  sejħiet u sejħiet bil-vidjow (kwalità standard)

ANNESS VI

DESKRIZZJONI TA' FAĊILITAJIET U SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 83 (KONTROLL TAL-INFIQ), L-ARTIKOLU 107 (FAĊILITAJIET ADDIZZJONALI) U L-ARTIKOLU 99 (BIDLA TAL-FORNITUR U PORTABBILTÀ TAN-NUMRU)

Parti A: Faċilitajiet u servizzi msemmija fl-Artikolu 83

(a) Kontijiet dettaljati

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, suġġetti għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza, ikunu jistgħu jistabbilixxu l-livell bażiku ta' kontijiet dettaljati li jridu jinħarġu minn impriżi lill-utenti finali mingħajr ħlas sabiex dawn ikunu jistgħu:

  (i) jivverifikaw u jiċċekkjaw il-ħlasijiet għall-użu ta' netwerk pubbliku ta' komunikazzjonijiet f'post fiss u/jew servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi, jew servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri fil-każ tal-Artikolu 107; u

  (ii) jissorveljaw b'mod xieraq l-użu u l-ispejjeż li jagħmlu u b'hekk jeżerċitaw livell raġonevoli ta' kontroll fuq il-kontijiet tagħhom.

Meta jkun xieraq, jistgħu jiġu offruti lill-utenti finali livelli ulterjuri ta' dettall għal ħlas ta' tariffi raġonevoli jew mingħajr ebda ħlas.

Dawn il-kontijiet dettaljati għandhom jinkludu referenza espliċita għall-identità tal-fornitur, it-tipoloġija u t-tul tas-servizzi imposti minn kwalunkwe numru primjum fuq l-utent finali.

Is-sejħiet li jkunu mingħajr ħlas mill-utenti finali li jagħmel is-sejħa, inklużi s-sejħiet lil linji ta' għajnuna, ma jridux ikunu identifikati fil-kont dettaljat tal-utent finali li jagħmel is-sejħa, iżda dawn jistgħu jkunu disponibbli permezz ta' mezzi oħra, bħal interfaċċi online.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jitolbu lill-operaturi biex jipprovdu mingħajr ħlas identifikazzjoni ta' min iċempel (CLI).

(b) Imblukkar selettiv ta' sejħiet 'il barra (outgoing calls), jew SMS primjum jew MMS, jew, fejn huwa teknikament fattibbli, tipi oħra ta' applikazzjonijiet simili, mingħajr ħlas

jiġifieri, il-faċilità li permezz tagħha l-utenti finali jistgħu, wara li jitolbu lill-impriża biex tipprovdi servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi, jew servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri fil-każ tal-Artikolu 107 jimblokkaw, mingħajr ma jħallas, sejħiet 'il barra jew SMS primjum jew MMS jew tipi oħra ta' applikazzjonijiet simili, ta' tipi definiti jew lejn tipi definiti ta' numri.

(c) Sistemi ta' ħlas minn qabel

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jitolbu lill-impriżi biex jipprovdu mezzi kif il-konsumaturi jħallsu għall-aċċess għal netwerk ta' komunikazzjonijiet pubbliċi u għall-użu ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi, jew servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri fil-każ tal-Artikolu 107 fuq bażi ta' termini ta' ħlas minn qabel.

(d) Pagament bin-nifs tal-ħlasijiet għall-konnessjoni

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jitolbu lill-impriżi biex jippermettu li l-konsumaturi jkunu jistgħu jħallsu għall-konnessjoni ma' netwerk pubbliku ta' komunikazzjonijiet fuq bażi ta' pagamenti bin-nifs għal tul ta' żmien.

(e) Kontijiet li ma jitħallsux

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw miżuri speċifiċi, li għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ppubblikati, biex ikopru l-kontijiet li ma jitħallsux maħruġa minn impriżi, Dawn il-miżuri għandhom jiżguraw li jingħata avviż debitu ta' kwalunkwe interruzzjoni konsegwenti tas-servizz jew tingħata skonnessjoni lill-utent finali minn qabel. Ħlief fil-każijiet ta' frodi, ħlas persistenti tard jew nuqqas ta' ħlas, dawn il-miżuri għandhom jiżguraw, sa fejn hu teknikament fattibbli li kwalunkwe interruzzjoni tas-servizz tiġi konfinata għas-servizz ikkonċernat. L-iskonnessjoni għan-nuqqas ta' ħlas tal-kontijiet għandha sseħħ biss wara li tingħata t-twissija debita lill-utenti finali. L-Istati Membri jistgħu jippermettu żmien limitat ta' servizz qabel l-iskonnessjoni kompleta, li matulu sejħiet biss li ma jinvolvux ħlas mill-utenti finali (pereżempju sejħiet "112") jiġu permessi.

(f) Informazzjoni dwar it-tariffi

jiġifieri, il-faċilità li permezz tagħha utenti finali jistgħu jitolbu lill-impriża biex tagħti informazzjoni dwar tariffi alternattivi rħas, jekk disponibbli.

(g) Kontroll tal-ispiża

il-faċilità li permezz tagħha l-impriża toffri mezzi oħra, jekk jiġi determinat li dawn huma xierqa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li jikkontrollaw l-ispejjeż ta' servizzi ta', komunikazzjonijiet bil-vuċi, jew servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri fil-każ tal-Artikolu 107 inklużi "alerts" għall-konsumaturi mingħajr ħlas f'każijiet ta' tendenzi ta' konsum mhux normali jew eċċessiv.

Parti B: Faċilitajiet imsemmija fl-Artikolu 107

Identifikazzjoni ta' min iċempel

jiġifieri n-numru tal-parti li tagħmel is-sejħa jiġi ppreżentat lill-persuna msejħa qabel ma s-sejħa tiġi stabbilita.

Din il-faċilità għandha tiġi pprovduta skont il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza, b'mod partikolari d-Direttiva 2002/58/KE (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi).

Sal-limitu teknikament possibbli, l-operaturi għandhom ifornu data u sinjali li jiffaċilitaw l-offerta tal-identità tal-linja li tagħmel is-sejħa u ton ta' ddajaljar minn naħa għall-oħra tal-konfini tal-Istati Membri.

Parti C: L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-portabbiltà tan-numri msemmija fl-Artikolu 99

Ir-rekwiżit li l-utenti finali kollha b'numri mill-pjan nazzjonali ta' numerazzjoni telefonika, li jitolbu dan, jistgħu jżommu n-numru/i tagħhom indipendentement mill-impriża li tipprovdi s-servizz għandu japplika:

  (a) fil-każ ta' numri ġeografiċi, f'post speċifiku; u

  (b) fil-każ ta' numri mhux ġeografiċi, fi kwalunkwe post.

Din il-Parti ma tapplikax għall-portabbiltà ta' numri bejn netwerks li jipprovdu servizzi f'post fiss u netwerks tat-telefonija mobbli.

ANNESS VII

KALKOLU TAL-ISPIŻA NETTA, JEKK IKUN HEMM, TA' OBBLIGI TA' SERVIZZ UNIVERSALI U L-ISTABBILIMENT TA' WALUNKWE MEKKANIŻMU TA' RKUPRU JEW KONDIVIŻJONI SKONT L-ARTIKOLI 84 U 85

PARTI A: KALKOLU TAL-ISPIŻA NETTA

L-obbligi għal servizz universali jirreferu għall-obbligi imqiegħda fuq impriża minn Stat Membru li jikkonċernaw il-forniment ta' servizzi universali stabbiliti fl-Artikoli 79, 81 u 82.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkonsidraw il-mezzi kollha biex jiżguraw inċentivi adatti għall-impriżi (maħtura jew le) biex ifornu obbligi ta' servizz universali b'effiċjenza fl-ispiża. Fit-twettiq ta' eżerċizzju ta' kalkolu, l-ispiża netta ta' obbligi ta' servizz universali għandha tiġi kalkolata bħala d-differenza bejn l-ispiża netta għal kwalunkwe impriża fl-operazzjoni ta' obbligi ta' servizz universali u fl-operazzjoni mingħajr obbligi ta' servizz universali. Attenzjoni debita għandha tingħata biex issir stima korretta tal-ispejjeż li x'impriża tkun għażlet li tevita li kieku ma kien hemm ebda obbligu ta' servizz universali. Il-kalkolu tal-ispiża netta għandu jistma l-benefiċċji, inklużi benefiċċji intanġibbli, għall-operatur ta' servizz universali.

Il-kalkolu għandu jiġi bbażat fuq in-nefqiet attribwibbli għal:

  (i) l-elementi tas-servizzi identifikati li jistgħu jiġu biss provduti b'telf jew provduti taħt kundizzjonijiet ta' spiża li jaqgħu barra l-istandards normali kummerċjali.

  Din il-kategorija tista' tinkludi elementi ta' servizz bħal aċċess għas-servizzi ta' emerġenza bit-telefon, il-forniment ta' ċerti telefons pubbliċi bi ħlas, il-forniment ta' ċerti servizzi jew tagħmir għal persuni b'diżabbiltà, eċċ.;

  (ii) utenti finali jew gruppi ta' utenti finali speċifiċi li, waqt li jittieħed kont tal-ispiża għall-forniment tan-netwerk u servizz speċifiku, id-dħul ġenerat u kull medjar ġeografiku tal-prezzijiet imposti mill-Istat Membru, li s-servizz għalihom jista' jsir biss b'telf jew taħt kondizzjonijiet tal-ispiża li jaqgħu barra li-standards normali tal-kummerċ.

  Din il-kategorija tinkludi wkoll dawk l-utenti finali jew gruppi ta' utenti finali li ma kinux jiġu servuti minn operatur kummerċjali li ma kellux obbligu li jipprovdi servizz universali.

Il-kalkolu tal-ispiża netta ta' aspetti speċifiċi ta' obbligi ta' servizz universali għandu jsir separatament u sabiex jiġi evitat għadd doppju ta' xi benefiċċji u nefqiet diretti jew indiretti. L-ispiża netta globali ta' obbligi ta' servizzi universali għandha tiġi kkalkolata bħala s-somma tal-ispejjeż netti li jirriżultaw mill-komponenti speċifiċi ta' obbligi ta' servizz universali, waqt li jittieħed kont ta' kull benefiċċju intanġibbli. Ir-responsabbiltà għall-verifika tal-ispiża netta hija tal-awtorità regolatorja nazzjonali.

PARTI B: IRKUPRU TA' KULL SPIŻA NETTA TAL-OBBLIGI TA' SERVIZZ UNIVERSALI

L-irkupru jew l-iffinanzjar ta' kull spiża netta ta' obbligi ta' servizz universali jeħtieġ li impriżi nnominati b'obbligi ta' servizz universali jiġu kkumpensati għas-servizzi li jfornu taħt kundizzjonijiet mhux kummerċjali. Minħabba li dak il-kumpens jinvolvi trasferimenti finanzjarji, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn jitwettqu b'mod oġġettiv, trasparenti, mhux diskriminatorju u proporzjonat. Dan ifisser li t-trasferimenti jirriżultaw fl-anqas distorsjoni tal-kompetizzjoni u f'domanda tal-utent.

Skont l-Artikolu 85(3), mekkaniżmu ta' kondiviżjoni ibbażat fuq fond għandu juża mezzi trasparenti u newtrali għall-ġbir ta' kontribuzzjonijiet li jevitaw il-periklu ta' impożizzjoni doppja ta' kontribuzzjonijiet li jaqgħu kemm fuq l-outputs kif ukoll fuq l-inputs tal-impriżi.

Il-korp indipendenti li jamministra l-fond għandu jkun responsabbli għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet minn impriżi li huma stmati bħala li għandhom l-obbligu li jikkontribwixxu għall-ispiża netta tal-obbligi ta' servizz universali fl-Istat Membru u għandu jissorvelja it-trasferiment tas-somom dovuti u/jew ħlasijiet amministrattivi lill-impriżi intitolati li jirċievu l-ħlasijiet minn dak il-fond.

ANNESS VIII

INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PPUBBLIKATA SKONT L-ARTIKOLU 96

(TRASPARENZA U PUBBLIKAZZJONI TA' INFORMAZZJONI)

L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha r-responsabbiltà li tiżgura li l-informazzjoni f'dan l-Anness tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 96. Hi r-responsabbiltà tal-awtorità regolatorja nazzjonali li tiddeċiedi liema informazzjoni hija rilevanti li għandha tiġi ppubblikata mill-fornituri ta' servizzi ta' aċċess għall-internet, u fornituri ta' servizzi pubbliċi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u liema informazzjoni għandha tkun ippubblikata mill-awtorità regolatorja nazzjonali nnifisha, sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali kollha jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati. Jekk jitqies xieraq, awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippromwovu miżuri awtoregolatorji jew koregolatorji qabel ma jiġi impost kwalunkwe obbligu.

1 Dettalji ta' kuntatt tal-impriża

2. Servizzi pubblikament disponibbli tat-telefon offruti

2.1.  Il-kamp ta' applikazzjoni tas-servizz pubblikament disponibbli tat-telefon u l-karatteristiċi ewlenin ta' kull servizz provdut, inklużi kwalunkwe livell minimu tal-kwalità tas-servizz u kwalunkwe restrizzjoni imposta mill-fornitur fuq l-użu tat-tagħmir terminali fornut, u informazzjoni aċċessibbli dwar il-funzjonament tas-servizz u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà u l-faċilitajiet tiegħu.

2.2.  Tariffi tas-servizzi offruti, inkluż l-informazzjoni dwar il-volumi tal-komunikazzjonijiet (bħal restrizzjonijiet ta' użu ta' data, numru ta' minuti ta' sejħiet, numru ta' SMSs) ta' pjani ta' tariffi speċifiċi u dwar tariffi applikabbli għal unitajiet addizzjonali ta' komunikazzjoni, numri jew servizzi soġġetti għal kundizzjonijiet ta' ipprezzar partikolari, ħlasijiet għall-aċċess, u manutenzjoni, it-tipi kollha ta' ħlasijiet għall-użu, skemi ta' tariffi speċjali u mmirati u kwalunkwe imposta addizzjonali, kif ukoll spejjeż fir-rigward tat-tagħmir tat-terminal.

2.3. Servizzi ta' wara l-bejgħ u ta' manutenzjoni offruti u d-dettalji tal-kuntatt tagħhom.

2.4. Kundizzjonijiet ta' kuntratt standard, inklużi, it-tul taż-żmien tal-kuntratt, tariffi li jridu jitħallsu qabel terminazzjoni ta' kuntratt, drittijiet marbuta mat-terminazzjoni tal-offerti magħquda jew l-elementi tagħhom, proċeduri u ħlasijiet diretti relatati mal-portabbiltà tan-numri u identifikaturi oħrajn, jekk dan ikun rilevanti.

2.5.  L-utenti finali jiġu pprovduti b'informazzjoni dwar l-aċċess għas-servizzi ta' emerġenza u l-post mnejn toriġina t-telefonata. Jekk l-impriża hija fornitur ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri, informazzjoni dwar l-aċċess għal jew fuq kwalunkwe limitazzjoni fuq il-forniment ta' servizzi ta' emerġenza u informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina t-telefonata.

2.6.  Dettalji tal-prodotti u s-servizzi mfassla għall-utenti b'diżabbiltà, inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.

(2.6a.)  Informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementarjetajiet mas-servizzi ta' assistenza.

3. Mekkaniżmi ta' soluzzjoni tat-tilwim inklużi dawk żviluppati mill-impriża.

ANNESS IX

PARAMETRI TAL-KWALITÀ TAS-SERVIZZ

Parametri tal-kwalità tas-servizz, Definizzjonijiet u Metodi ta' Kejl imsemmija fl-Artikolu 97

Għal fornituri ta' aċċess għal netwerk pubbliku ta' komunikazzjonijiet

PARAMETRU

(Nota 1)

DEFINIZZJONI

METODU TAL-KEJL

Tul ta' żmien għall-konnessjoni inizjali

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Rata ta' ħsara għal kull linja ta' aċċess

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Ħin tat-tiswija tal-ħsara

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Għal servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri

PARAMETRU

(Nota 2)

TIFSIRA

METODU TAL-KEJL

Ħin tat-twaqqif tas-sejħa

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Ilmenti dwar l-eżattezza tal-kontijiet

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Il-kwalità tal-konnessjoni tal-vuċi

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Proporzjon ta' sejħiet li jaqgħu

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057 

Proporzjon ta' sejħiet mingħajr suċċess

(Nota 2)

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Probabbiltà ta' falliment

 

 

Dewmien fis-sinjal tas-sejħa

 

 

  In-numru tal-verżjoni tal-ETSI EG 202 057-1 huwa 1.3.1 (Lulju 2008)

Għas-servizzi ta' aċċess għall-internet

PARAMETRU

TIFSIRA

METODU TAL-KEJL

Latenza (dewmien)

ITU-T Y.2617

ITU-T Y.2617

Jitter

ITU-T Y.2617

ITU-T Y.2617

Telfien ta' pakketti

ITU-T Y.2617

ITU-T Y.2617

Nota 1

Il-parametri għandhom jippermettu li l-prestazzjoni tkun tista' tiġi analizzata f'livell reġjonali (jiġifieri mhux inqas mil-Livell 2 fin-Nomenklatura tal-Unità (NUTS) stabbilita mill-Eurostat.

Nota 2

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jeħtieġux li tinżamm informazzjoni aġġornata li tikkonċerna l-prestazzjoni għal dawn iż-żewġ parametri, jekk ikun hemm provi disponibbli li juru li l-prestazzjoni f'dawn iż-żewġ oqsma tkun sodisfaċenti.

ANNESS X

L-INTEROPERABBILTÀ TAT-TAGĦMIR TAL-KONSUMATUR IMSEMMI FL-ARTIKOLU 105

1. L-iscrambling algorithm komuni u riċezzjoni ta' sinjali mhux kriptati

It-tagħmir kollu tal-konsumatur maħsub għar-riċezzjoni ta' sinjali diġitali tat-televiżjoni konvenzjonali (jiġifieri xandir permezz ta' trażmissjoni terrestri, bil-cable jew bis-satellita li huwa intiż primarjament għar-riċeviment fiss, bħall-DVB-T, DVB-C jew DVB-S), għall-bejgħ jew għall-kiri jew xort'oħra magħmula disponibbli fl-Unjoni, kapaċi li jiddekodifika s-sinjali diġitali tat-televiżjoni, għandu jkollu l-kapaċità li:

–  jippermetti li jinħallu dawk is-sinjali skont scrambling alogarithm komuni Ewropew kif amministrat mill-organizzazzjoni rikonoxxuta Ewropea tal-istandards, attwalment l-ETSI;

–  jirriproduċi sinjali li jkunu ġew trażmessi mhux kriptati sakemm, fil-każ li dak it-tagħmir jiġi mikri, il-kerrej ikun f'konformità mal-ftehim rilevanti tal-kiri.

2. Interoperabbiltà għal settijiet tat-televiżjoni diġitali

Kull sett diġitali tat-televiżjoni bi skrijn integrali viżibbli ta' djagunal akbar minn 30 cm li jitqiegħed għall-bejgħ jew kera fl-Unjoni għandu jkun iffittjat b'tal-anqas konnessjoni waħda miftuħa (jew standardizzata minn, jew li tikkonforma ma' standard adottat minn, organizzazzjoni tal-istandards Ewropej rikonoxxuta, jew li tikkonforma ma' speċifikazzjoni ta' industrija kollha) li jippermetti konnessjoni sempliċi għall-periferali, u li jkun jista' jgħaddi l-elementi rilevanti kollha ta' sinjal diġitali televiżiv, inkluża informazzjoni li tirrelata ma' servizzi interattivi u kondizzjonalment aċċessati. It-tagħmir terminali tas-settijiet tat-televiżjoni diġitali jeħtieġ li jkun interoperabbli fejn ikun teknikament fattibbli sabiex dan ikun jista' jintuża faċilment mill-ġdid ma' fornituri oħra.

2a.  FUNZJONALITÀ GĦAS-SETTIJIET TAR-RADJU

Kwalunkwe sett tar-radju li jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni minn [id-data tat-traspożizzjoni] għandu jkun kapaċi li jirċievi mill-inqas xandiriet diġitali terrestri bir-radju. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal tagħmir tar-radju żgħir u ta' valur baxx jew prodotti fejn ir-riċevitur ikun purament anċillari. Lanqas ma għandu japplika għal tagħmir tar-radju li jintuża mid-dilettanti tar-radju skont it-tifsira tal-Artikolu 1, definizzjoni 56, tar-regolamenti tar-radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU).

ANNESS XI

Parti A

Direttivi revokatib'[lista tal-emendi suċċessivi tagħha/l-emenda tagħha]

(imsemmija fl-Artikolu 116)

Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33)

 

 

Id-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37)

 

Artikolu 1

 

Ir-Regolament (UE) 544/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 167, 29.6.2009, p. 12)

 

Artikolu 2

 

Ir-Regolament (UE) 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32)

 

Artikolu 10

Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21)

 

 

Id-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37)

 

Artikolu 3 u Anness

Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7)

 

 

Id-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37)

 

Artikolu 2

Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51)

 

 

Id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11)

 

Artikolu 1 u Anness I

 

Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1)

 

Artikolu 8

Parti B

Limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali [u d-data/i tal-applikazzjoni]

(imsemmija fl-Artikolu 116)

Direttiva

Limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni

Data tal-applikazzjoni

 

2002/19/KE

l-24 ta' Lulju 2003

il-25 ta' Lulju 2003

2002/20/KE

2002/21/KE

l-24 ta' Lulju 2003

l-24 ta' Lulju 2003

il-25 ta' Lulju 2003

il-25 ta' Lulju 2003

2002/22/KE

l-24 ta' Lulju 2003

il-25 ta' Lulju 2003

ANNESS XII

Tabella ta' Korrelazzjoni

<

Direttiva 2002/21/KE

Direttiva 2002/20/KE

Direttiva 2002/19/KE

Direttiva 2002/22/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1), (2) u (3)

 

 

 

Artikolu 1(1), (2) u (3)

Artikolu 1(3a)

 

 

 

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(4) u (5)

 

 

 

Artikolu 1(5) u (6)

Artikolu 2(a)

 

 

 

Artikolu 2(1)

-

-

-

-

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(b)

 

 

 

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(c)

 

 

 

Artikolu 2(4)

-

-

-

-

Artikolu 2(5)

-

-

-

-

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(7)

Artikolu 2(d)

 

 

 

Artikolu 2(8)

Artikolu 2(da)

 

 

 

Artikolu 2(9)

Artikolu 2(e)

 

 

 

Artikolu 2(10)

Artikolu 2(ea)

 

 

 

Artikolu 2(11)

Artikolu 2(f)

 

 

 

Artikolu 2(12)

Artikolu 2(g)

 

 

 

-

Artikolu 2(h)

 

 

 

Artikolu 2(13)

Artikolu 2(i)

 

 

 

Artikolu 2(14)

Artikolu 2(j)

 

 

 

-

Artikolu 2(k)

 

 

 

-

Artikolu 2(l)

 

 

 

-

Artikolu 2(m)

 

 

 

Artikolu 2(15)

Artikolu 2(n)

 

 

 

Artikolu 2(16)

Artikolu 2(o)

 

 

 

Artikolu 2(17)

Artikolu 2(p)

 

 

 

Artikolu 2(18)

Artikolu 2(q)