Proċedura : 2016/2269(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0340/2017

Testi mressqa :

A8-0340/2017

Dibattiti :

PV 15/11/2017 - 24
CRE 15/11/2017 - 24

Votazzjonijiet :

PV 16/11/2017 - 7.10
CRE 16/11/2017 - 7.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0451

RAPPORT     
PDF 1099kWORD 85k
30.10.2017
PE 606.008v01-00 A8-0340/2017

dwar il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi bħala xprun biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi

(2016/2269(INI))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Javi López

EMENDI
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi bħala xprun biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi

(2016/2269(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea riveduta,

–  wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2015 bit-titolu "EU Employment and Social Situation – Quarterly Review September 2015" (Is-Sitwazzjoni Soċjali u tal-Impjiegi fl-UE – Rieżami Trimestrali Settembru 2015),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2014 bit-titolu "Evalwazzjoni tal-istrateġija tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2014)0130),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummisjoni bit-titolu "Employment and Social Developments in Europe 2012" (L-Impjieg u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa 2012),

–  wara li kkunsidra l-Pakkett ta' Investiment Soċjali tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013, inkluża r-rakkomandazzjoni bit-titolu "L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ",

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2010 bit-titolu "Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali" (COM(2010)0758),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu "Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020), kif ukoll ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar l-UE 2020(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-ħtieġa ta' strateġija tal-UE biex titwaqqaf u tiġi evitata d-differenza bejn il-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel(2);

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2017 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea 2014-2015(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali(4),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2016 lill-Kunsill dwar il-71 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' April 2016 dwar l-ilħuq tal-mira tal-ġlieda kontra l-faqar fid-dawl tal-ispejjeż li qed jiżdiedu għall-familji(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2015 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi b'enfasi speċjali fuq il-faqar fost it-tfal(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2014 dwar strateġija tal-UE għall-persuni mingħajr dar(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2013 dwar l-impatt tal-kriżi fuq l-aċċess għall-kura tal-gruppi vulnerabbli(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni - inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020"(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali (11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar l-aspett tal-faqar tan-nisa fl-Unjoni Ewropea(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar ir-rwol tad-dħul minimu fil-ġlieda kontra l-faqar u l-promozzjoni ta' soċjetà inklużiva fl-Ewropa(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż il-faqar fost it-tfal, fl-UE(15),

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija għal tweġiba orali O-000047/2016 dwar l-indirizzar tal-inugwaljanzi sabiex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku inklużiv u sostenibbli fl-UE,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar "Introjtu minimu Ewropew u indikaturi tal-faqar",

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2011 dwar "Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: qafas Ewropew għall-Koeżjoni Soċjali u Territorjali"(16),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta' Settembru 2009 bit-titolu "Ix-xogħol u l-faqar: lejn l-approċċ olistiku meħtieġ",

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta' Marzu 2011 dwar "Il-pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali"(17),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-10 ta' Marzu 2015 tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali bit-titolu "Social situation in the European Union (2014)"(18) (Is-sitwazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea (2014)),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-15 ta' Frar 2011 bit-titolu "Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Inizjattiva Ewlenija tal-Istrateġija Ewropa 2020"(19),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound dwar "Third European Quality of Life Survey – Quality of life in Europe: Impacts of the crisis" (It-Tielet Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja – Il-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa: L-impatti tal-kriżi),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound dwar "Third European Quality of Life Survey – Quality of life in Europe: Impacts of the crisis" (It-Tielet Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja – Il-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa: L-inugwaljanzi soċjali),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound "Income inequalities and employment patterns in Europe before and after the great Recession" (L-inugwaljanzi fl-introjtu u xejriet tal-impjiegi fl-Ewropa qabel u wara r-Reċessjoni l-Kbira),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound li jagħti ħarsa ġenerali "Sixth European Working Conditions Survey" (Is-Sitt Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofond "Social mobility in the EU" (Il-mobilità soċjali fl-UE),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound "New forms of employment" (Forom ġodda ta' impjieg),

–  wara li kkunsidra l-aġġornament topiku tal-Eurofound "Posted Workers' remuneration gaps: Challenging the "equal treatment" principle" (Id-distakk tar-remunerazzjoni tal-ħaddiema stazzjonati: Sfida għall-prinċipju ta' trattament ugwali) li jipprovdi ħarsa ġenerali dettaljata tal-pożizzjonijiet tal-gvernijiet u tas-sħab soċjali madwar l-Ewropa fir-rigward tal-prinċipju ta' remunerazzjoni ugwali għal xogħol ugwali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound "Developments in working life in Europe: EurWORK annual review 2016" (L-Iżviluppi fil-ħajja tax-xogħol fl-Ewropa: rieżami annwali tal-EurWORK 2016), u b'mod speċifiku l-kapitlu tiegħu dwar "Pay inequalities – Evidence, debate and policies" (L-inugwaljanzi fil-pagi - Evidenza, dibattitu u politiki),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound "Occupational change and wage inequality: European Jobs Monitor 2017" (Il-bidliet fuq il-post tax-xogħol u l-inugwaljanza fil-pagi: Monitoraġġ tal-Impjiegi Ewropej 2017),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound "Women, men and working conditions in Europe" (In-nisa, l-irġiel u l-kundizzjonijet tax-xogħol fl-Ewropa),

–  wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Kummissjoni "European Economic Forecast Spring 2016" (Tbassir Ekonomiku Ewropew Rebbiegħa 2016)(20),

–  wara li kkunsidra l-Aġenda tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli 2030, u b'mod aktar speċifiku l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 10 "Reduce inequalities within and among countries" (Tnaqqis tal-inugwaljanzi fi ħdan u fost il-pajjiżi),

–  wara li kkunsidra r-rapport tan-NU "World Social Situation 2007: The Employment Imperative" (Is-Sitwazzjoni Soċjali fid-Dinja 2007: L-Imperattiv tax-Xogħol),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-OECD tal-20 ta' Mejju 2015 bit-titolu "In It Together: Why Less Inequality Benefits All" (Flimkien: Għaliex it-tnaqqis fl-inugwaljanzi huwa ta' benefiċċju għal kulħadd),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-OECD tad-19 ta' Diċembru 2011 "Divided We Stand: Why Inequality Keeps Rising" (Ninsabu mifruda: Għalfejn l-inugwaljanzi qed ikomplu jiżdiedu),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-OECD ta' Ottubru 2008, bit-titolu "Growing Unequal?: Income Distribution and Poverty in OECD countries" (Tkabbir Inugwali?: Id-Distribuzzjoni tal-Introjtu u l-Faqar fil-pajjiżi tal-OECD),

–  wara li kkunsidra n-Nota ta' Diskussjoni tal-Persunal tal-IMF bit-titolu "Redistribution, Inequality and Growth"(21) (Distribuzzjoni mill-Ġdid, Inugwaljanza u Tkabbir),

–  wara li kkunsidra n-Nota ta' Diskussjoni tal-Persunal tal-IMF tat-8 ta' April 2011 bit-titolu "Inequality and Unsustainable Growth: Two Sides of the Same Coin?"(22) (Inugwaljanza u Tkabbir Mhux Sostenibbli: Żewġ Naħat tal-Istess Munita?),

–  wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-ILO tat-3 ta' Ġunju 2013 "World of Work Report 2013: Repairing the economic and social fabric" (Rapport dwar id-Dinja tax-Xogħol 2013: Insewwu l-fibra ekonomika u soċjali) u l-kapitolu tiegħu "Snapshot of the United States" (Ħarsa lejn l-Istati Uniti),

–  wara li kkunsidra r-rapport ippubblikat f'Settembru 2014 mill-University College, Londra, bħala parti mill-proġett "DRIVERS For Health Equity" (DRIVERS favur l-ekwità fis-saħħa), bit-titolu "Final Scientific Report: Social Inequalities in early childhood health and development: a European-wide systematic review" (Rapport Xjentifiku Finali: L-inugwaljanzi soċjali fis-saħħa u l-iżvilupp bikri tat-tfal: analiżi sistematika fl-Ewropa kollha),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0340/2017),

A.  billi l-ugwaljanza u l-ġustizzja huma parti integrali mill-valuri Ewropej u pedament għall-mudell soċjali Ewropew, l-UE u l-Istati Membri tagħha; billi l-objettivi kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-UE jinkludu l-promozzjoni tal-impjieg, bil-ħsieb li jkun hemm livell għoli ta' impjieg permanenti u tiġi miġġielda l-esklużjoni.

B.  billi l-inugwaljanza tista' ddgħajjef il-fiduċja soċjali u tnawwar l-appoġġ għall-istituzzjonijiet demokratiċi; billi l-miżuri biex tiġi miġġielda l-inugwaljanza jridu jissaħħu f'termini ekonomiċi, soċjali u reġjonali sabiex jiġi promoss żvilupp armonjuż madwar l-Unjoni;

C.  billi l-inugwaljanza tirreferi kemm għad-diskrepanza tal-introjtu fost l-individwi kif ukoll għat-telf ta' opportunitajiet tal-individwi li jfixkel it-titjib potenzjali tal-abilitajiet u tal-ħiliet tagħhom, filwaqt li jillimita l-iżvilupp tagħhom u, konsegwentement, il-kontribut potenzjali tagħhom għas-soċjetà;

D.  billi l-għeruq ta' dak li qed jikkawża t-tnaqqis fid-domanda huwa l-kriżi ekonomika u finanzjarja li ilha rampanti fiż-żona tal-euro għal aktar minn 10 snin;

E.  billi l-inugwaljanza u l-qgħad irażżnu d-domanda effettiva, ifixklu l-innovazzjoni, u jistgħu jwasslu għal żieda żieda fil-fraġilità finanzjarja; billi l-inugwaljanza kbira u li qed tiżdied ixxekkel mhux biss il-progress lejn il-qerda tal-faqar, iżda anki l-isforzi favur it-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali u tal-koeżjoni soċjali;

F.  billi l-ġlieda kontra l-inugwaljanzi tista' tkun xprun biex tingħata spinta lill-ħolqien tal-impjiegi u lit-tkabbir u fl-istess ħin jitnaqqas il-faqar; billi 47,5 % tal-persuni qiegħda kollha fl-UE kienu jinsabu f'riskju ta' faqar fl-2015(23);

G.  billi l-inugwaljanzi jdgħajfu t-tkabbir u l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità(24), skont istituzzjonijiet internazzjonali bħalma huma l-FMI(25) jew l-OECD(26), li ddikjaraw ukoll li l-inugwaljanzi li huma kbar wisq u li qed jiżdiedu għandhom kosti soċjali diretti, ifixklu l-mobilità soċjali u jistgħu jxekklu wkoll it-tkabbir sostenibbli, illum u fil-futur;

H.  billi waħda mill-ħames miri tal-Ewropa 2020 għandha l-għan li tnaqqas b'mill-inqas 20 miljun in-numru ta' persuni fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, minn 115,9 miljun fl-2008 għal mhux iktar minn 95,9 miljun sal-2020; billi fl-2015 kien hemm 117.6 miljun ruħ f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali, 1,7 miljun aktar miċ-ċifra tal-2008; billi 32,2 miljun persuna b'diżabilità kienu f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali fl-UE fl-2012; billi fl-2013, 26,5 miljun tifel u tifla fl-UE-28 kienu f'riskju li jispiċċaw fil-faqar jew f'esklużjoni soċjali; billi l-proporzjon tal-popolazzjoni f'riskju ta' faqar jew esklużjoni għadu fil-livell inaċċettabbilment għoli ta' 23,7 %, b'ċifri li għadhom għoljin ħafna f'xi Stati Membri; billi, barra minn hekk, il-faqar enerġetiku tant għadu kbir li għall-11 % tal-popolazzjoni tal-UE kkonċernata dan iwassal għal ċiklu ta' żvantaġġ ekonomiku(27);

I.  billi ż-żieda fl-inugwaljanza, li ġabet magħa l-kriżi, affettwat b'mod partikolari lin-nisa, billi aggravat il-faqar fost in-nisa u eskludiethom dejjem iżjed mis-suq tax-xogħol; billi l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol jenħtieġ li tiżdied permezz tal-implimentazzjoni effiċjenti tal-leġiżlazzjoni eżistenti u komplementarja dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u permezz tal-modernizzazzjoni tal-qafas ta' politika attwali bl-għan li jitjieb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

J.  billi hemm korrelazzjoni pożittiva bejn l-ugwaljanza msaħħa bejn in-nisa u l-irġiel u t-tkabbir ekonomiku aktar b'saħħtu, l-inklużività, il-ħolqien tal-impjiegi u l-prosperità tan-negozji; billi t-tnaqqis tal-inugwaljanza okkupazzjonali huwa mezz mhux biss biex jinkiseb trattament ugwali iżda wkoll biex jiġu żgurati l-kompetittività u l-effiċjenza tas-suq tax-xogħol;

K.  billi l-OECD tenfasizza li t-tnaqqis fl-inugwaljanza b'1 Gini jissarraf f'żieda ta' tkabbir kumulattiv ta' 0,8 % fil-ħames snin ta' wara(28).

L.  billi ż-żidiet fl-inugwaljanzi huma marbuta mat-tnaqqis fis-sehem tax-xogħol mill-ġid nazzjonali; billi l-fatt li jkollok impjieg m'għadux garanzija ta' protezzjoni kontra l-faqar, u billi huwa essenzjali li jkun hemm kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti biex jonqsu l-inugwaljanzi;

M.  billi skont il-Eurofound "xogħol atipiku" tirreferi għal relazzjonijiet ta' impjieg li ma jikkonformawx mal-mudell standard jew tipiku ta' impjieg full-time, regolari u għal żmien indeterminat ma' impjegatur uniku fuq perjodu ta' żmien twil; billi skont l-ILO, "forom mhux standard ta' impjieg" hija terminu ġenerali għal arranġamenti ta' impjieg differenti li jiddevjaw minn impjieg standard, inkluż l-impjieg temporanju, part-time u b'kuntratt ta' żero sigħat, ix-xogħol temporanju permezz ta' aġenzija u relazzjonijiet ta' impjieg oħrajn b'ħafna partijiet, kif ukoll l-impjieg moħbi u l-impjieg awtonomu dipendenti;

N.  billi ż-żieda fl-inugwaljanza hija assoċjata ma' tnaqqis fil-mobilità soċjali, tnaqqis fil-kapaċitajiet umani u limiti fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundimentali; billi r-rapport tal-Eurofound tal-2017 dwar il-mobilità soċjali fl-UE(29) jipprovdi evidenza li l-kuntest soċjali għadu jiddetermina l-opportunitajiet tal-ħajja f'ħafna Stati Membri;

O.  billi t-tkabbir fl-ekonomiji tal-Istati Membri jiddependi fuq bosta fatturi; billi l-inugwaljanza li qed tiżdied jista' jkollha impatt negattiv fuq it-tkabbir; billi l-FMI identifika, fuq skala globali, relazzjoni inversa bejn is-sehem tal-introjtu li ġej mill-aħjar 20 % u t-tkabbir ekonomiku, fejn jekk is-sehem tal-introjtu tal-aħjar 20 % jiżdied b'punt perċentwali wieħed, it-tkabbir tal-PDG fil-fatt ikun 0,08 punti perċentwali aktar baxx fil-ħames snin sussegwenti; billi, għall-kuntrarju, żieda simili fis-sehem tal-introjtu tal-agħar 20 % hija assoċjata ma' tkabbir ogħla ta' 0,38 punti perċentwali;

P.  billi l-inugwaljanza hija fenomenu multidimensjonali li mhux limitat biss għal kwistjonijiet monetarji iżda jikkonċerna wkoll id-differenzi fl-opportunitajiet disponibbli għall-persuni, u dan jiddependi,pereżempju, fuq is-sess, l-oriġini etnika, id-diżabilità, il-preferenzi sesswali, il-post ġeografiku jew l-età tagħhom; billi l-inugwaljanzi multipli fl-aċċess għax-xogħol u fi ħdan ix-xogħol joħolqu riskju għas-saħħa u l-benessri tal-individwi, kif ukoll għall-opportunitajiet finanzjarji tagħhom u għaldaqstant jistgħu jwasslu għal produttività baxxa;

Q.  billi l-kopertura mhux ugwali fil-qasam tal-protezzjoni soċjali hija analizzata fir-rapport tal-Eurofound "New Forms of Employment"(30) (Forom Ġodda ta' Impjiegi), li jinkludi enfasi fuq l-aktar forom problematiċi ta' tali impjieg minn perspettiva ta' protezzjoni soċjali, jiġifieri x-xogħol każwali, u jipprovdi eżempji ta' leġiżlazzjoni li teskludi speċifikament il-ħaddiema każwali, u ta' leġiżlazzjoni oħra li għandha l-għan li tinkludihom, tipikament permezz ta' kumpens abbażi tal-livelli limitu tal-introjtu; billi x-xogħol bil-vawċer u l-kondiviżjoni strateġika tal-impjegati huma eżempji ta' xogħol mhux standard li għandhom l-għan li jindirizzaw l-inadegwatezza tal-protezzjoni soċjali f'xogħol okkażjonali jew part-time;

R.  billi r-rapport "European Jobs Monitor 2017"(31) tal-Eurofound analizza l-inugwaljanza fil-paga li ġejja minn bidliet fix-xejriet okkupazzjonali, bil-konklużjoni li ż-żieda fl-inugwaljanza fil-paga bejn l-2005 u l-2014 kienet dovuta l-aktar għal bidliet fid-distribuzzjoni tal-pagi fi ħdan l-impjiegi, marbuta ma' proċessi ta' deregulazzjoni tas-suq tax-xogħol u destandardizzazzjoni tal-kuntratti tal-impjiegi, bi rwol inqas importanti fir-rigward tal-polarizzazzjoni u r-rivalutazzjoni tal-impjiegi skont it-tibdil teknoloġiku;

S.  billi s-soċjetajiet b'inugwaljanzi ikbar fl-introjtu għandhom rati ogħla ta' problemi ta' saħħa u ta' vjolenza, riżultati iktar baxxi fil-matematika u fil-litteriżmu, rati ogħla ta' obeżità u rati ogħla ta' inkarċerazzjoni u omiċidji(32); billi fis-soċjetajiet aktar ugwali l-istat jonfoq inqas għall-benessri taċ-ċittadini;

T.  billi l-inugwaljanzi matul iċ-ċiklu tal-ħajja huma riflessi f'inugwaljanzi fl-età tax-xjuħija bħalma huma l-istennija ta' ħajja f'saħħa tajba iktar baxxa, il-faqar fl-anzjanità, u d-diskrepanza tal-pensjoni skont il-ġeneru ta' kważi 40 %; billi l-istrateġiji Ewropej għall-qerda tal-faqar huma neċessarji biex jinkiseb żvilupp sostenibbli għal kulħadd;

U.  billi s-sigurtà ekonomika hija fattur importanti għas-sodisfazzjon tal-bniedem;

V.  billi fil-5 ta' Ottubru 2015 il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar ir-"Rapport dwar l-Adegwatezza tal-Pensjonijiet 2015: l-adegwatezza tal-introjtu attwali u futur fix-xjuħija fl-UE", filwaqt li kkunsidra essenzjali li l-pensjoni pubblika jew skemi oħra ta' protezzjoni soċjali jkollhom salvagwardji xierqa għan-nisa u l-irġiel li l-opportunitajiet ta' xogħol tagħhom ma jippermettulhomx jew ma ppermettewlhomx iġemmgħu intitolamenti tal-pensjoni suffċijenti, u filwaqt li ddikjara wkoll li tali salvagwardji jinkludu b'mod partikolari pensjonijiet minimi jew dispożizzjonijiet oħra ta' introjtu minimu għall-persuni anzjani(33);

W.  billi n-nuqqas ta' finanzjament suffiċjenti għall-edukazzjoni pubblika huwa kawża ewlenija tad-disparitajiet soċjali futuri u ż-żieda fl-inugwaljanzi;

X.  billi bejn l-2005 u l-2015 il-koeffiċjent Gini għall-UE żdied minn 30,6 għal 31 u l-inugwaljanza fl-introjtu bejn l-ogħla u l-inqas 20 % tal-popolazzjoni żdiedet minn 4,7 għal 5,2; billi l-proporzjon ta' persuni f'riskju ta' faqar monetarju hu marbut mill-qrib mal-inugwaljanza fl-introjtu u l-faqar monetarju ilu jiżdied b'mod kostanti mill-2015; billi bejn l-2008 u l-2014 bosta Stati Membri raw żieda fl-inugwaljanza f'dak li għandu x'jaqsam mal-introjtu disponibbli tal-unitajiet domestiċi;(34)

Y.  billi d-disparitajiet bejn u fi ħdan it-tkabbir ekonomiku tal-Istati Membri qed iwasslu għal żbilanċi ekonomiċi fi ħdan l-Unjoni; billi dawn ix-xejriet ekonomiċi inugwali ħafna ġġeneraw qgħad eċċessiv u żoni ta' faqar;

Z.  billi skont l-OECD(35) l-evoluzzjoni globali tal-inugwaljanzi hija konsistenti maż-żieda kostanti fl-inugwaljanzi fil-pajjiżi żviluppati sa mill-1980, indipendentement miċ-ċiklu ekonomiku (b'xi eċċezzjonijiet speċifiċi), u b'hekk il-koeffiċjent Gini għola bi tliet punti minn 0,29 għal 0,32 bejn l-1980 u l-2013, li jfisser żieda ta' 10 % fl-aħħar deċenni;

AA.  billi, għalkemm il-livell ta' inugwaljanza jista' jiġi ddeterminat minn ħafna fatturi, l-istituzzjonijiet u l-awturi ta' interventi politiċi huma dawk responsabbli biex jindirizzawhom, b'mod speċjali fil-livell strutturali; billi hemm diskrepanza fl-investiment fl-UE u l-investiment pubbliku u privat huma elementi ewlenin fit-tnaqqis tal-inugwaljanza peress li jagħtu spinta lill-impjieg; billi jeħtieġ li n-nuqqasijiet strutturali jiġu indirizzati b'mod xieraq; billi l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) mistenni jiġi aġġornat bil-ħsieb li jgħin sabiex tiġi indirizzata d-diskrepanza fl-investiment;

AB.  billi x-xejriet fl-inugwaljanza mhux neċessarjament jikkoinċidu max-xejriet f'forom ta' faqar assolut u estrem bħall-fenomenu tal-persuni mingħajr dar; 

AC.  billi l-għoti ta' appoġġ u ta' fondi adegwati għal settur tal-abitazzjoni sostenibbli u permanenti hu essenzjali għall-aċċess għall-impjieg, l-edukazzjoni u s-saħħa u għat-tisħiħ tal-integrazzjoni u l-aċċettazzjoni lokali; billi s-salvagwardja tal-abitabilità tal-viċinati u l-ġlieda kontra s-segregazzjoni huma parti importanti fis-sostenn tal-integrazzjoni u fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi;

AD.  billi skont l-Eurostat il-proporzjon tal-popolazzjoni f'riskju ta' faqar fl-UE fl-2015 kien jammonta għal 24,4 %, u jogħla għal 26,9 % fir-rigward tat-tfal;

AE.  billi n-nisa huma milquta b'mod sproporzjonat mill-kriżi, u billi l-impjiegi ekoloġiċi rriżultaw iktar reżistenti għall-kriżijiet minn tipi oħra impjiegi;

AF.  billi n-nisa jinsabu f'riskju ogħla ta' faqar u ta' prekarjetà;

Stabbiliment ta' koordinazzjoni politika Ewropea kontra l-inugwaljanza

1.  Jafferma li l-inugwaljanzi jheddu l-ġejjieni tal-proġett Ewropew, inawru l-leġittimità tiegħu u jistgħu jagħmlu ħsara lill-fiduċja fl-UE bħala mutur tal-progress soċjali, dimensjoni tal-Unjoni li jeħtieġ li tiġi żviluppata; ifakkar li l-inugwaljanzi attwali għandhom effetti negattivi li jdgħajfu l-istabilità politika u soċjali. jenfasizza li t-trawwim ta' konverġenza 'l fuq u t-titjib tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej kollha jeħtieġ li jkomplu jkunu l-mutur għal integrazzjoni ulterjuri;

2.  Jemmen bis-sħiħ li t-tnaqqis tal-inugwaljanzi jrid ikun waħda mill-prijoritajiet ewlenin fil-livell Ewropew, mhux biss sabiex jiġi indirizzat il-faqar jew tiġi promossa l-konverġenza, imma wkoll bħala l-prekundizzjoni għall-irkupru ekonomiku, il-ħolqien ta' impjiegi deċenti, il-koeżjoni soċjali u l-prosperità kondiviża;

3.  Jenfasizza li t-tnaqqis tal-inugwaljanzi huwa essenzjali biex jiġu promossi demokraziji aktar ġusti u aktar stabbli, jiġi żgurat trattament ugwali mingħajr standards doppji, ikun hemm marġinalizzazzjoni tal-populiżmu, l-estremiżmu u l-ksenofobija, u jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea tkun proġett imħaddan miċ-ċittadini kollha tagħha;

4.  Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li l-Unjoni Ewropea trid tissodisfa l-impenji tagħha skont it-Trattati f'termini tal-promozzjoni tal-benessri tan-nies tagħha, l-impjieg sħiħ u l-progress soċjali, il-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, l-ugwaljanza bejn ċittadini bi sfondi soċjoekonomiċi differenti, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal u l-inklużjoni soċjali tal-persuni kollha li huma f'sitwazzjoni vulnerabbli jew li jsofru minn marġinalizzazzjoni;

5.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, b'konformità mal-kompiti rispettivi tagħhom, jevalwaw il-prestazzjoni u l-eżiti tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, filwaqt li jqisu l-evoluzzjoni tal-progress soċjali u tal-ġustizzja soċjali fl-UE; josserva li s-Semestru Ewropew ma pprijoritizzax il-kisba ta' dawn l-għanijiet u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-proċess tal-koordinazzjoni tal-politika sabiex tissorvelja, tevita u tikkoreġi t-tendenzi negattivi li jistgħu jżidu l-inugwaljanzi u jdgħajfu l-progress soċjali jew jaffettwaw b'mod negattiv il-ġustizzja soċjali, filwaqt li jiddaħħlu fis-seħħ miżuri preventivi u korrettivi meta dan ikun neċessarju; jemmen li jenħtieġ li jiġu kkusidrati politiki speċifiċi mmirati kontra l-inugwaljanzi ekonomiċi, u jiġu introdotti, fejn xieraq, fis-Semestru Ewropew;

6.  Jemmen li l-miżuri soċjali f'xi każijiet jistgħu jitqiesu bħala miżuri ta' taffija u jenħtieġ li jiġu kkomplementati b'politiki ekonomiċi u riformi strutturali soċjalment repsonsabbli biex jinkiseb tkabbir ekonomiku pożittiv, dejjiemi u sostenibbli u biex it-tendenza tal-inugwaljanzi titnaqqas b'mod strutturali fuq terminu ta' żmien medju u twil; iqis li t-tabella ta' valutazzjoni soċjali tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi jista' jkollha rwol aktar prominenti fis-Semestru Ewropew bħala "sistema ta' twissija bikrija" għal żbilanċi soċjali eċċessivi;

7.  Jinnota r-rata ta' implimentazzjoni modesta f'dak li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, li fl-2014 laħqet 29 %; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa nofs l-2018, analiżi u paragun tal-impatt u r-riżultati miksuba mir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u l-miżuri meħuda fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tas-Semestru Ewropew u skont programmi tal-UE differenti biex jingħelbu l-inugwaljanzi li jirriżultaw mill-kriżi ekonomika, u tiddeskrivi rakkomandazzjonijiet ta' politika ulterjuri kontra l-inugwaljanzi;

8.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tas-Semestru Ewropew, u bla preġudizzju għall-kompetenzi nazzjonali, tevalwa aħjar l-iżbilanċi f'termini ta' distribuzzjoni tal-introjtu u tal-ġid, inkluż peremezz ta' rapporti ta' analiżi fil-fond (IDR) jekk jinstabu tali żbilanċi, bħala mod kif tinħoloq konnessjoni bejn il-koordinazzjoni ekonomika u l-impjiegi u mal-prestazzjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi stampa preċiża u aġġornata tad-differenzi fl-introjtu u l-ġid, il-koeżjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali bejn u fi ħdan il-pajjiżi, u tibbaża l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet tagħha għal deċiżjonijiet politiċi fuq data solida u dettaljata; jistieden lill-Kummissjoni tistudja liema jenħtieġ li jkunu l-indikaturi preċiżi tal-inugwaljanza ekonomika (l-indiċi Gini, l-indiċijiet Palma, l-indiċi Theil, is-sehem tal-pagi, ir-rata tal-paga minima mal-PDG per capita jew mal-paga medja, eċċ.), u tissorvelja l-evoluzzjoni tal-inugwaljanzi, filwaqt li tqis ukoll il-kompetittività u l-produttività ġenerali tal-fatturi kollha;

9.  Jinnota li r-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi severi u permanenti, bħalma huma r-reġjuni tat-Tramuntana mbiegħda b'densità ta' popolazzjoni baxxa ħafna, il-gżejjer, ir-reġjuni transfruntieri u muntanjużi msemmija fl-Artikolu 174 tat-TFUE, kif ukoll ir-reġjuni remoti u depopolati, għandhom diffikultà ikbar biex jipprovdu aċċess għal servizzi publiċi bħall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni u li, konsegwentement, dawk is-servizzi ta' spiss ikunu piż akbar fuq il-finanzi pubbliċi u r-riċevituri jeħtieġ li jivvjaġġaw aktar biex jakkwistawhom;

10.  Itenni l-ħtieġa li l-investiment jiġi indirizzat lejn koeżjoni territorjali mtejba, sabiex isaħħaħ in-nisġa industrijali ta' reġjuni bi żvantaġġi naturali u demografiċi severi u permanenti, speċjalment fir-rigward tal-aċċess għall-broadband;

11.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi investiment ambizzjuż fil-protezzjoni soċjali, is-servizzi u l-infrastrutturi min-naħa tal-Istati Membri permezz ta' użu aktar immirat u strateġiku tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, sabiex ikun hemm reazzjoni aħjar għall-bżonnijiet soċjali u ekonomiċi tal-Istati Membri u r-reġjuni;

12.  Itenni t-talba tiegħu għall-istabbiliment ta' Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali awtentiku li jippromwovi konverġenza 'l fuq, b'kunsiderazzjoni tal-kompetenzi kondiviżi stabbiliti fit-Trattati, u għall-bini ta' dimensjoni soċjali aktar profonda u aktar ġusta tal-UEM, bil-mezzi leġiżlattivi, istituzzjonali u finanzjarji neċessarji ddedikati biex jiġu garantiti kemm progress soċjali għaċ-ċittadini tal-UE kif ukoll kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, bħala l-pass li jmiss fil-proċess ta' integrazzjoni Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni tressaq "Pjan Direzzjonali li jikkompleta d-Dimensjoni Soċjali tal-UEM" konkret;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex taħdem mal-Istati Membri biex jinkisbu l-miri kollha tal-istrateġija Ewropa 2020, inkluż it-tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali b'20 miljun, u tallinja l-kamp ta' applikazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, sabiex tinkludi wkoll il-ġlieda kontra l-inugwaljanza u l-faqar estrem fost l-għanijiet tagħha; jitlob lill-Kummissjoni tkompli tissorvejla mill-qrib l-implimentazzjoni tal-miri tal-istrateġija Ewropea 2020 u tieħu kont tat-tabella ta' valutazzjoni Eurostat fuq l-indikaturi prinċipali tal-Ewropa 2020, anki fil-proċedura tas-Semestru Ewropew u r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, filwaqt li jfakkar li dawn tal-aħħar huma primarjament responsabbli għall-politiki soċjali tagħhom, li jridu jiġu appoġġjati u kkumplementati b'azzjoni Ewropea, biex isaħħu l-isforzi tagħhom favur it-tnaqqis tal-inugwaljanza bejn gruppi ta' introjtu, u biex jinkoraġġixxu qafas xieraq ta' miżuri li jiggarantixxi, fost affarijiet oħra, kundizzjonijiet ta' xogħol deċenti għal kulħadd, edukazzjoni pubblika, saħħa, pensjonijiet, infrastruttura pubblika u servizzi soċjali adegwati, u li jippromwovi opportunitajiet ugwali; jenfasizza li tali qafas jenħtieġ li jippermetti "lift soċjali" li jiffunzjona sew;

15.  Jissottolinja li l-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jistabbilixxi l-implimentazzjoni ta' politiki xierqa favur it-tnaqqis tal-inugwaljanzi u koeżjoni soċjali ikbar;

16.  Jenfasizza s-supremazija tad-drittijiet fundamentali; jenfasizza li l-liġi tax-xogħol u l-istandards soċjali għoljin għandhom rwol kruċjali fl-ibbilanċjar mill-ġdid tal-ekonomiji, is-sostenn tal-introjtu, u l-promozzjoni ta' kapaċità ta' investiment; ifakkar fl-importanza li jiġu rispettati d-drittijiet soċjali kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inklużi d-drittijiet u l-libertajiet tat-trejdjunjins u d-drittijiet ta' negozjar kollettiv, u li jitħares it-trattament ugwali tal-ħaddiema;

17.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ma nistgħux ninjoraw l-importanza futura tal-politiki settorjali biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi u li, b'mod partikolari, il-ħtieġa ta' żvilupp ulterjuri tas-suq intern u ta' politika ta' investiment fil-livell Ewropew u f'dak nazzjonali (eż. f'infrastrutturi ewlenin, kura tas-saħħa, edukazzjoni) u l-formulazzjoni tal-aspetti kollha tal-politika dwar l-enerġija jridu jqisu l-opportunitajiet li tali politiki joffru f'termini ta' fatturi ekonomiċi, soċjali u territorjali, sabiex jiġu garantiti opportunitajiet ugwali; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex tiżviluppa strateġiji komprensivi għall-ħolqien tal-impjiegi, l-intraprenditorija u l-innovazzjoni, bl-għan li jkun hemm investiment strateġiku fl-impjiegi ekoloġiċi, fis-setturi soċjali, tas-saħħa u tal-kura, u fl-ekonomija soċjali, li l-potenzjal ta' impjiegi tagħha għadu mhux jiġi sfruttat;

  Miżuri biex tingħata spinta lill-ħolqien ta' xogħol deċenti u impjieg ta' kwalità

18.  Jesprimi t-tħassib tiegħu rigward l-evoluzzjoni tal-inugwaljanza fl-UE wara l-kriżi, li kienet dovuta l-aktar għall-qgħad dejjem jikber; huwa tal-fehma li l-qgħad huwa sors ta' inugwaljanzi u li l-politiki għall-ħolqien ta' xogħol deċenti u impjieg ta' kwalità ddirezzjonati il-konċentrazzjonijiet prinċipali ta' qgħad jistgħu jgħinu biex jitjieb l-introjtu tal-unitajiet domestiċi li jinsabu fil-kwintil tal-qiegħ;

19.  Jissottolinja l-fatt, barra minn hekk, li livelli għoljin ta' qgħad jagħmlu pressjoni 'l isfel fuq il-pagi u jistgħu, f'ċerti każijiet, ikollhom ukoll effett detrimentali fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u dawk soċjetali; jenfasizza li l-ġlieda kontra l-qgħad per se hija kundizzjoni meħtieġa, iżda mhux suffiċjenti, sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi livell ta' finanzjament ogħla għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) għall-perjodu 2017-2020, għal mill-inqas EUR 21 biljun, filwaqt li jiġi inkluż l-ilħuq taż-żgħażagħ taħt it-30 sena; jistieden lill-Kummissjoni tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni aħjar tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, billi tiffoka aktar fuq l-aktar żgħażagħ vulnerabbli li ħafna drabi jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' ħtiġijiet kumplessi, filwaqt li tqis l-aħħar sejbiet tar-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-użu tal-YEI u tiżgura implimentazzjoni u valutazzjoni preċiżi u trasparenti;

21.  Jenfasizza l-importanza li jiġu segwiti aktar mill-qrib iż-żgħażagħ li jitilqu mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ/Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ bl-għan li jkollhom integrazzjoni dejjiema u effiċjenti fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-possibbiltà ta' YEI aktar flessibbli, anki għal pajjiż bi prestazzjoni tajba f'termini ta' politika dwar iż-żgħażagħ, għall-integrazzjoni ta' skemi għall-protezzjoni taż-żgħażagħ fi tranżizzjoni mill-edukazzjoni jew l-edukazzjoni għolja għax-xogħol, sabiex tagħmel tajjeb għall-esklużjoni taż-żgħażagħ minn skemi kontributorji ta' protezzjoni soċjali fl-Ewropa;

22.  Jenfasizza li programmi bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-YEI ma jridux ikunu sostituti għall-isforzi proprji tal-Istati Membri kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u favur l-integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol; jirrikonoxxi li edukazzjoni ta' kwalità u aċċessibbli hija l-fattur deċiżiv biex jingħelbu l-inugwaljanzi; jitlob, għalhekk, li jkun hemm żieda fl-investiment fl-edukazzjoni pubblika u fit-tagħlim tul il-ħajja;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġu promossi impjiegi ekoloġiċi u li tingħata spinta lill-impjiegi fiż-żoni rurali u li qed jiddeterjoraw, u jagħmluhom aktar attraenti għan-nisa;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni, permezz tal-FSE u tal-proċedura tas-Semestru Ewropew, u lill-Istati Membri, permezz tal-Programmi ta' Riforma Nazzjonali tagħhom, jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri fil-livell nazzjonali mniżżla fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-persuni qiegħda fit-tul;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkomplementaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja b'suq tax-xogħol Ewropew komplut flimkien ma' kopertura wiesgħa ta' protezzjoni soċjali; jemmen li swieq tax-xogħol li jiffunzjonaw tajjeb u sistemi soċjali kkoordinati u robusti huma vitali għas-suċċess tal-unjoni monetarja Ewropea u huma parti minn proċess usa' ta' konverġenza 'l fuq lejn koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tippreżenta studju dwar kif l-UE tista' tappoġġja u tippromwovi Programmi ta' Impjieg Pubbliku Garantit fil-livell nazzjonali;

26.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw allinjament aħjar tal-edukazzjoni u t-taħriġ mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol fl-UE kollha, billi jtejbu kemm l-opportunitajiet ta' mobilità kif ukoll l-istrateġiji ta' reklutaġġ u taħriġ, b'mod partikolari permezz ta' taħriġ "fuq il-post tax-xogħol" u investiment immirat li jagħti spinta lill-ħolqien tal-impjiegi u jżid id-domanda għall-impjieg; ifakkar li t-taħriġ mill-ġdid huwa element importanti li jagħti lok sabiex in-nies ikunu jistgħu jintegraw mill-ġdid fis-suq tax-xogħol u jgħin biex jiġi indirizzat il-qgħad fit-tul u biex ikun hemm tlaqqigħ aħjar tal-ħiliet max-xogħlijiet disponibbli; jenfasizza li l-validazzjoni tal-ħiliet u r-rikonoxximent tat-tagħlim formali u informali huma għodda importanti sabiex il-ħiliet miksuba jkunu jistgħu jiġu vvalorizzati fis-swieq tax-xogħol; jinsisti li l-opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja jenħtieġ li jkunu promossi tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja, inkluż fix-xjuħija, sabiex ikun jista' jiġi sfruttat il-potenzjali sħiħ tagħhom favur il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien dwar l-indirizzar tad-diskriminazzjoni fir-reklutaġġ u fil-proċeduri ta' reklutaġġ diskriminatorji li ma jħallux li n-nies jidħlu fis-suq tax-xogħol minħabba raġunijiet ta' (fost affarijiet oħra) ġeneru, espressjoni jew identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, karatteristiċi sesswali, etniċità, diżabilità u età;

Intejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien

28.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-ammont ta' xogħol mhux iddikjarat, kuntratti tax-xogħol atipiċi u forom oħra ta' impjieg mhux standard li jistgħu jwasslu għal kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, pagi aktar baxxi, sfruttament u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ifqar, kif ukoll għal żieda fl-inugwaljanza f'ċerti Stati Membri; ifakkar li jeħtieġ li jiġu pprovduti sigurtà soċjali u protezzjoni soċjali adegwati sabiex il-ħaddiema kollha jkunu protetti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom kontra l-ekonomija mistura u x-xogħol mhux iddikjarat;

29.  Iqis li l-kwalità tal-impjiegi madwar l-UE jenħtieġ li titjieb, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-pagi li jiggarantixxu l-għajxien, is-sigurtà tax-xogħol, l-aċċess għall-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja u s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja riċerka ulterjuri fir-rigward tal-monitoraġġ u t-titjib tal-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u tal-kompetittività ġenerali fl-UE, abbażi tar-riċerka tal-Eurofound;

30.  Iqis li ċerti forom ta' impjieg, bħall-kuntratti ta' żero sigħat u l-internships mhux imħallsa, ma jagħtux lok għal standard ta' għajxien deċenti; iqis li huwa kruċjali li jiġu żgurati opportunitajiet ta' tagħlim u taħriġ xierqa u kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, fejn applikabbli, għall-internships, it-traineeships u l-apprendistati, li jiġu stabbiliti limiti fuq forom ta' xogħol mhux standard, u li jiġi evitat l-użu ta' kuntratti ta' żero sigħat, l-użu ta' ħaddiema temporanji permezz ta' aġenzija sabiex jissostitwixxu ħaddiema li jkunu fuq strajk, u l-użu ta' kuntratti għal żmien determinat għal kompiti permanenti;

31.  Josserva li x-xogħol part-time volontarju jista' jħeġġeġ lil ċerti kategoriji ta' persuni, li attwalment huma sottorappreżentati, biex jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol, u jista' jkun utli għal arranġamenti ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

32.  Jemmen bis-sħiħ li tista' tiġi esplorata l-idea ta' klassifikazzjoni komuni preċiża tal-impjiegi fil-livell Ewropew sabiex titnaqqas il-prekarjetà abbażi ta' data u fatti stabbiliti b'mod xjentifiku; huwa konvint li l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali mwettaq fl-istess post se tgħin biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi bejn il-ħaddiema;

33.  Jenfasizza l-importanza li li jiġu studjati kif xieraq l-effetti u l-aspetti differenti ta' żieda fl-awtomazzjoni u l-impatt tad-dewmien fl-adattatament tal-leġiżlazzjoni, li jistgħu jheddu li joħolqu pressjoni 'l isfel fuq is-sistemi tal-protezzjoni soċjali u tal-pagi, u li b'mod speċjali jaffettwa l-ħaddiema b'livell baxx u medju ta' ħiliet; jenfasizza, b'rabta ma' dan, l-importanza li l-protezzjoni soċjali u l-pagi jinżammu f'livelli adegwati;

34.  Iqis li l-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet trid tipprovdi aċċess affordabbli lill-ħaddiema kollha għat-tagħlim tul il-ħajja u tiżgura adattament għad-diġitalizzazzjoni u l-bidliet teknoloġiċi permanenti;

35.  Jieħu nota tal-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar direttiva qafas dwar introjtu minimu adegwat fl-Unjoni Ewropea, li jenħtieġ li tistabbilixxi regoli u indikaturi komuni u tipprovdi metodi għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tagħha; jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jipproponu approċċ komuni fl-Istati Membri kollha rigward l-introduzzjoni ta' skema ta' introjtu minimu, inklużi livelli ta' adegwatezza u modijiet biex ikun hemm titjib fir-rigward tan-nuqqas ta' parteċipazzjoni f'tali skemi min-naħa tal-benefiċjarji, sabiex jiġu appoġġjati l-persuni b'introjtu insuffiċjenti, jiġi żgurat aċċess ugwali għal servizzi soċjali, tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tar-rikreazzjoni ta' kwalità għolja, affordabbli u integrati, jiġi miġġieled il-faqar u titrawwem l-integrazzjoni soċjali; jenfasizza li l-baġits ta' referenza, li jindikaw l-għoli ta' ħajja dinjituża għal reġjuni differenti, l-arranġamenti ta' abitazzjoni, l-etajiet u l-kompożizzjoni ta' unità domestika, huma għodda li tista' tintuża sabiex tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-iskemi ta' introjtu minimu introdotti mill-Istati Membri;

36.   Jinsab imħasseb dwar il-livelli għoljin ta' nuqqas ta' parteċipazzjoni fl-iskemi ta' introjtu minimu, fejn dawn jeżistu, u dan jenfasizza l-bosta ostakli li jeżistu fosthom proċeduri intrużivi u stigma marbuta mal-applikazzjoni f'tali skemi; jemmen li l-programi ta' appoġġ tal-introjtu huma vitali biex jiġu evitati tendenzi ekonomiċi mhux ugwali, billi jappoġġjaw lill-individwi qabel ma jilħqu l-istadju ta' faqar u esklużjoni soċjali;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jesploraw il-possibilità li tiġi stabbilita skema Ewropea ta' assigurazzjoni kontra l-qgħad, li tikkomplementa s-sistemi nazzjonali attwali ta' benefiċċju tal-qgħad; iqis li tali stabbilizzatur effettiv u kontrollabbli jista' jkollu rwol importanti fit-tnaqqis tal-inugwaljanza bejn l-Istati Membri u fit-taffija tal-konsegwenzi li jirriżultaw mill-assorbiment ta' xokkijiet asimmetriċi; jenfasizza li benefiċċji tal-qgħad adegwati għall-ħaddiema kollha jenħtieġ li jkunu parti minn standards minimi soċjali fil-livell tal-UE, sabiex jgħinuhom jiffaċċjaw l-effetti soċjali negattivi tal-qgħad;

38.  Jenfasizza l-importanza tad-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv biex jiġu determinati l-pagi, u l-ħtieġa li dawn il-mekkaniżmi jibqgħu f'idejn is-sħab soċjali f'konformità mal-awtonomija tagħhom kif stabbilit fit-Trattati; jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju dwar indiċi tal-paga li tiggarantixxi l-għajxien sabiex jiġu stmati l-ispejjeż tal-għajxien u l-introjtu approssimattiv meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet bażiċi tal-familji, għal kull Stat Membru u reġjun; jenfasizza li għal kull unità domestika, livell ta' introjtu adegwat huwa essenzjali biex il-ħaddiema foqra jiksbu indipendenza finanzjarja filwaqt li jżommu l-abitazzjoni u s-sigurtà tal-ikel;

39.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu skali tal-paga aktar ġusti, filwaqt li jirregolaw bil-liġi d-differenzi massimi fil-paga fi ħdan iċ-Ċentri tax-Xogħol;

40.  Jenfasizza li fir-rigward tal-finanzjament fit-tul tal-kostruzzjoni ta' abitazzjonijiet ġodda, minbarra l-Fondi SIE u l-FEIS, jenħtieġ li jiġu mobilizzati forom oħra ta' finanzjament kemm privat kif ukoll pubbliku sabiex jiżdiedu l-attivitajiet tal-banek pubbliċi nazzjonali jew ta' aġenziji oħrajn fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali tal-ħaddiema, inkluż permezz tal-infurzar xieraq tad-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol;

42.  Ifakkar li d-dritt ta' negozjar u azzjoni kollettivi huwa dritt fundamentali fl-UE u li l-istituzzjonijiet Ewropej iridu jirrispettaw, josservaw il-prinċipji tiegħu u jippromwovu l-applikazzjoni tiegħu(36); jemmen li t-tnaqqis fis-setgħa ta' negozjar tal-ħaddiema u t-trejdjunjins ma għenx biex jinkisbu dawk l-objettivi u jista' jkun kawża ta' żieda ta' pagi baxxi u l-proliferazzjoni ta' xogħol mhux sigur;

43.  Jinnota l-importanza tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema u t-trawwim tas-setgħa ta' negozjar tal-impjegati permezz ta' riformi strutturali tas-swieq tax-xogħol li jippromwovu tkabbir sostenibbli, impjiegi deċenti, prosperità kondiviża u koeżjoni soċjali; jenfasizza r-rwol tad-djalogu bejn is-sħab soċjali biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri u lill-UE jiżguraw id-dritt għal ta' sħubija f'junjin kif ukoll is-saħħa u l-awtonomija kemm tat-trejdjunjins kif ukoll tal-assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi meta jkunu involuti f'negozjati fi kwalunkwe livell;

44.  Jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza tad-djalogu ċivili ma' rappreżentanti ta' gruppi differenti tas-soċjetà, speċjalment dawk li jinsabu f'riskju akbar ta' faqar u esklużjoni soċjali, meta jkunu qed jiġu diskussi kwistjonijiet marbuta mal-inugwaljanzi;

45.  Jitlob l-implimentazzjoni ta' politika kontra d-diskriminazzjoni bi rwol ewlieni fl-iżgurar ta' opportunitajiet ta' impjieg ugwali u fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali; jistieden lill-Istati Membri jiżblokkaw id-direttiva kontra d-diskriminazzjoni;

46.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jiżguraw li d-diskriminazzjoni, il-fastidju u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, l-identità jew l-espressjoni tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali u l-karatteristiċi sesswali (fost affarijiet oħra) jiġu indirizzati fuq il-post tax-xogħol, u li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi ċari ta' rappurtar u ta' appoġġ għall-vittmi, kif ukoll proċeduri kontra min iwettaqhom;

Insaħħu l-istat soċjali u l-protezzjoni soċjali

47.  Jenfasizza li, f'ħafna pajjiżi, is-sistemi ta' protezzjoni soċjali sfaw taħt pressjoni peress li ġew milquta mill-konsolidazzjoni fiskali b'riperkussjonijiet f'termini ta' inugwaljanzi fl-introjtu; jemmen li s-sistemi ta' protezzjoni soċjali jenħtieġ li jservu ta' xibka ta' sikurezza u jiffaċilitaw ukoll l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ multidimensjonali biex jinkisbu ugwaljanza u koeżjoni soċjali akbar, kif rifless fil-klawżola soċjali orizzontali (l-Artikolu 9 tat-TFUE), b'enfasi fuq id-dimensjoni soċjali tal-politiki tal-Unjoni u l-impenn biex jiġi applikat il-prinċipju ta' integrazzjoni soċjali fil-politiki kollha tal-Unjoni;

48.  Isostni li l-progress soċjali, kif definit fl-indiċi ta' progress soċjali Ewropew, huwa l-kapaċità ta' soċjetà li tissodisfa l-ħtiġijiet umani bażiċi taċ-ċittadini tagħha, tistabbilixxi l-elementi kostitwenti li jippermettu liċ-ċittadini u lill-komunitajiet isaħħu u jsostnu l-kwalità tal-ħajja tagħhom, u toħloq il-kundizzjonijiet biex l-individwi kollha jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom;

49.  Jistieden lill-Istati Membri jtejbu s-sistemi ta' protezzjoni soċjali tagħhom (l-edukazzjoni, is-saħħa, is-settur tal-abitazzjoni, il-pensjonijiet u t-trasferimenti) abbażi ta' salvagwardji soċjali ta' livell għoli, sabiex tinkiseb protezzjoni komprensiva tan-nies, filwaqt li jitqiesu r-riskji soċjali ġodda u l-gruppi vulnerabbli li tfaċċaw b'riżultat tal-kriżijiet finanzjarji, ekonomiċi u mbagħad soċjali li l-Istati Membri kellhom iħabbtu wiċċhom magħhom;

50.  Jistieden lill-Istati Membri jagħtu spinta lill-investiment f'servizzi ta' kwalità u affordabbli tal-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal, filwaqt li jenfasizza li tali investiment jidher li jħalli l-frott, b'mod partikolari għat-tfal minn familji żvantaġġati; jistieden lill-Istati Membri biex, bl-appoġġ tal-Kummissjoni u bi qbil mal-miri ta' Barċellona, jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw aċċess universali u affordabbli għal edukazzjoni pubblika ta' kwalità sa minn età bikrija (0-3 snin), peress li dan huwa fundamentali biex jiġu miġġielda l-inugwaljanzi fuq perjodu ta' żmien twil;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq qafas Ewropew bi qbil mar-rakkomandazzjoni relatata tal-ILO, b'bażi ta' protezzjoni soċjali li tiggarantixxi aċċess universali għall-kura tas-saħħa, sigurtà tal-introjtu bażiku, aċċess u appoġġ għall-edukazzjoni, u aċċess kemm għall-prodotti u s-servizzi ddefiniti bħala neċessarji fil-livell nazzjonali kif ukoll għal opportunitajiet ta' impjieg;

52.  Jitlob aċċess universali għal akkomodazzjoni affordabbli, sabiex l-unitajiet domestiċi vulnerabbli jiġu protetti kontra l-evizzjoni u d-dejn eċċessiv, u jiġi promoss qafas effikaċi għat-tieni opportunità għall-individwi u l-familji fil-livell Ewropew;

53.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu azzjoni malajr fir-rigward tal-kriżi tal-migrazzjoni u r-rifuġjati attwali u jiggarantixxu li r-rifuġjati jkollhom aċċess għal proċessi rapidi ta' tagħlim tal-lingwa u l-kultura, għall-formazzjoni, għal akkomodazzjoni ta' kwalità, għall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, għas-suq tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali, għar-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kapaċitajiet formali u mhux formali, u jiżguraw l-inklużjoni tagħhom fis-soċjetà;

54.  Jafferma li l-aċċess universali għal pensjonijiet tal-irtirar u tax-xjuħija pubbliċi, ibbażati fuq is-solidarjetà u adegwati, irid jingħata lil kulħadd; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fit-tisħiħ tas-sistemi tal-pensjonijiet pubbliċi u tax-xogħol biex jipprovdu introjtu adegwat għall-irtirar ogħla mil-livell limitu tal-faqar u biex jippermettu lill-pensjonanti jżommu l-istandard tal-għajxien tagħhom u jgħixu b'mod dinjituż u indipendenti; itenni l-appell tiegħu għal "care credits" fis-sistemi tal-pensjonijiet li jikkumpensaw għall-kontribuzzjonijiet li bosta nisa u rġiel ikunu tilfu minħabba responsabbiltajiet ta' kura tat-tfal u kura fit-tul bħala għodda biex titnaqqas id-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi; jenfasizza li filwaqt li l-iskemi tal-pensjonijiet personali jistgħu jkunu għodda importanti biex titjieb l-adegwatezza tal-pensjonijiet, is-sistemi tal-pensjonijiet statutorji bbażati fuq is-solidarjetà jibqgħu l-aktar għodda effiċjenti biex jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali fost l-anzjani;

55.  Jenfasizza li d-drittijiet fundamentali tal-persuni b'diżabilità jenħtieġ li jkunu ggarantiti, inkluż id-dritt għal xogħol deċenti u ħieles mill-ostakoli, servizzi u sigurtà tal-introjtu bażiku adattati għall-ħtiġijiet individwali speċifiċi, standards tal-għajxien deċenti u l-inklużjoni soċjali, u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-protezzjoni mill-isfruttament u x-xogħol furzat;

56.  Iqis li l-kummerċ internazzjonali kien mutur għat-tkabbir imma li l-benefiċċji tiegħu mhumiex dejjem jiġu mqassma tajjeb u dan jista' jiġi perċepit bħala sors ta' inugwaljanzi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali aktar ġusti li jirrispettaw ir-regolamenti tas-suq tax-xogħol Ewropej u l-konvenzjonijiet tal-ILO, filwaqt li jipproteġu wkoll l-impjiegi ta' kwalità u d-drittijiet tal-ħaddiema u jiżguraw mekkaniżmi Ewropej u nazzjonali għall-kumpens tal-ħaddiema u s-setturi milquta b'mod negattiv minn bidliet kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni, inkluż il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni;

57.  jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-politiki tal-UE dwar il-kompetizzjoni jippermettu kompetizzjoni ġusta u jgħinu fil-ġlieda kontra l-kartelli jew l-għajnuna mill-Istat mhux kompatibbli, li joħolqu distorsjoni tal-prezzijiet u jostakolaw il-funzjonament tas-suq intern, bil-ħsieb li jiżguraw li jkunu protetti l-konsumaturi;

Niġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali

58.  Iqis li d-dritt għal opportunitajiet indaqs jenħtieġ li jiġi żgurat fl-Unjoni Ewropea; Iqis li l-inugwaljanza attwali tal-eżiti li jaffettwaw lil kull min jgħix fl-UE, iżda speċjalment it-tfal u ż-żgħażagħ, hija sikwit aggravata mid-disinn mhux ugwalitarju tas-sistemi edukattivi u għandha konsegwenzi ta' ħsara għall-benessri u għall-iżvilupp taż-żgħażagħ bħala individwi, u b'hekk tikkontribwixxi għal sens baxx ta' awtostima jew inklużjoni fis-soċjetà taż-żgħażagħ Ewropej, b'mod speċjali dawk b'nuqqas ta' riżorsi u opportunitajiet;

59.  Jenfasizza li l-edukazzjoni għandha rwol ewlieni x'tiżvolġi fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi u, b'rabta ma' dan, jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom u jallokaw investiment suffiċjenti sabiex jiggarantixxu opportunitajiet ugwali; isostni l-importanza ta' aċċess universali għall-edukazzjoni u aċċess għall-għajnuna lill-istudenti għaż-żgħażagħ fl-edukazzjoni għolja; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri biex joħolqu akkomodazzjoni adegwata deċenti u aċċessibbli għaż-żgħażagħ biex isostnu t-tranżizzjonijiet tagħhom;

60.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw il-ġlieda kontra l-faqar, speċjalment fost it-tfal, billi jistabbilixxu miri għat-tnaqqis tal-faqar fost it-tfal, jesploraw l-implimentazzjoni koordinata tar-Rakkomandazzjoni dwar l-Investiment fit-Tfal, u permezz tal-ħolqien ta' skema ta' garanzija għat-tfal;

61.  Jenfasizza, barra minn hekk, li ħafna attivitajiet kulturali u sportivi huma għodod b'saħħithom għall-koeżjoni u l-integrazzjoni soċjali, u jirrimarka li dawn l-attivitajiet jistgħu jtejbu l-prospetti tal-impjieg tal-membri żvantaġġjati tas-soċjetà billi jgħallmuhom ħiliet personali;

62.  Jistieden lill-Istati Membri jilħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 dwar it-tnaqqis tal-faqar u tar-riskju ta' esklużjoni soċjali;

63.  Iqis li ż-żieda mgħaġġla fl-ammont ta' persuni mingħajr dar fil-maġġoranza tal-Istati Membri hija kwistjoni ta' tħassib urġenti. jemmen li, bi qbil mal-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tgħin lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex irażżnu t-tendenza dejjem akbar ta' persuni mingħajr dar bil-ħsieb li din tiġi eliminata gradwalment;

Niksbu bilanċ reali bejn is-sessi

64.  Jinnota li l-Kummissjoni wieġbet għall-istedina tiegħu favur bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għan-nisa u l-irġiel li jgħixu u jaħdmu fl-UE, permezz tal-proposta għal direttiva dwar il-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u dik privata għall-ġenituri u l-indukraturi biex jiġu indirizzati l-isfidi tad-deċenni li ġejjin; ifakkar fl-appell tiegħu għal remunerazzjoni u protezzjoni soċjali xierqa, u jenfasizza li l-proposti mressqa mill-Kummissjoni huma bażi tajba biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u tingħata spinta lill-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u lill-arranġamenti ta' xogħol flessibbli kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, bħala mezz biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fix-xogħol kemm imħallas u kemm mhux;

65.  Jenfasizza li l-inklużjoni ulterjuri tan-nisa fis-suq tax-xogħol, filwaqt li jitjieb l-appoġġ għall-intraprenditorija femminili u jingħalaq id-distakk bejn dak li n-nisa jiksbu fl-edukazzjoni tagħhom u l-pożizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol, u s-salvagwardja tal-opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa f'termini ta' paga, avvanz fil-karriera u opportunitajiet ta' xogħol full-time, huma kollha fatturi essenzjali għall-kisba ta' tkabbir ekonomiku inklużiv u fit-tul, li jeqred id-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi, jiġġieled l-inugwaljanzi u jrawwem l-indipendenza finanzjarja tan-nisa;

66.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq inizjattivi, jekk ikun hemm bżonn, biex tneħħi kwalunkwe tip ta' diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, billi tiffissa penali għaċ-Ċentri tax-Xogħol li jiksru d-dritt għall-ugwaljanza billi jistabbilixxu pagi differenti għal kategoriji ta' impjieg identiċi, skont jekk ikunux okkupati prinċipalment minn irġiel jew minn nisa.

67.  Jiddispjaċih mill-fatt li, minkejja l-leġiżlazzjoni eżistenti li tintegra l-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali, xorta għad hemm differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u diskrepanza saħansitra ikbar fil-pensjonijiet bejn is-sessi; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali jindirizzaw l-isfida tad-diskrepanza fil-pagi u fil-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa;

68.  Jinsab imħasseb biż-żieda fir-rata ta' faqar u bil-fatt li l-ommijiet waħedhom, in-nisa żgħażagħ u n-nisa anzjani huma dawk milquta b'mod partikolari mill-faqar; jirrimarka li t-tnaqqis tal-livelli tal-faqar b'20 miljun ruħ sal-2020 jista' jintlaħaq permezz ta' politiki kontra l-faqar u ta' xogħol attiv imsejsa fuq l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri ffukata primarjament fuq it-tkattir u l-appoġġ tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; Jinnota li l-faqar għadu jiġi mkejjel fuq l-introjtu akkumulat tal-unità domestika, liema prattika tassumi li l-membri kollha tal-unità domestika jaqilgħu l-istess u jqassmu r-riżorsi b'mod indaqs; jitlob drittijiet individwalizzati u kalkoli bbażati fuq l-introjti individwali bl-għan li jinkixef il-kobor veru tal-faqar fost in-nisa;

69.  Ifakkar fir-rwol importanti kemm tas-servizzi pubbliċi ta' kwalità fil-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll tas-sistemi ta' taxxa u ta' benefiċċji ħielsa minn diżinċentivi għal dawk li jirrapreżentaw it-tieni sors ta' dħul milli jaħdmu jew milli jaħdmu aktar, peress li dan jista' jtejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol;

70.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jiżgura l-adozzjoni rapida tad-direttiva dwar il-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi mhux eżekuttivi tal-kumpaniji elenkati fil-borża, bħala l-ewwel pass importanti lejn ir-rappreżentanza ugwali kemm fis-settur pubbliku u kemm f'dak privat;

Nimmodernizzaw is-sistemi tat-taxxa

71.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkoreġu l-inugwaljanzi interpersonali eċċessivi billi jappoġġjaw u jinkoraġġixxu il-forom ta' investiment l-aktar produttivi; ifakkar li għall-dak il-fini, il-politiki dwar it ta' tassazzjoni huma kruċjali u li ħafna Stati Membri jeħtieġu riforma tat-taxxa profonda; jistieden lill-Kummissjoni twettaq monitoraġġ, tagħti pariri, tippromwovi u tħejji parametri referenzjarji fid-dawl tas-Semestru Ewropew;

72.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjonijiet reali kontra l-evitar u l-frodi tat-taxxa bħala mezz importanti biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi ekonomiċi u biex jitjieb il-ġbir tal-introjtu mit-taxxi fl-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-istabbiliment ta' korp intergovernattiv tan-NU għall-kooperazzjoni dwar it-taxxa u tniedi diskussjonijiet dwar reġistru finanzjarju Ewropew;

73.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ riformi tal-politiki tat-tassazzjoni tal-Istati Membri biex jiġu żgurati baġits pubbliċi adegwati għas-servizzi soċjali, tas-saħħa, tal-akkomodazzjoni, tal-impjieg u tal-edukazzjoni; jemmen li dan jenħtieġ li jinvolvi wkoll l-indirizzar tal-korruzzjoni fl-amministrazzjoni pubblika u tal-inugwaljanza fil-ġid, inkluż permezz ta' distribuzzjoni mill-ġdid tal-konċentrazzjoni eċċessiva tal-ġid, peress li dan huwa essenzjali sabiex l-inugwaljanza ma tiġix aggravata f'ħafna Stati Membri; jenfasizza barra minn hekk li hemm bżonn ta' miżuri f'oqsma bħall-finanzjalizzazzjoni tal-ekonomija u koordinazzjoni, approssimazzjoni u armonizzazzjoni ulterjuri, fejn applikabbli, tal-politika tat-taxxa, kif ukoll miżuri kontra r-rifuġji fiskali, il-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, miżuri biex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat, u miżuri għall-ottimizzazzjoni tat-taħlita ta' taxxi u l-piż rispettiv ta' bħala sehem tad-dħul mit-taxxi ta' Stat Membru mid-dħul minn taxxi bbażati fuq ix-xogħol u fuq il-ġid;

74.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

OJ C 236 E, 12.8.2011, p. 57.

(2)

Testi adottati, P8_TA(2017)0260.

(3)

Testi adottati, P8_TA(2017)0073.

(4)

Testi adottati, P8_TA(2017)0010.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2016)0317.

(6)

Testi adottati, P8_TA(2016)0136.

(7)

Testi adottati, P8_TA(2015)0401.

(8)

ĠU C 482, 23.12.2016, p. 141.

(9)

ĠU C 75, 26.2.2016, p. 130.

(10)

ĠU C 65, 19.2.2016, p. 68.

(11)

ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 57.

(12)

ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 77.

(13)

ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 25.

(14)

ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 8.

(15)

ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 11.

(16)

ĠU C 248, 25.8.2011, p. 130.

(17)

ĠU C 166, 7.6.2011, p. 18.

(18)

http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=738&langId=mt&pubId=7744&visible=0

(19)

Opinjoni tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali indirizzata lill-Kunsill, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 6491/11, SOC 124, 15 ta' Frar 2011.

(20)

Kummissjoni Ewropea, Dokument Istituzzjonali 025, Mejju 2016.

(21)

Awturi: Jonathan D. Ostry, Andrew Berg u Charalambos G. Tsangarides.

(22)

Awturi: Andrew Berg u Jonathan D. Ostry.

(23)

Eurostat, http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Income_distribution_statistics

(24)

FMI (2017) "IMF Working Paper WP 17/76: Inequality Overhang" (Dokument ta' Ħidma tal-FMI WP 17/76: Il-Problemi tal-Inugwaljanzi). Awturi: Francesco Grigoli u Adrian Robles, Washington, D.C.: Fond Monetarju Internazzjonali.

(25)

FMI (2015), "Causes and Consequences of Income Inequality: A Global Perspective" (Kawżi u Konsegwenzi tal-Inugwaljanzi fl-Introjtu: Perspettiva Globali). Nota ta' Diskussjoni tal-Persunal SDN/15/13 Washington, D.C.: Fond Monetarju Internazzjonali. http://www.imf.org/external/pubs/ft/sdn/2015/sdn1513.pdf

(26)

OECD (2015), "In it Together: Why Less Inequality Benefits All" (Flimkien: Għaliex it-tnaqqis fl-inugwaljanzi huwa ta' benefiċċju għal kulħadd), Pariġi: OECD Publishing.

(27)

L-Eurostat: http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/images/f/f8/People_at_risk_of_poverty_or_social_exclusion%2C_EU-27_and_EU-28%2C_2005-2015.JPG

(28)

OECD 2015 "In it together: Why less inequality benefits all" (Flimkien: Għaliex it-tnaqqis fl-inugwaljanzi huwa ta' benefiċċju għal kulħadd), p. 67.

(29)

Eurofound (2017), "Social mobility in the EU" (Il-mobilità soċjali fl-UE), Luxembourg: Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

(30)

https://www.eurofound.europa.eu/sites/default/files/ef_publication/field_ef_document/ef1461en.pdf

(31)

https://www.eurofound.europa.eu/sites/default/files/ef_publication/field_ef_document/ef1710en.pdf

(32)

"Inequality and mental illness" (L-inugwaljanza u l-mard mentali), R. Wilkinson u K. Pickett, Departiment tax-Xjenzi tas-Saħħa, Università ta' York, UK; Pubblikazzjoni online fil-25 ta' Mejju 2017; http://dx.doi.org/10.1016/; S2215-0366(17)30206-7

(33)

COREPER I, "Introjtu adegwat wara l-irtirar fil-kuntest ta' soċjetajiet li qed jixjieħu - Abbozz ta' Konklużjonijiet tal-Kunsill = Adozzjoni", 12352/15, http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-12352-2015-INIT/mt/pdf

(34)

Eurofound (2017) "Income inequalities and employment patterns in Europe before and after the Great Recession" (Inugwaljanzi fl-introjtu u mudelli ta' impjiegi fl-Ewropa qabel u wara r-Reċessjoni l-Kbira).

(35)

OECD (2015), "In it together: Why less inequality benefits all" (Flimkien: Għaliex it-tnaqqis fl-inugwaljanzi huwa ta' benefiċċju għal kulħadd), Pariġi: OECD Publishing.

(36)

B'konformità mal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


NOTA SPJEGATTIVA

L-inugwaljanza, mifhuma bħala d-distakk dejjem jikber f'termini kemm ta' introjtu kif ukoll ta' ġid bejn dawk fil-qiegħ u dawk fuq nett tal-gwadann ekonomiku, reċentement ħadet rilevanza ewlenija biex nifhmu mhux biss ix-xejriet ekonomiċi imma wkoll it-tibdil soċjali, politiku u istituzzjonali riċenti.

Il-pubblikazzjoni ta' approċċi akkademiċi ġodda biex nifhmu l-evoluzzjoni tal-inugwaljanza wara l-perjodu ta' wara l-gwerra, fejn l-istat soċjali u l-politiki ridistributtivi fl-ekonomiji tal-Punent kellhom il-bidu tagħhom u ġew ikkonsolidati, kif ukoll biex nifhmu din l-evoluzzjoni fil-kuntest ta' proċess aċċellerat ta' globalizzazzjoni, għenet biex issir popolari u tiġi integrata l-idea tal-inugwaljanza bħala fattur ewlieni biex nifhmu l-isfidi tal-preżent tal-ġejjieni tagħna fid-dibattitu politiku.

Ir-Reċessjoni l-Kbira, li affettwat l-ekonomiji żviluppati tal-Punent u li kienet qed tespandi fi gradi li jvarjaw madwar id-dinja, kompliet biss tiggrava d-differenzi osservati fil-livelli ta' inugwaljanza bejn u fil-pajjiżi, b'mod speċjali fl-ekonomiji żviluppati milquta l-agħar mill-kriżi, li l-biċċa l-kbira minnhom huma pajjiżi Ewropej.

Finalment, it-tibdil politiku ferm profond u rapidu li seħħ fis-snin riċenti, relatat mal-qawmien tan-nazzjonaliżmu u l-ksenofobija, il-protezzjoniżmu u l-qawmien tar-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu, jista' jkollu l-oriġini tiegħu, fost fenomeni oħra, fiż-żieda ta' inugwaljanza reali jew perċepita, mhux biss f'pajjiż partikolari (in-nuqqas ta' kuntentizza bejn il-fqar u l-klassijiet tal-ħaddiema bil-klassijiet politiċi u ekonomiċi tal-ogħla livell), imma wkoll bejn pajjiżi differenti (it-titjib relattiv tal-introjtu fost il-klassijiet medji tal-pajjiżi emerġenti, fid-dawl tat-tnaqqis fl-introjtu fost il-familji tal-klassi medja baxxa li raw l-impjiegi tagħhom fl-industriji maturi jimxu f'pajjiżi oħra).

F'dan il-kuntest huwa diffiċli li jiġi spjegat għaliex l-Istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri ma kinux kapaċi jindirizzaw b'mod espliċitu l-isfida taż-żieda fl-inugwaljanza, mhux biss f'termini ta' koeżjoni u ġustizzja soċjali, imma f'termini ta' tkabbir ekonomiku u ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità.

L-għan ta' din l-Inizjattiva huwa, għalhekk, li tagħti l-akbar prijorità lill-isfida tal-inugwaljanza fil-livell Ewropew meta jitqies il-kuntest li ninsabu fih. Qed tipproponi li tagħmel dan billi ssegwi l-politiki Ewropej ta' koeżjoni u ta' investiment u l-iżviluppi Ewropej f'termini ta' koordinazzjoni tal-politiki soċjali, b'mod partikolari f'termini tal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, imma wkoll f'termini ta' titjib fil-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol u ta' politiki attivi tas-suq tax-xogħol jew tisħiħ tad-drittijiet tat-trejdjunjins u tal-ħaddiema.

Nipproponu, l-ewwel, il-pożizzjonar mill-ġdid tal-Ewropa fir-rigward tar-Reċessjoni l-Kbira li sofriet sa mill-2008 u tal-politiki mdaħħla fis-seħħ għall-irkupru. L-ewwel tibdil għandu jkun li l-inugwaljanza ssir parti effettiva mill-prijoritajiet ewlenin li jridu jiġu mmonitorjati u solvuti mill-Istituzzjonijiet Ewropej. Dan iwassalna biex nagħmlu dijanjożi kritika tar-riżultati miksuba sa issa kemm permezz tal-aġenda soċjoekonomika mnedija fl-2010 bl-Istrateġija Ewropa 2020 kif ukoll bl-apparat kollu tal-koordinazzjoni ekonomika ġdida mniedi fl-2011 mas-Semestru Ewropew.

Meta jitqies li waħda mill-kawżi prinċipali li jispjegaw kemm l-istaġnar tal-konverġenza fil-livell Ewropew kif ukoll iż-żieda fid-distakk fl-introjtu sa mir-Reċessjoni l-Kbira kienet iż-żieda fil-qagħad, qed jiġi propost li jissaħħu l-aktar politiki tal-impjiegi rilevanti fl-Unjoni fis-snin riċenti, li jiffukaw fuq żewġ gruppi partikolarment vulnerabbli: iż-żgħażagħ u l-persuni qiegħda fit-tul.

Bosta bidliet ekonomiċi u teknoloġiċi ġabu magħhom tibdil kbir fid-dinja tax-xogħol, miż-żieda ta' kuntratti ta' impjiegi atipiċi u forom mhux standard ta' xogħol sad-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni aċċellerata li jaffettwaw is-sistemi produttivi tagħna. Hemm biżżejjed letteratura li tistabbilixxi r-relazzjoni bejn dawn il-fenomeni u l-effetti negattivi possibbli f'termini ta' xogħol prekarju u tnaqqis fil-pagi. Huwa neċessarju li jiġu protetti l-ħaddiema li jinsabu f'sitwazzjoni ta' żvantaġġ fid-dawl ta' dan it-tibdil u fl-istess ħin jiġu promossi approċċi komuni mill-Ewropa biex jiġu appoġġjati l-ħaddiema milquta minn dan il-proċess ta' tranżizzjoni lejn impjiegi aktar intensivi mil-lat diġitali, kif ukoll li jiġu ssalvagwardjati dawk li huma mġiegħla jispiċċaw bla xogħol b'riżultat ta' din it-tranżizzjoni.

Huwa ovvju li r-Reċessjoni l-Kbira ġabet magħha, b'mod speċjali fil-pajjiżi l-aktar vulnerabbli għall-kriżi, riformi strutturali ewlenin, b'mod speċjali fis-suq tax-xogħol. Dawn servew biss biex intensifikaw il-fenomenu li kien qed jiżviluppa sa mit-tmeninijiet fl-ekonomiji żviluppati tal-Punent, bħad-dgħufija tas-setgħa ta' negozjar tal-ħaddiema, b'riżultat tad-dgħufija tar-rappreżentazzjoni tat-trejdjunjins, kif ukoll il-proċessi tad-deċentralizzazzjoni tan-negozjar kollettiv, li naqqsu biss il-possibbiltajiet għall-impjegati li jiksbu ftehimiet ibbilanċjati fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-pagi tagħhom, b'konsegwenzi ovvji fuq iż-żieda fl-inugwaljanza.

Il-politiki ridistributtivi u l-istat soċjali kellhom rwol fundamentali, sa mill-oriġini tagħhom, fit-tnaqqis tad-distakk bejn l-ifqar klassijiet u l-klassijiet medji u l-ogħla introjti. Fid-dawl tal-fenomenu tal-inugwaljanza, huwa kruċjali li nsaħħu u nimmodernizzaw l-istat soċjali u l-protezzjoni soċjali li aħna fl-Ewropa nixtiequ nipprovdu liċ-ċittadini tagħna.

Il-ġlieda kontra l-faqar, b'mod speċjali fost iż-żgħażagħ u t-tfal, tispjega wieħed mill-elementi ta' tħassib ewlieni meta niffaċċjaw il-konsegwenzi tal-inugwaljanzi mhux biss f'termini soċjali imma wkoll f'termini ta' potenzjal fil-ġejjieni.

Min-naħa l-oħra, l-indirizzar tad-disparità bejn is-sessi sabiex kulħadd jiffaċċja s-suq tax-xogħol fuq termini ndaqs se jnaqqas l-inugwaljanzi b'effetti pożittivi fuq it-tkabbir sostenibbli.

Finalment, is-sistemi fiskali huma ewlenin għall-proċess tar-ridistribuzzjoni jekk ikunu ddisinjati tajjeb u jiffunzjonaw kif xieraq. L-importanza tal-ġlieda kontra l-frodi trid tiġi enfasizzata, li fid-dinja li ngħixu fiha hija kompitu ta' koordinazzjoni u regolamentazzjoni internazzjonali li trid ukoll tingħata aktar prijorità fuq l-aġenda politika Ewropea.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (26.9.2017)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi bħala xprun biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi

(2016/2269(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Marisa Matias

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.   billi żieda fl-inugwaljanza fl-UE tista' tkun ta' ħsara għal tfassil ta' politika ekonomika tajba u għall-iżvilupp ekonomiku; billi l-inugwaljanza normalment tiġi ttrattata biss bħala problema soċjali; billi l-globalizzazzjoni tal-kummerċ għenet biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi globali, filwaqt li kellha rwol ukoll fiż-żieda ta' oħrajn ġodda; billi l-FMI sab, fuq skala globali, relazzjoni inversa bejn is-sehem tal-introjtu li ġej mill-aħjar 20 % u t-tkabbir ekonomiku, li jfisser li jekk is-sehem tal-introjtu tal-aħjar 20 % jiżdied b'punt wieħed perċentwali, it-tkabbir tal-PDG fil-fatt ikun ta' 0.08 punti perċentwali aktar baxx fil-ħames snin sussegwenti; billi, għall-kuntrarju, żieda simili fis-sehem tal-introjtu tal-agħar 20 % hija assoċjata ma' tkabbir ta' 0.38 punti perċentwali aktar; billi l-ugwaljanza tista', f'kundizzjonijiet xierqa, tikkontribwixxi għal prestazzjoni ekonomika tajba kif ukoll tkun konsegwenza tagħha; billi ekonomija u suq tax-xogħol li jiffunzjonaw sew jibqgħu wieħed mill-aktar mezzi effettivi biex jiġi indirizzat il-qgħad u b'hekk titnaqqas l-inugwaljanza;

B.  billi fl-UE hemm distakk fl-investiment; billi l-investiment pubbliku u privat huma elementi ewlenin u jistgħu jikkontribwixxu lejn it-tnaqqis tal-inugwaljanza billi tingħata spinta lill-impjiegi; billi jeħtieġ li jiġu indirizzati b'mod xieraq in-nuqqasijiet strutturali; billi l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) huwa mistenni li jiġi aġġornat bil-ħsieb li jiġi indirizzat id-distakk fl-investiment; billi d-distakk fl-investiment jeħtieġ li jiġi indirizzat, anke billi jkunu approfonditi s-swieq finanzjarji, bil-ħsieb li jiġu promossi proġetti innovattivi li jistgħu jagħtu spinta lill-impjiegi;

C.  billi l-ġlieda kontra l-inugwaljanzi tista' tkun xprun biex tingħata spinta lill-ħolqien tal-impjiegi u lit-tkabbir u fl-istess ħin jitnaqqas il-faqar; billi 47,5% tal-persuni qiegħda kollha fl-Unjoni Ewropea fl-2015 jinsabu f'riskju ta' faqar(1);

D.  billi l-inugwaljanza hija fenomenu multidimensjonali li mhijiex ristretta biss għal kwistjonijiet monetarji iżda tikkonċerna wkoll differenzi fl-opportunitajiet disponibbli għall-persuni u dan jiddependi pereżempju fuq is-sess, l-oriġini etnika, il-preferenzi sesswali, il-post ġeografiku jew l-età tagħhom;

1.   Jirrimarka li l-investiment pubbliku u privat jista' joħloq l-impjiegi u li l-qgħad huwa waħda mill-kawżi ewlenin tal-inugwaljanza; jenfasizza n-neċessità li jingħalaq id-distakk fl-investiment u l-ħtieġa li jinħoloq ambjent ta' negozju li jwassal għall-investiment f'oqsma strateġiċi u teknoloġiji ġodda sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi, jerġa' jissaħħaħ it-tkabbir, jiġi miġġieled il-qgħad, jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' industrija b'saħħitha, sostenibbli u kompetittiva u jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-UE fit-tul; jissottolinja l-fatt, barra minn hekk, li livelli għoljin ta' qgħad jagħmlu pressjoni 'l isfel fuq il-pagi u jistgħu, f'ċerti każijiet, ikollhom ukoll effett detrimentali fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u dawk soċjetali; jenfasizza li l-ġlieda kontra l-qgħad hija kundizzjoni meħtieġa, iżda mhux suffiċjenti, per se, sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi;

2.   Jargumenta li l-investiment u l-istrutturi effiċjenti fis-servizzi pubbliċi, flimkien mal-provvista ta' servizzi privati, huma essenzjali biex tinstab soluzzjoni għall-inugwaljanzi rigward il-kwalifiki; jenfasizza li l-ilħuq ta' livelli ogħla ta' edukazzjoni u ta' ħiliet għall-popolazzjoni ġenerali, speċjalment fil-qasam tal-litteriżmu finanzjarju u diġitali, jikkontribwixxi mhux biss biex titnaqqas l-inugwaljanza fl-introjtu, iżda anke għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-politiki Ewropej dwar il-kompetizzjoni jippermettu kompetizzjoni ġusta u jgħinu fil-ġlieda kontra kartelli jew għajnuna mill-Istat mhux kompatibbli, li joħolqu distorsjoni tal-prezzijiet u jostakolaw il-funzjonament tas-suq intern, bil-ħsieb li jiżguraw li jkunu protetti l-konsumaturi;

3.  Jenfasizza l-importanza ta' edukazzjoni, taħriġ u taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema bħala għodda bażika ta' tagħlim tul il-ħajja li żżid l-għadd tal-ħiliet meħtieġa u t-tisħiħ tagħhom ħalli l-ħaddiema jiġu megħjuna jipparteċipaw b'suċċess fis-suq tax-xogħol u jiġi miġġieled il-qgħad, b'mod li jiġi żgurat li l-progress teknoloġiku li bħalissa qed niffaċċjaw ma jsirx sors ta' inugwaljanzi; jenfasizza li dawn il-politiki ta' tagħlim tul il-ħajja għandhom jippromwovu l-aġġornament tal-ħiliet u l-kwalifikazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema, partikolarment dawk li jippossjedu ħiliet baxxi sa medji u dawk li huma l-aktar esposti għar-riskju ta' inugwaljanza soċjali;

4.  Jenfasizza l-fatt li s-soċjetajiet moderni qed iħabbtu wiċċhom ma' sfidi soċjali kruċjali li jinvolvu kwistjonijiet ta' inugwaljanza, minkejja l-effetti mitiganti tal-istat soċjali eżistenti; jenfasizza li l-indirizzar ta' dawn l-isfidi huwa responsabbiltà tas-servizzi pubbliċi u ta' dawk li jfasslu l-politiki kif ukoll opportunità għal investituri privati; jaqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni li l-ġlieda kontra l-inugwaljanza fl-introjtu u l-faqar teħtieġ sett komprensiv ta' politiki preventivi u ta' mitigazzjoni, inkluż aċċess ugwali għall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, opportunitajiet fis-suq tax-xogħol u prospetti ta' dħul finanzjarju mtejba, servizzi ta' kwalità għall-but ta' kulħadd u sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji mfassla tajjeb; jirrimarka li l-inizjattivi tal-UE biex ikunu kkoordinati l-politiki soċjali tal-Istati Membri jridu jqisu l-livell tal-iżvilupp ekonomiku ta' kull Stat Membru u jippermettulhom li jiddisinjaw sistemi soċjali li jaqblu maċ-ċirkustanzi partikolari tagħhom; iqis li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li kien imniedi mill-Kummissjoni, iwitti t-triq għall-koordinazzjoni ta' miżuri fl-ġlieda kontra l-inugwaljanzi;

5.  Jinnota, kif juru l-konklużjonijiet tal-kumitati TAXE I, TAXE II u PANA, ir-rwol kruċjali tal-politiki tat-taxxa fil-ġbir tad-dħul u l-funzjoni redistributtiva tagħhom biex jikkoreġu l-inugwaljanzi tal-introjtu u l-ġid; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa għandhom impatt fuq il-finanzi pubbliċi u l-politiki pubbliċi; jenfasizza li ġustizzja fiskali aħjar, il-ġlieda kontra flussi finanzjarji illeċiti u miżuri kontra l-frodi intra-Komunitarja tal-VAT se jżidu d-dħul mit-taxxi u fl-istess waqt, itemmu r-rifuġji fiskali għal kumpaniji multinazzjonali, inklużi kumpaniji Ewropej; jistieden lill-Istati Membri jadottaw sistemi nazzjonali tat-taxxa progressivi u ġusti sabiex titnaqqas l-inugwaljanza, u jistendinhom jintensifikaw il-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa sabiex jitjieb il-ġbir tad-dħul mit-taxxi;

6.  Itenni li l-Istati Membri jridu jżommu r-rwol ewlieni fil-monitoraġġ tas-sitwazzjoni soċjali tagħhom, billi jidentifikaw il-ħtiġijiet attwali taċ-ċittadini tagħhom li jsawru l-politiki soċjali u tal-impjiegi tagħhom, u jenfasizza li l-UE jenħtieġ li tappoġġja u tinkoraġġixxi dawn l-isforzi; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-implimentazzjoni tad-diversi atti leġiżlattivi li jittrattaw l-inugwaljanza u tipproponi r-rieżami sussegwenti tagħhom f'każ li jiġu identifikati nuqqasijiet; jinnota li għandu jkun hemm il-possibbiltà li tiġi valutata l-effettività ta' dawn il-politiki fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi billi jiġu eżaminati l-bidliet fil-gruppi ta' introjtu b'mod partikolari, fejn xieraq, fil-qafas tas-Semestru Ewropew.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.9.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

9

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Esther de Lange, Jonás Fernández, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Barbara Kappel, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni, Sotirios Zarianopoulos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, Matt Carthy, Lara Comi, Mady Delvaux, Herbert Dorfmann, Manuel dos Santos, Syed Kamall, Tibor Szanyi, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Wajid Khan, Bogdan Brunon Wenta

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

39

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Petr Ježek, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Matt Carthy, Marisa Matias, Dimitrios Papadimoulis

PPE

Lara Comi, Herbert Dorfmann, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Tom Vandenkendelaere, Bogdan Brunon Wenta, Esther de Lange

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Mady Delvaux, Jonás Fernández, Roberto Gualtieri, Wajid Khan, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Pedro Silva Pereira, Tibor Szanyi, Paul Tang, Manuel dos Santos, Jakob von Weizsäcker

Verts/ALE

Jean Lambert, Molly Scott Cato

9

-

ALDE

Cora van Nieuwenhuizen

ECR

Syed Kamall, Sander Loones, Bernd Lucke, Pirkko Ruohonen-Lerner

ENF

Gerolf Annemans, Bernard Monot, Marco Zanni

NI

Sotirios Zarianopoulos

1

0

ENF

Barbara Kappel

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Eurostat, http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Income_distribution_statistics


OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (27.6.2017)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

fuq il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi bħala xprun biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi

(2016/2269(INI))

Rapporteur (għal opinjoni): Agnieszka Kozłowska-Rajewicz

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Ba (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Ba.  billi l-inugwaljanza kbira u li qed tiżdiet ixxekkel mhux biss il-progress lejn il-qerda tal-faqar, iżda wkoll kwalunkwe sforz li jsir biex isaħħaħ l-inklużjoni soċjali u l-koeżjoni soċjali;

Emenda    2

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Ca (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Ca.  billi l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol jenħtieġ li jiżdied permezz tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-modernizzazzjoni tal-qafas ta' politika attwali bil-għan li jittejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

Emenda    3

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Ca (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Ca.  billi l-politiki ta' awsterità mitluba mill-Kummissjoni u implimentati mill-Istati Membri, flimkien mal-kriżi ekonomika ta' dawn l-aħħar ftit snin, kabbru l-inugwaljanzi u affettwaw lin-nisa b'mod partikolari, billi aggravaw il-faqar fost in-nisa u eskludewhom dejjem iżjed mis-suq tax-xogħol;

Emenda    4

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Cb (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Cb.  billi hemm korrelazzjoni pożittiva bejn l-ugwaljanza msaħħa bejn in-nisa u l-irġiel u t-tkabbir ekonomiku aktar b'saħħtu, l-inklużività, il-ħolqien tal-impjiegi u l-prosperità tan-negozji;

Emenda    5

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Cb (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Cb.  billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tirrappreżenta għodda għall-ġlieda kontra l-faqar fost in-nisa, peress li għandha impatt pożittiv fuq il-produttività u t-tkabbir ekonomiku u twassal għal aktar parteċipazzjoni femminili fis-suq tax-xogħol, li mbagħad, min-naħa tagħha, għandha għadd kbir ta' benefiċċji soċjali u ekonomiċi,

Emenda    6

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Cc (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Cc.  billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija assi ekonomiku kruċjali f'dik li hi l-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku ekwu u inklużiv, u billi t-tnaqqis tal-inugwaljanza okkupazzjonali huwa mezz mhux biss biex jintlaħaq stat ta' trattament ugwali iżda wkoll biex jiġu żgurati l-effiċjenza u l-kompetittività tas-suq tax-xogħol;

Emenda    7

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Fa (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Fa.  billi l-istrateġiji Ewropej għall-qerda tal-faqar huma neċessarji biex jintlaħaq stat ta' żvilupp sostenibbli għal kulħadd;

Emenda    8

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Ia (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Ia.  billi n-nisa huma milquta b'mod sproporzjonat mill-kriżi, u billi l-impjiegi ekoloġiċi ħarġu iktar reżistenti għall-kriżijiet minn tipi oħra impjiegi;

Emenda    9

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 1a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

1a.  Jiddeplora l-politiki ta' awsterità li, flimkien mal-kriżi ekonomika, qed jgħinu biex tiżdied ir-rata tal-faqar, b'mod partikolari fost in-nisa;

Emenda    10

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 1a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

1a.  Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta kemm l-inugwaljanzi li qed jikbru jista' jkollhom effett fuq il-punti msemmija hawn fuq, u tiżviluppa strateġija biex tikkumbatti dawn it-theddidiet;

Emenda    11

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 2a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

2a.  Jitlob l-introduzzjoni ta' strateġija Ewropea li tistabbilixxi miri nazzjonali biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi;

Emenda    12

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 7a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

7a.  Jinnota li l-Kummissjoni wieġbet għall-istedina tiegħu għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għan-nisa u l-irġiel li jgħixu u jaħdmu fl-UE, permezz ta' proposti mhux leġiżlattivi u proposta leġiżlattiva li tagħti għadd ta' tipi ta' liv biex jilqgħu għall-isfidi tas-seklu 21; jenfasizza li l-proposti mressqa mill-Kummissjoni huma bażi tajba li fuqha tista' tingħata spinta lill-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u lill-arranġamenti ta' xogħol flessibbli kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel bħala mezz biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fix-xogħol kemm imħallas u kemm mhux;

Emenda    13

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 10a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

10a.  Jinnota li, filwaqt li n-nisa jirrappreżentaw il-parti l-kbira tal-gradwati universitarji fl-UE (60 %), ir-rata ta' impjieg tagħhom u l-progress ta' karriera tagħhom ma jirriflettux il-potenzjal sħiħ tagħhom; jenfasizza li l-ilħuq ta' stat ta' tkabbir ekonomiku inklużiv u fit-tul jiddependi mill-għeluq tad-distakk bejn il-livell ta' kisbiet edukattivi tan-nisa u l-pożizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol, primarjament billi tingħeleb is-segregazzjoni orizzontali u vertikali fl-impjieg;

Emenda    14

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 10a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

10a.  Jitlob li l-Kummissjoni tipproduċi statistika dwar il-qgħad li qed jiżdied fl-UE li tkun tesprimi l-inugwaljanzi skont l-età u skont is-sess, iżda li tindika wkoll dawk ta' bejn l-individwi li jgħixu f'żoni rurali u dawk li jgħixu f'żoni urbani;

Emenda    15

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 10b (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

10b.  Jenfasizza li l-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tad-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi u t-tnaqqis tal-faqar tan-nisa meta huma f'età avvanzata jiddependu l-ewwel u qabel kollox mill-ħolqien ta' kundizzjonijiet biex in-nisa jagħmlu kontribuzzjonijiet tal-pensjoni ugwali permezz tal-inklużjoni ulterjuri fis-suq tax-xogħol u mis-salvagwardja tal-opportunitajiet indaqs f'dawk li huma paga, progress fil-karriera u opportunitajet biex persuna taħdem full-time;

Emenda    16

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 10c (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

10c.  Jenfasizza l-fatt li l-intraprenditorija femminili hija pilastru importanti tal-ekonomija tal-UE, li hija kruċjali biex jiġu miġġielda l-inugwaljanzi u biex titrawwem l-indipendenza finanzjarja tan-nisa, u jenħtieġ għalhekk li tiġi promossa u appoġġjata, b'mod partikolari permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, il-promozzjoni tas-sjieda femminili, in-netwerks tal-intraprendituri, l-aċċess għall-investiment u l-kreditu, u l-promozzjoni tar-rappreżentanza tan-nisa fil-korpi maniġerjali;

Emenda    17

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 10d (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

10d.  Jisħaq fuq l-importanza li tkompli tiġi inkoraġġita u appoġġjata l-intraprenditorija diġitali tan-nisa, billi n-nisa jiffurmaw biss 19 % tal-intraprendituri f'dan is-settur; jirrimarka li d-diġitalizzazzjoni fis-suq tax-xogħol toffri opportunitajiet ġodda għall-intraprenditorija għan-nisa, inkluża l-intraprenditorija diġitali fuq skala żgħira, li f'ħafna każijiet ma teħtieġx kapital inizjali sinifikanti, u impriżi mħaddma fil-qafas tal-ekonomija soċjali li jsaħħu l-inklużjoni soċjali; jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, li l-Istati Membri jagħtu spinta lill-ħiliet diġitali, lil-litteriżmu diġitali u lill-inklużjoni diġitali tan-nisa u tal-bniet, kemm fis-settur tal-ICT u kemm lil hinn minnu, peress li numru dejjem jikber ta' impiegi jeħtieġu ħiliet diġitali, ladarba l-inklużjoni diġitali tista' tkun mezz biex jiġu miġġielda l-inugwaljanzi li jeżistu fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, billi s-salarji fl-impjiegi li jinvolvu ħiliet diġitali għandhom ħabta jkunu ogħla b'mod ġenerali;

Emenda    18

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 10e (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

10e.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jikkunsidraw l-introduzzjoni, fi stadju bikri, ta' edukazzjoni fl-ICT adattata skont l-età, b'konċentrazzjoni partikolari fuq l-inkoraġġiment tal-bniet biex jiżviluppaw l-interess u l-ħiliet fil-qasam diġitali u fuq il-protezzjoni tagħhom minn sterjotipi restrittivi u negattivi;

Emenda    19

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 11a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

11a.  Jistieden lill-Kummissjoni tiddedika attenzjoni speċjali liż-żgħażagħ ta' taħt it-30 sena peress li spiss jiġu minsija, speċjalment jekk ikunu jgħixu f'reġjuni fejn hemm rati għolja ta' qgħad; jinnota li din it-traskuraġni tinħass min-nisa żgħażagħ li jgħixu f'dawn iż-żoni b'mod partikolari;

Emenda    20

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 11b (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

11b.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġu promossi impjiegi ekoloġiċi u li tingħata spinta lill-impjiegi fiż-żoni rurali u li qed jonqsu u jagħmluhom aktar attraenti għan-nisa;

Emenda    21

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 29a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

29a.  Jirrimarka li l-wiċċ tal-faqar fl-Ewropa huwa wieħed femminili u li huma l-ommijiet waħedhom u n-nisa żgħażagħ u anzjani b'mod partikolari li huma milquta mill-faqar; jirrimarka li t-tnaqqis tal-livelli tal-faqar b'20 miljun ruħ sal-2020 jista' jintlaħaq permezz ta' politiki kontra l-faqar li huma msejsa fl-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri ffukata primarjament fuq it-tkattir tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u fuq l-appoġġ għal din il-parteċipazzjoni;

Emenda    22

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 30a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

30a.  iħeġġeġ lill-Istati Membri jiggarantixxu dispożizzjoni deċenti tal-pensjonijiet, inkluża pensjoni minima nazzjonali, biex jiġi żgurat li ħadd u b'mod speċjali mhux in-nisa li diġà qed isofri minħabba l-pensjonijiet baxxi li jirriżultaw mid-differenza fil-pagi matul is-snin ta' impjieg ma jkun imbagħad espost addizzjonalment għal sitwazzjoni ekonomika agħar matul iż-żmien tal-irtirar;

Emenda    23

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 30a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

30a.  Jindika li t-teknoloġiji ġodda jenħtieġ li jitqiesu bħala għodda fundamentali għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda u bħala opportunità biex in-nisa jinħarġu mill-faqar;

Emenda    24

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 30a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

30a.  Jinnota li l-faqar għadu jiġi mkejjel fuq id-dħul akkumulat tal-unità domestika, liema prattika tassumi li l-membri kollha tal-unità domestika jaqilgħu l-istess u jqassmu r-riżorsi b'mod indaqs; jitlob drittijiet individwalizzati u kalkoli bbażati fuq id-dħul individwali bil-għan li jikxfu l-kobor veru tal-faqar tan-nisa;

Emenda    25

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 32a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

32a.  Ifakkar fir-rwol importanti tas-servizzi pubbliċi biex jintlaħaq stat ta' ugwaljanza bejn is-sessi; jinnota li l-infiq f'dawn l-oqsma jrid jitqies bħala investiment li jġib redditi ekonomiċi u jenħtieġ li jingħata konsiderazzjoni speċjali fi ħdan il-qafas tar-regoli tal-UE dwar il-governanza ekonomika u dwar is-sorveljanza baġitarja;

Emenda    26

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 32b (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

32b.  Itenni t-talba tiegħu biex il-Kunsill jiżgura l-adozzjoni rapida tad-direttiva dwar il-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi mhux eżekuttivi tal-kumpaniji elenkati fil-borża, bħala l-ewwel pass importanti lejn ir-rappreżentanza indaqs kemm fis-settur pubbliku u kemm f'dak privat;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITATLI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

26.6.2017

 

 

 


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

19.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Elisabeth Morin-Chartier, Georgi Pirinski, Marek Plura, Dennis Radtke, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Jutta Steinruck, Yana Toom, Marita Ulvskog, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Lynn Boylan, Mircea Diaconu, Jasenko Selimovic, Tom Vandenkendelaere, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Ramón Jáuregui Atondo, Gilles Lebreton, Jens Nilsson, Wim van de Camp, Igor Šoltes


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

37

+

ALDE

EPP

S&D

Verts/ALE

GUE/NGL

Enrique Calvet Chambon, Mircea Diaconu, Marian Harkin, Robert Rochefort, Jasenko Selimovic, Yana Toom

Georges Bach, David Casa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Dennis Radtke, Sofia Ribeiro, Tom Vandenkendelaere, Wim van de Camp

Guillaume Balas, José Blanco López, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Agnes Jongerius, Ramón Jáuregui Atondo, Jan Keller, Javi López, Jens Nilsson, Georgi Pirinski, Jutta Steinruck, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

Jean Lambert, Igor Šoltes, Tatjana Ždanoka

Lynn Boylan, Patrick Le Hyaric

5

-

ECR

ENF

Arne Gericke, Czesław Hoc, Anthea McIntyre

Gilles Lebreton, Dominique Martin

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali