Proċedura : 2017/0015(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0321/2017

Testi mressqa :

A8-0321/2017

Dibattiti :

PV 12/03/2018 - 18
CRE 12/03/2018 - 18

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2018 - 7.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0065

RAPPORT     ***I
PDF 827kWORD 90k
20.10.2017
PE 604.819v01-00 A8-0321/2017

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/59/KE dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri u d-Direttiva 2006/126/KE dwar il-liċenzji tas-sewqan

(COM(2017)0047 – C8-0025/2017 – 2017/0015(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Peter Lundgren

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/59/KE dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri u d-Direttiva 2006/126/KE dwar il-liċenzji tas-sewqan

(COM(2017)0047 – C8-0025/2017 – 2017/0015(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0047),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0025/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0321/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  Fil-White Paper tagħha tat-28 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni kkonfermat il-ħtieġa li jsir progress, permezz tar-riċerka, u permezz tal-introduzzjoni ta' avvanzi teknoloġiċi diġà disponibbli, lejn forma kompetittiva ta' mobilità b'livell baxx ta' emissjonijiet li tippermetti, permezz tal-armonizzazzjoni tal-politiki tal-Istati Membri, li jsir progress lejn suq uniku ġenwin fis-settur tat-trasport.

Emenda2

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  L-għan għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra mis-settur tat-trasport ġie stabbilit għal 20 % taħt il-livell tal-2008 li għandu jintlaħaq sal-2030. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, is-sewwieqa jeħtieġu li jkunu mħarrġa biex isuqu bl-aktar mod effiċjenti. Jenħtieġ li dan jintlaħaq permezz ta' mobilità sostenibbli mħeġġa permezz tal-promozzjoni ta' vetturi mgħammra b'magni li jaħdmu bi fjuwils alternattivi, kif ukoll mezzi aktar sostenibbli ta' trasport, bħal vetturi b'kapaċità għolja fit-trasport bit-triq u intermodali.

Emenda3

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom l-istess interpretazzjoni meta japplikaw l-eżenzjonijiet mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiċċara t-tifsira ta' "attività prinċipali" għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  B'kunsiderazzjoni tal-iżviluppi fit-taħriġ u fl-edukazzjoni, u sabiex tittejjeb il-kontribuzzjoni tad-Direttiva 2003/59/KE għas-sikurezza stradali u r-rilevanza tat-taħriġ għas-sewwieqa, is-suġġetti relatati mas-sikurezza stradali, bħall-perċezzjoni tal-perikli, il-protezzjoni tal-utenti vulnerabbli tat-toroq, u s-sewqan effiċjenti fl-użu tal-fjuwil għandhom jissaħħu fil-korsijiet ta' taħriġ.

(6)  B'kunsiderazzjoni tal-iżviluppi fit-taħriġ u fl-edukazzjoni, u sabiex tittejjeb il-kontribuzzjoni tad-Direttiva 2003/59/KE għas-sikurezza stradali u r-rilevanza tat-taħriġ għas-sewwieqa, is-suġġetti relatati mas-sikurezza stradali, bħall-perċezzjoni tal-perikli, il-protezzjoni tal-utenti vulnerabbli tat-toroq, u b'mod partikolari tal-persuni bil-mixi, iċ-ċiklisti u persuni b'mobilità limitata, u s-sewqan effiċjenti fl-użu tal-fjuwil jenħtieġ li jissaħħu fil-korsijiet ta' taħriġ. Jenħtieġ li dawn il-korsijiet ikopru wkoll teknoloġiji tat-trasport bit-triq ġodda bħas-sewqan b'vetturi konnessi.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Sistemi ta' trasport intelliġenti jipprovdu opportunitajiet biex jintlaħqu l-miri għat-tnaqqis fir-rati tal-inċidenti, it-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-iżvilupp ta' settur tat-trasport Ewropew kompetittiv, u għalhekk huwa vitali li s-sewwieqa jkunu mħarrġa biex jisfruttaw il-potenzjal tagħhom.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra u jitħeġġeġ l-użu ta' teknolġiji ġodda u tipi ġodda ta' sistemi ta' motopropulsjoni alternattivi, il-kalkolu tal-piż tas-sistemi ta' motopropulsjoni alternattivi jenħtieġ li jkun separat mill-kalkolu totali tal-piż tal-vettura.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-Istati Membri għandhom jiġu pprovduti b'opzjoni ċara biex itejbu u jimmodernizzaw il-prattiki ta' taħriġ bl-użu tal-għodda tal-ICT, bħat-tagħlim elettroniku u t-tagħlim imħallat, għal parti mit-taħriġ, filwaqt li tkun żgurata l-kwalità tat-taħriġ.

(7)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu pprovduti b'opzjoni ċara biex itejbu, jimmodernizzaw u jarmonizzaw il-prattiki ta' taħriġ bl-użu tal-għodda tal-ICT, bħat-tagħlim elettroniku u t-tagħlim imħallat, għal parti mit-taħriġ, filwaqt li tkun żgurata l-ogħla kwalità, kif ukoll l-eżekuzzjoni korretta u l-effettività tat-taħriġ, u jiġu esklużi d-dixxiplini kkonċernati ma' suġġetti sensittivi bħas-sewqan ta' vetturi maħsuba għat-trasport ta' oġġetti perikolużi, oġġetti tqal jew annimali u s-sewqan f'kundizzjonijiet tat-temp sfavorevoli.

Emenda8

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Sabiex tkun żgurata l-konsistenza bejn il-forom differenti ta' taħriġ mitluba skont il-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jikkombinaw tipi differenti ta' taħriġ rilevanti, bħat-taħriġ dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi, dwar is-sensibilizzazzjoni għad-diżabilità jew dwar it-trasport tal-annimali, mat-taħriġ previst fid-Direttiva 2003/59/KE.

(8)  Sabiex tkun żgurata l-konsistenza bejn il-forom differenti ta' taħriġ mitluba skont il-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jikkombinaw tipi differenti ta' taħriġ rilevanti, bħat-taħriġ dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi, dwar is-sensibilizzazzjoni għad-diżabilità jew dwar it-trasport tal-annimali, mat-taħriġ previst fid-Direttiva 2003/59/KE, kif ukoll taħriġ dwar it-trasport ta' oġġetti tqal u t-trasport waqt kundizzjonijiet tat-temp sfavorevoli.

Emenda9

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex prattiki differenti bejn l-Istati Membri ma jitħallewx ifixklu r-rikonoxximent reċiproku u jillimitaw id-dritt tas-sewwieqa li jwettqu t-taħriġ perjodiku fl-Istat Membru fejn jaħdmu, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati joħorġu d-dokument rilevanti li jiżgura rikonoxximent reċiproku għal kull sewwieq li jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/59/KE.

(9)  Sabiex prattiki differenti bejn l-Istati Membri ma jitħallewx ifixklu r-rikonoxximent reċiproku u jillimitaw id-dritt tas-sewwieqa li jwettqu t-taħriġ perjodiku fl-Istat Membru fejn jaħdmu, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkunu obbligati joħorġu il-kard ta' kwalifika tas-sewwieq, fil-forma preskritta mill-mudelli standard, li jiżgura rikonoxximent reċiproku għal kull sewwieq li jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/59/KE.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' interpretazzjonijiet differenti tal-kunċett ta' trasport mhux kummerċjali ta' passiġġieri jew ta' merkanzija, jenħtieġ li dan ikun interpretat skont id-definizzjoni unitarja prevista fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Filwaqt li titqies il-mira tal-White Paper ta' tnaqqis ta' 60 % tal-gassijiet b'effett serra kif ukoll il-mira li jitnaqqas bin-nofs l-użu tal-karozzi "bi fjuwil konvenzjonali" fit-trasport urban sal-2030 u li dawn jitneħħew gradwalment mill-bliet sal-2050, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw l-għażla, fid-Direttiva 2006/126/KE u f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jawtorizzaw is-sewqan fit-territorju tagħhom ta' vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv sa massa ta' 4 250 kg b'liċenzja tas-sewqan B, dment li l-eċċess ta' massa tal-vettura jkun dovut esklużivament għall-massa tas-sistema ta' fjuwil alternattiv tagħha, u li l-użu ta' dawn il-vetturi jikkontribwixxi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u tittejjeb il-kwalità tal-arja. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li s-sewwieqa ta' tali vetturi jkunu obbligati jsegwu kors ta' taħriġ addizzjonali sabiex jinkludu effetti pożittivi fuq is-sikurezza fit-toroq u biex jitħeġġeġ is-sewqan ekoloġiku.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Il-Kummissjoni nnutat li madwar 33 % tal-vjaġġi kollha magħmula minn vetturi tqal tal-merkanzija fl-Unjoni jaqsmu l-fruntieri bejn l-Istati Membri. Għalhekk il-kuntratturi tat-trasport jeħtieġ li jkunu jafu s-sorsi fejn huma jkunu jistgħu jiksbu informazzjoni dwar id-diversi liġijiet li jaffettwawhom fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom u jenħtieġ li dan jitqies meta jitfasslu korsijiet ta' taħriġ għaċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali rilevanti.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)  Fid-dawl ta' nuqqasijiet biex dawn il-liġijiet differenti li hemm fis-seħħ li jirregolaw l-attivitajiet tat-trasport tal-Unjoni, jenħtieġ li tiġi żviluppata bażi ta' data komuni li jkun fiha regoli u regolamenti tat-trasport fl-aktar forma aġġornata tagħhom, bit-traduzzjonijiet tagħhom tal-anqas f'xi waħda mil-lingwi l-aktar użati fl-Unjoni, sabiex jitneħħew xi wħud mill-ostakoli li jxekklu l-introduzzjoni ta' suq uniku Ewropew tat-trasport effiċjenti u kompetittiv.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2003/59/KE

Artikolu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  vetturi użati mill-forzi armati, id-difiża ċivili, is-servizz tat-tifi tan-nar u l-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku, jew taħt il-kontroll tagħhom, meta l-ġarr isir bħala konsegwenza tal-kompiti assenjati lil dawk is-servizzi;;

(b)  vetturi użati mill-forzi armati, id-difiża ċivili, is-servizz tat-tifi tan-nar, il-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku, u s-servizzi ta' emerġenza bl-ambulanza, jew taħt il-kontroll tagħhom, meta l-ġarr isir bħala konsegwenza tal-kompiti assenjati lil dawk is-servizzi;

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2003/59/KE

Artikolu 2 - punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

aa)  il-punt c huwa sostitwit b'dan li ġej:

(c)  vetturi li jkunu qed isirulhom testijiet tat-triq għal żvilupp tekniku, tiswija jew manutenzjoni, jew vetturi ġodda jew mibnija mill-ġdid li għadhom ma bdewx jintużaw;

(c)  vetturi li jkunu qed isirulhom testijiet tat-triq għal żvilupp tekniku, tiswija u manutenzjoni, jew vetturi ġodda jew mibnija mill-ġdid li għadhom ma bdewx jintużaw, jew vetturi mingħajr passiġġieri li jkunu qed jinstaqu lura, 'il barra minn, jew inkella lura u barra mid-depot tagħhom mill-persunal tal-manutenzjoni tagħhom;"

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Direttiva 2003/59/KE

Artikolu 2 – punt e – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Barra minn hekk, din id-Direttiva ma tapplikax għal kwalunkwe persuna li tkun tixtieq tikseb liċenzja tas-sewqan jew ċertifikat ta' kompetenza professjonali, skont l-Artikolu 6 u l-Artikolu 8(1), meta dik il-persuna tkun qed tieħu taħriġ addizzjonali fis-sewqan waqt tagħlim ibbażat fil-post tax-xogħol, dment li dik il-persuna tkun akkumpanjata minn persuna oħra ċċertifikata b'ċertifikat ta' kompetenza professjonali, jew minn għalliem tas-sewqan, għall-kategorija tal-vettura użata għal dak l-iskop;

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ba (ġdid)

Direttiva 2003/59/KE

Artikolu 2 – punt ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  jiżdied il-punt (ga) li ġej:

 

(ga)   vetturi li joperaw f'raġġ ta' inqas minn 100 km mill-bażi tagħhom, bil-kundizzjoni li s-sewqan tal-vettura ma jkunx ix-xogħol ewlieni tas-sewwieq.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Direttiva 2003/59/KE

Artikolu 2 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  vetturi użati, jew mikrija mingħajr sewwieq, minn impriżi agrikoli, ortikulturali, tal-forestrija, tal-biedja jew tas-sajd għall-ġarr ta' oġġetti bħala parti mill-attività intraprenditorjali proprja tagħhom, sakemm is-sewqan tal-vettura mhux l-attività prinċipali tas-sewwieq.;

(h)  vetturi użati, jew mikrija mingħajr sewwieq, minn impriżi agrikoli, ortikulturali, tal-forestrija, tal-biedja jew tas-sajd għall-ġarr ta' oġġetti jew ta' oġġetti neċessarji bħala parti mill-attività intraprenditorjali proprja tagħhom, sakemm is-sewqan tal-vettura mhux l-attività prinċipali tas-sewwieq;

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Direttiva 2003/59/KE

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-taħriġ perjodiku għandu jikkonsisti f'taħriġ biex id-detenturi ta' CPC jkunu jistgħu jaġġornaw l-għarfien li huwa essenzjali għax-xogħol tagħhom, b'enfasi speċifika fuq is-sikurezza stradali u r-razzjonalizzazzjoni tal-konsum tal-fjuwil.

It-taħriġ perjodiku għandu jikkonsisti f'taħriġ biex id-detenturi ta' ċertifikat ta' kompetenza professjonali jkunu jistgħu jaġġornaw l-għarfien li huwa essenzjali għax-xogħol tagħhom, b'enfasi speċifika, matul tal-inqas ġurnata waħda ta' taħriġ, fuq is-sikurezza stradali u s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, u r-razzjonalizzazzjoni tal-konsum tal-fjuwil, per eżempju permezz tas-sewqan ekoloġiku.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2003/59/KE

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  it-tieni paragrafu huwa ssostitwit b'dan li ġej:

Dan it-taħriġ għandu jiġi organizzat minn ċentru ta' taħriġ approvat, f'konformità mat-taqsima 5 tal-Anness I. Jekk sewwieq imur jaħdem ma' kumpanija oħra, għandu jitqies it-taħriġ perjodiku li jkun għamel.

Dan it-taħriġ għandu jiġi organizzat minn ċentru ta' taħriġ approvat, f'konformità mat-taqsima 5 tal-Anness I. Parti sinifikanti mit-taħriġ għandha tieħu l-forma ta' tagħlim konvenzjonali fi klassi, it-tieni parti għandha tikkonsisti f'taħriġ prattiku tas-sewqan f'sit ta' taħriġ u t-tielet parti tista' tingħata fuq simulaturi tal-aqwa kwalità. Jekk sewwieq imur jaħdem ma' kumpanija oħra, għandu jitqies it-taħriġ perjodiku li jkun għamel.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b (ġdid)

Direttiva 2003/59/KE

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-taħriġ perjodiku għandu jkun imfassal biex jespandi fuq, u biex jirrevedi, xi wħud mis-suġġetti msemmija fit-Taqsima 1 tal-Anness I. Għandu dejjem jinkludi mill-inqas suġġett wieħed relatat mas-sikurezza stradali u għandu jkopri varjetà ta' suġġetti. Il-kontenut tat-taħriġ għandu jqis il-ħtiġijiet tat-taħriġ speċifiċi għall-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa mis-sewwieq u l-iżviluppi legali u teknoloġiċi rilevanti.;

It-taħriġ perjodiku għandu jkun imfassal biex jespandi fuq, u biex jirrevedi, xi wħud mis-suġġetti msemmija fit-Taqsima 1 tal-Anness I. Għandu dejjem jinkludi mill-inqas suġġett wieħed relatat mas-sikurezza stradali u għandu jkopri varjetà ta' suġġetti. Is-suġġetti tat-taħriġ għandhom jieħdu kont ta' żviluppi fil-leġiżlazzjoni u t-teknoloġija rilevanti. Huma għandhom ukoll, sa fejn ikun possibbli, iqisu l-ħtiġijiet speċifiċi ta' taħriġ tas-sewwieq;

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2003/59/KE

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Abbażi tas-CPC imsemmi fl-Artikolu 6 u s-CPC imsemmi fl-Artikolu 8(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jimmarkaw, filwaqt li jqisu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(2) u (3) u l-Artikolu (8), il-kodiċi 95 tal-Unjoni Ewropea armonizzat previst fl-Anness I tad-Direttiva 2006/126/KE flimkien mal-kategoriji ta' liċenzja korrispondenti:

Abbażi taċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali imsemmi fl-Artikolu 6 u ċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali imsemmi fl-Artikolu 8(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jimmarkaw, filwaqt li jqisu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(2) u (3) u l-Artikolu 8, il-kodiċi 95 tal-Unjoni Ewropea armonizzat previst fl-Anness I tad-Direttiva 2006/126/KE flimkien mal-kategoriji ta' liċenzja korrispondenti

–   jew fuq il-liċenzja tas-sewqan,

  fuq il-liċenzja tas-sewqan,

–   jew fuq il-kard ta' kwalifika ta' sewwieq imħejjija f'konformità mal-mudell muri fl-Anness II.

  jew, jekk l-immarkar tal-kodiċi fuq il-liċenzja tas-sewqan ma jkunx possibbli, fuq il-kard ta' kwalifika ta' sewwieq imħejjija f'konformità mal-mudell muri fl-Anness II.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2003/59/KE

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kard ta' kwalifika ta' sewwieq maħruġa minn Stat Membru għandha tkun rikonoxxuta reċiprokament. Meta tinħareġ il-kard, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkontrollaw il-validità tan-numru tal-liċenzja tas-sewqan li huwa msemmi fuq il-kard.

Il-kard ta' kwalifika ta' sewwieq maħruġa minn Stat Membru għandha tkun rikonoxxuta reċiprokament. Meta tinħareġ il-kard, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkontrollaw il-validità tal-liċenzja tas-sewqan għall-kategorija tal-vettura kkonċernata.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2003/59/KE

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  (a) Sewwieq imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 1 li jsuq vetturi użati għall-ġarr ta' oġġetti bit-triq għandu jipprovdi evidenza li għandu l-kwalifika u t-taħriġ previsti f'din id-Direttiva permezz tal-attestazzjoni ta' sewwieq prevista fir-Regolament (UE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*). Dik l-attestazzjoni ta' sewwieq għandha tkun rikonoxxuta reċiprokament għall-finijiet ta' din id-Direttiva, anki jekk il-kodiċi tal-Unjoni rilevanti ma kienx immarkat fuqha.

2.  Sewwieq imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 1 li jsuq vetturi użati għall-ġarr ta' oġġetti bit-triq għandu jkollu wkoll id-dritt li jipprovdi evidenza li għandu l-kwalifika u t-taħriġ previsti f'din id-Direttiva permezz tal-attestazzjoni ta' sewwieq prevista fir-Regolament (UE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*), dment li fuqha jkollha l-kodiċi tal-Unjoni 95. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-Istat Membru emittenti għandu jindika, il-kodiċi tal-Unjoni 95 fit-taqsima tar-rimarki tal-attestazzjoni jekk is-sewwieq ikkonċernat ikun issodisfa l-kwalifika tat-taħriġ u r-rekwiżiti għat-taħriġ previsti f'din id-Direttiva.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2003/59/KE

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Sewwieq imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 1 li jsuq vetturi użati għall-ġarr ta' passiġġieri bit-triq għandu jipprovdi evidenza li għandu l-kwalifika u t-taħriġ previsti f'din id-Direttiva permezz ta' wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

imħassar

-  il-kodiċi tal-Unjoni mmarkat fuq il-liċenzja tas-sewqan mudell tal-Unjoni, fejn hu jew hi huma d-detentur ta' tali liċenzja,

 

-  il-kard ta' kwalifika ta' sewwieq prevista fl-Anness II, immarkata bil-kodiċi tal-Unjoni rilevanti,

 

-  ċertifikat nazzjonali li l-validità tiegħu fit-territorju tagħhom hija rikonoxxuta reċiprokament mill-Istati Membri.

 

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2003/59/KE

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-attestazzjonijiet ta' xufier li ma jkollhomx il-kodiċi tal-Unjoni 95 maħruġa qabel [ĠU: daħħal id-data msemmija fl-Artikolu 3(1)] f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009, b'mod partikolari l-paragrafu 7 tiegħu, fid-dawl taċ-ċertifikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta' taħriġ skont din id-Direttiva, għandhom jiġu aċċettati bħala evidenza tal-kwalifika sad-data tal-iskadenza tagħhom.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Direttiva 2003/59/KE

Artikolu 10a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Jiżdied l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 10a

 

Reġistrazzjoni u kontroll

 

L-Istati Membri għandhom, sa [ĠU daħħal id-data 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], joħolqu u jitqabbdu ma' netwerk komuni tal-Unjoni ta' bażijiet ta' data nazzjonali għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar iċ-ċertifikati ta' kompetenza professjonali maħruġa u fuq il-persuni li preċedentement kienu detenturi ta' ċertifikat falz jew li kienu involuti fil-produzzjoni jew id-distribuzzjoni ta' tali ċertifikati.

 

Dik in-netwerk ta' bażijiet ta' data nazzjonali li jikkooperaw għandha tiġi mfassla b'tali mod li tagħti lill-awtoritajiet kompetenti d-dritt, waqt kontroll fit-triq jew waqt investigazzjoni, li jivverifikaw, f'ħin reali, il-validità taċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali u li jiksbu informazzjoni dwar kwalifika ta' ċertifikat ta' kompetenza professjonali ta' persuna jew involviment minn qabel fil-produzzjoni jew id-distribuzzjoni ta' ċertifikati falsifikati. Din in-netwerk tista' tintuża wkoll mill-awtoritajiet nazzjonali emittenti matul l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal ċertifikat ta' kompetenza professjonali."

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid)

Direttiva 2006/126/KE

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt h

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)  il-punt (h) huwa emendat kif ġej:

"(h)  Kategorija D1:

"(h)  Kategorija D1:

vetturi bil-mutur proġettati u mibnija għat-trasport ta' mhux aktar minn 16-il passiġġier minbarra s-sewwieq u ta' tul massimu ta' mhux aktar minn tmien metri; il-vetturi bil-mutur f'din il-kategorija jistgħu jiġu kombinati ma' karru ta' massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg;

vetturi bil-mutur proġettati u mibnija għat-trasport ta' mhux aktar minn 22 passiġġier minbarra s-sewwieq u ta' tul massimu ta' mhux aktar minn metri, inklużi dawk kombinati ma' karru ta' massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg;"

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2006/126/KE

Artikolu 6 – paragrafu 4 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  fl-Artikolu 6(4), jiżdied il-punt li ġej:

 

"(ba)  vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53 (KE) tal-25 ta' Lulju 1996 li jistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fil-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali sa massa ta' 4 250 kg, dment li l-eċċess ta' massa tal-vettura li taqbeż 3 500 kg jkun dovut esklużivament għall-massa tas-sistema ta' fjuwil alternattiv tagħha u li l-użu ta' dawn il-vetturi jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u għat-titjib tal-kwalità tal-arja; barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sewwieqa ta' tali vetturi jkunu obbligati jsegwu kors ta' taħriġ addizzjonali sabiex jinkludu effetti pożittivi fuq is-sikurezza fit-toroq u biex jitħeġġeġ is-sewqan ekoloġiku".

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa ... jekk jogħġbok daħħal id-DATA ikkalkulata 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ] l-aktar tard. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa ... jekk jogħġbok daħħal id-DATA ikkalkulata 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ] l-aktar tard. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Anness I– paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt ba (ġdid)

Direttiva 2003/59/KE

Anness I – taqsima 1 – punt 1.2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  jiżdied il-punt li ġej:

 

1.2a.  Objettiv: biex ikun magħruf kif wieħed għandu jaġixxi f'kundizzjonijiet tat-temp estremi

 

biex ikun magħruf u mifhum kif issir it-tħejjija u l-ippjanar ta' vjaġġ waqt kundizzjonijiet tat-temp mhux tas-soltu, bħal temperaturi għoljin ħafna jew baxxi ħafna, toroq miksija bis-silġ, borra u xita qawwija; biex ikun familjari kif jintuża t-tagħmir ta' sikurezza, bħall-ktajjen għall-borra u jkun mifhum meta vjaġġ ikun irid jiġi pospost jew ikkanċellat, minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp estremi.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Anness I– paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt c

Direttiva 2003/59/KE

Anness 1 – Taqsima 1 – punt 1.3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ottimizzazzjoni tal-konsum tal-fjuwil permezz tal-applikazzjoni tal-għarfien fir-rigward tal-punti 1.1 u 1.2, l-importanza li jiġi antiċipat il-fluss tat-traffiku, id-distanza xierqa u l-użu tal-momentum tal-vetturi, veloċità stabbli, stil ta' sewqan kalm u pressjoni tat-tajers adattata.;

ottimizzazzjoni tal-konsum tal-fjuwil permezz tal-applikazzjoni tal-għarfien fir-rigward tal-punti 1.1 u 1.2, l-importanza li jiġi antiċipat il-fluss tat-traffiku, id-distanza xierqa u l-użu tal-momentum tal-vetturi, veloċità stabbli, stil ta' sewqan kalm u pressjoni tat-tajers adattata, u l-familjarità mas-sistemi tat-trasport intelliġenti li jagħmlu possibbli l-effiċjenza fis-sewqan u ppjanar aħjar tar-rotta.;

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Anness I– paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt d

Direttiva 2003/59/KE

Anness 1– taqsima 1.3a – subparagrafu 1 – punt a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a)  biex ikunu konxji minn sitwazzjonijiet perikolużi fit-triq u kapaċi jirrikonoxxuhom; l-abilità li jittrattaw b'mod effettiv l-istress u s-sewqan perikoluż.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Anness I– paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt d

Direttiva 2003/59/KE

Anness 1– taqsima 1.3a – subparagrafu 2 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  jidentifikaw sitwazzjonijiet perikolużi bħal sewqan distratt minħabba, pereżempju, l-użu ta' smartphones u apparat elettroniku ieħor, kif ukoll ta' teknoloġija fil-vettura.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Anness I– paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt da (ġdid)

Direttiva 2003/59/KE

Anness 1 – Taqsima 1.3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  jiddaħħal il-punt 1.3 li ġej:

 

(1.3b)  Objettiv: jadattaw it-taħriġ professjonali tas-sewwieqa professjonali għall-profil tagħhom:

 

taħriġ prattiku ta' sewwieqa professjonali għandu jenfasizza l-oqsma tematiċi marbuta mat-trasport, is-sikurezza fit-toroq u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, it-titjib tal-għarfien u l-ħiliet diġitali, u t-tagħlim ta' metodi ta' sewqan ekoloġiku. Il-kontenut tat-taħriġ irid jikkorrispondi għall-bżonnijiet individwali ta' taħriġ tax-xufiera skont il-profil ta' xogħolhom.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Anness I– paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt ga (ġdid)

Direttiva 2003/59/KE

Anness I – taqsima 1 – punt 2.2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ga)  il-punt 2.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.2. Objettiv: li jsiru magħrufa r-regolamenti li jirregolaw il-ġarr ta' prodotti:

"2.2.  Objettiv: li jsiru magħrufa r-regolamenti li jirregolaw il-ġarr ta' prodotti:

liċenzji għal operazzjonijiet ta' trasport, obbligi taħt kuntratti standard għall-ġarr ta' prodotti, tfassil ta' abbozzi ta' dokumenti li jikkostitwixxu l-kuntratt ta' trasport, permessi ta' trasport internazzjonali, obbligi taħt il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt għal Ġarr Stradali Internazzjonali ta' Prodotti, abbozz tan-nota ta' kunsinna internazzjonali, qsim ta' fruntieri, kummissjonarji ta' trasport, dokumenti partikolri li jakkompanjaw il-prodotti.

liċenzji għal operazzjonijiet ta' trasport, dokumenti li jridu jinġarru fil-vettura, projbizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti toroq, tariffi għall-użu tat-toroq, obbligi taħt kuntratti standard għall-ġarr ta' prodotti, tfassil ta' abbozzi ta' dokumenti li jikkostitwixxu l-kuntratt ta' trasport, permessi ta' trasport internazzjonali, obbligi taħt il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt għal Ġarr Stradali Internazzjonali ta' Prodotti, abbozz tan-nota ta' kunsinna internazzjonali, qsim ta' fruntieri, kummissjonarji ta' trasport, dokumenti partikolri li jakkompanjaw il-prodotti."

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Anness I– paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt gb (ġdid)

Direttiva 2003/59/KE

Anness I – Taqsima 1 – punt 2.2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb)  Fil-paragrafu 2.2, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

 

id-Direttivi u r-Regolamenti tal-Unjoni li jirregolaw it-trasport stradali tal-merkanzija u t-trasport stradali tal-passiġġieri, u l-għarfien ta' sorsi ta' informazzjoni fejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tat-toroq u l-leġiżlazzjoni soċjali tad-diversi Stati Membri jistgħu jinsabu;

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Anness 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b – punt a

Direttiva 2003/59/KE

Anness I – taqsima 2 – punt 2.1 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li t-taħriġ parzjalment isir permezz ta' għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, bħat-tagħlim elettroniku, filwaqt li jiżguraw il-kwalità korretta tat-taħriġ, u jistgħu jgħoddu taħriġ speċifiku meħtieġ skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni oħra bħala parti mit-taħriġ. Dan jinkludi, iżda mhux ristrett għal, taħriġ meħtieġ skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*) dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi, taħriġ dwar sensibilizzazzjoni dwar id-diżabbiltà skont ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(**) u taħriġ dwar it-trasport tal-annimali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005(***).

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li parti mit-taħriġ tingħata wkoll, taħt is-superviżjoni u r-responsabilità ġenerali taċ-ċentru ta' taħriġ approvat, permezz tal-għodod tat-teknoloġija ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, bħat-tagħlim elettroniku, filwaqt li jiżguraw li tinżamm l-ogħla kwalità tat-taħriġ, u billi jagħżlu s-suġġetti fejn l-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jkunu jistgħu jintużaw bl-aktar mod effikaċi. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu l-identifikazzjoni affidabbli tal-utent u mezzi xierqa ta' kontroll. L-Istati Membri jistgħu jgħoddu taħriġ speċifiku meħtieġ skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni oħra bħala parti mit-taħriġ. Dan jinkludi, iżda mhux ristrett għal, taħriġ meħtieġ skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*) dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi, taħriġ dwar sensibilizzazzjoni dwar id-diżabbiltà skont ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(**) u taħriġ dwar it-trasport tal-annimali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005(***).

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c

Direttiva 2003/59/KE

Anness I – Taqsima 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ċentru approvat tat-taħriġ irid jorganizza korsijiet ta' taħriġ perjodiku obbligatorji. Id-durata tagħhom trid tkun 35 siegħa kull ħames snin, mogħtija f'perjodi ta' mill-anqas seba' sigħat. Tali taħriġ perjodiku jrid jingħata, parti minnu, fuq simulaturi tal-aqwa kwalità u permezz tal-użu ta’ għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni bħat-tagħlim elettroniku, filwaqt li tkun żgurata l-kwalità tat-taħriġ. Tal-inqas wieħed mill-perjodi ta' seba' sigħat ta' taħriġ għandu jkopri suġġett marbut mas-sikurezza stradali. Il-kontenut tat-taħriġ għandu jqis il-ħtiġijiet tat-taħriġ speċifiċi għall-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa mis-sewwieq u l-iżviluppi legali u teknoloġiċi rilevanti. Il-perjodi ta’ seba’ sigħat għandhom ikopru suġġetti differenti.

Ċentru approvat tat-taħriġ irid jorganizza korsijiet ta' taħriġ perjodiku obbligatorji. Id-durata tagħhom trid tkun 35 siegħa kull ħames snin, mogħtija f'perjodi ta' mill-anqas seba' sigħat li jistgħu jinqasmu fuq mhux inqas minn jumejn konsekuttivi iżda mhux iktar minn tlitt ijiem. Parti sinifikanti mit-taħriġ għandha tieħu l-forma ta' tagħlim konvenzjonali fi klassi, it-tieni parti għandha tikkonsisti f'taħriġ prattiku tas-sewqan f'sit ta' taħriġ u t-tielet parti tista' tingħata fuq simulaturi tal-aqwa kwalità u bl-użu ta' għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-kommunikazzjoni bħat-tagħlim elettroniku. Meta jintuża t-tagħlim elettroniku, iċ-ċentru ta' taħriġ approvat għandu jiżgura li tinżamm il-kwalità xierqa tat-taħriġ u wkoll billi jagħżel is-suġġetti fejn l-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni jistgħu jintużaw bl-aktar mod effikaċi. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu l-identifikazzjoni affidabbli tal-utent u mezzi xierqa ta' kontroll. Id-durata massima tat-taħriġ permezz ta' tagħlim elettroniku ma għandhiex taqbeż 10 siegħat.

 

Tal-inqas wieħed mill-perjodi ta' kors ta' taħriġ għandu jkopri suġġett marbut mas-sikurezza stradali. Il-kontenut tat-taħriġ għandu jqis l-iżviluppi legali u teknoloġiċi rilevanti u kemm jista' jkun jenħtieġ li jqis il-ħtiġijiet speċifiċi ta' taħriġ tas-sewwieq. Fuq medda ta' 35 siegħa, jenħtieġ li tiġi koperta firxa ta' suġġetti differenti, inkluż taħriġ ripetut fejn ikun muri li s-sewwieq jeħtieġ taħriġ speċifiku ta' rimedju.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2003/59/KE

Anness I – Taqsima 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tlestija ta' taħriġ speċifiku kif meħtieġ skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni oħra jista' jgħodd bħala wieħed mill-perjodi ta' seba' sigħat. Dan jinkludi, iżda mhux ristrett għal, taħriġ meħtieġ skont id-Direttiva 2008/68/KE dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi, taħriġ dwar it-trasport tal-annimali skont ir-Regolament (KE) Nru 1/2005, u taħriġ dwar il-ġarr tal-passiġġieri fuq is-sensibilizzazzjoni dwar id-diżabbiltà skont ir-Regolament (UE) Nru 181/2011.;

L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jgħoddu taħriġ speċifiku komplut kif meħtieġ skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni oħra bħala wieħed mill-perjodi ta' seba' sigħat. Dan jinkludi, iżda mhux ristrett għal, taħriġ meħtieġ dwar it-trasport tal-annimali skont ir-Regolament (KE) Nru 1/2005, u taħriġ dwar il-ġarr tal-passiġġieri fuq is-sensibilizzazzjoni dwar id-diżabbiltà skont ir-Regolament (UE) Nru 181/2011; Taħriġ speċifiku komplut kif meħtieġ skont id-Direttiva 2008/68/KE għal sewqan ta' oġġetti perikolużi jista' jgħodd bħala żewġ perjodi ta' seba' sigħat.

(1)

ĠU C 288, 31.8.2017, p. 115.


NOTA SPJEGATTIVA

It-trasport bit-triq, huwa, u se jibqa', għall-inqas fil-futur qrib, ta' importanza kruċjali għall-ekonomiji Ewropej, irrispettivament jekk ikunx trasport tal-merkanzija jew tal-passiġġieri. Żviluppi moderni bħall-esternalizzazzjoni tal-produzzjonijiet barra l-pajjiż jew bidla kontinwa lejn ekonomija diġitali, inkluż ix-xiri fuq l-internet, tfisser li l-kumpaniji tat-trasport jeħtiġilhom ikunu jistgħu iċaqalqu dejjem aktar merkanzija madwar l-Ewropa u dejjem aktar ta' spiss minn qabel filwaqt li fl-istess ħin jippruvaw jibqgħu kompetittivi billi jnaqqsu l-kostijiet tal-attivitajiet tagħhom. Dan it-tnaqqis sfortunatament ħafna drabi jsir askapitu tat-taħriġ tas-sewwieqa u l-iżvilupp tal-ħiliet jew tal-kundizzjonijiet soċjali tagħhom li, gradwalment, ta' spiss wassal għal aktar inċidenti li jinvolvu trakkijiet fit-toroq Ewropej.

L-effiċjenza u s-sikurezza ta' negozju ta' trasport bit-triq jiddependu ħafna kemm fuq il-kwalità ta' vetturi użati kif ukoll fuq il-ħiliet ta' sewwieqa impjegati minn kumpaniji tat-trasport. Għal din ir-raġuni l-kwalifika u t-taħriġ perjodiku tas-sewwieqa, u l-kapaċità li jiġu vverifikati dawn il-ħiliet u li tiġi infurzata l-leġiżlazzjoni li tirregolahom madwar l-UE tant huma importanti u jridu jiġu aġġornati regolarment biex jaqblu mal-bidliet rapidi li jinfluwenzaw l-industrija.

Ir-rapporteur jilqa' u jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni u jipproponi ftit bidliet, li fil-fehma tiegħu, iżidu aktar valur lid-direttivi riveduti billi jtejbu s-sikurezza u l-kundizzjonijiet ekwi madwar l-UE. Dawn il-bidliet jinkludu, fost oħrajn, li jkun hemm aktar flessibilità fl-għażla u t-twettiq ta' taħriġ jew tfassil tar-rekwiżiti skont il-ħtiġijiet speċifiċi tas-sewwieqa. Ftit eżenzjonijiet ġew ukoll proposti, jiġifieri waħda li tippermetti taħriġ intern "fuq il-post tax-xogħol" għas-sewwieqa mill-kollegi ċertifikati tagħhom, waħda li tippermetti li impriżi żgħar agrikoli, ortikulturali, tal-forestrija, biedja jew sajd ibiegħu l-oġġetti tagħhom stess taħt ċerti kundizzjonijiet speċjali jew waħda li tippermetti l-użu ta' vetturi mħaddma b'enerġija alternattiva bħal vannijiet elettriċi.

Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, ir-rapporteur jipproponi rekwiżiti speċjali li jippreparaw lis-sewwieqa jsuqu b'mod sikur f'kundizzjonijiet ta' temp estremi u jintroduċi l-idea ta' reġistru komuni għall-UE kollha sabiex jgħin lill-awtoritajiet fl-infurzar tal-liġi li tinsab f'dawk id-direttivi u fil-ġlieda kontra l-kummerċ illegali f'liċenzji foloz.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiġġieri u l-liċenzji tas-sewqan

Referenzi

COM(2017)0047 – C8-0025/2017 – 2017/0015(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

1.2.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

1.3.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

1.3.2017

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

EMPL

9.3.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Peter Lundgren

3.4.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

12.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Deirdre Clune, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Jens Nilsson, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Bas Eickhout, André Elissen, Michael Gahler, Kateřina Konečná, Jozo Radoš, Evžen Tošenovský, Matthijs van Miltenburg, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Herbert Dorfmann, Jaromír Kohlíček

Data tat-tressiq

23.10.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

47

+

ALDE

Jozo Radoš, Dominique Riquet, Pavel Telička, Matthijs van Miltenburg

ECR

Jacqueline Foster, Tomasz Piotr Poręba, Evžen Tošenovský, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

EFDD

Daniela Aiuto, Peter Lundgren

ENF

Marie-Christine Arnautu, André Elissen

GUE/NGL

Jaromír Kohlíček, Kateřina Konečná, Merja Kyllönen

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Herbert Dorfmann, Michael Gahler, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Jens Nilsson, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, István Ujhelyi, Janusz Zemke

Verts/ALE

Jakop Dalunde, Bas Eickhout, Keith Taylor

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali