Proċedura : 2017/0060(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0332/2017

Testi mressqa :

A8-0332/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/11/2017 - 13.3

Testi adottati :

P8_TA(2017)0429

RAPPORT     ***I
PDF 730kWORD 78k
23.10.2017
PE 606.171v01-00 A8-0332/2017

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/40/UE fir-rigward tal-perjodu għall-adozzjoni ta' atti delegati

(COM(2017)0136 – C8-0116/2017 – 2017/0060(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Gesine Meissner

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/40/UE fir-rigward tal-perjodu għall-adozzjoni ta' atti delegati (COM(2017)0136 – C8-0116/2017 – 2017/0060(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0136),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0116/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0332/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Sabiex jinkisbu l-għanijiet tad-Direttiva 2010/40/UE is-setgħa li jiġu adottati atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għal perjodu addizzjonali ta' ħames snin li jibda mis-27 ta' Awwissu 2017. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux għal tali estensjoni. Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet twettaqhom skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikulari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(4)  Sabiex jinkisbu l-għanijiet tad-Direttiva 2010/40/UE is-setgħa li jiġu adottati atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa biex jiġu żgurati l-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà u l-kontinwità għall-varar u l-użu operattiv tal-ITS għall-azzjonijiet ta' prijorità għal perjodu addizzjonali ta' ħames snin li jibda jiddekorri mis-27 ta' Awwissu 2017. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux għal tali estensjoni. Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet twettaqhom skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikulari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

Emenda    2

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin li jibda mis-27 ta' Awwissu 2017. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi taż-żmien tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel ma jintemm kull perjodu. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem kull perjodu ta' ħames snin.

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 - paragrafu 1a (ġdid)

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

1a.  Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

2.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin li jibda jiddekorri mis-27 ta' Awwissu 2017. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel ma jintemm kull perjodu.

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1b (ġdid)

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 12 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

1b.  fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 13 u 14.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. Din m'għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1c (ġdid)

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 12 - paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.  Fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

3a.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1d (ġdid)

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 12 – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d.  Fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

3b.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1e (ġdid)

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 12 – paragrafu 3c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1e.  Fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

3c.  Att delegat adottat fis-sens tal-Artikolu 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill sa perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1f (ġdid)

Direttiva 2010/40/UE

Artikoli 13 u 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikoli 13 u 14 huma mħassra.

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1g (ġdid)

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 17 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

‘5.  F'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2), il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta' ħidma, sas-27 ta' Frar 2011. Il-programm ta' ħidma għandu jinkludi objettivi u dati għall-implimentazzjoni tiegħu kull sena u jekk ikun meħtieġ għandu jipproponi l-adattamenti meħtieġa.

‘5.  F'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2), il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta' ħidma, sas-27 ta' Frar 2011. Il-programm ta' ħidma għandu jinkludi objettivi u dati għall-implimentazzjoni tiegħu kull sena u jekk ikun meħtieġ għandu jipproponi l-adattamenti meħtieġa.

 

Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-programm ta' ħidma relatat mal-azzjonijiet fl-Artikolu 6(3) sa... [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni] u qabel kull estensjoni sussegwenti ta' ħames snin tas-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati b'mod konformi mal-Artikolu 12(2).

(1)

Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

Id-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (id-Direttiva dwar l-ITS) tirrikjedi li l-ispeċifikazzjonijiet jiġu adottati, permezz ta' atti delegati, għal azzjonijiet f'erba' oqsma ta' prijorità. Id-Direttiva dwar l-ITS kienet waħda mill-ewwel atti leġiżlattivi tal-Unjoni li jistipulaw l-użu ta' atti delegati u s-setgħa li tadotta atti delegati ġiet mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu limitat biss, sas-27 ta' Awwissu 2017.

Ħames atti delegati ġew adottati sa mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar l-ITS: dwar il-forniment armonizzat għal eCall interoperabbli fl-UE kollha; dwar data u proċeduri għall-forniment, fejn ikun possibbli, ta' informazzjoni minima universali dwar it-traffiku relatata mas-sikurezza fit-toroq mingħajr ħlas għall-utenti; dwar il-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni għal postijiet ta' parkeġġ bla periklu u sikuri għal trakkijiet u vetturi kummerċjali; dwar il-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali fl-UE kollha; u l-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha;

Il-ħames att delegat għadu kif ġie ffinalizzat mill-esperti tal-Istati Membri u jindirizza l-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha. Minbarra r-rekwiżiti tal-interoperabbiltà għall-eCall, il-mekkaniżmi tal-qsim tad-data li ġew żviluppati f'dawn il-kuntesti qed jikkontribwixxu b'mod sinifikanti lejn l-għanijiet tal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali. Il-Kummissjoni bħalissa qed tħejji evalwazzjoni tad-Direttiva li se tirrapporta wkoll dwar l-implimentazzjoni. Huwa skedat li din se titlesta fl-2018.

Għan

Il-proposta għal Deċiżjoni tfittex li testendi d-delega tas-setgħa għal perjodu addizzjonali ta' ħames snin li se jibda mis-27 ta' Awwissu 2017. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux għal tali estensjoni.

Opinjonijiet tar-rapporteur

Ir-rapporteur ivvalutat il-proposta u tirrakkomanda li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/40/UE fir-rigward tal-perjodu għall-adozzjoni ta' atti delegati (COM(2017)0136 - C8 0191 - 2017/0136 (COD) jenħtieġ li tiġi appoġġjata.

Fis-snin li ġejjin, id-diġitalizzazzjoni tat-trasport inġenerali u l-ITS b'mod partikulari huma mistennija li jagħmlu qabża 'l quddiem. Bħala parti mill-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali, il-Kummissjoni Ewropea timmira li tuża aktar is-soluzzjonijiet tal-ITS biex tikseb ġestjoni aktar effiċjenti tan-netwerk tat-trasport għall-passiġġieri u n-negozji. L-ITS se tintuża biex ittejjeb il-vjaġġi u l-operazzjonijiet fuq modi speċifiċi u kkombinati ta' trasport. Il-Kummissjoni Ewropea taħdem ukoll biex tistabbilixxi l-bażi għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' soluzzjonijiet tal-ITS, permess tal-varar tal-ITS Kooperativi, fejn titwitta t-triq għall-awtomatizzazzjoni fis-settur tat-trasport.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tadotta speċifikazzjonijiet ulterjuri permezz ta' atti delegati, ir-Rapporteur tenfasizza li huwa essenzjali li d-delega tas-setgħa tiġi estiża. Barra minn hekk, l-ispeċifikazzjonijiet li diġà ġew adottati jistgħu jeħtieġu li jiġu aġġornati biex jirriflettu l-progress teknoloġiku jew it-tagħlimiet meħuda mill-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri.

Diversi azzjonijiet oħrajn, li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2010/40/UE, għadhom iridu jiġu indirizzati minn atti delegati. Jekk ma tiġix estiża d-delega tas-setgħa lill-Kummissjoni jista' jiġi pperikolat l-iskjerament integrat u koordinat tal-ITS interoperabbli fit-trasport bit-triq u l-interkonnessjonijiet tagħhom mal-modi l-oħrajn tat-trasport.

Il-Kunsill qed jipproponi wkoll li l-proposta tal-Kummissjoni tiġi adottata, bl-introduzzjoni ta' xi emendi għall-Artikolu 1, biex tittejjeb il-formulazzjoni b'mod konformi mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Barra minn hekk, il-Kunsill jitlob li jsir aġġornament regolari tal-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni relatat mal-ispeċifikazzjonijiet li jiżguraw il-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà u l-kontinwità għall-varar u l-użu operattiv tas-sistemi ITS għal azzjonijiet fl-oqsma ta' prijorità.

Ir-rapporteur taqbel mal-approċċ ġenerali tal-Kunsill u tipproponi l-istess bidliet bħall-emendi tal-PE. Jekk dawn il-bidliet jiġu adottati mill-Parlament, il-Kunsill ikun jista' jadotta l-pożizzjoni tal-PE fl-ewwel qari mingħajr emendi. Dan jippermetti li jiġu evitati t-trilogi.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/40/UE fir-rigward tal-perjodu għall-adozzjoni ta’ atti delegati

Referenzi

COM(2017)0136 – C8-0116/2017 – 2017/0060(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

22.3.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

3.4.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Gesine Meissner

11.4.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

7.9.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

12.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Deirdre Clune, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Bogusław Liberadzki, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Jens Nilsson, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, Pavel Telička, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Bas Eickhout, André Elissen, Michael Gahler, Kateřina Konečná, Jozo Radoš, Olga Sehnalová, Evžen Tošenovský, Matthijs van Miltenburg, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jaromír Kohlíček

Data tat-tressiq

24.10.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

42

+

ALDE

Jozo Radoš, Dominique Riquet, Pavel Telička, Matthijs van Miltenburg

ECR

Jacqueline Foster, Tomasz Piotr Poręba, Evžen Tošenovský, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

EFDD

Daniela Aiuto

ENF

André Elissen

GUE/NGL

Jaromír Kohlíček, Kateřina Konečná, Merja Kyllönen

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Michael Gahler, Dieter-Lebrecht Koch, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Henna Virkkunen, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Bogusław Liberadzki, Jens Nilsson, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, Olga Sehnalová, István Ujhelyi, Janusz Zemke, Claudia Țapardel

Verts/ALE

Jakop Dalunde, Bas Eickhout

0

-

-

-

0

0

-

-

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali