Proċedura : 2017/0817(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0343/2017

Testi mressqa :

A8-0343/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/11/2017 - 13.9

Testi adottati :

P8_TA(2017)0435

RAPPORT     
PDF 590kWORD 60k
31.10.2017
PE 610.920v01-00 A8-0343/2017

dwar il-ħatra proposta ta' João Alexandre Tavares Gonçalves de Figueiredo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri

(C8-0333/2017 – 2017/0817(NLE))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Indrek Tarand

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS 1: CURRICULUM VITÆ TA' João Alexandre Tavares Gonçalves de Figueiredo
 ANNESS 2: SOMMARJU TA' Alexandre Tavares Gonçalves de Figueiredo DWAR L-ESPERJENZA BĦALA MEMBRU TAL-QORTI U L-OBJETTIVI GĦAL MANDAT FUTUR
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-ħatra proposta ta' João Alexandre Tavares Gonçalves de Figueiredo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri

(C8-0333/2017 – 2017/0817(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0333/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0343/2017),

A.  billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.  billi waqt il-laqgħa tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' João Alexandre Tavares Gonçalves de Figueiredo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.


ANNESS 1: CURRICULUM VITÆ TA' João Alexandre Tavares Gonçalves de Figueiredo

ESPERJENZA PROFESSJONALI

 

10/2016 sal-lum

Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, assenjat għall-Awla I – Użu sostenibbli tar-riżorsi naturali

Responsabbli mill-awditjar fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni.

Ħa sehem fit-tfassil ta' linji gwida u dokumenti strateġiċi għall-ippjanar u għall-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Membru tal-Kumitat Etiku tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

 

06/2008 – 09/2016

Imħallef mal-Qorti tal-Awdituri Portugiża

Ħa sehem fid-deċiżjonijiet ta' approvazzjoni rigward l-Opinjoni dwar il-Kontijiet Ġenerali tal-Istat Portugiż.

Ikkontrolla l-legalità tal-kuntratti konklużi mill-entitajiet amministrattivi jew korporattivi tal-Amministrazzjoni Ċentrali tal-Istat, tar-Reġjuni Awtonomi u tal-awtoritajiet lokali: is-self u l-kirjiet, il-provvista tas-servizzi, ix-xogħlijiet, il-provvista tal-oġġetti, ix-xiri tal-proprjetà, il-kuntratti ta' kirjiet operattivi, il-konċessjonijiet ta' xogħlijiet u servizzi, sħubijiet pubbliċi-privati, il-fużjonijiet tal-impriżi lokali.

Wettaq awditi tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti u biex jiddetermina l-obbligazzjoni finanzjarja.

Implimenta leġiżlazzjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja pubblika fis-settur pubbliku u s-setturi tan-negozju, il-leġiżlazzjoni nazzjonali u Ewropea dwar l-akkwist pubbliku, u leġiżlazzjoni amministrattiva ewlenija.

Għen fit-tfassil tal-pjanijiet ta' attività u r-rapporti tal-Qorti.

President tal-Kumitat tal-IT tal-Qorti.

Membru tal-bord editorjali tal-Ġurnal tal-Qorti.

 

03/2005 – 06/2008

Segretarju tal-Istat għall-Amministrazzjoni Pubblika, Ministeru tal-Finanzi, Gvern tal-Portugall

 

Ħa sehem fil-Kunsilli tal-Ministri u fil-laqgħat tas-Segretarji tal-Istat.

Ikkontribwixxa fis-sessjonijiet plenarji tal-Assemblea tar-Repubblika u tal-Kumitati Parlamentari.

Ħa sehem fil-Kunsill tal-Ministri tal-UE.

Ħa sehem fit-tfassil tal-Kontijiet Ġenerali u tal-Baġits tal-Istat, ta' Programmi ta' Tkabbir u Stabbiltà u ta' testi leġiżlattivi ewlenin fil-qasam tal-finanzi pubbliċi Portugiżi matul dan il-perjodu.

Irrieżamina l-leġiżlazzjonijiet prinċipali tal-amministrazzjoni pubblika fil-qasam tar-riżorsi umani, partikolarment fis-setturi tar-relazzjonijiet kuntrattwali, tal-karrieri u tar-remunerazzjoni, tal-valutazzjoni tal-prestazzjonijiet, tal-protezzjoni soċjali u tal-irtirar. Ħoloq il-bażi tad-data ċentrali tar-riżorsi umani tal-Amministrazzjoni Pubblika. Responsabbli mill-programm ta' ristrutturar għall-Amministrazzjoni Ċentrali tal-Istat (PRACE), li kellu impatt fuq id-dipartimenti ministerjali kollha fil-livell ċentrali u deċentralizzat, u li kellu l-għan li jtejjeb l-effikaċja u l-effiċjenza tal-ġestjoni bi tnaqqis ta' 26  % fil-karigi u l-istrutturi diriġenti superjuri.

Ħoloq is-Servizzi Kondiviżi tal-Istat.

 

09/2003 – 03/2005

Awditur Ewlieni mal-Qorti tal-Awdituri Portugiża

Ħareġ opinjonijiet ġuridiċi u finanzjarji dwar: l-emendi għal-Liġi dwar il-Qafas Baġitarju (LEO); l-applikabbiltà tar-regoli u l-prinċipji baġitarji tal-LEO għall-awtoritajiet lokali; l-assenjazzjoni tal-krediti tal-Istat u ta' sigurtà soċjali għat-titolizzazzjoni; l-indipendenza tal-Qrati tal-Awditjar; ir-relazzjoni tal-Qrati tal-Awditjar mal-kontroll intern; il-Liġi dwar l-Organizzazzjoni u l-Proċedura tal-Qorti; ir-reġim ġuridiku dwar ir-responsabbiltà ċivili extrakuntrattwali tal-Istat; il-prinċipji u l-istandards li għandhom jiġu segwiti mill-Amministrazzjoni diretta u indiretta tal-Istat.

Sostenn tekniku u ġuridiku għall-awditi finanzjarji, għall-awditi ta' konformità u għall-awditi ta' prestazzjoni.

Ħa sehem f'laqgħat internazzjonali li jinvolvu istituzzjonijiet supremi tal-awditjar (SAIs) fi ħdan l-Unjoni Ewropea, INTOSAI u EUROSAI.

 

11/2002 – 09/2003

Kap tad-Dipartiment tat-Taħriġ

Direttorat Ġenerali tad-Dwana - Ministeru tal-Finanzi - il-Portugall

Żviluppa u segwa l-politiki, il-pjanijiet u r-rapporti ta' evalwazzjoni dwar it-taħriġ tal-uffiċjali tad-dwana Portugiżi fl-implimentazzjoni tar-reġimi doganali Portugiżi u tal-UE. Implimenta inizjattivi ta' taħriġ għall-uffiċjali tad-dwana Portugiżi.

04/2001 – 11/2002

Direttur Eżekuttiv

Direttur Ġenerali tas-Servizz tal-Ħabs - Ministeru tal-Ġustizzja - il-Portugall

Responsabbiltà aħħarija għas-servizz, inklużi s-servizzi ċentrali u 54 ħabs, 6 300 uffiċjal, baġit operattiv ta' EUR 188 000 000 u baġit ta' investiment ta' EUR 55 400 000 (ċifri tal-2002).

Responsabbiltà aħħarija għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi ta' kustodja li ngħataw mill-Qrati lil 13 500 ħabsi (ċifri tal-2002).

Iddefinixxa l-għażliet ta' żvilupp strateġiku għas-sistema karċerarja Portugiża, u r-rapporti u l-pjanijiet ta' attività.

Fassal abbozz ta' liġi ġdid dwar is-sentenzi ta' kustodja u abbozz ta' dispożizzjoni leġiżlattiva biex jissaħħaħ is-Servizz ta' Awditjar u Spezzjoni tas-servizz tal-ħabs bil-għan li tiġi żgurata s-sorveljanza u l-konformità ġuridika tal-prattiki u l-ġestjoni tal-ħabs tiegħu.

Wettaq l-ewwel studju fil-Portugall dwar it-tendenzi u l-konsum tad-droga fil-ħabsijiet għaċ-Ċentru għar-Riċerka u l-Istudju fis-Soċjoloġija fl-Istitut tal-Università ta' Lisbona (ISCTE).

Żviluppa u implimenta programm biex itejjeb is-sigurtà fil-ħabsijiet, u programm ta' prevenzjoni tas-suwiċidji.

Wettaq programm ta' bini u rinnovazzjoni tal-ħabsijiet (Carregueira, Paços de Ferreira, pulizija ġudizzjarja ta' Porto, Tires, Sintra, Montijo, Beja, Olhão, Leiria, Coimbra u Porto).

Kien editur tal-ġurnal "Temas Penitenciários".

 

02/1999 – 04/2001

President

Servizz ta' Probazzjoni Nazzjonali - Ministeru tal-Ġustizzja - il-Portugall

Responsabbiltà aħħarija għas-servizz, inkluż 115-il unità amministrattiva f'104 muniċipalitajiet, 1 700 uffiċjal, u baġit ta' EUR 37 500 000 (ċifri tal-1999).

Responsabbiltà aħħarija biex jingħata lill-Qrati s-sostenn tekniku fil-ġurisdizzjoni kriminali u għall-eżekuzzjoni ta-sentenzi mingħajr arrest (16 000 talba fis-sena).

Responsabbiltà aħħarija għall-appoġġ tal-Qrati fl-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri relatati mal-ġustizzja għall-minorenni u l-familja permezz tal-14-il istituzzjoni tal-minorenni tas-Servizz (26 000 talba fis-sena) u l-adozzjoni ta' proċeduri skont il-konvenzjonijiet internazzjonali relatati mal-minorenni, li fihom is-Servizz kien l-awtorità ċentrali.

 

 

Fassal pjan strateġiku għas-sena 2000-2003 u fassal u żviluppa sistema ta' ppjanar.

Ikkontribwixxa għar-riforma tal-liġi tal-minorenni (Liġi Nru 147/99 tal-1 ta' Settembru 1999 u Nru 166/99 tal-14 ta' Settembru 1999).

Ħoloq il-kundizzjonijiet għall-qrati biex jordnaw servizz fil-komunità, inkluż ftehimiet ma' 440 istituzzjoni pubblika u privata li jkunu lesti jilqgħu individwi li jridu jiskontaw din it-tip ta' sentenza.

Implimenta sistema ta' sorveljanza elettronika fil-Portugall għas-superviżjoni taż-żgħażagħ li kkommettew reat f'darhom stess (Liġi Nru 122/99 u Ordni ta' Implimentazzjoni Ministerjali Nru 26/2001).

 

11/1995 – 02/1999

Kap tal-Kabinett, Ministeru tal-Ġustizzja

Ministeru tal-Ġustizzja - il-Portugall

Ħejja d-deċiżjonijiet tal-Ministeru tal-Ġustizzja relatati mal-oqsma li ġejjin: il-pulizija ġudizzjarja, id-Direttorat Ġenerali tas-Servizzi tal-Ħabsijiet, id-Direttorat Ġenerali tar-Reġistru u tas-Servizzi Notarili, is-Servizz Nazzjonali tal-Probazzjoni, is-Segretarjat Ġenerali, l-Uffiċċju ta' Riċerka u Ppjanar, l-Uffiċċju tal-Ġestjoni Finanzjarja, is-Servzzi Soċjali tal-Ministeru tal-Ġustizzja, l-Uffiċċju tad-Dritt Ewropew; il-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali f'materji kriminali, iggarantixxa kollegament mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Iggarantixxa kollegament bejn il-Kabinett tal-Ministeru u l-korpi ta' hawn fuq, kif ukoll il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja u l-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura, il-Kunsill Suprem tal-Qorti Amministrattiva u Fiskali, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Assoċjazzjoni tal-Avukati.

Ikkontribwixxa għat-tħejjija tad-dispożizzjonijiet legiżlattivi f'oqsma ewlenin tal-politika tal-ġustizzja, b'mod speċifiku: il-liġi dwar il-libertà tar-reliġjon, il-liġi dwar it-traffikar u l-konsum tad-droga, il-liġi dwar l-applikazzjoni tas-sentenzi tas-servizzi fil-komunità, il-liġi dwar il-monitoraġġ elettroniku ta' min ikkommetta reat f'daru, ir-riforma tal-liġi tal-minorenni, il-liġi dwar il-liberalizzazzjoni tal-professjoni notarili, il-digrieti-liġi dwar l-akkwist ta' xogħlijiet, prodotti u servizzi u r-reklutaġġ ta' persunal mas-servizz tal-ħabsijiet, il-ħolqien ta' ħabsijiet, u l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-pulizija ġudizzjarja.

Ikkontribwixxa għat-tħejjija tal-baġits u l-pjanijiet għall-Ministeru tal-Ġustizzja.

Ħadem fi kwistjonijiet internazzjonali tal-Ministeru tal-Ġustizzja, b'mod partikolari tħejjijiet għall-parteċipazzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja f'laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-ĠAI tal-UE u laqgħat internazzjonali oħrajn, b'mod speċifiku dawk tan-NU, il-Kunsill tal-Ewropa, is-CPLP u l-Konferenza tal-Ministri tal-Ġustizzja tal-Pajjiżi Ibero-Amerikani, kif ukoll għal vjaġġi barra pajjiżu.

Issorvelja r-relazzjoni bejn il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-organizzazzjonijiet tat-trade unions fis-settur.

 

11/1991 – 11/1995

Kap tal-Kabinett tas-Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Ġustizzja

Ministeru tal-Ġustizzja - il-Portugall

Ħejja d-deċiżjonijiet tas-Segretarju tal-Istat fl-oqsma li ġejjin: servizzi tal-ħarsien tal-minorenni, is-Servizz Nazzjonali tal-Probazzjoni, is-servizzi informatiċi, iċ-Ċentru għall-Istudji Ġudizzjarji, l-Uffiċċju tal-Ippjanar u tal-Koordinament tal-Ġlieda kontra d-Drogi, is-servizzi tal-mediċina forensika, l-Uffiċċju tal-Informatizzazzjoni Ġudizzjarja, koordinament ġenerali tal-kooperazzjoni tal-pajjiżi Lusofoni Afrikani fl-oqsma tan-nazzjonalità, tal-arbitraġġ internazzjonali volontarju, il-ħarsien tal-konsumatur, il-ħarsien tal-ambjent, il-bordijiet għall-ħarsien tat-tfal.

Ikkontribwixxa fit-tħejjija tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, b'mod speċifiku l-kodiċi dwar il-proċeduri speċjali ta' rkupru u ta' falliment ta' impriża, il-qafas ġuridiku dwar il-konsum u t-traffikar tad-drogi, il-qafas ġuridiku dwar l-adozzjoni, l-istrumenti ġuridiċi internazzjonali dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u ċivili u l-kooperazzjoni mal-PALOP u l-bordijiet ta' protezzjoni tat-tfal mill-1992 sal-1995.

Ħejja preżentazzjonijiet pubbliċi u vjaġġi barra l-pajjiż għas-Segretarju tal-Istat, b'mod partikolari għall-finijiet ta' parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-ĠAI tal-UE, il-Kunsill tal-Ewropa, in-NU, is-CPLP u l-Konferenza tal-Ministri tal-Ġustizzja tal-Pajjiżi Ibero-Amerikani.

Fassal l-istudju "Contributos para uma reforma orgânica do Ministério da Justiça" (Kontributi għal riforma organika tal-Ministeru tal-Ġustizzja).

 

11/1987 – 11/1991

Viċi Direttur Ġenerali

Servizz ta' Probazzjoni Nazzjonali - Ministeru tal-Ġustizzja - il-Portugall

Diriġent superjuri tal-attività operattiva tas-Servizz mwettqa minn 300 uffiċjal fid-distretti ġudizzjarji ta' Lisbona u n-nofsinhar tal-pajjiż, l-Azores u Madeira, li jkopru: appoġġ tekniku għall-Qrati fit-teħid tad-deċiżjonijiet relatati ma' każijiet kriminali, l-eżekuzzjoni tas-sentenzi, il-minorenni u l-familji; l-appoġġ tekniku għall-amministrazzjoni tal-ħabsijiet fit-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-ħabsin (b'mod speċifiku l-approvazzjonijiet għall-ħelsien u reġimi miftuħa); l-appoġġ psikoloġiku u soċjali għall-minuri, iż-żgħażagħ u l-adulti suġġetti għal proċedimenti legali, u l-familji tagħhom; ir-rabtiet ma' entitajiet pubbliċi u entitajiet privati oħrajn li jaħdmu għall-prevenzjoni tal-kriminalità u r-reintegrazzjoni soċjali.

02/1987 – 11/1987

Kap tad-Dipartiment ta' Riċerka u Ppjanar, Amministrazzjoni tal-Istitut għall-Azzjoni Soċjali tal-Macao

Konsulenza legali lill-Istitut fl-ambitu tal-azzjoni soċjali.

Ħejja proċeduri għat-tfassil u l-iffirmar ta' kuntratti ta' xogħlijiet għall-kostruzzjoni ta' żviluppi ta' djar soċjali (qasam ta' djar soċjali ta' Mong-Há, b'650 unità ta' abitazzjoni u valur ta' MOP 48 miljun, u l-qasam ta' Fai Chi Kei, b'100 unità ta' abitazzjoni).

Fassal studji dwar sistema ta' appoġġ finanzjarju u faċilitajiet soċjali ġestiti minn istituzzjonijiet privati.

Fassal studji għas-sistema tal-ippjanar tal-Istitut.

 

02/1985 – 02/1987

Kap tad-Dipartiment tal-Organizzazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni, Amministrazzjoni tal-Macau

Uffiċċju Ċentrali tas-Servizz Pubbliku

Ħareġ opinjonijiet dwar ir-regoli bażiċi tas-servizzi pubbliċi, dwar il-proċeduri għall-akkwisti tal-IT u dwar ir-razzjonalizzazzjoni amministrattiva u t-tnaqqis tal-burokrazija.

Standardizza l-formoli fl-Amministrazzjoni tal-Macau.

Fassal u stabbilixxa sistema għall-akkwist tal-IT u tagħmir ta' mikrofilming mis-servizzi pubbliċi tal-Macau.

Żviluppa pjan għall-informatizzazzjoni tal-oqsma komuni tal-amministrazzjoni u l-ġestjoni tas-servizzi pubbliċi tal-Macau.

L-ewwel stħarriġ tar-riżorsi umani tal-Amministrazzjoni tal-Macau (forza tax-xogħol totali: 8 500 persuna).

Informatizzazzjoni tad-Dipartiment tal-Amministrazzjoni u s-Servizz Pubbliku.

Fassal sistema ta' relazzjonijiet pubbliċi integrati fl-Amministrazzjoni tal-Macau.

Fassal sistema ta' ġestjoni integrata għad-Dipartiment tal-Amministrazzjoni u tas-Servizz Pubbliku.

 

06/1983 – 02/1985

Direttur tas-Servizzi ta' Koordinament, Riċerka u Ppjanar Tekniku

Servizz ta' Probazzjoni Nazzjonali - Ministeru tal-Ġustizzja - il-Portugall

Attivitajiet koordinati relatati mal-pubblikazzjoni tal-istudji dwar ir-reintegrazzjoni soċjali ta' min jikkommetti reat.

Stabbilixxa l-format tar-rapporti tal-assistenza soċjali użati għall-għoti tas-sentenzi għall-pjanijiet individwali u għall-adattament mill-ġdid fis-sistema tal-probazzjoni.

Fassal is-sistema ta' data statistika għall-attivitajiet tas-Servizz.

Żviluppa protokoll maqbul mas-servizzi tal-ħabsijiet li jirregola l-operazzjoni tas-Servizz fil-ħabsijiet.

Żviluppa l-pjan ta' attività tas-servizz fl-1984.

04/1979 – 06/1983

Uffiċjal Tekniku Avvanzat tal-Amministrazzjoni Pubblika

Segretarju tal-Istat tal-Amministrazzjoni Pubblika, il-Portugall

Abbozza opinjonijiet dwar regoli bażiċi tas-servizzi pubbliċi.

Pariri tekniċi dwar il-kunsilli muniċipali u r-riorganizzazzjoni tagħhom.

Pariri tekniċi u ristrutturar tal-Ministeru tal-Industrija, l-Enerġija u l-Esportazzjoni.

Pariri tekniċi lir-Repubblika tal-Guinea-Bissau.

Studji dwar l-istrutturi muniċipali u l-ġestjoni.

Studju komparattiv tal-makrostrutturi tal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej.

 

1999 – 2004

President (2001-2004) u Membru tal-bord (1999-2001) tal-Konfederazzjoni Ewropea tal-Probazzjoni (CEP)

Ippresjeda l-laqgħat tal-Assemblej Ġenerali u l-Bord tas-CEP (organizzazzjoni li tlaqqa' flimkien il-korpi tal-Ministeru tal-Ġustizzja ta' 36 pajjiż Ewropew b'responsabbiltà għall-infurzar ta' pieni kriminali mingħajr arrest, bl-uffiċċju ċentrali tiegħu fin-Netherlands).

Ippresjeda laqgħat oħra mal-Viċi Presidenti, is-Segretarju Ġenerali u l-Uffiċjali Eżekuttivi, fis-segretarjat fin-Netherlands, u sessjonijiet ta' ħidma organizzati mis-CEP. Stabbilixxa l-valutazzjoni tal-istrateġija ta' żvilupp, l-ippjanar, l-ibbaġitjar u l-attività tas-CEP.

Laqgħat mar-rappreżentanti tal-bordijiet tal-ħabsijiet tal-pajjiżi membri, il-Kummissjoni tal-UE u l-Kunsill tal-UE.

Issorvelja l-ġestjoni tal-baġit u n-Newsletter tas-CEP.

 

1994 – 2003

Membru tal-Kumitat għall-Aċċess tad-Dokumenti Amministrattivi - Assemblea tar-Repubblika, il-Portugall

Ippromwova l-prinċipju tat-trasparenza fl-amministrazzjoni pubblika u l-aċċess liberu għad-dokumenti amministrattivi.

Segwa l-applikazzjoni tal-Att dwar l-Aċċess għad-Dokumenti Amministrattivi, ressaq u vvaluta l-emendi proposti.

Ivvaluta l-applikazzjoni għal rieżami li ressqu ċ-ċittadini wara ġew imċaħħda mill-aċċess għad-dokumenti mid-dipartimenti u mill-korpi amministrattivi.

Organizza attivitajiet b'rabta mad-divulgazzjoni u mat-taħriġ fuq it-trasparenza fis-settur pubbliku u l-aċċess għad-dokumenti amministrattivi.

Approva pjanijiet u rapporti ta' attività tal-Kumitat.

 

1992 – 1993

Membru tal-Kummissjoni għall-Kwalità u r-Razzjonalizzazzjoni tal-Amministrazzjoni Pubblika, Presidenza tal-Kunsill Ministerjali, il-Portugall

Ħa sehem fil-ħidma tal-Kummissjoni, stabbilita mill-Prim Ministru, li wasslet għal rapport bil-miżuri dwar id-diżimpenn tal-istat, ir-relazzjonijiet bejn l-amministrazzjoni u ċ-ċittadin, is-soluzzjonijiet strutturali u l-flessibbiltà fil-ġestjoni tal-amministrazzjoni pubblika.

 

1985 – 1986

Membru tal-Kummissjoni għall-Adozzjoni tal-Lingwa Ċiniża - Amministrazzjoni tal-Macau

Ħa sehem fil-ħidma tal-Kummissjoni, stabbilita mill-Gvernatur tal-Macau, li wasslet għall-adozzjoni ta' rapport b'miżuri dwar l-użu progressiv taċ-Ċiniż bħala l-lingwa uffiċjali tal-amministrazzjoni tat-territorju fil-livelli kollha, b'mod speċifiku inkluż ir-reklutaġġ ta' uffiċjali u mexxejja lokali, l-iżvilupp tas-sistema ġuridika, l-użu fil-korpi governattivi u fil-qrati, u s-sistemi ta' traduzzjoni Ċiniż-Portugiż.

 

EDUKAZZJONI U TAĦRIĠ

 

09/1973 – 07/1978

Lawrja fil-liġi

Fakultà tal-Liġi, Università ta' Lisbona, il-Portugall

Ħa sehem bħala lettur jew ħarrieġ, u bħala trainee, f'ħafna konferenzi, kungressi, seminars u sessjonijiet ta' ħidma nazzjonali u internazzjonali dwar suġġetti differenti, b'mod partikolari dwar ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, il-ġestjoni pubblika, il-finanzi pubbliċi, id-dritt amministrattiv, il-kontroll finanzjarju estern u indipendenti, il-qorti tal-awdituri, il-ġustizzja kriminali, il-probazzjoni u reintegrazzjoni fis-soċjetà, il-ġustizzja tal-minorenni, il-prevenzjoni u t-trażżin tat-traffikar u l-konsum tad-drogi, u d-delinkwenza fost il-minorenni (ara d-dokument mehmuż).

 

ĦILIET PERSONALI

 

Lingwa materna

Portugiż

Lingwi oħrajn

FEHIM

TAĦDIT

KITBA

Smigħ

Qari

Taħdit interattiv

Taħdit produttiv

 

Franċiż

C1

C2

C1

C2

B2

Ingliż

B2

B2

B2

B2

B2

Spanjol

C1

C1

A2

A2

A1

 

 

Ħiliet ta' komunikazzjoni

Abbiltà komunikattiva tajba, żviluppata matul is-snin meta kopra gradi għolja tat-tmexxija fis-servizzi pubbliċi ewlenin u permezz ta' attività politika, bħala Segretarju tal-Istat, li involva ħafna diskorsi fil-pubbliku, parteċipazzjoni fid-dibattiti parlamentari, dehriet fuq il-programmi tat-televiżjoni u tar-radju u l-kuntatt ma' midja oħra, kif ukoll il-parteċipazzjoni f'numru kbir ta' kungressi, sessjonijiet ta' ħidma eċċ. u li jwasslu u jikkoordinaw laqgħat nazzjonali u internazzjonali.

 

Ħiliet organizzattivi

Ħiliet tajba fil-koordinament, fl-organizzazzjoni u fit-tmexxija, żviluppati permezz tat-tmexxija u r-riorganizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi u l-qadi ta' rwoli politiċi, marbuta mill-qrib ma' riformi fl-amministrazzjoni pubblika.

Kompetenza diġitali

AWTOVALUTAZZJONI

Ipproċessar tal-informazzjoni

Komunikazzjoni

Ħolqien ta' kontenut

Sikurezza

Soluzzjoni ta' problemi

Utent indipendenti

Utent indipendenti

Utent indipendenti

Utent indipendenti

Utent indipendenti

INFORMAZZJONI ADDIZJONALI

 

ESPERJENZA INTERNAZZJONALI

Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri minn Ottubru 2016.

Minbarra li kien president u ħa sehem fil-laqgħat tal-Bord tal-Konfederazzjoni Ewropea tal-Probazzjoni (CEP), imsemmija hawn fuq, li attwalment huwa membru onorarju tagħha, ħa sehem f'diversi laqgħat tal-korpi tal-Unjoni Ewropea, l-OECD, in-NU, il-Kunsill tal-Ewropa, il-Komunità tal-Pajjiżi Lusofoni, il-konferenzi tal-Ministri tal-Ġustizzja u l-Ministri għall-Amministrazzjoni Pubblika Ibero-Amerikani, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (INTOSAI) u l-grupp reġjonali Ewropew tiegħu (EUROSAI), il-Kumitat ta' Kuntatt tal-Kapijiet tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-UE u l-uffiċjali ta' kollegament tiegħu, u ċ-Ċentru għall-Amministrazzjoni tal-Iżvilupp tal-Amerika Latina (CLAD).

 

PUBBLIKAZZJONIJIET

"Deontologia e Ética do Serviço Público. Contributos para uma Sistematização da Ética Profissional dos funcionários", Secretariado da Modernização Administrativa, Novembru 1988;

 

"A União Económica e Monetária e a Política Orçamental – A problemática dos défices", fir-Revista do Tribunal de Contas n.º 43, Jannar-Ġunju 2005, Lisbona, pp. 41-71;

 

"Por uma carta latina-ibero-americana de competências comuns para dirigentes públicos: a proposta de Portugal", ma' Valadares Tavares, Luis, fir-"Revista do Serviço Público", vol. 57, n.º 1, Jannar/Marzu 2006, Escola Nacional de Administração Pública, Brasilia;

 

"Eficiência e Legalidade na Administração Pública", fir-"Revista do Tribunal de Contas", nº 51, Jannar/Ġunju 2009, oriġinarjament ippubblikata mill-OECD bit-titlu "Efficiency and Legality in the Performance of the Public Administration", Konferenza dwar ir-Riforma tal-Amministrazzjoni Pubblika u l-Integrazzjoni Ewropea, Budva, il-Montenegro, 26-27 ta' Marzu 2009;

 

"Contributos para a determinação do âmbito da fiscalização prévia do Tribunal de Contas" fir-"Revista do Tribunal de Contas", nº 51, Jannar/Ġunju 2009;

 

"Desempenho dos Serviços Públicos e sua avaliação: adaptação a novos desafios", fil-"Colóquio Internacional – A moderna gestão financeira pública: uma resposta à crise económica?", ippubblikata mill-Qorti tal-Awdituri Portugiża fl-okkażjoni tal-160 anniversarju, Lisbona, 2009;

 

"As reformas na Administração Pública", kelmtejn qabel ta' Regime Geral da Função Pública. Coletânea de Legislação, organizzat minn Maria Laura Veríssimo Dias u Paulo Guilherme Fernandes Lajoso, Lulju 2009;

 

"As reformas na Administração Pública de 2005 a 2008: Alguns aspetos fundamentais" fir-"Revista do Tribunal de Contas", nº 52, Lulju/Diċembru 2009;

 

"As reformas da proteção social na Administração Pública de 2005 a 2009”, kelmtejn qabel ta' "A Proteção Social dos Trabalhadores em Funções Públicas", ta' Isabel Viseu u Vasco Hilário, Coimbra Editora, Lulju 2011;

 

"Conflito de interesses e ética do serviço público", koawtur ma' Augusto Santos Silva, artiklu akkademiku li jkun ippubblikat fil-Manwal tal-Frodi fil-Portugall, li jkun ippubblikat fl-2016 mill-Fakultà tal-Ekonomija tal-Università ta' Porto;

 

"SIDA, Direito e Ética”, fi "Criminalidade e Cultura – Cadernos do Centro de Estudos Judiciários", nº 2/90, pp. 225-240;

 

"Antecedentes Legislativos da Reinserção Social" fi "Cidadão Delinquente: Reinserção Social", Ministeru tal-Ġustizzja Portugiż, 1983, pp. 17-47;

 

"A Justiça de Menores na Europa" f'Infância e Juventude, nº 01-1, Jannar-Marzu 2001, pp. 9-20;

 

"Medidas para a Prevenção da Delinquência Juvenil" f'Infância e Juventude nº 01-2, April-Ġunju 2001, pp. 19-24;

 

"Execução de Medidas Tutelares Educativas" fi "Direito Tutelar de Menores – O Sistema em Mudança", Fakultà tal-Liġi tal-Università ta' Coimbra u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali, Coimbra Editora 2002, pp. 195-210.

 


ANNESS 2: SOMMARJU TA' Alexandre Tavares Gonçalves de Figueiredo DWAR L-ESPERJENZA BĦALA MEMBRU TAL-QORTI U L-OBJETTIVI GĦAL MANDAT FUTUR

1.  Fil-mandat li bdejt fl-1 ta' Ottubru 2016, kont assenjat għall-Awla I tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea (Użu sostenibbli tar-riżorsi naturali). F'din l-Awla, inħtart membru rapporteur tar-rapporti tal-awditjar li ġejjin:

a)  "Ir-rwol il-ġdid tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni f'dak li jirrigwarda l-infiq taħt il-PAK: pass pożittiv lejn mudell ta' awditu uniku iżda hemm dgħufijiet sinifikanti li jridu jiġu indirizzati" (Rapport Speċjali Nru 7/2017). Wara l-adozzjoni min-naħa tal-Qorti, dan ir-rapport ġie ppreżentat fil-laqgħa tal-Kumitat CONT tat-22 ta' Ġunju 2017;

b)  "L-iskema ta' pagament bażiku għall-bdiewa" (CH 178/7/16). Ir-rapport tal-awditjar attwalment qiegħed jiġi finalizzat u mistenni li jiġi adottat sa tmiem l-2017;

c)  "L-għażliet ta' finanzjament semplifikati fil-qasam tal-iżvilupp rurali" (17CH1003). Ix-xogħol fuq il-post tlesta u beda x-xogħol ta' redazzjoni tar-rapport li se jkun ippreżentat lill-Kumitat CONT fl-2018, wara proċedura kontradittorja.

2.  Inħtart membru tal-Kumitat tal-Etika tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea, responsabbli mill-eżami tat-talbiet imressqa mill-membri tal-Qorti marbuta mal-attivitajiet esterni l-oħrajn matul u wara l-mandat rispettiv tagħhom, kif ukoll il-kwisjonijiet ta' etika professjonali kollha li jqajmu l-President tal-Qorti jew il-membri l-oħra.

3.  Ħadt sehem fid-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Kulleġġ tal-membri tal-Qorti, jiġifieri: approvazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni u tar-Rapport Annwali tal-Qorti għas-sena finanzjarja 2016, approvazzjoni tal-pjan strateġiku tal-Qorti għall-2018/2020, bit-titlu "Trawwim ta' fiduċja (taċ-ċittadini tal-UE) permezz ta' awditjar indipendenti", approvazzjoni tal-opinjonijiet tal-Qorti dwar l-analiżi ta' nofs it-terminu tal-QFP 2014-2020, reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju tal-UE, proroga tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u żieda fil-garanzija tal-baġit tal-UE lill-BEI, u dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF.

4.  Fejn jidħlu l-objettivi għal mandat futur possibbli, kif ukoll d-disponibbiltà tiegħi li naqdi r-responsabbiltajiet oħra li jiġuni fdati, irrid nistqarr li hija intenzjoni soda tiegħi li:

a)  nintervjeni fit-tħejjija u fl-approvazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni u tar-rapporti annwali, billi ntejjeb il-valur miżjud tagħhom, fir-rigward tal-awtoritajiet baġitarji, kif diġà mħabbar bħala għażla strateġika tal-Qorti;

b)  nassigura intervent, orjentat mill-prinċipji ta' kwalità, effikaċja, ekonomija u effiċjenza, partikolarment bħala membru rapporteur, fl-opinjonijiet dwar il-futur tal-PAK, u fl-awditi finanzjarji, tal-konformità u tal-prestazzjoni fl-oqsma tal-infiq agrikolu, tal-ħarsien tal-ambjent, tat-tibdil fil-klima, tal-enerġija u tal-ħarsien tal-konsumatur, bħala membru assenjat għall-Awla I, kif ukoll f'setturi oħrajn skont kif iddeċidiet il-Qorti;

c)  nagħti attenzjoni partikolari anki lill-prodotti tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-futur tal-finanzi tal-UE, tal-QFP l-ġdid, u tas-sistemi finanzjarji u baġitarji l-ġodda, partikolarment dawk ibbażati fuq ir-riżultati, billi nagħti sehmi fit-tħejjija u fit-teħid tad-deċiżjonijiet;

d)  niżvolġi rwol attiv fil-proċessi ta' ppjanar strateġiku u operattiv tal-Qorti billi nuri bl-aqwa mod l-azzjoni globali tal-UE, b'enfasi partikolari fuq l-indirizzar tat-tħassib tal-partijiet ikkonċernati ("stakeholders") ewlenin tal-Qorti tal-Awdituri, u nivvaluta l-valur miżjud tal-azzjoni tal-UE u tikkomunika aħjar ix-xogħol ta' awditjar lid-diversi tipi ta' pubbliku fil-mira;

e)  inkun preżenti fil-laqgħat tal-Kumitat CONT u nippreżenta rapporti tal-Qorti tal-Awdituri u f'okkażjonijiet oħrajn meta nintalab nagħmel hekk.

5.  Inkompli nagħti wkoll importanza speċjali lil xogħli fil-Kumitat ta' Etika tal-Qorti tal-Awdituri, billi niżgura li f'din l-istituzzjoni jibqgħu jiġu osservati standards għoljin ta' etika professjonali.  


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Tiġdid parzjali tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat PT

Referenzi

11871/2017 – C8-0333/2017 – 2017/0817(NLE)

Data ta' konsultazzjoni/talba għal approvazzjoni

21.9.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

5.10.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Indrek Tarand

2.10.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Arndt Kohn, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Andrey Novakov, Julia Pitera, Patricija Šulin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Angel Dzhambazki, Lieve Wierinck

Data tat-tressiq

31.10.2017

Avviż legali