Proċedura : 2017/0812(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0336/2017

Testi mressqa :

A8-0336/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/11/2017 - 13.4
CRE 15/11/2017 - 13.4

Testi adottati :

P8_TA(2017)0430

RAPPORT     
PDF 518kWORD 54k
27.10.2017
PE 610.914v01-00 A8-0336/2017

dwar il-ħatra proposta ta' Karel Pinxten bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri

(C8-0328/2017 – 2017/0812(NLE))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Indrek Tarand

PR_NLE_art108

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS 1: CURRICULUM VITÆ TA’ KAREL PINXTEN
 ANNESS 2: SOMMARJU MINN KAREL PINXTEN DWAR L-ESPERJENZA BĦALA MEMBRU TAL-QORTI U L-OBJETTIVI GĦAL MANDAT ĠDID
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-ħatra proposta ta' Karel Pinxten bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri

(C8-0328/2017 – 2017/0812(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0328/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0336/2017),

A.  billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.  billi waqt il-laqgħa tiegħu tad-19 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.  Jagħti opinjoni negattiva dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Karel Pinxten bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.


ANNESS 1: CURRICULUM VITÆ TA’ KAREL PINXTEN

Edukazzjoni:

Lawrija Masters fl-Ekonomija (M. Phil.) mill-Università ta' Cambridge (Ir-Renju Unit) bħala British Council scholar.

Doctorandus fl-Ekonomija, bi speċjalizzazzjoni fil-finanzi pubbliċi u fl-ekonomija monetarja, mill-Università Kattolika ta' Leuven.

Lawrija fil-liġi mill-Università ta' Antwerp.

Esperjenza professjonali:

Mill-1977 sal-1978, Karel Pinxten ħadem bħala assistent ta' riċerka fil-finanzi pubbliċi fiċ-Ċentru għall-Istudji Ekonomiċi tal-Università Kattolika ta' Leuven.

Fl-1978 Karel Pinxten temm żjara ta' studju ta' sitt xhur fil-Ġappun bħala Rebbieħ tal-Premju tal-Ministru tal-Kumerċ Barrani Belġjan.

Huwa kien awditur mal-Qorti tal-Awdituri Belġjana mill-1980 sa ma daħal fil-gvern Belġjan fl-1994. Huwa ġie sekondat mill-Qorti tal-Awdituri Belġjana bejn l-1984 u l-1994. Hu kien sindku ta' Overpelt mill-1983 sal-2006.

Bejn l-1984 u l-1985, is-Sur Pinxten kien konsulent fl-uffiċċju privat tal-Aġent Prim Ministru Belġjan.

Mill-1985 sal-1989 huwa kien konsulent fil-kabinett tal-Ministru tal-Finanzi Belġjan.

Bħala Membru tal-Parlament Ewropew mill-1989 sal-1991, huwa kien membru fil-Kumitat għall-Baġits u fil-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew.

Bejn l-1991 u l-1994, is-Sur Pinxten kien Membru Parlamentari fil-Parlament Federali Belġjan u kien membru tal-Kumitat għall-finanzi tiegħu.

Huwa nħatar Ministru tad-Difiża mill-1994 sal-1995 u Ministru tal-Agrikoltura u l-SMEs mill-1995 sal-1999.

Matul il-mandat tiegħu bħala Membru tal-Parlament fil-Parlament Federali Belġjan mill-1999 sal-2006, is-Sur Pinxten kien membru tal-Kumitati għall-Finanzi u għall-Affarijiet Barranin. Fl-2004, huwa kien elett President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, u żamm din il-kariga sakemm sar membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Is-Sur Pinxten sar Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fl-1 ta' Marzu 2006 u nħatar membru tal-Grupp tal-Awditu Ill "Azzjonijiet esterni".

Wara r-riorganizzazzjoni tal-Qorti, is-Sur Pinxten kien Membru tal-Awla III "Azzjonijiet Esterni" sa mill-1 ta' Ġunju 2010.

Sa minn April 2011, is-Sur Pinxten sar id-Dekan tal-Awla III "Azzjonijiet Esterni" u Membru tal-Kumitat Amministrattiv.

Fl-2015, l-Altezza Rjali Tiegħu, ir-Re Filippu tal-Belġju tah it-titolu ta' Baruni lis-Sur Pinxten.

Pubblikazzjonijiet:

Il-pubblikazzjonijiet ta' Karel Pinxten jirrigwardaw suġġetti bħall-politika baġitarja, il-politika monetarja u l-kummerċ barrani.


ANNESS 2: SOMMARJU MINN KAREL PINXTEN DWAR L-ESPERJENZA BĦALA MEMBRU TAL-QORTI U L-OBJETTIVI GĦAL MANDAT ĠDID

Esperjenza bħala Membru tal-Qorti

Meta sirt Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, f’Marzu 2006, ingħatajt kariga fil-qasam tal-awditjar tal-Azzjonijiet Esterni. Sa mill-ħatra tiegħi, jien kont ir-rapporteur għal tlettax-il rapport speċjali u kont responsabbli wkoll għal kontribuzzjonijiet għar-Rapport Annwali tal-Qorti (il-kapitoli tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni (DAS)) għas-snin 2006, 2007 u 2011.

Jien kont Membru tal-Kumitat Konġunt tal-Verifika tal-EUROPOL għas-sena finanzjarja 2009.

Attwalment, jiena responsabbli għal tliet Rapporti Speċjali li qegħdin jiġu mħejjija:

-  "Assistenza tal-UE għal Myanmar/Burma",

-  "Segwitu tar-Rappost Speċjali Nru 17/2014 dwar iċ-Ċentri ta' Eċċellenza kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (CBRN)" u

-  "Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi (NGOs)"

F'April 2011, ġejt elett mill-kollegi tiegħu bħala Dekan tal-Awla III (Azzjoni Esterna, Sigurtà u Ġustizzja). Sa minn dakinhar, il-Membri tal-Awla III eleġġewni mill-ġdid tliet darbiet bħala d-Dekan tagħhom. Bħala Dekan, jien ukoll membru tal-Kumitat Amministrattiv tal-Qorti sa minn April 2011.

Għanijiet għal mandat futur possibbli

Hu fl-interess taċ-ċittadin Ewropew li jkun hemm Qorti Ewropea tal-Awdituri b'saħħitha li tikkoopera mill-qrib mal-Parlament Ewropew.

Iċ-ċittadini Ewropej li jħallsu t-taxxa għandhom id-dritt li jkun jafu li l-flus tal-UE jintnefqu b’mod xieraq u trasparenti. Dan huwa prerekwiżit għall-fiduċja u l-appoġġ taċ-ċittadini tal-UE għall-azzjonijiet kollha tal-UE. Bħala istituzzjoni indipendenti l-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha rwol ewlieni f’dan il-proċess.

Fir-Rapport Annwali tagħna, għandna nistinkaw li nanalizzaw aktar il-kawżi tal-infiq ħażin tal-flus tal-UE u kif dan jista' jiġi evitat.

Fil-qasam tal-awditu tal-prestazzjoni waħda mill-prijoritajiet importanti tal-ħidma tagħna għandha tkun il-migrazzjoni, li aktarx li ssir fenomenu strutturali. Fi ftit għexieren ta' snin, il-popolazzjoni tal-Kontinent Afrikan se tkun irduppjat. Dan il-fatt se jippromwovi aktar flussi migratorji lejn l-UE. Bħala riżultat ta' dan, ir-rabta bejn l-iżvilupp u l-kontinent Afrikan u l-immaniġġjar tal-flussi migratorji lejn l-UE se jirrappreżentaw sfida ewlenija fil-ħidma tal-Qorti fis-snin li ġejjin.

Fuq kollox, jiena se nistinka li niggarantixxi r-rilevanza tal-Qorti u l-kwalità tal-ħidma tiegħu, kif ippruvajt nagħmel s'issa fil-Qorti.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Tiġdid parzjali tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat BE

Referenzi

10606/2017 – C8-0328/2017 – 2017/0812(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

21.9.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

5.10.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Indrek Tarand

2.10.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

19.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

10

13

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Inés Ayala Sender, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Arndt Kohn, Bogusław Liberadzki, Monica Macovei, Notis Marias, Petri Sarvamaa, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Karin Kadenbach, Julia Pitera, Patricija Šulin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Huitema, Wajid Khan, Momchil Nekov, Monika Smolková, Lieve Wierinck

Data tat-tressiq

26.10.2017

Avviż legali