Proċedura : 2017/0813(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0337/2017

Testi mressqa :

A8-0337/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/11/2017 - 13.5

Testi adottati :

P8_TA(2017)0431

RAPPORT     
PDF 642kWORD 56k
26.10.2017
PE 610.910v02-00 A8-0337/2017

dwar il-ħatra proposta ta' Pietro Russo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri

(C8-0329/2017 – 2017/0813(NLE))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Indrek Tarand

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS 1: CURRICULUM VITAE TA' Pietro Russo
 ANNESS 2: SOMMARJU TA' Pietro Russo DWAR L-ESPERJENZA BĦALA MEMBRU TAL-QORTI U L-OBJETTIVI GĦAL MANDAT FUTUR
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-ħatra proposta ta' Pietro Russo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri

(C8-0329/2017 – 2017/0813(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0329/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0337/2017),

A.  billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.  billi waqt il-laqgħa tiegħu tad-19 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Pietro Russo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.


ANNESS 1: CURRICULUM VITAE TA' Pietro Russo

Edukazzjoni

 

 

1977

Ikkwalifikat biex jipprattika l-liġi

 

1975

Lawrija fil-liġi mill-Università ta' Katanja(110/110 b'distinzjoni)

 

 

1970

Ċertifikat avvanzat fl-istudji klassiċi (l-ogħla marka)

Impjiegi

Mill-1 ta' Marzu 2012

 

Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, rappreżentant tal-Italja: Membru tal-Awla IV - responsabbli mid-Dħul, riċerka u politiki interni, u l-Istituzzjonjiet u l-Korpi tal-UE - Rapporteur għall-Aġenziji tal-UE, u sussentegwement dwar id-Dħul. Mill-2016, Membru tal-Awla V - responsabbli għall-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-Unjoni - Rapporteur għan-nefqa amministrattiva tal-UE. Parti mid-delegazzjoni mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri waqt żjara uffiċjali lill-Istituzzjoni tal-Awditu Suprema tal-Polonja f'Varsavja fl-2015, inklużi, inter alia, laqgħat mal-President tar-Repubblika u mal-Ispiker tal-Parlament.

 

2009-2012

Membru, rappreżentant tal-Italja, tal-Bord Internazzjonali tal-Awdituri għan-NATO (IBAN).

 

Mill-2006 sakemm kien sekondat:

 

Maġistrat delegat biex iwettaq spezzjonijiet fl-Istitut Taljan tal-Istudji Ġermaniċi f'Ruma.

2004-2009

Membru sekondat u mill-2006, membru sħiħ tas-Sezzjonijiet Konġunti, fil-kapaċità ta' awditu tagħhom:

 

-   Rapporteur ġenerali u speċjali għar-Rapport lill-Parlament: attivitajiet ta' akkwist pubbliku, Ministeru tal-Attività Produttiva u l-Komunikazzjoni, Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Ministeru għall-Ġustizzja.

 

 

Membru tas-Sezzjonijiet Konġunti, f'kapaċità konsultattiva:

 

-   Rapporteur dwar l-abbozz ta' digriet tal-President tar-Repubblika dwar ir-Regolament għall-amministrazzjoni u l-kontijiet tal-korpi ta' difiża.

 

2003

Serva fis-sezzjoni Ċentrali għall-immaniġġjar tal-awditu tal-amministrazzjoni pubblika fil-Qorti Taljana tal-Awdituri (rapporteur għal bosta rapporti speċjali, dwar, inter alia, l-attivitajiet tal-Ministeru għad-Difiża u għall-Ministeru tax-Xogħol u l-Politika Soċjali).

 

 

Mill-2003: Deputat Maġistrat responsabbli mill-awditjar fl-Istitut Nazzjonali għall-Istatistika Taljan (ISTAT) skont l-Artikolu 12 tal-Liġi Nru 259/1958.

 

1993-2003

Kap tal-uffiċċju privat tal-membru Taljan tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, b'kompiti fil-qasam tal-awditjar tal-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Agrikolu dwar Gwida u Garanzija u l-Għajnuna Komunitarja għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (implimentat permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp).

 

1991-1992

Espert nazzjonali fil-Qorti Ewropea għall-Awdituri fl-uffiċċju inkarigat bl-awditjar tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

 

1985

Maġistrat tal-Qorti tal-Awdituri fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti tal-Awdituri ta' Palermo (kompiti ta' Aġent Prosekutur Pubbliku) bħala Referendario (maġistrat minuri), Primo Referendario (imħallef bi grad għoli, 1987) (kompiti ta' Viċi Prosekutur Pubbliku), Consigliere (imħallef anzjan, 1989) u Presidente di sezione (president tal-Awla, 2014).

 

1977-1985

Serva bħala maġistrat ordinarju fil-Qorti Distrettwali ta' Verona, u fil-Qorti ta' Verona u ta' Katanja (bħala maġistrat (pretore) u mħallef).

Karigi fil-livell nazzjonali

-  Membru tal-Kumitat għall-evalwazzjoni tal-investiment u l-appoġġ għall-ippjanar u l-ġestjoni tal-miżuri ambjentali fil-Ministeru għall-Ambjent.

-  Membru tal-Kumitat Interministerjali għall-verifika tal-applikazzjonijiet għall-kumpens u l-kontribuzzjonijiet fir-rigward tat-telf imġarrab miċ-ċittadini Taljani barra mill-pajjiż.

-  Espert fl-impjieg tal-Kummissarju Għoli fil-ġlieda u l-prevenzjoni tal-korruzzjoni u ta' forom oħra ta' offiża fl-amministrazzjoni pubblika.

-  Konsulent għall-President tal-Kumitat dwar il-Politiki tal-Unjoni Ewropea tas-Senat tar-Repubblika.

-  Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Osservatorju Permanenti dwar il-Kriminalità Organizzata (OPCO).

Karigi fil-livell internazzjonali

-  Mill-1996 sal-2012, membru tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti bbażat f'Angers.

-  Espert Nazzjonali fil-GRECO (Grupp ta' Stati kontra l-korruzzjoni) fil-Kunsill tal-Ewropa.

-  Mill-2005 sal-2008, Membru Taljan (elett President mit-30 ta' Ġunju 2006) tal-Kulleġġ tal-Awdituri għall-mekkaniżmu ta' finanzjament tal-operazzjonijiet militari tal-Unjoni Ewropea ("Athena").

-  Mill-2008 sal-2011, Membru Taljan (elett President mit-30 ta' Ġunju 2010) tal-Kulleġġ tal-Awdituri għall-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA).

Attivitajiet akkademiċi u xjentifiċi

-  1989: Membru, fil-kariga ta' Cultore della materia (espert tas-suġġett), tal-bord tal-eżamijiet dwar id-dritt industrijali fil-Fakultà tal-Ekonomija u l-Kummerċ tal-Univeristà ta' Palermo.

-  1991: Riċerka fid-dritt ambjentali komparattiv fiċ-Ċentru dwar id-Dritt u l-Politiki Ewropej tal-Università ta’ Bremen, fuq stedina tal-Professur G. Winter.

-  1992: Lekċer intitolat "La Corte dei Conti: una nuova Istituzione comunitaria" fil-Fakultà tax-Xjenza Politika tal-Università ta' Katanja bħala parti mill-kors dwar "La Politica della Comunità Europea".

-  Sa mill-1995, membru tal-Association d'Etudes et Recherches pénales européennes tal-Lussemburgu.

-  1996: Lettur mistieden tal-Fakultà tax-Xjenza Politika tal-Università ta' Katanja; serje ta' lekċers dwar "La Corte dei Conti nello sviluppo istituzionale dell'Unione Europea".

-  1997 (Settembru): Kelliem waqt is-seminar internazzjonali dwar "La Experiencia de los Organos de Control de las Comunidades Europeas como aporte a la consolidación del MERCOSUR" li sar fi Bueons Aires, fuq stedina tal-Uffiċċju tal-Awditu Ġenerali tal-Arġentina.

-  Kelliem waqt seminar dwar "La protection pénale des intérêts financiers de l'Union européenne", Instituto europeo de España, San Sebastián, 1997.

-  1999 (Novembru) u 2000 (Jannar/Frar u Mejju): taħdidiet dwar il-finanzjament tal-UE u r-regoli dwar il-fondi strutturali, l-awditjar fid-dritt tal-UE, u r-rimedji legali skont is-sistema tal-UE, għal korsijiet dwar id-dritt tal-UE organizzati mill-Kunsill tal-Presidenza tal-Qorti Taljana tal-Awdituri bħala parti mill-"Action Robert Schuman", f'Ruma u f'Milan.

-  Kelliem waqt is-"Symposium on European Cooperation in Justice and in the Judiciary", Pisa, 2000.

-  2000: Taħdita dwar "L'esigenza del contraddittorio nel procedimento di controllo della Corte dei Conti Europea" waqt il-konferenza dwar "Le funzioni di garanzia della finanza pubblica tra il rispetto delle autonomie e i principi del giusto processo", organizzata mis-Sezzjonijiet għar-reġjun ta' Sqallija tal-Qorti Taljana tal-Awdituri, li saret f'Palermo.

-  2000: Serje ta' lekċers dwar l-attivitajiet tal-awditjar tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bħala parti minn kors organizzat fuq inizjattiva tas-Sezzjoni għar-reġjun ta' Sqallija tal-Qorti Taljana tal-Awdituri, fil-kuntest tal-proġett "PASS" għat-taħriġ ta' uffiċjali pubbliċi, iffinanzjat mill-UE (Palermo).

-  2002: Taħdita dwar "La certificazione dei conti pubblici in Italia e in Europa: raffronti comparative" waqt il-konferenza dwar "La certificazione dei conti pubblici in Italia e in Europa: Tradizione e Prospettive evolutive", li saret fl-uffiċju ċentrali tal-Qorti Taljana tal-Awdituri.

-  2002: Taħdita: "Il sistema di controllo della Corte dei Conti Europea nel quadro dei Fondi Strutturali" waqt is-seminar dwar "Funzioni di gestione, valutazione e controllo dei Fondi Strutturali" li saret fi Brussell fl-uffiċċju tar-rappreżentanza tar-reġjuni tal-Abruzzo, il-Lazio, il-Marche, it-Toskana u l-Umbria.

-  2004 u 2005: Lekċers dwar l-immaniġġjar tal-baġit tal-UE u l-ħidma tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, bħala parti mil-Lawrija ta' Masters fl-Istudji Ewropej fl-Istitut "Alcide de Gasperi" tal-Istudji Ewropej f'Ruma.

-  2006: Taħdita dwar "La certificazione del bilancio dello Stato: La prospettiva italiana nel contesto europeo" fl-uffiċċju ċentrali tal-Qorti Taljana tal-Awdituri f'Ruma, fuq stedina tal-Assoċjazzjoni tal-Maġistrati tal-Qorti.

-  Mejju 2013: Kelliem waqt il-konferenza dwar "Risanamento dei conti pubblici e vincoli di bilancio - il ruolo della Corte dei Conti" li saret fl-Università ta' Luiss ta' Ruma.

-  Ġunju 2013: Kelliem waqt il-konferenza tal-Qorti Taljana tal-Awdituri dwar "Controlli congiunti" (Ruma).

-  Diċembru 2013: rappreżentant tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri waqt il-konferenza tat-23 OLACEFS (Organización Latinoamericana y del Caribe de Entidades Fiscalizadoras Superiores) f'Santiago de Chile, fejn ta taħdita dwar "El Tribunal de Cuentas Europeo y las Instancias nacionales de Control - Auditorías coordinadas en el contexto de la UE".

-  Ġunju 2014: Preżentazzjoni ta' rapport dwar "Il ruolo della Corte dei Conti Europea nella prevenzione e nel contrasto alle frodi" waqt is-seminar internazzjonali "Hercule II" li sar f'Ruma.

-  30 ta' Settembru 2014: rappreżentant tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri waqt is-seminar dwar "La prevenzione ed il contrasto alle irregolarità ed alle frodi a tutela dell'erario comunitario: profili di armonizzazione e raccordo nell'azione delle Istituzioni superiori di controllo" organizzat mill-Qorti Taljana tal-Awdituri.

-  1 ta' Ottubru 2014: Seduta ta' smigħ quddiem il-Kumitat XIV tal-Kamra tar-Rappreżentanti Taljana dwar it-twettiq ta' riċerka dwar l-implimentazzjoni u l-effikaċja tal-politiki tal-Unjoni Ewropea fl-Italja.

-  23 ta' Frar 2016: Rapport dwar "La Corte dei conti UE ed i suoi rapporti con la Corte dei conti italiana nel contesto europeo" bħala parti minn seminar organizzat mid-Dipartiment tax-Xjenza Soċjali u Politika tal-Università ta' Katanja.

-  24 ta' Ġunju 2016: Rapport dwar "La Corte dei conti UE ed i suoi rapporti con la Corte dei conti italiana nel contesto europeo" fil-kuntest ta' laqgħa mal-uffiċjali tas-Senat dwar l-awditjar ta' fondi tal-UE u tal-prijoritajiet tal-awditjar għall-2016.

-  7 ta' Lulju 2017: Lettur ewlieni tal-Università Pegaso Online (Napli): "La Corte dei Conti europea: Profili istituzionali e funzionali"

PUBBLIKAZZJONIJIET

Awtur ta' monografija dwar it-teorija azjendali ġenerali, (Ruma 1990, ippubblikata minn SIPI - Il Sole 24 Ore).

Awtur ta' bosta notamenti dwar każistika ppubblikati f'ġurnali legali (Giustizia civile, 1981; Giurisprudenza di merito, 1984 u 1986; Rivista delle Aziende di credito, 1985).

Kontributur għal diversi ġurnali:

  Giustizia Civile, awtur ta' bosta artikoli dwar il-liġi proċedurali kummerċjali u ċivili (1978, 1980, 1982, 1983, 1984, 1985, 1988, 1990).

Dwar l-awditjar tal-finanzi pubbliċi:

  Taħdita dwar "La certificazione dei conti pubblici in Italia e in Europa: raffronti comparativi" fir-Rivista della Corte dei Conti (Nru 5/2002) u fil-proċedimenti tal-konferenza dwar "La certificazione dei conti pubblici in Italia e in Europa: Tradizione e Prospettive evolutive", organizzata mill-uffiċċju ċentrali tal-Qorti Taljana tal-Awdituri.

  "Le contrôle des dépenses des collectivités décentralisées en Italie", fil-ġurnal Administration – Revue de l'Association du Corps Préfectoral et des Hauts Fonctionnaires du Ministère de l'Intérieur, Marzu 2002.

  "Il controllo successivo della Corte dei Conti sulle Amministrazioni dello Stato dopo le riforme degli anni '90: una sistemazione concettuale", fir-Rivista della Corte dei Conti, Nru 4/2004.

Dwar kwistjonijiet tal-UE:

  "La Corte dei Conti italiana dopo la riforma e la Corte dei Conti Europea dopo Maastricht: mutamenti e nuove occasioni di lavoro comune", fir-Rivista della Corte dei Conti, Nru 2/1994.

  "La Corte dei ContiIstituzione comunitaria: note in tema di capacità processuale" f'Il Foro Amministrativo, Nru 6/1994.

  "Il problema del Marchio Frazionato ed il nuovo regime del marchio comunitario" f'Giustizia Civile, Nru 2/1995.

  "The administrative liability of the officials of the European Communities. Problems and Prospects" f'The European Union Review, Nru 2/1997.

  "Controlli, uno sguardo sull'Europa – Evoluzione della certificazione dei conti" f'Italia Oggi, it-18 ta' Lulju 2002.

  "El procedimiento de ratificación del Tratado de Lisboa: situación actual" f'Legal Today.com (ġurnal online bl-Ispanjol), 2008.

  "Codice operativo del TUE e del TFUE", ippubblikat minn Simone, 2012: awtur ta' kummentarju dwar l-artikoli tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jitrattataw il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.


ANNESS 2: SOMMARJU TA' Pietro Russo DWAR L-ESPERJENZA BĦALA MEMBRU TAL-QORTI U L-OBJETTIVI GĦAL MANDAT FUTUR

Matul il-ħajja professjonali tiegħi jiena dejjem stinkajt biex napplika bl-aħjar mod li stajt l-isfond legali tiegħi għall-ħidma tal-awditjar. Għalhekk meta nħtart Membru, jiena stajt nibbaża fuq l-esperjenza tiegħi bħala mħallef u prosekutur pubbliku, u fuq il-karigi li okkupajt qabel mal-Istituzzjoni tal-Qorti Suprema Taljana tal-Awditu u mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, kif ukoll is-sħubija f'diversi bords ta' awditjar ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.

Wara l-ħatra tiegħi f'Marzu 2012, jiena servejt fl-Awla IV tal-Qorti "Regolamentazzjoni tas-swieq u l-ekonomija kompetittiva" sa Ġunju 2016. Fil-bidu jiena kont responsabbli tar-Rapporti Annwali Speċifiċi li jipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi għall-aġenziji tal-UE. F'din il-ħidma jiena dejjem iffokajt fuq l-aspett maniġerjali u partikolarment fuq il-prestazzjoni, billi fittixt li norbot l-eżiti tal-awditjar finanzjarju u ta' konformità mal-ġestjoni tal-applikazzjoni.

Wara jiena sirt ir-rapporteur għall-Kapitolu "Dħul" tar-Rapport Annwali.

Sa minn Ġunju 2016, wara r-ristrutturar tal-Qorti, jiena servejt fl-Awla V "Finanzjament u Amministrazzjoni tal-Unjoni" bħala r-rapporteur għall-Kapitoli dwar ir-Rapport Annwali li jitratta dwar "l-Ispejjeż Amministrattivi" tal-Unjoni.

Matul il-mandat tiegħi jiena kont ir-rapporteur għar-Rapporti Speċjali 03/2014 dwar "Tagħlimiet mill-iżvilupp imwettaq mill-Kummissjoni Ewropea tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni" (Rapporteur għall-Kumitat CONT, is-Sa Monika Hohlmeier) u 07/2016 dwar "L-Immaniġġjar tas-SEAE tal-binjiet tad-delegazzjoni" (Rapporteur għall-Kumitat CONT, is-Sur Ryszard Czarnecki). Iż-żewġ rapporti ntlaqgħu b'mod tajjeb u pożittiv mill-Parlament Ewropew. Barra minn hekk jiena r-rapporteur għal kompitu tal-awditjar dwar id-Dwana tal-UE, li bħalissa jinsab fl-aħħar fażijiet tiegħu u li għandu jiġi ppubblikat sal-aħħar tas-sena, u li jinkludi opinjoni dwar l-azzjoni tal-Kummissjoni wara talba tal-Parlament li tqajmet fil-kwittanza tal-2011 sabiex tinġabar data affidabbli dwar id-distakk fil-qasam tad-dwana u l-VAT fl-Istati Membri u biex isir rapport lill-Parlament, kull sitt xhur, f'dan ir-rigward. Ġejt assenjat bħala rapporteur sabiex fil-futur qarib naħdem fuq kompitu fuq talba tal-Kunsill dwar "L-Implimentazzjoni tat-tnaqqis ta' 5 % tal-persunal", kif ukoll fuq awditu li għandu jitneda dalwaqt dwar l-implimentazzjoni tar-regolament tal-persunal.

Barra minn hekk, jiena kont ir-rapporteur għall-Opinjonijiet tal-Qorti Nru 7/2014 "Dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej" u Nru 2/2017 "Dwar proposta għall-emendar tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit tal-Iskejjel Ewropej". Indirizzajt ukoll l-"Osservazzjonijiet tal-Qorti dwar l-atti delegati meħuda fl-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid, rigward l-aġenziji deċentralizzati u l-korpi ta' sħubiji pubbliċi - privati" mibgħut lill-Kummissjoni f'Lulju 2013.

Matul iż-żmien tal-ħatra tiegħi fil-Qorti, jiena komplejt nissensibilizza dwar l-għarfien u sensittività għolja tal-Qorti rigward kwistjonijiet ta' frodi u korruzzjoni, kunflitt ta' interess u trasparenza. Dan wassal għal iffokar dwar l-indikaturi ta' riskju dwar il-possibbiltà ta' frodi u korruzzjoni, bħal pereżempju deċiżjonijiet arbitrarji u kriterji ta' nuqqas ta' trasparenza, fil-ġestjoni tal-fondi pubbliċi. Ninsab impenjat bis-sħiħ f'dan il-qasam u nappoġġa l-proposta biex nimxu aktar 'il quddiem, pereżempju bl-introduzzjoni ta' mistoqsijiet tal-awditu standardizzati dwar dan is-suġġett, u wkoll bl-introduzzjoni ta' kapitolu ddedikat fir-Rapport Annwali.

F'Lulju 2005 ġejt maħtur mill-Kulleġġ tal-Qorti bħala membru tal-Kumitat tal-Etika - li jiddiskuti kull kwistjoni ta' natura etika li jqis rilevanti għall-istandards u r-reputazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, inkluża l-evalwazzjoni tal-attivitajiet esterni tal-Membri tagħha - u li hi ppreseduta mill-Kumitat minn Ottubru 2016 sat-tmiem tal-mandat f'Lulju 2017.

Sabiex inrawwem ir-relazzjoni tajba kontinwa bejn il-Qorti u l-Parlament Taljan u l-Istituzzjoni Suprema tal-Awditu, dejjem impenjajt ruħi bis-sħiħ f'attivitajiet rappreżentattivi. Partikolarment permezz tal-preżentazzjoni annwali tar-Rapport Annwali lill-Parlament Ewropew, rappurtar fuq talba dwar l-immaniġġjar tal-fondi strutturali tal-UE u informazzjoni ad hoc dwar l-attivitajiet tal-Qorti b'rabta mal-kumitati tekniċi. Kif ukoll permezz ta' parteċipazzjoni attiva u lekċer dwar ir-rwol tal-Qorti fil-prevenzjoni tal-frodi u l-laqgħat f'seminars dwar il-programmi HERCULE organizzati mill-Istituzzjoni Suprema Taljana tal-Awditjar. Dan l-aħħar, għent biex niffaċilita l-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Qorti u l-Università ta' Pisa dwar l-iskambju reċiproku ta' għarfien espert, l-iffaċilitar ta' riċerka u għarfien komuni dwar l-awditjar, bil-għan li ċ-ċittadini jħossu konnessjoni mal-istituzzjoni tal-UE.

Matul il-mandat tiegħi fil-Qorti, jiena dejjem ħdimt u kkontribwejt sabiex ir-riżultati tal-awditi tagħna jsiru aktar effettivi, trasparenti u affidabbli għall-partijiet interessati kollha - primarjament, il-Parlament Ewropew. F'din l-ambizzjoni tiegħi, ilqajt u segwejt it-tibdiliet li seħħew, partikolarment l-organizzazzjoni tal-Qorti l-ġdida bbażata fuq il-kompiti.

Ikun unur għalija li nservi l-Qorti għal mandat ieħor, billi nżomm relazzjoni pożittiva mal-Parlament Ewropew u speċjalment mal-Kumitat CONT, kif ukoll ma' partijiet interessati oħrajn, bħall-parlamenti nazzjonali u l-SAIs, Naspira bil-qawwa li nisfrutta l-esperjenza li akkumulajt matul l-ewwel mandat tiegħi, li tippermettieli nkompli ntejjeb il-ħidma tal-awditjar tiegħi u biex inwassal eżiti ta' awditu utli għall-partijiet interessati kollha. B'dan il-mod, beħsiebni norbot l-elementi tal-attivitajiet tiegħi kemm bħala rapporteur għar-Rapport Annwali u wkoll għar-Rapporti Speċjali, bħal ma hu l-każ bħalissa dwar il-kompitu li għaddej bħalissa dwar "L-Implimentazzjoni tat-tnaqqis ta' 5 % tal-persunal". Fl-opinjoni tiegħi, il-qafas attwali hu partikolarment favorevoli f'dan ir-rigward, b'kunsiderazzjoni tal-portafoll tal-prodott tal-awditjar il-ġdid tal-Qorti u tar-regoli modifikati dwar l-iskedar tar-Rapporti Speċjali, kif stipulat fl-Artikolu 163 tar-Regolament Finanzjarju.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Tiġdid parzjali tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat IT

Referenzi

11872/2017 – C8-0329/2017 – 2017/0813(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

21.9.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

5.10.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Indrek Tarand

2.10.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

19.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

4

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Inés Ayala Sender, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Arndt Kohn, Bogusław Liberadzki, Monica Macovei, Notis Marias, Petri Sarvamaa, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Karin Kadenbach, Julia Pitera, Patricija Šulin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Huitema, Wajid Khan, Momchil Nekov, Monika Smolková, Lieve Wierinck

Data tat-tressiq

26.10.2017

Avviż legali