Proċedura : 2016/0357A(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0322/2017

Testi mressqa :

A8-0322/2017

Dibattiti :

PV 04/07/2018 - 18
CRE 04/07/2018 - 18

Votazzjonijiet :

PV 05/07/2018 - 6.7

Testi adottati :

P8_TA(2018)0307

RAPPORT     ***I
PDF 1995kWORD 212k
20.10.2017
PE 605.985v03-00 A8-0322/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399 u (UE) 2016/1624

(COM(2016)0731 – C8-0466/2016 – 2016/0357A(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Kinga Gál

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399 u (UE) 2016/1624

(COM(2016)0731 – C8-0466/2016 – 2016/0357A(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0731),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 77(2)(b) u (d) u l-Artikolu 87(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0466/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-...(2),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-14 ta' Settembru 2017 li tawtorizza lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jaqsam il-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq u jħejji żewġ rapporti leġiżlattivi separati abbażi tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Baġits (A8-0322/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/794 u (UE) 2016/1624

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399 u (UE) 2016/1624

Emenda    2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 77(2)(b) u (d), l-Artikolu 87(2)(a) u l-Artikolu 88(2)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 77(2)(b) u (d) u l-Artikolu 87(2)(a),

Emenda    3

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkonsultaw mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-opinjoni tal-KEPD hija msemmija fil-premessa 46.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Jinħtieġ li l-ETIAS tistabbilixxi awtorizzazzjoni għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma eżentati mill-obbligu li jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni ("ir-rekwiżit ta' viża") li tiffaċilita li jiġi determinat jekk il-preżenza tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri hijiex ta' riskju ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika. Jinħtieġ li ż-żamma ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida tkun kundizzjoni ta' dħul ġdida għat-territorju tal-Istati Membri, madankollu mhuwiex meħtieġ li s-sempliċi pussess ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jagħti dritt awtomatiku ta' dħul.

(9)  Jenħtieġ li l-ETIAS tistabbilixxi awtorizzazzjoni għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma eżentati mill-obbligu li jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni ("ir-rekwiżit ta' viża") li tiffaċilita li jiġi determinat jekk il-preżenza tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri hijiex ta' riskju ta' migrazzjoni irregolari, ta' theddida għas-sigurtà jew ta' riskju kbir ta' epidemija. Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, għalhekk, tikkostitwixxi deċiżjoni li tindika li ma hemmx indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet raġonevoli biex wieħed jikkonkludi li l-preżenza ta' persuna fuq it-territorju tal-Istati Membri toħloq riskji bħal dawn. Bħala tali, awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar hija fin-natura tagħha differenti minn viża peress li la teħtieġ aktar informazzjoni u lanqas ma tqiegħed piż akbar fuq l-applikanti meta mqabbla ma' viża. Jenħtieġ li ż-żamma ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida tkun kundizzjoni ta' dħul ġdida għat-territorju tal-Istati Membri, madankollu mhuwiex meħtieġ li s-sempliċi pussess ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jagħti dritt awtomatiku ta' dħul.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Jinħtieġ li l-ETIAS tikkontribwixxi għall-faċilitazzjoni ta' verifiki fil-fruntieri mwettqa mill-gwardji tal-fruntiera fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni u tiżgura valutazzjoni koordinata u armonizzata ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar bl-intenzjoni li jżuru ż-Żona ta' Schengen. Barra minn hekk, jinħtieġ li tiffaċilita li l-applikanti jiġu informati aħjar dwar l-eliġibbiltà li jżuru ż-Żona ta' Schengen. Barra minn hekk, jinħtieġ li l-ETIAS tikkontribwixxi wkoll biex tiffaċilita l-verifiki fil-fruntieri billi tnaqqas l-ammont ta' ċaħdiet tad-dħul fil-fruntieri esterni.

(11)  Jenħtieġ li l-ETIAS tikkontribwixxi għall-faċilitazzjoni ta' verifiki fil-fruntieri mwettqa mill-gwardji tal-fruntiera fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni u tiżgura valutazzjoni koordinata u armonizzata ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar bl-intenzjoni li jżuru ż-Żona ta' Schengen. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiffaċilita li l-applikanti jiġu informati aħjar dwar l-eliġibbiltà li jżuru ż-Żona ta' Schengen. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ETIAS tikkontribwixxi wkoll biex tiffaċilita l-verifiki fil-fruntieri billi tnaqqas l-ammont ta' ċaħdiet tad-dħul fil-fruntieri esterni u tagħti lill-gwardji tal-fruntieri ċerta informazzjoni addizzjonali relatata ma' sinjalazzjonijiet iġġenerata waqt valutazzjoni manwali tal-applikazzjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Jinħtieġ li l-ETIAS tappoġġa wkoll l-objettivi tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) relatata mal-allerti fir-rigward ta' persuni mfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' estradizzjoni, persuni nieqsa, persuni mfittxija biex jgħinu fi proċedura ġudizzjarja u persuni għal verifiki diskreti jew verifiki speċifiċi. Għal dan il-għan, jinħtieġ li l-ETIAS twettaq proċessar awtomatiku tal-fajls tal-applikazzjoni mal-allerti rilevanti tas-SIS. Dan l-ipproċessar se jitwettaq għall-fini tal-appoġġ tas-SIS. B'dan il-mod, jinħtieġ li kull hit li tirriżulta minn dan it-tqabbil tinħażen fis-SIS.

(12)  Jenħtieġ li l-ETIAS tappoġġa wkoll l-objettivi tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) relatati mal-allerti fir-rigward ta' cittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom projbizzjoni fuq id-dħul, persuni mfittxija għall-arrest jew għal finijiet ta' konsenja jew estradizzjoni, persuni nieqsa, persuni mfittxija biex jgħinu fi proċedura ġudizzjarja u persuni għal kontrolli diskreti, kontrolli speċifiċi [jew kontrolli ta' investigazzjoni]; Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-ETIAS twettaq proċessar awtomatiku tal-fajls tal-applikazzjoni mal-allerti rilevanti tas-SIS. Dan l-ipproċessar se jitwettaq għall-fini tal-appoġġ tas-SIS. B'dan il-mod, jenħtieġ li kull hit li tirriżulta minn dan it-tqabbil tinħażen fis-SIS.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jinħtieġ li l-Unità Ċentrali tal-ETIAS tkun parti mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Jinħtieġ li l-Unità Ċentrali tal-ETIAS tkun responsabbli biex tivverifika l-applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar li ġew miċħuda mill-proċess awtomatiku sabiex tiddetermina jekk id-dejta personali tal-applikant tikkorrispondix mad-dejta personali tal-persuna li skattat il-hit, għar-regoli tal-iskrinjar u għat-twettiq ta' awditi regolari dwar l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet. Jinħtieġ li l-Unità Ċentrali tal-ETIAS taħdem b'sistema 24/7.

(14)  Jenħtieġ li l-Unità Ċentrali tal-ETIAS tkun parti mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Jenħtieġ li l-Unità Ċentrali tal-ETIAS tkun responsabbli biex tivverifika l-applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar meta l-proċess awtomatiku jkun skatta hit waħda jew aktar sabiex tiddetermina jekk id-dejta personali tal-applikant tikkorrispondix mad-dejta personali tal-persuna li skattat il-hit u għar-regoli tal-iskrinjar. Jenħtieġ li l-Unità Ċentrali tal-ETIAS taħdem b'sistema 24/7.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jinħtieġ li kull Stat Membru jistabbilixxi Unità Nazzjonali tal-ETIAS prinċipalment responsabbli mill-eżami u mid-deċiżjoni dwar jekk toħroġx jew tiċħadx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Jinħtieġ li l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jikkooperaw ma' xulxin u mal-Europol għall-fini tal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet. Jinħtieġ li l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS taħdem b'sistema 24/7.

(15)  Jenħtieġ li kull Stat Membru jistabbilixxi Unità Nazzjonali tal-ETIAS prinċipalment responsabbli mill-eżami u mid-deċiżjoni dwar jekk toħroġx jew tiċħadx, tannullax jew tirrevokax awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Jenħtieġ li l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jikkooperaw ma' xulxin u mal-Europol għall-fini tal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet. Jenħtieġ li l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS taħdem b'sistema 24/7.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Sabiex tilħaq l-objettivi tagħha, jinħtieġ li l-ETIAS tipprovdi formola ta' applikazzjoni onlajn li jinħtieġ li timtela mill-applikanti b'dikjarazzjonijiet rigward l-identità tiegħu jew tagħha, id-dokument tal-ivvjaġġar, l-informazzjoni ta' residenza, id-dettalji tal-kuntatt, l-edukazzjoni u l-impjieg attwali, il-kundizzjoni tiegħu jew tagħha ta' membru tal-familja ta' ċittadini tal-UE jew ċittadini ta' pajjiżi terzi li jibbenefika minn moviment liberu filwaqt li ma għandux karta ta' residenza, jekk l-applikant ikun minuri, l-identità tal-persuna responsabbli u tweġibiet għal sett ta' mistoqsijiet ta' sfond (jekk l-applikant huwiex soġġett għal xi marda b'potenzjal ta' epidemija kif definit mir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jew mard ta' parassitiku li jittieħed jew kontaġġuż, rekords kriminali, preżenza f'żoni ta' gwerra, deċiżjoni ta' ritorn lejn fruntieri / ordni biex iħalli t-territorju). Jinħtieġ li l-aċċess għad-dejta tas-saħħa tal-applikanti jkun permess biss biex jiddetermina jekk jirrappreżentawx theddida għas-saħħa pubblika.

(16)  Sabiex tilħaq l-objettivi tagħha, jenħtieġ li l-ETIAS tipprovdi formola ta' applikazzjoni onlajn li jenħtieġ li timtela mill-applikanti b'dikjarazzjonijiet rigward l-identità tiegħu jew tagħha, id-dokument tal-ivvjaġġar, l-informazzjoni ta' residenza, id-dettalji tal-kuntatt, l-edukazzjoni u l-impjieg attwali, il-kundizzjoni tiegħu jew tagħha ta' membru tal-familja ta' ċittadini tal-UE jew ċittadini ta' pajjiżi terzi li jibbenefika minn moviment liberu filwaqt li ma għandux karta ta' residenza, jekk l-applikant ikun minuri, l-identità tal-persuna responsabbli u tweġibiet għal sett ta' mistoqsijiet ta' sfond (rekords kriminali, preżenza f'żoni ta' gwerra, deċiżjoni ta' ritorn lejn fruntieri / ordni biex iħalli t-territorju).

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Jinħtieġ li l-ETIAS taċċetta applikazzjonijiet li jiġu introdotti f'isem l-applikant għal sitwazzjonijiet fejn il-vjaġġaturi nfushom mhumiex f'pożizzjoni li joħolqu applikazzjoni, għal xi raġuni jew oħra. F'każijiet bħal dawn, jinħtieġ li l-applikazzjoni titwettaq minn terza persuna awtorizzata mill-vjaġġatur jew legalment responsabbli għalih/għaliha sakemm din l-identità tal-persuna tiġi inkluża fil-formola ta' applikazzjoni.

(17)  Jenħtieġ li l-ETIAS taċċetta applikazzjonijiet li jiġu introdotti f'isem l-applikant għal sitwazzjonijiet fejn il-vjaġġaturi nfushom mhumiex f'pożizzjoni li joħolqu applikazzjoni, għal xi raġuni jew oħra. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-applikazzjoni titwettaq minn terza persuna awtorizzata mill-vjaġġatur, inklużi intermedjarji kummerċjali, jew legalment responsabbli għalih/għaliha sakemm din l-identità tal-persuna tiġi inkluża fil-formola ta' applikazzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-intermedjarji kummerċjali li jippreżentaw applikazzjonijiet f'isem l-applikanti jipprovdu dan is-servizz lill-klijenti tagħhom esklużivament biex jirkupraw l-ispejjeż imġarrba u mhux għall-profitt.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex din l-applikazzjoni tiġi finalizzata, jinħtieġ li l-applikanti kollha li għandhom aktar min 18-il sena jintalbu jħallsu miżata. Jinħtieġ li l-pagament jiġi ġestit minn bank jew minn intermedjarju finanzjarju. Jinħtieġ li d-dejta rikjesta biex tiżgura l-pagament elettroniku tiġi pprovduta biss lill-bank jew lill-intermedjarju finanzjarju li jopera t-tranżazzjoni finanzjarja u li mhumiex parti mid-dejta tal-ETIAS.

(18)  Sabiex din l-applikazzjoni tiġi finalizzata, jenħtieġ li l-applikanti kollha jintalbu jħallsu l-miżata tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Jenħtieġ li l-pagament jiġi ġestit minn bank jew minn intermedjarju finanzjarju. Jenħtieġ li d-dejta rikjesta biex tiżgura l-pagament elettroniku tiġi pprovduta biss lill-bank jew lill-intermedjarju finanzjarju li jopera t-tranżazzjoni finanzjarja u li mhumiex parti mid-dejta tal-ETIAS.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Jinħtieġ li d-dejta personali pprovduta mill-applikanti tiġi proċessata mill-ETIAS għar-raġuni biss ta' verifika minn qabel tal-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/39924 u ta' valutazzjoni jekk l-applikant huwiex probabbli li jemigra irregolarment, jekk id-dħul tal-applikant fl-Unjoni huwiex ta' theddida għas-sigurtà jew is-saħħa pubblika tal-Unjoni.

(20)  Jenħtieġ li d-dejta personali pprovduta mill-applikanti tiġi proċessata mill-ETIAS għar-raġuni biss ta' verifika minn qabel tal-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/39924 u ta' valutazzjoni jekk l-applikant huwiex probabbli li jemigra irregolarment u jekk id-dħul tal-applikant fl-Unjoni huwiex ta' theddida għas-sigurtà jew jirrappreżentax riskju kbir ta' epidemija fl-Unjoni.

_________________

_________________

24 Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen).

24 Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen).

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Jinħtieġ li t-tqabbil isir permezz ta' mezz awtomatizzat. Kull meta tqabbil bħal dan jiżvela li hemm korrispondenza ("hit") ma' kull dejta personali jew kumbinazzjoni tagħha fl-applikazzjonijiet u rekord, fajl jew allert fis-sistema ta' informazzjoni hawn fuq, jew ma' dejta personali fil-lista' ta' sorveljanza tal-ETIAS, jew ma' indikaturi tar-riskju, jinħtieġ li l-applikazzjoni tiġi proċessata manwalment minn operatur fl-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru tal-ewwel dħul dikjarat. Jinħtieġ li l-valutazzjoni mwettqa mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS twassal għal deċiżjoni biex l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tinħareġ jew le.

(22)  Jenħtieġ li t-tqabbil isir permezz ta' mezz awtomatizzat. Kull meta tqabbil bħal dan jiżvela li hemm korrispondenza ("hit") ma' kull dejta personali jew kumbinazzjoni tagħha fl-applikazzjonijiet u rekord, fajl jew allert fis-sistema ta' informazzjoni hawn fuq, jew ma' dejta personali fil-lista' ta' sorveljanza tal-ETIAS, jew ma' indikaturi tar-riskju, jenħtieġ li l-applikazzjoni tiġi proċessata manwalment minn operatur fl-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli. Jenħtieġ li l-valutazzjoni mwettqa mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS twassal għal deċiżjoni biex l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tinħareġ jew le.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Jinħtieġ li l-applikanti li ġew miċħuda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ikollhom id-dritt tal-appell. Jinħtieġ li l-appelli jitmexxew fl-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni u skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru.

(24)  Jenħtieġ li l-applikanti li jkunu ġew miċħuda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ikollhom id-dritt għal rimedju effettiv. Jenħtieġ li l-proċeduri ta' rimedju jitmexxew fl-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni u skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Jinħtieġ li r-regoli tal-iskrinjar jintużaw biex janalizzaw il-fajl ta' applikazzjoni billi jippermettu tqabbil bejn id-dejta rreġistrata fil-fajl ta' applikazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u l-indikaturi tar-riskju speċifiku li jikkorrispondu ma' riskju ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika identifikat qabel. Jinħtieġ li l-kriterji użati biex jiddefinixxu l-indikaturi speċifiċi tar-riskju fl-ebda ċirkostanza ma jkunu bbażati fuq l-oriġini ta' razza jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin filosofiku, is-sħubija fi trade union, il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta' applikant.

(25)  Jenħtieġ li r-regoli tal-iskrinjar jintużaw biex janalizzaw il-fajl ta' applikazzjoni billi jippermettu tqabbil bejn id-dejta rreġistrata fil-fajl ta' applikazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u l-indikaturi tar-riskju speċifiku li jikkorrispondu ma' riskju ta' migrazzjoni irregolari, riskju għas-sigurtà jew riskju kbir ta' epidemija identifikat qabel. Jenħtieġ li l-kriterji użati biex jiddefinixxu l-indikaturi speċifiċi tar-riskju fl-ebda ċirkostanza ma jkunu bbażati fuq l-oriġini ta' razza jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin filosofiku, is-sħubija fi trade union, il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta' applikant.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Jinħtieġ li tiġi stabbilita lista ta' sorveljanza tal-ETIAS biex tidentifika l-konnessjonijiet bejn id-dejta f'fajl tal-applikazzjoni tal-ETIAS u informazzjoni relatata ma' persuni li huma suspettati li kkommettew att kriminali serju jew ta' terroriżmu, jew li dwarhom hemm indikazzjonijiet fattwali jew bażijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li se jikkommettu att kriminali serju jew ta' terroriżmu. Jinħtieġ li l-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS tkun parti mid-dejta proċessata mill-Europol f'konformità mal-Artikolu 18(2)(a) tar-Regolament (UE) 2016/794 u l-Kunċett Integrat ta' Ġestjoni tad-Dejta tal-Europol li jimplimenta dak ir-Regolament. Meta jipprovdu l-informazzjoni lill-Europol, jinħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeterminaw il-fini jew il-finijiet li għalihom għandha tiġi proċessata, inkluż il-possibbiltà li dan l-ipproċessar jiġi limitat għal-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS.

(26)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita lista ta' sorveljanza tal-ETIAS biex tidentifika l-konnessjonijiet bejn id-dejta f'fajl tal-applikazzjoni tal-ETIAS u informazzjoni relatata ma' persuni li huma suspettati minn Stat Membru wieħed jew aktar li kkommettew att kriminali serju jew ta' terroriżmu, jew li dwarhom hemm indikazzjonijiet fattwali jew bażijiet raġonevoli, ibbażati fuq valutazzjoni ġenerali ta' persuna, b'mod partikolari abbażi ta' reati mwettqa fl-imgħoddi, biex wieħed jemmen li se jikkommettu att kriminali serju jew ta' terroriżmu. Jenħtieġ li l-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS tkun parti mid-dejta proċessata mill-Europol f'konformità mal-Artikolu 18(2)(a) tar-Regolament (UE) 2016/794 u l-Kunċett Integrat ta' Ġestjoni tad-Dejta tal-Europol li jimplimenta dak ir-Regolament. Meta jipprovdu l-informazzjoni lill-Europol, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeterminaw il-fini jew il-finijiet li għalihom għandha tiġi proċessata, inkluż il-possibbiltà li dan l-ipproċessar jiġi limitat għal-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  L-emerġenza kontinwa ta' forom ġodda ta' theddid ta' sigurtà, tendenzi ġodda ta' migrazzjoni irregolari u theddid għas-saħħa pubblika tirrikjedi li reazzjonijiet effettivi u ħtiġijiet jiġu kkontrollati b'mezzi moderni. Billi dawn il-mezzi jinkludu l-ipproċessar ta' ammonti importanti ta' dejta personali, jinħtieġ li jiġu introdotti salvagwardji adegwati biex iżommu l-interferenza bid-dritt għall-protezzjoni tal-ħajja privata u d-dritt tal-protezzjoni ta'dejta personali limitata għal dak li hu meħtieġ f'soċjetà demokratika.

(27)  L-iżvilupp kontinwu ta' forom ġodda ta' theddid għas-sigurtà, tendenzi ġodda ta' migrazzjoni irregolari u riskji kbar ta' epidemija tirrikjedi li reazzjonijiet effettivi u ħtiġijiet jiġu kkontrollati b'mezzi moderni. Billi dawn il-mezzi jinkludu l-ipproċessar ta' ammonti importanti ta' dejta personali, jenħtieġ li jiġu introdotti salvagwardji adegwati biex iżommu l-interferenza bid-dritt għall-protezzjoni tal-ħajja privata u d-dritt tal-protezzjoni ta' dejta personali limitata għal dak li hu meħtieġ f'soċjetà demokratika.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 29

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Jinħtieġ li l-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar li jinħarġu jiġu annullati jew revokati hekk kif isir evidenti li l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tagħhom ma ntlaħqux jew ma għadhomx jintlaħqu. B'mod partikolari, meta jinħoloq allert ta' SIS ġdid għal ċaħda ta' dħul jew għal dokument tal-ivvjaġġar rapportat mitluf jew misruq, jinħtieġ li s-SIS tinforma lill-ETIAS, li min-naħa tagħha jinħtieġ li tivverifika jekk dan l-allert jikkorrispondix ma' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. F'każ bħal dan, jinħtieġ li l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li ħolqot l-allert tiġi informata immedjatament u tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Skont approċċ simili, jinħtieġ li elementi ġodda introdotti fil-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS jitqabblu mal-fajls tal-applikazzjoni maħżuna fl-ETIAS sabiex jiġi verifikat jekk dan l-element il-ġdid jikkorrispondix ma' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. F'każ bħal dan, jinħtieġ li l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru tal-ewwel dħul tivvaluta l-hit u, jekk ikun meħtieġ, tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Jinħtieġ li tiġi pprovduta wkoll possibilità ta' revoka tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'talba tal-applikant.

(29)  Jenħtieġ li l-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar li jinħarġu jiġu annullati jew revokati hekk kif isir evidenti li l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tagħhom ma ntlaħqux jew ma għadhomx jintlaħqu. B'mod partikolari, meta jinħoloq allert ta' SIS ġdid għal ċaħda ta' dħul, jenħtieġ li s-SIS tinforma lill-ETIAS, li min-naħa tagħha jenħtieġ li tivverifika jekk dan l-allert jikkorrispondix ma' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. F'każ bħal dan, jenħtieġ li l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li ħolqot l-allert tiġi informata immedjatament u tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Skont approċċ simili, jenħtieġ li elementi ġodda introdotti fil-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS jitqabblu mal-fajls tal-applikazzjoni maħżuna fl-ETIAS sabiex jiġi verifikat jekk dan l-element il-ġdid jikkorrispondix ma' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. F'każ bħal dan, jenħtieġ li l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli tivvaluta l-hit u, jekk ikun meħtieġ, tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Jenħtieġ li tiġi pprovduta wkoll possibbiltà ta' revoka tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'talba tal-applikant.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Qabel l-imbarkazzjoni, trasportaturi tal-ajru u tal-baħar, kif ukoll trasportaturi li jġorru gruppi fuq l-art permezz ta' kowċ jinħtieġ li jkollhom l-obbligu li jivverifikaw jekk il-vjaġġaturi għandhomx id-dokumenti kollha tal-ivvjaġġar meħtieġa biex jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta' Schengen25. Jinħtieġ li dan jinkludi verifikazzjoni li l-vjaġġaturi huma fil-pussess ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. Jinħtieġ li l-fajl tal-ETIAS innifsu ma jkunx aċċessibbli għat-trasportaturi. Jinħtieġ li aċċess għall-internet sikur, inkluża l-possibbiltà tal-użu ta' soluzzjonijiet tekniċi mobbli, jippermetti lit-trasportaturi jipproċedu b'din il-konsultazzjoni bl-użu ta' dejta tad-dokument tal-ivvjaġġar.

(31)  Qabel l-imbarkazzjoni, it-trasportaturi tal-ajru u tal-baħar jenħtieġ li jivverifikaw li l-vjaġġaturi huma fil-pussess ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. Jenħtieġ li l-fajl tal-ETIAS innifsu ma jkunx aċċessibbli għat-trasportaturi. Jenħtieġ li aċċess għall-internet sikur, inkluża l-possibbiltà tal-użu ta' soluzzjonijiet tekniċi mobbli, jippermetti lit-trasportaturi jipproċedu b'din il-konsultazzjoni bl-użu ta' dejta tad-dokument tal-ivvjaġġar.

______

 

25  Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim dwar Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom.

 

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' ċarezza u trasparenza ġuridika jenħtieġ li jkun ċar liema trasportaturi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Dawn jenħtieġ li jkunu biss it-trasportaturi tal-ajru u tal-baħar. It-trasportaturi li jitrasportaw gruppi fuq l-art permezz ta' kowċis kif imsemmi għandhom ikunu esklużi minħabba l-piż kbir li jitqiegħed fuq dawn it-trasportaturi li ħafna drabi jipprovdu biss vjaġġi okkażjonali lejn it-territorju tal-Istati Membri.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 31a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31a)  Sabiex jiġu evitati spejjeż bla bżonn, jenħtieġ li t-trasportaturi jkunu jistgħu jikkonnettjaw mal-ETIAS, l-EES u sistemi simili permezz ta' punt tad-dħul uniku. Jenħtieġ li huma jirċievu tweġiba unika dwar jekk il-passiġġier jistax jiġi ttrasportat lejn it-territorju tal-Istati Membri abbażi ta' dejta mibgħuta bil-quddiem mit-trasportaturi dwar il-passiġġieri.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Sabiex ikunu konformi mal-kundizzjonijiet riveduti għad-dħul, jinħtieġ li l-gwardji tal-fruntieri jivverifikaw jekk vjaġġatur huwiex fil-pussess ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. Għalhekk, waqt il-proċess standard tal-kontroll tal-fruntiera, jinħtieġ li l-gwardja tal-fruntiera jaqra d-dejta tad-dokument tal-ivvjaġġar elettronikament. Jinħtieġ li din l-operazzjoni tiskatta konsultazzjoni f'bażijiet tad-dejta differenti kif previst skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, inkluża konsultazzjoni lill-ETIAS li jinħtieġ li tipprovdi status aġġornat tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Jinħtieġ li l-fajl tal-ETIAS innifsu ma jkunx aċċessibbli għall-gwardja tal-fruntiera għall-kontroll tal-fruntieri. Jekk ma hemm ebda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida, jinħtieġ li l-gwardja tal-fruntiera tiċħad id-dħul u ttemm il-proċess tal-kontroll tal-fruntiera b'dan il-mod. Jekk hemm awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida, jinħtieġ li d-deċiżjoni li tawtorizza jew tiċħad id-dħul tittieħed mill-gwardja tal-fruntiera.

(32)  Sabiex ikunu konformi mal-kundizzjonijiet riveduti għad-dħul, jenħtieġ li l-gwardji tal-fruntieri jivverifikaw jekk vjaġġatur huwiex fil-pussess ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida tal-inqas sal-jum tad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri. Għalhekk, waqt il-proċess standard tal-kontroll tal-fruntiera, jenħtieġ li l-gwardja tal-fruntiera jaqra d-dejta tad-dokument tal-ivvjaġġar elettronikament. Jenħtieġ li din l-operazzjoni tiskatta konsultazzjoni f'bażijiet tad-dejta differenti kif previst skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, inkluża konsultazzjoni lill-ETIAS li jenħtieġ li tipprovdi status aġġornat tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Jenħtieġ li l-fajl tal-ETIAS innifsu ma jkunx aċċessibbli għall-gwardja tal-fruntiera għall-kontroll tal-fruntieri. Madankollu, sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli fil-fruntieri, jenħtieġ li l-gwardji tal-fruntieri jiġu infurmati awtomatikament bis-sinjalazzjonijiet li jkopru għadd ta' każijiet speċifiċi u, eċċezzjonalment matul verifiki tat-tieni linja, ikollhom aċċess għal informazzjoni addizzjonali relatata magħhom u mdaħħla fil-fajl tal-ETIAS. Jekk ma hemm ebda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida, jenħtieġ li l-gwardja tal-fruntiera tiċħad id-dħul u ttemm il-proċess tal-kontroll tal-fruntiera b'dan il-mod. Jekk hemm awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida, jenħtieġ li d-deċiżjoni li tawtorizza jew tiċħad id-dħul tittieħed mill-gwardja tal-fruntiera. Jekk jerġa' jiġi introdott temporanjament il-kontroll tal-fruntiera fil-fruntieri interni, ma jenħtieġx li l-gwardji tal-fruntiera jiċċekkjaw jekk il-vjaġġatur ikunx f'pussess ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 34

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  L-aċċess għall-informazzjoni li tinsab fl-ETIAS hija meħtieġa biex tipprevjeni, tidentifika u tinvestiga reati terroristiċi kif imsemmi fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI26 jew reati kriminali serji oħrajn kif imsemmi fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI27. F'investigazzjoni speċifika u sabiex tiġi stabbilita evidenza u informazzjoni relatati ma' persuna suspettata li kkomettiet reat jew vittma ta' reat, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jeħtieġu aċċess għad-dejta ġġenerata mill-ETIAS. Id-dejta maħżuna fl-ETIAS tista' wkoll tkun bżonnjuża biex tidentifika l-awtur ta' reat terroristiku jew reati kriminali serji oħra, speċjalment meta jkun hemm bżonn azzjoni urġenti. L-aċċess għall-ETIAS għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra jikkostitwixxi interferenza mad-dritt fundamentali tar-rispett tal-ħajja privata tal-individwi u tal-protezzjoni tad-dejta personali ta' persuni li d-dejta personali tagħhom tiġi pproċessata fl-ETIAS. Għalhekk, jinħtieġ li d-dejta fl-ETIAS tinżamm u titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet maħtura tal-Istati membri u tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija ("Europol"), soġġetta għal kundizzjonijiet stretti stabbiliti f'dan ir-Regolament sabiex aċċess bħal dan ikun limitat għal dak li hu strettament neċessarju għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati kriminali serji f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti notevolment fil-ġurisprudenza tal-Qorti, b'mod partikolari l-każ tad-Drittijiet Diġitali fl-Irlanda28.

(34)  L-aċċess għall-informazzjoni li tinsab fl-ETIAS hija meħtieġa biex tipprevjeni, tidentifika u tinvestiga reati terroristiċi kif imsemmi fid-Direttiva (UE) 2017/54126 jew reati kriminali serji oħrajn kif imsemmi fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI27. F'investigazzjoni speċifika u sabiex tiġi stabbilita evidenza u informazzjoni relatati ma' persuna suspettata li kkomettiet reat jew vittma ta' reat, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jeħtieġu aċċess għad-dejta ġġenerata mill-ETIAS. Id-dejta maħżuna fl-ETIAS tista' wkoll tkun bżonjuża biex tidentifika l-awtur ta' reat terroristiku jew reati kriminali serji oħra, speċjalment meta jkun hemm bżonn azzjoni urġenti. L-aċċess għall-ETIAS għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra jikkostitwixxi interferenza mad-dritt fundamentali tar-rispett tal-ħajja privata tal-individwi u tal-protezzjoni tad-dejta personali ta' persuni li d-dejta personali tagħhom tiġi pproċessata fl-ETIAS. Għalhekk, jenħtieġ li d-dejta fl-ETIAS titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet maħtura tal-Istati membri u tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija ("Europol"), soġġetta għal kundizzjonijiet stretti stabbiliti f'dan ir-Regolament sabiex aċċess bħal dan ikun limitat għal dak li hu strettament neċessarju għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati kriminali serji f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti notevolment fil-ġurisprudenza tal-Qorti, b'mod partikolari l-każ tad-Drittijiet Diġitali fl-Irlanda28.

_____

_____________

26  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 6).

26  Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

27  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

27  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

28  Is-Sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tat-8 ta' April 2014 fil-Kawżi Magħquda C-293/12 u C-594/12 Digital Rights Ireland Ltd, ECLI:EU:C:2014:238.

28  Is-Sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tat-8 ta' April 2014 fil-Kawżi Magħquda C-293/12 u C-594/12 Digital Rights Ireland Ltd, ECLI:EU:C:2014:238.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  B'mod partikolari, l-aċċess għad-dejta tal-ETIAS għall-fini tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta' reati jew reati kriminali serji oħrajn jinħtieġ li jingħata biss wara talba motivata mill-awtoritajiet kompetenti li jagħtu r-raġunijiet għall-ħtieġa tagħha. Jinħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li kull talba bħal din għal aċċess għad-dejta maħżuna fl-ETIAS tkun is-suġġett ta' rieżami preċedenti mill-qorti jew minn awtorità li tipprovdi garanziji ta' indipendenza sħiħa u imparzjalità, u li tkun ħielsa minn kull influwenza esterna diretta jew indiretta. Madankollu, f'sitwazzjoni ta' urġenza estrema, jista' jkun kruċjali li l-awtoritajiet kompetenti jiksbu immedjatament dejta personali meħtieġa għall-prevenzjoni tal-għemil ta' reat serju jew sabiex l-awturi tiegħu jkunu jistgħu jiġu mħarrka. F'każijiet bħal dawn, jinħtieġ li jkun aċċettat li r-rieżami ta' dejta personali miksuba mill-ETIAS isir malajr kemm jista' jkun wara li jkun ingħata l-aċċess għal dejta bħal din lill-awtoritajiet kompetenti.

(35)  B'mod partikolari, l-aċċess għad-dejta tal-ETIAS għall-fini tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta' reati jew reati kriminali serji oħrajn jenħtieġ li jingħata biss wara talba motivata mill-awtoritajiet kompetenti li jagħtu r-raġunijiet għall-ħtieġa tagħha. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li kull talba bħal din għal aċċess għad-dejta maħżuna fl-ETIAS tkun is-suġġett ta' rieżami preċedenti minn punt ta' aċċess ċentrali indipendenti li jivverifika jekk il-kundizzjonijiet biex jintalab aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS humiex issodisfati fil-każ konkret inkwistjoni. Madankollu, f'sitwazzjoni ta' urġenza estrema, jista' jkun kruċjali li l-awtoritajiet kompetenti jiksbu immedjatament dejta personali meħtieġa għall-prevenzjoni ta' periklu imminenti assoċjat ma' reat terroristiku, tal-għemil ta' reat serju jew sabiex l-awturi tiegħu jkunu jistgħu jiġu mħarrka. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li jkun aċċettat li r-rieżami ta' dejta personali miksuba mill-ETIAS isir malajr kemm jista' jkun wara li jkun ingħata l-aċċess għal dejta bħal din lill-awtoritajiet kompetenti.

Ġustifikazzjoni

Huwa ssuġġerit li tintuża s-sistema ta' punti ta' aċċess ċentrali bħal fil-każ tal-VIS, il-Eurodac u l-EES minflok ma l-kompitu tal-punti ta' aċċess ċentrali jiġi fdat lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS. Bħal fil-każ ta' sistemi oħra, il-punti ta' aċċess ċentrali se jkunu qed jivverifikaw jekk il-kundizzjonijiet għall-aċċess humiex issodisfati.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 37

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Jinħtieġ li l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jaġixxu bħala l-punt ta' aċċess ċentrali u jinħtieġ li jivverifikaw li l-kundizzjonijiet biex jintalab aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jiġu ssodisfati fil-każ konkret attwali.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Huwa ssuġġerit li tintuża s-sistema ta' punti ta' aċċess ċentrali bħal fil-każ tal-VIS, il-Eurodac u l-EES minflok ma l-kompitu tal-punti ta' aċċess ċentrali jiġi fdat lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS. Bħal fil-każ ta' sistemi oħra, il-punti ta' aċċess ċentrali se jkunu qed jivverifikaw jekk il-kundizzjonijiet għall-aċċess humiex issodisfati.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Hu mistenni li d-dejta personali rreġistrata fl-ETIAS tinżamm għal mhux aktar minn kemm hu meħtieġ għall-finijiet tagħha. Sabiex l-ETIAS tiffunzjona, jinħtieġ li d-dejta relatata mal-applikanti tinżamm għall-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Sabiex jiġu vvalutati r-riskji għas-sigurtà, il-migrazzjoni irregolari u s-saħħa pubblika ppreżentati mill-applikanti, jinħtieġ li d-dejta personali tinżamm għal ħames snin mill-aħħar rekord ta' dħul tal-applikant maħżun fl-EES. Huwa mistenni li l-ETIAS joqgħod fuq valutazzjonijiet preliminari preċiżi tar-riskji għas-sigurtà, għas-saħħa pubblika u ta' migrazzjoni irregolari, b'mod partikolari bl-użu tar-regoli tal-iskrinjar. Sabiex tiġi stabbilita bażi kredibbli għall-valutazzjoni tar-riskju manwali mill-Istati Membri, u l-okkorrenza ta' hits li ma jikkorrispondux ma' riskji reali ("pożittivi foloz") titnaqqas kemm jista'jkun, jinħtieġ li hits li jirriżultaw minn regoli tal-iskrinjar bbażati fuq statistika ġġenerata mid-dejta tal-ETIAS innifisha jkunu rappreżentattivi għal popolazzjoni wiesgħa biżżejjed. Dan ma jistax jinkiseb esklussivament fuq il-bażi tad-dejta tal-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar fil-perjodu ta' validità tagħhom. Il-perjodu taż-żamma huwa mistenni li jibda mill-aħħar rekord ta' dħul tal-applikant maħżun fl-EES, billi dan jikkostitwixxi l-aħħar użu attwali tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Il-perjodu taż-żamma ta' ħames snin jikkorrispondi mal-perjodu taż-żamma tar-rekord tal-EES jekk l-awtorizzazzjoni għad-dħul tingħata fuq il-bażi ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS jew ċaħda ta' dħul. Dan is-sinkronizzar ta' perjodi taż-żamma jiżgura li kemm ir-rekord tad-dħul, kif ukoll l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar relatata jinżammu għall-istess dewmien u huwa element addizzjonali li jiżgura l-interoperabilità futura bejn l-ETIAS u l-EES. Dan is-sinkronizzar tal-perjodi taż-żamma tad-dejta huwa meħtieġ biex jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-analiżi tar-riskju mitluba mill-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen. Deċiżjoni biex tiġi miċħuda, revokata jew annullata awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tista' tindika sigurtà ogħla jew riskju ta' migrazzjoni irregolari ppreżentat mill-applikant. Jekk deċiżjoni bħal din tkun ħarġet, il-perjodu taż-żamma ta' 5 snin għad-dejta relatata jinħtieġ li jibda mid-data ta' ħruġ tagħha, sabiex l-ETIAS tkun tista' tikkunsidra b'mod preċiż ir-riskju ogħla ppreżentat possibbilment mill-applikant konċernat. Jinħtieġ li wara l-iskadenza ta' perjodu bħal dan, id-dejta personali titħassar.

(40)  Hu mistenni li d-dejta personali rreġistrata fl-ETIAS tinżamm għal mhux aktar minn kemm hu meħtieġ għall-finijiet tagħha. Sabiex l-ETIAS tiffunzjona, jenħtieġ li d-dejta relatata mal-applikanti tinżamm għall-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Wara l-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jenħtieġ li d-dejta ma tkunx maħżuna mingħajr il-kunsens espliċitu tal-applikant mogħti għall-fini tal-iffaċilitar ta' applikazzjoni ġdida wara li jiskadi l-perjodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS. Deċiżjoni biex tiġi miċħuda, revokata jew annullata awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tista' tindika theddida għas-sigurtà jew riskju ta' migrazzjoni irregolari akbar ippreżentati mill-applikant. Jekk deċiżjoni bħal din tkun ħarġet, il-perjodu taż-żamma ta' 5 snin għad-dejta relatata jenħtieġ li jibda mid-data ta' ħruġ tagħha, sabiex l-ETIAS tkun tista' tikkunsidra b'mod preċiż ir-riskju akbar ippreżentat possibbilment mill-applikant konċernat. Jekk it-twissija sottostanti f'bażi ta' dejta titħassar qabel il-5 snin, jenħtieġ li l-fajl tal-applikazzjoni tal-ETIAS jitħassar ukoll. Jenħtieġ li wara l-iskadenza ta' perjodu bħal dan, id-dejta personali titħassar.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  [Ir-Regolament (UE) 2016/679]31 japplika għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sakemm ipproċessar bħal dan ma jsirx mill-awtoritajiet maħtura jew ta' verifika tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra.

(43)  Ir-Regolament (UE) 2016/67931 japplika għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sakemm ipproċessar bħal dan ma jsirx mill-awtoritajiet maħtura jew ta' verifika tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra.

_________________

_________________

31 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta).

31  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta).

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  L-ipproċessar ta' dejta personali mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati serji oħra skont dan ir-Regolament jinħtieġ li jkun soġġett għal standard ta' protezzjoni ta' dejta personali skont il-liġi nazzjonali tagħhom li tkun konformi mad-[Direttiva (UE) 2016/680]32.

(44)  L-ipproċessar ta' dejta personali mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati serji oħra skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun soġġett għal standard ta' protezzjoni ta' dejta personali skont il-liġi nazzjonali tagħhom li tkun konformi mad-Direttiva (UE) 2016/68032.

_________________

_________________

32 Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI.

32  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)  Jinħtieġ li l-awtoritajiet ta' superviżjoni indipendenti stabbiliti f'konformità mar-[Regolament (UE) 2016/679] jissorveljaw il-legalità tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-Istati Membri, filwaqt li jinħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jissorvelja l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-Unjoni fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali. Jinħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-awtoritajiet superviżorji jikkooperaw ma' xulxin fil-monitoraġġ tal-ETIAS.

(45)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' superviżjoni indipendenti stabbiliti f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 jissorveljaw il-legalità tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-Istati Membri, filwaqt li jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jissorvelja l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-Unjoni fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali. Jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-awtoritajiet superviżorji jikkooperaw ma' xulxin fil-monitoraġġ tal-ETIAS.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 46

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)  "(...) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta l-opinjoni tiegħu fi ... "

(46)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta l-opinjoni tiegħu fis-6 ta' Marzu 2017.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 47

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Jinħtieġ li jiġu stabbiliti regoli stretti dwar l-aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u s-salvagwardji meħtieġa. Jeħtieġ ukoll li jiġu previsti d-drittijiet ta' aċċess, ta' korrezzjoni, ta' tħassir u ta' rimedju tal-individwi b'mod partikolari d-dritt għal rimedju ġudizzjarju u s-superviżjoni ta' operazzjonijiet tal-ipproċessar minn awtoritajiet pubbliċi indipendenti.

(47)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli stretti dwar l-aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u s-salvagwardji meħtieġa. Jeħtieġ ukoll li jiġu previsti d-drittijiet ta' aċċess, ta' rettifika, ta' restrizzjoni, ta' imblukkar, ta' tħassir u ta' rimedju tal-individwi b'mod partikolari d-dritt għal rimedju ġudizzjarju u s-superviżjoni ta' operazzjonijiet tal-ipproċessar minn awtoritajiet pubbliċi indipendenti.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  Sabiex jiġi vvalutat ir-riskju għas-sigurtà, ta' migrazzjoni irregolari jew għas-saħħa pubblika li jista' jitqajmu minn vjaġġatur, jinħtieġ li tiġi stabbilita l-interoperabilità bejn l-Informazzjoni tal-ETIAS u s-sistemi ta' informazzjoni oħrajn kkonsultati mill-ETIAS bħas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), id-dejta tal-Europol, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), il-Eurodac u s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS). Madankollu, din l-interoperabilità tista' tiġi żgurata biss ladarba l-proposti biex jiġu stabbiliti l-EES33, l-ECRIS34 u l-proposta ta' riformulazzjoni tar-Regolament tal-Eurodac35 jiġu adottati.

(48)  Sabiex jiġi vvalutat ir-riskju tat-theddida għas-sigurtà, ir-riskju ta' migrazzjoni irregolari jew ir-riskju kbir ta' epidemija li jista' joħloq vjaġġatur, jenħtieġ li tiġi stabbilita l-interoperabbiltà bejn l-Informazzjoni tal-ETIAS u s-sistemi ta' informazzjoni oħrajn kkonsultati mill-ETIAS bħas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), id-dejta tal-Europol, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), il-Eurodac u s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS). Madankollu, din l-interoperabbiltà tista' tiġi żgurata biss ladarba jiġu adottati l-proposti biex jiġu stabbiliti l-EES33, l-ECRIS34 u l-proposta ta' riformulazzjoni tar-Regolament tal-Eurodac35.

_________________

_________________

33 Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ u d-dejta dwar ir-rifjut ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 COM(2016) 194 final.

33  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ u d-dejta dwar ir-rifjut ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 COM(2016) 194 final.

34 Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar nazzjonali ta' pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI.

34  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar nazzjonali ta' pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI.

35 Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-"Eurodac" għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-[Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida], għall-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li qed jirresjedu illegalment u dwar talbiet għat-tqabbil ma' dejta tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi (riformulazzjoni) COM(2016) 272 final.

35  Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-"Eurodac" għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-[Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida], għall-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li qed jirresjedu illegalment u dwar talbiet għat-tqabbil ma' dejta tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi (riformulazzjoni) COM(2016) 272 final.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 50 – inċiż -1(ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  biex tiddefinixxi r-rekwiżiti tas-servizz ta' kont sigur,

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 50 – inċiż -1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  biex tirregola l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar minn intermedjarju kummerċjali u għand Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea,

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 50 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  biex tadotta lista predeterminata ta' tweġibiet rigward il-mistoqsijiet dwar il-livell u l-qasam ta' edukazzjoni, l-impjieg attwali u t-titolu tal-impjieg li għandhom jiġu identikati fl-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar,

imħassar

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 50 – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  biex tiddefinixxi ulterjurment l-għodda ta' verifika,

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 50 – inċiż 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  biex tkompli tispeċifika r-riskji għas-sigurtà, ta' migrazzjoni irregolari jew għas-saħħa pubblika li għandhom jintużaw biex jiġu stabbiliti l-indikaturi tar-riskju.

–  biex tkompli tispeċifika t-theddida għas-sigurtà, ir-riskju ta' migrazzjoni irregolari jew ir-riskju kbir ta' epidemija li għandhom jintużaw biex jiġu stabbiliti l-indikaturi tar-riskju,

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 50 – inċiż 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  biex tistabbilixxi formola standard għaċ-ċaħda ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar,

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 50 – inċiż 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  biex tiddefinixxi t-tip ta' informazzjoni addizzjonali relatata mas-sinjalazzjonijiet li jistgħu jiżdiedu fil-fajl tal-applikazzjoni tal-ETIAS u l-formati tagħha,

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 50 – inċiż 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  biex tiddefinixxi l-appoġġ finanzjarju għall-Istati Membri għall-ispejjeż rappreżentati minn responsabbiltajiet addizzjonali,

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 50 – inċiż 5d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  biex tistabbilixxi r-regoli tar-repożitorju ċentrali.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 56a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(56a)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

It-test issuġġerit huwa premessa standard li f'dan il-każ hija nieqsa.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi "Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali" (ETIAS) għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma eżentati mill-obbligu tal-viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni ("ir-rekwiżit tal-viża") li jiffaċilita li jiġi ddeterminat jekk il-preżenza tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru hijiex ta' riskju ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika. Għal din ir-raġuni, tiġi introdotta awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u l-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex tinħareġ jew tiġi miċħuda.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi "Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali" (ETIAS) għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma eżentati mill-obbligu tal-viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni ("ir-rekwiżit tal-viża") li jiffaċilita li jiġi kkunsidrat jekk il-preżenza tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru hijiex ta' riskju ta' migrazzjoni irregolari, ta' theddida għas-sigurtà jew ta' riskju kbir ta' epidemija. Għal din ir-raġuni, tiġi introdotta awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u l-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex tinħareġ jew tiġi miċħuda.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  ċittadini ta' pajjiżi terzi li jeżerċitaw il-mobbiltà f'konformità mad-Direttiva 2014/66/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a jew tad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b.

 

_____________

 

1a Id-Direttiva 2014/66/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiż terz fil-qafas ta' trasferiment intra-azjendali (ĠU L 157, 27.5.2014, p. 1)

 

1b Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambju ta' skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21).

Ġustifikazzjoni

Bħal fil-każ tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ, ċittadini ta' pajjiżi terzi koperti mid-Direttivi dwar it-trasferimenti intra-azjendali kif ukoll studenti u riċerkaturi m'għandhomx jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ETIAS.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  "verifika tat-tieni linja" tfisser verifika tat-tieni linja kif definita fl-Artikolu 2(13) tar-Regolament (UE) 2016/399;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar" tfisser deċiżjoni maħruġa skont dan ir-Regolament li tindika li ma jkun hemm l-ebda indikazzjoni fattwali jew bażijiet raġonevoli biex wieħed jikkonkludi li l-preżenza ta' persuna fit-territorju tal-Istati Membri joħloq riskju ta' migrazzjoni illegali, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika u li hi rekwiżit għal ċittadini ta' pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 2 biex tiġi ssodisfata l-kundizzjoni għad-dħul stipulata fl-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/399.

(d)  "awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar" tfisser deċiżjoni maħruġa skont dan ir-Regolament li tindika li ma jkun hemm l-ebda raġunijiet raġonevoli bbażati fuq indikazzjonijiet fattwali jew bażijiet raġonevoli biex wieħed jikkonkludi li l-preżenza ta' persuna fit-territorju tal-Istati Membri toħloq jew mistennija toħloq riskju ta' migrazzjoni illegali, theddida għas-sigurtà jew riskju kbir ta' epidemija u li hi rekwiżit għal ċittadini ta' pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 2 biex tiġi ssodisfata l-kundizzjoni għad-dħul stipulata fl-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/399.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "riskju għas-saħħa pubblika" tfisser theddida għas-saħħa pubblika kif definit fl-Artikolu 2(21) tar-Regolament (UE) 2016/399;

imħassar

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  "trasportatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li l-professjoni tagħha hi dik li tipprovdi t-trasport ta' persuni;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  "persuna li għaliha tkun ħarġet twissija għal ċaħda ta' dħul" tfisser kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz li tinħariġlu twissija fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) skont l-Artikoli 24 u 26 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-finijiet ipprovduti f'dawn l-Artikoli;

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II).

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  "hit" tfisser l-eżistenza ta' korrispondenza stabbilita billi d-dejta personali rreġistrata f'fajl ta' applikazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS titqabbel mad-dejta personali maħżuna f'reġistru, fajl jew allert irreġistrat f'sistema ta' informazzjoni mitluba mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, fil-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS jew bl-indikaturi għal riskju speċifiku msemmija fl-Artikolu 28;

(k)  "hit" tfisser l-eżistenza ta' korrispondenza stabbilita billi d-dejta personali rreġistrata f'fajl ta' applikazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS titqabbel mad-dejta personali maħżuna f'reġistru, fajl jew allert irreġistrat fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, f'bażi tad-dejta jew f'sistema ta' informazzjoni mitluba mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, fil-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 29 jew bl-indikaturi għal riskju speċifiku msemmija fl-Artikolu 28;

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt l

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  "reati terroristiċi" tfisser ir-reati li jikkorrispondu jew huma ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikoli minn 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/475/ĠAI;

(l)  "reati terroristiċi" tfisser ir-reati li jikkorrispondu jew huma ekwivalenti għal dawk imsemmija fid-Direttiva (UE) 2017/541;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni qed tiġi aġġornata biex tirreferi għad-Direttiva l-ġdida dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt n

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n)  "dejta tal-Europol" tfisser dejta personali pprovduta mill-Europol għall-fini msemmija fl-Artikolu 18(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 2016/794.

(n)  "dejta tal-Europol" tfisser dejta personali pproċessata mill-Europol għall-fini msemmija fl-Artikolu 18(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 2016/794;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt na (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(na)  "iffirmata elettronikament" tfisser il-konferma ta' firma permezz tal-immarkar ta' kaxxa fil-formola tal-applikazzjoni.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-[Regolament (UE) 2016/679] għandhom japplikaw fir-rigward ta' dejta personali li tkun ipproċessata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.

3.   Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom japplikaw fir-rigward ta' dejta personali li tkun ipproċessata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-[Direttiva (UE) 2016/680] għandhom japplikaw fir-rigward ta' dejta personali li tkun ipproċessata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għal finijiet ta' infurzar tal-liġi.

4.  Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/680 għandhom japplikaw fir-rigward ta' dejta personali li tkun ipproċessata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għal finijiet ta' infurzar tal-liġi.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tikkontribwixxi għal livell għoli ta' sigurtà billi tipprovdi valutazzjoni tar-riskju tas-sigurtà stretta tal-applikanti, qabel ma jaslu fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni, biex jiġi ddeterminat ikunx hemm indikazzjonijiet fattwali jew bażijiet raġonevoli biex ikun konkluż jekk il-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri toħloqx riskju għas-sigurtà;

(a)  tikkontribwixxi għal livell għoli ta' sigurtà billi tipprovdi valutazzjoni tar-riskju tas-sigurtà stretta tal-applikanti, qabel ma jaslu fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni, biex jiġi ddeterminat ikunx hemm raġunijiet raġonevoli bbażati fuq indikazzjonijiet fattwali biex ikun konkluż jekk il-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri toħloqx theddida għas-sigurtà;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika billi tipprovdi valutazzjoni ta' jekk l-applikant jistax ikun ta' riskju għas-saħħa pubblika skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(e) qabel ma jasal fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni;

(c)  tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika billi tipprovdi valutazzjoni ta' jekk l-applikant jistax ikun ta' riskju kbir ta' epidemija qabel ma jasal fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  tappoġġa l-għanijiet tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) relatati mal-allerti fir-rigward ta' persuni mfittxija għall-arrest jew għal finijiet ta' ċediment jew estradizzjoni, ta' persuni neqsin, ta' persuni mfittxija biex jgħinu bi proċedura ġudizzjarja u għal persuni għal verifiki diskreti jew verifiki speċifiċi; u

(e)  tappoġġa l-għanijiet tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) relatati mal-allerti fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal ċaħda ta' dħul, persuni mfittxija għall-arrest jew għal finijiet ta' konsenja jew estradizzjoni, ta' persuni neqsin, ta' persuni mfittxija biex jgħinu bi proċedura ġudizzjarja u għal persuni għal kontrolli diskreti, kontrolli speċifiċi jew [kontrolli ta' investigazzjoni];

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Interfaċċa Nazzjonali Uniformi (NUI) f'kull Stat Membru bbażata fuq speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u identika għall-Istati Membri kollha li tippermetti lis-Sistema Ċentrali taqbad mal-infrastrutturi tal-fruntieri nazzjonali fl-Istati Membri;

(b)  Interfaċċa Nazzjonali Uniformi (NUI) f'kull Stat Membru bbażata fuq speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u identika għall-Istati Membri kollha li tippermetti lis-Sistema Ċentrali taqbad mal-infrastrutturi tal-fruntieri nazzjonali fl-Istati Membri b'mod sigur;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Infrastruttura ta' Komunikazzjoni sikura bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi;

(c)  Infrastruttura ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi, li għandha tkun sigura u kriptata;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  ir-repożitorju ċentrali msemmi fl-Artikolu 73(2);

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  għodda ta' verifika biex l-applikanti jkunu jistgħu jsegwu l-progress tal-applikazzjonijiet tagħhom u jiċċekkjaw il-perjodu ta' validità u l-istatus tal-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar tagħhom;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  [Is-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi , is-servizz web, il-gateway tat-trasportaturi u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni tal-ETIAS għandhom jaqsmu ma' xulxin u jużaw mill-ġdid kemm ikun teknikament possibbli l-ħardwer u s-softwer tas-Sistema Ċentrali tal-EES, l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi tal-EES, is-servizz web tal-EES, il-gateway tat-trasportaturi tal-EES u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni tal-EES rispettivament.]

3.  Is-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi, is-servizz web, il-gateway tat-trasportaturi u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni tal-ETIAS għandhom jaqsmu ma' xulxin u jużaw mill-ġdid kemm ikun teknikament possibbli l-ħardwer u s-softwer tas-Sistema Ċentrali tal-EES, l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi tal-EES, is-servizz web tal-EES, il-gateway tat-trasportaturi tal-EES u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni tal-EES rispettivament. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, għandha tiġi żgurata s-separazzjoni tad-dejta tal-ETIAS u d-dejta tal-EES.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 78 sabiex tiddefinixxi r-rekwiżiti tas-servizz ta' kont sigur imsemmi fil-paragrafu 2(g).

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jiżguraw li d-dejta maħżuna fil-fajls tal-applikazzjonijiet u fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tkun korretta u aġġornata;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex ċar kif l-Unità Ċentrali tista' tiżgura li d-dejta tkun korretta u aġġornata. Skont l-Artikolu 15(1) l-applikant huwa responsabbli għall-korrettezza tad-dejta tiegħu.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  tiddefinixxi, timplimenta, tevalwa u tirrevedi l-indikaturi ta' riskju speċifiku kif imsemmi fl-Artikolu 28 wara konsultazzjoni mal-Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS;

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tivverifika l-applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar miċħuda mill-proċess awtomatizzat sabiex ikun iddeterminat jekk id-dejta personali tal-applikant tikkorrispondix mad-dejta personali tal-persuna li tkun skattat hit f'waħda mis-sistemi/bażijiet ta' dejta ta' informazzjoni kkonsultati jew l-indikaturi ta' riskju speċifiku msemmija fl-Artikolu 28;

(b)  f'konformità mal-Artikolu 20, tivverifika l-applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li jkunu skattaw hit waħda jew aktar matul il-proċess awtomatizzat sabiex ikun iddeterminat jekk id-dejta personali tal-applikant tikkorrispondix mad-dejta personali tal-persuna li tkun skattat hit fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, f'waħda mis-sistemi/bażijiet ta' dejta ta' informazzjoni kkonsultati, l-indikaturi ta' riskju speċifiku msemmija fl-Artikolu 28 jew il-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 29 u, jekk ikun meħtieġ, tibda l-ipproċessar manwali skont l-Artikolu 22;

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  tirreġistra l-verifiki mwettqa f'konformità mal-punt (b) fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS;

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tiddefinixxi, tittestja, timplimenta, tivvaluta u tirrevedi l-indikaturi ta' riskju speċifiku kif imsemmi fl-Artikolu 28 wara konsultazzjoni mal-Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS;

imħassar

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  twettaq awditjar regolari dwar l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet u dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 inkluża l-valutazzjoni regolari tal-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari fir-rigward tal-privatezza u tal-protezzjoni ta' dejta personali.

imħassar

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  tindika l-Istat Membru responsabbli għall-ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 22(1a);

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  fejn xieraq, tiffaċilita l-konsultazzjonijiet bejn l-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 24 u bejn l-Istat Membru responsabbli u l-Europol kif imsemmi fl-Artikolu 25;

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt dc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc)  tinnotifika lit-trasportaturi f'każ ta' ħsara fis-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS kif imsemmi fl-Artikolu 40(1);

Ġustifikazzjoni

F'Artikoli oħrajn jissemmew għadd ta' kompiti oħra għall-Unità Ċentrali. Għal raġunijiet ta' trasparenza, dawn għandhom jissemmew ilkoll f'dan l-Artikolu.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt dd (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dd)  tinnotifika lill-awtoritajiet tal-Istati Membri li għandhom il-kompetenza li jwettqu verifiki fil-fruntieri f'punti ta' qsim tal-fruntiera esterni dwar ħsara fis-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS kif imsemmi fl-Artikolu 42(1);

Ġustifikazzjoni

F'Artikoli oħrajn jissemmew għadd ta' kompiti oħra għall-Unità Ċentrali. Għal raġunijiet ta' trasparenza, dawn għandhom jissemmew ilkoll f'dan l-Artikolu.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt de (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(de)  tipproċessa talbiet għall-konsultazzjoni ta' dejta fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS mill-Europol kif imsemmi fl-Artikolu 46;

Ġustifikazzjoni

F'Artikoli oħrajn jissemmew għadd ta' kompiti oħra għall-Unità Ċentrali. Għal raġunijiet ta' trasparenza, dawn għandhom jissemmew ilkoll f'dan l-Artikolu.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt df (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(df)  tagħti lill-pubbliku ġenerali l-informazzjoni rilevanti kollha b'rabta mal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar kif imsemmi fl-Artikolu 61;

Ġustifikazzjoni

F'Artikoli oħrajn jissemmew għadd ta' kompiti oħra għall-Unità Ċentrali. Għal raġunijiet ta' trasparenza, dawn għandhom jissemmew ilkoll f'dan l-Artikolu.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt dg (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dg)  tikkoopera mal-Kummissjoni fir-rigward tal-kampanja ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 62;

Ġustifikazzjoni

F'Artikoli oħrajn jissemmew għadd ta' kompiti oħra għall-Unità Ċentrali. Għal raġunijiet ta' trasparenza, dawn għandhom jissemmew ilkoll f'dan l-Artikolu.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt dh (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dh)  taġixxi bħala helpdesk billi tipprovdi appoġġ lill-vjaġġaturi jekk jinqalgħu problemi matul il-proċess tal-applikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni ma fiha ebda referenza għal funzjoni ta' helpdesk. Madankollu, għall-kredibbiltà tas-sistema, huwa importanti li jkun fiha dispożizzjonijiet dwar funzjoni bħal din.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tippubblika rapport ta' attività annwali. Dan ir-rapport għandu jinkludi:

 

(a)   statistika dwar:

 

(i)   l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar maħruġa awtomatikament mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS;

 

(ii)   l-għadd ta' applikazzjonijiet ivverifikati mill-Unità Ċentrali;

 

(iii)   l-għadd ta' applikazzjonijiet ipproċessati manwalment għal kull Stat Membru;

 

(iv)   l-għadd ta' applikazzjonijiet li ġew miċħuda skont il-pajjiż, u r-raġuni għar-rifjut;

 

(v)   il-punt sa fejn ikunu ġew issodisfati l-iskadenzi msemmija fl-Artikoli 20(6), 23, 26 u 27.

 

(b)   informazzjoni ġenerali dwar il-funzjonament tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS, l-attivitajiet tagħha kif imsemmija f'dan l-Artikolu u l-informazzjoni dwar ix-xejriet u l-isfidi attwali li jaffettwaw it-twettiq tal-kompiti tagħha.

 

Ir-rapport ta' attività annwali għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jiżguraw li d-dejta maħżuna fil-fajls tal-applikazzjonijiet u fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tkun korretta u aġġornata;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex ċar kif l-unitajiet nazzjonali jistgħu jiżguraw li d-dejta tkun korretta u aġġornata. Skont l-Artikolu 5(1) l-applikant huwa responsabbli għall-korrettezza tad-dejta tiegħu.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  jirreġistraw il-verifiki mwettqa f'konformità mal-punt (b) fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS;

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jipprovdu informazzjoni lill-applikanti dwar il-proċedura li trid tiġi segwita f'każ ta' appell b'konformità mal-Artikolu 31(2);

(d)  jipprovdu informazzjoni lill-applikanti dwar il-proċedura ta' rimedju li trid tiġi segwita b'konformità mal-Artikolu 31(2);

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  jannullaw u jirrevokaw awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar f'konformità mal-Artikoli 34 u 35.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jaġixxu bħala punt ċentrali ta' aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għall-fini stipulata fl-Artikolu 1(2) u b'konformità mal-Artikolu 44.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Huwa ssuġġerit li tintuża s-sistema ta' punti ta' aċċess ċentrali bħal fil-każ tal-VIS, il-Eurodac u l-EES minflok ma l-kompitu tal-punti ta' aċċess ċentrali jiġi fdat lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS. Bħal fil-każ ta' sistemi oħra, il-punti ta' aċċess ċentrali se jkunu qed jivverifikaw jekk il-kundizzjonijiet għall-aċċess humiex issodisfati.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Il-Bord tal-Etika tal-ETIAS

 

1.  B'dan qed jiġi stabbilit Bord indipendenti tal-Etika tal-ETIAS b'funzjoni ta' konsulenza u ta' verifika. Dan għandu jkun magħmul minn Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, rappreżentant tal-forum konsultattiv dwar id-drittijiet fundamentali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, rappreżentant tal-KEPD, rappreżentant tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u rappreżentant tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali.

 

2.  Il-Bord tal-Etika tal-ETIAS għandu jwettaq verifiki regolari dwar l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet u dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28, inkluża l-valutazzjoni regolari tal-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari fir-rigward tal-privatezza, tal-protezzjoni ta' dejta personali u tan-nondiskriminazzjoni.

 

3.  Il-Bord tal-Etika tal-ETIAS għandu jiltaqa' kull meta jkun meħtieġ, u tal-anqas darbtejn fis-sena. L-ispejjeż u l-ġestjoni tal-laqgħat tiegħu huma r-responsabbiltà tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Is-segretarjat għandu jiġi pprovdut mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Il-Bord tal-Etika tal-ETIAS għandu jadotta r-regoli ta' proċedura fl-ewwel laqgħa tiegħu b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.

 

4.  Il-Membri tal-Bord tal-Etika tal-ETIAS għandhom jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS b'funzjoni ta' konsulenza. Huma għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni u l-bini kollu relatati mal-ETIAS.

 

5.  Il-Bord tal-Etika tal-ETIAS għandu jippubblika rapport annwali li għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Huwa għandu jirrapporta wkoll bil-miktub u bil-fomm lill-Parlament Ewropew tal-anqas kull sena. Il-klassifikazzjoni ma għandhiex tipprekludi li l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew. Fejn ikun meħtieġ, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) 2016/1624.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Interoperabbiltà bejn is-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS u sistemi ta' informazzjoni kkonsultati mill-ETIAS bħas-[Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)], is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), id-dejta tal-Europol, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), [l-Eurodac] u [is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS)] għandha tkun stabbilita biex tippermetti t-twettiq ta' valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 18.

Interoperabbiltà bejn is-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS u s-[Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)], is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), id-dejta tal-Europol, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), [l-Eurodac] u [is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS)] għandha tkun stabbilita biex tippermetti biss l-ipproċessar awtomatizzat skont l-Artikolu 18.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-interoperabbiltà għandha tiġi stabbilita f'konformità sħiħa mal-acquis tal-Unjoni dwar id-drittijiet fundamentali.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

Konsultazzjoni tal-bażijiet tad-dejta tal-Interpol

 

Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika l-bażi ta' dejta tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa u Mitlufa (SLTD) u l-bażi ta' dejta tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma' Avviżi (Interpol TDAWN).

 

Sentejn wara l-bidu tal-operat tal-ETIAS, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-verifika tal-bażijiet ta' dejta tal-Interpol permezz tal-ETIAS. Dan ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar in-numru ta' hits imqabbla mal-bażijiet ta' dejta tal-Interpol, in-numru ta' awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar miċħuda wara tali hits u informazzjoni dwar kwalunkwe problema ffaċċjata, u bħala konsegwenza ta' din l-evalwazzjoni, jekk xieraq, din għandha tkun akkumpanjata minn proposta leġiżlattiva li temenda dan ir-Regolament.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS mill-gwardji tal-fruntiera b'konformità mal-Artikolu 41 għandu jkun limitat għal tiftix fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għall-ksib ta' status ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ta' vjaġġatur preżenti f'punt ta' qsim ta' fruntiera esterna.

2.  Aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS mill-gwardji tal-fruntiera b'konformità mal-Artikolu 41 għandu jkun limitat għal tiftix fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għall-ksib ta' status ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ta' vjaġġatur preżenti f'punt ta' qsim ta' fruntiera esterna. Barra minn hekk, il-gwardji tal-fruntiera għandhom jiġu infurmati awtomatikament bis-sinjalazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 22(4a), 30(1a) u (1b). Eċċezzjonalment, meta tkun meħtieġa verifika tat-tieni linja addizzjonali fil-fruntiera, il-gwardja tal-fruntiera jista' jidħol fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex jikseb l-informazzjoni addizzjonali dwar dawn is-sinjalazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 33(ea) u 38(5)(da).

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Aċċess mit-trasportaturi għas-sistema Ċentrali tal-ETIAS b'konformità mal-Artikolu 39, għandu jkun limitat għat-tiftix fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex jinkiseb l-istatus ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ta' vjaġġatur.

3.  L-aċċess mit-trasportaturi għas-sistema Ċentrali tal-ETIAS b'konformità mal-Artikolu 39 għandu jkun limitat għat-trażmissjoni tat-talbiet fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex jinkiseb l-istatus ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ta' vjaġġatur.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Nondiskriminazzjoni

Drittijiet Fundamentali

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ipproċessar ta' dejta personali fis-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS minn kwalunkwe utent ma għandux iwassal għal diskriminazzjoni kontra ċittadini ta' pajjiżi terzi fuq il-bażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentament sesswali. Dan għandu jirrispetta bis-sħiħ id-dinjità u l-integrità tal-bniedem. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal, lill-anzjani u lill-persuni b'diżabilità.

L-ipproċessar ta' dejta personali fis-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS minn kwalunkwe utent ma għandux iwassal għal diskriminazzjoni kontra ċittadini ta' pajjiżi terzi fuq il-bażi ta' sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, sħubija f'minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabbiltà, età jew orjentament sesswali. Dan għandu jirrispetta bis-sħiħ id-dinjità u l-integrità tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-dejta personali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal, lill-anzjani u lill-persuni b'diżabbiltà. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom jikkostitwixxu kunsiderazzjoni primarja.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati għand id-Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea f'pajjiżi terzi.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 78 bl-għan li tirregola l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar permezz ta' intermedjarju kummerċjali u għand id-Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.  Sitt xhur qabel l-iskadenza ta' awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar valida, id-detentur għandu jiġi infurmat bl-iskadenza awtomatikament permezz ta' email.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2d.  L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati mid-detenturi ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar fi żmien sitt xhur qabel l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għall-apparati mobbli għandhom jagħmlu l-formola tal-applikazzjoni disponibbli u aċċessibbli faċilment għall-applikanti bla ħlas.

2.  Is-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għall-apparati mobbli għandhom jagħmlu l-formola tal-applikazzjoni disponibbli u aċċessibbli faċilment għall-applikanti, inklużi dawk b'diżabbiltà, bla ħlas.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Jekk il-lingwa/i uffiċjali tal-pajjiżi elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 ma tkunx/jkunux tikkorrispondi/jikkorrispondu mal-lingwi msemmijin fil-paragrafu 3, għandu jkun hemm skedi informattivi bl-informazzjoni li tikkonċerna l-kontenut u l-użu tas-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għall-apparati mobbli u informazzjoni ta' spjegazzjoni f'tal-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiżi msemmija.

4.  Jekk il-lingwa/i uffiċjali tal-pajjiżi elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 ma tkunx/jkunux tikkorrispondi/jikkorrispondu mal-lingwi msemmijin fil-paragrafu 3, għandu jkun hemm skedi informattivi bl-informazzjoni spjegattiva li tikkonċerna l-ETIAS, il-proċedura tal-applikazzjoni, l-użu tas-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għall-apparati mobbli kif ukoll gwida pass pass għall-applikazzjoni f'tal-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiżi msemmija.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Is-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għall-apparati mobbli għandhom jinfurmaw lill-applikanti bid-dritt tagħhom għal rimedju effettiv skont dan ir-Regolament. Jekk tiġi miċħuda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, huma għandhom jirreferu lill-applikant għand l-Unità Nazzjonali tal-Membru responsabbli, li għandu jipprovdi informazzjoni ulterjuri skont l-Artikolu 31(2).

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-kundizzjonijiet għall-operazzjoni tas-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għall-apparati mobbli u dwar il-protezzjoni tad-dejta u r-regoli tas-sigurtà applikabbli għas-sit web pubbliku u għall-applikazzjoni għall-apparati mobbli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 79(2).

7.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli dettaljati dwar il-kundizzjonijiet għall-operazzjoni tas-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għall-apparati mobbli u dwar il-protezzjoni tad-dejta u r-regoli tas-sigurtà applikabbli għas-sit web pubbliku u għall-applikazzjoni għall-apparati mobbli. Dawk ir-regoli dettaljati għandhom ikunu bbażati fuq il-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà tal-informazzjoni u l-protezzjoni tad-dejta mid-disinn u b'mod awtomatiku. Huma għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 79(2).

Ġustifikazzjoni

Rakkomandat mill-KEPD fil-punt 100 tal-opinjoni tiegħu.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull applikant għandu jippreżenta formola ta' applikazzjoni li tkun tinkludi dikjarazzjoni ta' awtentiċità, kompletezza u affidabilità tad-dejta mibgħuta u dikjarazzjoni tal-veraċità u l-affidabilità tad-dikjarazzjonijiet li saru. Il-minuri għandhom jippreżentaw formola tal-applikazzjoni ffirmata elettronikament minn persuna li qiegħda teżerċita awtorità ta' ġenitur permanenti jew temporanja jew tutela legali.

1.  Kull applikant għandu jippreżenta formola ta' applikazzjoni li tkun tinkludi dikjarazzjoni ta' awtentiċità, kompletezza, korrettezza u affidabilità tad-dejta mibgħuta u dikjarazzjoni tal-veraċità u l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet li saru. Il-minuri għandhom jippreżentaw formola tal-applikazzjoni ffirmata elettronikament minn persuna li qiegħda teżerċita awtorità ta' ġenitur permanenti jew temporanja jew tutela legali.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  id-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;

(e)  id-data tal-ħruġ u d-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefown;

(g)  l-indirizz tal-posta elettronika u, jekk ikun disponibbli, in-numru tat-telefown;

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  l-edukazzjoni (livell u qasam);

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-ġbir ta' informazzjoni dwar l-edukazzjoni jista' jiżvela dejta sensittiva, u ma jidher la meħtieġ u lanqas proporzjonat.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  l-impjieg attwali;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-ġbir ta' informazzjoni dwar l-impjieg attwali jista' jiżvela dejta sensittiva, u ma jidher la meħtieġ u lanqas proporzjonat. Barra minn hekk, meta jitqies it-tul tal-validità tal-awtorizzazzjoni tal-ETIAS, din l-informazzjoni hija soġġetta għal tibdil, u l-ġbir tagħha ma jidhirx li huwa adegwat.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  għall-minuri, il-kunjom u l-ewwel isem/ismijiet tal-ġenituri fl-awtorità jew tal-kustodju legali tal-applikant;

(k)  għall-minuri, il-kunjom u l-ewwel isem/ismijiet, l-indirizz tad-dar, l-indirizz tal-posta elettronika u, jekk ikun disponibbli, in-numru tat-telefown tal-persuna li teżerċita l-awtorità ta' ġenitur jew il-kustodju legali tal-applikant;

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt l – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  l-istatus tagħhom ta' membru tal-familja;

(i)  l-istatus tagħhom bħala membri tal-familja;

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-applikant għandu jagħżel il-livell u l-qasam tal-edukazzjoni, l-impjieg attwali u t-titolu tal-impjieg minn lista predeterminata. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 78 biex tistabbilixxi dawn il-listi predeterminati.

imħassar

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jekk l-applikant hux suġġett għal kwalunkwe marda b'potenzjal epidemiku kif definit mir-Regolamenti tas-Saħħa Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jew mard parasitiku ieħor infettuż jew kontaġġuż;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-ġbir u l-ipproċessar ta' din l-informazzjoni ma jidhirx li huma preċiżi, peress li din hija informazzjoni dikjarattiva, li tista' tinbidel fit-tul tal-validità tal-ETIAS. L-aktar l-aktar, din il-mistoqsija tista' tiżvela dejta verament sensittiva, u ma ngħatat l-ebda prova li l-ġbir u l-ipproċessar tagħha kienu meħtieġa jew proporzjonati. Ir-riskju għas-saħħa pubblika jrid jibqa' jiġi vvalutat fil-verifiki tal-fruntieri esterni mill-gwardji tal-fruntiera, kif previst fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2016/399.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk kienx ikkundannat għal kwalunkwe reat kriminali fi kwalunkwe pajjiż;

(b)  jekk kienx ikkundannat għal kwalunkwe reat kriminali serju msemmi fl-Anness 1a matul l-aħħar għaxar snin;

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  rigward kwalunkwe deċiżjoni li tirrikjedi li jitlaq mit-territorju ta' Stat Membru jew ta' kwalunkwe pajjiż ieħor jew jekk kienx is-suġġett ta' kwalunkwe deċiżjoni ta' ritorn maħruġa tul l-aħħar għaxar snin.

(d)  rigward kwalunkwe deċiżjoni li tirrikjedi li jitlaq mit-territorju ta' Stat Membru jew jekk kienx is-suġġett ta' kwalunkwe deċiżjoni ta' ritorn maħruġa tul l-aħħar għaxar snin.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  jekk l-applikant jappartjenix għal waħda mill-kategoriji ta' applikanti msemmija fl-Artikolu 16(2)(d) sa (f) li jkunu eżenti mill-ħlas għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, u li għandhom jintgħażlu minn lista prestabbilita; l-applikant għandu jiġi infurmat li se tasallu talba għal informazzjoni jew għal dokumenti addizzjonali, f'konformità mal-Artikolu 23, sabiex jiġi stabbilit li r-raġuni għall-vjaġġ tiegħu taqa' taħt waħda mill-kategoriji definiti fil-punti (d) sa (f) tal-Artikolu 16(2). L-applikant għandu jiġi infurmat li, konsegwentement, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għandha tittieħed f'konformità mal-iskadenzi previsti fl-Artikolu 27(2).

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-applikant għandu jiddikjara wkoll li jkun fehem il-kundizzjonijiet tad-dħul kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 2016/399 u l-fatt li se jintalab jagħti dokumenti ġustifikattivi rilevanti kull darba li jidħol.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 78 li jispeċifikaw il-kontenut u l-format ta' dawk il-mistoqsijiet.

5.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 78 li jispeċifikaw il-kontenut u l-format tal-mistoqsijiet imsemmijin fil-paragrafu 4. Il-kontenut u l-format ta' dawk il-mistoqsijiet għandhom jippermettu lill-applikanti jagħtu tweġibiet ċari u preċiżi.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-applikant għandu jipprovdi t-tweġibiet għal dawk il-mistoqsijiet. Jekk l-applikant iwieġeb fl-affermattiv għal kwalunkwe waħda mill-mistoqsijiet, huwa jkollu jwieġeb mistoqsijiet addizzjonali dwar il-formola ta' applikazzjoni bl-għan li tinġabar iktar informazzjoni billi jingħataw tweġibiet għal lista predeterminata ta' mistoqsijiet. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 78 biex tistabbilixxi l-kontenut u l-format ta' dawk il-mistoqsijiet addizzjonali u l-lista predeterminata ta' tweġibiet għal dawk il-mistoqsijiet.

6.  Jekk l-applikant iwieġeb fl-affermattiv għal kwalunkwe waħda mill-mistoqsijiet, huwa jkollu jwieġeb mistoqsijiet addizzjonali dwar il-formola ta' applikazzjoni bl-għan li tinġabar iktar informazzjoni billi jingħataw tweġibiet għal lista predeterminata ta' mistoqsijiet. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 78 biex tistabbilixxi l-kontenut u l-format ta' dawk il-mistoqsijiet addizzjonali u l-lista predeterminata ta' tweġibiet għal dawk il-mistoqsijiet.

Ġustifikazzjoni

Koperta fil-paragrafu 4.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għandu jsir ħlas għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ta' EUR 5 mill-applikant għal kull applikazzjoni.

1.  Għandu jsir ħlas għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ta' EUR 10 mill-applikant għal kull applikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda tal-ħlas għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għal EUR 10 tista' tirriżulta f'bilanċ favorevoli tad-dħul li huwa stmat li se jkun ta' EUR 305 miljun fis-sena (kontra l-EUR 110 miljun kieku l-ħlas jibqa' ta' EUR 5), bilanċ li jista' jiġi assenjat għall-oqsma tas-sigurtà u tal-ġestjoni tal-fruntieri. Madankollu, din iż-żieda hija żgħira biżżejjed biex jiġi żgurat li ma toħloqx impatt fuq it-turiżmu, lanqas fuq dak minn reġjuni inqas sinjuri.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Tfal ta' inqas minn tmintax-il sena għandhom ikunu eżenti mill-ħlas għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

2.  L-applikanti li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji li ġejjin għandhom ikunu eżenti mill-ħlas għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar:

 

(a)  applikanti ta' inqas minn tmintax-il sena;

 

(b)  applikanti ta' 'l fuq minn sittin sena;

 

(c)  il-membri tal-familja ta' ċittadini tal-Unjoni jew ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgawdu d-dritt tal-moviment liberu skont id-dritt tal-Unjoni;

 

(d)  l-istudenti, l-istudenti fil-livell postuniversitarju u l-għalliema li jakkumpanjawhom li jagħmlu soġġorni għall-fini ta' studju jew ta' taħriġ edukattiv;

 

(e)  ir-riċerkaturi li jivvjaġġaw bl-iskop li jwettqu riċerka xjentifika;

 

(f)  ir-rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ li ma jkollhomx aktar minn ħamsa u għoxrin sena u li jkunu qed jipparteċipaw f'seminars, konferenzi jew avvenimenti sportivi, kulturali jew edukattivi, organizzati minn organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'mod partikolari, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika:

Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika:

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  [jekk l-applikant ikunx attwalment irrappurtat bħala persuna b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta, jekk ġiex irrappurtat bħala persuna b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta fil-passat permezz ta' konsultazzjoni tal-EES;]

(g)  jekk l-applikant ikunx attwalment irrappurtat bħala persuna b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta, jekk ġiex irrappurtat bħala persuna b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta fil-passat permezz ta' konsultazzjoni tal-EES;

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  [jekk l-applikant ġiex miċħud dħul permezz ta' konsultazzjoni tal-EES;]

(h)  jekk l-applikant ġiex miċħud dħul permezz ta' konsultazzjoni tal-EES;

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  [jekk l-applikant kienx suġġett għal deċiżjoni ta' ritorn jew ordni ta' tneħħija maħruġa wara l-irtirar jew iċ-ċaħda tal-applikazzjoni għal protezzjoni interna fil- Eurodac;]

(k)  [jekk l-applikant kienx suġġett għal deċiżjoni ta' ritorn jew ordni ta' tneħħija rreġistrata fil-Eurodac;]

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjonjiet ta' ritorn jew ta' tneħħija rreġistrati fil-Eurodac ma jiġux adottati biss wara rtirar jew ċaħda ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali; jistgħu anke jirrigwardaw migranti irregolari.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandu jqabbel id-dejta rilevanti msemmija fl-Artikolu 15(2)(a), (b), (d), (f), (g), (i), (m) u (8) mad-dejta preżenti fil-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 29.

4.  Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandu jqabbel id-dejta rilevanti msemmija fl-Artikolu 15(2)(a), (b), (d), (f), (g), (m) u (8) mad-dejta preżenti fil-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 29.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tqabbel id-dejta rilevanti msemmija fl-Artikolu 15(2)(a), (f), (h) u (i) mal-indikaturi ta' riskju speċifiku imsemmija fl-Artikolu 28.

5.  Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tqabbel id-dejta rilevanti msemmija fl-Artikolu 15(2)(a) u (f) mal-indikaturi ta' riskju speċifiku msemmija fl-Artikolu 28.

Ġustifikazzjoni

Jitħassar l-Artikolu 28.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  allert dwar persuni u oġġetti għal kontrolli diskreti jew kontrolli speċifiċi.

(d)  allert dwar persuni u oġġetti għal kontrolli diskreti [kontrolli ta' investigazzjoni] jew kontrolli speċifiċi.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull hit li tirriżulta minn dan it-tqabbil għandha tinħażen fis-SIS.

imħassar

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  Meta l-paragun taħt il-paragrafu 7 jirrapporta hit waħda jew aktar, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tibgħat notifika awtomatizzata lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika jekk id-dejta personali tal-applikant tikkorrispondix għad-dejta personali li jkun hemm fit-twissija li tkun skattat il-hit. Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha mbagħad tibgħat notifika awtomatizzata lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun ħoloq it-twissija. L-Uffiċċju SIRENE kkonċernat għandu jivverifika jekk id-dejta personali tal-applikant tikkorrispondix għad-dejta personali li jkun hemm fit-twissija li tkun skattat il-hit u jieħu kwalunkwe azzjoni ta' segwitu.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 7b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7b.  In-notifika mibgħuta lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija għandu jkun fiha d-dejta li ġejja:

 

(a)  il-kunjom(ijiet), l-isem/ismijiet u kwalunkwe psewdonimu;

 

(b)  il-post u d-data tat-twelid;

 

(c)  is-sess;

 

(d)  in-nazzjonalità/nazzjonalitajiet;

 

(e)   l-indirizz tad-dar tal-applikant jew, jekk ma jkunx disponibbli, il-belt jew il-pajjiż ta' residenza tiegħu;

 

(f)  informazzjoni dwar l-istatus tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, li tindika jekk inħarġitx jew ġietx miċħuda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, jew jekk l-applikazzjoni hijiex soġġetta għal proċessar manwali skont l-Artikolu 22;

 

(g)  referenza għal kwalunkwe hit miksuba, inklużi d-data u l-ħin tagħha.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 7c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7c.  Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha żżid referenza għal kull hit miksuba għall-fajl tal-applikazzjoni.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 7d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7d.  Meta hit tkun tikkonċerna twissija fir-rigward ta' persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta' konsenja jew estradizzjoni, ma għandhiex tiġi miċħuda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk l-ipproċessar awtomatizzat stipulat fl-Artikolu 18 minn (2) sa (5) jirrapporta hit jew bosta hits, l-applikazzjoni għandha tkun ivvalutata skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 22.

2.  Jekk l-ipproċessar awtomatizzat stipulat fl-Artikolu 18 minn (2) sa (5) jirrapporta hit jew bosta hits u s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tkun f'pożizzjoni li tiċċertifika li d-dejta rreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni tikkorrispondi mad-dejta li tkun skattat hit, l-applikazzjoni għandha tkun ivvalutata skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 22.

Ġustifikazzjoni

Allinjament tal-lingwaġġ mal-Artikolu 20.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk l-ipproċessar awtomatizzat stipulat fl-Artikolu 18 minn (2) sa (5) ma jkunx konklussiv minħabba li s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ma tkunx f'pożizzjoni li tiċċertifika li d-dejta rreġistrata fil-fajl ta' applikazzjoni jikkorrispondi mad-dejta li skattat hit, l-applikazzjoni għandha tkun ivvalutata skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 20.

3.  Jekk l-ipproċessar awtomatizzat stipulat fl-Artikolu 18 minn (2) sa (5) jirrapporta hit waħda jew aktar u s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ma tkunx f'pożizzjoni li tiċċertifika li d-dejta rreġistrata fil-fajl ta' applikazzjoni tikkorrispondi mad-dejta li skattat hit, l-applikazzjoni għandha tkun ivvalutata skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 20.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika jekk id-dejta rreġistrata fil-fajl ta' applikazzjoni jikkorrispondix mad-dejta preżenti f'waħda mis-sistemi/bażijiet ta' dejta tal-informazzjoni kkonsultati, il-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 29 jew l-indikaturi ta' riskju speċifiku msemmija fl-Artikolu 28.

3.  L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika jekk id-dejta rreġistrata fil-fajl ta' applikazzjoni tikkorrispondix mad-dejta preżenti fis-sistema ċentrali tal-ETIAS jew f'waħda mis-sistemi/bażijiet ta' dejta tal-informazzjoni kkonsultati, il-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 29 jew l-indikaturi ta' riskju speċifiku msemmija fl-Artikolu 28.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 2(1)(c), l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar kif definita fl-Artikolu 3(d) għandha tinftiehem bħala deċiżjoni maħruġa skont dan ir-Regolament li tindika li ma hemm l-ebda indikazzjonijiet fattwali jew bażijiet raġonevoli biex wieħed jikkonkludi li l-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri toħloq riskju għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika skont id-Direttiva 2004/38/KE.

1.  Għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 2(1)(c), l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar kif definita fl-Artikolu 3(d) għandha tinftiehem bħala deċiżjoni maħruġa skont dan ir-Regolament li tindika li ma hemm l-ebda raġuni raġonevoli bbażata fuq indikazzjonijiet fattwali biex wieħed jikkonkludi li l-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri toħloq theddida għas-sigurtà jew riskju kbir ta' epidemija skont id-Direttiva 2004/38/KE.

Ġustifikazzjoni

"Bażijiet raġonevoli" li ma jistriħux fuq indikazzjonijiet fattwali huma biss suppożizzjonijiet.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[Waqt l-ipproċessar ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għal ċittadin ta' pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c), is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ma għandhiex tivverifika jekk:

Waqt l-ipproċessar ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għal ċittadin ta' pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c), is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ma għandhiex tivverifika jekk:

(a)  l-applikant ikunx attwalment irrappurtat bħala persuna b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta, jekk ġiex irrappurtat bħala persuna b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta fil-passat permezz ta' konsultazzjoni tal-EES kif imsemmi fl-Artikolu 18(2)(g);

(a)  l-applikant ikunx attwalment irrappurtat bħala persuna b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta, jekk ġiex irrappurtat bħala persuna b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta fil-passat permezz ta' konsultazzjoni tal-EES kif imsemmi fl-Artikolu 18(2)(g);

(b)  l-applikant jikkorrispondix għal persuna li d-dejta tagħha hija rreġistrata fil-Eurodac kif imsemmi fl-Artikolu 18(2)(j).]

(b)  l-applikant jikkorrispondix għal persuna li d-dejta tagħha hija rreġistrata fil-Eurodac kif imsemmi fl-Artikolu 18(2)(j).

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  appell kif imsemmi fl-Artikolu 32 għandu jsir skont id-Direttiva 2004/38/KE;

(b)  proċedura ta' rimedju kif imsemmi fl-Artikolu 32 għandha ssir skont id-Direttiva 2004/38/KE;

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 5 – punt c – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ii)  [sena mill-aħħar entrata rreġistrata tal-applikant maħżuna fl-EES, jekk dak il-perijodu ta' sena jintemm f'data li tiġi wara l-perijodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar; jew]

imħassar

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 5 – punt c – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

iii)  ħames snin mill-aħħar deċiżjoni li tiċħad, tirrevoka jew tannulla l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar f'konformità mal-Artikoli 31, 34 u 35.

iii)  ħames snin mill-aħħar deċiżjoni li tiċħad, tirrevoka jew tannulla l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar f'konformità mal-Artikoli 31, 34 u 35 jew għal perjodu ta' żmien iqsar minn ħames snin jekk it-twissija li twassal għad-deċiżjoni titħassar qabel.

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 5 – punt c – subpunt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-finijiet tal-iffaċilitar ta' applikazzjoni ġdida wara l-iskadenza tal-perjodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS, il-fajl tal-applikazzjoni jista' jinħażen fis-Sistema Ċentrali għal perjodu addizzjonali ta' mhux aktar minn sena wara tmiem il-perjodu ta' validità għall-awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar biss meta, wara talba għal kunsens espliċitu u b'mod liberu, l-applikant jagħti l-kunsens liberu u espliċitu tiegħu permezz ta' dikjarazzjoni ffirmata elettronikament. Talba għal kunsens għandha tiġi ppreżentata b'mod li jintgħaraf b'mod ċar minn kwistjonijiet oħra, f'forma intelliġibbli u faċilment aċċessibbli, bl-użu ta' lingwaġġ ċar u sempliċi, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

 

Il-kunsens għandu jingħata b'segwitu għall-informazzjoni awtomatika prevista fl-Artikolu 13(2c). L-informazzjoni awtomatika għandha tfakkar lill-applikant dwar l-iskop taż-żamma tad-dejta abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 61(ea).

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istat Membru responsabbli għall-ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet skont dan l-Artikolu ("l-Istat Membru responsabbli") għandu jkun l-Istat Membru tal-ewwel dħul kif iddikjarat mill-applikant skont l-Artikolu 15(2)(j).

1.  L-Istat Membru responsabbli għall-ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet skont dan l-Artikolu ("l-Istat Membru responsabbli") għandu jkun:

 

(a)  f'każ ta' hit minn kwalunkwe waħda mis-sistemi vverifikati, l-Istat Membru li jkun daħħal l-aktar twissija reċenti li rriżultat f'hit;

 

(b)  f'każ ta' hit mil-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS, l-Istat Membru li jkun ipprovda d-dejta għal-lista ta' sorveljanza;

 

(c)  fil-każijiet l-oħra kollha, l-Istat Membru tal-ewwel dħul kif iddikjarat mill-applikant skont l-Artikolu 15(2)(j).

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istat Membru responsabbli għandu jkun indikat mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Stat Membru kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 24 jista' jitlob lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS ikun l-Istat Membru responsabbli għal raġunijiet ta' sigurtà nazzjonali.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jekk il-hit tikkorrispondi għal waħda jew bosta mill-kategoriji stipulati fl-Artikolu 18(2) minn (a) sa (c), tiċħad awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

(a)  jekk il-hit tikkorrispondi għall-Artikolu 18(2)(c), tiċħad awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk il-hit tikkorrispondi għal waħda jew bosta mill-kategoriji stipulati fl-Artikolu 18(2) minn (d) sa (m), tivvaluta r-riskju għas-sigurtà jew ta' migrazzjoni irregolari u tiddeċiedi toħroġx jew tiċħadx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

(b)  jekk il-hit tikkorrispondi għal waħda jew bosta mill-kategoriji stipulati fl-Artikolu 18(2)(a), (b) jew minn (d) sa (m), tivvaluta t-theddida għas-sigurtà jew ir-riskju ta' migrazzjoni irregolari u tiddeċiedi toħroġx jew tiċħadx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Jekk il-hit tikkorrispondi għal twissija msemmija fl-Artikolu 18(2)(d), l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS għandha toħroġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar pro forma li tkun immarkata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS b'sinjalazzjoni li tindika lill-awtoritajiet fil-fruntieri biex jipproċedu bl-arrest taċ-ċttadin ta' pajjiż terz.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Jekk l-ipproċessar awtomatizzat stipulat fl-Artikolu 18(3) ikun irrapporta li l-applikant ikun wieġeb fl-affermattiv għal waħda mill-mistoqsijiet imsemmija fl-Artikolu 15(4), l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tivvaluta r-riskju ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika u tiddeċiedi toħroġx jew tiċħadx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

5.  Jekk l-ipproċessar awtomatizzat stipulat fl-Artikolu 18(3) ikun irrapporta li l-applikant ikun wieġeb fl-affermattiv għal waħda mill-mistoqsijiet imsemmija fl-Artikolu 15(4), l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tivvaluta r-riskju ta' migrazzjoni irregolari jew it-theddida għas-sigurtà u tiddeċiedi toħroġx jew tiċħadx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Jekk l-ipproċessar awtomatizzat stipulat fl-Artikolu 18(4) ikun irrapporta hit, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tivvaluta r-riskju għas-sigurtà u tiddeċiedi toħroġx jew tiċħadx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

6.  Jekk l-ipproċessar awtomatizzat stipulat fl-Artikolu 18(4) ikun irrapporta hit, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tivvaluta t-theddida għas-sigurtà u tiddeċiedi toħroġx jew tiċħadx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Jekk l-ipproċessar awtomatizzat stipulat fl-Artikolu 18(5) ikun irrapporta hit, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tivvaluta r-riskju ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika u tiddeċiedi toħroġx jew tiċħadx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

7.  Jekk l-ipproċessar awtomatizzat stipulat fl-Artikolu 18(5) ikun irrapporta hit, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tivvaluta r-riskju ta' migrazzjoni irregolari, it-theddida għas-sigurtà jew ir-riskju kbir ta' epidemija u tiddeċiedi toħroġx jew tiċħadx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli ma tista' fl-ebda ċirkustanza tieħu deċiżjoni fuq il-bażi biss ta' hit ibbażata fuq l-indikaturi ta' riskji speċifiċi. F'kull każ, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha twettaq valutazzjoni individwali tar-riskji ta' migrazzjoni, it-theddida għas-sigurtà u r-riskji kbar ta' epidemija.

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jekk l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fil-formola ta' applikazzjoni ma tippermettix lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli jiddeċiedi joħroġx jew jiċħadx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS għandha titlob lill-applikant għal informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali.

1.  Jekk l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fil-formola ta' applikazzjoni ma tippermettix lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli jiddeċiedi joħroġx jew jiċħadx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS għandha titlob informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali mingħand l-applikant.

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-talba għal informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali għandha tiġi nnotifikata lill-indirizz tal-posta elettronika ta' kuntatt irreġistrat fil-fajl tal-applikazzjoni. It-talba għal informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali għandha tindika b'mod ċar l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni li l-applikant ikun mitlub jipprovdi. L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni addizzjonali lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS permezz tas-servizz ta' kont sikur imsemmi fl-Artikolu 6(2)(g) fi żmien 7 ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla tat-talba.

2.  It-talba għal informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali għandha tiġi nnotifikata lill-indirizz tal-posta elettronika ta' kuntatt irreġistrat fil-fajl tal-applikazzjoni. It-talba għal informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali għandha tindika b'mod ċar l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni li l-applikant ikun mitlub jipprovdi. L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni addizzjonali lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS permezz tas-servizz ta' kont sikur imsemmi fl-Artikolu 6(2)(g) fi żmien 14-il jum tax-xogħol mid-data tal-wasla tat-talba. Tista' tintalab biss l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-ETIAS.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  F'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tista' tistieden lill-applikant għal intervista f'konsulat fil-pajjiż ta' residenza tiegħu.

4.  F'ċirkostanzi eċċezzjonali, u wara l-ipproċessar tad-dokumentazzjoni u l-informazzjoni addizzjonali skont il-paragrafu 3, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tista' tistieden lill-applikant għal intervista fi kwalunkwe konsulat ta' Stat Membru tal-UE li jinsab fil-pajjiż ta' residenza tiegħu jew tuża mezzi ta' komunikazzjoni moderni biex tagħmel intervista mal-applikant. Jekk issir intervista, għandha tapplika l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 27(2a).

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-istedina għandha tiġi nnotifikata lill-applikant mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Membru u għandha tiġi nnotifikata lill-indirizz tal-posta elettronika ta' kuntatt irreġistrat fil-fajl tal-applikazzjoni.

5.  L-istedina għandha tiġi nnotifikata lill-applikant tal-anqas 5 ijiem tax-xogħol qabel l-intervista skedata mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli u għandha tiġi nnotifikata lill-indirizz tal-posta elettronika ta' kuntatt irreġistrat fil-fajl tal-applikazzjoni. L-applikant għandu jkollu l-għażla li jindika preferenza biex jiġi intervistat f'konsulat speċifiku jew biex jintużaw mezzi ta' komunikazzjoni moderni. Kemm jista' jkun, l-intervista għandha ssir fil-konsulat indikat mill-applikant jew, jekk meħtieġ, permezz ta' mezzi ta' komunikazzjoni moderni.

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Jekk l-applikant jonqos milli jwieġeb l-istedina fiż-żmien stipulat jew jekk l-applikant jonqos milli jattendi l-intervista, l-applikazzjoni tiġi miċħuda skont l-Artikolu 31(1) u l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandu jinforma lill-applikant mingħajr dewmien.

5.  Jekk l-applikant jonqos milli jwieġeb l-istedina fiż-żmien stipulat jew jekk l-applikant jonqos milli jattendi l-intervista mingħajr ma jipprovdi ġustifikazzjoni sostanzjata, l-applikazzjoni tiġi miċħuda skont l-Artikolu 31(1) u l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tinforma lill-applikant mingħajr dewmien.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-fini tat-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(4)(b) l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet tal-Istat(i) Membru/i responsabbli għad-dejta li tkun skattat hit skont l-Artikolu 18(2)(d),(e),(g),(h),(i) jew (k).

1.  Għall-fini tat-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(4)(b) l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet tal-Istat(i) Membru/i responsabbli għad-dejta li tkun skattat hit skont l-Artikolu 18(2)(a),(d),(e),(g),(h),(i) jew (k).

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Meta l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tkun qed tikkunsidra toħroġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata li tkopri diversi Stati Membri, l-Istat Membru responsabbli għandu jikkonsulta lil dawk l-Istati Membri.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk l-Istat Membru responsabbli jikkonsulta ma' Stat Membru jew bosta Stati Membri waqt l-ipproċessar manwali ta' applikazzjoni, l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS ta' dawk l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għad-dejta rilevanti tal-fajl ta' applikazzjoni kif ukoll għall-hits miksuba mis-sistema awtomatizzata skont l-Artikolu 18(2), (4) u (5) li huma neċessarji għall-fini tal-konsultazzjoni. L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istati Membri kkonsultati għandu jkollhom aċċess ukoll għall-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni addizzjonali rilevanti pprovduta mill-applikant wara talba mingħand l-Istat Membru responsabbli fir-rigward tal-kwistjoni li jkunu qed jiġu kkonsultati dwarha.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istati Membri kkonsultati għandha twieġeb fi żmien 24 siegħa mid-data tan-notifika tal-konsultazzjoni. In-nuqqas ta' tweġiba mingħand Stati Membri fiż-żmien stipulat, għandu jitqies bħala opinjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni.

5.  L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istati Membri kkonsultati għandha twieġeb fi żmien 48 siegħa mid-data tan-notifika tal-konsultazzjoni. In-nuqqas ta' tweġiba mingħand Stati Membri fiż-żmien stipulat, għandu jitqies bħala opinjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni.

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Jekk Stat Membru jew bosta Stati Membri kkonsultati jagħtu opinjoni negattiva dwar l-applikazzjoni, l-Istat Membru responsabbli għandu jiċħad l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-Artikolu 31.

8.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38, jekk Stat Membru jew bosta Stati Membri kkonsultati jagħtu opinjoni negattiva dwar l-applikazzjoni, l-Istat Membru responsabbli għandu jiċħad l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-Artikolu 31.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 38 jistipula li f'każ bħal dan tkun tista' tinħareġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata.

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 8a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.  Meta jkun meħtieġ, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tiffaċilita l-konsultazzjonijiet bejn l-Istati Membri msemmija f'dan l-Artikolu.

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-fini tat-twettiq tal-valutazzjoni tar-riskji għas-sigurtà wara hit skont l-Artikolu 18(2)(j) u (4), l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tikkonsulta lill-Europol f'każijiet li jaqgħu fil-mandat tal-Europol. Il-konsultazzjoni għandha ssir permezz tal-kanali ta' komunikazzjoni eżistenti bejn l-Istat Membru u l-Europol kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/794.

1.  Għall-fini tat-twettiq tal-valutazzjoni tat-theddida għas-sigurtà wara hit skont l-Artikolu 18(2)(j) u (4), l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tikkonsulta lill-Europol f'każijiet li jaqgħu fil-mandat tal-Europol. Il-konsultazzjoni għandha ssir permezz tal-kanali ta' komunikazzjoni eżistenti bejn l-Istat Membru u l-Europol kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/794 u f'konformità ma' dak ir-Regolament.

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk l-Istat Membru responsabbli jikkonsulta lill-Europol, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS ta' dak l-Istat Membru għandu jittrażmetti lill-Europol id-dejta rilevanti tal-fajl ta' applikazzjoni kif ukoll il-hit(s) li jkunu neċessarji għall-fini tal-konsultazzjoni. L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tista' tittrażmetti lill-Europol l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni addizzjonali rilevanti pprovduta mill-applikant fir-rigward tat-talba għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li l-Europol tkun ikkonsultata dwarha.

2.  Jekk l-Istat Membru responsabbli jikkonsulta lill-Europol, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS ta' dak l-Istat Membru għandha tittrażmetti lill-Europol id-dejta rilevanti tal-fajl ta' applikazzjoni kif ukoll il-hit(s) li jkunu neċessarji għall-fini tal-konsultazzjoni. L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS għandha wkoll tittrażmetti lill-Europol l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni addizzjonali rilevanti pprovduta mill-applikant fir-rigward tat-talba għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li l-Europol tkun ikkonsultata dwarha.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  F'kull każ, l-Europol ma għandux ikollha aċċess għad-dejta personali li tikkonċerna l-edukazzjoni tal-applikant kif imsemmi fl-Artikolu 15(2)(h) u s-saħħa tal-applikant kif imsemmi fl-Artikolu 15(4)(a).

imħassar

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Europol għandha twieġeb fi żmien 24 siegħa mid-data tan-notifika tal-konsultazzjoni. In-nuqqas ta' tweġiba mingħand l-Europol fiż-żmien stipulat, għandu jitqies bħala opinjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni.

5.  L-Europol għandha twieġeb fi żmien 48 siegħa mid-data tan-notifika tal-konsultazzjoni. In-nuqqas ta' tweġiba mingħand l-Europol fiż-żmien stipulat, għandu jitqies bħala opinjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni.

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Meta jkun meħtieġ, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tiffaċilita l-konsultazzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu bejn l-Istat Membru responsabbli u l-Europol.

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Meta applikazzjoni tal-ETIAS tkun tqieset ammissibbli iżda s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ma tkunx ħarġet l-awtorizzazzjoni b'mod awtomatiku, l-applikant għandu jirċievi minnufih notifika permezz tas-servizz tal-posta elettronika li tinkludi:

 

(a)  ċertifika tal-wasla korretta tal-applikazzjoni;

 

(b)  il-perjodu ta' żmien massimu għall-ipproċessar tal-applikazzjoni;

 

(c)  spjegazzjoni li, matul l-ipproċessar tal-applikazzjoni, l-applikant jista' jintalab informazzjoni jew dokumenti supplimentari jew, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jattendi għal intervista f'konsulat jew permezz ta' mezzi ta' komunikazzjoni moderni;

 

(d)  in-numru tal-applikazzjoni, li jippermetti lill-applikant juża l-għodda ta' verifika msemmija fl-Artikolu 26a.

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk intalbitx informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali.

(b)  jekk intalbitx informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali li tindika ż-żmien massimu għall-ipproċessar imsemmi fl-Artikolu 27(2).

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 26a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 26a

 

Għodda ta' verifika

 

Il-Kummissjoni għandha toħloq għodda ta' verifika biex l-applikanti jkunu jistgħu jsegwu l-progress tal-applikazzjonijiet tagħhom u jiċċekkjaw il-perjodu ta' validità u l-istatus tal-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar tagħhom (validi, miċħuda, annullati jew revokati).

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 78 sabiex tiddefinixxi ulterjorment l-għodda ta' verifika.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  F'każ eċċezzjonali fejn applikant jiġi mistieden f'konsulat skont l-Artikolu 23(4), il-perjodu fil-paragrafu 1 għandu jiġi estiż b'sebat ijiem tax-xogħol.

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Qabel l-iskadenza taż-żmien imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandha tittieħed deċiżjoni li:

3.  Qabel l-iskadenza taż-żmien imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 2a għandha tittieħed deċiżjoni li:

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-regoli tal-iskrinjar tal-ETIAS għandhom ikunu algoritmu li jippermetti t-tqabbil bejn id-dejta rreġistrata f'fajl ta' applikazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u l-indikaturi ta' riskju speċifiku li jindikaw riskji ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika. Ir-regoli tal-iskrinjar tal-ETIAS għandhom ikunu rreġistrati fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.

1.  Ir-regoli tal-iskrinjar tal-ETIAS għandhom ikunu algoritmu li jippermetti t-tfassil tal-profil kif definit fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2016/679 permezz tat-tqabbil bejn id-dejta rreġistrata f'fajl ta' applikazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u l-indikaturi ta' riskju speċifiku li jindikaw riskju ta' migrazzjoni irregolari, theddida għas-sigurtà jew riskji kbar ta' epidemija. Ir-regoli tal-iskrinjar tal-ETIAS għandhom ikunu rreġistrati fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-riskji ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta':

2.  Ir-riskju ta' migrazzjoni irregolari, it-theddida għas-sigurtà jew ir-riskji kbar ta' epidemija għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta':

Emenda    170

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  statistika ġġenerata mill-ETIAS skont l-Artikolu 73 li jindika rati anormali ta' ċaħdiet ta' awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar minħabba riskju ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika għal grupp speċifiku ta' vjaġġaturi;

(b)  statistika ġġenerata mill-ETIAS skont l-Artikolu 73 li jindika rati anormali ta' ċaħdiet ta' awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar minħabba riskju ta' migrazzjoni irregolari, theddida għas-sigurtà jew riskju kbir ta' epidemija assoċjati ma' grupp speċifiku ta' vjaġġaturi;

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri li tikkonċerna indikaturi jew theddid ta' riskju għas-sigurtà identifikati minn dak l-Istat Membru;

(d)  informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri li tikkonċerna indikaturi ta' riskju jew theddid għas-sigurtà identifikati minn dak l-Istat Membru, sostanzjata minn elementi oġġettivi u bbażati fuq l-evidenza;

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw u jissostanzjaw l-informazzjoni li jipprovdu dwar l-indikaturi ta' riskju jew it-theddid għas-sigurtà identifikati, sabiex jiġi evitat l-ipproċessar diskriminatorju tal-applikazzjonijiet.

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  informazzjoni pprovduta minn Stati Membri li tikkonċerna rati anormali ta' persuni b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta u ċaħdiet tad-dħul għal grupp speċifiku ta' vjaġġaturi lejn dak l-Istat Membru;

(e)  informazzjoni pprovduta minn Stati Membri li tikkonċerna rati anormali ta' persuni b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta u ċaħdiet tad-dħul għal grupp speċifiku ta' vjaġġaturi lejn dak l-Istat Membru, sostanzjata minn elementi oġġettivi u bbażati fuq l-evidenza;

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw u jissostanzjaw l-informazzjoni li jipprovdu dwar permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta u ċaħdiet tad-dħul, sabiex jiġi evitat l-ipproċessar diskriminatorju tal-applikazzjonijiet.

Emenda    173

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 78 biex tispeċifika ulterjorment ir-riskji ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika msemmija fil-paragrafu 2.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 78 biex tispeċifika ulterjorment ir-riskju ta' migrazzjoni irregolari, it-theddida għas-sigurtà jew ir-riskji kbar ta' epidemija msemmija fil-paragrafu 2.

Emenda    174

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 4 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Abbażi tar-riskji ddeterminati skont il-paragrafu 2, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tistabbilixxi indikaturi ta' riskju speċifiku li jikkonsistu f'kumbinazzjoni ta' dejta li tinkludi wieħed jew bosta mill-fatturi li ġejjin:

4.  Abbażi tar-riskji ddeterminati skont il-paragrafu 2 u l-atti delegati adottati skont il-paragrafu 3, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tistabbilixxi indikaturi ta' riskju speċifiku li jikkonsistu f'taħlita ta' dejta li tinkludi wieħed jew bosta mill-fatturi li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Huwa meħtieġ li ssir referenza għall-paragrafu 3 wkoll peress li l-att delegat se jispeċifika ulterjorment ir-riskji kkonċernati u l-indikaturi tar-riskju għandhom ikunu bbażati fuq dawn ir-riskji.

Emenda    175

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-livell ta' edukazzjoni;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Bi qbil mat-tħassir tal-Artikolu 15(2)(h).

Emenda    176

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-impjieg attwali.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Bi qbil mat-tħassir tal-Artikolu 15(2)(i).

Emenda    177

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS għandha tikkonsisti f'dejta relatata mal-persuni li jkunu suspettati li kkommettew jew ħadu sehem f'reat kriminali jew persuni li dwarhom hemm indikazzjonijiet fattwali jew bażijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li se jwettqu reati kriminali.

1.  Il-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS, bħala parti mis-Sistema Ċentrali, għandha tikkonsisti f'dejta relatata mal-persuni li jkunu suspettati minn Stat Membru wieħed jew aktar li kkommettew jew ħadu sehem f'reat kriminali serju jew reat terroristiku jew persuni li dwarhom hemm indikazzjonijiet fattwali jew bażijiet raġonevoli, abbażi ta' valutazzjoni globali ta' persuna, b'mod partikolari abbażi ta' reati mwettqa fl-imgħoddi, biex wieħed jemmen li se jwettqu reati terroristiċi.

Emenda    178

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ta' informazzjoni relatata ma' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn ipprovduti mill-Istati Membri;

(b)  ta' informazzjoni relatata ma' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn;

Emenda    179

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  ta' informazzjoni relatata ma' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn miksuba permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali.

imħassar

Emenda    180

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u tad-dejta tal-Europol rilevanti, l-Europol għandha tistabbilixxi lista ta' sorveljanza tal-ETIAS li tkun magħmula minn dettalji li jikkonsistu f'element jew iktar tad-dejta li ġejja:

3.  Fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u tad-dejta tal-Europol rilevanti, l-Europol għandha tamministra l-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS, li tkun magħmula minn dettalji li jikkonsistu f'waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:

(a)  kunjom, l-ewwel isem/ismijiet, il-kunjom mat-twelid; id-data tat-twelid, il-post tat-twelid, il-pajjiż tat-twelid, is-sess, in-nazzjonalità;

(a)  il-kunjom;

 

(aa)  il-kunjom mat-twelid;

 

(ab)  id-data tat-twelid;

(b)  ismijiet oħra (psewdonimu/i, isem/ismijiet artistiku/ċi, isem/ismijiet użwali);

(b)  ismijiet oħra (psewdonimu/i, isem/ismijiet artistiku/ċi, isem/ismijiet użwali);

(c)  dokument tal-ivvjaġġar (it-tip, in-numru u l-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar);

(c)  dokument tal-ivvjaġġar (it-tip, in-numru u l-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar);

(d)  l-indirizz tad-dar;

(d)  l-indirizz tad-dar;

(e)  l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefown;

(e)  l-indirizz tal-posta elettronika;

 

(ea)  in-numru tat-telefown;

(f)  l-isem, l-indirizz tal-posta elettronika, l-indirizz postali, in-numru tat-telefown ta' kumpanija jew organizzazzjoni;

(f)  l-isem, l-indirizz tal-posta elettronika, l-indirizz postali, in-numru tat-telefown ta' kumpanija jew organizzazzjoni;

(g)  l-indirizz IP.

(g)  l-indirizz IP.

 

Jekk ikunu disponibbli, għandhom jiżdiedu l-ewwel isem/ismijiet, il-post tat-twelid, il-pajjiż tat-twelid, is-sess u n-nazzjonalità.

Ġustifikazzjoni

Allinjament tal-lingwaġġ mal-Artikolu 28(4). Peress li l-idea hi l-idea hi li tiġi pprovduta aktar flessibbiltà fil-każ tal-lista ta' sorveljanza, għadd ta' elementi tad-dejta li huma ppreżentati flimkien mill-Kummissjoni qed jinqasmu f'ittri differenti. L-ewwel isem, il-post tat-twelid, il-pajjiż tat-twelid, is-sess u n-nazzjonalità waħedhom m'għandhomx ikunu biżżejjed biex jiddaħħlu fil-lista ta' sorveljanza. Madankollu, dawn għandhom jiżidedu jekk ikunu disponibbli.

Emenda    181

Proposta għal regolament

Artikolu 29a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 29a

 

Responsabbiltajiet u kompiti fir-rigward tal-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS

 

1.  Qabel ma jintroduċi dejta fil-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS, l-Europol għandha twettaq valutazzjoni bir-reqqa tar-raġunijiet għall-introduzzjoni u tivverifika li dan ikun meħtieġ u proporzjonat.

 

2.  Meta d-dejta tiddaħħal abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jkun iddetermina jekk l-informazzjoni hijiex adegwata, preċiża u importanti biżżejjed biex tiddaħħal fil-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS.

 

3.  L-Istati Membri u l-Europol għandhom ikunu responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta fil-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS u għall-aġġornament tagħha.

 

4.  L-Europol għandha tipprevedi proċedura għar-rieżami u l-verifika regolari tal-preċiżjoni u l-attwalità tal-elementi tad-dejta preżenti fil-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS. L-Istati Membri li jkunu pprovdew informazzjoni relatata ma' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra għandhom ikunu assoċjati mal-proċedura ta' rieżami.

 

5.  Wara rieżami, id-dejta kkonċernata għandha tiġi rtirata mil-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS jekk jiġi ppruvat li r-raġunijiet li għalihom iddaħħlet ma jkunux għadhom jgħoddu jew li l-elementi tad-dejta jkunu skaduti jew mhux aġġornati.

 

6.  L-Aġenzija għall-ġestjoni operazzjonali ta' sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja ("eu-LISA") għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni teknika tal-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS, peress li hija responsabbli għall-iżvilupp u l-ġestjoni teknika tas-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS.

 

7.  Sena wara li l-ETIAS tibda topera, u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jwettaq awditu tal-protezzjoni tad-dejta tal-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS u jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda    182

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jekk l-eżami ta' applikazzjoni skont il-proċeduri stipulati fil-Kapitoli III, IV u V jindika li ma hemm l-ebda indikazzjoni fattwali jew bażijiet raġonevoli biex jiġi konkluż li l-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri toħloq riskju ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika, għandha tinħareġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jew mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli.

1.  Jekk l-eżami ta' applikazzjoni skont il-proċeduri stipulati fil-Kapitoli III, IV u V jindika li ma hemm l-ebda bażi raġonevoli bbażata fuq indikazzjonijiet fattwali biex jiġi konkluż li l-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri toħloq riskju ta' migrazzjoni irregolari, theddida għas-sigurtà jew riskju kbir ta' epidemija, għandha tinħareġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jew mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli.

Emenda    183

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandu jkollhom il-possibbiltà, f'każ ta' dubju, li joħorġu awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'sinjalazzjoni li tirrakkomanda lill-gwardji tal-fruntieri jipproċedu għal verifika tat-tieni linja.

Emenda    184

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  L-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandu jkollhom il-possibbiltà li jżidu sinjalazzjoni li tindika lill-awtoritajiet tal-fruntieri u lil awtoritajiet oħra b'aċċess għad-dejta tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS li hit speċifika skattata matul l-ipproċessar tal-applikazzjoni ġiet ivvalutata u li ġie vverifikat li l-hit tikkostitwixxi hit falza jew li l-ipproċessar manwali wera li ma kien hemm l-ebda raġuni għaċ-ċaħda ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

Emenda    185

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandha tibqa' valida għal ħames snin jew sa tmiem il-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar irreġistrat waqt l-applikazzjoni, skont liem minnhom jiġri l-ewwel, u tkun valida għat-territorju tal-Istati Membri.

2.  Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandha tibqa' valida għal tliet snin jew sa tmiem il-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar irreġistrat waqt l-applikazzjoni, skont liem terminu minnhom jiġri l-ewwel, u għandha tkun valida għat-territorju tal-Istati Membri.

Emenda    186

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ma għandhiex tikkonferixxi dritt awtomatiku ta' dħul.

3.  Skont l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/399, il-pussess ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida jikkostitwixxi waħda mill-kundizzjonijiet tad-dħul. Madankollu, dan ma jagħtix dritt awtomatiku ta' dħul.

Emenda    187

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar li jkun irrappurtat bħala mitluf, misruq jew invalidat;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċaħda awtomatika f'każ ta' dokument tal-ivvjaġġar invalidu tmur kontra l-prattika tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tas-servizzi tal-intelligence u kontra l-leġiżlazzjoni Ewropea. Fil-fatt ikun jaqbel li ssir valutazzjoni manwali u individwali għal kull applikazzjoni. Barra minn hekk, f'xi każijiet, ikun jaqbel li l-persuna titħalla tasal sal-fruntiera minħabba raġunijiet ta' infurzar tal-liġi.

Emenda    188

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  joħloq riskju għas-sigurtà;

(c)  joħloq theddida għas-sigurtà;

Emenda    189

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  joħloq riskju għas-saħħa pubblika;

(d)  joħloq riskju kbir ta' epidemija;

Emenda    190

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandha tkun miċħuda jekk ikun hemm dubji raġonevoli dwar l-awtentiċità tad-dejta, l-affidabilità tad-dikjarazzjonijiet li jkunu saru mill-applikant, id-dokumenti ta' prova pprovduti mill-applikant jew il-veraċità tal-kontenuti tagħhom.

Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandha tkun miċħuda jekk ikun hemm dubji raġonevoli, serji u sostanzjati dwar l-awtentiċità tad-dejta, l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet li jkunu saru mill-applikant, id-dokumenti ta' prova pprovduti mill-applikant jew il-veraċità tal-kontenuti tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Proposta tal-Kumitat Meijers biex jiġi żgurat skrutinju effettiv.

Emenda    191

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-applikanti li jkunu ġew miċħuda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandu jkollhom id-dritt għall-appell. L-appelli għandhom jinstemgħu fl-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni u skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tipprovdi lill-applikanti b'informazzjoni li tirrigwarda l-proċedura li trid tiġi segwita fil-każ ta' appell.

2.  L-applikanti li jkunu ġew miċħuda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandu jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv. Il-proċeduri ta' rimedju għandhom jinstemgħu fl-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni u skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru, li għandhom jinkludu l-possibbiltà ta' rimedju ġudizzjarju. L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tipprovdi lill-applikanti b'informazzjoni li tirrigwarda l-proċedura li trid tiġi segwita b'lingwa li wieħed jassumi b'mod raġonevoli li l-applikanti jistgħu jifhmu.

Ġustifikazzjoni

Wara l-opinjoni FRA u WP29, anke f'konformità mas-sentenza tal-QtĠ-UE fi Schrems, C-362/14, para. 95.

Emenda    192

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Ċaħda preċedenti ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar m'għandhiex twassal għal ċaħda awtomatika ta' applikazzjoni ġdida. Applikazzjoni ġdida għandha tkun ivvalutata abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Dispożizzjoni meħuda mill-Artikolu 21(9) tal-Kodiċi dwar il-Viżi.

Emenda    193

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  indikazzjoni ċara li, mad-dħul, l-applikant ikollu jippreżenta l-istess dokument tal-ivvjaġġar li jkun indika fil-formola tal-applikazzjoni u li kull bidla fid-dokument tal-ivvjaġġar tkun tesiġi applikazzjoni ġdida għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;

Emenda    194

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  tfakkira dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399 u l-ħtieġa li persuna jkollha d-dokumenti ġustifikattivi rilevanti ma' kull daħla;

Emenda    195

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc)  meta applikabbli, it-territorju jew it-territorji tal-Istati Membri li fihom l-applikant ikun awtorizzat jivvjaġġa;

Emenda    196

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  ħolqa għas-sit web pubbliku tal-ETIAS li fih informazzjoni dwar il-possibbiltà għall-applikant li jirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

(d)  link għas-sit web pubbliku tal-ETIAS li jkun fih informazzjoni dwar il-possibbiltà li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tista' tiġi revokata jew annullata u l-kundizzjonijiet għal tali revoka jew annullament.

Emenda    197

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-bażi(jiet) għaċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, kif stipulat fl-Artikolu 31(1);

(c)  il-bażi(jiet) għaċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, filwaqt li l-applikant jingħata l-possibbiltà li japplika għal rimedju, kif stipulat fl-Artikolu 31(1);

Emenda    198

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  informazzjoni dwar il-proċedura li trid tiġi segwita biex isir appell.

(d)  informazzjoni dwar il-proċedura li trid tiġi segwita biex titressaq applikazzjoni għal rimedju effettiv. Din l-informazzjoni għandha tal-inqas tinkludi r-referenzi għad-dritt nazzjonali applikabbli għar-rimedju, l-awtorità kompetenti u l-mod li bih tista' titressaq applikazzjoni għal rimedju, informazzjoni dwar kwalunkwe għajnuna li tista' tingħata mill-awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta, kif ukoll il-limitu ta' żmien biex titressaq applikazzjoni għal rimedju.

Emenda    199

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 78 sabiex tistabbilixxi formola standard għaċ-ċaħda ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

Emenda    200

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-post u d-data tad-deċiżjoni ta' ħruġ jew ċaħda ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;

(c)  id-data tad-deċiżjoni ta' ħruġ jew ċaħda ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;

Emenda    201

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  id-dati tal-bidu u tal-iskadenza tal-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;

(d)  meta tinħareġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, id-dati tal-bidu u tal-iskadenza tal-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;

Emenda    202

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-bażi(jiet) għaċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar kif stipulat fl-Artikolu 31(1).

(e)  meta tiġi miċħuda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, il-bażi(jiet) għaċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, kif stipulat fl-Artikolu 31(1).

Emenda    203

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  kwalunkwe sinjalazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 22(4a), 30(1a) u 30(1b) flimkien ma' informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-verifiki tat-tieni linja relatati magħha.

Emenda    204

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 78 sabiex tiddefinixxi t-tip ta' informazzjoni addizzjonali li tista' tiżdied u l-formati tagħha.

Emenda    205

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Persuna li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tagħha tkun ġiet annullata għandu jkollha d-dritt li tappella. L-appelli għandhom jinstemgħu fl-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar l-annullament skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru.

3.  Persuna li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tagħha tkun ġiet annullata għandu jkollha d-dritt għal rimedju effettiv. Il-proċeduri ta' rimedju għandhom jinstemgħu fl-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar l-annullament skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tipprovdi lill-applikanti b'informazzjoni li tirrigwarda l-proċedura li trid tiġi segwita b'lingwa li l-applikanti jkun preżunt raġonevolment li jistgħu jifhmu.

Emenda    206

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Bla preġudizzju għall-paragrafu 2, jekk jiġi rrappurtat allert ġdida fis-SIS dwar ċaħda ta' dħul jew dokument tal-ivvjaġġar mitluf, misruq jew invalidat, is-SIS għandha tinforma lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika jekk dan l-allert il-ġdid jikkorrispondix ma' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. Jekk dan ikun il-każ, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tittrasferixxi l-fajl tal-applikazzjoni lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li jkun ħoloq l-allert li għandu jirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

3.  Bla preġudizzju għall-paragrafu 2, jekk jiġi rrappurtat allert ġdida fis-SIS dwar ċaħda ta' dħul jew dokument tal-ivvjaġġar mitluf, misruq jew invalidat, is-SIS għandha tinforma lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika jekk dan l-allert il-ġdid jikkorrispondix ma' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. Jekk dan ikun il-każ, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tittrasferixxi l-fajl tal-applikazzjoni lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li jkun ħoloq l-allert. Jekk tkun ġiet rappurtata twissija ta' ċaħda ta' dħul, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS għandha tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Jekk awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkun marbuta ma' dokument tal-ivvjaġġar rappurtat bħala mitluf, misruq jew invalidat fis-SIS, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS għandha terġa' teżamina manwalment il-fajl tal-applikazzjoni.

Emenda    207

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Elementi ġodda introdotti mill-Europol fil-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS għandhom jitqabblu mad-dejta tal-fajls ta' applikazzjoni fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. Jekk it-tqabbil jirriżulta f'hit, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru tal-ewwel dħul kif iddikjarat mill-applikant skont l-Artikolu 15(2)(j) għandha tivvaluta r-riskju għas-sigurtà u, jekk tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għall-għoti ma għadhomx issodisfati, hija għandha tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

4.  Elementi ġodda introdotti mill-Europol fil-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS għandhom jitqabblu mad-dejta tal-fajls ta' applikazzjoni fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. Jekk it-tqabbil jirriżulta f'hit, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli skont l-Artikolu 22 għandha tivvaluta t-theddida għas-sigurtà u, jekk tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għall-għoti ma għadhomx issodisfati, hija għandha tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

Emenda    208

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Applikant li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tiegħu tkun ġiet irrevokata għandu jkollu d-dritt li jappella. L-appelli għandhom jinstemgħu fl-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar ir-revoka u skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru.

5.  Applikant li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tiegħu tkun ġiet irrevokata għandu jkollu d-dritt għal rimedju effettiv. Il-proċeduri ta' rimedju għandhom jinstemgħu fl-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar ir-revoka u skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tipprovdi lill-applikanti b'informazzjoni li tirrigwarda l-proċedura li trid tiġi segwita b'lingwa li l-applikanti jkun preżunt raġonevolment li jistgħu jifhmu.

Emenda    209

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-bażi(jiet) għall-annullament jew ir-revoka tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, kif stipulat fl-Artikolu 31(1);

(c)  il-bażi(jiet) għall-annullament jew ir-revoka tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, filwaqt li l-applikant jingħata l-possibbiltà li japplika għal rimedju, kif stipulat fl-Artikolu 31(1);

Emenda    210

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  informazzjoni dwar il-proċedura li trid tiġi segwita biex isir appell.

(d)  informazzjoni dwar il-proċedura li trid tiġi segwita għal rimedju effettiv. Din l-informazzjoni għandha tal-inqas tinkludi r-referenzi għad-dritt nazzjonali applikabbli għar-rimedju, l-awtorità kompetenti u l-mod li bih tista' titressaq applikazzjoni għal rimedju, informazzjoni dwar kwalunkwe għajnuna li tista' tingħata mill-awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta, kif ukoll il-limitu ta' żmien biex titressaq applikazzjoni għal rimedju.

Emenda    211

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jekk tittieħed deċiżjoni ta' annullament jew revoka ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, l-Istat Membru responsabbli għar-revoka jew annullament tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandu jżid id-dejta li ġejja mal-fajl ta' applikazzjoni:

1.  Jekk tittieħed deċiżjoni ta' annullament jew revoka ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, l-Unità Nazzjonali tal-Istat Membru responsabbli għar-revoka jew annullament tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandha żżid id-dejta li ġejja mal-fajl ta' applikazzjoni:

Emenda    212

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata tista' tinħareġ eċċezzjonalment, jekk l-Istat Membru kkonċernat iqis li tkun meħtieġa fuq bażi umanitarja, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali minkejja li l-proċess ta' valutazzjoni manwali skont l-Artikolu 22 ikun għadu ma tlestiex jew li awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkun ġiet miċħuda, annullata jew irrevokata.

1.  Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata għandha tinħareġ eċċezzjonalment, jekk l-Istat Membru responsabbli skont il-paragrafu 3 jqis li tkun meħtieġa fuq bażi umanitarja, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali.

Emenda    213

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Wara ċ-ċaħda ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-Artikolu 31, l-applikant għandu jkollu l-possibbiltà li japplika għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata.

Emenda    214

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.   F'każijiet urġenti, minkejja l-fatt li l-proċess ta' valutazzjoni manwali skont l-Artikolu 22 ma jkunx għadu tlesta jew li awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkun ġiet miċħuda, annullata jew revokata, l-applikant jista' japplika għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata.

Emenda    215

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-applikant jista' japplika għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata għall-Istat Membru li beħsiebu jivvjaġġa lejh. Huwa għandu jindika l-bażi umanitarja, ir-raġunijiet ta' interess nazzjonali jew l-obbligi internazzjonali fl-applikazzjoni tiegħu.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafi 1, 1a u 1b l-applikant jista' japplika għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata għall-Istat Membru li beħsiebu jivvjaġġa lejh. Huwa għandu jindika l-bażi umanitarja, ir-raġunijiet ta' interess nazzjonali jew l-obbligi internazzjonali fl-applikazzjoni tiegħu.

Emenda    216

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata għandha tkun valida għat-territorju tal-Istat Membru li joħroġha u għal massimu ta' 15-il jum.

4.  Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata għandha tkun valida għat-territorju tal-Istat Membru li joħroġha. Eċċezzjonalment tista' tkun valida għat-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed, soġġett għall-kunsens ta' kull Stat Membru. Għandha tkun valida għal massimu ta' 90 jum fi żmien 180 jum.

Emenda    217

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Għandu japplika l-Artikolu 30 (1a) u (1b).

Emenda    218

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Jekk tinħareġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali, id-dejta li ġejja għandha tiddaħħal fil-fajl tal-applikazzjoni:

5.  Jekk tinħareġ jew tiġi miċħuda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata, fil-fajl tal-applikazzjoni għandha tiddaħħal id-dejta li ġejja:

Emenda    219

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-territorju li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jista' jivvjaġġa fih;

(b)  l-Istati Membri li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jista' jivvjaġġa fihom;

Emenda    220

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  il-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata;

Emenda    221

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-awtorità tal-Istat Membru li ħareġ l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali;

(c)  l-Unità Nazzjonali tal-Istat Membru li ħareġ jew ċaħad l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata;

Emenda    222

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 5 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  id-data tad-deċiżjoni ta' ħruġ jew ċaħda tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata;

Emenda    223

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  referenza għall-bażi umanitarja, ir-raġunijiet ta' interess nazzjonali jew l-obbligi internazzjonali.

(d)  meta jkun meħtieġ, referenza għall-bażi umanitarja, ir-raġunijiet ta' interess nazzjonali jew l-obbligi internazzjonali.

Emenda    224

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 5 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  kwalunkwe sinjalazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 30 (1a) u (1b) flimkien ma' informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-verifiki tat-tieni linja relatati magħha.

Emenda    225

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Skont l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, it-trasportaturi għandhom jikkonsultaw is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS sabiex jivverifikaw jekk ċittadini ta' pajjiżi terzi suġġetti għar-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandhomx jew le fil-pussess tagħhom awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida.

1.  It-trasportaturi tal-ajru u tal-baħar għandhom jagħmlu talba lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, mhux aktar tard mill-ħin tal-imbarkazzjoni, sabiex jivverifikaw jekk ċittadini ta' pajjiżi terzi suġġetti għar-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandhomx jew le fil-pussess tagħhom awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida.

Emenda    226

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aċċess bl-internet sikur għall-gateway tat-trasportaturi, inkluża l-possibbiltà li jintużaw soluzzjonijiet tekniċi mobbli, imsemmi fl-Artikolu 6(2)(h) għandu jippermetti lit-trasportaturi jipproċedu bil-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 qabel l-imbarkazzjoni ta' passiġġier. Għal din il-fini, it-trasportatur għandu jitħalla jikkonsulta s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS bl-użu tad-dejta li tinsab fil-parti tad-dokument tal-ivvjaġġar li tista' tinqara minn magna.

Aċċess sikur għall-gateway tat-trasportaturi, inkluża l-possibbiltà li jintużaw soluzzjonijiet tekniċi mobbli, imsemmi fl-Artikolu 6(2)(h) għandu jippermetti lit-trasportaturi jipproċedu bit-talba msemmija fil-paragrafu 1 qabel l-imbarkazzjoni ta' passiġġier. Għal dan il-fini, it-trasportatur għandu jagħmel talba lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS bl-użu tad-dejta li tinsab fil-parti tad-dokument tal-ivvjaġġar li tista' tinqara minn magna.

Emenda    227

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha twieġeb billi tindika jekk dik il-persuna għandhiex awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. It-trasportaturi jistgħu jaħżnu l-informazzjoni mibgħuta u t-tweġiba li jirċievu.

Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha twieġeb billi tindika jekk dik il-persuna għandhiex awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida u, jekk applikabbli, it-territorju jew it-territorji li fihom tkun valida l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata. It-trasportaturi jistgħu jaħżnu l-informazzjoni mibgħuta u t-tweġiba li jirċievu.

Emenda    228

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għandha titwaqqaf skema ta' awtentifikazzjoni, irriżervata esklussivament għat-trasportaturi, biex tippermetti aċċess għall-gateway tat-trasportaturi għall-finijiet tal-paragrafu 2 mill-membri dovutament awtorizzati tal-persunal tat-trasportaturi. L-iskema ta' awtentifikazzjoni għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 79(2).

3.  Għandha titwaqqaf skema ta' awtentifikazzjoni, irriżervata esklussivament għat-trasportaturi, biex tippermetti aċċess għall-gateway tat-trasportaturi għall-finijiet tal-paragrafu 2 mill-membri dovutament awtorizzati tal-persunal tat-trasportaturi. L-iskema ta' awtentifikazzjoni għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 79(2). L-iskema ta' awtentifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà tal-informazzjoni u l-protezzjoni tad-dejta mid-disinn u b'mod awtomatiku.

Emenda    229

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-dettalji tal-proċeduri ta' riżerva għandhom ikunu stipulati f'att ta' implimentazzjoni adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmi fl-Artikolu 79(2).

2.  Id-dettalji tal-proċeduri ta' riżerva għandhom ikunu stipulati f'att ta' implimentazzjoni adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmi fl-Artikolu 79(2). Dawn il-proċeduri għandhom iqisu l-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà tal-informazzjoni u l-protezzjoni tad-dejta mid-disinn u b'mod awtomatiku.

Emenda    230

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha twieġeb billi tindika jekk dik il-persuna għandhiex awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida.

2.  Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha twieġeb billi tindika jekk dik il-persuna għandhiex awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida jew awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata valida għall-Istat Membru li l-persuna tkun tixtieq tidħol fih.

Emenda    231

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Waqt verifika tat-tieni linja, l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu l-kontrolli fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni għandhom ikunu awtorizzati jikkonsultaw l-informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-verifiki tat-tieni linja li tkun iddaħħlet fil-fajl tal-applikazzjoni f'konformità mal-Artikoli 33 u 38.

Emenda    232

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jekk ikun teknikament impossibbli li wieħed jipproċedi bil-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 41(1), minħabba ħsara fis-Sistema ta' informazzjoni tal-ETIAS, l-awtoritajiet tal-Istat Membru kompetenti għat-twettiq tal-kontrolli fil-punti ta' qsim tal-fruntiera għandhom jinnotifikaw lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS.

1.  Jekk ikun teknikament impossibbli li wieħed jipproċedi bil-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 41(1), minħabba ħsara fis-Sistema ta' informazzjoni tal-ETIAS, l-awtoritajiet tal-Istat Membru kompetenti għat-twettiq tal-kontrolli fil-punti ta' qsim tal-fruntiera għandhom jiġu notifikati awtomatikament mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.

Emenda    233

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk ikun teknikament impossibbli li ssir it-tiftixa msemmija fl-Artikolu 41(1) minħabba ħsara fl-infrastruttura tal-fruntiera nazzjonali fi Stat Membru, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandha tinnotifika lil eu-LISA, lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u lill-Kummissjoni.

2.  Jekk ikun teknikament impossibbli li ssir it-tiftixa msemmija fl-Artikolu 41(1) minħabba ħsara fl-infrastruttura tal-fruntiera nazzjonali li taffettwa l-ETIAS, l-eu-LISA, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Kummissjoni għandhom jiġu notifikati awtomatikament.

Emenda    234

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fiż-żewġ xenarji, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jwettqu l-kontrolli fil-punti ta' qsim tal-fruntiera għandhom isegwu l-pjanijiet ta' kontinġenza nazzjonali tagħhom.

3.  Fiż-żewġ każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu l-kontrolli fil-punti ta' qsim tal-fruntiera f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/399 għandhom ikunu temporanjament awtorizzati li jidderogaw mill-obbligu li jikkonsultaw is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS imsemmi fl-Artikolu 41(1), u d-dispożizzjonijiet rigward l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar imsemmija fl-Artikolu 6(1)(b) u l-Artikolu 8(a)(i) u (bb) tar-Regolament (UE) 2016/399 ma għandhomx, temporanjament, japplikaw.

Ġustifikazzjoni

Minflok ma ssir referenza għal pjanijiet nazzjonali ta' kontinġenza huwa aħjar li tiġi pprovduta soluzzjoni armonizzata ta' kif wieħed għandu jipproċedi f'każ ta' ħsara teknika. F'każijiet bħal dawn, il-gwardji tal-fruntiera għandhom jipproċedu bil-kontroll tal-fruntieri mingħajr l-ETIAS.

Emenda    235

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' aċċess ċentrali li għandu jkollu aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. Il-punt ta' aċċess ċentrali għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet għat-talba għal aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS fl-Artikolu 45 ikunu ssodisfati.

 

L-awtorità maħtura u l-punt ta' aċċess ċentrali jistgħu jkunu parti mill-istess organizzazzjoni jekk dan ikun permess skont id-dritt nazzjonali. Il-punt ta' aċċess ċentrali għandu jaġixxi indipendentement mill-awtoritajiet maħtura meta jwettaq il-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament. Il-punt ta' aċċess ċentrali għandu jkun separat mill-awtoritajiet maħtura u ma għandux jirċievi istruzzjonijiet mingħandhom fir-rigward tal-eżitu ta' kwalunkwe verifika li jwettaq.

 

L-Istati Membri jistgħu jaħtru aktar minn punt ta' aċċess ċentrali wieħed sabiex jirriflettu l-istruttura organizzattiva u amministrattiva tagħhom f'konformità mar-rekwiżiti kostituzzjonali jew legali tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Huwa ssuġġerit li tintuża s-sistema ta' punti ta' aċċess ċentrali bħal fil-każ tal-VIS, il-Eurodac u l-EES minflok ma l-kompitu tal-punti ta' aċċess ċentrali jiġi fdat lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS. Bħal fil-każ ta' sistemi oħra, il-punti ta' aċċess ċentrali se jkunu qed jivverifikaw jekk il-kundizzjonijiet għall-aċċess humiex issodisfati.

Emenda    236

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-eu-LISA, lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet maħtura u l-punt ta' aċċess ċentrali tiegħu u jista' f'kull ħin jemenda jew jissostitwixxi n-notifika tiegħu. In-notifiki għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    237

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c)  Huwa biss il-persunal debitament awtorizzat tal-punti ta' aċċess ċentrali li għandu jingħata s-setgħa li jaċċessa s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS f'konformità mal-Artikoli 44 u 45.

Emenda    238

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippreżentaw talba elettronika motivata għall-konsultazzjoni tad-dejta kollha jew għal sett speċifiku ta' dejta maħżun fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS lill-punti ta' aċċess ċentrali msemmija fl-Artikolu 8(2)(c). Meta tkun mixtieqa l-konsultazzjoni tad-dejta msemmija fl-Artikolu 15(2)(i) u (4) minn (b) sa (d), talba elettronika motivata għandha tinkludi ġustifikazzjoni tal-ħtieġa li tkun ikkonsultata dik id-dejta speċifika.

1.  L-awtoritajiet maħtura għandhom jippreżentaw talba elettronika motivata għall-konsultazzjoni tad-dejta kollha jew għal sett speċifiku ta' dejta maħżun fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS lill-punti ta' aċċess ċentrali msemmija fl-Artikolu 43(2a). Meta tkun mixtieqa l-konsultazzjoni tad-dejta msemmija fl-Artikolu 15(4) minn (b) sa (d), talba elettronika motivata għandha tinkludi ġustifikazzjoni tal-ħtieġa li tkun ikkonsultata dik id-dejta speċifika.

Emenda    239

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Qabel ma jaċċessa s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, kull Stat Membru għandu jiżgura li skont id-dritt nazzjonali u d-dritt proċedurali tiegħu talba għall-konsultazzjoni hija suġġetta għal verifika indipendenti, effiċjenti u f'waqtha jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 45 ikunux sodisfatti, inkluż jekk kull talba għal konsultazzjoni ta' dejta msemmija fl-Artikolu 15(2)(i) u (4) minn (b) sa (d) tkunx ġustifikata.

2.  Qabel ma jaċċessa s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, il-punt ta' aċċess ċentrali għandhu jivverifika jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 45 ikunux issodisfati, inkluż jekk kull talba għal konsultazzjoni ta' dejta msemmija fl-Artikolu 15(4) minn (b) sa (d) tkunx ġustifikata.

Emenda    240

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 45 ma jkunux issodisfati, il-punt ċentrali ta' aċċess għandu jipproċessa t-talbiet. Id-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS aċċessata mill-punt ċentrali ta' aċċess għandha tiġi trażmessa lill-punti ta' kuntatt imsemmija fl-Artikolu 43(2) b'tali mod li ma tiġix kompromessa s-sigurtà tad-dejta.

3.  Jekk il-verifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu tikkonkludi li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 45 ma jkunux issodisfati, il-punt ċentrali ta' aċċess għandu jipproċessa t-talbiet. Id-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS aċċessata mill-punt ċentrali ta' aċċess għandha tiġi trażmessa lill-punti ta' kuntatt imsemmija fl-Artikolu 43(2) b'tali mod li ma tiġix kompromessa s-sigurtà tad-dejta.

Emenda    241

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  F'każ eċċezzjonali ta' urġenza, jekk ikun hemm il-ħtieġa li tinkiseb dejta personali meħtieġa immedjatament biex jiġi evitat it-twettiq ta' reat serju jew biex jittieħdu passi legali kontra l-awturi tiegħu, il-Punt ta' Aċċess Ċentrali għandu jipproċessa t-talba immedjatament u mingħajr verifika indipendenti pprovduta fil-paragrafu 2. Għandha ssir verifika indipendenti ex post mingħajr dewmien żejjed wara l-ipproċessar tat-talba, anki jekk kien jeżisti każ eċċezzjonali ta' urġenza.

4.  F'każ eċċezzjonali ta' urġenza, jekk ikun hemm il-ħtieġa li jiġi evitat periklu imminenti assoċjat ma' reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor, jew biex jittieħdu passi legali kontra l-awturi tiegħu, il-Punt ta' Aċċess Ċentrali għandu jipproċessa t-talba immedjatament u mingħajr il-verifika indipendenti pprovduta fil-paragrafu 2. Verifika indipendenti ex post għandha tivverifika jekk kinux issodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 45, anki jekk kien jeżisti każ eċċezzjonali ta' urġenza. Il-verifika ex post indipendenti għandha ssir mingħajr dewmien żejjed wara l-ipproċessar tat-talba.

Emenda    242

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Jekk verifika ex post tiddetermina li l-konsultazzjoni u l-aċċess għad-dejta fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ma kinux ġustifikati l-awtoritajiet kollha li jkunu aċċessaw u/jew ikkonsultaw din id-dejta għandhom iħassru d-dejta li oriġinat mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u għandhom jinfurmaw lill-punti ta' aċċess ċentrali dwar it-tħassir.

5.  Jekk verifika ex post tiddetermina li l-konsultazzjoni u l-aċċess għad-dejta fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ma kinux ġustifikati l-awtoritajiet kollha li jkunu aċċessaw u/jew ikkonsultaw din id-dejta għandhom iħassru d-dejta li oriġinat mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u għandhom jinfurmaw lill-punti ta' aċċess ċentrali dwar it-tħassir. Għandu japplika l-Artikolu 53a.

Emenda    243

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-konsultazzjoni hija meħtieġa għall-fini ta' prevenzjoni, identifikazzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reat kriminali serju ieħor;

(a)  il-konsultazzjoni hija meħtieġa għall-fini ta' prevenzjoni, identifikazzjoni jew investigazzjoni ta' reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor;

Emenda    244

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-aċċess għal konsultazzjoni huwa meħtieġ f'każ speċifiku;

(b)  l-aċċess għal konsultazzjoni jkun meħtieġ u proporzjonat f'każ speċifiku;

Emenda    245

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jeżistu raġunijiet raġonevoli biex jitqies li l-konsultazzjoni tad-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tista' tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta' xi wieħed mir-reati kriminali inkwistjoni b'mod partikolari fejn ikun hemm suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju ieħor taqa' fil-kategorija ta' ċittadini ta' pajjiż terz koperta b'dan ir-Regolament;

(c)  jeżistu raġunijiet jew evidenza oġġettiva biex jitqies li l-konsultazzjoni tad-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS se tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta' xi wieħed mir-reati kriminali serji inkwistjoni b'mod partikolari fejn ikun hemm suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju ieħor taqa' fil-kategorija ta' ċittadini ta' pajjiż terz koperta b'dan ir-Regolament;

Emenda    246

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  F'każ ta' hit b'dejta rreġistrata f'fajl ta' applikazzjoni, il-konsultazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tagħti aċċess għad-dejta msemmija fl-Artikolu 15(2) minn (a) sa (g) u minn (j) sa (m) kif irreġistrata f'dan il-fajl ta' applikazzjoni kif ukoll għal dejta mdaħħla f'dan il-fajl ta' applikazzjoni fir-rigward tal-ħruġ, iċ-ċaħda, ir-revoka jew l-annullament ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-Artikoli 33 u 37. L-aċċess għad-dejta msemmija fl-Artikolu 15(2)(i) u (4) minn (b) sa (d) kif irreġistrati fil-fajl tal-applikazzjoni għandha tingħata biss jekk il-konsultazzjoni ta' din id-dejta ġiet espliċitament mitluba mill-unitajiet operatorji fit-talba elettronika motivata ppreżentata skont l-Artikolu 44(1) u approvata mill-verifika indipendenti. Il-konsultazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ma għandhiex tagħti aċċess għal dejta dwar l-edukazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15(2)(h) jew dwar jekk l-applikant jistax ikun ta' riskju għas-saħħa pubblika kif imsemmi fl-Artikolu 15(4)(a).

4.  F'każ ta' hit b'dejta rreġistrata f'fajl ta' applikazzjoni, il-konsultazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tagħti aċċess għad-dejta msemmija fl-Artikolu 15(2) minn (a) sa (g) u minn (j) sa (m) kif irreġistrata f'dan il-fajl ta' applikazzjoni kif ukoll għal dejta mdaħħla f'dan il-fajl ta' applikazzjoni fir-rigward tal-ħruġ, iċ-ċaħda, ir-revoka jew l-annullament ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-Artikoli 33 u 37. L-aċċess għad-dejta msemmija fl-Artikolu 15(4) minn (b) sa (d) kif irreġistrati fil-fajl tal-applikazzjoni għandha tingħata biss jekk il-konsultazzjoni ta' din id-dejta ġiet espliċitament mitluba mill-unitajiet operatorji fit-talba elettronika motivata ppreżentata skont l-Artikolu 44(1) u approvata mill-verifika indipendenti.

Emenda    247

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-talba motivata għandha tinkludi evidenza li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:

2.  It-talba motivata għandha tinkludi evidenza li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:

Emenda    248

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-konsultazzjoni hija neċessarja f'każ speċifiku;

(b)  il-konsultazzjoni hija neċessarja u proporzjonata f'każ speċifiku;

Emenda    249

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-konsultazzjoni għandha tkun limitata għal tiftix bid-dejta msemmija fl-Artikolu 45(2);

(c)  il-konsultazzjoni għandha tkun limitata għat-tiftix bid-dejta msemmi fl-Artikolu 45(2). Id-dejta elenkata fl-Artikolu 45(2) tista' tiġi kkombinata mad-dejta elenkata fl-Artikolu 45(3);

Emenda    250

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jeżistu raġunijiet raġonevoli biex wieħed jikkunsidra li l-konsultazzjoni tista' tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta' kwalunkwe mir-reati kriminali kkonċernati;

(d)  jeżistu raġunijiet raġonevoli jew evidenza oġġettiva biex wieħed jikkunsidra li l-konsultazzjoni se tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta' kwalunkwe mir-reati kriminali serji kkonċernati;

Emenda    251

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  F'każ ta' hit b'dejta maħżuna f'fajl ta' applikazzjoni, il-konsultazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tagħti aċċess għad-dejta msemmija fl-Artikolu 15(2) minn (a) sa (g) u minn (j) sa (m) kif ukoll għal dejta mdaħħla f'dan il-fajl ta' applikazzjoni fir-rigward tal-ħruġ, iċ-ċaħda, ir-revoka jew l-annullament ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-Artikoli 33 u 37. L-aċċess għad-dejta msemmija fl-Artikolu 15(2)(i) u (4) minn (b) sa (d) kif maħżuna fil-fajl tal-applikazzjoni għandha tingħata biss jekk il-konsultazzjoni ta' din id-dejta ġiet espliċitament mitluba mill-Europol.

4.  F'każ ta' hit b'dejta maħżuna f'fajl ta' applikazzjoni, il-konsultazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tagħti aċċess għad-dejta msemmija fl-Artikolu 15(2) minn (a) sa (g) u minn (j) sa (m) kif ukoll għal dejta mdaħħla f'dan il-fajl ta' applikazzjoni fir-rigward tal-ħruġ, iċ-ċaħda, ir-revoka jew l-annullament ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-Artikoli 33 u 37. L-aċċess għad-dejta msemmija fl-Artikolu 15(4) minn (b) sa (d) kif maħżuna fil-fajl tal-applikazzjoni għandha tingħata biss jekk il-konsultazzjoni ta' din id-dejta ġiet espliċitament mitluba mill-Europol.

Emenda    252

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  [ħames snin wara l-aħħar dħul irreġistrat tal-applikant maħżuna fl-EES; jew]

imħassar

Ġustifikazzjoni

Iż-żamma tal-applikazzjoni kollha tal-ETIAS ħames snin wara l-aħħar dħul tal-applikant mhijiex ġustifikata, u la tidher proporzjonata u lanqas meħtieġa. Il-perjodu taż-żamma tad-dejta, skont l-istandards tal-UE, għandu jkun kemm limitat kemm jista' jkun.

Emenda    253

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  ħames snin mill-aħħar deċiżjoni li tiċħad, tirrevoka jew tannulla l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar f'konformità mal-Artikoli 31, 34 u 35.

(c)  ħames snin mill-aħħar deċiżjoni li tiċħad, tirrevoka jew tannulla l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar f'konformità mal-Artikoli 31, 34 u 35 jew għal perjodu ta' żmien iqsar minn ħames snin jekk it-twissija li twassal għad-deċiżjoni titħassar qabel.

Emenda    254

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Għall-finijiet tal-iffaċilitar ta' applikazzjoni ġdida wara l-iskadenza tal-perjodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS, il-fajl tal-applikazzjoni jista' jinħażen fis-Sistema Ċentrali għal perjodu addizzjonali ta' mhux aktar minn tliet snin wara tmiem il-perjodu ta' validità għall-awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar biss meta, wara talba għal kunsens espliċitu u b'mod liberu, l-applikant jagħti l-kunsens liberu u espliċitu tiegħu permezz ta' dikjarazzjoni ffirmata elettronikament. Talba għal kunsens għandha tiġi ppreżentata b'mod li jintgħaraf b'mod ċar minn kwistjonijiet oħra, f'forma intelliġibbli u faċilment aċċessibbli, bl-użu ta' lingwaġġ ċar u sempliċi, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

 

Il-kunsens għandu jingħata b'segwitu għall-informazzjoni awtomatika prevista fl-Artikolu 13(2c). L-informazzjoni awtomatika għandha tfakkar lill-applikant dwar l-iskop taż-żamma tad-dejta abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 61(ea).

Emenda    255

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Jekk ċittadin ta' pajjiż terz ikun akkwista n-nazzjonalità ta' Stat Membru, jew jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 2(2) minn (a) sa (e), l-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru għandhom jivverifikaw jekk dik il-persuna jkollhiex permess validu ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u, fejn rilevanti, għandhom iħassru mingħajr dewmien il-fajl tal-applikazzjoni mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. L-awtorità responsabbli għat-tħassir tal-fajl tal-applikazzjoni għandha tkun:

5.  Jekk ċittadin ta' pajjiż terz ikun akkwista n-nazzjonalità ta' Stat Membru, jew jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 2(2) minn (a) sa (c), l-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru għandhom jivverifikaw jekk dik il-persuna jkollhiex permess validu ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u, fejn rilevanti, għandhom iħassru mingħajr dewmien il-fajl tal-applikazzjoni mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. L-awtorità responsabbli għat-tħassir tal-fajl tal-applikazzjoni għandha tkun:

Ġustifikazzjoni

Jaqbel li jiġi rtirat it-tħassir obbligatorju f'każ ta' kisba ta' permess ta' residenza jew ta' viża għal soġġorn twil, peress li l-perjodu tal-validità ta' dawn tal-aħħar jista' jkun iqsar mill-bqija tal-perjodu ta' validità tal-ETIAS.Dan sabiex jiġi evitat li l-applikant ikollu jerġa' japplika għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar wara l-iskadenza tal-viża jew tal-permess ta' residenza tiegħu.

Emenda    256

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-karta jew il-permess ta' residenza;

imħassar

Emenda    257

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża għal soġġorn twil.

imħassar

Emenda    258

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Meta ċittadin ta' pajjiż terz ikun waqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 2(2)(d), (e) jew (ha), l-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru għandhom jivverifikaw jekk dik il-persuna jkollhiex awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar valida. Jekk ikun rilevanti, dawn għandhom iħassru l-fajl tal-applikazzjoni mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS mingħajr dewmien jekk il-perjodu ta' validità tal-karta ta' residenza jew tal-permess ta' residenza jew tal-viża għal soġġorn fit-tul ikun itwal mill-perjodu ta' validità rimanenti tal-ETIAS. L-awtorità responsabbli għat-tħassir tal-fajl tal-applikazzjoni għandha tkun:

 

(a)  l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-karta jew il-permess ta' residenza;

 

(b)  l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża għal soġġorn fit-tul.

Emenda    259

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  [Ir-Regolament 2016/679] għandu japplika għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS.

2.  Meta dawk l-attivitajiet jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, ir-Regolament 2016/679 għandu japplika għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u l-awtoritajiet tal-fruntieri.

Emenda    260

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  [Id-Direttiva (UE) 2016/680] għandha tapplika għall-ipproċessar mill-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri għall-finijiet tal-Artikolu 1(2).

3.  Meta dawk l-attivitajiet jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tagħha, id-Direttiva (UE) 2016/680 għandha tapplika għall-ipproċessar mill-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri għall-finijiet tal-Artikolu 1(2).

Emenda    261

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Ir-Regolament (UE) Nru 2016/794 għandu japplika għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-Europol skont l-Artikoli 24 u 46.

4.  Ir-Regolament (UE) Nru 2016/794 għandu japplika għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-Europol skont l-Artikoli 25 u 46.

Emenda    262

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha titqies bħala kontrollur tad-dejta skont l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 b'rabta mal-ipproċessar tad-dejta personali fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.

1.  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha titqies bħala kontrollur tad-dejta skont l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 b'rabta mal-ipproċessar tad-dejta personali fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. Fir-rigward tal-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-eu-LISA għandhom jitqiesu bħala kontrolluri konġunti.

Emenda    263

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-eu-LISA għandha titqies bħala proċessur tad-dejta skont l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali fis-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS.

1.  L-eu-LISA għandha titqies bħala proċessur tad-dejta skont l-Artikolu 2(e) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali fis-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS.

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni tar-referenza.

Emenda    264

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kemm l-eu-LISA u wkoll l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandhom jiżguraw li s-sigurtà tal-ipproċessar ta' dejta personali ssir skont l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-eu-LISA u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandhom jikkooperaw fuq kompiti relatati mas-sigurtà.

1.  L-eu-LISA, l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandhom jiżguraw is-sigurtà tal-ipproċessar ta' dejta personali skont l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-eu-LISA, l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandhom jikkooperaw fuq kompiti relatati mas-sigurtà.

Emenda    265

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, l-eu-LISA għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiżgura s-sigurtà tas-Sistema Ċentrali u tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi, is-sit web pubbliku u l-applikazzjoni tal-mowbajl, is-servizz tal-posta elettronika, is-servizz ta' kont sikur, il-gateway tat-trasportaturi, is-servizz tal-web u s-software li jippermetti li jkunu pproċessati l-applikazzjonijiet;

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, l-eu-LISA għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiżgura s-sigurtà tas-Sistema Ċentrali u tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi, is-sit web pubbliku u l-applikazzjoni tal-mowbajl, is-servizz tal-posta elettronika, is-servizz ta' kont sikur, il-gateway tat-trasportaturi, is-servizz tal-web, is-softwer li jippermetti li jkunu pproċessati l-applikazzjonijiet u l-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS.

Emenda    266

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  iwaqqfu persuni mhux awtorizzati milli jkollhom aċċess għall-websajt li jwettaq operazzjonijiet skont l-għanijiet tal-ETIAS;

(b)  iwaqqfu persuni mhux awtorizzati milli jkollhom aċċess għas-sit web sigur;

Emenda    267

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  iwaqqfu persuni mhux awtorizzati milli jkollhom aċċess għal tagħmir tal-ipproċessar tad-dejta u installazzjonijiet nazzjonali li fihom l-Istat Membru jwettaq operazzjonijiet skont il-finijiet tal-ETIAS;

Ġustifikazzjoni

Qed jiġu proposti għadd ta' żidiet li jikkorrispondu mal-pożizzjoni tal-PE fl-EES li allinjat it-test mal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-Eurodac.

Emenda    268

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  jimpedixxu l-użu ta' sistemi tal-ipproċessar tad-dejta awtomatizzati minn persuni mhux awtorizzati li jużaw tagħmir għall-komunikazzjoni tad-dejta;

Ġustifikazzjoni

Qed jiġu proposti għadd ta' żidiet li jikkorrispondu mal-pożizzjoni tal-PE fl-EES li allinjat it-test mal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-Eurodac.

Emenda    269

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  jiżguraw li persuni awtorizzati li jaċċessaw is-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS ikollhom aċċess biss għad-dejta koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta' identitajiet tal-utenti individwali u permezz ta' modi għal aċċess kunfidenzjali biss;

(f)  jiżguraw li persuni awtorizzati li jaċċessaw is-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS ikollhom aċċess biss għad-dejta koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta' identitajiet tal-utenti individwali u uniċi, u permezz ta' modi għal aċċess kunfidenzjali biss;

Ġustifikazzjoni

Qed jiġu proposti għadd ta' żidiet li jikkorrispondu mal-pożizzjoni tal-PE fl-EES li allinjat it-test mal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-Eurodac.

Emenda    270

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3 – punt ja (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  jiżguraw li, fil-każ ta' interruzzjoni, is-sistemi installati jistgħu jitreġġgħu lura għat-tħaddim normali;

Ġustifikazzjoni

Qed jiġu proposti għadd ta' żidiet li jikkorrispondu mal-pożizzjoni tal-PE fl-EES li allinjat it-test mal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-Eurodac.

Emenda    271

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3 – punt jb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(jb)  jiżguraw affidabbiltà billi jaċċertaw li kwalunkwe ħsara fil-funzjonament tal-ETIAS tkun rappurtata kif xieraq u li jiġu implimentati l-miżuri tekniċi meħtieġa biex jiġi żgurat li d-dejta personali tista' titreġġa' lura fil-każ ta' taħsir minħabba funzjonament ħażin tas-sistema;

Ġustifikazzjoni

Qed jiġu proposti għadd ta' żidiet li jikkorrispondu mal-pożizzjoni tal-PE fl-EES li allinjat it-test mal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-Eurodac.

Emenda    272

Proposta għal regolament

Artikolu 52a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 52a

 

Inċidenti relatati mas-sigurtà

 

1.  Kull każ li għandu impatt jew li jista' jkollu impatt fuq is-sigurtà tal-ETIAS u li jista' jagħmel ħsara jew jikkawża telf ta' dejta fl-ETIAS għandu jitqies bħala inċident relatat mas-sigurtà, b'mod partikolari jekk seta' kien hemm aċċess mhux awtorizzat għad-dejta jew jekk id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-dejta tkun ġiet jew setgħet ġiet kompromessa.

 

2.  Il-ġestjoni tal-inċidenti relatati mas-sigurtà għandha ssir b'tali mod li jiġi żgurat rispons mgħaġġel, effikaċi u xieraq.

 

3.  Mingħajr preġudizzju għan-notifika u l-komunikazzjoni ta' ksur ta' dejta personali skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 2016/679 u/jew l-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) Nru 2016/680, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta b'inċidenti relatati mas-sigurtà. F'każ ta' inċident relatat mas-sigurtà li jinvolvi s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, l-eu-LISA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta. L-Europol għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta f'każ ta' inċident relatat mas-sigurtà b'rabta mal-ETIAS.

 

4.  L-Istati Membri għandhom jingħataw informazzjoni rigward inċident relatat mas-sigurtà li għandu jew jista' jkollu impatt fuq l-operat tal-ETIAS jew fuq id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-dejta u din għandha tiġi rrapportata f'konformità ma' pjan ta' ġestjoni tal-inċidenti pprovdut mill-eu-LISA.

 

5.  L-Istati Membri u l-aġenziji u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kkonċernati għandhom jikkollaboraw f'każ ta' inċident relatat mas-sigurtà.

Emenda    273

Proposta għal regolament

Artikolu 53a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 53a

 

Penali

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe pproċessar ta' dejta mdaħħla fl-ETIAS bi ksur ta' dan ir-Regolament ikun punibbli skont id-dritt nazzjonali. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda    274

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dritt ta' informazzjoni, aċċess, korrezzjoni u tħassir

Dritt ta' informazzjoni, aċċess, rettifika, restrizzjoni, imblukkar u tħassir

Ġustifikazzjoni

It-titolu għandu jinbidel biex jagħmel riferiment b'mod korrett għad-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 13, 14, 15 u 16 tar-Regolament (KE) 45/2001 u l-Artikoli 15, 16, 17 u 18 tar-[Regolament (UE) 2016/679].

Emenda    275

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' informazzjoni fl-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, l-applikanti li d-dejta tagħhom tinħażen fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandhom ikunu informati meta tinġabar id-dejta tagħhom, dwar il-proċeduri għall-eżerċitar tad-drittijiet skont l-Artikoli 13, 14, 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u tal-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru responsabbli.

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' informazzjoni fl-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, l-applikanti li d-dejta tagħhom tinħażen fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandhom ikunu informati meta tinġabar id-dejta tagħhom, dwar il-proċeduri għall-eżerċitar tad-drittijiet skont l-Artikoli 13, 14, 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikoli 15, 16, 17 u 18 tar-Regolament (UE) 2016/679 u d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u tal-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru responsabbli.

Emenda    276

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont l-Artikoli 13, 14, 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikoli 15, 16, 17 u 18 tar-[Regolament (UE) Nru 2016/679] kull applikant għandu jkollu d-dritt li jindirizza hu stess lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS responsabbli mill-applikazzjoni, li għandha teżamina din it-talba u twieġeb għaliha.

Sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont l-Artikoli 13, 14, 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikoli 15, 16, 17 u 18 tar-[Regolament (UE) Nru 2016/679] kull applikant għandu jkollu d-dritt li jindirizza hu stess lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS responsabbli mill-applikazzjoni, li għandha teżamina din it-talba u twieġeb għaliha fi żmien 14-il ġurnata.

Emenda    277

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta wara eżami jinstab li d-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS hija fattwalment ineżatta jew tkun ġiet irreġistrata illegalment, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni għandha tikkoreġi jew tħassar din id-dejta mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.

Meta wara eżami jinstab li d-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS hija fattwalment ineżatta jew tkun ġiet irreġistrata illegalment, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni għandha tikkoreġi jew tħassar din id-dejta mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS mingħajr dewmien.

Emenda    278

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkun emendata mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS matul il-perjodu ta' validità tagħha, is-sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha twettaq l-ipproċessar awtomatizzat stabbilit fl-Artikolu 18 biex tiddetermina jekk il-fajl emendat jagħtix lok għal hit skont l-Artikolu 18 minn (2) sa (5). Meta l-ipproċessar awtomatizzat ma jirrapporta l-ebda hit, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha toħroġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar emendata bl-istess validità oriġinali u għandha tinnotifika lill-applikant. Jekk l-ipproċessar awtomatizzat jirrapporta hit wieħed jew aktar, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru tal-ewwel dħul kif iddikjarat mill-applikant skont l-Artikolu 15(2)(j) għandha tivvaluta r-riskju ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika u għandha tiddeċiedi jekk toħroġx verżjoni emendata tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jew, tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, meta tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ma għadhomx jiġu ssodisfati.

Meta awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkun emendata wara talba skont dan il-paragrafu mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS matul il-perjodu ta' validità tagħha, is-sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha twettaq l-ipproċessar awtomatizzat stabbilit fl-Artikolu 18 biex tiddetermina jekk il-fajl emendat jagħtix lok għal hit skont l-Artikolu 18 minn (2) sa (5). Meta l-ipproċessar awtomatizzat ma jirrapporta l-ebda hit, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha toħroġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar emendata bl-istess validità oriġinali u għandha tinnotifika lill-applikant. Jekk l-ipproċessar awtomatizzat jirrapporta hit waħda jew aktar, f'konformità mal-Artikolu 22, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tivvaluta r-riskju ta' migrazzjoni irregolari, it-theddida għas-sigurtà jew ir-riskju kbir ta' epidemija u għandha tiddeċiedi jekk toħroġx verżjoni emendata tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jew, tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, meta tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ma għadhomx jiġu ssodisfati.

Emenda    279

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk l-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni ma taqbilx li d-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS hija fattwalment ineżatta jew li kienet ġiet irreġistrata kontra l-liġi, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli mill-applikazzjoni għandha tadotta deċiżjoni amministrattiva li tispjega bil-miktub minnufih lill-persuna kkonċernata dwar ir-raġuni għaliex mhux lesta tikkoreġi jew tħassar id-dejta dwarha.

3.  Jekk l-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni ma taqbilx mal-affermazzjoni li d-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS hija fattwalment ineżatta jew li kienet ġiet irreġistrata kontra l-liġi, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli mill-applikazzjoni għandha tadotta deċiżjoni amministrattiva li tispjega bil-miktub minnufih lill-persuna kkonċernata dwar ir-raġuni għaliex mhux lesta tikkoreġi jew tħassar id-dejta dwarha.

Emenda    280

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-dejta personali aċċessata mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS minn Stat Membru jew mill-Europol għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) ma għandhiex tiġi trasferita jew titpoġġa għad-dispożizzjoni ta' xi pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew barra minnha. Din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll jekk din id-dejta tiġi pproċessata ulterjorment fil-livell nazzjonali jew bejn Stati Membri.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    281

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Superviżjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda    282

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità jew l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali maħtura skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 iwettqu monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar ta' dejta personali skont dan ir-Regolament.

Emenda    283

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu -1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li d-dispożizzjonijiet adottati skont il-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttiva (UE) 2016/680 ikunu applikabbli wkoll għall-aċċess għall-ETIAS min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali tiegħu f'konformità mal-Artikolu 1(2).

Emenda    284

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu -1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1b.  Il-monitoraġġ tal-legalità tal-aċċess għad-dejta personali mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri għall-finijiet elenkati fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament għandu jsir mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali maħtura skont id-Direttiva (UE) 2016/680.

Emenda    285

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità superviżorja jew l-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 51 tar-[Regolament 2016/679] għandhom jiżguraw li jsir awditjar tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti talanqas kull erba' snin.

1.  L-awtorità superviżorja jew l-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 51 tar-Regolament 2016/679 għandhom jiżguraw li jsir awditjar tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti tal-anqas kull erba' snin. Għandu jiġi ppubblikat rapport tal-awditjar.

Emenda    286

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità superviżorja tagħhom ikollha biżżejjed riżorsi biex twettaq il-kompiti mogħtija lilha skont dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità superviżorja tagħhom ikollha biżżejjed riżorsi u għarfien espert biex twettaq il-kompiti mogħtija lilha skont dan ir-Regolament.

Emenda    287

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-ipproċessar ta' dejta personali tal-eu-LISA, l-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta li jinvolvu l-ETIAS u biex jiżgura li dawn l-attivitajiet jitwettqu f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ma' dan ir-Regolament.

Emenda    288

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-dejta għandu jiżgura li jsir awditjar tal-attivitajiet ta' pproċessar ta' dejta personali tal-eu-LISA u tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar relevanti mill-inqas kull erba' snin. Rapport ta' dak l-awditu għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-eu-LISA, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. L-eu-LISA u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jingħataw l-opportunità li jikkummentaw qabel jiġu adottati r-rapporti tagħhom.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jiżgura li jsir awditjar tal-attivitajiet ta' pproċessar ta' dejta personali tal-eu-LISA u tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar relevanti mill-inqas kull erba' snin. Rapport ta' dak l-awditu għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-eu-LISA, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u jiġi ppubblikat. L-eu-LISA u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jingħataw l-opportunità li jikkummentaw qabel jiġi adottat ir-rapport tal-awditjar.

Emenda    289

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jaġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fir-rigward ta' kwistjonijiet speċifiċi li jkunu jeħtieġu l-involviment nazzjonali, b'mod partikolari jekk il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jew awtorità superviżorja nazzjonali ssib diskrepanzi kbar bejn prassi tal-Istati Membri jew issib trasferimenti potenzjalment illegali fl-użu tal-kanali ta' komunikazzjoni tal-ETIAS, jew fil-kuntest ta' mistoqsijiet imqajma minn xi awtorità superviżorja nazzjonali jew aktar dwar l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1.  F'konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2017/XX... [proposta ġdida li tħassar ir-Regolament 45/2001], il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jikkooperaw attivament fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom biex jiżguraw is-sorveljanza kkoordinata tal-ETIAS. Dan jinkludi kooperazzjoni mill-qrib fir-rigward ta' kwistjonijiet speċifiċi li jkunu jeħtieġu l-involviment nazzjonali, b'mod partikolari jekk il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jew awtorità superviżorja nazzjonali ssib diskrepanzi kbar bejn prassi tal-Istati Membri jew issib trasferimenti potenzjalment illegali fl-użu tal-kanali ta' komunikazzjoni tal-ETIAS, jew fil-kuntest ta' mistoqsijiet imqajma minn xi awtorità superviżorja nazzjonali jew aktar dwar l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    290

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta jistgħu, filwaqt li jaġixxu fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jiskambjaw informazzjoni relevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq ta' awditi u spezzjonijiet, jeżaminaw id-diffikultajiet ta' interpretazzjoni jew applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jistudjaw problemi relatati mal-eżerċitar ta' superviżjoni indipendenti jew fl-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu s-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta, kif neċessarju.

2.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta għandhom, filwaqt li jaġixxu fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jiskambjaw informazzjoni relevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq ta' awditi u spezzjonijiet, jeżaminaw id-diffikultajiet ta' interpretazzjoni jew applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jistudjaw problemi relatati mal-eżerċitar ta' superviżjoni indipendenti jew fl-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu s-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta, kif neċessarju.

Emenda    291

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandhom jiltaqgħu għal dak il-għan almenu darbtejn fis-sena bħala parti mill-Bord stabbilit mir-[Regolament (UE) 2016/679]. L-ispejjeż ta' dawn il-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Bord stabbilit mir-[Regolament (UE) Nru 2016/679]. Fl-ewwel laqgħa għandhom jiġu adottati r-regoli ta' proċedura. Metodi ta' ħidma ulterjuri għandhom jiġu żviluppati b'mod konġunt skont il-bżonn.

3.  L-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandhom jiltaqgħu għal dak il-għan almenu darbtejn fis-sena bħala parti mill-Bord stabbilit mir-Regolament (UE) 2016/679. L-ispejjeż ta' dawn il-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Bord stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 2016/679. Fl-ewwel laqgħa għandhom jiġu adottati r-regoli ta' proċedura. Metodi ta' ħidma ulterjuri għandhom jiġu żviluppati b'mod konġunt skont il-bżonn.

Emenda    292

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Ir-rekords imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jintużaw biss għall-verifika tal-ammissibilità tat-talba u għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta u biex ikunu żgurati l-integrità u s-sigurtà tad-dejta. Għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 81 jistgħu jintużaw biss reġistrazzjonijiet li ma jkunx fihom dejta personali. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti responsabbli għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta u l-integrità u s-sigurtà tad-dejta għandu jkollhom aċċess għal dawk ir-rekords b'talba tagħhom bl-iskop li jaqdu dmirijiethom. L-awtorità responsabbli għall-verifika tal-ammissibbiltà tat-talba għandu jkollha wkoll aċċess għal dawk ir-rekords għal dan l-għan. Ħlief għal dawn ir-raġunijiet, id-dejta personali, kif ukoll ir-rekords tat-talbiet għall-konsultazzjoni għal dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandhom jitħassru mill-fajls kollha nazzjonali u tal-Europol wara perjodu ta' xahar, ħlief jekk dik id-dejta u r-rekords ikunu meħtieġa għall-finijiet tal-investigazzjoni kriminali speċifika li tkun għaddejja li għaliha jkunu intalbu minn Stat Membru jew mill-Europol.

4.  Ir-rekords imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jintużaw biss għall-verifika tal-ammissibbiltà tat-talba u għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta u biex ikunu żgurati l-integrità u s-sigurtà tad-dejta. Dawn ir-rekords għandhom jiġu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sena wara li jkun skada l-perjodu ta' żamma msemmi fl-Artikolu 47, jekk ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti responsabbli għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta u l-integrità u s-sigurtà tad-dejta għandu jkollhom aċċess għal dawk ir-rekords b'talba tagħhom bl-iskop li jaqdu dmirijiethom. L-awtorità responsabbli għall-verifika tal-ammissibbiltà tat-talba għandu jkollha wkoll aċċess għal dawk il-logs għal dan l-għan. Ħlief għal dawn ir-raġunijiet, id-dejta personali, kif ukoll ir-rekords tat-talbiet għall-konsultazzjoni għal dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandhom jitħassru mill-fajls kollha nazzjonali u tal-Europol wara perjodu ta' xahar, ħlief jekk dik id-dejta u r-rekords ikunu meħtieġa għall-finijiet tal-investigazzjoni kriminali speċifika li tkun għaddejja li għaliha jkunu intalbu minn Stat Membru jew mill-Europol. Għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 81 jistgħu jintużaw biss reġistrazzjonijiet li ma jkunx fihom dejta personali.

Emenda    293

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  informazzjoni dwar il-possibbiltà li applikazzjoni tiġi ppreżentata minn persuna oħra jew minn intermedjarju kummerċjali u dwar il-possibbiltà li applikazzjoni tiġi ppreżentata għand id-Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea f'pajjiżi terzi;

Emenda    294

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  il-fatt li awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar hi marbuta mad-dokument tal-ivvjaġġar indikat fil-formola tal-applikazzjoni u li, għaldaqstant, l-iskadenza jew kwalunkwe modifika li ssir fid-dokument tal-ivvjaġġar tirriżulta fl-invalidità jew fin-nonrikonoxximent tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar f'każ ta' qsim tal-fruntiera;

Emenda    295

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  li l-applikanti huma responsabbli għall-awtentiċità, il-kompletezza, l-eżattezza u l-affidabbiltà tad-dejta ppreżentata u tal-veraċità u l-kredibbiltà tad-dikjarazzjonijiet li jagħmlu;

Emenda    296

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  li d-deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal viża għandhom ikunu nnotifikati lill-applikant, li tali deċiżjonijiet għandhom, fejn rilevanti, jagħtu r-raġunijiet għaċ-ċaħda li huma bbażati fuqhom u li l-applikanti li jkollhom l-applikazzjonijiet miċħuda għandu jkollhom dritt ta' appell, bl-informazzjoni rigward il-proċedura li għandha tiġi segwita f'każ ta' appell, inkluża l-awtorità legali kompetenti, kif ukoll l-iskadenza ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' appell;

(d)  li d-deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal viża għandhom ikunu nnotifikati lill-applikant, li tali deċiżjonijiet għandhom, jekk tiġi miċħuda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, jagħtu r-raġunijiet għaċ-ċaħda li huma bbażati fuqhom u li l-applikanti li jkollhom l-applikazzjonijiet miċħuda għandu jkollhom dritt għal rimedju, bl-informazzjoni rigward il-proċedura li għandha tiġi segwita biex titressaq applikazzjoni għal rimedju, inkluża l-awtorità legali kompetenti, kif ukoll l-iskadenza ta' żmien għall-applikazzjoni ta' rimedju;

Emenda    297

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  li l-applikanti li ma jingħatawx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandhom il-possibbiltà li japplikaw għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali limitata kif ukoll il-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex isir dan;

Emenda    298

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  li l-pussess ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jikkostitwixxi kundizzjoni għad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri;

Emenda    299

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  li d-dejta mdaħħla fis-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS tintuża għall-finijiet ta' ġestjoni tal-fruntieri, inkluż għall-kontrolli fil-bażijiet tad-dejta, u li d-dejta tista' tiġi kkonsultata mill-Istati Membri u l-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi;

Emenda    300

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)  għal kemm żmien tkun se tinħażen id-dejta;

Emenda    301

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt ec (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ec)  id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta f'konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 45/2001, (UE) 2016/679 u (UE) 2016/794 u d-Direttiva (UE) 2016/680;

Emenda    302

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt ed (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ed)  id-dettalji ta' kuntatt tal-helpdesk imsemmija fl-Artikolu 7(2)(dh).

Emenda    303

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Unità Ċentrali tal-ETIAS, u l-Istati Membri, takkumpanja l-bidu tal-operat tal-ETIAS b'kampanja ta' informazzjoni, biex tinforma lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament bir-rekwiżit li jkollhom fil-pussess tagħhom awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida għall-qsim tal-fruntieri esterni.

Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, mal-Unità Ċentrali tal-ETIAS, l-awtoritajiet superviżorji, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-Istati Membri, inklużi l-ambaxxati tagħhom fil-pajjiżi terzi kkonċernati, takkumpanja l-bidu tal-operat tal-ETIAS b'kampanja ta' informazzjoni, biex tinforma lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament bir-rekwiżit li jkollhom fil-pussess tagħhom awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida għall-qsim tal-fruntieri esterni.

Emenda    304

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din il-kampanja ta' informazzjoni għandha ssir bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Istati Membri u, permezz tal-iskedi informattivi msemmija fl-Artikolu 14(4), mill-inqas f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawn il-kampanji ta' informazzjoni għandhom isiru fuq bażi regolari.

Emenda    305

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-infrastrutturi li jappoġġaw is-sit web pubbliku, l-applikazzjoni għall-apparati mobbli u l-gateway tat-trasportaturi għandhom ikunu ospitati f'siti tal-eu-Lisa jew f'siti tal-Kummissjoni. Dawn l-infrastrutturi għandhom ikunu ġeografikament imqassma biex jipprovdu l-funzjonalitajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament skont il-kundizzjonijiet ta' disponibbiltà, kwalità u ħeffa skont il-paragrafu 3.

2.  L-infrastrutturi li jappoġġaw is-sit web pubbliku, l-applikazzjoni għall-apparati mobbli u l-gateway tat-trasportaturi għandhom ikunu ospitati f'siti tal-eu-Lisa jew f'siti tal-Kummissjoni. Dawn l-infrastrutturi għandhom ikunu ġeografikament imqassma biex jipprovdu l-funzjonalitajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament skont il-kundizzjonijiet ta' sigurtà, protezzjoni tad-dejta u sigurtà tad-dejta, disponibbiltà, kwalità u ħeffa skont il-paragrafu 3. Il-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS għandha tinżamm f'sit tal-eu-LISA.

Emenda    306

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp tas-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS, għal kwalunkwe żvilupp meħtieġa biex tiġi stabbilita l-interoperabbiltà bejn is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u s-sistemi ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10.

L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp tekniku tas-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS u għal kwalunkwe żvilupp tekniku meħtieġ biex tiġi stabbilita l-interoperabbiltà bejn is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u s-sistemi ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10.

Emenda    307

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-eu-LISA se tiddefinixxi l-proġettazzjoni tal-istruttura fiżika tas-sistema inkluż l-infrastruttura tal-komunikazzjoni tagħha kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-evoluzzjoni tagħhom fir-rigward tas-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Uniformi, li għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Tmexxija, soġġetti għal opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni. L-eu-LISA għandha wkoll timplimenta l-adattamenti meħtieġa biex l-EES, is-SIS, l-Eurodac, l-ECRIS jew il-VIS li jirriżulta mill-istabbiliment tal-interoperabbiltà mal-ETIAS.

L-eu-LISA se tiddefinixxi l-proġettazzjoni tal-istruttura tas-sistema inkluż l-infrastruttura tal-komunikazzjoni tagħha kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-evoluzzjoni tagħhom fir-rigward tas-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Uniformi Nazzjonali, li għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Tmexxija, soġġetti għal opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni. L-eu-LISA għandha wkoll timplimenta l-adattamenti meħtieġa biex l-EES, is-SIS, l-Eurodac, l-ECRIS jew il-VIS li jirriżulta mill-istabbiliment tal-interoperabbiltà mal-ETIAS.

Ġustifikazzjoni

L-iżvilupp ta' sistema tal-IT għal sistema bħall-ETIAS imur ferm lil hinn minn pjan fiżiku iżda jinkludi wkoll suġġetti oħra bħall-istrutturi funzjonali jew loġiċi kif ukoll mudell ta' dejta li lkoll huma parti intrinsika mill-iżvilupp tas-sistema.

Emenda    308

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-eu-LISA għandha tiżviluppa u timplimenta s-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi, u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri provduti fl-Artikolu 15(2) u (4), l-Artikolu 16(4), l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 39(3), l-Artikolu 40(2) u l-Artikolu 72(1) u (4).

L-eu-LISA għandha tiżviluppa u timplimenta s-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi, u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri provduti fl-Artikolu 15(2) u (4), l-Artikolu 16(4), l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 39(3), l-Artikolu 40(2) u l-Artikolu 72(1) u (4). L-eu-LISA għandha tiddefinixxi wkoll id-disinn tal-istruttura fiżika u timmaniġġja l-ġestjoni teknika tal-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS.

Emenda    309

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 3 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-iżvilupp għandu jikkonsisti fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, ittestjar u koordinazzjoni ġenerali tal-proġett.

L-iżvilupp għandu jikkonsisti fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, ittestjar u koordinazzjoni ġenerali tal-proġett. L-eu-LISA għandha twettaq u żżomm valutazzjoni tar-riskju tas-sigurtà ta' informazzjoni u ssegwi l-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta mid-disinn u b'mod awtomatiku.

Emenda    310

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, għandu jitwaqqaf Bord ta' Ġestjoni tal-Programm li jkun magħmul minn massimu ta' 10 membri. Huwa għandu jkun kompost minn sitt membri maħtura mill-l-Bord ta' Ġestjoni tal-eu-LISA minn fost il-membri tiegħu jew minn fost is-sostituti tiegħu, il-President tal-Grupp Konsultattiv ETIAS-EES imsemmi fl-Artikolu 80, membru li jirrappreżenta l-eu-LISA maħtur mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, membru li jirrappreżenta l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta maħtur mid-Direttur Eżekuttiv tagħha u membru wieħed maħtur mill-Kummissjoni. Il-membri maħtura mill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA għandhom jiġu eletti biss minn dawk l-Istati Membri li huma marbuta b'mod sħiħ taħt id-dritt tal-Unjoni bl-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-iżvilupp, it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi kollha tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-eu-LISA u li se jipparteċipaw fl-ETIAS. Il-Bord ta' Ġestjoni tal-Programm għandu jiltaqa' darba fix-xahar. Huwa għandu jiżgura l-ġestjoni adegwata tal-fażi ta' tfassil u żvilupp tal-ETIAS. Kull xahar il-Bord ta' Ġestjoni tal-Programm għandu jippreżenta rapporti bil-miktub lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-progress tal-proġett. Ma għandu jkollu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet u lanqas mandat biex jirrappreżenta l-membri tal-Bord tat-Tmexxija.

4.  Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, għandu jitwaqqaf Bord ta' Ġestjoni tal-Programm li jkun magħmul minn massimu ta' 11-il membru. Huwa għandu jkun kompost minn sitt membri maħtura mill-Bord ta' Ġestjoni tal-eu-LISA minn fost il-membri tiegħu jew minn fost is-sostituti tiegħu, il-President tal-Grupp Konsultattiv ETIAS-EES imsemmi fl-Artikolu 80, membru li jirrappreżenta l-eu-LISA maħtur mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, membru li jirrappreżenta l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta maħtur mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, membru maħtur mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u membru wieħed maħtur mill-Kummissjoni. Il-membri maħtura mill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA għandhom jiġu eletti biss minn dawk l-Istati Membri li huma marbuta b'mod sħiħ taħt id-dritt tal-Unjoni bl-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-iżvilupp, it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi kollha tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-eu-LISA u li se jipparteċipaw fl-ETIAS. Il-Bord ta' Ġestjoni tal-Programm għandu jiltaqa' darba fix-xahar. Huwa għandu jiżgura l-ġestjoni adegwata tal-fażi ta' tfassil u żvilupp tal-ETIAS. Kull xahar il-Bord ta' Ġestjoni tal-Programm għandu jippreżenta rapporti bil-miktub lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-progress tal-proġett. Ma għandu jkollu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet u lanqas mandat biex jirrappreżenta l-membri tal-Bord tat-Tmexxija.

Emenda    311

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara l-bidu tal-operat tal-ETIAS, l-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni teknika tas-Sistema Ċentrali u għall-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi. Hija għandha tiżgura, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, f'kull ħin l-aqwa teknoloġija disponibbli, soġġett għal analiżi kost-benefiċċji. L-eu-LISA għandha tkun responsabbli wkoll għall-ġestjoni teknika tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi kif ukoll għas-sit web pubbliku, l-applikazzjoni għall-apparat mobbli, is-servizzi tal-posta elettronika, is-servizz tal-kont sikur, il-portal tat-trasportaturi, is-servizz tal-web u s-software biex jipproċessa l-applikazzjonijiet, kif imsemmija fl-Artikolu 6.

Wara l-bidu tal-operat tal-ETIAS, l-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni teknika tas-Sistema Ċentrali, għall-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi u għal-Lista ta' Sorveljanza tal-ETIAS. Għandha tkun responsabbli wkoll għat-testijiet tekniċi li jkunu meħtieġa għat-twaqqif u l-aġġornament tar-regoli tal-iskrinjar tal-ETIAS. Hija għandha tiżgura, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, li f'kull ħin tintuża l-aqwa teknoloġija disponibbli, soġġett għal analiżi kost-benefiċċji. L-eu-LISA għandha wkoll tkun responsabbli għall-ġestjoni teknika tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi kif ukoll għas-sit web pubbliku, tal-applikazzjoni għall-apparat mobbli, is-servizzi tal-email, is-servizz tal-kont sikur, il-gateway tat-trasportaturi, is-servizz tal-web u s-softwer biex jipproċessa l-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6.

Emenda    312

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-eu-LISA għandha tapplika regoli adatti ta' segretezza professjonali jew dmirijiet oħra ekwivalenti ta' kunfidenzjalità għall-persunal tagħha kollu li huwa meħtieġ jaħdem bid-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dan il-persunal ikun ħalla l-uffiċċju jew l-impjieg jew wara t-tmiem tal-attivitajiet tagħhom.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-eu-LISA għandha tapplika regoli adatti ta' segretezza professjonali jew dmirijiet oħra ekwivalenti ta' kunfidenzjalità għall-persunal tagħha kollu, inklużi dawk tal-kuntratturi, li huwa meħtieġ jaħdem bid-dejta maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dan il-persunal ikun ħalla l-uffiċċju jew l-impjieg jew wara t-tmiem tal-attivitajiet tagħhom.

Emenda    313

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-eu-LISA għandha twettaq ukoll il-kompiti relatati mal-provvista ta' taħriġ dwar l-użu tekniku tas-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS.

3.  L-eu-LISA għandha twettaq ukoll il-kompiti relatati mal-provvista ta' taħriġ dwar l-użu tekniku tas-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS u dwar miżuri biex tittejjeb il-kwalità tad-dejta tal-ETIAS.

Emenda    314

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  it-twaqqif u l-operazzjoni tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS;

(a)  it-twaqqif u l-operat tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS u s-sigurtà tal-informazzjoni tagħha;

Emenda    315

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Qabel ma jiġi awtorizzat biex jipproċessa d-dejta rreġistrata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, il-persunal tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS li jkollu d-dritt li jaċċessa s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandu jingħata taħriġ xieraq dwar is-sigurtà tad-dejta u dwar ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, partikolarment id-drittijiet fundamentali rilevanti.

2.  Qabel ma jiġi awtorizzat biex jipproċessa d-dejta rreġistrata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, il-persunal tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS li jkollu d-dritt li jaċċessa s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandu jingħata taħriġ xieraq dwar is-sigurtà tad-dejta u dwar ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, partikolarment id-drittijiet fundamentali rilevanti. Huwa għandu wkoll isegwi taħriġ offrut mill-eu-LISA dwar l-użu tekniku tas-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS u dwar miżuri biex tittejjeb il-kwalità tad-dejta tal-ETIAS.

Emenda    316

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-organizzazzjoni, il-ġestjoni, l-operat u l-manutenzjoni tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għall-eżami ta' applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar miċħuda matul l-ipproċessar awtomatizzat tal-applikazzjonijiet u deċiżjonijiet dwarhom;

(b)  l-organizzazzjoni, il-ġestjoni, l-operat u l-manutenzjoni tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS fdati bl-eżami ta' applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li jkunu skattaw hit waħda jew aktar matul l-ipproċessar awtomatizzat tal-applikazzjonijiet, l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwarhom u l-għoti ta' opinjoni meta ssir konsultazzjoni;

Emenda    317

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  l-iżgurar li kull awtorità intitolata għal aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura konformità ma' dan ir-Regolament, inklużi dawk meħtieġa biex ikun żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u s-sigurtà tad-dejta.

Emenda    318

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Qabel ma jiġi awtorizzat biex jipproċessa d-dejta rreġistrata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, il-persunal tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS li jkollu d-dritt li jaċċessa s-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS għandu jingħata taħriġ xieraq dwar is-sigurtà tad-dejta u dwar ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, partikolarment id-drittijiet fundamentali rilevanti.

3.  Qabel ma jiġi awtorizzat biex jipproċessa d-dejta rreġistrata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, il-persunal tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS li jkollu d-dritt li jaċċessa s-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS għandu jingħata taħriġ xieraq dwar is-sigurtà tad-dejta u dwar ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, partikolarment id-drittijiet fundamentali rilevanti. Huwa għandu wkoll isegwi taħriġ offrut mill-eu-LISA dwar l-użu tekniku tas-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS u dwar miżuri biex tittejjeb il-kwalità tad-dejta tal-ETIAS.

Emenda    319

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Europol għandha tiżgura l-ipproċessar tat-talbiet imsemmija fl-Artikolu 18(2)(j) u (4) u għaldaqstant l-adattament tas-sistema informatika tagħha.

1.  L-Europol għandha tiżgura l-ipproċessar tat-talbiet imsemmija fl-Artikolu 18(2)(j) u (4) u għaldaqstant l-adattament tas-sistemi informatiċi tagħha.

Emenda    320

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Europol għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment ta' lista ta' sorveljanza tal-ETIAS skont l-Artikolu 29.

2.  L-Europol għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS skont l-Artikolu 29.

Emenda    321

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Europol għandha tkun responsabbli li tipprovdi opinjoni wara talba għal konsultazzjoni skont l-Artikolu 26.

3.  L-Europol għandha tkun responsabbli li tipprovdi opinjoni wara talba għal konsultazzjoni skont l-Artikolu 25.

Emenda    322

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Ir-Regolament (UE) 2016/399

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  huma fil-pussess ta' viża valida jekk meħtieġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 jew ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida jekk meħtieġa skont [ir-Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar], ħlief meta jkollhom permess ta' residenza validu jew viża għal soġġorn twil valida;

(b)  huma fil-pussess ta' viża valida jekk meħtieġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 jew ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida tal-inqas sal-jum tad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri jekk meħtieġa skont [ir-Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar], ħlief meta jkollhom permess ta' residenza validu jew viża għal soġġorn twil valida;

Emenda    323

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/399

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafi 1a u 1b (ġodda)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

 

"Għal perjodu tranżitorju kif stabbilit skont l-Artikolu 72(1) u (2) tar-[Regolament li jistabbilixxi Sistema tal-UE ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)], l-użu tal-ETIAS għandu jkun fakultattiv u r-rekwiżit li wieħed ikun f'pussess ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida ma għandux japplika. Il-gwardji tal-fruntiera għandhom jinfurmaw lil ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li jaqsmu l-fruntieri esterni bir-rekwiżit li jkollhom awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida mill-iskadenza tal-perjodu tranżitorju. Għal dan il-għan, il-gwardji tal-fruntiera għandhom iqassmu fuljett komuni għal din il-kategorija ta' vjaġġaturi kif imsemmi fl-Artikolu 72(3) tar-[Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)].

 

Waqt il-perjodu ta' konċessjoni stabbilit skont l-Artikolu 72(4) u (5) tar-[Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)] il-gwardji tal-fruntiera għandhom, eċċezzjonalment, jippermettu ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għar-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, li mhumiex fil-pussess ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, li jaqsmu l-fruntieri esterni meta dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet l-oħra kollha tal-Artikolu dment li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri għall-ewwel darba minn meta jintemm il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 72(1) u (2) tar-[Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)]. Il-gwardji tal-fruntiera għandhom jinnotifikaw liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għar-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar bir-rekwiżit li jkunu f'pussess ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida skont dan l-Artikolu."

Ġustifikazzjoni

Dawn id-dispożizzjonijiet huma previsti fir-Regolamenti tal-ETIAS. Madankollu, għandhom ikunu inklużi wkoll fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen peress li jipprevedu derogi mill-kundizzjonijiet ta' dħul kif stipulati fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Emenda    324

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għal perjodu ta' sitt xhur mid-data li fiha l-ETIAS tibda topera, l-użu tal-ETIAS għandu jkun fakultattiv u r-rekwiżit ta' pussess ta' permess validu ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ma għandux japplika. Il-Kummissjoni tista' tadotta att delegat b'konformità mal-Artikolu 78 biex testendi dan il-perjodu għal massimu ta' sitt xhur oħra.

1.  Għal perjodu ta' sitt xhur mid-data li fiha l-ETIAS tibda topera, l-użu tal-ETIAS għandu jkun fakultattiv u r-rekwiżit ta' pussess ta' permess validu ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ma għandux japplika. Il-Kummissjoni tista' tadotta att delegat b'konformità mal-Artikolu 78 biex testendi dan il-perjodu għal massimu ta' tnax-il xahar ieħor.

Emenda    325

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Matul dan il-perjodu ta' sitt xhur, il-gwardji tal-fruntieri għandhom jinfurmaw lil ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li jaqsmu l-fruntieri esterni bir-rekwiżit li jkollhom awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida mill-iskadenza tal-perjodu ta' sitt xhur. Għal dan l-għan, il-gwardjani tal-fruntiera għandhom jqassmu fuljett komuni għal din il-kategorija ta' vjaġġaturi.

2.  Matul dan il-perjodu ta' sitt xhur, il-gwardji tal-fruntieri għandhom jinfurmaw lil ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li jaqsmu l-fruntieri esterni bir-rekwiżit li jkollhom awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida mill-iskadenza tal-perjodu ta' sitt xhur. Għal dan l-għan, il-gwardji tal-fruntiera għandhom iqassmu fuljett komuni għal din il-kategorija ta' vjaġġaturi. Dan il-fuljett għandu jkun disponibbli wkoll fl-ambaxxati tal-Istati Membri u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni għall-pajjiżi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    326

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-fuljett komuni għandu jitfassal u jkun stabbilit mill-Kummissjoni. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 79(2) u għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 61. Il-fuljett għandu jkun ċar u sempliċi u disponibbli f'lingwa li l-persuna kkonċernata tifhem jew li hija raġonevolment preżunta li tifhem.

3.  Il-fuljett komuni għandu jitfassal u jkun stabbilit mill-Kummissjoni. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 79(2) u għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 61. Il-fuljett għandu jkun ċar u sempliċi u disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Istati Membri, u mill-inqas b'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' kull pajjiż terz li ċ-ċittadini tiegħu jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    327

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  nazzjonalità, sess u d-data tat-twelid tal-applikant;

(b)  in-nazzjonalità, is-sess u s-sena tat-twelid tal-applikant;

Emenda    328

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-edukazzjoni;

imħassar

Ġustifikazzjoni

F'konformità mat-tħassir tal-Artikolu 15(2)(h).

Emenda    329

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-impjieg attwali (dominju), it-titolu tal-impjieg;

imħassar

Ġustifikazzjoni

F'konformità mat-tħassir tal-Artikolu 15(2)(i).

Emenda    330

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-fini tal-paragrafu 1, l-eu-LISA għandha tistabbilixxi, timplimenta u tospita repożitorju ċentrali li jkun fih id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 li ma tippermettix l-identifikazzjoni ta' individwi u li tippermetti li l-awtoritajiet elenkati fil-paragrafu 1 jiksbu rapporti li jistgħu jiġu modifikati u statistika biex itejbu l-valutazzjoni tar-riskji ta'migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà u għas-saħħa, biex itejbu l-effiċjenza tal-verifiki fuq il-fruntiera, biex jgħinu lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u jappoġġaw tfassil ta' politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni bbażat fuq l-evidenza. Ir-repożitorju għandu jkun fih ukoll statistika ta' kuljum dwar id-dejta msemmija fil-paragrafu 4. L-aċċess għar-repożitorju ċentrali għandu jingħata permezz ta' aċċess sigur permezz ta' S-TESTA b'kontroll tal-aċċess u profili ta' utenti speċifiċi unikament għall-fini ta' rappurtar u ta' statistika.

2.  Għall-fini tal-paragrafu 1, l-eu-LISA għandha, skont il-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta mid-disinn u b'mod awtomatiku tistabbilixxi, timplimenta u tospita repożitorju ċentrali li jkun fih id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 li ma tippermettix l-identifikazzjoni ta' individwi u li tippermetti li l-awtoritajiet elenkati fil-paragrafu 1 jiksbu rapporti li jistgħu jiġu modifikati u statistika biex itejbu l-valutazzjoni tar-riskju ta' migrazzjoni irregolari, it-theddida għas-sigurtà u r-riskji kbar ta' epidemija, biex itejbu l-effiċjenza tal-verifiki fuq il-fruntiera, biex jgħinu lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u jappoġġaw tfassil ta' politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni bbażat fuq l-evidenza. Ir-repożitorju għandu jkun fih ukoll statistika ta' kuljum dwar id-dejta msemmija fil-paragrafu 4. L-aċċess għar-repożitorju ċentrali għandu jingħata permezz ta' aċċess sigur permezz ta' S-TESTA b'kontroll tal-aċċess u profili ta' utenti speċifiċi unikament għall-fini ta' rappurtar u ta' statistika.

Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati dwar l-operat tar-repożitorju ċentrali u regoli dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-dejta applikabbli għar-repożitorju skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 79(2).

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 78 dwar ir-regoli dettaljati dwar l-operat tar-repożitorju ċentrali, filwaqt li tikkunsidra l-ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-informazzjoni u l-protezzjoni tad-dejta mid-disinn u b'mod awtomatiku.

Emenda    331

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Kull tliet xhur, l-eu-LISA għandha tippubblika statistika dwar is-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS li turi b'mod partikolari l-għadd u n-nazzjonalità tal-applikanti li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tagħhom tkun ġiet miċħuda, inklużi r-raġunijiet għaċ-ċaħda, u ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tagħhom ġiet annullata jew revokata.

4.  Kull tliet xhur, l-eu-LISA għandha tippubblika statistika dwar is-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS li turi b'mod partikolari l-għadd u n-nazzjonalità tal-applikanti li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tagħhom tkun ġiet mogħtija jew miċħuda, inklużi r-raġunijiet għaċ-ċaħda, u ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tagħhom ġiet annullata jew revokata.

Emenda    332

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fl-aħħar ta' kull sena, id-dejta statistika għandha tiġi kompilata fil-forma ta' statistika trimestrali għal dik is-sena.

5.  Fl-aħħar ta' kull sena, id-dejta statistika għandha tiġi kompilata fil-forma ta' rapport annwali għal dik is-sena. Ir-rapport għandu jkun ippubblikat u trażmess lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-awtoritajiet superviżorji.

Emenda    333

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Fuq talba tal-Kummissjoni, l-eu-LISA għandha tipprovdiha bi statistika dwar aspetti speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ukoll l-istatistika skont il-paragrafu 3.

6.  Fuq talba tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-eu-LISA għandha tipprovdi statistika dwar aspetti speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ukoll l-istatistika skont il-paragrafu 3.

Emenda    334

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispejjeż imġarrba f'konnessjoni mal-iżvilupp ta' Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS, l-integrazzjoni tal-infrastruttura tal-fruntieri nazzjonali eżistenti u rabta mal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi kif ukoll minħabba l-ospitar tal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi, it-twaqqif tal-Unitajiet Ċentrali u Nazzjonali tal-ETIAS u l-operat tal-ETIAS għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

L-ispejjeż imġarrba b'konnessjoni mal-iżvilupp ta' Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS, l-integrazzjoni tal-infrastruttura tal-fruntieri nazzjonali eżistenti u r-rabta mal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi kif ukoll minħabba l-ospitar tal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi, it-twaqqif tal-Unitajiet Ċentrali u Nazzjonali tal-ETIAS, il-manutenzjoni u l-operat tal-ETIAS inklużi l-ispejjeż tal-persunal tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS, għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-eu-LISA għandha tagħti attenzjoni partikolari lir-riskju taż-żidiet fl-ispejjeż u tiżgura kontroll suffiċjenti tal-kuntratturi.

Emenda    335

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispejjeż li ġejjin għandhom ikunu esklużi:

imħassar

(a)  l-Uffiċċju tal-Istati Membri għall-ġestjoni tal-proġett (laqgħat, missjonijiet, uffiċċji);

 

(b)  l-ospitar ta' sistemi nazzjonali (spazju, implimentazzjoni, elettriku, tkessiħ);

 

(c)  it-tħaddim ta' sistemi nazzjonali (kuntratti tal-operaturi u ta' appoġġ);

 

(d)  l-adattament speċifiku tal-verifiki fuq il-fruntieri;

 

(e)  id-disinn, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta' netwerks nazzjonali ta' komunikazzjoni;

 

Emenda    336

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jirċievu appoġġ finanzjarju għall-ispejjeż li jġarrbu b'riżultat tar-responsabbiltajiet adizzjonali msemmija fl-Artikolu 66. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 78 biex tiddefinixxi dan l-appoġġ finanzjarju.

Emenda    337

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-eu-LISA, l-Europol, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-korpi li huma parti mill-Bord tal-Etika tal-ETIAS għandhom jirċievu l-finanzjament u l-persunal addizzjonali xierqa li huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti fdati lilhom skont dan ir-Regolament.

Emenda    338

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dħul iġġenerat mill-ETIAS għandu jikkostitwixxu dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012.

Id-dħul iġġenerat mill-ETIAS għandu jikkostitwixxu dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012. Kwalunkwe dħul li jibqa' wara li l-kopertura tal-ispiża tal-iżvilupp tal-ETIAS u l-ispejjeż rikorrenti għall-operat u l-manutenzjoni tagħha għandu jiġi assenjat lill-baġit tal-Unjoni.

Emenda    339

Proposta għal regolament

Artikolu 76 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-eu-LISA dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 11 li għandhom aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS.

L-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-eu-LISA dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 11 li għandhom aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS.

Emenda    340

Proposta għal regolament

Artikolu 76 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Lista kkonsolidata ta' dawn l-awtoritajiet għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-ETIAS tkun bdiet l-operat f'konformità mal-Artikolu 77. Jekk ikun hemm emendi għal-lista, l-eu-LISA għandha tippubblika lista konsolidata aġġornata darba fis-sena.

imħassar

Emenda    341

Proposta għal regolament

Artikolu 76 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet maħtura tagħhom imsemmija fl-Artikolu 43 u għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kwalunkwe emenda li ssirilhom.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-eu-LISA dwar l-awtoritajiet maħtura tagħhom imsemmija fl-Artikolu 43 u għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kwalunkwe emenda li ssirilhom.

Emenda    342

Proposta għal regolament

Artikolu 76 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni notifikata skont il-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku permezz ta' sit web pubbliku li jiġi kontinwament aġġornat.

5.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni notifikata skont il-paragrafi 1, 2 u 3 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Meta tiġi emendata, il-Kummissjoni għandha tippubblika darba fis-sena verżjoni konsolidata aġġornata ta' din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm sit web pubbliku li jiġi kontinwament aġġornat u li jipprovdi din l-informazzjoni b'mod faċilment aċċessibbli.

Emenda    343

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  ikunu daħlu fis-seħħ l-emendi meħtieġa għall-atti legali tas-sistemi ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 li bihom għandha tiġi stabbilita l-interoperabbiltà mas-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS;

Emenda    344

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 1 – punt -aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-aa)  tkun daħlet fis-seħħ l-emenda meħtieġa għar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a li tafda lill-eu-LISA bl-immaniġġjar operazzjonali tal-ETIAS;

 

________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).

Emenda    345

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 1 – punt -ab (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ab)  ikunu daħlu fis-seħħ l-emendi meħtieġa għall-atti legali tas-sistemi ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18 li jipprovdu aċċess għal dawn il-bażijiet ta' dejta għall-Unità Ċentrali tal-ETIAS;

Emenda    346

Proposta għal regolament

Artikolu 78 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 15(3) u (4), l-Artikolu 16(4), l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 72(1) u (5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-[data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(3a), l-Artikolu 13(db), l-Artikolu 15(5) u (6), l-Artikolu 16(4), l-Artikolu 26a, l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 32(2a), l-Artikolu 33, l-Artikolu 72(1) u (5), l-Artikolu 73(2) u l-Artikolu 74 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    347

Proposta għal regolament

Artikolu 78 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 15(3) u (4), l-Artikolu 16(4), l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 72(1) u (5) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe atti delegati diġà fis-seħħ.

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 6(3a), l-Artikolu 13(db), l-Artikolu 15(5) u (6), l-Artikolu 16(4), l-Artikolu 26a, l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 32(2a), l-Artikolu 33, l-Artikolu 72(1) u (5), l-Artikolu 73(2) u l-Artikolu 74 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

Emenda    348

Proposta għal regolament

Artikolu 78 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Att delegat adottat skont l-Artikolu 15(2) u (4), l-Artikolu 16(4), l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 72(1) u (4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' [xahrejn] min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(3a), l-Artikolu 13(db), l-Artikolu 15(5) u (6), l-Artikolu 16(4), l-Artikolu 26a, l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 32(2a), l-Artikolu 33, l-Artikolu 72(1) u (5), l-Artikolu 73(2) u l-Artikolu 74 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' [xahrejn] min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    349

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sa [Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament – OPOCE, jekk jogħġbok issostitwixxi bid-data attwali] u kull sitt xhur wara dan matul il-fażi tal-iżvilupp tas-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS, l-eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat attwali tal-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali, tal-Interfaċċi Uniformi u tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Uniformi. Ladarba jiġi finalizzat l-iżvilupp, għandu jiġi ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jispjega fid-dettall kif ikunu intlaħqu l-objettivi, b'mod partikolari dawk marbuta mal-ippjanar u mal-ispejjeż, kif ukoll ġustifikazzjoni għal kwalunkwe diverġenza.

2.  Sa [Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament – OPOCE, jekk jogħġbok issostitwixxi bid-data attwali] u kull sitt xhur wara dan matul il-fażi tal-iżvilupp tas-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS, l-eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat attwali tal-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali, tal-Interfaċċi Uniformi u tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Uniformi. Dan ir-rapport għandu jkollu informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż imġarrba u informazzjoni dwar kwalunkwe riskju li jista' jkollu impatt fuq l-ispejjeż globali tas-sistema li se jkunu qed jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni skont l-Artikolu 74. Ladarba jiġi finalizzat l-iżvilupp, għandu jiġi ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jispjega fid-dettall kif ikunu intlaħqu l-objettivi, b'mod partikolari dawk marbuta mal-ippjanar u mal-ispejjeż, kif ukoll ġustifikazzjoni għal kwalunkwe diverġenza.

Emenda    350

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tliet snin wara l-bidu tal-operat tal-ETIAS u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ETIAS u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet neċessarji lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Din l-evalwazzjoni tinkludi:

Sentejn wara li jibdew l-operazzjonijiet tal-ETIAS u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ETIAS u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet neċessarji lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluża valutazzjoni dettaljata tal-implikazzjonijiet baġitarji tagħhom. Din l-evalwazzjoni għandha tinkludi:

Emenda    351

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ir-riżultati miksuba mill-ETIAS b'kunsiderazzjoni tal-objettivi, il-mandat u l-kompiti tagħha;

(a)  l-ispejjeż u r-riżultati miksuba mill-ETIAS b'kunsiderazzjoni tal-objettivi, il-mandat u l-kompiti tagħha;

Emenda    352

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-prestazzjoni tal-ETIAS u l-prassi ta' ħidma tagħha b'rabta mal-objettivi, il-mandat u l-kompiti tagħha;

(b)  l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-prestazzjoni tal-ETIAS, inklużi l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS, u l-prattiki ta' ħidma tagħha b'rabta mal-objettivi, il-mandat u l-kompiti tagħha;

Emenda    353

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  is-sigurtà tal-ETIAS;

Emenda    354

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  ir-regoli tal-proċessur tal-applikazzjoni awtomatizzata użat għall-iskop tal-valutazzjoni tar-riskju;

(c)  ir-regoli tal-iskrinjar użati għall-iskop tal-valutazzjoni tar-riskju;

Emenda    355

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  il-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS;

Emenda    356

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  l-impatt fuq ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi involuti;

Emenda    357

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb)  id-dħul iġġenerat tal-UE u l-infiq imġarrab mill-korpi tal-UE kif ukoll mill-Istati Membri.

Emenda    358

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.

Emenda    359

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 8 – subparagrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  l-għadd ta' applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar miċħuda abbażi ta' hit pożittiva bl-involviment tal-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS;

Emenda    360

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 8 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapporti annwali tal-Istati Membri u tal-Europol għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara.

Ir-rapporti annwali tal-Istati Membri u tal-Europol għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara.

Emenda    361

Proposta għal regolament

Artiklu 82 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 77, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 62, 63, 68, 74, 76, 78, 79 kif ukoll id-dispożizzjonijiet relatati mal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 77(1), li għandhom japplikaw mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda    362

Proposta għal regolament

Anness 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness 1a

 

Lista ta' reati kriminali msemmija fl-Artikolu 15(4)(b)

 

1.  reati terroristiċi,

 

2.  parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali,

 

3.  traffikar tal-bnedmin,

 

4.  sfruttament sesswali tat-tfal u pornografija tat-tfal,

 

5.  traffikar illeċitu ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi,

 

6.  traffikar illeċitu ta' armi, munizzjon u splussivi,

 

7.  korruzzjoni,

 

8.  frodi, inkluża dik kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni,

 

9.  ħasil tar-rikavati minn kriminalità u falsifikazzjoni ta' flus, inkluża l-euro,

 

10.  kriminalità relatata mal-informatika/ċiberkriminalità,

 

11.  kriminalità ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta' speċi ta' annimali fil-periklu li jinqerdu u ta' speċi ta' pjanti u varjetajiet fil-periklu li jinqerdu,

 

12.  faċilitazzjoni ta' dħul u residenza mhux awtorizzati,

 

13.  qtil, offiżi fiżiċi gravi fuq il-persuna,

 

14.  kummerċ illeċitu ta' organi u tessuti umani,

 

15.  ħtif ta' persuni, żamma illegali ta' persuni u teħid ta' ostaġġi,

 

16.  serq organizzat jew bl-użu ta' armi,

 

17.  traffikar illeċitu f'beni kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti,

 

18.  falsifikazzjoni u piraterija ta' prodotti,

 

19.  falsifikazzjoni ta' dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom,

 

20.  traffikar illeċitu ta' sustanzi ormonali u promoturi oħra tat-tkabbir,

 

21.  traffikar illeċitu ta' materjal nukleari jew radjuattiv,

 

22.  stupru,

 

23.  kriminalità fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

 

24.  ħtif illegali ta' inġenji tal-ajru/bastimenti,

 

25.  sabutaġġ,

 

26.  traffikar ta' vetturi misruqa,

 

27.  spjunaġġ industrijali,

 

28.  ħruq,

 

29.  razziżmu u ksenofobija.

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)

ĠU C xx ta' ..., p. xx.


NOTA SPJEGATTIVA

L-isfond u l-kontenut tal-proposta

Fis-16 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta li tistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) (COM(2016) 731), akkumpanjata minn dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva u bbażata fuq studju ta' fattibbiltà(1). Din issegwi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' April 2016 intitolata "Sistemi ta' Informazzjoni aktar b'saħħithom u aktar intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà" (COM(2016) 2015) fejn il-Kummissjoni ddeskriviet fil-qasir il-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ u ttejjeb is-sistemi tal-IT tagħha, l-arkitettura tad-dejta u l-iskambju ta' informazzjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri, l-infurzar tal-liġi u l-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Il-proposta tistipula dispożizzjonijiet dwar l-għanijiet tal-ETIAS, l-arkitettura teknika tagħha, l-atturi differenti involuti fil-valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-ETIAS, id-dejta meħtieġa, il-proċess ta' applikazzjoni, ir-regoli għal valutazzjoni inklużi verifiki kontra sistemi ta' informazzjoni oħrajn, il-lista ta' sorveljanza u l-indikaturi ta' riskju speċifiċi, l-awtoritajiet li għandhom aċċess u d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta. Fiha wkoll ċerti emendi għal għadd ta' strumenti leġiżlattivi oħra, inkluż il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen biex il-pussess tal-ETIAS ikun kundizzjoni ta' dħul, ir-Regolament tal-Europol u r-Regolament tal-Frontex. L-emendi meħtieġa għar-Regolament tal-eu-LISA ser jiġu inklużi fir-rieżami li jmiss ta' dan ir-Regolament. Fl-aħħar nett, ser ikun meħtieġ li jiġu emendati l-atti legali tas-sistemi ta' informazzjoni li bihom għandha tiġi stabbilita l-interoperabbiltà mas-Sistema ta' Informazzjoni tal-ETIAS biex ikun speċifikat liema dejta tista' tiġi skambjata bejn is-sistemi b'mod awtomatizzat u r-regoli dettaljati f'dan ir-rigward.

Il-proċedura

Sabiex tiġi vvalutata l-proposta tal-Kummissjoni u jiġi ppreparat dan l-abbozz ta' rapport, ir-rapporteur fittxet kontribut minn firxa wiesgħa ta' sorsi. Saret sensiela ta' laqgħat fil-livell tekniku mas-servizzi tal-Kummissjoni biex tiġi diskussa l-proposta kollha fid-dettall. Barra minn hekk, diversi partijiet interessati u esperti ġew mistiedna jattendu laqgħat max-shadow rapporteurs. Dawn kienu l-aġenziji Ewropej milquta jew interessati fil-proposta tal-ETIAS (l-eu-LISA, il-Europol, il-Frontex, l-FRA), il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, esperti mill-Istati Uniti li taw informazzjoni dwar esperjenzi mal-ESTA tal-Istati Uniti u r-rappreżentanti tat-trasportaturi tal-ajru. Fl-aħħar nett, l-awturi ta' studju mitlub mill-Kumitat LIBE dwar l-ETIAS ippreżentaw is-sejbiet tagħhom. Biex jikkomplementaw dawn il-laqgħat, saret talba għal opinjoni tal-Aġenzija dwar id-Drittijiet Fundamentali u ġiet organizzata żjara lejn is-sit tekniku tal-eu-LISA fi Strasburgu.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur tilqa' l-proposta biex tiġi stabbilita Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar. Hija tappoġġa b'mod sħiħ ir-raġuni fundamentali ġenerali u l-elementi ewlenin tal-proposta tal-Kummissjoni.

L-ETIAS ser tippermetti għall-possibbiltà li jiġi vvalutat jekk ċittadin ta' pajjiż terz eżentat mill-viża li għandu l-intenzjoni jivvjaġġa lejn iż-żona ta' Schengen, jikkostitwixxix migrazzjoni irregolari, riskju ta' sigurtà jew ta' saħħa pubblika qabel mal-persuna tasal fil-fruntiera esterna f'punt ta' qsim tal-fruntiera. Għalhekk, l-ETIAS ser tikkontribwixxi għal valutazzjoni aħjar dwar jekk il-kundizzjonijiet ta' dħul huma ssodisfati minn ċittadin ta' pajjiż terz u b'hekk is-sigurtà taż-żona Schengen kollha kemm hi.

Bħalissa, gwardja tal-fruntiera huwa ffaċċjat bil-kompitu li jagħmel firxa wiesgħa ta' valutazzjonijiet fuq il-post fi żmien limitat ħafna. Is-sistema tal-ETIAS, ladarba tkun fis-seħħ, se tagħmila possibbli li jsiru numru ta' verifiki minn qabel fil-kontroll tal-fruntiera, li wħud minnhom attwalment mhumiex possibbli biex jitwettqu minn gwardja tal-fruntiera. Is-sistema b'hekk tipprovdi lill-gwardja tal-fruntiera b'indikazzjoni li tali verifika minn qabel saret u li matul din il-verifika ma nstabet ebda raġuni għal ċaħda. Is-sistema, madankollu, m'għandhiex taffettwa l-awtorità tal-gwardji tal-fruntiera biex jieħdu deċiżjoni finali biex iħallu persuna tidħol jew jirrifjutaw id-dħul lill-persuna jekk hu jew hi tqis li l-kundizzjonijiet ta' dħul mhumiex issodisfati.

Barra minn hekk, wieħed jista' ġustament jassumi li s-sistema se twassal għal tnaqqis fil-każijiet ta' ċaħda ta' dħul fil-fruntiera peress li tkun diġà saret l-ewwel valutazzjoni qabel il-vjaġġatur ikun telaq lejn il-fruntiera esterna taż-żona Schengen. Biex jitnaqqas in-numru ta' ċaħdiet fil-fruntiera, se ttejjeb il-ġestjoni tal-fruntieri b'mod globali u se tkun ukoll ta' benefiċċju għat-trasportaturi li sussegwentement se jkollhom inqas passiġġeri li tagħhom se jkunu responsabbli wara ċaħda ta' dħul. Se tkun ta' benefiċċju wkoll għall-vjaġġaturi, peress li dawk li d-dħul tagħhom ikun se jiġi miċħud ma jimbarkawx.

Filwaqt li tappoġġa bis-sħiħ ir-raġuni fundamentali ġenerali u l-elementi ewlenin tal-proposta tal-Kummissjoni, ir-rapporteur tipproponi sensiela ta' emendi bil-għan li tkompli ttejjeb il-proposta.

L-emendi inklużi f'dan l-abbozz ta' rapport jiffokaw, fost l-oħrajn, fuq:

- L-evitar ta' problemi ta' implimentazzjoni:

Qed jiġu proposti regoli aktar dettaljati biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli għall-valutazzjoni ta' ETIAS, u b'hekk, il-possibbiltà wkoll ta' appell. Il-kriterji tal-Istati Membri tal-ewwel dħul maħsub għandhom jiġu kkomplementati b'responsabbiltajiet ibbażati fuq allerti maħruġin u dejta pprovduta lil-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS biex tiġi żgurata distribuzzjoni aktar ibbilanċjata tar-responsabbiltajiet.

Biex jiġu evitati piżijiet mingħajr bżonn, it-trasportaturi li jittrasportaw gruppi fuq l-art permezz ta' kowċ m'għandhomx jaqgħu taħt it-trasportaturi b'obbligi taħt dan ir-Regolament. Barra minn hekk, qed tiġi proposta premessa li tissuġġerixxi li t-trasportaturi għandhom ikunu jistgħu jikkonnettjaw mal-ETIAS, l-EES u sistemi simili permezz ta' punt tad-dħul uniku.

Sabiex jiġi żgurat funzjonament bla xkiel tas-sistema, il-vjaġġaturi għandhom jirċievu aktar informazzjoni dwar l-ETIAS b'mod ġenerali u fir-rigward tas-sitwazzjoni speċifika tagħhom b'mod partikolari. Għandhom, pereżempju, jiġu notifikati qabel l-ETIAS tagħhom tiskadi u jiġi permess lilhom japplikaw għal awtorizzazzjoni ġdida qabel ma tiskadi dik ta' qabel. Għandha tingħata aktar informazzjoni dwar il-proċeduri ta' appell sabiex jiġi żgurat li d-dritt ta' appell ikun jista' effettivament jiġi eżerċitat.

F'ħafna partijiet huwa propost li l-abbozzar jiġi ċċarat, ħalli jkun hemm dispożizzjonijiet definiti b'mod aħjar u aktar salvagwardji għall-vjaġġaturi. Hit fil-konfront tal-bażi tad-dejta tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa u Mitlufa m'għandhiex, pereżempju, twassal għal ċaħda awtomatika tal-ETIAS iżda tkun teħtieġ aktar verifiki manwali. Barra minn hekk, għandu jiġi speċifikat li kull applikazzjoni għandha tiġi vvalutata fuq il-merti tagħha stess sabiex jiġi evitat li l-ewwel ċaħda awtomatikament twassal għal ċaħdiet ulterjuri.

- Effiċjenza u effikaċja:

Huwa ssuġġerit li l-Istati Membri jistabbilixxu punti ta' aċċess ċentrali li jivverifikaw jekk il-kundizzjonijiet għall-aċċess mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi huma ssodisfati minflok ma dawn il-kompiti jitwettqu mill-unitajiet nazzjonali tal-ETIAS. B'dan il-mod jiġi evitat li awtorità terza jkollha bżonn tkun involuta fil-proċess għall-aċċess għall-ETIAS, liema proċess jidher ikkumplikat iżżejjed.

Sabiex jittejbu l-verifiki fuq il-fruntiera, il-gwardji tal-fruntiera, waqt li jwettqu verifiki tat-tieni linja, għandu jkollhom il-possibbiltà jaċċessaw is-sistema ċentrali tal-ETIAS. Fil-każ ta' verifika tat-tieni linja meta kien diġà meqjus meħtieġ mill-gwardja tal-fruntiera fl-ewwel linja biex titwettaq verifika ulterjuri, l-awtoritajiet tal-fruntiera għandu jkollhom tali aċċess sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni aktar informata.

- Sigurtà tad-dejta u protezzjoni tad-dejta:

Id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tad-dejta u l-protezzjoni tad-dejta huma ssuġġeriti biex ikunu allinjati b'mod aktar ċar mal-bażijiet ġuridiċi tas-sistemi ta' informazzjoni oħrajn fuq skala kbira oħrajn u b'hekk imsaħħa. Id-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà tal-informazzjoni kif ukoll il-protezzjoni tad-dejta mid-disinn u b'mod awtomatiku huma proposti kif issuġġerit fl-opinjoni tal-KEPD.

- Sorveljanza u obbligu ta' rendikont:

Fl-aħħar nett, għadd ta' dispożizzjonijiet ta' rappurtar ġodda jew imsaħħa huma inklużi biex jiżguraw trasparenza aħjar u b'hekk obbligu ta' rendikont tas-sistema. B'mod partikolari, informazzjoni dwar il-funzjonament tal-unità ċentrali għandha ssir disponibbli peress li l-unità ċentrali ser tikkostitwixxi l-element fundamentali tas-sistema tal-ETIAS futura.

(1)

Feasibility Study for a European Travel Information and Authorisation System (ETIAS), Final Report (Studju tal-Fattibbiltà għal Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), Rapport Finali); https://ec.europa.eu/home-affairs/sites/homeaffairs/files/what-we-do/policies/european-agenda-security/legislative-documents/docs/20161116/etias_feasability_study_en.pdf


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (23.8.2017)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/794 u (UE) 2016/1624

COM(2016)731 – C8-0466/2016 – 2016/0357 (COD)

Rapporteur għal opinjoni: David McAllister

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat bli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  L-ETIAS tirrappreżenta waħda mill-prijoritajiet identifikati fil-Pjan Direzzjonali ta' Bratislava tas-16 ta' Settembru 2016, u li ġie iffirmat u ntlaħaq qbil dwaru mis-27 kap ta' stat u ta' gvern tal-Unjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-Kummissjoni jinħteġilha, flimkien mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tagħti importanza kbira lill-aspetti tal-politika barranija tal-istabbiliment tal-ETIAS u tikkomunika l-objettivi tagħha lill-gvernijiet tal-pajjiżi terzi kkonċernati b'mod f'waqtu u konċiż, filwaqt li tenfasizza d-differenzi politiċi, ġuridiċi u prattiċi fundamentali bejn l-obbligu tal-viża u l-awtorizzazzjoni ta' vjaġġar.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Il-Kummissjoni jinħteġilha tniedi kampanji ta' komunikazzjoni fil-pajjiżi terzi rilevanti f'ħin xieraq qabel jidħol fis-seħħ ir-Regolament dwar l-ETIAS, biex b'hekk il-vjaġġaturi jkunu infurmati kif xieraq dwar il-proċess ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-ETIAS u r-rimedji legali disponibbli f'każ ta' rifjut, kif ukoll dwar l-aspetti pożittivi li jippermettu qsim aktar malajr u bla xkiel tal-fruntiera għal vjaġġaturi b'awtorizzazzjoni qabel l-ivvjaġġar.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Jinħtieġ li l-ETIAS tistabbilixxi awtorizzazzjoni għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma eżentati mill-obbligu li jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni (“ir-rekwiżit ta' viża”) li tiffaċilita li jiġi determinat jekk il-preżenza tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri hijiex ta' riskju ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika. Jinħtieġ li ż-żamma ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida tkun kundizzjoni ta' dħul ġdida għat-territorju tal-Istati Membri, madankollu mhuwiex meħtieġ li s-sempliċi pussess ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jagħti dritt awtomatiku ta' dħul.

(9)  Bosta pajjiżi terzi wettqu sensiela ta' riformi kumplessi sabiex jinkiseb ivvjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tagħhom, u l-Unjoni tat reġim mingħajr viża b'rikonoxximent għall-isforzi b'suċċess tagħhom. Għalhekk, l-ETIAS jinħtieġ li tistabbilixxi awtorizzazzjoni għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma eżentati mill-obbligu li jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni (“ir-rekwiżit ta' viża”), li tiffaċilita li jiġi determinat b'mod esklużiv jekk il-preżenza ta' ċerti individwi fit-territorju tal-Istati Membri hijiex ta' riskju ta' migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika. Għal din ir-raġuni, iż-żamma ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida tkun kundizzjoni ta' dħul ġdida għat-territorju tal-Istati Membri. Madankollu, is-sempliċi pussess ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jinħtieġ li ma jagħtix dritt awtomatiku ta' dħul.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Sabiex tilħaq l-objettivi tagħha, jinħtieġ li l-ETIAS tipprovdi formola ta' applikazzjoni onlajn li jinħtieġ li timtela mill-applikanti b'dikjarazzjonijiet rigward l-identità tiegħu jew tagħha, id-dokument tal-ivvjaġġar, l-informazzjoni ta' residenza, id-dettalji tal-kuntatt, l-edukazzjoni u l-impjieg attwali, il-kundizzjoni tiegħu jew tagħha ta' membru tal-familja ta' ċittadini tal-UE jew ċittadini ta' pajjiżi terzi li jibbenefika minn moviment liberu filwaqt li ma għandux karta ta' residenza, jekk l-applikant ikun minuri, l-identità tal-persuna responsabbli u tweġibiet għal sett ta' mistoqsijiet ta' sfond (jekk l-applikant huwiex soġġett għal xi marda b'potenzjal ta' epidemija kif definit mir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jew mard ta' parassitiku li jittieħed jew kontaġġuż, rekords kriminali, preżenza f'żoni ta' gwerra, deċiżjoni ta' ritorn lejn fruntieri / ordni biex iħalli t-territorju). Jinħtieġ li l-aċċess għad-dejta tas-saħħa tal-applikanti jkun permess biss biex jiddetermina jekk jirrappreżentawx theddida għas-saħħa pubblika.

(16)  Sabiex tilħaq l-objettivi tagħha, jinħtieġ li l-ETIAS tipprovdi formola ta' applikazzjoni onlajn li jinħtieġ li timtela mill-applikanti b'dikjarazzjonijiet rigward l-identità tiegħu jew tagħha, id-dokument tal-ivvjaġġar, l-informazzjoni ta' residenza, id-dettalji tal-kuntatt, l-impjieg attwali, il-kundizzjoni tiegħu jew tagħha ta' membru tal-familja ta' ċittadini tal-UE jew ċittadini ta' pajjiżi terzi li jibbenefika minn moviment liberu filwaqt li ma għandux karta ta' residenza, jekk l-applikant ikun minuri, l-identità tal-persuna responsabbli u tweġibiet għal sett ta' mistoqsijiet ta' sfond (jekk l-applikant huwiex soġġett għal xi marda b'potenzjal ta' epidemija kif definit mir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jew mard ta' parassitiku li jittieħed jew kontaġġuż, rekords kriminali, preżenza f'żoni ta' gwerra, deċiżjoni ta' ritorn lejn fruntieri / ordni biex iħalli t-territorju). Jinħtieġ li l-aċċess għad-dejta tas-saħħa tal-applikanti jkun permess biss biex jiddetermina jekk jirrappreżentawx theddida għas-saħħa pubblika.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Jinħtieġ li l-ETIAS taċċetta applikazzjonijiet li jiġu introdotti f'isem l-applikant għal sitwazzjonijiet fejn il-vjaġġaturi nfushom mhumiex f'pożizzjoni li joħolqu applikazzjoni, għal xi raġuni jew oħra. F'każijiet bħal dawn, jinħtieġ li l-applikazzjoni titwettaq minn terza persuna awtorizzata mill-vjaġġatur jew legalment responsabbli għalih/għaliha sakemm din l-identità tal-persuna tiġi inkluża fil-formola ta' applikazzjoni.

(17)  L-ETIAS jinħtieġ li titfassal bħala pjattaforma faċli għall-utent u tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha fil-lingwa tal-applikant jew f'lingwa li l-applikant jista' jifhem. Jinħtieġ li l-ETIAS taċċetta applikazzjonijiet li jiġu introdotti f'isem l-applikant għal sitwazzjonijiet fejn il-vjaġġaturi nfushom mhumiex f'pożizzjoni li joħolqu applikazzjoni, għal xi raġuni jew oħra. F'każijiet bħal dawn, jinħtieġ li l-applikazzjoni titwettaq minn terza persuna awtorizzata mill-vjaġġatur jew legalment responsabbli għalih/għaliha sakemm din l-identità tal-persuna tiġi inkluża fil-formola ta' applikazzjoni. L-ETIAS jinħtieġ li tipprovdi faċilitajiet ta' applikazzjoni (kiosks) għall-applikanti fil-postijiet tat-tluq fl-ajruporti u l-portijiet prinċipali u fil-punti ta' qsim prinċipali tal-fruntieri fuq l-art. L-aġenti tal-ivvjaġġar jinħtieġ li jkunu jistgħu joħolqu applikazzjonijiet f'isem individwi jew gruppi ta' applikanti.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Jinħtieġ li d-dejta personali pprovduta mill-applikanti tiġi proċessata mill-ETIAS għar-raġuni biss ta' verifika minn qabel tal-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/39924 u ta' valutazzjoni jekk l-applikant huwiex probabbli li jemigra irregolarment, jekk id-dħul tal-applikant fl-Unjoni huwiex ta' theddida għas-sigurtà jew is-saħħa pubblika tal-Unjoni.

(20)  Jinħtieġ li d-dejta personali pprovduta mill-applikanti tiġi proċessata mill-ETIAS għar-raġuni biss ta' verifika minn qabel tal-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/39924 u ta' valutazzjoni jekk l-applikant ġiex rifjutat id-dħul jew dam aktar milli suppost fil-passat, jekk id-dħul tal-applikant fl-Unjoni huwiex ta' theddida għas-sigurtà jew is-saħħa pubblika tal-Unjoni.

_________________

_________________

24 Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen).

24 Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Il-valutazzjoni ta' riskji bħal dawn ma tistax issir mingħajr l-ipproċessar tad-dejta personali elenkata fil-premessa (16). Jinħtieġ li kull oġġett ta' dejta personali fl-applikazzjonijiet jitqabbel mad-dejta li tinsab fir-rekord, fajl jew allert irreġistrati f'sistema ta' informazzjoni (is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), id-dejta tal-Europol, il-bażi ta' dejta tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa u Mitlufa (SLTD), is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), il-Eurodac, is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) u/jew il-bażi tad-dejta tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma' Avviżi (Interpol TDAWN)) jew ma' listi ta' sorveljanza tal-ETIAS, jew ma' indikaturi speċifiċi tar-riskji. Jinħtieġ li l-kategoriji ta' dejta personali li jinħtieġ li jintużaw għat-tqabbil ikunu limitati għall-kategoriji tad-dejta preżenti fis-sistemi ta' informazzjoni, il-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS jew l-indikaturi ta' riskju speċifiku li jiġu kkonsultati.

(21)  Il-valutazzjoni ta' riskji bħal dawn ma tistax issir mingħajr l-ipproċessar tad-dejta personali elenkata fil-premessa (16). Jinħtieġ li kull oġġett ta' dejta personali fl-applikazzjonijiet jitqabbel mad-dejta li tinsab fir-rekord, fajl jew allert irreġistrati f'sistema ta' informazzjoni (is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), id-dejta tal-Europol, il-bażi ta' dejta tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa u Mitlufa (SLTD), is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), il-Eurodac, is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) u/jew il-bażi tad-dejta tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma' Avviżi (Interpol TDAWN)), inklużi n-notifiki sofor li jistgħu jgħinu biex jiġu lokalizzati l-persuni neqsin, jew ma' listi ta' sorveljanza tal-ETIAS, jew ma' indikaturi speċifiċi tar-riskji. Jinħtieġ li l-kategoriji ta' dejta personali li jinħtieġ li jintużaw għat-tqabbil ikunu limitati għall-kategoriji tad-dejta preżenti fis-sistemi ta' informazzjoni, il-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS jew l-indikaturi ta' riskju speċifiku li jiġu kkonsultati.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Jinħtieġ li l-applikanti li ġew miċħuda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ikollhom id-dritt tal-appell. Jinħtieġ li l-appelli jitmexxew fl-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni u skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru.

(24)  Jinħtieġ li l-applikanti li ġew miċħuda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ikollhom id-dritt tal-appell. Jinħtieġ li l-appelli jitmexxew fl-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni u skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. Il-proċedura ta' appell jinħtieġ li tkun konkluża fi żmien tliet xhur l-aktar tard.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Jekk, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, Stat Membru jikkonsidra li hu meħtieġ li ċittadin ta' pajjiż terz jiġi permess jivvjaġġa fit-territorju tiegħu fuq bażijiet umanitarji, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali, jinħtieġ li huwa jkollu l-possibilità li joħroġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali u temporali limitata.

(30)  Jekk, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, ikun meħtieġ li ċittadin ta' pajjiż terz jiġi permess jivvjaġġa fuq bażijiet umanitarji, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali, jinħtieġ li huwa jkollu l-possibilità li joħroġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'validità territorjali u temporali limitata.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  L-aċċess għall-informazzjoni li tinsab fl-ETIAS hija meħtieġa biex tipprevjeni, tidentifika u tinvestiga reati terroristiċi kif imsemmi fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI26 jew reati kriminali serji oħrajn kif imsemmi fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI27 . F'investigazzjoni speċifika u sabiex tiġi stabbilita evidenza u informazzjoni relatati ma' persuna suspettata li kkomettiet reat jew vittma ta' reat, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jeħtieġu aċċess għad-dejta ġġenerata mill-ETIAS. Id-dejta maħżuna fl-ETIAS tista' wkoll tkun bżonnjuża biex tidentifika l-awtur ta' reat terroristiku jew reati kriminali serji oħra, speċjalment meta jkun hemm bżonn azzjoni urġenti. L-aċċess għall-ETIAS għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra jikkostitwixxi interferenza mad-dritt fundamentali tar-rispett tal-ħajja privata tal-individwi u tal-protezzjoni tad-dejta personali ta' persuni li d-dejta personali tagħhom tiġi pproċessata fl-ETIAS. Għalhekk, jinħtieġ li d-dejta fl-ETIAS tinżamm u titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet maħtura tal-Istati membri u tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (''Europol''), soġġetta għal kundizzjonijiet stretti stabbiliti f'dan ir-Regolament sabiex aċċess bħal dan ikun limitat għal dak li hu strettament neċessarju għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati kriminali serji f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti notevolment fil-ġurisprudenza tal-Qorti, b'mod partikolari il-każ tad-Drittijiet Diġitali fl-Irlanda28 .

(34)  L-aċċess għall-informazzjoni li tinsab fl-ETIAS jinħtieġ li jikkontribwixxi biex tipprevjeni, tidentifika u tinvestiga reati terroristiċi kif imsemmi fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI26 jew reati kriminali serji oħrajn kif imsemmi fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI27 . F'investigazzjoni speċifika u sabiex tiġi stabbilita evidenza u informazzjoni relatati ma' persuna suspettata li kkomettiet reat jew vittma ta' reat, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jeħtieġu aċċess għad-dejta ġġenerata mill-ETIAS. Id-dejta maħżuna fl-ETIAS tista' wkoll tkun bżonnjuża biex tidentifika l-awtur ta' reat terroristiku jew reati kriminali serji oħra, speċjalment meta jkun hemm bżonn azzjoni urġenti. L-aċċess għall-ETIAS għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra jikkostitwixxi interferenza mad-dritt fundamentali, b'mod partikolari d-dritt għal ħajja privata tal-individwi u tal-protezzjoni tad-dejta personali ta' persuni li d-dejta personali tagħhom tiġi pproċessata fl-ETIAS. Għalhekk, jinħtieġ li d-dejta fl-ETIAS tinżamm u titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (''Europol''), soġġetta għal kundizzjonijiet stretti stabbiliti f'dan ir-Regolament sabiex aċċess bħal dan ikun limitat għal dak li hu strettament neċessarju għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati kriminali serji f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti notevolment fil-ġurisprudenza tal-Qorti, b'mod partikolari l-każ tad-Drittijiet Diġitali fl-Irlanda28..

_________________

_________________

26 Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat- 13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 6).

26 Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat- 13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 6).

27 Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

27 Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

28 Is-Sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tat-8 ta' April 2014 fil-Kawżi Magħquda C-293/12 u C-594/12 Digital Rights Ireland Ltd, ECLI:EU:C:2014:238.

28 Is-Sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tat-8 ta' April 2014 fil-Kawżi Magħquda C-293/12 u C-594/12 Digital Rights Ireland Ltd, ECLI:EU:C:2014:238.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Jinħtieġ li jiġu stabbiliti regoli stretti dwar l-aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u s-salvagwardji meħtieġa. Jeħtieġ ukoll li jiġu previsti d-drittijiet ta' aċċess, ta' korrezzjoni, ta' tħassir u ta' rimedju tal-individwi b'mod partikolari d-dritt għal rimedju ġudizzjarju u s-superviżjoni ta' operazzjonijiet tal-ipproċessar minn awtoritajiet pubbliċi indipendenti.

(47)  Jinħtieġ li jiġu stabbiliti regoli stretti dwar l-aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u s-salvagwardji meħtieġa. Il-ġbir, il-ħżin u l-użu tad-dejta miksuba taħt l-ETIAS jinħtieġ f'kull każ ikunu konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jeħtieġ ukoll li jiġu previsti d-drittijiet ta' aċċess, ta' korrezzjoni, ta' tħassir u ta' rimedju tal-individwi b'mod partikolari d-dritt għal rimedju ġudizzjarju u s-superviżjoni ta' operazzjonijiet tal-ipproċessar minn awtoritajiet pubbliċi indipendenti.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 50 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  biex tadotta lista predeterminata ta' tweġibiet rigward il-mistoqsijiet dwar il-livell u l-qasam ta' edukazzjoni, l-impjieg attwali u t-titolu tal-impjieg li għandhom jiġu identikati fl-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar,

-  biex tadotta lista predeterminata ta' tweġibiet rigward il-mistoqsijiet dwar l-impjieg attwali u t-titolu tal-impjieg li għandhom jiġu indikati fl-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar,

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 50 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  biex tistabbilixxi l-metodi tal-pagamenti u l-proċess għall-miżata tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'kunsiderazzjoni għall-iżviluppi teknoloġiċi u d-disponibbiltà tagħhom u biex temenda l-ammont tal-miżata,

-  biex temenda l-ammont tal-miżata, tistabbilixxi l-metodi tal-pagamenti u l-proċess għall-miżata tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b'kunsiderazzjoni għall-iżviluppi teknoloġiċi u d-disponibbiltà tagħhom, sabiex ma jiġux imxekkla nazzjonali ta' pajjiżi terzi eżentati mill-viża li jista' ma jkollhomx aċċess għal ċerti metodi ta' ħlas meta japplikaw għal awtorizzazzjoni tal-ETIAS,

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)  Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż f'livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(51)  Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt kif ukoll konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż f'livell espert u diplomatiku, u li dawn il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. Is-SEAE u r-rappreżentazzjonijiet diplomatiċi tal-pajjiżi terzi suġġetti għal reġim mingħajr viża jinħtieġ li jiġu kkonsultati wkoll. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. Dawn il-gruppi ta' esperti jinħtieġ li jinkludu rappreżentanti tas-SEAE.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  riskju ta' migrazzjoni irregolari tfisser ir-riskju ta' nazzjonali ta' pajjiż terz li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet ta' dħul u ta' residenza kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' riskju ta' migrazzjoni irregolari miżjuda mal-proposta skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)  riskju għas-sigurtà tfisser riskju ta' theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta' kwalunkwe mill-Istati Membri;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' riskju għas-sigurtà miżjuda mal-proposta skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tikkontribwixxi għal livell għoli ta' sigurtà billi tipprovdi valutazzjoni tar-riskju tas-sigurtà stretta tal-applikanti, qabel ma jaslu fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni, biex jiġi ddeterminat ikunx hemm indikazzjonijiet fattwali jew bażijiet raġonevoli biex ikun konkluż jekk il-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri toħloqx riskju għas-sigurtà;

(a)  tikkontribwixxi għal livell għoli ta' sigurtà billi tipprovdi valutazzjoni tar-riskju tas-sigurtà stretta tal-applikanti, qabel ma jaslu fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni, biex jiġi ddeterminat ikunx hemm indikazzjonijiet fattwali biex ikun konkluż jekk il-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri toħloqx riskju għas-sigurtà;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  tappoġġa l-għanijiet tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) relatati mal-allerti fir-rigward ta' persuni mfittxija għall-arrest jew għal finijiet ta' ċediment jew estradizzjoni, ta' persuni neqsin, ta' persuni mfittxija biex jgħinu bi proċedura ġudizzjarja u għal persuni għal verifiki diskreti jew verifiki speċifiċi;

(e)  tappoġġa l-għanijiet tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) relatati mal-allerti fir-rigward ta' persuni mfittxija għall-arrest jew għal finijiet ta' ċediment jew estradizzjoni, ta' persuni neqsin b'mod partikolari tfal, ta' persuni mfittxija biex jgħinu bi proċedura ġudizzjarja u għal persuni għal verifiki diskreti jew verifiki speċifiċi;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.  L-uffiċjal tad-drittijiet fundamentali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkun responsabbli biex iwettaq awditi regolari dwar l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet u dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 28, inkluża valutazzjoni regolari tal-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari fir-rigward tal-privatezza. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkun responsabbli biex iwettaq awditi regolari dwar l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet, inkluża valutazzjoni regolari tal-impatt tagħhom fuq il-protezzjoni tad-dejta personali.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-applikanti għandhom jippreżentaw applikazzjoni billi jimlew il-formola tal-applikazzjoni onlajn permezz tas-sit web pubbliku apposta jew permezz tal-applikazzjoni mobbli għall-apparati web bil-quddiem biżżejjed ta' kull vjaġġ li jkun beħsiebhom jagħmlu.

1.  L-applikanti għandhom jippreżentaw applikazzjoni billi jimlew il-formola tal-applikazzjoni onlajn permezz tas-sit web pubbliku apposta, permezz tal-applikazzjoni mobbli għall-apparati web, jew fejn applikabbli permezz ta' faċilitajiet ta' applikazzjoni (kiosks), bil-quddiem biżżejjed ta' kull vjaġġ li jkun beħsiebhom jagħmlu.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati mill-applikant jew minn persuna jew permezz ta' intermedjarju kummerċjali awtorizzat mill-applikant biex jippreżenta applikazzjoni f'ismu.

2.  L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati mill-applikant jew minn persuna jew permezz ta' intermedjarju kummerċjali awtorizzat mill-applikant biex jippreżenta applikazzjoni f'ismu. Id-Delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-pajjiżi terzi għandhom jipprovdu l-għajnuna meħtieġa lill-applikanti.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għall-apparati mobbli għandhom jagħmlu l-formola tal-applikazzjoni disponibbli u aċċessibbli faċilment għall-applikanti bla ħlas.

2.  Is-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għall-apparati mobbli għandhom jagħmlu l-formola tal-applikazzjoni disponibbli u aċċessibbli faċilment għall-applikanti bla ħlas. Kemm is-sit web u l-applikazzjoni mobbli għandhom ikunu aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltajiet.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefown;

(g)  l-indirizz tal-posta elettronika, u, jekk disponibbli, in-numru tat-telefown;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  l-edukazzjoni (livell u qasam);

imħassar

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  għall-minuri, il-kunjom u l-ewwel isem/ismijiet tal-ġenituri fl-awtorità jew tal-kustodju legali tal-applikant;

(k)  għall-minuri, il-kunjom, l-ewwel isem/ismijiet, l-indirizz tal-posta elettronika jew in-numru tat-telefown u l-indirizz tad-dar tal-ġenituri fl-awtorità jew tal-kustodju legali tal-applikant;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt la (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(la)  jekk huwa jew hija humiex rifuġjat jew persuna mingħajr stat;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m)  fil-każ ta' applikazzjonijiet mimlijin minn persuna li mhix l-applikant, il-kunjom, l-ewwel isem/ismijiet, isem il-kumpanija, organizzazzjoni jekk applikabbli, l-indirizz tal-posta elettronika, l-indirizz postali, in-numru tat-telefown; ir-relazzjoni mal-applikant u dikjarazzjoni rappreżentattiva ffirmata elettronikament.

(m)  fil-każ ta' applikazzjonijiet mimlijin minn persuna li mhix l-applikant u applikazzjonijiet mimlija minn gruppi, il-kunjom, l-ewwel isem/ismijiet, isem il-kumpanija, organizzazzjoni jekk applikabbli, l-indirizz tal-posta elettronika, l-indirizz postali, in-numru tat-telefown; ir-relazzjoni mal-applikant u dikjarazzjoni rappreżentattiva ffirmata elettronikament.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-applikant għandu jagħżel il-livell u l-qasam tal-edukazzjoni, l-impjieg attwali u t-titolu tal-impjieg minn lista predeterminata. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 78 biex tistabbilixxi dawn il-listi predeterminati.

3.  L-applikant għandu jagħżel l-impjieg attwali u t-titolu tal-impjieg minn lista predeterminata. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 78 biex tistabbilixxi dawn il-listi predeterminati.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk kienx ikkundannat għal kwalunkwe reat kriminali fi kwalunkwe pajjiż;

(b)  jekk kienx ikkundannat għal kwalunkwe reat kriminali serju, kif definit fil-punt (m) tal-Artikolu 3, fi kwalunkwe pajjiż;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 78 dwar il-metodi ta' pagament u l-proċess għall-ħlas tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u dwar bidliet fl-ammont ta' dak il-ħlas.

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 78 dwar il-metodi ta' pagament u l-proċess għall-ħlas tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u dwar bidliet fl-ammont ta' dak il-ħlas. Il-Kummissjoni għandha tqis l-iżviluppi teknoloġiċi u d-disponibbiltà tagħhom, sabiex ma jiġux imxekkla nazzjonali ta' pajjiżi terzi eżentati mill-viża li jista' ma jkollhomx aċċess għal ċerti metodi ta' ħlas meta japplikaw għal awtorizzazzjoni tal-ETIAS.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m)  jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix għal dokument tal-ivvjaġġar irrappurtat f'fajl fl-Interpol TDAWN;

(m)  jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix għal dokument tal-ivvjaġġar irrappurtat f'fajl fl-Interpol TDAWN, inklużi n-notifiki sofor li jistgħu jgħinu jillokalizzaw persuni neqsin;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  allert fir-rigward ta' persuni neqsin;

(b)  allert fir-rigward ta' persuni neqsin, b'mod partikolari tfal;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 21 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 21a

 

Regoli speċifiċi għal rifuġjati u persuni mingħajr stat residenti f'pajjiż eżenti mill-viża

 

Meta rifuġjat jew persuna mingħajr stat imsemmija fl-Artikolu 2(1)(b) tapplika għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, se japplikaw ir-regoli speċifiċi li ġejjin:

 

(a)  l-applikant għandu jindika l-istatus tiegħu jew tagħha msemmi fl-Artikolu 15(2)(la).

 

(b)  l-applikant ma għandux iwieġeb il-mistoqsija msemmija fl-Artikolu 15(4)(c);

 

(c)  il-ħlas imsemmi fl-Artikolu 16 għandu jiġi eżentat.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-talba għal informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali għandha tiġi nnotifikata lill-indirizz tal-posta elettronika ta' kuntatt irreġistrat fil-fajl tal-applikazzjoni. It-talba għal informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali għandha tindika b'mod ċar l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni li l-applikant ikun mitlub jipprovdi. L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni addizzjonali lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS permezz tas-servizz ta' kont sikur imsemmi fl-Artikolu 6(2)(g) fi żmien 7 ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla tat-talba.

2.  It-talba għal informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali għandha tiġi nnotifikata lill-indirizz tal-posta elettronika ta' kuntatt irreġistrat fil-fajl tal-applikazzjoni. It-talba għal informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali għandha tindika b'mod ċar l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni li l-applikant ikun mitlub jipprovdi. L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni addizzjonali lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS permezz tas-servizz ta' kont sikur imsemmi fl-Artikolu 6(2)(g) fi żmien 7 ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla tat-talba. L-applikant għandu jkun intitolat jitlob li jingħata żmien addizzjonali biex iressaq id-dokumentazzjoni mitluba. Il-ħin addizzjonali mogħti bi tweġiba m'għandux jisboq 30 jum tax-xogħol.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-istedina għandha tiġi nnotifikata lill-applikant mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Membru u għandha tiġi nnotifikata lill-indirizz tal-posta elettronika ta' kuntatt irreġistrat fil-fajl tal-applikazzjoni.

5.  L-istedina għandha tiġi nnotifikata lill-applikant mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Membru u għandha tiġi nnotifikata lill-indirizz tal-posta elettronika ta' kuntatt irreġistrat fil-fajl tal-applikazzjoni jew bit-telefown.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Jekk l-applikant jonqos milli jwieġeb l-istedina fiż-żmien stipulat jew jekk l-applikant jonqos milli jattendi l-intervista, l-applikazzjoni tiġi miċħuda skont l-Artikolu 31(1) u l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli