Proċedura : 2016/0133(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0345/2017

Testi mressqa :

A8-0345/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/11/2017 - 7.4
CRE 16/11/2017 - 7.4

Testi adottati :


RAPPORT     ***I
PDF 1639kWORD 179k
6.11.2017
PE 599.751v03-00 A8-0345/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida (riformulazzjoni)

(COM(2016)0270 – C8-0173/2016 – 2016/0133(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Cecilia Wikström

(Riformulazzjoni – Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
 ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida (riformulazzjoni)

(COM(2016)0270 – C8-0173/2016 – 2016/0133(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0270),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 78(2)(e) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0173/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, mis-Senat Ċek, mis-Senat Taljan, mill-Parlament Ungeriż, mis-Sejm Pollakk, mis-Senat Pollakk, mill-Kamra tad-Deputati Rumena u mill-Parlament Slovakk li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Diċembru 2016(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(3),

–  wara li kkunsidra l-ittra tat-30 ta' Novembru 2016 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Baġits (A8-0345/2017),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda     1

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  L-Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jistipula li d-dritt għall-asil hu garantit bir-rispett debitu għar-regoli tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 u għall-Protokoll tal-31 ta' Jannar 1967 rigward l-istatus tar-rifuġjati u bi qbil mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Id-dritt għall-asil għandu jiġi ggarantit bir-rispett debitu għar-regoli tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 u l-Protokoll tal-31 ta' Jannar 1967 dwar l-istatus tar-rifuġjati.

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Metodu tali għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi u ġusti kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-persuni kkonċernati. B'mod partikolari, dan il-metodu għandu jiddetermina minnufih l-Istat Membru responsabbli, biex ikun iggarantit aċċess effettiv għall-proċeduri għall-għoti ta' protezzjoni internazzjonali u ma jkunx kompromess l-għan tal-ipproċessar bil-ħeffa ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali.

(5)  Tali metodu għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju ta' solidarjetà u kriterji oġġettivi u ġusti kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-persuni kkonċernati. B'mod partikolari, dan il-metodu għandu jiddetermina minnufih l-Istat Membru responsabbli, biex ikun iggarantit aċċess effettiv għall-proċeduri għall-għoti ta' protezzjoni internazzjonali u ma jkunx kompromess l-għan tal-ipproċessar bil-ħeffa ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  ġdid L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jeħtiġilha tipprovdi sostenn adegwat fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi tistabbilixxi l-fattur ta' referenza għad-distribuzzjoni tal-persuni li jfittxu l-ażil skont il-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiv, u billi tadatta ċ-ċifri sottostanti l-fattur ta' referenza annwalment abbażi tad-data tal-Eurostat.

(9)  Jinħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil ("l-Aġenzija għall-Asil") tipprovdi sostenn adegwat fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi tistabbilixxi l-fattur ta' referenza għad-distribuzzjoni tal-persuni li jfittxu l-asil skont il-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiv, u billi tadatta ċ-ċifri sottostanti għall-fattur ta' referenza annwalment abbażi tad-data tal-Eurostat. Jinħtieġ li l-Aġenzija għall-Asil tiżviluppa wkoll materjal ta' informazzjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Jinħtieġ li l-Aġenzija għall-Asil issir responsabbli għat-trasferiment tal-applikanti jew tal-benefiċjarji għall-protezzjoni internazzjonali, fil-każijiet kollha stipulati skont dan ir-Regolament.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Fid-dawl tar-riżultati tal-valutazzjonijiet magħmula tal-implimentazzjoni tar-Regolament (EU) 604/2013 , huwa xieraq, f'dan l-istadju, li jkunu kkonfermati l-prinċipji sottostanti għar-Regolament (UE) Nru 604/2013, waqt li jsir it-titjib neċessarju, fid-dawl tal-esperjenza, għall-effettività tas-sistema ta' Dublin u l-protezzjoni mogħtija lill-applikanti skont dik is-sistema. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni u tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri, mal-Parlament Ewropew u ma' partijiet konċernati oħra, jitqies li huwa wkoll xieraq li fir-Regolament jiġu stabbiliti l-miżuri meħtieġa għal sehem ġust mir-responsabbiltà bejn l-Istati Membri għall-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, partikolarment biex ikun żgurat li ma jitqigħedx piż sproporzjonat fuq xi Stati Membri.

(10)  Fid-dawl tar-riżultati tal-valutazzjoni magħmula tal-implimentazzjoni tar-Regolament (EU) 604/2013, huwa xieraq li, fid-dawl tal-esperjenza, l-effettività tas-sistema ta' Dublin u l-protezzjoni mogħtija lill-applikanti skont dik is-sistema jiġu imtejba b'mod fundamentali. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni u tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri, mal-Parlament Ewropew u ma' partijiet konċernati oħra, jitqies li huwa wkoll xieraq li fir-Regolament jiġu stabbiliti l-miżuri meħtieġa għal sehem ġust mir-responsabbiltà bejn l-Istati Membri għall-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, partikolarment biex ikun żgurat li ma jitqigħedx piż sproporzjonat fuq xi Stati Membri.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  F'konformità mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ir-rispett lejn il-ħajja tal-familja għandha tkun konsiderazzjoni prinċipali tal-Istati Membru fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(16) F'konformità mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ir-rispett lejn il-ħajja privata u tal-familja, kif ukoll lejn il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni, għandha tkun konsiderazzjoni prinċipali tal-Istati Membru fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Sabiex jiġi impedit li applikanti b'talbiet inammissibbli jew li x'aktarx mhumiex fi bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, jew li jirrappreżentaw riskju għas-sigurtà jiġu ttrasferiti bejn l-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-Membru fejn tiġi ddepożitata talba għall-ewwel darba jivverifika l-ammissibbiltà tat-talba b'rabta mal-ewwel pajjiż tal-ażil u mal-pajjiż terz sikur, jeżamina bi proċeduri aċċellerati l-applikazzjonijiet imressqa minn applikanti ġejjin min pajjiż tal-oriġini sikur elenkat fil-lista tal-UE, kif ukoll applikazzjonijiet li jirrapreżentaw tħassib dwar is-sigurtà.

imħassar

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Jinħtieġ li applikanti li jirrappreżentaw riskju għas-sigurtà ma jiġux trasferiti bejn l-Istati Membri. Jinħtieġ li l-Istat Membru fejn tkun irreġistrata l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jwettaq verifika tas-sigurtà malajr kemm jista' jkun wara r-reġistrazzjoni sabiex jiġi stabbilit jekk l-applikant jistax, minħabba raġunijiet gravi, jitqies li jkun ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru. Jinħtieġ li meta Stat Membru joġġezzjona għat-trasferiment ta' applikant abbażi ta' tħassib dwar is-sigurtà, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi d-dettalji kollha meħtieġa li jikkonfermaw l-oġġezzjonijiet tiegħu lill-Istat Membru fejn l-applikant ikun preżenti.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b)  Jekk il-kriterji stipulati fl-Artikoli 10, 11, 12, 13 jew 18 ma jkunux jistgħu jintużaw biex ikun stabbilit l-Istat Membru responsabbli, u jekk l-applikant ma jkunx fil-bżonn ta' garanziji proċedurali speċifiċi u jekk titqies l-improbbabiltà tiegħu li jikkwalifika bħala benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali, hu jew hi ma għandhomx jiġu trasferiti lejn Stat Membru ieħor. Jinħtieġ li l-Istat Membru fejn l-applikanti jkunu issottomettew l-applikazzjoni tagħhom jkun responsabbli għall-ipproċessar ulterjuri tal-applikazzjoni. Jinħtieġ li l-baġit ġenerali tal-Unjoni jkopri l-ispejjeż relatati mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza ta' tali applikanti u jinħtieġ li l-Istat Membru responsabbli jkun jista' jitlob assistenza mill-Aġenzija għall-Asil fir-rigward tal-ipproċessar ta' tali applikazzjoni. Jinħtieġ li l-Istat Membru responsabbli jkun jista' jitlob l-assistenza tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għar-ritorn ta' dawn l-applikanti lejn pajjiż terz b'segwitu għal deċiżjoni ta' ritorn f'każ li jinstab li huma ma jikkwalifikawx bħala benefiċjarji għall-protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [Regolament dwar il-Kwalifika].

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  L-ipproċessar flimkien tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali tal-membri ta' familja waħda minn Stat Membru wieħed jagħmel possibbli li jkun żgurat li l-applikazzjonijiet ikunu eżaminati b'mod komplet, li d-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward tagħhom ikunu konsistenti u li l-membri tal-istess familja ma jkunux separati.

(18)  L-ipproċessar komuni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali tal-membri ta' familja waħda minn Stat Membru wieħed jagħmel possibbli li jkun żgurat li l-applikazzjonijiet ikunu eżaminati b'mod komplet, li d-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward tagħhom ikunu konsistenti u li l-membri tal-istess familja ma jkunux separati. Jinħtieġ li l-ipproċessar komuni tal-applikazzjonijiet ta' familja għall-protezzjoni internazzjonali ikun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' applikant li jressaq applikazzjoni b'mod individwali.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Sabiex ikun żgurat ir-rispett sħiħ tal-prinċipju tal-unità tal-familja u għall-aħjar interess tat-tifel/tifla, l-eżistenza ta' relazzjoni ta' dipendenza bejn applikant u t-tifel/tifla, aħwa jew ġenitur tiegħu/tagħha minħabba tqala jew maternità, l-istat tas-saħħa jew ix-xjuħija tal-applikant, għandha ssir kriterju ta' responsabbiltà li jorbot. Meta l-applikant huwa minorenni mhux akkompanjat, il-preżenza ta' membru tal-familja jew qarib f'territorju ta' Stat Membru ieħor li jista' jieħu ħsiebu jew ħsiebha għandha wkoll issir kriterju ta' responsabbiltà li jorbot. Sabiex ma jkunux inkoraġġiti movimenti sekondarji ta' minorenni mhux akkompanjati, li mhumiex fl-aħjar interess tagħhom, fin-nuqqas ta' membru tal-familja jew qarib, l-Istat Membru responsabbli għandu jkun dak fejn il-minorenni mhux akkompanjat ippreżenta l-ewwel applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, sakemm ma jintweriex li dan ikun mhux fl-aħjar interess tat-tifel/tifla. Qabel ma minorenni mhux akkompanjat jiġi ttrasferit lejn Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li jittrasferixxi jieħu l-miżuri kollha meħtieġa u xierqa biex jiżgura protezzjoni adegwata tat-tifel/tifla u partikolarment ta' ħatra fil-pront ta' rappreżentat jew rappreżentanti bil-kompitu li jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet kollha li huma intitolati għalihom. Kwalunkwe deċiżjoni li jiġi ttrasferit minorenni mhux akkompanjat għandha ssir wara valutazzjoni tal-aħjar interessi tiegħu minn persunal bil-kwalifiki u l-għarfien meħtieġa.

(20)  Sabiex ikun żgurat ir-rispett sħiħ tal-prinċipju tal-unità tal-familja u għall-aħjar interess tat-tifel/tifla, l-eżistenza ta' relazzjoni ta' dipendenza bejn applikant u t-tifel/tifla, aħwa jew ġenitur tiegħu/tagħha minħabba tqala jew maternità, l-istat tas-saħħa jew ix-xjuħija tal-applikant, għandha ssir kriterju ta' responsabbiltà li jorbot. Meta l-applikant huwa minorenni mhux akkompanjat, il-preżenza ta' membru tal-familja jew qarib f'territorju ta' Stat Membru ieħor li jista' jieħu ħsiebu jew ħsiebha għandha wkoll issir kriterju ta' responsabbiltà li jorbot, sakemm ma jintweriex li dan mhuwiex fl-aħjar interess tal-minorenni. Qabel ma minorenni mhux akkumpanjat jiġi ttrasferit lejn Stat Membru ieħor, jinħtieġ li l-Istat Membru li jittrasferixxi jikseb garanziji individwalizzati minn dak l-Istat Membru li se jieħu l-miżuri kollha meħtieġa u xierqa biex jiżgura protezzjoni adegwata tat-tifel/tifla u partikolarment ta' ħatra fil-pront ta' tutur bil-kompitu li jiżgura r-rispett tad-drittijiet kollha li huma intitolati għalihom. Kwalunkwe deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà jew li jiġi ttrasferit minorenni mhux akkompanjat skont dan ir-Regolament, jinħtieġ li ssir wara valutazzjoni tal-aħjar interessi tiegħu minn tim multidixxiplinari bil-kwalifiki u l-għarfien meħtieġa u bil-parteċipazzjoni tat-tutur u tal-konsulent legali tiegħu jew tagħha.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  It-teħid ta' responsabbiltà minn Stat Membru biex jeżamina l-applikazzjoni ppreżentata għandu f'każijiet meta dik l-eżaminazzjoni ma tkunx r-responsabbiltà tiegħu skont il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament jista' jimmina l-effikaċja u s-sostennibbiltà tas-sistema u għandu jkun eċċezzjonali. Għalhekk Stat Membru għandu jkun jista' jidderoga mill-kriterji ta' responsabbiltà biss fuq bażijiet umanitarji, , partikolarment għal raġunijiet ta' familja, qabel ma jkun ġie ddeterminat l-Istat Membru responsabbli u jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għandu jew fi Stat Membru ieħor, ukoll jekk dan l-eżami mhux ir-responsabbiltà tiegħu skont il-kriterji li jorbtu stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(21)  Jinħtieġ li Stat Membru jkun kapaċi jidderoga mill-kriterji ta' responsabbiltà u jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata għandu jew fi Stat Membru ieħor, anke jekk dik l-eżaminazzjoni ma tkunx ir-responsabbiltà tiegħu skont il-kriterji vinkolanti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Sabiex jiġi miġġieled il-fenomenu tal-movimenti sekondarji u l-persuni li jfittxu l-asil jiġu mħeġġa japplikaw fil-pront fl-Istat Membru tal-ewwel wasla , jinħtieġ li l-applikanti jitħallew jagħmlu talba bil-miktub, motivata kif xieraq, b'mod partikolari abbażi tal-familja estiża, tar-rabtiet kulturali jew soċjali jew tal-ħiliet tal-lingwa jew ħiliet sinifikanti oħrajn tagħhom li jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom fi Stat Membru speċifiku, biex l-applikazzjoni tagħhom tiġi eżaminata mill-Istat Membru fejn l-applikazzjoni tkun ġiet iddepożitata, jew sabiex dak l-Istat Membru jitlob lil Stat Membru ieħor biex jassumi r-responsabbiltà.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Sabiex ikun żgurat li jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u jiġu impediti l-ostakli għall-applikazzjoni tiegħu, partikolarment sabiex jiġu evitati l-ħarbiet u l-movimenti sekondarji bejn l-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi ċari li jrid jikkonforma magħhom l-applikant fil-kuntest tal-proċedura, li jrid jiġi infurmat dwarha sew u fil-pront. Il-ksur ta' dawn l-obbligi legali għandu jwassal għal konsegwenzi proċedurali xieraq u proporzjonali għall-applikant u għal konsegwenzi xierqa u proporzjonali f'termini tal-kundizzjonijiet tal-akkoljenza tiegħu jew tagħha. F'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Istat Membru fejn tiġi ppreżentata applikazzjoni bħal din għandu fi kwalunkwe każ jiżgura li l-bżonnijiet materjali immedjati tal-persuna jkunu koperti.

(22)  Sabiex ikun żgurat li jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u jiġu impediti l-ostakli għall-applikazzjoni tiegħu, partikolarment sabiex jiġu evitati l-ħarbiet u l-movimenti sekondarji bejn l-Istati Membri, jinħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri li jiżguraw il-kooperazzjoni tal-applikanti u tal-Istati Membri, permezz ta' sistema ta' inċentivi u diżinċentivi li jiżguraw il-konformità. Huwa neċessarju wkoll li jiġu stabbiliti obbligi ċari li jridu jiġu rispettati mill-applikanti fil-kuntest tal-proċedura u biex ikun żgurat li l-applikanti kollha jkunu infurmati b'mod adegwat dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom stipulati f'dan ir-Regolament. Jinħtieġ li jissaħħu l-appoġġ u l-protezzjoni tal-minorenni, b'mod partikolari tal-minorenni mhux akkumpanjati. Jinħtieġ li ssir definizzjoni dettaljata tat-tifsira ta' ħarba (absconding). Id-dħul irregolari, in-nuqqas ta' indirizz jew ta' dokumenti li jagħtu prova tal-identità ta' applikant m'għandhomx jikkostitwixxu minnu innifishom kriterji validi għad-determinazzjoni tal-eżistenza tar-riskju ta' ħarba.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  Sabiex jiżdied il-fehim tal-applikanti dwar il-funzjonament tas-SEKA, jinħtieġ li l-għoti ta' informazzjoni jitjieb b'mod sinifikanti. L-investiment fl-għoti bikri ta' informazzjoni aċċessibbli lill-applikanti se jżid b'mod sostanzjali l-probabbiltà li dawn jifhmu, jaċċettaw u jsegwu l-proċeduri ta' dan ir-Regolament. Sabiex jitnaqqsu r-rekwiżiti amministrattivi u jsir użu effettiv mir-riżorsi komuni tal-Aġenżija għall-Asil, jinħtieġ li jiġi żviluppat materjal ta' informazzjoni adegwat, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali. Jinħtieġ li l-Aġenzija għall-Asil tagħmel użu sħiħ minn teknoloġiji tal-informazzjoni moderni meta tiżviluppa dak il-materjal. Sabiex tgħin lil persuni li jfittxu l-asil b'mod adegwat, jinħtieġ ukoll li l-Aġenzija għall-Asil tiżviluppa wkoll materjal ta' informazzjoni awdjoviżiv li jista' jintuża sabiex jikkomplementa materjal ta' informazzjoni bil-miktub. Jinħtieġ li l-Aġenzija għall-Asil tkun responsabbli miż-żamma ta' sit web speċifiku b'informazzjoni dwar il-funzjonament tas-SEKA, għall-applikanti u għal applikanti potenzjali, li jkun imfassal biex tiġi miġġielda l-informazzjoni li ta' spiss tkun żbaljata, li tingħatalhom mill-kuntrabandisti. Jinħtieġ li l-materjal ta' informazzjoni żviluppat mill-Aġenzija għall-Asil jiġi tradott u jsir disponibbli bil-lingwi kollha ewlenin mitkellma mill-persuni li jfittxu l-asil li jaslu fl-Unjoni.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 22b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22b)  Il-kategoriji differenti tal-applikanti għandhom ħtiġijiet ta' informazzjoni differenti u, għalhekk, l-informazzjoni se jkollha tiġi pprovduta b'modi differenti u tiġi adattata għal dawk il-ħtiġijiet. Huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat li l-minorenni jkollhom aċċess għal informazzjoni adattata għat-tfal li hija speċifika għall-ħtiġijiet u għaċ-ċirkostanzi tagħhom. L-għoti ta' informazzjoni preċiża u ta' kwalità għolja lill-minorenni akkumpanjati kif ukoll lil dawk mhux akkumpanjati f'ambjent favorevoli għat-tfal, tista' tiżvolġi rwol essenzjali kemm biex jiġi pprovdut ambjent tajjeb għall-minorenni kif ukoll biex jiġu identifikati każijiet ta' traffikar issuspettat tal-bnedmin.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Għandha tkun organizzata intervista personali mal-applikant sabiex tkun iffaċilitata d-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli li għandu jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali sakemm l-applikant ma jkunx ħarab jew l-informazzjoni mogħtija mill-applikant ma tkunx biżżejjed biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsibbli . Hekk kif tiġi ddepożitata l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, l-applikant għandu jiġi informat partikolarment , dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, dwar in-nuqqas ta' għażla dwar liema Stat Membru se jeżamina l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha għall-ażil; dwar l-obbligi tagħha jew tiegħu skont dan ir-Regolament u l-konsegwenzi jekk ma jikkonformawx magħhom .

(23)  Għandha tkun organizzata intervista personali mal-applikant sabiex tkun iffaċilitata d-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli li għandu jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali sakemm l-informazzjoni mogħtija mill-applikant ma tkunx biżżejjed biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsibbli u jekk l-applikant ma jitlobx li jiġi mismugħ. Hekk kif tiġi reġistrata l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, l-applikant għandu jiġi informat partikolarment, dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, dwar in-nuqqas ta' għażla dwar liema Stat Membru se jeżamina l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha għall-asil, ħlief skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VII; dwar l-obbligi tiegħu jew tagħha skont dan ir-Regolament u l-konsegwenzi jekk ma jikkonformawx magħhom u dwar il-bżonn li jiġu mogħtija l-informazzjoni kollha rilevanti sabiex jiġi stabbilit b'mod korrett l-Istat Membru responsabbli, partikolarment fil-preżenza tal-membri tal-familja jew tal-qraba fl-Istati Membri. Jinħtieġ li l-applikant jiġi infurmat ukoll bis-sħiħ dwar id-drittijiet tiegħu jew tagħha, inkluż id-dritt għal rimedju effettiv u għal għajnuna legali. Jinħtieġ li l-informazzjoni tiġi pprovduta lill-applikant b'lingwa li jifhem jew li tifhem, f'forma konċiża, trasparenti, intelliġibbli u aċċessibbli faċilment, bl-użu ta' lingwaġġ ċar u sempliċi.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)  Il-persuna li twettaq l-intervista jinħtieġ li tkun irċeviet taħriġ suffiċjenti biex tikkunsidra s-sitwazzjoni personali u ġenerali tal-applikant, inkluża l-oriġini kulturali, l-età, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali, u l-vulnerabbiltà tiegħu. Il-persunal li jintervista lill-applikanti jinħtieġ li jkollu ukoll għarfien ġenerali miksub ta' problemi li jistgħu jaffettwaw b'mod ħażin il-kapaċità tal-applikanti li jiġu intervistati, bħal indikaturi li l-persuna setgħet ġiet ittorturata fil-passat.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Sabiex tkun garantita il-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-individwi kkonċernati„ għandhom ikun stabbiliti salvagwardji legali u d-dritt għal rimedju effettiv fir-rigward ta' deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti lejn l-Istat Membru responsabbli, f'konformità, b'mod partikolari mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għandu wkoll jingħata rimedju effettiv f'sitwazzjonijiet fejn ma titteħidx deċiżjoni ta' trasferiment iżda l-applikant jiddikjara li Stat Membru ieħor huwa responsabbli abbażi li għandu membru tal-familja jew, fil-każ ta' minorenni mhux akkompanjat, qarib fi Stat Membru ieħor. Sabiex jiġi żgurat li jiġi rispettat id-dritt internazzjonali, rimedju effettiv kontra tali deċiżjonijiet għandu jkopri kemm l-analiżi tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ukoll l-eżami tas-sitwazzjoni legali u fattwali fl-Istat Membru li għalih jiġi ttrasferit l-applikant. L-ambitu tar-rimedju effettiv għandu jkun limitat għal valutazzjoni ta' jekk id-drittijiet fundamentali tal-applikant fir-rigward tal-ħajja tal-familja, tad-drittijiet tat-tfal u l-projbizzjoni ta' trattament inuman u degradanti humiex f'riskju li jinkisru.

(24)  Sabiex tkun garantita il-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-individwi kkonċernati, għandhom ikun stabbiliti salvagwardji legali u d-dritt għal rimedju effettiv fir-rigward ta' deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti lejn l-Istat Membru responsabbli, f'konformità, b'mod partikolari mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jinħtieġ ukoll li jingħata rimedju effettiv f'sitwazzjonijiet fejn ma titteħidx deċiżjoni ta' trasferiment iżda fejn l-applikant jiddikjara li Stat Membru ieħor huwa responsabbli. Sabiex jiġi żgurat li jiġi rispettat id-dritt internazzjonali, rimedju effettiv kontra tali deċiżjonijiet għandu jkopri kemm l-analiżi tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ukoll l-eżami tas-sitwazzjoni legali u fattwali fl-Istat Membru li għalih jiġi ttrasferit l-applikant.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  L-Istat Membru li jiġi ddeterminat bħala responsabbi skont dan ir-Regolament għandhom jibqa' responsabbli għall-eżami ta' kull applikazzjoni ta' dak l-applikant, inkluż kwalunkwe applikazzjoni sussegwenti, skont l-Artikolu 40, 41 u 42 tad-Direttiva 2013/32/UE, irrispettivament minn jekk l-applikant ikunx ħalla jew tkeċċa mit-territorju tal-Istati Membri. Id-dispożizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 604/2013 li kienu previsti biex tintemm ir-responsabbiltà taħt ċerti kundizzjonijiet, inkluż meta l-iskadenzi għat-twettiq ta' trasferimenti jkunu qabżu b'ċertu perjodu ta' żmien, ħolqu inċentiv għall-evażjoni u għalhekk għandhom jitneħħew.

(25)  L-Istat Membru li jiġi ddeterminat bħala responsabbi skont dan ir-Regolament għandhom jibqa' responsabbli għall-eżami ta' kull applikazzjoni ta' dak l-applikant, inkluż kwalunkwe applikazzjoni sussegwenti, skont l-Artikolu [42] tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolamenti dwar proċeduri għall-Asil] sakemm l-applikant ma jkunx tkeċċa mit-territorju tal-Istati Membru war deċiżjoni ta' ritorn. Id-dispożizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 604/2013 li kienu previsti biex tintemm ir-responsabbiltà taħt ċerti kundizzjonijiet, inkluż meta l-iskadenzi għat-twettiq ta' trasferimenti jkunu qabżu b'ċertu perjodu ta' żmien, ħolqu inċentiv għall-evażjoni u għalhekk għandhom jitneħħew.

Emenda     19

Proposta għal regolament

Premessa  26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Sabiex jiġi żgurat li determinazzjoni tar-responsabilità u tal-allokazzjoni tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri ssir bla dewmien, l-iskadenzi biex isiru u tingħata tweġiba għal talbiet biex jittieħed inkarigu, biex isur in-notifiki ta' teħid lura u għat-twettiq tat-trasferimenti, kif ukoll biex isiru u jiġu deċiżi l-appelli, għandhom jiġu ssimplifikati u mqassra sal-massimu possibbli.

(26)  Sabiex jiġi żgurat li determinazzjoni tar-responsabbiltà u tal-allokazzjoni tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri ssir bla dewmien, l-iskadenzi biex isiru u tingħata tweġiba għal talbiet biex jittieħed inkarigu, biex isur in-notifiki ta' teħid lura u għat-twettiq tat-trasferimenti, kif ukoll biex isiru u jiġu deċiżi l-appelli, għandhom jiġu ssimplifikati u mqassra sal-massimu possibbli, fir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-applikanti u fir-rispett tal-persuni vulnerabbli, partikolarment id-drittijiet tat-tfal u l-prinċipju fundamentali tal-aħjar interessi tat-tfal kif ukoll id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Id-detenzjoni ta' applikanti għandha tiġi applikata skont il-prinċipju bażiku li persuni m'għandhomx jiġu detenuti fuq il-bażi unika li huma qiegħdin ifittxu l-protezzjoni internazzjonali. Id-detenzjoni għandha tkun għal perjodu qasir kemm jista' jkun, u soġġetta għall-prinċipji tan-neċċessita u l-proporzjonalità. B'mod partikolari, id-detenzjoni ta' applikanti għandha tkun skont l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra. Il-proċeduri previsti minn dan ir-Regolament fir-rigward ta' persuna detenuta għandhom jiġu applikati bħala kwistjoni ta' prijorita', fl-iqsar skadenzi possibbli. Fir-rigward tal-garanziji ġenerali li jirregolaw id-detenzjoni, kif ukoll il-kondizzjonijiet tad-detenzjoni, fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/33/UE ukoll għal persuni detenuti abbażi ta' dan ir-Regolament.

(27)  Id-detenzjoni ta' applikanti jinħtieġ li tiġi applikata skont il-prinċipju bażiku li persuni m'għandhomx jiġu detenuti fuq il-bażi unika li huma qiegħdin ifittxu l-protezzjoni internazzjonali. Id-detenzjoni jinħtieġ li tkun għal perjodu qasir kemm jista' jkun, u soġġetta għall-prinċipji tan-neċċessita u l-proporzjonalità. Id-detenzjoni jew il-konfinament tat-tfal, kemm jekk mhux akkumpanjati jew f'familji, qatt mhi fl-aħjar interess tagħhom u dejjem tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tat-tfal. Għalhekk jinħtieġ li tiġi pprojbita. B'mod partikolari, id-detenzjoni ta' applikanti għandha tkun skont l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra u jinħtieġ li tirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali tal-applikant. Il-proċeduri previsti minn dan ir-Regolament fir-rigward ta' persuna detenuta jinħtieġ li jiġu applikati bħala kwistjoni ta' prijorita', fl-iqsar skadenzi possibbli. Fir-rigward tal-garanziji ġenerali li jirregolaw id-detenzjoni, kif ukoll il-kondizzjonijiet tad-detenzjoni, fejn xieraq, jinħtieġ li l-Istati Membri japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/33/UE ukoll għal persuni detenuti abbażi ta' dan ir-Regolament.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Reġistrazzjoni korretta tal-applikazzjonijiet kollha għall-ażil fl-UE b'numru tal-applikazzjoni uniku għandha tgħin biex jiġu identifikati applikazzjonijiet multipli u jiġu impediti movimenti sekondarji irregulari u t-tiftix għall-aħjar ażil. Sistema awtomatizzata għandha tiġi stabbilita sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Din għandha tippermetti r-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-ażil iddepożitati fl-UE, il-monitoraġġ effettiv tas-sehem ta' kull Stat Membru mill-applikazzjonijiet u l-applikazzjoni korretta tal-mekkaniżmu korrettiv tal-allokazzjoni.

(29)  Reġistrazzjoni korretta tal-applikazzjonijiet kollha għall-asil fl-UE b'numru tal-applikazzjoni uniku jinħtieġ li tgħin biex jiġu identifikati applikazzjonijiet multipli u jiġu impediti movimenti sekondarji irregulari. Jinħtieġ li tiġi stabbilita sistema awtomatizzata sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jinħtieġ li din tippermetti r-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-asil iddepożitati fl-UE, il-monitoraġġ effettiv tas-sehem ta' kull Stat Membru mill-applikazzjonijiet u l-applikazzjoni korretta tal-mekkaniżmu korrettiv tal-allokazzjoni. B'rispett sħiħ tal-prinċipju tal-limitazzjoni tal-għan, jinħtieġ li l-identifikatur uniku, fl-ebda każ, ma jintuża għal għan ieħor għajr dawk deskritti f'dan ir-Regolament.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  L-Aġenzija Ewropea għall-immaniġġjar operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 għandha tkun responsabbli għall-preparazzjoni, l-iżvilupp u l-immaniġġjar operazzjonali tas-sistema ċentrali u għall-infrastrutturi tal-komunikazzjoni bejn is-sistema ċentrali u l-infrastrutturi nazzjonali.

(30)  L-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/201121 għandha tkun responsabbli għall-preparazzjoni, l-iżvilupp u l-ġestjoni operazzjonali tas-sistema ċentrali, tal-interoperabilità tagħha ma' sistemi oħrajn u tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-sistema ċentrali u l-infrastrutturi nazzjonali.

__________________

__________________

Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).

21 Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).

Emenda     23

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Skont l-Artikolu 80 tat-Trattat, li jitlob li l-atti tal-Unjoni għandu jkun fihom, fejn meħtieġ, miżuri xierqa biex iħaddmu l-prinċipju tas-solidarjetà. Mekkaniżmu ta' allokazzjoni ta' korrezzjoni għandu jiġi stabbilit sabiex jiġi żgurat qsim ġust tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri u aċċess rapidu tal-applikanti għall-proċeduri li jagħtu protezzjoni internazzjonali f'sitwazzjonijiet fejn Stat Membru jkun konfrontat b'għadd sproporzjonat ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali li jkun responsabbli għalihom skont dan ir-Regolament.

(31)  Skont l-Artikolu 80 tat-Trattat, jinħtieġ li l-atti tal-Unjoni jkun fihom, fejn meħtieġ, miżuri xierqa biex iħaddmu l-prinċipju ta' solidarjetà. Jinħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' allokazzjoni ta' korrezzjoni sabiex tiġi żgurata l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri u l-aċċess rapidu tal-applikanti għall-proċeduri li jagħtu protezzjoni internazzjonali sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn Stat Membru f'ċirkostanzi differenti jkun konfrontat b'għadd sproporzjonat ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali li jkun responsabbli għalihom.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 31a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31a)  Jinħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw, li l-proċeduri għall-istabbiliment tal-Istat Membru responsabbli jkunu effiċjenti u jippermettu li l-applikanti għal protezzjoni internazzjonali jiġu rilokati fil-pront fi Stati Membri oħra, fejn xieraq. Jinħtieġ li tingħata prijorità lill-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u għal trasferimenti minn applikanti bi bżonnijiet proċedurali speċifiċi.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Fattur ibbażat fuq id-daqs tal-popolazzjoni u tal-ekonomija tal-Istati Membri għandu jiġi applikat bħala punt ta' referenza fl-operat tal-mekkaniżmu tal-allokazzjoni korrettiva flimkien ma' limitu massimu, sabiex il-mekkaniżmu jaħdem bħala mezz li jassisti lill-Istati Membri li jkunu jinsabu taħt pressjoni sproporzjonata. L-applikazzjoni tal-allokazzjoni korrettiva għall-benefiċċju ta' Stat Membru għandha tiġi attivata awtomatikament meta l-għadd tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali li għalihom ikun responsabbli Stat Membru taqbeż il-150 % taċ-ċifra identifika fil-fattur ta' referenza. Sabiex jirriflettu b'mod komprensiv l-isforzi ta' kull Stat Membru, l-għadd ta' persuni risistemati effettivament f'dak l-Istat Membru għandu jiżdied mal-għadd ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali għall-finijiet ta' dan il-kalkolu.

(32)  Jinħtieġ li jkun applikat fattur ta' referenza skont id-daqs tal-popolazzjoni u tal-ekonomija tal-Istati Membri bħala punt ta' referenza fl-operat tal-mekkaniżmu korrettiv ta' allokazzjoni, sabiex il-mekkaniżmu jiżgura l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabilitajiet mill-Istati Membri. Jinħtieġ li l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu korrettiv tkun permanenti u awtomatika meta ma jkunx jista' jiġi stabbilit Stat Membru responsabbli skont il-kriterji stabbiliti fil-Kapitoli III u IV. Sabiex jirriflettu b'mod komprensiv l-isforzi ta' kull Stat Membru, jinħtieġ li l-għadd ta' persuni risistemati effettivament f'dak l-Istat Membru jiżdied mal-għadd ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali li għalihom l-Istat Membru huwa responsabbli, għall-finijiet ta' dan il-kalkolu.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a)  L-Istati Membri għandhom esperjenzi differenti fir-rigward tal-akkoljenza tal-applikanti. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri li fis-snin riċenti ma kinux fost il-pajjiżi ta' destinazzjoni ewlenin għall-applikanti jkollhom żmien biżżejjed biex jibnu l-kapaċità ta' akkoljenza tagħhom, jinħtieġ li l-mekkaniżmu korrettiv ta' allokazzjoni jippermetti tranżizzjoni gradwali mis-sitwazzjoni attwali għal sitwazzjoni b'distribuzzjoni ġusta ta' responsabbiltajiet skont il-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiva. Jinħtieġ li s-sistema tranżitorja toħloq linja bażi bbażata fuq in-numru relattiv medju ta' applikazzjonijiet iddepożitati storikament għall-protezzjoni internazzjonali fi Stati Membri u mbagħad it-tranżizzjoni minn dan il-mudell "status quo" lejn distribuzzjoni ġusta billi jitneħħa terz mill-linja bażi u billi jiżdied terz tal-mudell ta' distribuzzjoni ġusta kull sena sakemm is-sistema tkun ibbażata bis-sħiħ fuq il-qsim ġust tar-responsabbiltajiet. Huwa kruċjali li l-Istati Membri li fis-snin riċenti ma kinux pajjiżi ta' destinazzjoni għall-applikanti jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet offruti bl-implimentazzjoni gradwali tal-mekkaniżmu korrettiv ta' allokazzjoni biex jiżguraw li l-kapaċità ta' akkoljenza tagħhom tissaħħaħ biżżejjed, b'mod partikolari fir-rigward tal-akkoljenza tal-minorenni. Jinħtieġ li l-Aġenzija għall-Asil twettaq rendikont partikolari tal-kapaċità għall-akkoljenza ta' minorenni mhux akkumpanjati fl-Istati Membri kollha matul il-perjodu tranżitorju biex tidentifika n-nuqqasijiet u toffri l-għajnuna ħalli jiġu indirizzati dawk il-kwistjonijiet.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Meta japplika l-mekkaniżmu ta' allokazzjoni, l-applikanti li ddepożitaw l-applikazzjonijiet tagħhom fl-Istat Membru li jkun qed jibbenefika għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri li jkunu taħt is-sehem tagħhom mill-applikazzjonijiet fuq il-bażi tal-fattur ta' referenza kif applikat għal dawk l-Istati Membri. Regoli adattati għandhom jiġu previsti f'każijiet meta applikant jista' għal raġunijiet serji jitqies ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku, speċjalment regoli dwar l-iskambju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti tal-ażil tal-Istati Membri. Wara t-trasferiment, l-Istat Membru tal-allokazzjoni għandu jiddetermina l-Istat Membru responsabbli, u għandu jsir responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni, sakemm il-kriterji prevalenti tar-responsabbli, b'rabta b'mod partikolari mal-preżenza ta' membri tal-familja ma jiddeterminax li għandu jkun responsabbli Stat Membru ieħor.

(33)  Meta jiġi applikat il-mekkaniżmu ta' allokazzjoni, jinħtieġ li l-applikanti li ddepożitaw l-applikazzjonijiet tagħhom fl-Istat Membru determinanti jiġu allokati lill-Istati Membri li numru aktar baxx ta' applikazzjonijiet mis-sehem tagħhom fuq il-bażi tal-fattur ta' referenza kif applikat għal dawk l-Istati Membri. Regoli adattati għandhom jiġu previsti f'każijiet meta applikant jista' għal raġunijiet serji jitqies ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-politika pubblika, speċjalment regoli dwar l-iskambju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti tal-asil tal-Istati Membri. Wara t-trasferiment, jinħtieġ li l-Istat Membru ta' allokazzjoni jeżamina l-applikazzjoni bħala l-Istat Membru responsabbli.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a)  Jinħtieġ li l-Istat Membru jiżgura li l-proċeduri jkunu effiċjenti u jippermettu lill-applikanti li jiġu rilokati minnufih lejn Stati Membri oħra, meta ma jkunux responsabbli skont dan ir-Regolament. Bil-għan li jiġu evitati trasferimenti sekondarji għaljin u li jieħdu ħafna ħin, u sabiex jiġi pprovdut aċċess effiċjenti għall-unità tal-familja għall-applikanti, filwaqt li ma jinxteħitx piż żejjed fuq l-Istati Membri l-aktar milquta, jinħtieġ li titfassal proċedura ħafifa li tippermetti t-trasferiment ta' applikanti li hu probabbli li jissodisfaw l-kriterji rilevanti għal riunifikazzjoni mal-membri tal-familja fi Stat Membru partikolari, jew li jkollhom l-applikazzjoni tagħhom eżaminata malajr fi Stat Membru li miegħu għandhom rabtiet sinifikanti ppruvati abbażi ta' residenza legali preċedenti jew diplomi edukattivi.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 33b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33b)  Sabiex jiġu evitati l-movimenti sekondarji u jiżdiedu l-prospetti ta' integrazzjoni u jiġi ffaċilitat l-ipproċessar amministrattiv tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, ikun ta' benefiċċju li jiġi żgurat li l-applikanti li jixtiequ jiġu trasferiti flimkien ikunu jistgħu jirreġistraw u jiġu trasferiti skont il-mekkaniżmu korrettiv ta' allokazzjoni bħala grupp lejn Stat Membru wieħed pjuttost milli jinqasmu bejn diversi Stati Membri. Jinħtieġ li l-applikanti nfushom jistabbilixxu l-grupp tagħhom u jkunu infurmati sew dwar il-fatt li r-reġistrazzjoni tal-grupp ma tinvolvix id-dritt li jiġu trasferiti lejn Stat Membru partikolari, iżda, pjuttost, id-dritt li jiġu trasferiti lejn Stat Membru bħala grupp bi qbil mal-mekkaniżmu korrettiv ta' allokazzjoni. Meta applikant jikkwalifika għal riunifikazzjoni mal-membri tal-familja jew meta Stat Membru jkun għażel li jassumi r-responsabbiltà għall-applikazzjoni skont id-dispożizzjonijiet diskrezzjonali ta' dan ir-Regolament, jinħtieġ li l-applikant ma jkunx jista' jifforma parti minn grupp fil-kuntest tal-mekkaniżmu korrettiv ta' allokazzjoni. Meta applikant li jappartjeni għal grupp ma jkunx jista' jiġi trasferit pereżempju minħabba raġunijiet ta' saħħa jew ta' sigurtà pubblika jew kunsiderazzjonijiet ta' politika pubbliku, jinħtieġ li l-kumplament tal-grupp jew partijiet tal-grupp ikunu jistgħu jiġu trasferiti qabel dak l-applikant li ma jkunx jista' jiġi trasferit, lejn l-Istat Membru ta' allokazzjoni. Ladarba l-ostakoli għat-trasferiment tal-bqija tal-applikanti jiġu solvuti, jinħtieġ li l-applikanti jiġu trasferiti lejn l-istess Stat Membru bħall-bqija tal-grupp.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Stat Membru tal-allokazzjoni jista' jiddeċiedi li ma jaċċettax l-applikanti allokati matul perjodu ta' tnax-il xahar, f'liema każ huwa għandu jdaħħal din l-informazzjoni fis-sistema awtomatizzata u jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil. Wara dan l-applikanti li kienu se jiġu allokati lil dak l-Istat Membru għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri l-oħra minflok. L-Istat Membru li temporanjament ma jkunx qed jieħu sehem fl-allokazzjoni korrettiva għandhu jagħmel kontribuzzjoni ta' solidarjetà ta' EUR 250,000 għal kull applikant mhux aċċettat lill-Istat Membru li jiġi ddeterminat bħala responsabbli għall-eżami ta' dawn l-applikazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-modalitajiet prattiċi għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-kontribuzzjoni ta' solidarjetà f'att ta' implimentazzjoni. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil se timmonitorja u tirrapporta għand il-Kummissjoni fuq bażi annwali dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tas-solidarjetà finanzjarja.

imħassar

Emenda     31

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  F'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003, it-trasferimenti lejn l-Istat Membru responsabbli għall-eżaminazzjoni ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jistgħu jitwettqu fuq bażi volontarja, bi tluq taħt superviżjoni jew taħt skorta. L-Istati Membri għandhom jippromwovu t-trasferimenti volontarji billi jagħtu informazzjoni adegwata lill-applikant u għandhom jiżguraw li t-trasferimenti taħt superviżjoni jew taħt skorta jsiru b'mod uman, f'konformità sħiħa mad-drittjiet fundamentali u r-rispett għad-dinjità umana, kif ukoll l-aħjar interessi tat-tfal u t-teħid f'konsiderazzjoni tal-iżviluppi fil-ġurisprudenza relevanti, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasferimenti fuq bażijiet umanitarji.

(36)  F'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/200322, it-trasferimenti lejn l-Istat Membru responsabbli għall-eżaminazzjoni ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jistgħu jitwettqu fuq bażi volontarja, bi tluq taħt superviżjoni jew taħt skorta. Jinħtieġ li t-trasferimenti volontarji jiġu promossi billi tingħata informazzjoni adegwata lill-applikant u jinħtieġ li jkun żgurat li t-trasferimenti taħt superviżjoni jew taħt skorta jsiru b'mod uman, f'konformità sħiħa mad-drittjiet fundamentali u r-rispett għad-dinjità umana, kif ukoll l-aħjar interessi tat-tfal u t-teħid f'konsiderazzjoni tal-iżviluppi fil-ġurisprudenza relevanti, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasferimenti għal raġunijiet umanitarji.

_________________

_________________

22 22 ĠU L 222, 5.9.2003, p. 3.

22 22 ĠU L 222, 5.9.2003, p. 3.

Emenda     32

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Ir-[Regolament dwar il-Protezzjoni Ġenerali tad-Dejta (UE).../2016] japplika għall-ipproċessar tad-data personali mill-Istat Membru taħt dan ir-Regolament mid-data stipulata f'dak ir-Regolament; sa din id-data tapplika d-Direttiva 95/46/KE. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzazzjonali adattati biex jiżguraw u jkunu jistgħu juru li l-ipproċessar ikun qed jitwettaq skont dan ir-Regolament u skont id-dispożizzjonijiet li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tiegħu f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari dawn il-miżuri għandhom jiżguraw is-sigurtà tad-data personali pproċessata skont dan ir-Regolament u b'mod partikolari biex jiġu evitati l-aċċess jew id-divulgazzjoni illegali jew mhux awtorizzati, l-alterazzjoni jew it-telf tad-data personali pproċessata. L-awtorità superviżorja kompetenti jew l-awtoritajiet ta' kull Stat Membru għandhom jimmonitorjaw il-legalità tal-ipproċessar tad-data personali mill-awtoritajiet ikkonċernati, inkluż it-trażmissjoni lejn u mis-sistema awtomatizzata u lill-awtoritajiet kompetenti mit-twettiq tal-kontrolli tas-sigurtà.

(38)  Ir-[Regolament dwar il-Protezzjoni Ġenerali tad-Data (UE).../2016] japplika għall-ipproċessar tad-data personali mill-Istat Membru taħt dan ir-Regolament mid-data stipulata f'dak ir-Regolament; sa din id-data tapplika d-Direttiva 95/46/KE. L-Istati Membri jinħtieġ li jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzazzjonali adattati biex jiżguraw u jkunu jistgħu juru li l-ipproċessar ikun qed jitwettaq skont dan ir-Regolament u skont id-dispożizzjonijiet li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tiegħu f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari dawn il-miżuri jinħtieġ li jiżguraw is-sigurtà tad-data personali pproċessata skont dan ir-Regolament u b'mod partikolari biex jiġu evitati l-aċċess jew id-divulgazzjoni illegali jew mhux awtorizzati, l-alterazzjoni jew it-telf tad-data personali pproċessata. B'mod partikolari, is-suġġetti tad-data jinħtieġ li jiġu nnotifikati mingħajr dewmien żejjed meta inċident tas-sigurtà x'aktarx li jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tagħhom. L-awtorità superviżorja kompetenti jew l-awtoritajiet ta' kull Stat Membru jinħtieġu jimmonitorjaw il-legalità tal-ipproċessar tad-data personali mill-awtoritajiet ikkonċernati, inkluż it-trażmissjoni lejn u mis-sistema awtomatizzata u lill-awtoritajiet kompetenti mit-twettiq tal-kontrolli tas-sigurtà.

Emenda     33

Proposta għal regolament

Premessa 38a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a)  Ir-Regolament (UE) 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a japplika għall-ipproċessar tad-data personali mill-Aġenzija dwar l-Asil.

 

_______________

 

1a Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.01.2001, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija intrinsikament marbuta ma' emendi ammissibbli oħra fil-premessa 38, li tiddikjara li r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data japplika għad-data pproċessata mill-Istati Membri. Madankollu, fil-proposta, imkien m'hemm iddikjarat li r-Regolament 45/2011 japplika għall-ipproċessar tad-data personali mill-EUAA. Il-premessa 39 tagħmel referenza biss għar-Regolament 45/2011 fil-kuntest tal-monitoraġġ tal-KEPD.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 38b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38b)  L-informazzjoni dwar l-applikanti fl-Unjoni tista' tkun potenzjalment ta' valur għall-awtoritajiet fil-pajjiż terz li minnu l-applikanti jkunu telqu biex ifittxu protezzjoni internazzjonali. B'kunsiderazzjoni taż-żieda fit-theddida għas-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni minn pajjiżi terzi u minħabba li s-sistema prevista minn dan ir-Regolament se timplika li r-reġistrazzjonijiet kollha se jkollhom numru uniku ta' identifikazzjoni, jinħtieġ li l-Istati Membri kif ukoll l-aġenziji tal-Unjoni responsabbli jieħdu l-miżuri kollha proporzjonati u meħtieġa biex jiżguraw li d-data tinħażen b'mod sikur.

Ġustifikazzjoni

L-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, anke dawk li jaħarbu minn persekuzzjoni politika, ta' spiss ikunu ħarbu minn reġimi f'pajjiżi terzi li jista' jkollhom interess li jfittxu l-applikant. Minħabba ż-żieda fl-użu u l-użu sistematiku minn numru ta' pajjiżi tal-hacking u tal-gwerra tal-informazzjoni, jinħtieġ li kemm l-Istati Membri kif ukoll l-aġenziji tal-UE jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw li d-data dwar l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali fl-UE ma taqax f'idejn żbaljati.

Emenda     35

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tista' tkun iffaċilitata, u l-effikaċja tiegħu tiżdied, b'arranġamenti bilaterali bejn Stati Membri biex titjieb il-komunikazzjoni bejn id-dipartimenti kompetenti, filwaqt li jitnaqqsu l-limiti ta' żmien għal proċeduri jew ikun issimplifikat l-ipproċessar ta' talbiet biex jittieħed inkarigu jew jittieħed lura, jew l-istabbiliment ta' proċeduri għall-għamil ta' trasferimenti.

(40)  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tista' tkun iffaċilitata, u l-effikaċja tiegħu tiżdied, permezz tal-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Asil kif ukoll b'arranġamenti bilaterali bejn Stati Membri biex titjieb il-komunikazzjoni bejn id-dipartimenti kompetenti, filwaqt li jitnaqqsu l-limiti ta' żmien għal proċeduri jew ikun issimplifikat l-ipproċessar ta' talbiet u notifiki, jew l-istabbiliment ta' proċeduri għall-għamil ta' trasferimenti.

Emenda     36

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Kontinwita bejn is-sistema biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 604/2013 u s-sistema stabbilita b'dan ir-Regolament għandha tkun żgurata. B'mod simili, konsistenza għandha tkun żgurata bejn dan ir-Regolament u r-Regolament [Proposta għal Regolament li jfassal mill-ġdid ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill].

(41)  Kontinwita bejn is-sistema biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 604/2013 u s-sistema stabbilita b'dan ir-Regolament jinħtieħ li tkun żgurata. B'mod simili, jinħtieġ li tkun żgurata konsistenza bejn dan ir-Regolament u r-Regolament [Proposta għal Regolament li jfassal mill-ġdid ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill]. Meta s-sistema awtomatizzata għar-reġistrazzjonio u s-segwitu tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, u għall-mekkaniżmu korrettiv ta' allokazzjoni prevista minn dan ir-Regolament tkun iddeterminat l-Istat Membru ta' allokazzjoni, din l-informazzjoni għandha tiddaħħal b'mod awtomatiku fil-Eurodac. Għalhekk jinħtieġ li jkun hemm interoperabbiltà bejn is-sistema ċentrali tal-mekkaniżmu korrettiv u s-sistema ċentrali tal-Eurodac.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Il-proċess ta' eżami għandu jintuża għall-adozzjoni ta' fuljett ta' informazzjoni dwar Dublin/Eurodac, kif ukoll bħala fuljett speċjali għal minorenni mhux akkumpanjati; bħala formola standard għall-iskambju ta' informazzjoni relevanti dwar il-minorenni mhux akkumpanjati; ta' kundizzjonjiiet uniformi għall-konsultazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni dwar minorenni u persuni dipendenti; ta' kundizzjonjiet uniformi dwar it-tħejjija u t-trasmissjoni ta' talbiet biex jittieħed inkarigu u notifikazzjonijiet għal teħid lura; ta' żewġ listi ta' elementi relevanti ta' evidenza u evidenza ċirkostanzjali, u r-reviżjoni perjodika tagħhom; ta' laissez-passer; ta' kondizzjonijiet uniformi għall-konsultazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward ta' trasferimenti; ta' formula standard għall-iskambju ta' data qabel trasferiment; ta' ċerifikat tas-saħħa komuni; ta' kondizzjonijiet uniformi u arranġamenti prattiċi għall-iskambju ta' informazzjoni dwar id-data dwar is-saħħa tal-persuna qabel trasferiment, u ta' mezzi siguri ta' trasmissjoni elettronika għat-trasmissjoni ta' talbiet.

(47)  Jinħtieġ li l-proċess ta' eżami jintuża għall-adozzjoni ta' formola standard għall-iskambju ta' informazzjoni rilevanti dwar il-minorenni mhux akkumpanjati; ta' kundizzjonjiiet uniformi għall-konsultazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni dwar minorenni u persuni dipendenti; ta' kundizzjonjiet uniformi dwar it-tħejjija u t-trasmissjoni ta' talbiet biex jittieħed inkarigu u notifikazzjonijiet għal teħid lura; ta' żewġ listi ta' elementi relevanti ta' evidenza u evidenza ċirkostanzjali, u r-reviżjoni perjodika tagħhom; ta' laissez-passer; ta' kondizzjonijiet uniformi għall-konsultazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward ta' trasferimenti; ta' formula standard għall-iskambju ta' data qabel trasferiment; ta' ċerifikat tas-saħħa komuni; ta' kondizzjonijiet uniformi u arranġamenti prattiċi għall-iskambju ta' informazzjoni dwar id-data dwar is-saħħa tal-persuna qabel trasferiment, u ta' mezzi siguri ta' trasmissjoni elettronika għat-trasmissjoni ta' talbiet.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  Sabiex jiġu provduti regoli supplimentari, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' membri tal-familja jew qraba ta' minorenni mhux akkumpanjat; il-kriterji biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' rabtiet familjari pprovati; il-kriterji għall-evalwazzjoni tal-kapaċità ta' qarib li jieħu ħsieb il-minorenni mhux akkumpanjat, inkluż fil-każijiet fejn il-membri tal-familja, l-aħwa jew il-qraba tal-minorenni mhux akkumpanjat ikunu joqogħdu f'aktar minn Stat Membru wieħed; l-elementi biex tiġi vvalutata rabta ta' dipendenza; il-kriterji biex tiġi evalwata l-kapaċità ta' persuna sabiex tieħu ħsieb ta' persuna dipendenti u l-elementi li jridu jittieħdu f'konsiderazzjoni sabiex tiġi vvalutata l-inabilità li wieħed jivjaġġa għal perjodu sinifikanti ta' żmien. Waqt li teżerċita s-segħat tagħha li tadotta atti delegati, il-Kummissjoni m'għandiex teċċedi l-ambitu tal-aħjar interess tat-tfal kif previst taħt l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti u li dawn il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stipulati fil-Fehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 . B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-att delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċivuhom l-esperti tal-Istati Membri u l-espereti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jaħdmu fuq il-preparazzjoni tal-atti deledati

(48)  Sabiex jiġu provduti regoli supplimentari, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jinħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' membri tal-familja jew qraba ta' minorenni mhux akkumpanjat; il-kriterji biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' rabtiet familjari pprovati; il-kriterji għall-evalwazzjoni tal-kapaċità ta' qarib li jieħu ħsieb il-minorenni mhux akkumpanjat, inkluż fil-każijiet fejn il-membri tal-familja, l-aħwa jew il-qraba tal-minorenni mhux akkumpanjat ikunu joqogħdu f'aktar minn Stat Membru wieħed; l-elementi biex tiġi vvalutata rabta ta' dipendenza; il-kapaċità tal-persuna kkonċernata li tieħu ħsieb il-persuna dipendenti; L-elementi li jridu jittieħdu f'konsiderazzjoni sabiex tiġi vvalutata l-inabbiltà li wieħed jivjaġġa għal perjodu sinifikanti ta' żmien kif ukoll protokolli operattivi standard għall-istabbiliment tal-aħjar interessi tat-tfal.. Waqt li teżerċita s-segħat tagħha li tadotta atti delegati, il-Kummissjoni m'għandiex teċċedi l-ambitu tal-aħjar interess tat-tfal kif previst taħt l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti u li dawn il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stipulati fil-Fehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 . B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-att delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċivuhom l-esperti tal-Istati Membri u l-espereti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jaħdmu fuq il-preparazzjoni tal-atti delegati

Emenda     39

Proposta għal regolament

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)  Sabiex jiġi vvalutat jekk mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiva f'dan ir-Regolament huwiex qed jilħaq l-objettiv li tiġi żgurata kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri u li tittaffa l-pressjoni sproporzjonata fuq ċerti Stati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiva u b'mod partikolari tivverifika li l-livell massimu biex tiskatta u biex tieqaf l-allokazzjoni korrettiva effettivament jiżgura li r-responsabilità tinqasam b'mod ġust bejn l-Istati Membri u aċċess rapidu tal-applikanti għall-proċeduri li jagħtu protezzjoni internazzjonali f'sitwazzjonijiet fejn Stat Membru jkun qed iħabbat wiċċu ma' għadd sproporzjonat ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li għalihom huwa responsabbli skont dan ir-Regolament.

(52)  Sabiex jiġi vvalutat jekk mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiva f'dan ir-Regolament huwiex qed jilħaq l-objettiv li tiġi żgurata kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri u li tittaffa l-pressjoni sproporzjonata fuq ċerti Stati Membri, il-Kummissjoni jinħtieġ li tirrieżamina l-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiva u tevalwa jekk dan jiżgurax b'mod effettiv il-qsim ġust tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri u l-aċċess rapidu tal-applikanti għall-proċeduri li jagħtu protezzjoni internazzjonali f'sitwazzjonijiet fejn Stat Membru jkun qed iħabbat wiċċu ma' għadd sproporzjonat ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li għalihom huwa responsabbli skont dan ir-Regolament. Jinħtieġ li l-Kummissjoni tinvolvi mill-qrib lill-Parlament Ewropew fir-rigward ta' dawk ir-reviżjonijiet.

Emenda     40

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  it-tfal minorenni ta' koppji msemmija fl-ewwel inċiż jew tal-applikant, bil- kondizzjoni li mhumiex miżżewġin u irrispettivament minn jekk twildux fiż-żwieġ jew barra ż-żwieġ jew ġewx adottati kif definit taħt id-dritt nazzjonali;

-  it-tfal minorenni ta' koppji msemmija fl-ewwel inċiż jew tal-applikant, u l-ulied adulti li huma inkarigati minnhom, irrispettivament minn jekk twildux fiż-żwieġ jew barra ż-żwieġ jew ġewx adottati kif definit jew rikonoxxut taħt id-dritt nazzjonali, kif ukoll l-ulied kollha l-oħra li tagħhom għandhom responsabbiltà ta' ġenituri;

Emenda     41

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  meta l-applikant ikun minorenni u mhux miżżewweġ, il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-applikant, kemm jekk bil-liġi kif ukoll jekk bil-prattika tal-Istat Membru fejn l-adult ikun preżenti;

-  meta l-applikant ikun minorenni, il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-applikant, kemm jekk bil-liġi kif ukoll jekk bil-prattika tal-Istat Membru fejn l-adult ikun preżenti;

Emenda     42

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  meta l-benefiċarju ta' protezzjoni internazzjonali jkun minorenni u mhux miżżewweġ, il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għalih jew għaliha, kemm jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru fejn il-benefiċarju jkun preżenti;

-  meta l-benefiċarju ta' protezzjoni internazzjonali jkun minorenni, il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għalih jew għaliha, kemm jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru fejn il-benefiċarju jkun preżenti;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  “rappreżentant” tfisser persuna jew organizzazzjoni maħtura mill-korpi kompetenti sabiex tgħin u tirrappreżenta lill-minorenni mhux akkumpanjat fil-proċeduri previsti f'dan ir-Regolament bil-ħsieb li jiġu żgurati l-aħjar interessi tat-tifel/tifla u li tiġi eżerċitata l-kapaċità legali għall-minorenni fejn meħtieġ. Fejn organizzazzjoni tinħatar bħala rappreżentant, għandha tinnomina persuna responsabbli biex twettaq id-dmirijiet tagħha fir-rigward tal-minorenni, f'konformità ma' dan ir-Regolament.

(k)  "tutur" tfisser tutur kif definit fl-Artikolu [4(2)(f)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]]

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt n

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n)  “riskju ta' ħarba” tfisser l-eżistenza ta' raġunijiet f'każ individwali, li huma bbażati fuq kriterji objettivi ddefiniti mil-liġi, biex wieħed jaħseb li applikant jew ċittadin ta' pajjiż terż jew ta' persuna mingħajr Stat li huwa soġġett għal proċedura ta' trasferiment jista' jaħrab;

(n)  “riskju ta' ħarba” tfisser l-eżistenza bil-provi ta' raġunijiet speċifiċi f'każ individwali, li jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u speċifiċi, bi qbil mal-istandards żviluppati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u mad-dritt nazzjonali, biex wieħed jemmen li applikant jista' jaħrab, imma ma tinkludix kriterji bħal sempliċement li l-persuna hija applikant fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar il-Proċeduri], jew in-nazzjonalità tal-persuna, li huma ta' natura ġenerali;

Emenda     45

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o)  “l-Istat Membru li qed jibbenefika' tfisser l-Istat Membru li qed jibbenefika mill-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiva stabbilit fil-Kapitolu VII ta' dan ir-Regolament u li qed iwettaq l-allokazzjoni tal-applikant;

imħassar

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt q – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(q)  “persuna risistemata” tfisser persuna soġġetta għall-proċess ta' risistemazzjoni li bih, fuq talba mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (“UNHCR”) ibbażata fuq il-ħtieġa ta' persuna għal protezzjoni internazzjonali, ċittadini ta' pajjiżi terzi jiġu ttrasferiti minn pajjiż terz u stabbiliti fi Stat Membru fejn jingħataw permess jirrisjedu b'wieħed mill-istatus li ġejjin:

(q)  “persuna risistemata” tfisser persuna soġġetta għall-proċess ta' risistemazzjoni li bih, fuq referenza mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (“UNHCR”) jew mill-Istati Membri, ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi fi bżonn ta' protezzjoni internazzjonali jintgħażlu, jitħallew jidħlu, jiġu ttrasferiti minn pajjiż terz u offruti protezzjoni fi Stat Membru fejn jingħataw permess jirrisjedu b'wieħed mill-istatus li ġejjin:

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  L-Istati Membri għandhom, permezz ta' miżuri proattivi, jiżguraw li kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li tinsab fit-territorjy tagħhom, inkluż fil-fruntiera esterna, fl-ibħra territorjali jew fiż-żoni ta' tanżitu tagħhom jew f'punti ta' qsim tal-fruntiera, inklużi żoni ta' tranżitu fil-fruntieri esterni, li hu raġonevolment mistenni li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru, jingħataw il-possibbiltà effettiva li jiġu rreġistrati bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) XXXX/XX [Regolament dwar il-Proċeduri tal-Asil]. Persuna li tkun daħlet irregolarment fit-territorju ta' Stat Membru għandha tiġi rreġistrata fil-Eurodac skont l-Artikolu [14] tar-Regolament (UE) XXXX/XX [Regolament Eurodac].

Emenda     48

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jeżaminaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li japplika fit-territorju ta' xi wieħed minnhom, inkluż fil-konfini jew fiż-żoni ta' transitu. L-applikazzjoni għandha tkun eżaminata minn Stat Membru wieħed, li għandu jkun dak li l-kriterji ddikjarati fil-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament juru li huwa responsabbli.

1.  L-Istati Membri għandhom jeżaminaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li japplika fit-territorju ta' xi wieħed minnhom, inkluż fil-konfini jew fiż-żoni ta' tranżitu. L-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun eżaminata minn Stat Membru wieħed, li għandu jkun dak li l-kriterji ddikjarati fil-Kapitoli III u IV ta' dan ir-Regolament jindikaw bħala responsabbli.

Emenda     49

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn ebda Stat Membru responsabbli ma jkun jista' jinħatar fuq il-bażi tal-kriterji elenkati f'dan ir-Regolament, l-ewwel Stat Membru li fih l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata għandu jkun responsabbli biex jeżaminaha.

Fejn ebda Stat Membru responsabbli ma jkun jista' jinħatar fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fil-Kapitoli III u IV, l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandu jiġi determinat skont il-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiv stipulat fil-Kapitolu VII.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn huwa impossibbli li applikant jiġi trasferit għall-Istat Membru primarjament nominat bħala responsabbli għax ikun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li hemm difetti sistemiċi fil-proċedura tal-asil u fil-kondizzjonijiet ta' akkoljenza għall-applikanti f'dak l-Istat Membru, li jirriżultaw f'riskju ta' trattament inuman jew degradanti fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Istat Membru determinanti għandu jkompli jeżamina l-kriterji stipulati fil-Kapitolu III sabiex jistabbilixxi jekk Stat Membru ieħor jistax jiġi nominat bħala responsabbli.

Fejn huwa impossibbli li applikant jiġi trasferit għall-Istat Membru nominat bħala responsabbli għax ikun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li l-applikant ikun soġġett għal riskju reali ta' ksur serju tad-drittijiet fundamentali tiegħu jew tagħha, l-Istat Membru determinanti għandu jkompli jeżamina l-kriterji stipulati fil-Kapitoli III u IV sabiex jistabbilixxi jekk Stat Membru ieħor jistax jiġi nominat bħala responsabbli.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn it-trasferiment ma jistax isir skont dan il-paragrafu għal kwalunkwe Stat Membru nominat abbażi tal-kriterji stipulati fil-Kapitolu III jew għall-ewwel Stat Membru li miegħu tkun ġiet iddepożitata l-applikazzjoni, l-Istat Membru determinanti għandu jsir l-Istat Membru responsabbli.

Fejn dan it-trasferiment ma jkunx jista' jsir skont dan il-paragrafu għal kwalunkwe Stat Membru nominat abbażi tal-kriterji stipulati fil-Kapitoli III u IV, l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandu jiġi determinat skont il-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiv stipulat fil-Kapitolu VII.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Qabel japplika l-kriterji għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli f'konformità mal-Kapitoli III u IV, l-ewwel Stat Membru li fih l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata għandu:

imħassar

(a)   jeżamina jekk l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali hijiex inammissibbli skont l-Artikolu 33(2) ittri b) u c) tad-Direttiva 2013/32/UE meta pajjiż li ma jkunx Stat Membru jiġi kkunsidrat bħala l-ewwel pajjiż tal-ażil jew bħala pajjiż terz sikur għall-applikant; u

 

(b)   jeżamina l-applikazzjoni bi proċedura aċċellerata skont l-Artikolu 31(8) tad-Direttiva 2013/32/UE meta japplikaw ir-raġunijiet li ġejjin:

 

(i)   l-applikant ikollu ċ-ċittadinanza ta' pajjiż terz, jew ikun/tkun persuna apolida u kien/kienet preċedentement, abitwalment residenti f'dak il-pajjiż, indikat bħala pajjiż ta' oriġini sikur fl-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini sikuri stabbilita skont ir-Regolament [Proposta COM (2015) 452 tad-9 ta' Settembru 2015]; or

 

(ii)   l-applikant jista', għal raġunijiet serji, jiġi kkunsidrat bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jew l-applikant ġie espuls bil-forza għal raġunijiet serji ta' sigurtà pubblika jew ta' ordni pubbliku skont il-liġi nazzjonali.

 

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-ewwel Stat Membru fejn kienet reġistrata l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandu jeżamina l-applikazzjoni fi proċedura mħaffa skont l-Artikolu [40] tar-Regolament XXXX/XX/EU [Regolament dwar il-Proċeduri tal-Asil] jekk l-applikant, wara l-verifika tas-sigurtà previsti mill-Artikolu 3a, jitqies minħabba raġunijiet serji li jkun ta' perikolu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jew l-applikant kien preċedentement tkeċċa bil-forza skont id-dritt nazzjonali, jew mill-Istat Membru determinati jew minn Stat Membru ieħor, minħabba raġunijiet serji ta' sigurtà pubblika jew ordni pubbliku.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta l-Istat Membru jqis li talba hija inammissibbli jew jeżamina applikazzjoni fi proċedura aċċellerata skont il-paragrafu 3, dak l-Istat Membru għandu jitqies bħala l-Istat Membru responsabbli.

imħassar

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istat Membru li jkun eżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, inkluż fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, għandu jkun responsabbli biex jeżamina kwalunkwe rappreżentazzjoni addizjonali jew applikazzjoni sussegwenti ta' dak l-applikant skont l-Artikoli 40, 41 u 42 tad-Direttiva 2013/32/UE, irrispettivament minn jekk l-applikant ikunx ħalla jew tneħħa mit-territorju tal-Istati Membri.

5.  L-Istat Membru li jkun eżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, inkluż fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, għandu jkun responsabbli biex jeżamina kwalunkwe rappreżentazzjoni addizjonali jew applikazzjoni sussegwenti ta' dak l-applikant skont l-Artikolu [42] tar-Regolament (UE) XXX/XXX [Regolament dwar il-Proċeduri tal-Asil] sakemm l-applikant ikunx tneħħa jew ħalla t-territorju tal-Istat Membru b'segwitu ta' deċiżjoni ta' ritorn.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Verifika ta' sigurtà

 

1.  L-Istat Membru determinanti għandu minnufih jieħu d-data bijometrika tal-applikant bi qbil mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE)XXX/XXX [Ir-Regolament Eurodoc]. Malajr kemm jista' jkun wara r-reġistrazzjoni tal-applikant, l-Istat Membru determinanti għandu jwettaq verifika tas-sigurtà skont id-databażijiet rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

2.  Jekk it-titolu ta' verifika msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jew l-informazzjoni addizzjonali miġbura minn Stat Membru, inkluż permezz tad-determinazzjoni fl-intervista msemmija fl-Artikolu 7, tagħti raġuni biex jissuspetta li applikant jista' jiġi kkunsidrat bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, l-Istat Membru determinanti għandu jagħmel intervista ta' sigurtà personali, minbarra fl-intervista msemmija fl-Artikolu 7, sabiex jiġi stabbilit jekk l-applikant jista', għal raġunijiet serji, jiġi kkunsidrat bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku ta' dak l-Istat Membru.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-applikant għandu jissottometti malajr kemm jista' jkun u l-aktar tard matul l-intervista skont l-Artikolu 7, l-elementi u l-informazzjoni rilevanti kollha biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli u għandu jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

2.  L-applikant għandu jissottometti malajr kemm jista' jkun l-elementi u l-informazzjoni disponibbli rilevanti kollha biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli u jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-elementi u l-informazzjoni rilevanti biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli biss sakemm dawn ikunu ġew ippreżentati qabel id-deċiżjoni finali li tiddetermina l-Istat Membru responsabbli.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jekk applikant ma jissodisfax l-obbligu stipulat fl-Artikolu 4(1), l-Istat Membru responsabbli skont dan ir-Regolament għandu jeżamina l-applikazzjoni bi proċedura aċċellerata, f'konformità mal-Artikolu 31(8) tad-Direttiva 2013/32/UE.

imħassar

Emenda     59

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istat Membru li fih l-applikant huwa obbligat ikun preżenti għandu jkompli l-proċeduri għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli anki meta l-applikant ikun telaq mit-territorju ta' dak l-Istat Membru mingħajr awtorizzazzjoni jew inkella ma jkunx disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru.

2.  L-Istat Membru li fih l-applikant huwa obbligat ikun preżenti għandu jkompli l-proċeduri għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli anki meta l-applikant ikun telaq mit-territorju ta' dak l-Istat Membru mingħajr awtorizzazzjoni jew inkella ma jkunx disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru. L-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandhom jintroduċu notifika fis-sistema awtomatizzata msemmija fl-Artikolu 44(1), hekk kif ikollhom prova li l-applikant ikun ħalla t-territorja ta' dak l-Istat Membru.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-applikant ma għandux ikun intitolat għall-kundizzjonijiet tal-akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli minn 14 sa 19 tad-Direttiva 2013/33/UE, bl-eċċezzjoni ta' kura tas-saħħa ta' emerġenza, matul il-proċeduri skont dan ir-Regolament fi kwalunkwe Stat Membru minbarra dak li fih hu jew hi jkunu meħtieġa jkunu preżenti.

imħassar

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Hekk kif issir applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru, skont it-tifsira tal-Artikolu [26] tar-Regolament (UE) XXXX/XXX [Regolament dwar il-Proċeduri dwar l-Asil], l-awtoritajiet kompetenti tiegħu għandhom jinformaw l-applikant dwar id-drittijiet tiegħu jew tagħha u dwar l-obbligi fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali bi qbil mal-Artikolu [26(1)] ta' dak ir-Regolament. F'dan il-kuntest, il-minorenni għandhom jingħataw informazzjoni b'mod li jinftiehem mit-tfal skont l-Artikolu [5(2)] tad-Direttiva (UE) xxx/xxxx [Direttiva dwar il-Kondizzjonijiet ta' Akkoljenza] minn persunal mħarreġ b'mod adegwat u bil-parteċipazzjoni tat-tutur, partikolarment dwar il-proċess ta' identifikazzjoni ta' membri tal-familja jew qraba bi qbil mal-Artikolu 8(5) ta' dan ir-Regolament.

Emenda     62

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Malli applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tkun iddepożitata fis-sens tal-Artikolu 21(2) fi Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti tiegħu għandhom jinfurmaw lill-applikant dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u dwar l-obbligazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 kif ukoll bil-konsegwenzi tan-nuqqas ta' konformità stipulati fl-Artikolu 5 , u b' mod partikulari :

1.  Malli applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tkun iddepożitata fis-sens tal-Artikolu [27] tar-Regolament XXXX/XX/UE [Regolament dwar il-Proċeduri tal-Asil] fi Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti tiegħu għandhom jinfurmaw lill-applikant dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u dwar l-obbligazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 kif ukoll bil-konsegwenzi tan-nuqqas ta' konformità stipulati fl-Artikolu 5, u b'mod partikolari:

Emenda     63

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  id-dritt li japplika għal protezzjoni internazzjonali ma jinkludix l-għażla min-naħa tal-applikant ta' liema Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali;

(a)  id-dritt li japplika għal protezzjoni internazzjonali ma jinkludix l-għażla min-naħa tal-applikant ta' liema Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, ħlief meta pprovduta fil-mekkaniżmu tal-allokazzjoni skont it-termini tal-Kapitolu VII.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  of għanijiet ta' dan ir-Regolament u l-konsegwenzi jekk issir applikazzjoni oħra fi Stat Membru differenti kif ukoll il-konsegwenzi jekk iħalli l-Istat Membru fejn ikun obbligat jibqa' matul il-fażijiet li fihom l-Istat Membru responsabbli skont dan ir-Regolament ikun qed jiġi determinat u l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tkun qed tiġi eżaminata , b'mod partikolari li l-applikant ma għandux ikun intitolat għall-kondizzjonijiet ta' akkoljenza stipulati fl-Artikoli 14 sa 19 tad-Direttiva 2013/33/UE fi kwalunkwe Stat Membru ieħor ħlief f'dak fejn huwa meħtieġ jibqa' bl-eċċezzjoni ta' kura tas-saħħa ta' emerġenza ;

(b)  dwar l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u l-konsegwenzi jekk issir applikazzjoni oħra fi Stat Membru differenti kif ukoll il-konsegwenzi jekk iħalli l-Istat Membru fejn ikun obbligat jibqa' matul il-fażijiet li fihom l-Istat Membru responsabbli skont dan ir-Regolament ikun qed jiġi determinat u l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tkun qed tiġi eżaminata;

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  dwar id-dispożizzjonijiet relatati mar-riunifikazzjoni tal-familja u f'dan ir-rigward dwar id-definizzjoni applikabbli tal-membri tal-familja u tal-qraba kif ukoll dwar il-ħtieġa li l-applikant, fil-proċedura, jiżvela malajr kemm jista' jkun kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tista' tgħin biex jiġi stabbilit fejn jistgħu jinsabu l-membri tal-familja jew il-qraba preżenti fi Stati Membri oħra, kif ukoll kwalunkwe għajnuna li l-Istat Membru jista' joffri fir-rigward tal-intraċċar tal-membri tal-familja jew tal-qraba;

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  dwar il-bżonn tal-applikant li jiżvela, malajr kemm jista' jkun, matul il-proċedura kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tista' tgħin biex jiġu stabbiliti kull tip ta' permessi ta' residenza, viżi jew diplomi edukattivi preċedenti;

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc)  dwar il-possibbiltà, skont l-Artikolu 19, li jitlob li l-klawsola diskrezzjonali tiġi applikata minn kwalunkwe Stat Membru mill-Istat Membru li fih huwa preżenti, kif ukoll dwar l-arranġamenti speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-proċedura;

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cd)  fejn applikabbli, dwar il-proċedura tal-allokazzjoni stipulata fil-Kapitolu VII.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ce (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ce)  dwar il-possibbiltà għall-applikant skont l-Artikolu 36(1c) li jagħżel wieħed mill-erba' Stati Membri bl-anqas numru ta' applikanti relativi mas-sehem tagħhom skont il-fattur ta' referenza kif imsemmi fl-Artikolu 35, sakemm l-applikant ikun ikkonforma mal-obbligi stipulati fl-Artikolu 4(1);

Emenda     70

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  dwar l-intervista personali skont l-Artikolu 7 u l- obbligu li tiġi ppreżentata u ssustanzjata informazzjoni dwar il-preżenza ta' membri tal-familja, qraba jew relazzjonijiet familjari oħra fl-Istati Membri, inklużi l-mezzi li bihom l-applikant jista' jippreżenta tali informazzjoni;

(d)  dwar l-għan tal-intervista personali skont l-Artikolu 7 kif ukoll dwar it-tip ta' informazzjoni u evidenza li l-applikant se jintalab jippreżenta għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli, inklużi l-mezzi li bihom l-applikant jista' jippreżenta tali informazzjoni;

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  dwar il-possibbiltà li tiġi kontestata deċiżjoni ta' trasferiment fi żmien sebat ijiem wara n-notifika u dwar il-fatt li din il-kontestazzjoni għandha tkun limitata għal valutazzjoni ta' jekk l-Artikoli 3(2) dwar l-eżistenza ta' trattament inuman jew degredanti jew l-Artikoli 10 sa 13 u 18 ġewx miksura ;

(e)  dwar il-possibbiltà u l-arranġamenti li tiġi kontestata deċiżjoni ta' trasferiment u dwar l-eżistenza tad-dritt li wieħed ikollu rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal skont l-Artikolu 28, anke f'sitwazzjoni fejn ma tittieħed ebda deċiżjoni ta' trasferiment.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  fil-każ ta' minorenni mhux akkumpanjati, dwar ir-rwol u r-responsabbiltajiet tat-tutur u dwar il-proċedura biex jitressqu lmenti kontra t-tutur b'mod kunfidenzjali u sikur u b'rispett sħiħ għad-dritt tat-tfal li jinstemgħu f'dan ir-rigward;

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt hb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hb)  dwar id-dritt li tintalab assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fl-istadji kollha tal-proċedura;

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt h c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hc)  dwar l-eżistenza tas-sit web ta' informazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 6(3a);

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  fejn applikabbli, dwar il-proċedura tal-allokazzjoni stipulata fil-Kapitolu VII.

imħassar

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ipprovduta bil-miktub f'lingwa li l-applikant jifhem jew jista' jkun raġonevolment preżunt li jifhem. L-Istati Membri għandhom jużaw fuljett komuni mfassal skont il-paragrafu 3 għal dik ir-raġuni.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ipprovduta f'lingwa li l-applikant jifhem, f'forma konċiża, trasparenti, intelliġibbli u aċċessibbli faċilment, bl-użu ta' lingwaġġ ċar u sempliċi. L-Istati Membri għandhom jużaw materjal ta' informazzjoni komuni mfassal skont il-paragrafu 3 għal dik ir-raġuni.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta bil-miktub u bil-fomm, fejn xieraq bl-appoġġ ta' tagħmir multimedjali. L-informazzjoni bil-fomm tista' tingħata f'sessjonijiet individwali jew inkella fi grupp u l-applikanti għandu jkollhom il-possibbiltà li jistaqsu mistoqsijiet dwar il-passi proċedurali li huma mistennija jsegwu fir-rigward tal-proċess li bih jiġi ddeterminat Stat Membru responsabbli skont dan ir-Regolament. Fil-każ ta' minorenni, l-informazzjoni għandha tingħata b'mod adattat għat-tfal bi qbil mal-Artikolu [5(2)] tad-Direttiva xxx/xxxx [Direttiva dwar il-Kondizzjonijiet ta' Akkoljenza], minn persunal imħarreġ b'mod xieraq u bl-involviment tat-tutur.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn ikun neċessarju biex l-applikant ikun jista' jifhem sew, l-informazzjoni għandha tkun mogħtija oralment ukoll, pereżempju b'rabta mal-intervista personali kif imsemmija fl-Artikolu 7.

imħassar

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kumissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tfassal fuljett komuni, kif ukoll fuljett speċifiku għall-minorenni mhux akkumpanjati, li jkun fih tal-inqas l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dan il-fuljett komuni għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) [Proposta ta' Regolament li jfassal mill-ġdid ir-Regolament Nru 603/2013] u, b'mod partikolari, għall-fini li għaliha d-data tal-applikant ikkonċernat tista' tiġi pproċessata fil-Eurodac. Il-fuljett komuni għandu jiġi stabbilit b'tali mod li jippermetti lill-Istati Membri jimlewh b'informazzjoni addizzjonali speċifika għall-Istat Membru. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2) ta' dan ir-Regolament.

3.  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-aġenziji nazzjonali responsabbli, tfassal materjal ta' informazzjoni komuni li jkun fih tal-inqas l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dak il-materjal ta' informazzjoni komuni għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) [Proposta ta' Regolament li jfassal mill-ġdid ir-Regolament Nru 603/2013] u, b'mod partikolari, għall-fini li għaliha d-data tal-applikant ikkonċernat tista' tiġi pproċessata fil-Eurodac. Il-materjal ta' informazzjoni komuni għandu jiġi stabbilit b'tali mod li jippermetti lill-Istati Membri jimlewh b'informazzjoni addizzjonali speċifika għall-Istat Membru. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha toħloq materjal ta' informazzjoni speċifiku li jkun immirat b'mod partikolari għall-gruppi fil-mira li ġejjin:

 

(a)   applikanti adulti;

 

(b)   minorenni mhux akkumpanjati;

 

(c)   minorenni akkumpanjati.

 

 

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha tipprovdi sit web speċifiku b'informazzjoni dwar is-SEKA, u b'mod partikolari dwar il-funzjonament ta' dan ir-Regolament. L-informazzjoni fuq is-sit web għandha tkun komprensiva u aġġornata u għandha tingħata f'forma konċiża, trasparenti, li tinftiehem u aċċessibbli faċilment, bl-użu ta' lingwaġġ ċar u sempliċi u disponibbli bil-lingwi kollha ewlenin mitkellma mill-applikanti li jaslu fl-Ewropa.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iżommu l-applikanti infurmati dwar il-progress tal-proċeduri mwettqa skont dan ir-Regolment fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom. Tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta bil-miktub f'intervalli regolari, tal-anqas kull ġimagħtejn. Fil-każ tal-minorenni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw kemm lill-minorenni kif ukoll lil tutur.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-arranġamenti għall-għoti ta' tali informazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2).

Emenda     82

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Dritt għal assistenza legali u rappreżentanza mingħajr ħlas

 

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-applikant li jagħżel ir-rappreżentant legali tiegħu jew tagħha stess bi spejjeż għalih jew għaliha, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għajnuna legali u rappreżentanza mingħajr ħlas dwar kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-istadji kollha tal-proċedura, u fejn l-applikant ikkonċernat ma jkunx jista' jħallas l-ispejjeż involuti. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu rimborż totali jew parzjali tal-ispejjeż imġarrba meta d-deċiżjoni biex jiġu koperti dawn l-ispejjeż tkun ittieħdet skont informazzjoni falza pprovduta mill-applikant, sakemm jiġi stabbilit li l-applikant ikun jista' jħallas l-ispejjeż involuti.

 

2.   L-assistenza u r-rappreżentanza legali għandhom, tal-anqas, jinkludu:

 

(a)   l-għoti ta' informazzjoni dwar il-proċedura fid-dawl taċ-ċirkostanzi individwali tal-applikant;

 

(b)   l-assistenza fit-tħejjija tal-intervista personali u dokumenti u evidenza ta' sostenn li għandhom jingħataw bħala parti mill-intervista, inkluża l-parteċipazzjoni fl-intervista personali;

 

(c)   spjega tar-raġunijiet għal u l-konsegwenzi ta' deċiżjoni ta' trasferiment kif ukoll informazzjoni dwar kif tista' tiġi kkontestata dik id-deċiżjoni jew kif jistgħu jiġu aċċessati rimedji f'sitwazzjonijiet fejn ma tittieħed l-ebda deċiżjoni ta' trasferiment skont l-Artikolu 28.

 

F'konformità ma' dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza u r-rappreżentanza legali ma jiġux ristretti b'mod arbitrarju u li l-aċċess effettiv tal-applikant għall-ġustizzja ma jiġix ostakolat.

 

Il-proċeduri għall-aċċess għal assistenza legali għandhom ikunu stipulati fid-dritt nazzjonali.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex jiffaċilita l-proċess biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli, l-Istat Membru determinanti għandu jagħmel intervista personali mal-applikant, sakemm l-applikant ma jkunx ħarab jew l-informazzjoni mogħtija mill-applikant skont l-Artikolu 4(2) tkun biżżejjed biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli . L-intervista għandha tippermetti wkoll li tinftiehem tajjeb l-informazzjoni mogħtija lill-applikant skont l-Artikolu 6.

1.  Biex jiffaċilita l-proċess biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli, l-Istat Membru determinanti għandu jagħmel intervista personali mal-applikant. L-Istat Membru determinanti għandu jistaqsi b'mod proattiv mistoqsijiet dwar l-aspetti kollha tat-talba li jippermettu d-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli. L-intervista għandha tippermetti wkoll li tinftiehem tajjeb l-informazzjoni mogħtija lill-applikant fl-Artikolu 6.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istat Membru jista' ma jwettaqx l-intervista personali meta l-informazzjoni mogħtija mill-applikant skont l-Artikolu 4(2) tkun biżżejjed biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli u fejn l-applikant ma jkunx talab li jinstema'. Meta Stat Membru ma jwettaqx l-intervista, dan għandu jagħti l-opportunità lill-applikant li jippreżenta l-informazzjoni ulterjuri kollha li tkun rilevanti biex jiġi ddeterminat b'mod korrett l-Istat Membru responsabbli qabel ma tittieħed deċiżjoni finali li l-applikant jiġi trasferit lejn l-Istat Membru responsabbli skont l-Artikolu 30(1).

Emenda     85

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-intervista personali għandha ssir fi żmien xieraq u, f'kull każ, qabel ma ssir kwalunkwe talba ta' teħid ta' inkarigu skont l-Artikolu 24 .

2.  L-intervista personali għandha ssir fi żmien xieraq u, f'kull każ, qabel ma ssir kwalunkwe talba ta' teħid ta' inkarigu skont l-Artikolu 24, jew qabel ma tittieħed deċiżjoni ta' trasferiment minn applikant.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-intervista personali għandha ssir f'lingwa li l-applikant jifhem jew jista' jkun raġonevolment preżunt li jifhem u li biha huwa jew hija jkun kapaċi jikkomunika. Fejn neċessarju, l-Istati Membru għandhom ikollhom interpretu li jkun jista' jiżgura l-komunikazzjoni xierqa bejn l-applikant u l-persuna li tagħmel l-intervista personali.

3.  L-intervista personali għandha ssir f'lingwa li l-applikant jifhem u li biha huwa jew hija jkun kapaċi jikkomunika. Intervisti ta' minorenni mhux akkompanjati għandhom jitwettqu b'mod adattat għat-tfal minn persunal mħarreġ u kwalifikat kif xieraq skont id-dritt nazzjonali u fil-preżenza tat-tutur u fejn applikabbli tar-rappreżentant legali tiegħu jew tagħha.

 

Fejn neċessarju, l-Istati Membri għandu jkollhom rikors għal interpretu kwalifikat, u fejn xieraq medjatur kulturali, li jkun jista' jiżgura l-komunikazzjoni xierqa bejn l-applikant u l-persuna li tagħmel l-intervista personali. L-applikant jista' jitlob li jiġi intervistat u megħjun minn persunal tal-istess sess, sakemm dan ikun possibbli.

Emenda     87

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-intervista personali għandha ssir f'kondizzjonijiet li jiżguraw il-kunfidenzjalità xierqa. Għandha ssir minn persuna kwalifikata skont id-dritt nazzjonali.

4.  L-intervista personali għandha ssir f'kondizzjonijiet li jiżguraw il-kunfidenzjalità xierqa. Għandha ssir minn persuna kwalifikata skont id-dritt nazzjonali. L-applikanti li huma identifikati li huma fil-bżonn ta' garanziji proċedurali speċjali jinħtieġ li jingħataw appoġġ adegwat, inkluż biżżejjed żmien, sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-preżentazzjoni effettiva tal-elementi kollha li jippermettu d-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-Istat Membru għandu jiżgura li jkun hemm fis-seħħ proċeduri operattivi standard xierqa sabiex ikun żgurat li jkunu ttieħdu miżuri ta' protezzjoni xierqa fir-rigward tal-applikanti li jinsabu f'riskju ta' sfruttament għal raġunijiet ta' traffikar tal-bnedmin jew ta' attivitajiet ta' kriminalità organizzata oħrajn.

Emenda     89

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istat Membru li jagħmel l-intervista personali għandu jagħmel taqsira bil-miktub tagħha li għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni prinċipali mogħtija mill-applikant fl-intervista. Din it-taqsira tista' tkun f'għamla ta' rapport jew għamla standard. L-Istat Membru għandu jiżgura li l-applikant u/jew il-konsulent legali jew kunsillier ieħor li qed jirrappreżenta lill-applikant ikollu aċċess f'waqtu għat-taqsira.

5.  L-Istat Membru li jagħmel l-intervista personali għandu jagħmel taqsira bil-miktub tagħha li għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni prinċipali mogħtija mill-applikant fl-intervista. L-elementi ewlenin li għandhom jiddaħħlu fis-sommarju, għandhom sal-aħħar tal-intervista jiġu verifikati mill-applikant u fejn rilevanti, mill-tutur u/jew ir-rappreżentant legali. Din it-taqsira għandha tieħu l-għamla ta' rapport. L-Istat Membru għandu jagħmel reġistrazzjoni awdjo tal-intervista. L-Istat Membru għandu jiżgura li l-applikant u/ jew it-tutur, il-konsulent legali li qed jirrappreżenta lill-applikant ikollu aċċess għat-taqsira mill-aktar fis possibbli wara l-intervista, u fi kwalunkwe każ qabel ma tittieħed deċiżjoni ta' trasferiment.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru fejn minorenni mhux akkumpanjat jkun obbligat li jibqa' għandu jiżgura li rappreżentant jirraprezenta u/jew jgħin lill-minorenni mhux akkompanjat fir-rigward tal-proċeduri rilevanti stabbiliti minn dan ir-Regolament. Ir-rappreżentant għandu jkollu l-kwalifiki u l-kompetenza esperta sabiex ikun żgurat li l-aħjar interessi tal-minuri jiġu kkunsidrati matul il-proċeduri mwettqin taħt dan ir-Regolament. Tali rappreżentant għandu jkollu aċċess għall-kontenut tad-dokumenti rilevanti fil-fajl tal-applikant inkluż il-fuljett speċifiku għall-persuni minorenni mhux akkumpanjati.

Kull Stat Membru fejn minorenni mhux akkumpanjat ikun preżenti għandu jiżgura li tutur jirrappreżenta u/jew jgħin lill-minorenni mhux akkompanjat fir-rigward tal-proċeduri kollha stabbiliti minn dan ir-Regolament. It-tutur għandu jkollu l-kwalifiki, it-taħriġ, il-kompetenza esperta u l-indipendenza sabiex ikun żgurat li l-aħjar interessi tal-minuri jiġu kkunsidrati matul il-proċeduri mwettqin skont dan ir-Regolament. Tali tutur għandu jkollu aċċess għall-kontenut tad-dokumenti rilevanti fil-fajl tal-applikant inkluż il-materjal ta' informazzjoni speċifiku għall-persuni minorenni mhux akkumpanjati. It-tutur għandu jkun maħtur malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar tard minn 24 siegħa mill-ifformular tal-applikazzjoni, u f'kull eventwalità qabel il-ġbir ta' data bijometrika skont l-Artikolu [10(1) jew 13(1)] tar-Regolament (UE) XXXX/XX/UE [Regolament Eurodac].

Emenda     91

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Sa fejn ikun possibbli, it-tutur għandu jkun involut fil-proċess li jistabbilixxi r-responsabbiltà tal-Istat Membru skont dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, it-tutur għandu jappoġġa lill-minorenni biex tingħata informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tal-aħjar interessi tagħhom skont il-paragrafu 3, inkluż l-eżerċitar tad-dritt tagħhom li jinstemgħu, u għandu jappoġġa l-involviment tal-minorenni ma' atturi oħra, bħal organizzazzjonijiet li jintraċċaw il-familji, fejn ikun xieraq għal dan il-għan u billi jitiqiesu l-obbligi tal-kunfidenzjalità tat-tfal.

 

 

 

It-tutur għandu jiżgura li l-minorenni jkollu aċċess għall-informazzjoni, il-parir u rappreżentanza legali li jikkonċernaw il-proċeduri skont dan ir-Regolament u għandu jżomm lill-minorenni infurmat dwar il-progress fil-proċeduri skont dan ir-Regolament li jikkonċernawh jew jikkonċernawha.

 

It-tutur għandu jkollu aċċess għall-kontenut tad-dokumenti rilevanti fil-fajl tal-minorenni inkluż il-materjal ta' informazzjoni speċifiku għall-minorenni mhux akkumpanjati u l-formoli previsti mill-Artikolu 6.

 

It-tuturi għandhom jirċievu taħriġ u appoġġ regolari biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

 

 

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-benessri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni, b'konsiderazzjoni partikolari għall-isfond tal-minorenni.

(b)  il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni, billi jitqies b'mod partikolari l-isfond etniku, reliġjuż, kulturali u lingwistiku tat-tifel jew tifla u billi jitqies ukoll il-bżonn għall-istabbiltà u t-tkomplija fl-arranġamenti għall-kura u l-kustodja tal-minorenni u l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa u tal-edukazzjoni;

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  konsiderazzjonijiet ta' sigurtà u sikurezza, b'mod partikolari fejn hemm riskju li l-minorennijkun vittma tat-traffikar tal-bnedmin;

(c)  konsiderazzjonijiet ta' sigurtà u sikurezza, b'mod partikolari fejn hemm riskju li l-minorenni jkun vittma ta' xi forma ta' vjolenza jew sfruttament, inkluż it-traffikar tal-bnedmin;

Emenda     94

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  sitwazzjonijiet ta' vulnerabbiltà, inkluż it-trawma, il-ħtiġijiet speċifiċi tas-saħħa u d-diżabbiltà

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  il-garanzija ta' trasferiment lil tutur maħtur fl-Istat Membru riċevitur;

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  l-informazzjoni pprovduta mill-tutur fl-Istat Membru fejn il-minorenni jkun preżenti.

Emenda     97

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt dc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc)  il-ħtieġa li deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-minorenni jiġu trattati bi prijorità;

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-evalwazzjoni tal-aħjar interessi tal-minorenni, id-dritt tal-minorenni li jinstema' għandu jkun garantit.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Qabel it-trasferiment ta' minorenni lejn l-Istat Membru responsabbli jew, fejn applikabbli, lejn l-Istat Membru ta' allokazzjoni, l-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jiżgura li l-Istat Membru responsabbli jew l-Istat Membru tal-allokazzjoni jieħu l-miżuri msemmija fl-Artikoli 14 u 24 tad-Direttiva 2013/33/UE u tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2013/32/UE mingħajr dewmien. Kwalunkwe deċiżjoni ta' trasferiment ta' minorenni mhux akkumpanjat għandu jkun preċedut minn valutazzjoni l-aħjar interessi tiegħu/tagħha. Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-fatturi elenkati fil-paragrafu 3. Il-valutazzjoni għandha ssir malajr minn persunal bil-kwalifiki u l-kompetenza esperta sabiex ikunu żgurati li jitqiesu l-aħjar interessi tal-minorenni.

4.  Qabel it-trasferiment ta' minorenni lejn l-Istat Membru responsabbli jew, fejn applikabbli, lejn l-Istat Membru ta' allokazzjoni, l-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jikseb garanziji f'kull każ individwali li l-Istat Membru responsabbli jew l-Istat Membru tal-allokazzjoni jieħu l-miżuri msemmija fl-Artikoli 14 u 24 tad-Direttiva 2013/33/UE u tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2013/32/UE mingħajr dewmien. Kwalunkwe deċiżjoni ta' trasferiment jew le ta' minorenni mhux akkumpanjat għandu jkun preċedut minn valutazzjoni multidixxiplinarja tal-aħjar interessi tiegħu/tagħha. Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-fatturi elenkati fil-paragrafu 3 u l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni dwar kull fattur għandhom jiġu ddikjarati b'mod ċar fid-deċiżjoni tat-trasferiment. Il-valutazzjoni għandha ssir malajr minn tim multidixxiplinari bil-kwalifiki u l-kompetenza esperta sabiex ikun żgurat li jitqiesu l-aħjar interessi tal-minorenni. Il-valutazzjoni multidixxiplinari għandha tinvolvi persunal kompetenti li jkollu kompetenza esperta fid-drittijiet tat-tfal u l-psikoloġija u l-iżvilupp tat-tfal u għandha minn tal-inqas tinkludi wkoll it-tutur tal-minorenni u l-konsulent legali.

Emenda     100

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10, l-Istat Membru fejn il-minorenni mhux akkumpanjat ikun iddepożitata l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandu, kemm jista' jkun malajr, jieħu azzjoni adatta biex jidentifika l-membri tal-familja jew qraba tal-minorenni mhux akkumpanjat fit-territorju tal-Istati Membri, filwaqt li jipproteġu l-aħjar interessi tat-tifel jew it-tifla.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 10 u 19, l-Istat Membru fejn il-minorenni mhux akkumpanjat ikun ressaq l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandu, kemm jista' jkun malajr, jieħu azzjoni adatta biex jidentifika l-membri tal-familja jew qraba tal-minorenni mhux akkumpanjat fit-territorju tal-Istati Membri, filwaqt li jipproteġi l-aħjar interessi tat-tifel jew it-tifla.

Emenda     101

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-persunal tal-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 47 li jittrattaw it-talbiet rigward il-persuni minorenni mhux akkumpanjati għandu jkun irċieva, u għandu jibqa' jirċievi taħriġ adatt rigward il-ħtiġijiet speċifiċi tal-minorenni.

Il-persunal tal-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 47 li jittrattaw it-talbiet rigward il-persuni minorenni mhux akkumpanjati għandu jkun irċieva, u għandu jibqa' jirċievi taħriġ adatt rigward il-ħtiġijiet speċifiċi tal-minorenni, inkluż it-taħriġ dwar id-drittijiet tat-tfal, u l-psikoloġija u l-iżvilupp tat-tfal. Tali taħriġ għandu jinkludi ukoll moduli dwar il-valutazzjoni tar-riskju u jiffoka fuq l-indukrar u l-protezzjoni skont il-bżonnijiet individwali tal-minorenni, b'attenzjoni partikolari fuq l-identifikazzjoni bikrija tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin u tal-abbużi, kif ukoll taħriġ fil-qasam tal-aħjar prattiki biex ikun evitat l-għajbien.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Qabel it-trasferiment ta' minorenni mhux akkompanjati, l-Istat Membru riċevitur għandu jaħtar tutur malajr kemm jista' jkun, iżda f'kull każ fi żmien ħamest ijiem ta' ħidma mill-konferma tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni dwar it-tutur maħtur mill-Istat Membru riċevitur lit-tutur attwali, flimkien mal-arranġamenti għat-trasferiment.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 57, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu, bi qbil ma' dan l-Artikolu, ir-regoli u l-proċeduri fir-rigward tal-kooperazzjoni transnazzjonali għall-valutazzjonijiet fir-rigward tal-aħjar interessi tat-tfal.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Spejjeż tal-akkoljenza

 

1.   L-ispejjeż ta' akkoljenza ta' applikant li jinħarġu minn Stat Membru determinanti, miż-żmien meta tkun ġiet reġistrata l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, sat-trasferiment tal-applikant lejn l-Istat Membru responsabbli, jew sakemm l-Istat Membru determinanti jassumi r-responsabbiltà għall-applikant, għandhom jintraddu lura mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

 

2.   L-ispejjeż ta' akkoljenza mwettqa minn Stat Membru fejn jitqies li applikant hu manifestament improbabbli li jikkwalifika bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 9 għandhom jintraddu lura mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Emenda     105

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-kriterji li jiddeterminaw l-Istat Membru responsabbli għandhom ikunu applikati darba biss fl-ordni li fiha huma ddikjarati f'dan il-Kapitolu.

1.  Il-kriterji li jiddeterminaw l-Istat Membru responsabbli għandhom ikunu applikati darba biss fl-ordni li fiha huma ddikjarati fil-Kapitoli III u IV.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istat Membru responsabbli skont il-kriterji stabiliti f'dan il-Kapitlu għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tas-sitwazzjoni eżistenti meta l-applikant iddepożita għall-ewwel darba l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tiegħu jew tagħha għand Stat Membru.

2.  L-Istat Membru responsabbli skont il-kriterji stabiliti f'dan il-Kapitlu għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tas-sitwazzjoni eżistenti meta l-applikant iddepożita għall-ewwel darba l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tiegħu jew tagħha għand Stat Membru bi qbil mal-Artikolu [28] tar-Regolament (UE) xxx/xxxx [Regolament dwar il-Proċeduri tal-Asil]).

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Jekk l-awtorità responsabbli fl-Istat Membru determinanti, wara li twettaq l-intervista personali prevista milll-Artikolu 7, tikkonkludi li l-Istat Membru responsabbli ma jkunx jista' jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-Artikolu 10, 11, 12, 13 jew 18, u jekk l-applikant mhuwiex fil-bżonn ta' garanziji proċedurali speċifiċi bi qbil mal-Artikolu [19] tar-Regolament (UE) XXX/XXX [Regolament dwar il-Proċeduri tal-asil], l-Istat Membru determinanti għandu, qabel ma japplika kwalunkwe wieħed mill-kriterji l-oħra bi qbil mal-Kapitolu III jew IV, jeżamina jekk, prima facie, meta jippreżenta l-applikazzjoni, l-applikant qajjimx biss kwistjonijiet li mhumiex relevanti għall-eżami dwar jekk huwa/hija jikkwalifikax/tikkwalifikax bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali bi qbil mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Kwalifika]; u jekk ma tingħata jew tiġi magħmula disponibbli l-ebda informazzjoni oħra li tindika li hu jew hi jistgħu jikkwalifikaw bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali lill-Istat Membru determinanti, biex b'hekk it-talba tiegħu jew tagħha ta' kwalifika għal protezzjoni internazzjonali ma tkunx konvinċenti.

 

F'dan il-każ, l-applikant għandu jiġi kkunsidrat bħala manifestament improbabbli li jikkwalifika bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali u l-Istat Membru determinanti għandu jitqies bħala l-Istat Membru responsabbli, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu [37] tar-Regolament (UE) XXX/XXX [Regolament dwar il-Proċeduri tal-asil].

Emenda     108

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istat Membru responsabbli għandu jkun dak fejn membru tal-familja tal-minorenni mhux akkumpanjat ikun legalment preżenti, sakemm dan ikun fl-aħjar interessi tal-minorenni. Fejn l-applikant ikun minorenni miżżewweġ li l-konjuġi tiegħu ma jkunx legalment preżenti fit-territorju tal-Istati Membri, l-Istat Membru responsabbli għandu jkun l-Istati Membru fejn il-missier, l-omm, jew adult ieħor responsabbli għall-minuri, kemm jekk permezz tal-liġi jew bil-prattika ta' dak l-Istat Membru, jew ħu jew oħtu jkunu legalment preżenti

2.  L-Istat Membru responsabbli għandu jkun dak fejn membru tal-familja tal-minorenni mhux akkumpanjat ikun legalment preżenti, sakemm ma jintweriex li dan mhuwiex fl-aħjar interessi tal-minorenni. Fejn l-applikant ikun minorenni, l-Istat Membru responsabbli għandu jkun l-Istati Membru fejn il-missier, l-omm, jew adult ieħor responsabbli għall-minuri, kemm jekk permezz tal-liġi jew bil-prattika ta' dak l-Istat Membru, jew ħu jew oħtu jkunu legalment preżenti

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn l-applikant huwa minorenni mhux akkumpanjat li għandu qarib li huwa legalment preżenti fi Stat Membru ieħor u fejn ikun stabbilit, abbażi ta' eżami individwali, li l-qarib jista' jieħu ħsiebu jew ħsiebha, dak l-Istat Membru għandu jgħaqqad il-minorenni mal-qarib tiegħu jew tagħha u għandu jkun l-Istat Membru responsabbli, sakemm dan ikun fl-aħjar interessi tal-minorenni.

3.  Fejn l-applikant għandu qarib li huwa legalment preżenti fi Stat Membru ieħor u fejn ikun stabbilit, abbażi ta' eżami individwali, li l-qarib jista' jieħu ħsiebu jew ħsiebha, dak l-Istat Membru għandu jgħaqqad il-minorenni mal-qarib tiegħu jew tagħha u għandu jkun l-Istat Membru responsabbli, sakemm ma jintweriex li dan ma jkunx fl-aħjar interessi tal-minorenni.

Emenda     110

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fl-assenza ta' membru tal-familja jew qarib kif imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3, l-Istat Membru responsabbli għandu jkun dak fejn il-minorenni mhux akkumpanjat jkun iddepożita l-ewwel l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha għall-protezzjoni internazzjonali, sakemm ma jkunx muri li dan mhux fl-aħjar interess tal-persuna minorenni.

5.  Fl-assenza ta' membru tal-familja jew qarib kif imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3, u jekk ma jkun japplika ebda kriterju ieħor stabbilit fil-Kapitolu III u IV, b'mod partikolari l-Artikolu 19, l-Istat Membru responsabbli għandu jiġi ddeterminat mill-mekkaniżmu ta' allokazzjoni stabbilit fil-Kapitolu VII, sakemm il-minorenni dejjem jingħata l-għażla bejn l-Istati Membri ta' allokazzjoni possibbli bi qbil mal-Artikolu 36(1c). Jinħtieġ li kwalunkwe deċiżjoni dwar l-Istat Membru responsabbli tkun ippreċeduta minn valutazzjoni multidixxiplinari tal-aħjar interessi tal-minorenni, inkluż fil-każ ta' allokazzjoni.

Emenda     111

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Meta minorenni jkun akkumpanjat minn ġenitur wieħed, ħutu adulti jew adult responsabbli ieħor għall-minorenni, kemm jekk skont il-liġi jew inkella skont il-prattika ta' dak l-Istat Membru, u ġenitur wieħed jew adult ieħor responsabbli għall-minorenni, kemm jekk skont il-liġi jew inkella skont il-prattika ta' dak l-Istat Membru, ikun preżenti legalment fi Stat Membru, l-Istat Membru responsabbli għandu jkun dak fejn huwa legalment preżenti l-ġenitur jew adult ieħor responsabbli għall-minorenni, sakemm dan ikun fl-aħjar interessi tal-minorenni.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Membri tal-familja li huma benefiċarji tal-protezzjoni internazzjonali

Membri tal-familja li jirrisjedu b'mod legali fi Stat Membru

Emenda     113

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn l-applikant għandu membru tal-familja, bla ma jitqies jekk il-familja kenitx ifformata qabel fil-pajjiż ta' oriġini jew le, li kien tħalla jirrisjedi bħala benefiċarju ta' protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, sakemm il-persuni kkonċernati esprimew ix-xewqa tagħhom bil-miktub.

Fejn l-applikant għandu membru tal-familja, bla ma jitqies jekk il-familja kenitx ifformata qabel fil-pajjiż ta' oriġini jew le, li jirrisjedi legalment fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, sakemm il-persuni kkonċernati jkunu esprimew ix-xewqa tagħhom bil-miktub.

Emenda     114

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ir-responsibbiltà biex ikunu eżaminati applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali għall-membri tal-familja kollha u/jew aħwa minorenni mhux miżżewġin għandha tkun tal-Istat Membru li l-kriterji juru li hu responsabbli biex jieħu inkarigu tal-akbar numru tagħhom;

(a)  ir-responsibbiltà biex ikunu eżaminati applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali għall-membri tal-familja kollha għandha tkun tal-Istat Membru li l-kriterji juru li hu responsabbli biex jieħu inkarigu tal-akbar numru tagħhom;

Emenda     115

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn applikant ikun fil-pussess ta' dokument ta' residenza validu jew dokument ta' residenza li skada inqas minn sentejn qabel għamel l-ewwel applikazzjoni , l-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

1.  Fejn applikant ikun fil-pussess ta' dokument ta' residenza validu jew dokument ta' residenza li skada qabel għamel l-ewwel applikazzjoni, l-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

Emenda     116

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn l-applikant ikun fil-pussess ta' viża valida jew viża li tkun skadiet inqas minn sitt xhur qabel għamel l-ewwel applikazzjoni , l-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, sakemm il-viża ma tkunx inħarġet f'isem Stat Membru ieħor taħt arranġament ta' rappreżentanza kif stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill . F'każ bħal dan, l-Istat Membru rappreżentat għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

2.  Fejn l-applikant ikun fil-pussess ta' viża valida jew viża li tkun skadiet qabel għamel l-ewwel applikazzjoni, l-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, sakemm il-viża ma tkunx inħarġet f'isem Stat Membru ieħor taħt arranġament ta' rappreżentanza kif stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25 . F'każ bħal dan, l-Istat Membru rappreżentat għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

_________________

_________________

25 Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta'Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi, ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1.

25 Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi, ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Il-kwistjoni ta' diplomi akkademiċi jew professjonali

 

1.   Fejn l-applikant ikun fil-pussess ta' diploma jew kwalifika oħra maħruġa minn istituzzjoni edukattiva stabbilita fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

 

F'dan il-kuntest istituzzjoni edukattiva tfisser kwalunkwe tip ta' istituzzjoni edukattiva rikonoxxuta jew ikkunsidrata bħala tali skont il-liġi nazzjonali li, f'konformità mal-liġi jew il-prattika nazzjonali, toffri lawrji ta' edukazzjoni għolja rikonoxxuti jew kwalifiki oħra f'livell terzjarju rikonoxxuti, ikun xi jkun jisimhom tali istituzzjonijiet, jew kwalunkwe istituzzjoni li, f'konformità mal-liġi jew prattika nazzjonali, toffri edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali f'livell terzjarju;

 

Għall-fini ta' dan l-Artikolu biss, diplomi jew kwalifiki oħra mogħtija bħala riżultat tal-parteċipazzjoni tal-applikant f'istituzzjoni edukattiva fit-territorju tal-Istat Membru għandhom jiġu kkunsidrati rilevanti għall-fini tal-valutazzjoni tal-Istat Membru responsabbli. It-taħriġ onlajn jew forom oħra ta' tagħlim mill-bogħod ma għandhomx jitqiesu bħala rilevanti.

 

2.   Fejn l-applikant ikun fil-pussess ta' aktar minn diploma waħda jew kwalifika oħra maħruġa minn istituzzjoni edukattiva stabbilita fi Stati Membri differenti, l-Istat Membru li fih tkun inħarġet l-aktar diploma jew kwalifika reċenti għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali.

Emenda     118

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn ikun stabbilit, fuq il-bażi ta' prova jew xhieda ċirkostanzjali kif deskritt fiż-żewġ listi msemmija fl-Artikolu 25(4) ta' dan ir-Regolament, inklużi d-data li jirreferi għalihom ir-Regolament [Proposta għal Regolament li jfassal mill-ġdid ir-Regolament (UE) Nru 603/2013], li applikant ikun qasam b'mod irregolari l-konfini għal ġo Stat Membru bl-art, bil-baħar jew bl-ajru wara li jkun ġie minn pajjiż terz, l-Istat Membru hekk ippenetrat għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

imħassar

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Meta ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat Stat Membru responsabbli skont il-kriterji preċedenti stabbiliti fil-Kapitolu III jew IV, l-Istat Membru responsabbli għandu jiġi ddeterminat bil-mekkaniżmu ta' allokazzjoni stabbilit fil-Kapitolu VII ta' dan ir-Regolament.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Meta ma jkunx possibbli li jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli bi qbil mal-kriterji l-oħra tal-Kapitlu III jew l-Artikolu 18, u fejn jiġi stabbilit, fuq il-bażi ta' prova jew ta' provi indizjarji, li applikant qasam il-fruntiera fl-Istat Membru fejn ġiet iddepożitata l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali wara li daħal minn Stat Membru ieħor, l-Istat Membru responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandu jiġi ddeterminat skont il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 24c.

Emenda     121

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 16

imħassar

Dħul b'rinuzja għall-viża

 

Jekk ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida jidħol fit-territorju ta' Stat Membru li fih il-ħtieġa li jkollu viża tkun irrinunzjata, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tiegħu.

 

Emenda     122

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

imħassar

Applikazzjoni għal żona ta' transitu internazzjonali f'ajruport

 

Fejn l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali issir fiż-żona internazzjonali ta' transitu ta' ajruport ta' Stat Membru minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni.

 

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn, minħabba tqala, tarbija tat-twelid, mard serju, diżabilità severa jew xjuħija, applikant ikun jiddependi fuq l-assistenza ta' uliedu jew uliedha, ħuh/oħtu jew ġenitur legalment residenti f'wieħed mill-Istati Membri, jew fejn il-wild tiegħu/tagħha, ħuh/oħtu jew ġenitur legalment residenti f'wieħed mill-Istati Membri ikunu jiddependu mill-assistenza tal-applikant, l-Istati Membri għandhom normalment iħallu jew iġibu flimkien l-applikant ma' dak il-wild, ħu/oħt jew ġenitur, sakemm ir-rabtiet tal-familja kienu jeżistu fil-pajjiż tal-oriġni jew l-applikant ikun jista' jieħu ħsieb il-persuna dipendenti u li l-persuni kkonċernati jkunu esprimew ix-xewqa tagħhom bil-miktub.

1.  Fejn, minħabba tqala, tarbija tat-twelid, mard serju, diżabbiltà severa, trawma serja jew xjuħija, applikant ikun jiddependi fuq l-assistenza ta' uliedu jew uliedha, ħuh/oħtu jew ġenitur legalment residenti f'wieħed mill-Istati Membri, jew fejn il-wild tiegħu/tagħha, ħuh/oħtu jew ġenitur legalment residenti f'wieħed mill-Istati Membri ikunu jiddependu mill-assistenza tal-applikant, l-Istati Membri għandhom normalment iħallu jew iġibu flimkien l-applikant ma' dak il-wild, ħu/oħt jew ġenitur, sakemm ir-rabtiet tal-familja diġà kienu jeżistu qabel ma l-applikant wasal fit-territorju tal-Istati Membri, dawk il-wild, wieħed/waħda mill-aħwa jew il-ġenitur jew l-applikant ikunu jistgħu jieħdu ħsieb il-persuna dipendenti u li l-persuni kkonċernati jkunu esprimew ix-xewqa tagħhom bil-miktub.

Emenda     124

Proposta għal regolament

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

 

Sponsorizzazzjoni

 

1.   Stat Membru jista' jipprovdi għal organizzazzjonijiet li jkunu ġew approvati minn dak l-Istat Membru skont ir-rekwiżiti speċifiċi dwar il-prevenzjoni ta' abbuż u t-traffikar tal-bnedmin previsti fil-liġi nazzjonali li jkollhom il-possibbiltà li jsiru l-isponsor ta' applikant li jkun ippreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni. L-organizzazzjoni li tisponsorja applikant għandha tipprovdi għat-trasferiment ta' dan jew din u għas-soġġorn tiegħu/tagħha fl-Istat Membru fejn hu stabbilit l-isponsor, sakemm tiġi adottata deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni tiegħu/tagħha għall-protezzjoni internazzjonali.

 

2.   Fuq il-bażi ta' talba bil-miktub mill-isponsor, bl-aċċettazzjoni tal-applikant, l-Istat Membru determinanti għandu jinnotifika lill-Istat Membru fejn hu stabbilit l-isponsor il-ftehim tal-isponsorizzazzjoni bejn l-organizzazzjoni u l-applikant. Jekk l-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni hi stabbilita jaċċetta li jieħu inkarigu tal-applikant, dan għandu jsir l-Istat Membru responsabbli u l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tingħadd fl-għadd ta' referenza tiegħu kif definit fl-Artikolu 35.

 

3.   Att delegat adottat skont il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 57(2), għandu jiddetermina l-formalitajiet u r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà li jrid jissodisfa sponsor u l-arranġamenti neċessarji l-oħra.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3(1), u biss sakemm ma jkun ġie ddeterminat l-ebda Stat Membru responsabbli kull Stat Membru jista' jiddeċiedi li jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għandu minn ċittadin ta' pajjiż terz jew apolidu abbażi ta' raġunijiet familjali fir-rigward tal-familja usa' mhux koperta mill-Artikolu 2(g) , ukoll jekk it-tali eżami ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tiegħu taħt il-kriterji preskritti f'dan ir-Regolament.

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3(1), kull Stat Membru jista' jiddeċiedi li jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għandu minn ċittadin ta' pajjiż terz jew apolidu, ukoll jekk it-tali eżami ma jaqax taħt ir-responsabilità tiegħu taħt il-kriterji preskritti f'dan ir-Regolament.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L- Istat Membru li jiddeċiedi li jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont dan il-paragrafu għandu jsir l-Istat Membru responsabbli u għandu jassumi l-obbligi assoċjati ma' dik ir-responsabbiltà. Fejn jixraq, huwa għandu jgħarraf, lill-Istat Membru li qabel kien responsabbli, l-Istat Membru li jmexxi proċedura biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli jew l-Istat Membru li kien intalab biex jinkariga ruħu mill-applikant.

L-Istat Membru li jiddeċiedi li jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont dan il-paragrafu għandu jsir l-Istat Membru responsabbli u għandu jassumi l-obbligi assoċjati ma' dik ir-responsabilità. Fejn jixraq, huwa għandu, bl-uża tan-netwerk ta' komunikazzjoni elettronika 'DubliNet' stabbilit skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1560/2003, jgħarraf lill-Istat Membru li qabel kien responsabbli, l-Istat Membru li jmexxi proċedura biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli jew l-Istat Membru li kien intalab biex jinkariga ruħu mill-applikant.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Applikant jista' jitlob lill-Istat Membru li fih l-applikazzjoni tiegħu/tagħha għall-protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata biex japplika dan il-paragrafu. Tali talba għandha tkun bil-miktub u għandha tkun motivata b'mod xieraq.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru li fih issir l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u li jkun għaddej mill-proċess biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli jista', fi kwalunkwe ħin qabel ma jkun ġie ddeterminat Stat Membru responsabbli , jitlob Stat Membru ieħor biex jieħu f'idejh l-applikazzjoni sabiex jġib flimkien kwalunkwe relazzjonijiet familjari, ukoll fejn dan l-Istat Membru l-ieħor mhux responsabbli skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 13 u 18. Il-persuni kkonċernati għandhom juru li jaqblu bil-miktub.

L-Istat Membru li fih issir l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u li jkun għaddej mill-proċess biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli, jew l-Istat Membru responsabbli, jista', fi kwalunkwe ħin qabel ma tittieħed l-ewwel deċiżjoni rigward is-sustanza, jitlob lil Stat Membru ieħor jieħu f'idejh applikant sabiex iġib flimkien kwalunkwe relazzjoni familjari, għal raġunijiet umanitarji bbażati b'mod partikolari fuq rabtiet familjari, kulturali jew soċjali jew tal-ħiliet tal-lingwa jew rabtiet sinifikanti oħra li jiffaċilitaw l-integrazzjoni tiegħu f'dak l-Istat Membru l-ieħor, ukoll fejn dan l-Istat Membru l-ieħor mhux responsabbli skont il-kriterji stabbiliti fil-Kapitli III u IV. Il-persuni kkonċernati għandhom juru li jaqblu bil-miktub.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Applikant jista' jitlob lil Stat Membru fejn l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata biex jiġi applikat il-paragrafu 2. Tali talba għandha ssir bil-miktub, u għandha tkun debitament motivata u għandha tiġi indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti li jiddeterminaw l-Istat Membru li quddiemu tkun ġiet iddepożitata l-applikazzjoni. Applikant li jirrappreżenta riskju ta' sigurtà jew li jkun meqjus manifestament improbabbli li jikkwalifika bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali ma għandux ikun intitolat biex hu jew hi jibbenefikaw minn din il-proċedura.

 

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru determinati għandhom jiżguraw li t-talba kif insemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli fl-Istat Membru mitlub mill-applikant permezz tan-netwerk tal-komunikazzjoni elettronika DubliNet stabbilit skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1560/2003.

 

L-Istat Membru li tkun saritlu t-talba għandu jindika, fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċievi t-talba, jekk għandux l-intenzjoni li jassumi r-responsabilità tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. L-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jista' jestendi l-iskadenza b'ġimagħtejn addizzjonali jekk l-Istat Membru fejn tkun ġiet iddepożitata l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali bil-miktub jiġi nnotifikat permezz tan-netwerk tal-komunikazzjoni elettronika DubliNet. Jekk ma tasalx tweġiba fi żmien dik l-iskadenza, it-talba għandha titqies li kienet miċħuda u l-Istat Membru fejn l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata għandu jkompli fuq id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fil-Kapitoli III u IV. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 jew 2, l-applikanti ma għandhomx ikunu intitolati jużaw din il-proċedura aktar minn darba.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Fejn l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jaċċetta t-talba skont il-paragrafu 2a, dan għandu jsir l-Istat Membru responsabbli. L-Istat Membru li fih tkun ġiet iddepożitata l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandu jiżgura li l-applikant jiġi trasferit għall-Istat Membru responsabbli.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Amendment

 

2c.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tfassal formola komuni li għandha tintuża għall-iskop tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 2a. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2).

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jieħu inkarigu, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikoli 24, 25 u 30, ta' applikant li jkun iddepożita applikazzjoni fi Stat Membru differenti;

(a)  jieħu inkarigu, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikoli 24, 24c, 25 u 30, ta' applikant li jkun iddepożita applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru differenti;

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'sitwazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-Istat Membru responsabbli għandu jeżamina jew ilesti l-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

2.  F'sitwazzjoni msemmija fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1, l-Istat Membru responsabbli għandu jeżamina jew ilesti l-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  F'sitwazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-Istat Membru responsabbli għandu jeżamina jew ilesti l-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali bi proċedura aċċellerata skont l-Artikolu 31 il-paragrafu 8 tad-Direttiva 2013/32/UE.

imħassar

Emenda     135

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  F'sitwazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, l-Istat Membru responsabbli għandu jitratta kwalunkwe rappreżentazzjoni oħra jew applikazzjoni ġdida mill-applikant bħala applikazzjoni sussegwenti skont id-Direttiva 2013/32/UE.

imħassar

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  F'sitwazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1, id-deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet responsabbli tal-Istat Membru responsabbli li jiċħdu l-applikazzjoni ma għandhiex tibqa' soġġetta għal rimedju skont il-qafas tal-Kapitolu V tad-Direttiva 2013/32/UE.

5.  F'sitwazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1, fejn l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tkun ġiet irrifjutata biss fl-ewwel istanza, l-Istat Membru responsabbli għandu jiżgura li l-persuna kkonċernata għandha jew kellha l-opportunità li tfittex rimedju effettiv, skont l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32/UE.

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Istat Membru responsabbli għandu jindika fil-fajl elettroniku msemmi fl-Artikolu 22(2) il-fatt li huwa hu l-Istat Membru responsabbli.

7.  L-Istat Membru responsabbli għandu, fejn applikabbli, jindika fil-fajl elettroniku msemmi fl-Artikolu 22(2) il-fatt li huwa hu l-Istat Membru responsabbli.

Emenda     138

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-proċess biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli għandu jibda hekk kif applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tkun iddepożitata għall-ewwel darba għand Stat Membru , sakemm l-Istat Membru tal-ewwel applikazzjoni ma jkunx diġà l-Istat Membru responsabbli skont l-Artikolu 3(4) jew (5) . jew (5) .

1.  Il-proċess biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli għandu jibda hekk kif applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tkun irreġistrata l-ewwel għand Stat Membru , sakemm l-Istat Membru tal-ewwel applikazzjoni ma jkunx diġà l-Istat Membru responsabbli skont l-Artikolu 3(5) .

Emenda     139

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha titqies li kienet iddepożitata meta formola sottomessa mill-applikant jew rapport ippreparat mill-awtoritajiet ikun wasal għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. Fejn applikazzjoni ma ssirx bil-miktub, iż-żmien li jgħaddi bejn id-dikjarazzjoni ta' intenzjoni u l-preparazzjoni ta' rapport għandu jkun kemm jista' jkun qasir.

imħassar

Emenda     140

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Applikant li jkun preżenti fi Stat Membru ieħor mingħajr dokument ta' residenza jew li hemm iddepożita applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali wara li jirtira l-ewwel applikazzjoni tiegħu magħmula fi Stat Membru ieħor matul il-proċess li jiddetermina l-Istat Membru responsabbli għandu jittieħed lura, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikoli 26 u 30, mill-Istat Membru li għandu l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet l-ewwel iddepożitata.

5.  Applikant li jkun preżenti fi Stat Membru ieħor mingħajr dokument ta' residenza jew li hemm iddepożita applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali wara li jirtira l-ewwel applikazzjoni tiegħu magħmula fi Stat Membru ieħor matul il-proċess li jiddetermina l-Istat Membru responsabbli għandu jittieħed lura, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikoli 26 u 30, mill-Istat Membru li għandu l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet l-ewwel iddepożitata, bil-ħsieb li jtemm il-proċess li jiddetermina l-Istat Membru responsabbli.

Emenda     141

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fejn applikabbli, ħoloq għall-applikazzjonijiet ta' membri tal-familja jew qraba li jkunu qed jivvjaġġaw flimkien;

(b)  fejn applikabbli, ħoloq għall-applikazzjonijiet ta' membri tal-familja, qraba jew gruppi ta' massimu ta' 30 applikanti li jitolbu biex jiġu rreġistrati bħala persuni li jkunu qed jivvjaġġaw flimkien, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' eżami individwali ta' kull applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u b'attenzjoni partikulari lill-applikanti li jesprimu sinjali ta' koerċizzjoni, vjolenza jew abbuż;

Emenda     142

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Malli tiġi rreġistrata l-informazzjoni skont il-paragrafu 1, is-sistema awtomatika msemmija fl-Artikolu 44 għandha tirreġistra kull applikazzjoni b'numru tal-applikazzjoni uniku, toħloq fajl elettroniku għal kull applikazzjoni u tikkomunika n-numru tal-applikazzjoni uniku lill-Istat Membru tal-applikazzjoni.

2.  Malli tiġi rreġistrata l-informazzjoni skont il-paragrafu 1, is-sistema awtomatika msemmija fl-Artikolu 44 għandha tirreġistra kull applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali b'numru tal-applikazzjoni uniku, toħloq fajl elettroniku għal kull applikazzjoni u tikkomunika n-numru tal-applikazzjoni uniku lill-Istat Membru tal-applikazzjoni. Id-data personali li tinsab fin-numru uniku tal-applikazzjoni kif ukoll fil-fajl elettroniku għandha tintuża biss għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) xxx/xxx [Proposta għal Regolament li jfassal mill-ġdid ir-Regolament (UE) Nru 603/2013].

Emenda     143

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istat Membru fejn tkun ġiet iddepożitata l-applikazzjoni għandu jfittex fil-VIS skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008. Meta hit fil-VIS tindika li l-applikant huwa fil-pussess ta' viża valida jew viża li skadiet inqas minn sitt xhur qabel iddepożita l-ewwel applikazzjoni, l-Istat Membru għandu jindika n-numru tal-applikazzjoni tal-viża u l-Istat Membru li l-awtorità tiegħu tkun ħarġet jew estendiet il-viża u jekk il-viża tkunx inħarġet f'isem Stat Membru ieħor.

5.  L-Istat Membru fejn tkun ġiet iddepożitata l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandu jfittex fil-VIS skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008. Meta hit fil-VIS tindika li l-applikant huwa fil-pussess ta' viża valida qabel iddepożita l-ewwel applikazzjoni, l-Istat Membru għandu jindika n-numru tal-applikazzjoni tal-viża u l-Istat Membru li l-awtorità tiegħu tkun ħarġet jew estendiet il-viża u jekk il-viża tkunx inħarġet f'isem Stat Membru ieħor.

Emenda     144

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  l-għadd totali tal-applikazzjonijiet aċċettati ddepożitati fl-Unjoni;

Emenda     145

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  l-għadd totali ta' applikazzjonijiet aċċettati ddepożitati f'kull Stat Membru;

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  fejn il-mekkaniżmu tal-allokazzjoni skont il-Kapitolu VII japplika, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 36(4) u fil-punt (h) tal-Artikolu 39.

(h)  l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 38 u fil-punt (h) tal-Artikolu 39.

Emenda     147

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn Stat Membru li għandu kienet iddepożitata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jikkunsidra li Stat Membru ieħor huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni, għandu , kemm jista' jkun malajr u f'kull każ fi żmien xahar mid-data li fiha l-applikazzjoni kienet iddepożitata fit-tifsira tal-Artikolu 21(2), jitlob lill-Istat Membru l-ieħor biex jieħu inkarigu tal-applikant.

Fejn Stat Membru li għandu kienet iddepożitata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jikkunsidra li Stat Membru ieħor huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni, għandu, kemm jista' jkun malajr u f'kull każ fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni kienet iddepożitata fit-tifsira tal-Artikolu 21(2), jitlob lill-Istat Membru l-ieħor biex jieħu inkarigu tal-applikant.

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minkejja l-ewwel subparagrafu, f'każ ta' “hit” mill-Eurodac b'data rreġistrata skont l-Artikolu 13 tar-Regolament [Proposta għal Regolament li jfassal mill-ġdid ir-Regolament (UE) Nru 603/2013] jew tal-“hit” mill-VIS b'data rreġistrata skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 767/2008 , it-talba għandha tintbagħat fi żmien ġimgħatejn minn meta tiġi riċevuta l-“hit” .

Minkejja l-ewwel subparagrafu, f'każ ta' “hit” mill-Eurodac b'data rreġistrata skont l-Artikolu 13 tar-Regolament [Proposta għal Regolament li jfassal mill-ġdid ir-Regolament (UE) Nru 603/2013] jew tal-“hit” mill-VIS b'data rreġistrata skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 767/2008 , it-talba għandha tintbagħat fi żmien xahar minn meta tiġi riċevuta l-“hit” .

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fir-rigward tal-minorenni, sabiex jiġu kkalkulati l-iskadenzi msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu, iż-żmien għandu jibda jiddekorri meta l-kustodju jkun inħatar u meta l-valutazzjoni tal-aħjar interessi skont l-Artikolu 8(3) tkun ġiet konkluża.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 24a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 24a

 

Il-proċedura ta' riunifikazzjoni tal-familja

 

1.  L-Istat Membru determinanti għandu jkun responsabbli mit-twettiq ta' proċedura speċjali tar-riunifikazzjoni tal-familja għall-applikant biex jiġu żgurati riunifikazzjoni tal-familja veloċi u aċċess rapidu għall-proċeduri tal-asil għall-applikanti fejn ikun hemm, prima facie, biżżejjed indikaturi li juru li x'aktarx dawn ikollhom id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja skont l-Artikoli 10, 11, 12 jew 13.

 

2.  Biex jiġi stabbilit jekk ikunx hemm biżżejjed indikaturi li l-applikant għandu membri u/jew qraba tal-familja fl-Istat Membru li tiddikjara, l-Istat Membru determinanti għandu jiżgura li l-applikant ikun fehem id-definizzjoni applikabbli tal-membri tal-familja u/jew tal-qraba u jiżgura li l-applikant ikun ċert li l-allegati membri tal-familja u/jew qraba mhumiex preżenti fi Stat Membru ieħor. L-Istat Membru determinanti għandu jiżgura wkoll li l-applikant jifhem li mhuwiex se jitħalla jibqa' fl-Istat Membru fejn jiddikjara li għandu membri tal-familja u/jew qraba diment li tali talba tkun tista' tiġi vverifikata minn dak l-Istat Membru. Jekk l-informazzjoni pprovduta mill-applikant ma tagħtix raġunijiet manifesti biex tiġi ddubitata l-preżenza tal-membri tal-familja u/jew tal-qraba fl-Istat Membru indikat mill-applikant, għandu jiġi konkluż li, prima facie, hemm biżżejjed indikazzjonijiet li l-applikant għandu membri tal-familja u/jew qraba f'dak l-Istat Membru sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 1.

 

L-awtoritajiet kompetenti mill-Istat Membru fejn l-applikant jiddikjara li għandu membri tal-familja u/jew qraba preżenti għandhom jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti mill-Istat Membru determinanti billi jwieġbu kwalunkwe mistoqsija li l-għan tagħha jkun li tikkjarifika jekk l-allegati rabtiet tal-familja humiex korretti.

 

3.  Jekk jiġi stabbilit li, skont il-paragrafi 1 u 2, applikant x'aktarx għandu, prima facie, id-dritt tar-riunifikazzjoni tal-familja skont l-Artikolu 10, 11, 12 jew 13, l-Istat Membru determinanti għandu jinnotifika lill-Istat Membru tal-allokazzjoni dwar dan u l-applikant għandu jiġi trasferit lejn dak l-Istat Membru.

 

4.  L-Istat Membru determinanti għandu jittrasferixxi l-informazzjoni kollha provduta mill-applikant lill-Istat Membru ta' allokazzjoni permezz tan-netwerk tal-komunikazzjoni elettronika DubliNet stabbilit skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1560/2003.

 

5.  Bi qbil mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 3, l-Istat Membru ta' allokazzjoni għandu jiddetermina jekk il-kundizzjonijiet għal riunifikazzjonijiet tal-familja skont l-Artikolu 10, 11, 12 jew 13 humiex issodisfati. F'dan il-każ, l-Istat Membru ta' allokazzjoni għandu jsir l-Istat Membru responsabbli.

 

6.  Jekk jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja ma ġewx issodisfati, l-Istat Membru ta' allokazzjoni għandu jiżgura li l-applikant jiġi rilokat lejn Stat Membru responsabbli ieħor skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24a.

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 24b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 24b

 

Proċedura ħafifa għall-Artikoli 14 u 14a

 

1.  L-Istat Membru determinanti għandu malajr jiddetermina l-Istat Membru ta' allokazzjoni meta jkun hemm, prima facie, biżżejjed indikaturi li juru li l-applikant għandu rabtiet sinifikanti skont l-Artikolu 14 jew 14a ma' Stat Membru partikolari, għajr l-Istat Membru determinanti.

 

2.  Fl-istabbiliment ta' jekk hemmx biżżejjed indikaturi li juru li l-applikant għandu rabtiet sinifikanti ma' Stat Membru partikolari skont l-Artikolu 14 jew 14a, l-Istat Membru determinanti għandu jibbaża l-evalwazzjoni tiegħu fuq evidenza u informazzjoni oħra pprovduta mill-applikant u għandu jikkonsulta bażijiet tad-data rilevanti tal-Unjoni. L-Istat Membru determinanti għandu jiżgura wkoll li l-applikant jifhem li mhuwiex se jitħalla jibqa' fl-Istat Membru ta' allokazzjoni diment li l-evidenza u l-informazzjoni provduti jistgħu jiġu vverifikati minn dak l-Istat Membru. Jekk l-informazzjoni pprovduta mill-applikant, jew miġbura permezz ta' bażijiet tad-data rilevanti tal-Unjoni, ma jagħtix lok għal raġunijiet ta' dubju manifest li l-Artikolu 14 jew 14a japplikaw għal Stat Membru partikolari, l-Istat Membru determinanti għandu jikkonkludi li, prima facie, hemm biżżejjed indikaturi li juru li r-rabtiet inkwistjoni jissodisfaw il-ħtiġiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

 

L-awtoritajiet kompetenti mill-Istat Membru fejn l-applikant jista' jkollu rabta skont l-Artikolu 14 jew 14a għandu jassisti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru determinanti billi jwieġbu kwalunkwe mistoqsija li l-għan tagħha jkun li tikkjarifika jekk l-allegati rabtiet tal-familja humiex korretti.

 

3.  Jekk l-Istat Membru determinati jqis, skont il-paragrafi 1 u 2 li Stat Membru partikulari aktarx, prima facie, hu l-Istat Membru ta' allokazzjoni skont l-Artikolu  14 jew 14a, l-Istat Membru determinanti għandu jinnotifika lill-Istat Membru ta' allokazzjoni dwar dan u l-applikant għandu jiġi trasferit lejn dak l-Istat Membru.

 

4.  L-Istat Membru determinanti għandu jittrasferixxi l-informazzjoni kollha provduta mill-applikant lill-Istat Membru ta' allokazzjoni permezz tan-netwerk tal-komunikazzjoni elettronika DubliNet stabbilit skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1560/2003.

 

5.  L-Istat Membru ta' allokazzjoni għandu, skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 3, jiddetermina jekk il-kundizzjonijiet skont l-Artikoli 14 jew 14a ġewx issodisfati. F'dan il-każ, l-Istat Membru ta' allokazzjoni għandu jsir l-Istat Membru responsabbli.

 

6.  Jekk jiġi stabbilit li t-tali kundizzjonijiet ma ġewx issodisfati, l-Istat Membru ta' allokazzjoni għandu jiżgura li l-applikant jiġi rilokat lejn Stat Membru responsabbli ieħor skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 24c.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 24c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 24c

 

Preżentazzjoni ta' notifika tat-teħid ta' inkarigu

 

1.   Fejn applikant għandu jiġi trasferit għal Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 15(2), l-Artikolu 24a(5) jew l-Artikolu 24b(6), l-Istat Membru responsabbli għandu jkun l-Istat Membru bl-anqas numru ta' applikanti relattiv tas-sehem tagħhom skont il-fattur ta' referenza msemmi fl-Artikolu 35 fiż-żmien tad-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(2), l-Artikolu 24a(5) jew l-Artikolu 24b(6).

 

2.   Ladarba l-Istat Membru responsabbli jkun ġie ddeterminat skont il-paragrafu 1, l-informazzjoni għal dak il-għan għandha tiddaħħal fil-Eurodac b'mod awtomatiku u dak l-Istat Membru għandu jiġi informat b'notifika awtomatika.

 

3.   L-Istat Membru fejn l-applikant huwa preżenti għandu jinforma lill-applikant bid-determinazzjoni skont il-paragrafu 2 u, f'kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, bl-arranġamenti għat-trasferiment.

 

4.  L-Istat Membru fejn l-applikant ikun preżenti għandu jittrasferixxi l-informazzjoni kollha pprovduta mill-applikant lill-Istat Membru responsabbli permezz tan-netwerk ta' komunikazzjoni elettronika ‘DubliNet' stabbilit taħt l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1560/2003,

 

5.   L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha tiżgura t-trasferiment veloċi tal-applikant mill-Istat Membru fejn huwa preżenti lejn l-Istat Membru responsabbli.

 

6.   L-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 39, 40, 41 u 42 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Emenda     153

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istat Membru li tkun saritlu t-talba għandu jagħmel il-kontrolli meħtieġa, u għandu jagħti deċiżjoni fuq it-talba biex jittieħed inkarigu ta' applikant fi żmien xahar mill-irċevuta tat-talba.

1.  L-Istat Membru li tkun saritlu t-talba għandu jagħmel il-kontrolli meħtieġa, u għandu jagħti deċiżjoni fuq it-talba biex jittieħed inkarigu ta'applikant fi żmien ġimagħtejn mill-irċevuta tat-talba.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tfittex li tqassar b'mod raġonevoli ż-żmien li tieħu l-proċedura. F'konformità mal-introduzzjoni ta' proċedura ħafifa ta' riunifikazzjoni tal-familja, jidher li skadenza ta' ġimagħtejn għat-tweġiba ta' talba għat-teħid ta' inkarigu hija biżżejjed.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F'sitwazzjoni kif imsemmi ja fl-Artikolu 20(1)(b), (c) (d) jew (e) l-Istat Membu fejn hija preżenti l-persuna responsabbli skont l-Artikolu 20(5) u l-Artikolu 18(1)(b), (c) jew (d), dan jista' jitlob lill-Istat Membru l-ieħor biex jieħu lura dik il-persuna. għandu jagħmel notifika ta' teħid lura l-aktar tard sa ġimgħatejn wara li jirċievi l-hit mill-Eurodoc u jittrasferixxi lil dik il-persuna lejn l-Istat Membru responsabbli .

1.  F'sitwazzjoni kif imsemmi ja fl-Artikolu 20(1)(b), (c) (d) jew (e) l-Istat Membu fejn hija preżenti l-persuna responsabbli skont l-Artikolu 20(5) u l-Artikolu 18(1)(b), (c) jew (d), dan jista' jitlob lill-Istat Membru l-ieħor biex jieħu lura dik il-persuna. għandu jagħmel notifika ta' teħid lura l-aktar tard sa xahar wara li jirċievi l-hit mill-Eurodoc u jittrasferixxi lil dik il-persuna lejn l-Istat Membru responsabbli .

Emenda     155

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-Istat Membru mitlub jaċċetta li jieħu inkarigu ta' applikant , l-Istat Membru rikjedenti għandu jinnotifika lill- applikant bil-miktub mingħajr dewmien bid-deċiżjoni li hija tiġi trasferita lejn l-Istat Membru responsabbli u, fejn xieraq, bid-deċiżjoni li ma jeżaminax l-applikazjoni tagħha għal protezzjoni internazzjonali.

1.  Meta l-Istat Membru mitlub jaċċetta li jieħu inkarigu ta'applikant , l-Istat Membru rikjedenti għandu jinnotifika lill-applikant bil-miktub fi żmien 5 ijiem bid-deċiżjoni li hu jew hi jiġu trasferiti lejn l-Istat Membru responsabbli u, fejn xieraq, bid-deċiżjoni li ma jeżaminax l-applikazjoni tiegħu jew tagħha għal protezzjoni internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex iżżomm il-loġika tat-test għaliex jenħtieġ li sservi biex tiżgura t-twettiq tad-drittijiet proċedurali tal-applikant u valutazzjoni individwali taċ-ċirkostanzi tiegħu jew tagħha. Din l-emenda hija intrinsikament marbuta mal-emendi ammissibbli skont l-abbozz ta' rapport li għandu l-għan li jsaħħaħ id-drittijiet proċedurali tal-applikant.

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal perijodu ta' żmien ta' 7 ijiem wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' trasferiment li fih l-applikant jew il-persuna kkonċernata jista' jeżerċita d-dritt għal rimedju effettiv skont il-paragrafu 1.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal perijodu ta' żmien raġonevoli, ta' mhux inqas minn 15-il jum, wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' trasferiment li fih l-applikant jew il-persuna kkonċernata jista' jeżerċita d-dritt għal rimedju effettiv skont il-paragrafu 1.

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-ambitu tar-rimedju effettiv stipulat fil-paragrafu 1 għandu jkun limitat għal valutazzjoni ta' jekk l-Artikoli 3(2) dwar l-eżistenza ta' riskju ta' trattament inuman jew degradanti jew l-Artikoli 10 sa 13 u 18 inkisrux.

imħassar

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta ma tkunx ittieħdet id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprovdu rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal, meta l-applikant jiddikjara li membru tal-familja, jew fil-każ ta' minorenni mhux akkumpanjat, qarib ikun legalment preżenti fi Stat Membru differenti minn dak li qed jeżamina l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali u għalhekk iqis lil dak l-Istat Membru l-ieħor bħal l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tiegħu.

5.  Meta ma tkunx ittieħdet id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprovdu rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal, meta l-applikant jiddikjara li Stat Membru ieħor huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tiegħu.

Emenda     159

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuna kkonċernata għandha aċċess għall-assistenza legali u, fejn neċessarju, assistenza lingwistika.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuna kkonċernata għandha aċċess għall-assistenza legali mingħajr ħlas skont l-Artikolu 6a u, fejn neċessarju, assistenza lingwistika u, fejn xieraq, medjazzjoni interkulturali fl-istadji kollha tal-proċeduri.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza legali tingħata fuq talba mingħajr ħlas fejn il-persuna kkonċernata ma tistax tħallas l-ispejjeż involuti. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, fir-rigward ta' tariffi u spejjeż oħrajn, it-trattament tal-applikanti ma jkunx aktar favorevoli mit-trattament ġeneralment mogħti liċ-ċittadini tagħhom fi kwistjonijiet relatati mal-assistenza legali.

imħassar

Mingħajr ma jillimitaw b'mod arbitrarju l-aċċess għall-assistenza legali, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li ma tingħatax assistenza legali u rappreżentanza mingħajr ħlas fejn l-appell jew ir-reviżjoni jkun ikkunsidrat mill-awtorità kompetenti jew minn qorti jew tribunal li ma għandu ebda prospett tanġibbli li jirnexxi

 

Fejn tittieħed deċiżjoni li ma tingħatax assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas skont dan il-paragrafu minn awtorità li mhijiex qorti jew tribunal, l-Istati Membri għandhom jipprevedu dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal kontra dik id-deċiżjoni. Fil-każ li deċiżjoni tiġi kkontestata, dan ir-rimedju għandu jkun parti integrali mir-rimedju msemmi fil-paragrafu 1.

 

Fil-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stipulati f'dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza u r-rappreżentanza legali ma tkunx limitata b'mod arbitrarju u li l-aċċess effettiv tal-applikant għall-ġustizzja ma jsibx xkiel.

 

L-assistenza legali għandha tinkludi tal-inqas it-tħejjija tad-dokumenti proċedurali meħtieġa u rappreżentanza quddiem lqorti jew tribunal u tista' tiġi limitata għal konsulenti legali jew kunsilliera nominati b'mod speċifiku mid-dritt nazzjonali biex jipprovdu assistenza u rappreżentanza.

 

Il-proċeduri għall-aċċess għal assistenza legali għandhom ikunu stipulati fid-dritt nazzjonali.

 

Emenda     161

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta jkun hemm riskju sinifikanti li l-persuna taħrab, l-Istati Membri jistgħu jżommu lill-persuna kkonċernata taħt detenzjoni sabiex jiżguraw proċeduri ta' trasferiment skont dan ir-Regolament, fuq il-bażi ta' valutazzjoni individwali u biss sa fejn id-detenzjoni tkun proporzjonali, jekk ma jkunux jistgħu jiġu applikati effettivament miżuri alternattivi oħra inqas koerżivi.

2.  Meta jkun hemm riskju ppruvat li l-persuna taħrab, l-Istati Membri jistgħu jżommu lill-persuna kkonċernata, bħala miżura aħħarija, taħt detenzjoni sabiex jiżguraw proċeduri ta' trasferiment skont dan ir-Regolament, fuq il-bażi ta' valutazzjoni individwali u biss sa fejn id-detenzjoni tkun proporzjonali, jekk ma jkunux jistgħu jiġu applikati effettivament miżuri alternattivi oħra inqas koerżivi, fuq il-bażi ta' valutazzjoni individwali taċ-ċirkostanzi tal-applikant.

Emenda     162

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-minorenni m'għandhomx ikunu detenuti. L-Istati Membri għandhom jakkomodaw lil minorenni u lil familji b'minorenni f'postijiet mhux kustodjali bbażati fil-komunità filwaqt li jkun qed tiġi pproċessata l-applikazzjoni tagħhom.

Emenda     163

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Id-detenzjoni tal-applikanti għandha tiġi ordnata bil-miktub minn awtoritajiet ġudizzjarji. L-ordni tad-detenzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet fil-fatt u bi dritt li fuqhom hija bbażata u għandha tinkludi referenza għall-kunsiderazzjoni tal-alternattivi disponibbli u r-raġunijiet għaliex ma jkunux jistgħu jiġu applikati b'mod effettiv.

Emenda     164

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fir-rigward tal-kondizzjonijiet għad-detenzjoni, u l-garanziji applikabbli għal persuni taħt detenzjoni, sabiex jiġu żgurati l-proċeduri ta' trasferiment lejn l-Istat Membru responsabbli, għandhom japplikaw l-Artikolu 9, 10 u 11 tad-Direttiva 2013/33/UE.

4.  Fir-rigward tal-kondizzjonijiet għad-detenzjoni, li għandhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tal-persuna bis-sħiħ, u l-garanziji applikabbli għal persuni taħt detenzjoni, sabiex jiġu żgurati l-proċeduri ta' trasferiment lejn l-Istat Membru responsabbli, għandhom japplikaw l-Artikolu 9, 10 u 11 tad-Direttiva 2013/33/UE.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-ispejjeż neċessarji għat-trasferiment tal-applikant jew persuna oħra kif imsemmi fl-Artikolu 20(1)(c), (d) jew (e) lejn l-Istat Membru responsabbli għandhom jitħallsu mill-Istat Membru li qed jagħmel it-trasferiment.

1.  L-ispejjeż neċessarji għat-trasferiment tal-applikant jew persuna oħra kif imsemmi fl-Artikolu 20(1)(c), (d) jew (e) lejn l-Istat Membru responsabbli għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Bħala miżura ulterjuri biex jittejbu l-inċentivi għal kull Stat Membru biex jirreġistraw l-applikanti kollha għall-asil preżenti fit-territorju tagħhom mingħajr dewmien u sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri ma jkunux f'pożizzjoni ta' spejjeż finanzjarji addizzjonali minħabba li jsegwu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament, kwalunkwe trasferiment skont dan ir-Regolament għandu jiġi kopert mill-baġit tal-Unjoni Ewropea.

Emenda     166

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-mekkaniżmu ta' allokazzjoni msemmi f'dan il-Kapitolu għandu japplika għall-benefiċċju ta' Stat Membru, meta dak l-Istat Membru jkun affrontat b'għadd sproporzjonat ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali li jkun responsabbli għalihom l-Istat Membru skont dan ir-Regolament.

1.  Il-mekkaniżmu ta' allokazzjoni msemmi f'dan il-Kapitolu għandu japplika għall-applikazzjonijiet kollha li għalihom ma jistax jiġi determinat Stat Membru responsabbli skont il-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu III u IV.

Emenda     167

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-paragrafu 1 japplika meta s-sistema awtomatizzata msemmija fl-Artikolu 44(1) tindika li l-għadd ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li għalih Stat Membru jkun responsabbli skont il-kriterji tal-Kapitolu III, l-Artikoli 3(2) jew (3), 18 u 19, flimkien mal-għadd ta' persuni effettivament risistemati, ikun ogħla minn 150 % tal-għadd ta' referenza għal dak l-Istat Membru skont il-fattur imsemmi fl-Artikolu 35.

imħassar

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Is-sistema awtomatizzata għandha timmonitorja kontinwament jekk xi Stat Membru qabiżx il-limitu massimu msemmi fil-paragrafu 2, u jekk ikun il-każ, tinnotifika lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar dan u tindika l-għadd ta' applikazzjonijiet ‘il fuq minn dan il-limitu massimu.

imħassar

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Malli ssir in-notifika msemmija fil-paragrafu 5 għandu japplika l-mekkaniżmu ta' allokazzjoni.

imħassar

Emenda    170

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta jintlaħaq il-limitu massimu msemmi fl-Artikolu 34(2), is-sistema awtomatizzata msemmija fl-Artikolu 44(1) għandha tapplika l-fattur ta' referenza msemmi fl-Artikolu 35 għal dawk l-Istati Membri b'għadd ta' applikazzjonijiet li għalihom huma l-Istati Membri responsabbli taħt is-sehem tagħhom skont l-Artikolu 35(1) u tinnotifika lill-Istati Membri dwarhom.

imħassar

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Meta l-Istat Membru responsabbli ma jkunx jista' jiġi ddeterminat skont il-kriterji stabbiliti fil-Kapitoli III u IV, l-Istat Membru determinanti għandu jikkomunika lill-applikant li l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha għall-protezzjoni internazzjonali ser tiġi eżaminata minn Stat Membru ta' allokazzjoni.

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Fuq il-bażi ta' referenza msemmi fl-Artikolu 35, lista qasira ta' erba' Stati Membri bl-anqas numru ta' applikanti relattiv tas-sehem tagħhom skont il-fattur ta' referenza għandha tiġi ddeterminata permezz ta' sistema awtomatizzata msemmija fl-Artikolu 44(1).

Emenda    173

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.  L-Istat Membru determinanti għandu jikkomunika l-lista qasira msemmija fil-paragrafu 1b, flimkien ma' informazzjoni dwar l-Istati Membri fuq dik il-lista qasira, lill-applikant. Fi żmien ħamest ijiem minn din il-komunikazzjoni, l-applikant għandu jingħata l-opportunità li jagħżel Stat Membru ta' allokazzjoni fost erba' Stati Membri inklużi fil-lista l-qasira.

 

Jekk l-applikant ma jkunx għażel Stat Membru skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-Istat Membru determinanti għandu jalloka l-applikant lill-Istat Membru fuq il-lista l-qasira bl-anqas numru ta' applikanti relattiv tas-sehem tagħhom skont il-fattur ta' referenza msemmi fl-Artikolu 35 meta din il-lista tkun ġiet ikkumpilata skont il-paragrafu 1b ta' dan l-Artikolu.

Emenda    174

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d.  Il-paragrafi 1a, 1b u 1c għandhom japplikaw mutatis mutandis fil-każ fejn l-applikanti jkunu reġistrati bħala familja, qraba jew gruppi ta' applikanti li talbu li jiġu rreġistrati bħala li qed jivvjaġġaw flimkien. F'każijiet fejn l-għażla unanima ma tkunx tista' tintlaħaq bejn il-Membri tal-grupp, kull membru tal-grupp ta' qabel għandu jkun jista' jagħżel Stat Membru ta' allokazzjoni, minn lista stabbilita għall-ewwel grupp, skont il-paragrafu 2. Fejn l-għażla ma tiġix ikkomunikata lill-awtoritajiet determinanti fi żmien ħamest ijiem, l-applikant għandu jiġi allokat lill-Istat Membru bl-anqas numru ta' applikanti relattiv tas-sehem tagħhom skont il-fattur ta' referenza msemmi fl-Artikolu 35 meta din il-lista tkun ġiet ikkumpilata skont il-paragrafu 1b.

Emenda    175

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-applikanti li ddepożitaw l-applikazzjoni tagħhom fl-Istat Membru benefiċjarju wara n-notifika ta' allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(5) għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1, u dawn l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema Stat Membru huwa responsabbli;

imħassar

Emenda    176

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-applikazzjonijiet iddikjarati inammissibbli jew eżaminati bi proċedura aċċellerata skont l-Artikolu 3(3) ma għandhomx ikunu soġġetti għal allokazzjoni.

imħassar

Emenda    177

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fuq il-bażi tal-applikazzjoni tal-fattur ta' referenza skont il-paragrafu 1, is-sistema awtomatizzata msemmija fl-Artikolu 44(1) għandha tindika l-Istat Membru tal-allokazzjoni u tikkomunika din l-informazzjoni mhux iktar tard minn 72 siegħa wara r-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(1) lill-Istat Membru benefiċjarju u lill-Istat Membru ta' allokazzjoni u żżid lill-Istat Membru tal-allokazzjoni fil-fajl elettroniku msemmi fl-Artikolu 23(2).

imħassar

Emenda    178

Proposta għal regolament

Artikolu 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 37

imħassar

Solidarjetà finanzjarja

 

1.   Stat Membru jista', fi tmiem il-perjodu ta' tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u fi tmiem kull perjodu ta' tnax-il xahar minn hemm ‘il quddiem, idaħħal fis-sistema awtomatizzata li temporanjament mhuwiex jieħu sehem fil-mekkaniżmu tal-allokazzjoni korrettiva stabbilit fil-Kapitolu VII ta' dan ir-Regolament bħala Stat Membru tal-allokazzjoni u jinnotifika b'dan lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil.

 

2.   Is-sistema awtomatizzata msemmija fl-Artikolu 44(1) għandha f'dan il-każ tapplika l-fattur ta' referenza matul dan il-perjodu ta' tnax-il xahar għal dawk l-Istati Membri b'għadd ta' applikazzjonijiet li għalihom ikunu l-Istati Membri responsabbli inqas mis-sehem tagħhom skont l-Artikolu 35(1), bl-eċċezzjoni tal-Istat Membru li jkun daħħal l-informazzjoni, kif ukoll tal-Istat Membru benefiċjarju. Is-sistema awtomatizzata msemmija fl-Artikolu 44(1) għandha tgħodd kull applikazzjoni li kieku kienet tiġi allokata lill-Istat Membru li daħħal l-informazzjoni skont l-Artikolu 36(4) għas-sehem ta' dak l-Istat Membru.

 

3.   Fi tmiem il-perjodu ta' tnax-il xahar imsemmi fil-paragrafu 2, sistema awtomatizzata għandha tikkomunika lill-Istat Membru li ma pparteċipax fil-mekkaniżmu ta' allokazzjoni ta' korrezzjoni l-għadd ta' applikanti li kieku kien ikun l-Istat Membru ta' allokazzjoni tagħhom. Dak l-Istat Membru għandu mbagħad jagħmel kontribuzzjoni ta' solidarjetà ta' EUR 250 000 għal kull applikant li kieku kien jiġi allokat lil dak l-Istat Membru matul il-perjodu rispettiv ta' tnax-il xahar. Il-kontribuzzjoni ta' solidarjetà għandha titħallas lill-Istat Membru determinat bħala responsabbli biex jeżamina l-applikazzjonijiet rispettivi.

 

4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta deċiżjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56, li tistabbilixxi l-modalitajiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 3.

 

5.   L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għandha timmonitorja u tirrapporta lill-Kummissjoni fuq bażi annwali dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' solidarjetà finanzjarja.

 

Ġustifikazzjoni

Is-sistema ta' allokazzjoni korrettiva hija maħsuba biex tibbilanċja t-tqassim inġust tar-responsabilitajiet skont sistema li titlob ħafna sforz mill-Istati Membri l-aktar esposti. Li l-Istati Membri l-oħrajn jitħallew joħorġu mis-sistema mhuwiex sew fil-konfront tal-Istati Membri l-aktar esposti u, biex tali sistema taħdem, l-ispiża ta' non-parteċipazzjoni jkollha tkun tant għolja li jkollha effett dissważiv u jkun fundamentalment inġust anki fil-konfront ta' Stati Membri anqas b'saħħithom mil-lat ekonomiku. Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tagħkom ma taqbilx mal-kunċett li L-Istati Membri jħallsu biex jevitaw ir-responsabilità li jassistu persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali.

Emenda     179

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Obbligi tal-Istat Membru benefiċjarju

L-Obbligi tal-Istat Membru determinanti meta jiġi applikat il-mekkaniżmu ta' allokazzjoni

Emenda     180

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru benefiċjarju għandu:

L-Istat Membru determinanti għandu:

Emenda    181

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jieħu deċiżjoni sa mhux aktar tard minn ġimgħa wara l-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 36(4) li jittrasferixxi l-applikant lill-Istat Membru ta' allokazzjoni, dment li l-Istat Membru benefiċjarju jkun jista' jaċċetta fl-istess limitu ta' żmien ir-responsabbiltà biex jeżamina l-applikazzjoni skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 13 u l-Artikolu 18;

(a)  jieħu deċiżjoni li tirrifletti l-għażla tal-applikant, jew, wara li jiskadi l-perjodu ta' ħamest ijiem, skont l-Artikolu 36(1c). L-Istat Membru determinanti għandu jikkomunika immedjatament id-deċiżjoni lis-sistema awtomatizzata u l-Istat Membru ta' allokazzjoni, u jżid l-Istat Membru responsabbli fil-fajl elettroniku msemmi fl-Artikolu 23(2).

Emenda    182

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jinnotifika mingħajr dewmien lill-applikant bid-deċiżjoni tat-trasferiment tiegħu lejn l-Istat Membru ta' allokazzjoni;

(b)  jinnotifika mingħajr dewmien lill-applikant bin-notifika tad-deċiżjoni tat-trasferiment tiegħu lejn l-Istat Membru ta' allokazzjoni;

Emenda    183

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jittrasferixxi lill-applikant lejn l-Istat Membru ta' allokazzjoni, mhux aktar tard minn erba' ġimgħat mill-aħħar deċiżjoni ta' trasferiment.

(c)  jipprovdi l-assistenza meħtieġa sabiex jiżgura li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil tkun kapaċi tittrasferixxi lill-applikant lejn l-Istat Membru ta' allokazzjoni, mhux aktar tard minn ġimagħtejn mid-deċiżjoni finali ta' trasferiment.

Emenda    184

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  jittrasferixxi l-informazzjoni kollha provduta mill-applikant permezz tan-netwerk tal-komunikazzjoni elettronika DubliNet stabbilit skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1560/2003.

Emenda     185

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jikkonferma lill-Istat Membru li rċieva l-komunikazzjoni tal-allokazzjoni u jindika l-awtorità kompetenti li l-applikant għandu jirraporta għandha wara li jiġi ttrasferit;

(a)  jikkonferma lill-Istat Membru determinanti l-komunikazzjoni tal-allokazzjoni u jindika l-awtorità kompetenti li l-applikant għandu jirraporta għandha wara li jiġi ttrasferit;

Emenda     186

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jikkomunika lill-Istat Membru benefiċjarju l-wasla tal-applikant jew bil-fatt li l-applikant ma tfaċċax sal-limitu taż-żmien stabbilit.

(b)  jikkomunika lill-Istat Membru determinanti l-wasla tal-applikant jew bil-fatt li l-applikant ma tfaċċax sal-limitu taż-żmien stabbilit.

Emenda    187

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jirċievi lill-applikant u jagħmel l-intervista personali skont l-Artikolu 7, fejn applikabbli;

(c)  jirċievi lill-applikant;

Emenda    188

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jeżamina l-applikazzjoni tal-applikant għall-protezzjoni internazzjonali bħala l-Istat Membru responsabbli sakemm, skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 13 u 16 sa 18, ma jkunx responsabbli Stat Membru ieħor biex jeżamina l-applikazzjoni;

(d)  jeżamina l-applikazzjoni tal-applikant għall-protezzjoni internazzjonali bħala l-Istat Membru responsabbli;

Emenda    189

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  fejn skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 13 u 16 sa 18 ikun responsabbli Stat Membru ieħor biex jeżamina l-applikazzjoni, l-Istat Membru ta' allokazzjoni għandu jitlob lil dak l-Istat Membru l-ieħor biex jieħu inkarigu tal-applikant;

imħassar

Emenda    190

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  fejn applikabbli, jikkomunika lill-Istat Membru responsabbli t-trasferiment lejn dak l-Istat Membru;

imħassar

Emenda    191

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  fejn applikabbli, jittrasferixxi lill-applikant lejn l-Istat Membru responsabbli;

imħassar

Emenda    192

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  fejn applikabbli, idaħħal fil-fajl elettroniku msemmi fl-Artikolu 23(2) li se jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali bħala l-Istat Membru responsabbli.

(h)  idaħħal fil-fajl elettroniku msemmi fl-Artikolu 23(2) li se jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali bħala l-Istat Membru responsabbli.

Emenda     193

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn tittieħed deċiżjoni ta' trasferiment skont il-punt (a) tal-Artikolu 38, l-Istat Membru għandu jittrasmetti, fl-istess waqt u għall-fini waħdieni tal-verifika ta' jekk l-applikant jistax għal raġunijiet serji jitqies ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku, id-data tal-marki tas-swaba' tal-applikant meħuda skont ir-Regolament (Proposta għal Regolament li jfassal mill-ġdid ir-Regolament 603/2013/UE) lill-Istat Membru ta' allokazzjoni.

1.  Fejn tittieħed deċiżjoni ta' trasferiment skont il-punt (a) tal-Artikolu 38, l-Istat Membru determinanti għandu jittrasmetti, fl-istess waqt u għall-fini waħdieni tal-verifika ta' jekk l-applikant jistax għal raġunijiet serji jitqies ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku, id-data tal-marki tas-swaba' tal-applikant meħuda skont ir-Regolament (Proposta għal Regolament li jfassal mill-ġdid ir-Regolament 603/2013/UE) lill-Istat Membru ta' allokazzjoni.

Emenda     194

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn, wara li tkun saret il-verifika ta' sigurtà, l-informazzjoni dwar l-applikant turi li jkun hemm raġunijiet serji biex jitqies li huwa ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku, l-informazzjoni dwar in-natura tat-twissija għandha tiġi kondiviża bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Istat Membru benefiċjarju u ma għandhiex tiġi kkomunikata permezz tal-mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi msemmija fl-Artikolu 47(4).

Fejn, wara li tkun saret il-verifika ta' sigurtà, l-informazzjoni dwar l-applikant turi li jkun hemm raġunijiet serji biex jitqies li huwa ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku, l-informazzjoni dwar in-natura tat-twissija għandha tiġi kondiviża bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Istat Membru determinanti u ma għandhiex tiġi kkomunikata permezz tal-mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi msemmija fl-Artikolu 47(4).

Emenda     195

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru ta' allokazzjoni għandu jinforma l-Istat Membru benefiċjarju bl-eżistenza ta' din it-twissija, jispeċifika liema awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Istat Membru ta' applikazzjoni ġew infurmati b'mod sħiħ, u jirreġistra l-eżistenza tat-twissija fis-sistema awtomatizzata skont il-punt (d) tal-Artikolu 23(2), fi żmien ġimgħa minn meta jirċievi l-marki tas-swaba'.

L-Istat Membru ta' allokazzjoni għandu jinforma l-Istat Membru determinanti bl-eżistenza ta' din it-twissija, jispeċifika liema awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Istat Membru ta' applikazzjoni ġew infurmati b'mod sħiħ, u jirreġistra l-eżistenza tat-twissija fis-sistema awtomatizzata skont il-punt (d) tal-Artikolu 23(2), fi żmien ġimgħa minn meta jirċievi l-marki tas-swaba'.

Emenda    196

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Meta l-Istat Membru ta' allokazzjoni jqis li l-applikant jikkostitwixxi periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku, huwa għandu jibgħat lill-Istat Membru determinanti l-informazzjoni meħtieġa sabiex tikkorrobora din l-evalwazzjoni kif ukoll kull informazzjoni li tista' tkun meħtieġa skont l-Istat Membru determinanti biex jieħdu azzjoni xierqa fir-rigward tal-applikant.

Emenda     197

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk ir-riżultat tal-verifika ta' sigurtà jikkonferma li l-applikant jista' għal raġunijiet serji jitqies ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku, l-Istat Membru benefiċjarju tal-applikazzjoni għandu jkun l-Istat Membru responsabbli u għandu jeżamina l-applikazzjoni fi proċedura aċċellerata skont l-Artikolu 31(8) tad-Direttiva 2013/32/UE.

3.  Jekk ir-riżultat tal-verifika ta' sigurtà jikkonferma li l-applikant jista' għal raġunijiet serji jitqies ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku, l-Istat Membru determinanti tal-applikazzjoni għandu jkun l-Istat Membru responsabbli u għandu jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fi proċedura aċċellerata skont l-Artikolu 31(8) tad-Direttiva 2013/32/UE. Jekk ikun hemm riskju ta' ħarba, l-Istat Membru determinanti jista' jieħu miżuri skont l-Artikolu 29.

Emenda     198

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Membri tal-familja li għalihom tapplika l-proċedura ta' allokazzjoni għandhom jiġu allokati lill-istess Stat Membru.

2.  Membri tal-familja u qraba li għalihom tapplika l-proċedura ta' allokazzjoni għandhom jiġu allokati lill-istess Stat Membru.

Emenda    199

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-applikanti li għalihom tapplika l-proċedura ta' allokazzjoni, li jkunu rreġistrati bħala persuni li qed jivvjaġġaw flimkien, skont il-punt (b) tal-Artikolu 22(1), iżda mingħajr ma jkunu grupp ta' membri tal-familja għandhom, sa fejn ikun possibbli, jiġu allokati fl-istess Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Fil-mudell tar-rilokazzjoni rivedut propost mir-rapporteur, l-applikanti jistgħu jiġu rilokati fi Stati Membri fi gruppi, pjuttost milli individwalment biss, dan, madankollu, ma jinkludix id-dritt għall-għażla tad-destinazzjoni u għandu jkun possibbli biss sal-limitu possibbli, għall-kuntrarju tal-membri tal-familja li għandhom dejjem jiġu trasferiti lejn l-istess Stat Membru.

Emenda    200

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-ispejjeż għat-trasferiment tal-applikant lejn l-Istat Membru ta' allokazzjoni, l-Istat Membru benefiċjarju għandu jitħallas lura b'somma f'daqqa EUR 500 għal kull persuna ttrasferita skont l-Artikolu 38(c). Dan l-appoġġ finanzjarju għandu jiġi implimentat billi jiġu applikati l-proċeduri stipulati fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 516/2014.

L-ispejjeż għat-trasferiment tal-applikant lejn l-Istat Membru ta' allokazzjoni mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandhom jiġu ssodisfati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u jitħallsu lura b'somma f'daqqa ta' EUR 300 għal kull persuna ttrasferita skont l-Artikolu 38(c).

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tissuġġerixxi ċ-ċaqliq tar-responsabilità għat-trasferimenti skont ir-Regolament ta' Dublin mill-Istati Membri lill-Aġenzija Ewropea għall-Asil. It-tnaqqis fil-kumpens minn EUR 500 għal EUR 300 joħloq tfaddil importanti li, skont ir-rapporteur, jenħtieġ li jiġi investit fl-appoġġ għas-sistema.

Emenda     201

Proposta għal regolament

Artikolu 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 43

imħassar

Il-waqfien tal-allokazzjoni korrettiva

 

Is-sistema awtomatizzata għandha tinnotifika lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni hekk kif l-għadd ta' applikazzjonijiet fl-Istat Membru benefiċjarju li għalihom ikun l-Istat Membru responsabbli skont dan ir-Regolament jinżel taħt il-150 % mis-sehem tiegħu skont l-Artikolu 35(1).

 

L-applikazzjoni tal-allokazzjoni korrettiva għal dak l-Istat Membru għandha tieqaf man-notifika msemmija fil-paragrafu 2.

 

Emenda    202

Proposta għal regolament

Kapitolu VIIa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kapitolu VIIa

 

Solidarjetà reċiproka

 

Artikolu 43a

 

Sospensjoni tal-mekkaniżmu korrettiv ta' allokazzjoni

 

1.   Jekk Stat Membru jirrifjuta sistematikament li jissodisfa l-obbligu tiegħu li jirreġistra applikanti potenzjali skont l-Artikolu 3(-1) u jkun irrifjuta l-għajnuna tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil li tkun setgħet tippermetti lill-Istat Membru biex jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 3(-1), il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lill-Aġenzija biex tagħti bidu għal monitoraġġ ta' dak l-Istat Membru skont l-Artikolu [14(2)] tar-Regolament (UE) XXXX/XX [EUAA r-Regolament] sabiex jiġi stabbilit jekk dan jirrispettax l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 3(-1).

 

2.   Jekk il-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jikkonkludi li Stat Membru jirrifjuta sistematikament li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 3(-1) u jkun irrifjuta l-assistenza mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil li setgħet tippermetti lill-Istat Membru biex jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 3(-1), il-Kunsill, abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni, jista' jadotta mingħajr dewmien deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li tissospendi l-applikazzjoni ta' dan l-Istat Membru dwar il-mekkaniżmu korrettiv ta' allokazzjoni imsemmi fl-Artikolu 34.

 

3.   Deċiżjoni biex jiġi sospiż il-mekkaniżmu korrettiv ta' allokazzjoni skont il-paragrafu 2 għandha tkun valida għal perjodu speċifikat ta' mhux aktar minn sena u tista' tiġġedded. Meta tħejji u tfassal l-att ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni f'waqtha u simultanja tad-dokumenti kollha, inkluż l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien bil-miżuri sussegwenti kollha u bid-deċiżjonijiet meħuda.

 

Artikolu 43b

 

Miżuri koerżivi

 

1.   Jekk Stat Membru ma jissodisfax l-obbligi tiegħu skont il-Kapitolu VII, għandha tapplika l-proċedura kif prevista mill-Artikolu [x] tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 kif modifikata mir-Regolament (UE) Nru XXXX.

 

2.   Jekk Stat Membru ma jissodisfax l-obbligi tiegħu skont il-Kapitolu VII dan m'għandux jitħalla juża fondi tal-Unjoni biex jiffinanzja r-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi lejn il-pajjiżi terzi u għandu jirrapporta kull sena dwar l-użu tiegħu ta' fondi previsti skont ir-Regolamenti (UE) Nru 516/2014 u Nru 1303/2013.

Emenda    203

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-interoperabilità bejn is-sistema awtomatizzata u l-Eurodac hija żgurata bil-għan li tippermetti t-trażmissjoni awtomatika tal-informazzjoni dwar id-determinazzjoni tal-Istat Membru ta' allokazzjoni permezz tal-mekkaniżmu korrettiv.

Emenda    204

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operazzjonali ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 għandha tkun responsabbli għall-preparazzjoni, l-iżvilupp u l-ġestjoni operazzjonali tas-sistema ċentrali u tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-sistema ċentrali u l-infrastrutturi nazzjonali.

3.  L-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operazzjonali ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 għandha tkun responsabbli għall-preparazzjoni, l-iżvilupp u l-ġestjoni operazzjonali tas-sistema ċentrali, tal-interoperabilità tagħha ma' sistemi oħrajn u tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-sistema ċentrali u l-infrastrutturi nazzjonali.

Emenda     205

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-ażil tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 47 għandhom ikollhom aċċess għas-sistema awtomatizzata msemmija fl-Artikolu 44(1) biex iddaħħlu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(7), l-Artikolu 22(1), (4) u (5), l-Artikolu 37(1) u l-punt (h) tal-Artikolu 39.

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-asil tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 47 għandhom ikollhom aċċess għas-sistema awtomatizzata msemmija fl-Artikolu 44(1) biex iddaħħlu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(7), l-Artikolu 22(1), (4) u (5), l-Artikolu 37(1) u l-punt (h) tal-Artikolu 39, u għall-proċedura tal-Artikolu 36c.

Emenda     206

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtoritajiet imsemmija fil-paragarfu 1 għandhom jirċievu t-taħriġ neċessarju fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

3.  L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jirċievu t-taħriġ regolari neċessarju fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-proċeduri operattivi għall-ġbir ta' informazzjoni rilevanti u l-valutazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal. L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibilità ta' persunal imħarreġ apposta, jew servizzi ta' appoġġ speċjalizzati għall-persunal, dedikati għall-valutazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal f'każijiet li jinvolvu minorenni mhux akkumpanjati.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tiżgura l-preżenza ta' persunal imħarreġ bis-sħiħ u speċifikament meta jiġu indirizzati kwistjonijiet partikolarment delikati bħall-valutazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal.

Emenda    207

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għandha tistabbilixxi u tiffaċilita l-attivitajiet ta' netwerk tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 47(1), bl-għan li jtejjeb il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju tal-informazzjoni dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż l-iżvilupp ta' għodod prattiċi u gwida.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha tistabbilixxi u tiffaċilita l-attivitajiet ta' netwerk tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 47(1), bl-għan li jtejjeb il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju tal-informazzjoni dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż l-iżvilupp ta' għodod prattiċi u gwida. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi kandidati u tal-pajjiżi kandidati potenzjali u tal-pajjiżi Ewropej tal-Viċinat jistgħu jiġu mistiedna jikkooperaw ma' dan in-netwerk.

Emenda     208

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-ipproċessar tad-data personali mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għandu jkun suġġett għall-monitoraġġ tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti f' [Proposta għal Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010].

3.  L-ipproċessar tad-data personali mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandu jkun suġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fir-Regolament (UE) xxx/xxx [Proposta għal Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010], b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna l-monitoraġġ tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika li r-Regolament 45/2001 japplika għall-ipproċessar tad-data personali mill-EUAA b'mod ġenerali, u mhux biss fil-kuntest tal-monitoraġġ tal-KEPD.

Emenda     209

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 34(2), matul l-ewwel tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiva m'għandux jiġi attivat. B'deroga mill-Artikolu 34(3), wara l-iskadenza tal-perjodu ta' tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u sakemm tiskadi sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-perjodu ta' riferenza għandu jkun il-perjodu li jkun għadda minn meta jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament.

B'deroga mill-Artikolu 34(3), wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u sakemm tiskadi sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-perjodu ta' referenza għandu jkun il-perjodu li jkun għadda minn meta jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament.

Emenda    210

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

B'deroga mill-Artikolu 35, il-fattur ta' referenza għall-allokazzjoni korrettiva għandu jiġi kkalkulat permezz ta' formola msemmija fl-Anness Ia matul l-ewwel tliet snin ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda     211

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ] u minn hemm ‘il quddiem kull sena, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina il-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-allokazzjoni korrettiv stipulat fil-Kapitolu VII ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari l-limiti massimi stipulati fl-Artikolu 34(2) u fl-Artikolu 43 tiegħu.

Sa [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ] u minn hemm 'il quddiem kull sena, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina il-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-allokazzjoni korrettiv stipulat fil-Kapitolu VII ta' dan ir-Regolament.

Emenda    212

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha, b'konsultazzjoni mal-korpi u l-organizzazzjonijiet esperti xierqa, twettaq eżerċizzju ta' rendikont tal-kapaċità għall-akkoljenza tal-minorenni mhux akkumpanjati fl-Istati Membri kollha matul il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 53(2a) sabiex b'hekk jiġu identifikati n-nuqqasijiet u tingħata għajnuna lill-Istati Membri biex jindirizzaw dawk in-nuqqasijiet.

Emenda    213

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 huwa mħassar għall-Istati Membri marbuta b'dan ir-Regolament fejn jidħlu l-obbligi tagħhom fir-relazzjonijiet ta' bejniethom .

Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 huwa mħassar.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur temmen li l-Istati Membri bil-klawsoli tal-esklużjoni jenħtieġ li jkollhom l-għażla ċara li jibqgħu fi ħdan is-sistema ta' Dublin jew le, minħabba li l-għoti tal-awtorizzazzjoni lil xi Stati Membri biex ikollhom l-għażla li jibqgħu fir-Regolament ta' Dublin III meta l-oħrajn kollha jkunu avvanzaw għal Dublin IV, toħloq kumplikazzjonijiet mhux meħtieġa.

Emenda    214

Proposta għal regolament

Anness Ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness Ia

 

Arranġamenti tranżitorji għall-kalkolu tal-fattur ta' referenza msemmi fl-Artikolu 35.

 

1.  Għall-fini tal-mekkaniżmu korrettiv ta' allokazzjoni, l-għadd ta' referenza għal kull Stat Membru għandu, matul perjodu tranżitorju, kif definit f'dan l-Anness, jiġi determinat b'taħlita ta' fattur minimu u l-fattur ta' referenza msemmi fl-Artikolu 35. Dak il-fattur ta' referenza temporanju għandu jissejjaħ fattur ta' referenza tranżitorju u għandu japplika minflok il-fattur ta' referenza msemmi fl-Artikolu 35 matul il-perjodu tranżitorju.

 

2.  Il-fattur ta' referenza minimu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat billi jiżdiedu l-applikazzjonijiet iddepożitati, permezz taċ-ċifri tal-Eurostat, fl-Istati Membri għas-snin 2011, 2012, 2013, 2014 u 2016, billi jiġi diviż bl-ammont totali tal-applikazzjonijiet iddepożitati fi ħdan l-Istati Membri kollha matul dak il-perjodu.

 

3.  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha tistabbilixxi l-fattur ta' referenza minimu kif ukoll il-fattur ta' referenza msemmi fl-Artikolu 35.

 

4.  Il-fattur ta' referenza tranżitorju għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

 

(a)  minn ... [id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] sa tmiem l-ewwel sena kalendarja wara d-dħul fis-seħħ ("sena x"), il-fattur ta' referenza tranżitorju għandu jkun l-istess bħall-fattur ta' referenza minimu;

 

(b)  fis-sena X+1, il-fattur ta' referenza tranżitorju għandu jkun magħmul minn 67 % tal-fattur ta' referenza minimu u minn 33 % tal-fattur ta' referenza msemmi fl-Artikolu 35;

 

(c)  fis-sena X+2, il-fattur ta' referenza tranżitorju għandu jkun magħmul minn 33 % tal-fattur ta' referenza minimu u minn 67% tal-fattur ta' referenza msemmi fl-Artikolu 35;

 

 

 

 

 

5.  Wara l-perjodu tal-iskadenza msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Anness, il-fattur ta' referenza jinħtieġ jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 35.

 

6.   Matul l-applikazzjoni tal-arranġamenti tranżizzjonali stabbiliti f'dan l-Anness, jinħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(1) (ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil), tissorvelja l-Istati Membri b'valur ta' fattur ta' referenza minimu u li huwa inferjuri meta mqabbel mal-valuri skont il-fattur ta' referenza msemmi fl-Artikolu 35 u jinħtieġ li tgħinhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw il-funzjonamen tas-sistemi ta' asil u akkoljenza tagħhom.

(1)

  ĠU C 34, 2.2.2017, p. 144.

(2)

  ĠU C 185, 9.6.2017, p. 91.

(3)

  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

Proposta kuraġġuża iżda prammatika

Ir-Regolament ta' Dublin jiddetermina liema Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Il-kriżi tar-rifuġjati tal-2015 uriet b'mod ċar li r-Regolament ta' Dublin jeħtieġ riforma fundamentali sabiex jippermetti akkoljenza strutturata u dinjituża ta' persuni li jfittxu asil fl-Ewropa, filwaqt li fl-istess ħin jippermetti lill-Istati Membri jiġġestixxu b'mod effikaċi l-fruntieri tagħhom. Peress li n-nuqqasijiet tar-Regolament ta' Dublin attwali huma ta' natura fundamentali u strutturali, riforma fundamentali u strutturali biss tista' tindirizza dawn il-kwistjonijiet kif suppost.

Il-Parlament Ewropew qed jipproponi sistema li taħdem fil-prattika, fuq il-post. Bil-għan li jinkiseb dan jeħtieġ li niżguraw li kemm l-Istati Membri kif ukoll l-applikanti jkunu inċentivati jsegwu r-regoli fl-ambitu tas-sistema ta' Dublin. L-Istati Membri, li kollha huma firmatarji tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, se jkunu meħtieġa jaċċettaw kondiviżjoni ġusta tar-responsabilità biex jilqgħu persuni li jfittxu asil fl-Ewropa. L-applikanti se jkollhom jaċċettaw il-fatt li m'għandhomx għażla libera f'dak li jikkonċerna l-Istat Membru li se jmexxi l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom għall-asil.

Is-sistema proposta mill-Parlament Ewropew titħaddem fi żminijiet meta l-flussi migratorji jkunu normali kif ukoll fi żminijiet ta' kriżi. Is-sistema se tkun kapaċi tiffaċċja kriżi fi kwalunkwe fruntieri komuni tal-Unjoni. Il-Kunsill evidentement huwa awtorizzat jiddeċiedi dwar dan ir-regolament permezz ta' votazzjoni b'maġġoranza u issa għandu jiddedika l-isforzi tiegħu biex isib sistema li taħdem fuq il-post, u mhux biss waħda li tilħaq unanimità fil-Kunsill.

Elementi ewlenin tal-proposta

Mekkaniżmu ta' rilokazzjoni permanenti u awtomatiku, mingħajr limiti

L-applikanti li jkollhom qraba jew li jkollhom rabtiet ma' Stat Membru partikolari, pereżempju Stat Membru fejn preċedentement kellhom ir-residenza jew fejn kienu studjaw, għandhom jiġu rilokati f'dan l-Istat Membru. Applikanti li m'għandhomx tali rabtiet ma' Stat Membru partikolari għandhom jiġu rilokati permezz tas-sistema ta' allokazzjoni korrettiva. Is-sistema ta' rilokazzjoni għaldaqstant tissostitwixxi "l-kriterju ta' riżerva" tal-Istat Membru tal-ewwel wasla. Is-sistema tapplika f'kull ħin, mhux biss fi żminijiet ta' kriżi, u mingħajr limiti, kif issuġġerit mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-reġistrazzjoni tal-applikanti direttament mal-wasla u s-sigurtà

Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tinkludi inċentivi b'saħħithom kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-applikanti biex jirreġistraw minnufih malli jaslu fl-UE. Dan jippermetti li l-awtoritajiet tagħna jkunu f'pożizzjoni ferm aħjar fejn jidħol il-kontroll fuq min huwa preżenti fit-territorju tagħna. Il-proposta tirrikjedi wkoll kontrolli obbligatorji tas-sigurtà tal-applikanti kollha b'verifiki ma' bażijiet tad-data nazzjonali u Ewropej. L-applikanti li jirrappreżentaw riskju għas-sigurtà mhumiex se jiġu trasferiti f'pajjiżi oħrajn.

Proċeduri xierqa fl-Istat Membru tal-ewwel wasla

Ir-Regolament ta' Dublin attwali jitfa' piż mhux raġonevoli fuq l-Istat Membru tal-ewwel wasla. Il-proċeduri jeħtieġ ikunu rapidi u jiżguraw li l-applikanti li għandhom jiġu rilokati lejn Stati Membri jiġu trasferiti malajr. Għaldaqstant hija introdotta proċedura ħafifa għar-riunifikazzjoni tal-familja u rabtiet ġenwini oħra.

Appoġġ mill-baġit tal-UE u l-Aġenzija tal-UE għall-Asil (EUAA)

Il-Parlament Ewropew huwa tal-fehma li l-ispejjeż ta' akkoljenza għall-applikanti matul il-fażi ta' proċeduri ta' Dublin għandhom ikunu koperti mill-baġit tal-UE bil-għan li ma jinħoloqx piż inġust għal dawk l-Istati Membri li se jkollhom iwettqu għadd kbir minn dawn il-proċeduri. Il-Parlament Ewropew huwa tal-fehma wkoll li r-responsabilità għat-trasferiment tal-applikanti bħala riżultat ta' deċiżjonijiet taħt ir-Regolament ta' Dublin għandha tiġi trasferita lill-Aġenzija tal-UE għall-Asil.

Il-kalkolu tar-responsabilità ġusta

Is-sehem ġust ta' kull Stat Membru fis-sistema ta' rilokazzjoni huwa kkalkulat abbażi tal-PDG u tal-popolazzjoni. Dan jiżgura li pajjiżi akbar u aktar sinjuri jkollhom sehem akbar minn pajjiżi iżgħar u anqas sinjuri. L-applikanti se jiġu trasferiti permezz tas-sistema ta' allokazzjoni korrettiva għal dawk l-Istati Membri li rċevew l-anqas applikanti meta mqabbel mas-sehem ġust tagħhom.

Il-funzjonament tas-sistema ta' allokazzjoni kollettiva

L-applikanti li ma jkollhomx rabtiet ġenwini ma' Stat Membru partikolari se jkunu soġġetti għal rilokazzjoni. Dment li l-applikant ikun irreġistra fl-Istat Membru tal-ewwel wasla fl-Unjoni, hu jew hi se jingħata/tingħata l-opzjoni li jagħżel/tagħżel bejn erba' Stati Membri li rċevew l-iżgħar numru ta' applikanti meta mqabbel mas-sehem ġust tagħhom. Peress li l-Istati Membri "bl-aktar ammont baxx" se jkunu qed jinbidlu kontinwament waqt li l-applikanti jiġu rreġistrati fis-sistema, mhux se jkun possibbli għal applikant li jkun jaf liema erba' Stati Membri se jkunu disponibbli biex jagħżel minnhom meta jiddeċiedi li jfittex protezzjoni fl-Ewropa. Jinħtieġ, għaldaqstant, li s-sistema ma tikkostitwixxix "pull-factor" iżda l-għażla limitata tagħti lill-applikant l-opportunità li jgħid tiegħu fil-proċedura u għalhekk jitnaqqas ir-riskju ta' movimenti sekondarji.

L-applikanti ser ikunu jistgħu jirreġistraw ukoll bħala gruppi ta' mhux aktar minn 30 persuna. Ir-reġistrazzjoni bħala grupp ma tagħtix dritt lill-applikanti li jfittxu protezzjoni f'pajjiż speċifiku, bħal fil-każ ta', pereżempju, rabtiet familjari, iżda lill-applikanti li jkunu sawru rabtiet mill-qrib qabel ma telqu minn pajjiżhom jew tul il-vjaġġ tagħtihom l-opportunità li jibqgħu flimkien u jiġu trasferiti fl-istess Stat Membru. Dan ukoll għandu jnaqqas ir-riskju ta' movimenti sekondarji.

Il-possibilità li dak li jkun jagħżel bejn erba' Stati Membri bl-anqas numru ta' applikanti meta mqabbel mas-sehem ġust tagħhom kif ukoll il-possibilità li jiġu rilokati bħala grupp japplika biss jekk l-applikant jirreġistra fl-Istat Membru tal-ewwel wasla.

Opportunità lill-Istati Membri li jħaddmu s-sistema tal-asil il-ġdida b'suċċess

Il-Parlament Ewropew inkluda perjodu ta' tranżizzjoni ta' tliet snin li matulu l-Istati Membri li storikament irċevew bosta persuni li jfittxu asil ser ikomplu jassumu responsabilità akbar u l-Istati Membri b'esperjenza aktar limitata fejn tidħol l-akkoljenza ta' persuni li jfittxu asil jibdew b'sehem iżgħar ta' responsabilità. Tul dawn it-tliet snin, is-sehem tal-Istati Membri jibda jiżdied awtomatikament sakemm jilħaq sehem ġust. L-appoġġ u l-monitoraġġ min-naħa tal-Aġenzija tal-UE għall-Asil jiżguraw li l-Istati Membri kollha jkollhom il-kapaċità li jirnexxu fl-implimentazzjoni effikaċi tas-sistema Ewropea komuni u ġusta tal-asil.

Miżuri kontra l-movimenti sekondarji

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-applikanti jibqgħu fl-Istat Membru li huwa inkarigat li jivvaluta l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, tneħħew il-lakuni li s'issa ppermettew it-trasferiment tar-responsabilità bejn l-Istati Membri. Ir-Regolament ta' Dublin se jippermetti li jiġi determinat malajr Stat Membru responsabbli u b'hekk ikun effettivament impossibbli li l-applikant ibiddlu. L-unika triq għall-protezzjoni internazzjonali fl-Ewropa għall-applikant se tkun li jibqa' fl-Istat Membru responsabbli.

Filtru għal applikanti b'possibilità żgħira ħafna li jingħataw protezzjoni

Bil-għan li jiġi żgurat li l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti biex jirċievu protezzjoni, u għaldaqstant jitqiesu separatament mill-hekk imsejħa "migranti ekonomiċi", huwa neċessarju li l-applikazzjoni tagħhom titqies fuq bażi individwali. Dan huwa proċess kumpless li jsir fl-Istat Membru responsabbli.

Madankollu, ir-rilokazzjoni ta' applikanti bi kważi ebda possibilità li jingħataw protezzjoni internazzjonali mhijiex fl-interess ta' sistema tal-asil li tiffunzjona tajjeb. Fl-istess waqt, sistema li tqiegħed piż tqil wisq fuq l-Istati Membri l-aktar esposti ma taħdimx fil-prattika. Għaldaqstant, fil-proposta huwa inkluż "filtru" kkalibrat bir-reqqa għal applikanti li għandhom possibilità żgħira ħafna li jingħataw protezzjoni internazzjonali.

Dawn l-applikanti ma jiġux rilokati iżda l-applikazzjonijiet tagħhom jiġu trattati mill-Istat Membru tal-ewwel wasla li jirċievi sostenn addizzjonali mill-UE biex ikun jista' jeżaminahom. B'hekk is-sistema tirrispetta d-dritt għal proċedura ta' asil ġusta għall-applikant kif ukoll l-interessi li jkun hemm sistema tal-asil effikaċi, mingħajr ma jinħolqu piżijiet żejda fuq l-Istati Membri l-aktar esposti jew rilokazzjonijiet bla bżonn.

Inċentivi għall-applikanti biex jibqgħu fis-sistema uffiċjali

Permezz ta' titjib radikali fl-għoti ta' informazzjoni, l-assistenza legali u s-sostenn għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali, flimkien ma' proċeduri aktar effikaċi, l-applikanti se jkunu inċentivati jikkooperaw mal-awtoritajiet.

Salvagwardji għall-minorenni

Il-Parlament Ewropew għamel enfasi kbira fuq l-iżgurar ta' salvagwardji b'saħħithom għall-minorenni, kemm akkumpanjati kif ukoll mhux akkumpanjati. Fost id-dispożizzjonijiet ewlenin hemm regoli msaħħa dwar il-valutazzjonijiet tal-aħjar interess, rekwiżiti stretti dwar l-għoti tal-kustodja u l-għoti ta' informazzjoni adattata lit-tfal. Mhu se jsir l-ebda trasferiment ta' minorenni mhux akkumpanjati mingħajr ma ssir valutazzjoni tal-aħjar interess minn tim multidixxiplinarju u mingħajr preżenza ta' tutur fl-Istat Membru riċeventi.

L-iżgurar tal-parteċipazzjoni sħiħa tal-Istati Membri kollha

Il-Parlament Ewropew jassumi li l-Istati Membri kollha tal-UE jirrispettaw teħid ta' deċiżjonijiet demokratiċi anki f'każijiet fejn ma jkunux favur l-eżitu. Bil-għan li jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu inċentivati jsegwu r-regoli, ġew inklużi miżuri ta' koerċizzjoni diretti lejn Stati Membri li ma jsegwux ir-regoli. F'każ li l-Istati Membri l-aktar esposti jirrifjutaw li jirreġistraw l-applikanti ma ssirx aktar rilokazzjoni tal-applikanti mit-territorju tagħhom. L-Istati Membri li jirrifjutaw li jaċċettaw ir-rilokazzjoni tal-applikanti fit-territorju tagħhom se jkollhom aċċess limitat għall-fondi tal-UE u mhux se jkunu jistgħu jużaw il-fondi tal-UE għar-ritorn ta' applikanti li l-applikazzjoni tagħhom għal asil tkun ġiet irrifjutata.


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

Ref. D(2016)51537

Claude Moraes

President, Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

ASP 13G205

Brussell

Suġġett:   Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid)

  (COM(2016)0270 – C8-0173/2016 – 2016/0133(COD))

Għażiż President,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 104 dwar it-Tfassil mill-Ġdid, kif introdott fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

Il-Paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jinqara kif ġej:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli b'dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 169 u 170, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli jekk jikkonċernaw biss dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu bidliet.

Madankollu, jekk f'konformità mal-punt 8 tal-Ftehim Interistituzzjonali, il-kumitat responsabbli għandu l-ħsieb ukoll li jippreżenta emendi għall-partijiet kodifikati tal-proposta, huwa għandu jinnotifika minnufih il-ħsieb tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar jenħtieġ li tgħarraf lill-kumitat, qabel il-votazzjoni skont l-Artikolu 58, bil-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta' tfassil mill-ġdid."

Wara l-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv billi eżaminaw il-proposta ta' tfassil mill-ġdid, u billi qiesu r-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk identifikati bħala tali fil-proposta u li, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti ma' dawk il-bidliet, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda tibdil fis-sustanza tagħhom.

Bħala konklużjoni, fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta' Novembru 2016, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda bi 12-il vot favur u b'2 voti kontra u b'astensjoni waħda(1) li jirrakkomanda li l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, jipproċedi bl-eżaminazzjoni tiegħu tal-proposta t'hawn fuq f'konformità mal-Artikolu 104.

Dejjem tiegħek,

Pavel Svoboda

Mehmuża: L-Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.

(1)

Il-Membri li ġejjin kienu preżenti: Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Daniel Buda, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Therese Comodini Cachia, Mady Delvaux, Angel Dzhambazki, Rosa Estaràs Ferragut, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Dietmar Köster, António Marinho e Pinto, Angelika Niebler, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Pavel Svoboda, Axel Voss, Kosma Zlotowski, Tadeusz Zwiefka.


ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, is-6 ta' Ottubru 2016

OPINJONI

  GĦALL-ATTENZJONI  IL-PARLAMENT EWROPEW

    IL-KUNSILL

    IL-KUMMISSJONI

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid)

COM(2016)0270 of 4.5.2016 – 2016/0133(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni għall-atti legali, u b'mod partikulari l-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fil-25 ta' Mejju u fis-7 ta' Lulju 2016 kellu laqgħat iddedikati, fost affarijiet oħra, għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt dawn il-laqgħat, eżami tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twassal għar-riformulazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida, wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv innota, bi qbil komuni, li l-partijiet li ġejjin kellhom jiġu mmarkati b'tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu identifikati bidliet sostantivi:

- fl-Artikolu 1, iż-żieda proposta tal-kelma "individwali";

- fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 8 it-tħassir propost tal-kelma "aħwa";

- fl-Artikolu 10(1), il-kelma "biss";

- fl-Artikolu 10(2), it-tħassir propost tal-kliem "jew ħu jew oħt";

- fl-Artikolu 13, il-kliem introduttorju, it-tħassir propost tal-kliem "u/jew aħwa minorenni mhux miżżewġin";

- it-test kollu tal-Anness I.

Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ikkonkluda wkoll li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

F. DREXLER      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult      Ġurikonsult      Direttur Ġenerali


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (4.5.2017)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida (riformulazzjoni)

(COM(2016)0270 – C8-0173/2016 – 2016/0133(COD))

Rapporteur għal-opinjoni: Ramona Nicole Mănescu

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda     1

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Bil-għan li jkun impedit lill-applikanti b'applikazzjonijiet inammissibbli, jew li x'aktarx mhumiex fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, milli jibdew vjaġġ potenzjalment perikoluż mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom lejn Stat Membru, jenħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri, tiggarantixxi li l-migranti potenzjali jkunu informati dwar ir-rotot legali għad-dħul fl-Unjoni u r-riskji tal-migrazzjoni illegali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda timmira li tipprevjeni l-migrazzjoni klandestina u tnaqqas il-volum ta' talbiet għall-asil li jsiru fuq il-bażi ta' informazzjoni żbaljata.

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  Id-diffikultajiet li jirrigwardaw il-ġestjoni tal-fluss migratorju li jinsabu fiċ-ċentri ta' akkoljenza u tqassim ("hotspots") fl-Istati Membri tal-ewwel wasla juru l-bżonn ta' approċċ aktar kooperattiv u konkret.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tissottolinja l-ġustifikazzjonijiet ta' approċċ komuni tal-UE.

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Sabiex jiġi impedit li applikanti b'talbiet inammissibbli jew li x'aktarx mhumiex fi bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, jew li jirrappreżentaw riskju għas-sigurtà jiġu ttrasferiti bejn l-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-Membru fejn tiġi ddepożitata talba għall-ewwel darba jivverifika l-ammissibbiltà tat-talba b'rabta mal-ewwel pajjiż tal-ażil u mal-pajjiż terz sikur, jeżamina bi proċeduri aċċellerati l-applikazzjonijiet imressqa minn applikanti ġejjin min pajjiż tal-oriġini sikur elenkat fil-lista tal-UE, kif ukoll applikazzjonijiet li jirrapreżentaw tħassib dwar is-sigurtà.

imħassar

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 20

Regolament (UE) 604/2013

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Sabiex ikun żgurat ir-rispett sħiħ tal-prinċipju tal-unità tal-familja u għall-aħjar interess tat-tifel/tifla, l-eżistenza ta' relazzjoni ta' dipendenza bejn applikant u t-tifel/tifla, aħwa jew ġenitur tiegħu/tagħha minħabba tqala jew maternità, l-istat tas-saħħa jew ix-xjuħija tal-applikant, għandha ssir kriterju ta' responsabbiltà li jorbot. Meta l-applikant huwa minorenni mhux akkompanjat, il-preżenza ta' membru tal-familja jew qarib f'territorju ta' Stat Membru ieħor li jista' jieħu ħsiebu jew ħsiebha għandha wkoll issir kriterju ta' responsabbiltà li jorbot. Sabiex ma jkunux inkoraġġiti movimenti sekondarji ta' minorenni mhux akkompanjati, li mhumiex fl-aħjar interess tagħhom, fin-nuqqas ta' membru tal-familja jew qarib, l-Istat Membru responsabbli għandu jkun dak fejn il-minorenni mhux akkompanjat ippreżenta l-ewwel applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, sakemm ma jintweriex li dan ikun mhux fl-aħjar interess tat-tifel/tifla. Qabel ma minorenni mhux akkompanjat jiġi ttrasferit lejn Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li jittrasferixxi jieħu l-miżuri kollha meħtieġa u xierqa biex jiżgura protezzjoni adegwata tat-tifel/tifla u partikolarment ta' ħatra fil-pront ta' rappreżentat jew rapreżentanti bil-kompitu li jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet kollha li huma intitolati għalihom. Kwalunkwe deċiżjoni li jiġi ttrasferit minorenni mhux akkompanjat għandha ssir wara valutazzjoni tal-aħjar interessi tiegħu minn persunal bil-kwalifiki u l-għarfien meħtieġa.

(20)  Sabiex ikun żgurat ir-rispett sħiħ tal-prinċipju tal-unità tal-familja u għall-aħjar interess tat-tifel/tifla, l-eżistenza ta' relazzjoni ta' dipendenza bejn applikant u t-tifel/tifla, aħwa jew ġenitur tiegħu/tagħha minħabba tqala jew maternità, l-istat tas-saħħa jew ix-xjuħija tal-applikant, għandha ssir kriterju ta' responsabbiltà li jorbot. Meta l-applikant huwa minorenni mhux akkumpanjat, il-preżenza ta' membru tal-familja jew qarib f'territorju ta' Stat Membru ieħor li jista' jieħu ħsiebu jew ħsiebha għandha wkoll issir kriterju ta' responsabbiltà li jorbot. It-tfal separati, li jitqiesu wkoll mil-lat ġuridiku bħala minorenni mhux akkumpanjati, jirrappreżentaw kategorija distinta li jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika. Sabiex ma jkunux inkoraġġiti movimenti sekondarji ta' minorenni mhux akkumpanjati, li mhumiex fl-aħjar interess tagħhom, fin-nuqqas ta' membru tal-familja jew qarib, l-Istat Membru responsabbli għandu jkun dak fejn il-minorenni mhux akkumpanjat ippreżenta l-ewwel applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, sakemm ma jintweriex li dan ikun mhux fl-aħjar interess tat-tifel/tifla. Qabel ma minorenni mhux akkumpanjat jiġi ttrasferit lejn Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li jittrasferixxi jieħu l-miżuri kollha meħtieġa u xierqa biex jiżgura protezzjoni adegwata tat-tifel/tifla u partikolarment ta' ħatra fil-pront ta' rappreżentat jew rappreżentanti bil-kompitu li jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet kollha li huma intitolati għalihom. Kwalunkwe deċiżjoni li jiġi ttrasferit minorenni mhux akkumpanjat għandha ssir wara valutazzjoni tal-aħjar interessi tiegħu minn persunal bil-kwalifiki u l-għarfien meħtieġa.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Sabiex ikun żgurat li jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u jiġu impediti l-ostakli għall-applikazzjoni tiegħu, partikolarment sabiex jiġu evitati l-ħarbiet u l-movimenti sekondarji bejn l-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi ċari li jrid jikkonforma magħhom l-applikant fil-kuntest tal-proċedura, li jrid jiġi infurmat dwarha sew u fil-pront. Il-ksur ta' dawn l-obbligi legali għandu jwassal għal konsegwenzi proċedurali xieraq u proporzjonali għall-applikant u għal konsegwenzi xierqa u proporzjonali f'termini tal-kundizzjonijiet tal-akkoljenza tiegħu jew tagħha. F'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Istat Membru fejn tiġi ppreżentata applikazzjoni bħal din għandu fi kwalunkwe każ jiżgura li l-bżonnijiet materjali immedjati tal-persuna jkunu koperti.

(22)  Sabiex ikun żgurat li jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u jiġu impediti l-ostakli għall-applikazzjoni tiegħu, partikolarment sabiex jiġu evitati l-ħarbiet u l-movimenti sekondarji bejn l-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi ċari li jrid jikkonforma magħhom l-applikant fil-kuntest tal-proċedura, li jrid jiġi infurmat dwarha sew u fil-pront. Jenħtieġ li n-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ma jippreġudikax id-dritt tal-applikant għal proċess ġust u ekwu jew jinvolvi konsegwenzi bla bżonn, mhux xierqa jew sproporzjonati f'termini tal-kundizzjonijiet tal-akkoljenza tiegħu jew tagħha. F'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, l-Istat Membru fejn tiġi ppreżentata applikazzjoni bħal din għandu fi kwalunkwe każ jiżgura li l-bżonnijiet bażiċi immedjati tal-persuna jkunu koperti.

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 24

Regolament (UE) 604/2013

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Sabiex tkun garantita il-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-individwi kkonċernati„ għandhom ikun stabbiliti salvagwardji legali u d-dritt għal rimedju effettiv fir-rigward ta' deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti lejn l-Istat Membru responsabbli, f'konformità, b'mod partikolari mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għandu wkoll jingħata rimedju effettiv f'sitwazzjonijiet fejn ma titteħidx deċiżjoni ta' trasferiment iżda l-applikant jiddikjara li Stat Membru ieħor huwa responsabbli abbażi li għandu membru tal-familja jew, fil-każ ta' minorenni mhux akkompanjat, qarib fi Stat Membru ieħor. Sabiex jiġi żgurat li jiġi rispettat id-dritt internazzjonali, rimedju effettiv kontra tali deċiżjonijiet għandu jkopri kemm l-analiżi tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ukoll l-eżami tas-sitwazzjoni legali u fattwali fl-Istat Membru li għalih jiġi ttrasferit l-applikant. L-ambitu tar-rimedju effettiv għandu jkun limitat għal valutazzjoni ta' jekk id-drittijiet fundamentali tal-applikant fir-rigward tal-ħajja tal-familja, tad-drittijiet tat-tfal u l-projbizzjoni ta' trattament inuman u degradanti humiex f'riskju li jinkisru.

(24)  Kwalunkwe persuna suġġetta għal dan ir-regolament jenħtieġ li jkollha d-dritt għal rimedju effettiv, fil-forma ta' appell jew rieżami skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fil-fatt u fid-dritt. Sabiex tkun garantita l-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-individwi kkonċernati, għandhom ikunu stabbiliti salvagwardji legali u d-dritt għal rimedju effettiv fir-rigward ta' deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti lejn l-Istat Membru responsabbli, f'konformità, b'mod partikolari mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għandu wkoll jingħata rimedju effettiv f'sitwazzjonijiet fejn ma titteħidx deċiżjoni ta' trasferiment iżda l-applikant jiddikjara li Stat Membru ieħor huwa responsabbli abbażi li għandu/ha membru tal-familja jew, fil-każ ta' minorenni mhux akkumpanjat, qarib f'Membru ieħor. Sabiex jiġi żgurat li jiġu rispettati d-dritt internazzjonali u l-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, rimedju effettiv kontra tali deċiżjonijiet għandu jkopri kemm l-analiżi tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ukoll l-eżami tas-sitwazzjoni ġuridika u fattwali fl-Istat Membru li għalih jiġi ttrasferit jew mibgħut lura l-applikant. L-ambitu ewlieni tar-rimedju effettiv għandu jkun valutazzjoni ta' jekk id-drittijiet fundamentali tal-applikant fir-rigward tal-ħajja tal-familja, tad-drittijiet tat-tfal u l-projbizzjoni ta' trattament inuman u degradanti humiex f'riskju li jinkisru.

Ġustifikazzjoni

L-emenda timmira li ssaħħaħ id-dritt għal rimedju effettiv billi tbiddel il-premessa biex din tkun tibda billi ssemmi dan id-dritt u tirreferi għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE u tal-QEDB.

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Sabiex jiġi żgurat li determinazzjoni tar-responsabilità u tal-allokazzjoni tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri ssir bla dewmien, l-iskadenzi biex isiru u tingħata tweġiba għal talbiet biex jittieħed inkarigu, biex isur in-notifiki ta' teħid lura u għat-twettiq tat-trasferimenti, kif ukoll biex isiru u jiġu deċiżi l-appelli, għandhom jiġu ssimplifikati u mqassra sal-massimu possibbli.

(26)  Sabiex jiġi żgurat li determinazzjoni tar-responsabilità u tal-allokazzjoni tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri ssir bla dewmien, l-iskadenzi biex isiru u tingħata tweġiba għal talbiet biex jittieħed inkarigu, biex isur in-notifiki ta' teħid lura u għat-twettiq tat-trasferimenti, kif ukoll biex isiru u jiġu deċiżi l-appelli, għandhom jiġu ssimplifikati u mqassra sal-massimu possibbli, fir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-applikanti u fir-rispett tal-persuni vulnerabbli, partikolarment id-drittijiet tat-tfal u l-prinċipju fundamentali tal-aħjar interessi tat-tfal kif ukoll id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Fattur ibbażat fuq id-daqs tal-popolazzjoni u tal-ekonomija tal-Istati Membri għandu jiġi applikat bħala punt ta' referenza fl-operat tal-mekkaniżmu tal-allokazzjoni korrettiva flimkien ma' limitu massimu, sabiex il-mekkaniżmu jaħdem bħala mezz li jassisti lill-Istati Membri li jkunu jinsabu taħt pressjoni sproporzjonata. L-applikazzjoni tal-allokazzjoni korrettiva għall-benefiċċju ta' Stat Membru għandha tiġi attivata awtomatikament meta l-għadd tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali li għalihom ikun responsabbli Stat Membru taqbeż il-150 % taċ-ċifra identifika fil-fattur ta' referenza. Sabiex jirriflettu b'mod komprensiv l-isforzi ta' kull Stat Membru, l-għadd ta’' persuni risistemati effettivament f'dak l-Istat Membru għandu jiżdied mal-għadd ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali għall-finijiet ta' dan il-kalkolu.

(32)  Fattur importanti bbażat fuq id-daqs tal-popolazzjoni, fuq l-ekonomija tal-Istati Membri, u fuq il-livell ta' stabbiltà fil-pajjiż terz ġar tiegħu, għandu jiġi applikat bħala punt ta' referenza fl-operat tal-mekkaniżmu tal-allokazzjoni korrettiva flimkien ma' limitu massimu, sabiex il-mekkaniżmu jaħdem bħala mezz li jassisti lill-Istati Membri li jkunu jinsabu taħt pressjoni sproporzjonata. L-applikazzjoni tal-allokazzjoni korrettiva għall-benefiċċju ta' Stat Membru għandha tiġi attivata awtomatikament meta l-għadd tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali li għalihom ikun responsabbli Stat Membru taqbeż il-150 % taċ-ċifra identifika fil-fattur ta' referenza. Sabiex jirriflettu b'mod komprensiv l-isforzi ta' kull Stat Membru, l-għadd ta' persuni risistemati effettivament f'dak l-Istat Membru għandu jiżdied mal-għadd ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali għall-finijiet ta' dan il-kalkolu.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Għandu jiġi stabbilit netwerk ta' awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u għandu jiġu ffaċilitati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil biex tissaħħaħ il-koperazzjoni prattika u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż l-iżvilupp ta' għodod prattiċi u gwida.

(42)  Għandu jiġi stabbilit netwerk ta' awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u għandu jiġu ffaċilitati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil biex tissaħħaħ il-koperazzjoni prattika u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż l-iżvilupp ta' għodod prattiċi u gwida. Jenħtieġ li dan in-netwerk ikun jista' jikkollabora mal-awtoritajiet tal-pajjiżi ta' transitu, tal-pajjiżi kandidati u dawk kandidati potenzjali, mal-pajjiżi tal-Viċinat Ewropew, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari mal-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, kif anke mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi.

Emenda     10

Proposta għal regolament

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)  Sabiex jiġi vvalutat jekk mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiva f'dan ir-Regolament huwiex qed jilħaq l-objettiv li tiġi żgurata kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri u li tittaffa l-pressjoni sproporzjonata fuq ċerti Stati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiva u b'mod partikolari tivverifika li l-livell massimu biex tiskatta u biex tieqaf l-allokazzjoni korrettiva effettivament jiżgura li r-responsabilità tinqasam b'mod ġust bejn l-Istati Membri u aċċess rapidu tal-applikanti għall-proċeduri li jagħtu protezzjoni internazzjonali f'sitwazzjonijiet fejn Stat Membru jkun qed iħabbat wiċċu ma' għadd sproporzjonat ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li għalihom huwa responsabbli skont dan ir-Regolament.

(52)  Sabiex jiġi vvalutat jekk mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiva f'dan ir-Regolament huwiex qed jilħaq l-objettiv li tiġi żgurata kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri u li tittaffa l-pressjoni sproporzjonata fuq ċerti Stati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiva u b'mod partikolari tivverifika li l-livell massimu biex tiskatta u biex tieqaf l-allokazzjoni korrettiva effettivament jiżgura li r-responsabilità tinqasam b'mod ġust bejn l-Istati Membri u aċċess rapidu tal-applikanti għall-proċeduri li jagħtu protezzjoni internazzjonali f'sitwazzjonijiet fejn Stat Membru jkun qed iħabbat wiċċu ma' għadd sproporzjonat ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li għalihom huwa responsabbli skont dan ir-Regolament. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika, f'intervalli regolari, in-numru ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li kull Stat Membru jirċievi, inkluża r-rata ta' risposta pożittiva, l-oriġini tal-applikanti u ż-żmien tal-ipproċessar ta' kull applikazzjoni.

Emenda     11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt j

Regolament (UE) 604/2013

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt j

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  "minorenni mhux akkumpanjat" tfisser minorenni li jasal fit- it-territorju tal-Istati Membri mhux akkumpanjat minn adult responsabbli għalih jew għaliha, kemm jekk bil-liġi kif ukoll bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, u għaż-żmien li huwa jew hija ma tkunx fil-kura ta' tali adult; din tinkludi minorenni li j/titħalla mhux akkumpanjat/a wara li huwa jew hija jkunu daħlu fit-territorju tal-Istati Membri;

(j)  "minorenni mhux akkumpanjat" tfisser minorenni li jasal fit-territorju tal-Istati Membri mhux akkumpanjat minn adult responsabbli għalih jew għaliha, kemm jekk bil-liġi kif ukoll bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, u għaż-żmien li huwa jew hija ma tkunx fil-kura ta' tali adult; din tinkludi minorenni li j/titħalla mhux akkumpanjat(a) wara li huwa jew hija jkunu daħlu fit-territorju tal-Istati Membri, kif ukoll minorenni li ġew isseparati miż-żewġ ġenituri jew mill-persuna prinċipali li skont il-liġi jew abitwalment għandha f'kustodja l-minorenni;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda timmira li twessa' l-kamp ta' applikazzjoni tad-definizzjoni ta' "minorenni mhux akkumpanjati".

Emenda     12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Qabel japplika l-kriterji għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli f'konformità mal-Kapitoli III u IV, l-ewwel Stat Membru li fih l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata għandu:

imħassar

(a)  jeżamina jekk l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali hijiex inammissibbli skont l-Artikolu 33(2) ittri b) u c) tad-Direttiva 2013/32/UE meta pajjiż li ma jkunx Stat Membru jiġi kkunsidrat bħala l-ewwel pajjiż tal-ażil jew bħala pajjiż terz sikur għall-applikant; u

 

(b)   jeżamina l-applikazzjoni bi proċedura aċċellerata skont l-Artikolu 31(8) tad-Direttiva 2013/32/UE meta japplikaw ir-raġunijiet li ġejjin:

 

(i)   l-applikant ikollu ċ-ċittadinanza ta' pajjiż terz, jew ikun/tkun persuna apolida u kien/kienet preċedentement, abitwalment residenti f'dak il-pajjiż, indikat bħala pajjiż ta' oriġini sikur fl-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini sikuri stabbilita skont ir-Regolament [Proposta COM (2015) 452 tad-9 ta' Settembru 2015]; jew

 

(ii)   l-applikant jista', għal raġunijiet serji, jiġi kkunsidrat bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jew l-applikant ġie espuls bil-forza għal raġunijiet serji ta' sigurtà pubblika jew ta' ordni pubbliku skont il-liġi nazzjonali.

 

Emenda     13

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  id-dritt li japplika għal protezzjoni internazzjonali ma jinkludix l-għażla min-naħa tal-applikant ta' liema Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali;

(a)  id-dritt li japplika għal protezzjoni internazzjonali ma jinkludix l-għażla min-naħa tal-applikant ta' liema Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, għajr meta jkun eleġibbli għar-riunifikazzjoni tal-familja;

Emenda     14

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Regolament (UE) 604/2013

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn ikun neċessarju biex l-applikant ikun jista' jifhem sew, l-informazzjoni għandha tkun mogħtija oralment ukoll, pereżempju b'rabta mal-intervista personali kif imsemmija fl-Artikolu 7.

Fejn ikun neċessarju biex l-applikant ikun jista' jifhem sew, l-informazzjoni għandha tkun mogħtija oralment ukoll, pereżempju b'rabta mal-intervista personali kif imsemmija fl-Artikolu 7. Kull meta l-applikant ikun minorenni, dan għandu jkun informat b'mod li jista' jinftiehem mit-tfal.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda timmira li tieħu ħsieb is-sitwazzjoni speċifika tal-minorenni billi ssaħħaħilhom drittijiethom. Hija relatata mal-emendi tal-Artikoli 7, 8 u 10.

Emenda     15

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Regolament (UE) 604/2013

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-intervista personali għandha ssir f'lingwa li l-applikant jifhem jew jista' jkun raġonevolment preżunt li jifhem u li biha huwa jew hija jkun kapaċi jikkomunika. Fejn neċessarju, l-Istati Membru għandhom ikollhom interpretu li jkun jista' jiżgura l-komunikazzjoni xierqa bejn l-applikant u l-persuna li tagħmel l-intervista personali.

3.  L-intervista personali għandha ssir f'lingwa li l-applikant jifhem jew jista' jkun raġonevolment preżunt li jifhem u li biha huwa jew hija jkun kapaċi jikkomunika u, meta neċessarju, b'mod li jista' jinftiehem mit-tfal. Fejn neċessarju, l-Istati Membri għandhom ikollhom interpretu li jkun jista' jiżgura l-komunikazzjoni xierqa bejn l-applikant u l-persuna li tagħmel l-intervista personali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda timmira li tieħu ħsieb is-sitwazzjoni speċifika tal-minorenni billi ssaħħaħilhom drittijiethom. Hija relatata mal-emendi tal-Artikoli 6, 8 u 10.

Emenda     16

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Regolament (UE) 604/2013

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-aħjar interess tat-tifel jew tifla għandha tkun il-konsiderazzjoni prinċipali għall-Istati Membri fir-rigward tal-proċeduri kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament.

1.  L-aħjar interess tat-tifel jew tifla għandu jkun valutat fuq bażi sistematika u għandu jkun il-konsiderazzjoni prinċipali għall-Istati Membri fir-rigward tal-proċeduri kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda timmira li ssaħħaħ id-drittijiet tal-minorenni u tirrinforza l-obbligi tal-Istati Membri fil-konfront tagħhom. Hija relatata mal-emendi l-oħrajn tal-Artikolu 8.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Regolament (UE) 604/2013

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru fejn minorenni mhux akkumpanjat jkun obbligat li jibqa' għandu jiżgura li rappreżentant jirraprezenta u/jew jgħin lill-minorenni mhux akkompanjat fir-rigward tal-proċeduri rilevanti stabbiliti minn dan ir-Regolament. Ir-rappreżentant għandu jkollu l-kwalifiki u l-kompetenza esperta sabiex ikun żgurat li l-aħjar interessi tal-minuri jiġu kkunsidrati matul il-proċeduri mwettqin taħt dan ir-Regolament. Tali rappreżentant għandu jkollu aċċess għall-kontenut tad-dokumenti rilevanti fil-fajl tal-applikant inkluż il-fuljett speċifiku għall-persuni minorenni mhux akkumpanjati.

Kull Stat Membru fejn minorenni mhux akkumpanjat ikun preżenti għandu jiżgura li jinħatar, immedjatament wara l-wasla, rappreżentant imħarreġ b'mod adegwat u jirrappreżenta u/jew jgħin lill-minorenni mhux akkumpanjat fir-rigward tal-proċeduri rilevanti stabbiliti minn dan ir-Regolament. Ir-rappreżentant għandu jkollu l-kwalifiki u l-kompetenza esperta sabiex ikun żgurat li l-aħjar interessi tal-minuri jiġu kkunsidrati matul il-proċeduri mwettqin taħt dan ir-Regolament. Tali rappreżentant għandu jkollu aċċess għall-kontenut tad-dokumenti rilevanti fil-fajl tal-applikant inkluż il-fuljett speċifiku għall-persuni minorenni mhux akkumpanjati.

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2013/32/UE.

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2013/32/UE.

 

Minħabba l-vulnerabilità tagħhom, jenħtieġ li l-minorenni mhux akkumpanjati biss ikunu trasferiti lejn Stat Membru ieħor fejn tali trasferiment huwa fl-aħjar interessi tat-tifel/tifla.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda timmira li ssaħħaħ id-drittijiet tal-minorenni mhux akkumpanjati u li tissottolinja l-fatt li l-Istat jinżamm responsabbli għalihom.

Emenda     18

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt a

Regolament (UE) 604/2013

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-possibbiltajiet ta' riunifikazzjoni tal-familja;

(a)  il-preservazzjoni tal-ħajja familjari, inkluża l-possibbiltajiet ta' riunifikazzjoni tal-familja;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda timmira li ssaħħaħ il-garanziji tal-minorenni billi twessa' l-obbligi tal-Istati Membri fil-konfront tagħhom. Hija relatata mal-emendi l-oħrajn tal-Artikolu 8.

Emenda     19

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

Regolament (UE) 604/2013

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-persunal tal-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 47 li jittrattaw it-talbiet rigward il-persuni minorenni mhux akkumpanjati għandu jkun irċieva, u għandu jibqa' jirċievi taħriġ adatt rigward il-ħtiġijiet speċifiċi tal-minorenni.

Il-persunal tal-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 47 li jittrattaw it-talbiet rigward il-persuni minorenni mhux akkumpanjati għandu jkun irċieva, u għandu jibqa' jirċievi taħriġ adatt rigward il-ħtiġijiet speċifiċi tal-minorenni. Tali taħriġ għandu jinkludi moduli dwar il-valutazzjoni tar-riskju u jimmira l-assistenza u l-protezzjoni skont il-bżonnijiet individwali tat-tifel/tifla, b'attenzjoni partikolari fuq l-identifikazzjoni bikrija tal-vittmi tat-traffikar u tal-abbużi, kif ukoll taħriġ fil-qasam tal-aħjar prattiki biex ikun evitat l-għajbien.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda timmira li tittratta s-sitwazzjoni speċifika tal-minorenni billi ssaħħaħ il-garanziji li se jirċievu trattament xieraq mill-awtoritajiet tal-Istati Membri kompetenti. Hija relatata mal-emendi tal-Artikoli 7, 8 u 10.

Emenda     20

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5

Regolament (UE) 604/2013

Artikolu 10 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-assenza ta' membru tal-familja jew qarib kif imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3, l-Istat Membru responsabbli għandu jkun dak fejn il-minorenni mhux akkumpanjat jkun iddepożita l-ewwel l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha għall-protezzjoni internazzjonali, sakemm ma jkunx muri li dan mhux fl-aħjar interess tal-persuna minorenni.

Fl-assenza ta' membru tal-familja jew qarib kif imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3, l-Istat Membru responsabbli għandu jkun dak fejn il-minorenni mhux akkumpanjat jkun preżenti jew iddepożita l-applikazzjoni għall-asil, dment li dan huwa fl-aħjar interess tal-persuna minorenni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija relatata ma' dik ta' qabilha mressqa għall-Artikolu 8. L-Istat jinżamm responsabbli għal kull minorenni mhux akkumpanjat preżenti fit-territorju tiegħu.

Emenda     21

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Regolament (UE) 604/2013

Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru li fih issir l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u li jkun għaddej mill-proċess biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli jista', fi kwalunkwe ħin qabel ma jkun ġie ddeterminat Stat Membru responsabbli , jitlob Stat Membru ieħor biex jieħu f'idejh l-applikazzjoni sabiex jġib flimkien kwalunkwe relazzjonijiet familjari, ukoll fejn dan l-Istat Membru l-ieħor mhux responsabbli skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 13 u 18. Il-persuni kkonċernati għandhom juru li jaqblu bil-miktub.

L-Istat Membru li fih issir l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u li jkun għaddej mill-proċess biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli jista', fi kwalunkwe ħin qabel ma jkun ġie ddeterminat Stat Membru responsabbli, jitlob Stat Membru ieħor biex jieħu f'idejh l-applikazzjoni sabiex jġib flimkien kwalunkwe relazzjonijiet familjari, jew fuq il-bażi ta' rabtiet familjari, kulturali jew soċjali jew ta' ħiliet lingwistiċi li jkunu jiffaċilitaw l-integrazzjoni tiegħu f'dan l-Istat Membru, ukoll fejn dan l-Istat Membru l-ieħor mhux responsabbli skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 13 u 18. Il-persuni kkonċernati għandhom juru li jaqblu bil-miktub.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Regolament (UE) 604/2013

Artikolu 29 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri ma' għandhomx iżommu persuna f'detenzjoni għall-unika raġuni li huwa jew hija soġġetta għall-proċedura stabbilita b'dan ir-Regolament.

L-Istati Membri ma għandhomx iżommu persuna f'detenzjoni għall-unika raġuni li huwa jew hija soġġetta għall-proċedura stabbilita b'dan ir-Regolament. Id-detenzjoni għandha tibqa' dejjem miżura aħħarija u l-alternattivi għad-detenzjoni għandhom ikunu dejjem prijorità. It-tfal ma għandhomx ikunu detenuti inkwantu d-detenzjoni ma tista' qatt tkun fl-aħjar interessi tat-tifel/tifla. Il-minorenni u l-familji bi tfal minorenni għandhom jingħataw akkomodazzjoni flimkien, f'postijiet mhux ta' kustodja u bbażati fil-komunità.

Ġustifikazzjoni

L-emenda timmira li tiżgura li jittieħdu l-miżuri xierqa għat-tfal skont l-aħjar interessi tagħhom.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għandha tistabbilixxi u tiffaċilita l-attivitajiet ta' netwerk tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 47(1), bl-għan li jtejjeb il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju tal-informazzjoni dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż l-iżvilupp ta' għodod prattiċi u gwida.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha tistabbilixxi u tiffaċilita l-attivitajiet ta' netwerk tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 47(1), bl-għan li jtejjeb il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju tal-informazzjoni dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż l-iżvilupp ta' għodod prattiċi u gwida. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi kandidati u tal-pajjiżi kandidati potenzjali u tal-pajjiżi Ewropej tal-Viċinat jistgħu jiġu mistiedna jikkooperaw ma' dan in-netwerk.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid)

Referenzi

COM(2016)0270 – C8-0173/2016 – 2016/0133(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.9.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

12.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ramona Nicole Mănescu

12.7.2016

Data tal-adozzjoni

11.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

9

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Francisco Assis, Amjad Bashir, Bas Belder, Mario Borghezio, Elmar Brok, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Karol Karski, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Eduard Kukan, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, Alex Mayer, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Kati Piri, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Jordi Solé, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Charles Tannock, László Tőkés, Ivo Vajgl, Elena Valenciano, Geoffrey Van Orden, Anders Primdahl Vistisen, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

María Teresa Giménez Barbat, Andrzej Grzyb, Antonio López-Istúriz White, Norica Nicolai, Urmas Paet, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Igor Šoltes, Marie-Christine Vergiat

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Josef Weidenholzer

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

47

+

ALDE

María Teresa Giménez Barbat, Javier Nart, Norica Nicolai, Urmas Paet, Jozo Radoš, Marietje Schaake, Ivo Vajgl

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

PPE

Lars Adaktusson, Elmar Brok, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Andrzej Grzyb, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Eduard Kukan, Antonio López-Istúriz White, Ramona Nicole Mănescu, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Alojz Peterle, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, László Tőkés, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica

S&D

Francisco Assis, Andi Cristea, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Arne Lietz, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Kati Piri, Elena Valenciano, Josef Weidenholzer, Boris Zala

VERTS/ALE

Barbara Lochbihler, Ulrike Lunacek, Jordi Solé, Igor Šoltes

9

-

ECR

Amjad Bashir, Bas Belder, Karol Karski, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden, Anders Primdahl Vistisen

ENF

Mario Borghezio

NI

Georgios Epitideios, Janusz Korwin-Mikke

4

0

GUE/NGL

Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Helmut Scholz, Marie-Christine Vergiat

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (17.5.2017)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid)

(COM(2016)0270 – C8-0173/2016 – 2016/0133(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Gérard Deprez

PA_Legam

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni bil-għan li jitfassal mill-ġdid u jiġi sostitwit ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida. Fid-dawl tal-kriżi tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati, sar meħtieġ li s-sistema ta' Dublin tiġi riformata, kemm biex tiġi ssimplifikata u biex titjieb l-effikaċja tagħha fil-prattika, kif ukoll biex tirrifletti l-fatt li ċerti Stati Membri kellhom jiffaċċjaw pressjonijiet sproporzjonati f'termini ta' talbiet għall-asil.

Mekkaniżmu korrettiv

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din il-proposta jammontaw għal EUR 1,828 biljun għall-perjodu 2017-2020. Dan għandu jkopri l-ispejjeż tat-trasferiment ladarba l-mekkaniżmu ta' ekwità jkun ġie attivat għall-benefiċċju ta' Stat Membru, kif ukoll l-istabbiliment u l-funzjonament tas-sistema kompjuterizzata għar-reġistrazzjoni u l-allokazzjoni awtomatika ta' dawk li jfittxu l-asil, kif ukoll l-ispiża sabiex tinħoloq kapaċità ta' akkoljenza addizzjonali u biex jingħataw ikel u servizzi bażiċi lil dawk li qed ifittxu l-ażil li ġew ittrasferiti.

Ir-rapporteur jieħu nota tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni li tiffissa limitu minimu fuq l-għadd ta' applikazzjonijiet għall-asil li lil hinn minnu il-mekkaniżmu korrettiv ta' distribuzzjoni jiġi attivat awtomatikament. Huwa iqis neċessarju li jiġi stabbilit dan il-limitu minimu ta' attivazzjoni sabiex l-ebda Stat Membru ma jħabbat wiċċu ma' pressjonijiet sproporzjonati f'termini ta' talbiet għall-asil jew jagħmel talba biex juża dan il-mekkaniżmu ta' distribuzzjoni meta fil-fatt jilqa' biss numru żgħir ta' persuni li jfittxu asil bl-għan ta' fattur ta' distribuzzjoni.

Ir-rapporteur iqis, madankollu, li meta l-livell ta' attivazzjoni jiġi stabbilit għal 150 % tal-kwota ta' riferenza ta' Stat Membru, il-Kummissjoni tkun qed titfa' fuq ċerti Stati Membri piż eċċessiv peress li dawn iridu jbatu waħedhom għadd ta' talbiet għall-asil li jaqbeż bin-nofs il-kapaċità tagħhom qabel ma jiġi attivat il-mekkaniżmu ta' solidarjetà. Huwa jqis ukoll li limitu minimu baxx wisq mingħajr kundizzjonijiet addizzjonali jista' jwassal għal nuqqas ta' responsabilità ta' Stat Membru għall-kontroll u l-ġestjoni tal-fruntieri tiegħu. Huwa jipproponi, għalhekk, li dan il-limitu jiġi stabbilit għal 100 % tas-sehem ta' referenza ta' Stat Membru, iżda li jiġu evitati politiki potenzjalment ta' laxkezza fil-fruntieri permezz tal-inklużjoni ta' klawsola ta' solidarjetà reċiproka li tippermetti s-sospensjoni tal-mekkaniżmu korrettiv meta Stat Membru jonqos milli jwettaq kif jixraq l-obbligi tiegħu ta' ġestjoni tal-fruntiera esterna tiegħu u dan skont ir-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Huwa jipproponi, fl-aħħar nett, li jiġi previst il-waqfien tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu korrettiv biss meta l-għadd ta' applikazzjonijiet għall-asil lejn l-Istat Membru benefiċjarju jinżel għal 90 % tas-sehem tiegħu ta' referenza, u b'hekk jiġu evitati tluqijiet/ritorni ripetuti fis-sistema.

L-ispejjeż tat-trasferiment

Mill-EUR 1,828 biljun previsti, EUR 375 miljun huma ddedikati għar-rimbors tal-ispejjeż ta' trasferiment bejn l-Istati Membri għal total ta' 750 000 persuna ttrasferita. L-Artikolu 42 tal-proposta ta' tfassil mill-ġdid jistipula li l-Istat Membru benefiċjarju li jiżgura t-trasferiment ta' applikant għall-asil lejn l-Istat tal-allokazzjoni jitħallas lura somma fissa ta' EUR 500 għal kull persuna ttrasferita.

Ir-rapporteur għal opinjoni jappoġġa l-proposta li l-Istat li jassumi r-responsabilità tat-trasferiment għandu d-dritt li jirċievi kumpens u jqis li kumpens f'somma fissa huwa ġġustifikat peress li jippermetti li jiġi evitat piż burokratiku enormi ta' kontroll tal-ispejjeż reali. Huwa jqis, madankollu, li bl-iffissar ta' dan l-ammont għal EUR 500 għal kull persuna ttrasferita taħt il-pretest li l-benefiċċji li jitwarrbu mill-ispejjeż reali jistgħu jgħinu lill-Istati Membri l-aktar esposti, il-Kummissjoni mhix qed tqis it-twaqqif riċenti ta' strument ta' assistenza ta' emerġenza(1) li huwa mfassal biex jikkompleta l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri affettwati b'mod partikolari mill-influss għall-għarrieda u massiv ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi (rifuġjati u migranti) fit-territorju tagħhom.

Ir-rapporteur għalhekk jipproponi li din is-somma fissa tiġi ffissata għal EUR 300 għal kull persuna ttrasferita sabiex tkun aktar qrib tal-ispejjeż reali stmati. Għaldaqstant, l-ammont totali tat-trasferimenti għall-perjodu 2017-2020 jkun ta' EUR 225 miljun, li jippermetti li jiġu ffrankati EUR 150 miljun. Minn dan l-iffrankar, tal-anqas EUR 110 miljun jistgħu jintużaw biex jitmantna l-Fond ta' għajnuna ta' urġenza (EUR 30 miljun fl-2017 u EUR 40 miljun kull sena fl-2018 u l-2019) qabel ma tiskadi l-bażi legali tiegħu f'Marzu 2019.

Is-solidarjetà finanzjarja u l-ħolqien ta' "riżerva ta' Dublin" fil-qafas tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni

Ir-rapporteur iqis bħala leġittima, meħtieġa u proporzjonata, il-proposta tal-Kummissjoni li għandha l-għan li timponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jikkontribwixxu b'mod finanzjarju meta jirrifjutaw li jaċċettaw ir-responsabilità tal-persuni li jfittxu asil li jiġu assenjati lilhom permezz tal-istrument ta' distribuzzjoni. Huwa jisħaq fuq il-fatt li din il-kontribuzzjoni finanzjarja obbligatorja ma hija bl-ebda mod ta' natura punittiva, iżda tirrappreżenta sehem ġust għas-solidarjetà meħtieġa fost l-Istati Membri (Artikolu 80 tat-TFUE). Huwa jqis, madankollu, li l-mekkaniżmu finanzjarju previst mill-Kummissjoni f'dan il-każ mhuwiex l-aktar wieħed adegwat, la mil-lat ta' ammont, u lanqas f'termini ta' modalità.

Ir-rapporteur jipproponi li b'solidarjetà finanzjarja, Stat Membru li ma jissodisfax l-obbligi tiegħu skont il-mekkaniżmu korrettiv ta' distribuzzjoni jenħtieġ li jħallas, għal kull applikant li jkun ġie allokat għalih, l-ewwel u t-tieni sena EUR 50 000, it-tielet u r-raba' sena EUR 75 000, il-ħames sena u s-snin sussegwenti EUR 100 000. Dawn l-ammonti jitħallsu lura fis-sħuħija tagħhom fil-Fond AMIF maħluq bir-Regolament (UE) Nru 516/2014 għall-ħolqien ta' "riżerva ta' Dublin". Il-ħolqien ta' din ir-riżerva jista' jseħħ biss fil-mument tar-reviżjoni tal-AMIF prevista fl-Artikolu 60 tar-Regolament 514/2014 u l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2020. Jekk Stat Membru jonqos milli jħallas, il-Kummissjoni għandha żżomm l-istess ammont mill-ħlasijiet dovuti lil dak l-Istat Membru minn fondi oħra tal-Unjoni.

L-approprjazzjonijiet ta' din ir-"riżerva ta' Dublin" huma maħsuba biex ikopru l-għoti ta' somma fissa għal kull applikant għall-asil u tinqasam proporzjonalment bejn l-Istati Membri li jipparteċipaw b'mod korrett għall-mekkaniżmu korrettiv ta' allokazzjoni. id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 tispeċifika li l-miżuri ta' rilokazzjoni jibbenefikaw mill-appoġġ finanzjarju tal-Fond għall-Asil. Għal dan l-għan, l-Istati Membri ta' rilokazzjoni jirċievu s-somma fissa ta' EUR 6,000 għal kull applikant għall-protezzjoni internazzjonali li kien suġġett għal rilokazzjoni fit-territorju tagħhom. Għar-risistemazzjoni dan l-ammont huwa ta' EUR 10 000 għal kull persuna; ir-rapporteur iqis li huwa xieraq, għalhekk, li dan il-mekkaniżmu ta' solidarjetà jipprevedi appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri; bis-sistema proposta, l-ammonti previsti għal kull applikant għal dan l-appoġġ finanzjarju se jiżdiedu b'mod proporzjonali għall-piż li huma għandhom jikkondividu minħabba n-nonparteċipazzjoni ta' ċerti Stati Membri.

Sistema awtomatizzata għar-reġistrazzjoni u s-segwitu tat-talbiet

Mill-EUR 1,828 biljun, EUR 3,603 miljun huma allokati għall-baġit ta' UE-LISA għall-preparazzjoni, l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva tas-sistema kompjuterizzata awtomatika għad-distribuzzjoni ta' dawk li jfittxu l-asil; Meta s-sistema awtomatizzata għar-reġistrazzjoni u s-segwitu tat-talbiet, u għall-mekkaniżmu ta' allokazzjoni prevista fl-Artikolu 44 tkun iddeterminat l-Istat Membru ta' allokazzjoni, din l-informazzjoni għandha tiddaħħal b'mod awtomatiku fil-Eurodac. Għalhekk jeħtieġ li jkun hemm interoperabbiltà bejn is-sistema ċentrali tal-mekkaniżmu korrettiv u s-sistema ċentrali tal-Eurodac.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  L-Aġenzija Ewropea għall-immaniġġjar operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1077/201121 għandha tkun responsabbli għall-preparazzjoni, l-iżvilupp u l-immaniġġjar operazzjonali tas-sistema ċentrali u għall-infrastrutturi tal-komunikazzjoni bejn is-sistema ċentrali u l-infrastrutturi nazzjonali.

(30)  L-Aġenzija Ewropea għall-immaniġġjar operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1077/201121 għandha tkun responsabbli għall-preparazzjoni, l-iżvilupp u l-immaniġġjar operazzjonali tas-sistema ċentrali, l-interoperabilità tagħha ma' sistemi oħrajn u għall-infrastrutturi tal-komunikazzjoni bejn is-sistema ċentrali u l-infrastrutturi nazzjonali.

___

___

21 Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).

21 Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Fattur ibbażat fuq id-daqs tal-popolazzjoni u tal-ekonomija tal-Istati Membri għandu jiġi applikat bħala punt ta' referenza fl-operat tal-mekkaniżmu tal-allokazzjoni korrettiva flimkien ma' limitu massimu, sabiex il-mekkaniżmu jaħdem bħala mezz li jassisti lill-Istati Membri li jkunu jinsabu taħt pressjoni sproporzjonata. L-applikazzjoni tal-allokazzjoni korrettiva għall-benefiċċju ta' Stat Membru għandha tiġi attivata awtomatikament meta l-għadd tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali li għalihom ikun responsabbli Stat Membru taqbeż il-150 % taċ-ċifra identifika fil-fattur ta' referenza. Sabiex jirriflettu b'mod komprensiv l-isforzi ta' kull Stat Membru, l-għadd ta' persuni risistemati effettivament f'dak l-Istat Membru għandu jiżdied mal-għadd ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali għall-finijiet ta' dan il-kalkolu.

(32)  Fattur ibbażat fuq id-daqs tal-popolazzjoni u tal-ekonomija tal-Istati Membri għandu jiġi applikat bħala punt ta' referenza fl-operat tal-mekkaniżmu tal-allokazzjoni korrettiva flimkien ma' limitu massimu, sabiex il-mekkaniżmu jaħdem bħala mezz li jassisti lill-Istati Membri li jkunu jinsabu taħt pressjoni sproporzjonata. L-applikazzjoni tal-allokazzjoni korrettiva għall-benefiċċju ta' Stat Membru għandha tiġi attivata awtomatikament meta l-għadd tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali li għalihom ikun responsabbli Stat Membru taqbeż il-100 % taċ-ċifra identifika fil-fattur ta' referenza. Sabiex jirriflettu b'mod komprensiv l-isforzi ta' kull Stat Membru, l-għadd ta' persuni risistemati effettivament f'dak l-Istat Membru għandu jiżdied mal-għadd ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali għall-finijiet ta' dan il-kalkolu.

Ġustifikazzjoni

Considère qu’en fixant le seuil de déclanchement à 150 % de sa part de référence, la Commission laisse peser sur certains États membres une charge excessive ou ce dernier doit assumer seul un nombre de demandes qui dépasse de moitié ses capacités avant d’activer le mécanisme de solidarité. Estime également qu’un seuil trop bas sans conditions supplémentaires pourrait entrainer la non responsabilisation d’un État membre dans le contrôle et la gestion de ses frontières. Propose dès lors de fixer ce seuil à 100 % de la part de référence d’un État membre mais de prévenir une éventuelle politique de laxisme au frontière par l’ajout d’une clause de solidarité réciproque permettant la suspension du mécanisme de correction lorsqu’un État membre ne s'acquitte pas convenablement de ses obligations de gestion de sa frontière extérieure et ce conformément au règlement relatif à la création d'une agence européenne de garde-frontières et de garde-côtes ( Cfr ajout d'un article 43 a)

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Taħt il-mekkaniżmu tal-allokazzjoni, l-ispejjeż tat-trasferiment ta' applikant lejn l-Istat Membru tal-allokazzjoni għandhom jiġu rimborżati mill-baġit tal-UE.

(34)  Taħt il-mekkaniżmu tal-allokazzjoni, l-ispejjeż tat-trasferiment ta' applikant lejn l-Istat Membru tal-allokazzjoni għandhom jiġu rimborżati mill-baġit tal-UE bħala somma fissa ta' EUR 300 għal kull persuna ttrasferita.

Ġustifikazzjoni

La somme proposée de 500 EUR suit l’approche établie dans la décision (UE) 2015/1601 du Conseil, dans laquelle le remboursement des frais de transfert servait également à aider un État membre qui se trouvait dans une situation d’urgence ou confronté à un nombre disproportionné de demandes d’asile. Entre temps, un fonds d'aide d'urgence a été créé à cette fin. Votre rapporteur pour avis Budget estime dès lors qu’il convient de diminuer ce montant à 300 EUR afin qu'il corresponde un peu plus aux couts réels de transferts. Sur le montant total prévu dans la fiche financière de la proposition 1.825 milliards sont prévus pour financer ces transferts. En diminuant la somme forfaitaire à 300 EUR, ce sont 730 millions économisés qui devraient servir à alimenter le fond d’aide urgence.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Stat Membru tal-allokazzjoni jista' jiddeċiedi li ma jaċċettax l-applikanti allokati matul perjodu ta' tnax-il xahar, f'liema każ huwa għandu jdaħħal din l-informazzjoni fis-sistema awtomatizzata u jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Wara dan l-applikanti li kienu se jiġu allokati lil dak l-Istat Membru għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri l-oħra minflok. L-Istat Membru li temporanjament ma jkunx qed jieħu sehem fl-allokazzjoni korrettiva għandhu jagħmel kontribuzzjoni ta' solidarjetà ta' EUR 250 000 għal kull applikant mhux aċċettat lill-Istat Membru li jiġi ddeterminat bħala responsabbli għall-eżami ta' dawn l-applikazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-modalitajiet prattiċi għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-kontribuzzjoni ta' solidarjetà f'att ta' implimentazzjoni. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil se timmonitorja u tirrapporta għand il-Kummissjoni fuq bażi annwali dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tas-solidarjetà finanzjarja.

(35)  Stat Membru tal-allokazzjoni li ma jaċċettax l-applikanti allokati matul perjodu ta' tnax-il xahar, għandu jdaħħal din l-informazzjoni fis-sistema awtomatizzata u jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Wara dan l-applikanti li kienu se jiġu allokati lil dak l-Istat Membru għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri l-oħra minflok. Għandu jitwaqqaf fond (il-"Fond ta' Riżerva ta' Dublin") u l-Istat Membru li ma jiħux sehem fl-allokazzjoni korrettiva għandu jħallas f'dak il-fond għal kull applikant li jkun ġie allokat għalih u li l-Istat Membru ma jaċċettax, ħlasijiet annwali ta' EUR 50 000 għall-ewwel u t-tieni sena, EUR 75 000 għat-tielet u r-raba' sena, u EUR 100 000 għas-snin sussegwenti. Il-finanzjament tal-Fond ta' Riżerva ta' Dublin huwa maħsub biex ikopri l-għoti ta' somma f'daqqa għal kull applikant għal protezzjoni internazzjonali, li tinqasam proporzjonalment bejn l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiva. Jekk Stat Membru f'sitwazzjoni ta' ksur jonqos milli jħallas, il-Kummissjoni jenħtieġ li żżomm l-istess ammont mill-ħlasijiet dovuti lil dak l-Istat Membru minn fondi oħra tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-modalitajiet prattiċi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju speċifikat hawn fuq f'att ta' implimentazzjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil se timmonitorja u tirrapporta għand il-Kummissjoni fuq bażi annwali.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Kontinwita bejn is-sistema biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 604/2013 u s-sistema stabbilita b'dan ir-Regolament għandha tkun żgurata. B'mod simili, konsistenza għandha tkun żgurata bejn dan ir-Regolament u r-Regolament [Proposta għal Regolament li jfassal mill-ġdid ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill].

(41)  Il-kontinwita bejn is-sistema biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 604/2013 u s-sistema stabbilita b'dan ir-Regolament għandha tkun żgurata. B'mod simili, il-konsistenza għandha tkun żgurata bejn dan ir-Regolament u r-Regolament [Proposta għal Regolament li jfassal mill-ġdid ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill]. Meta s-sistema awtomatizzata għar-reġistrazzjoni u l-monitoraġġ tat-talbiet, u għall-mekkaniżmu ta' allokazzjoni prevista fl-Artikolu 44 tkun iddeterminat l-Istat Membru ta' allokazzjoni, din l-informazzjoni għandha tiddaħħal b'mod awtomatiku fil-Eurodac. Għalhekk jeħtieġ li jkun hemm interoperabbiltà bejn is-sistema ċentrali tal-mekkaniżmu korrettiv u s-sistema ċentrali tal-Eurodac.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tagħmel espliċita r-rabta bejn iż-żewġ regolamenti inkwistjoni, bil-ħsieb li tiżgura l-koerenza bejn iż-żewġ sistemi abbażi tal-interoperabbiltà tagħhom.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-paragrafu 1 japplika meta s-sistema awtomatizzata msemmija fl-Artikolu 44(1) tindika li l-għadd ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li għalih Stat Membru jkun responsabbli skont il-kriterji tal-Kapitolu III, l-Artikoli 3(2) jew (3), 18 u 19, flimkien mal-għadd ta' persuni effettivament risistemati, ikun ogħla minn 150 % tal-għadd ta' referenza għal dak l-Istat Membru skont il-fattur imsemmi fl-Artikolu 35.

2.  Il-paragrafu 1 japplika meta s-sistema awtomatizzata msemmija fl-Artikolu 44(1) tindika li l-għadd ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li għalih Stat Membru jkun responsabbli skont il-kriterji tal-Kapitolu III, l-Artikoli 3(2) jew (3), 18 u 19, flimkien mal-għadd ta' persuni effettivament risistemati, ikun ogħla minn 100 % tal-għadd ta' referenza għal dak l-Istat Membru skont il-fattur imsemmi fl-Artikolu 35.

Ġustifikazzjoni

Considère qu’en fixant le seuil de déclanchement à 150 % de sa part de référence, la Commission laisse peser sur certains États membres une charge excessive ou ce dernier doit assumer seul un nombre de demandes qui dépasse de moitié ses capacités avant d’activer le mécanisme de solidarité. Estime également qu’un seuil trop bas sans conditions supplémentaires pourrait entrainer la non responsabilisation d’un État membre dans le contrôle et la gestion de ses frontières. Propose dès lors de fixer ce seuil à 100 % de la part de référence d’un État membre mais de prévenir une éventuelle politique de laxisme au frontière par l’ajout d’une clause de solidarité réciproque permettant la suspension du mécanisme de correction lorsqu’un État membre ne s'acquitte pas convenablement de ses obligations de gestion de sa frontière extérieure et ce conformément au règlement relatif à la création d'une agence européenne de garde-frontières et de garde-côtes (Cfr ajout d'un article 43 a)

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Solidarjetà finanzjarja

Solidarjetà finanzjarja u l-ħolqien tar-Riżerva ta' Dublin

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Stat Membru jista’, fi tmiem il-perjodu ta' tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u fi tmiem kull perjodu ta' tnax-il xahar minn hemm ‘il quddiem, idaħħal fis-sistema awtomatizzata li temporanjament mhuwiex jieħu sehem fil-mekkaniżmu tal-allokazzjoni korrettiva stabbilit fil-Kapitolu VII ta' dan ir-Regolament bħala Stat Membru tal-allokazzjoni u jinnotifika b'dan lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil.

1.  Stat Membru li jonqos li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont il-mekkaniżmu tal-allokazzjoni korrettiva stabbilit fil-Kapitolu VII, bħala Stat Membru tal-allokazzjoni, jenħtieġ li, fi tmiem il-perjodu ta' tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u fi tmiem kull perjodu ta' tnax-il xahar minn hemm ‘il quddiem, idaħħal fis-sistema awtomatizzata dik l-informazzjoni u jinnotifika b'dan lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi tmiem il-perjodu ta' tnax-il xahar imsemmi fil-paragrafu 2, sistema awtomatizzata għandha tikkomunika lill-Istat Membru li ma pparteċipax fil-mekkaniżmu ta' allokazzjoni ta' korrezzjoni l-għadd ta' applikanti li kieku kien ikun l-Istat Membru ta' allokazzjoni tagħhom. Dak l-Istat Membru għandu mbagħad jagħmel kontribuzzjoni ta' solidarjetà ta' EUR 250 000 għal kull applikant li kieku kien jiġi allokat lil dak l-Istat Membru matul il-perjodu rispettiv ta' tnax-il xahar. Il-kontribuzzjoni ta' solidarjetà għandha titħallas lill-Istat Membru determinat bħala responsabbli biex jeżamina l-applikazzjonijiet rispettivi.

3.  Fi tmiem il-perjodu ta' tnax-il xahar imsemmi fil-paragrafu 2, sistema awtomatizzata għandha tikkomunika lill-Istat Membru li ma pparteċipax fil-mekkaniżmu ta' allokazzjoni ta' korrezzjoni l-għadd ta' applikanti li kieku kien ikun l-Istat Membru ta' allokazzjoni tagħhom. Għandu jitwaqqaf fond (il-"Fond ta' Riżerva ta' Dublin") u l-Istat Membru li ma jiħux sehem fl-allokazzjoni korrettiva għandu jħallas f'dak il-fond għal kull applikant li jkun ġie allokat għalih u li l-Istat Membru ma jaċċettax, ħlasijiet annwali ta' EUR 50 000 għall-ewwel u t-tieni sena, EUR 75 000 għat-tielet u r-raba' sena, u EUR 100 000 għas-snin sussegwenti. Il-finanzjament tal-Fond ta' Riżerva ta' Dublin għandu jkopri l-għoti ta' somma f'daqqa għal kull applikant għal protezzjoni internazzjonali, li tinqasam proporzjonalment bejn l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiva. Jekk Stat Membru f'sitwazzjoni ta' ksur jonqos milli jħallas, il-Kummissjoni għandha żżomm l-istess ammont mill-ħlasijiet dovuti lil dak l-Istat Membru minn fondi oħra tal-Unjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-ispejjeż għat-trasferiment tal-applikant lejn l-Istat Membru ta' allokazzjoni, l-Istat Membru benefiċjarju għandu jitħallas lura b'somma f'daqqa EUR 500 għal kull persuna ttrasferita skont l-Artikolu 38(c). Dan l-appoġġ finanzjarju għandu jiġi implimentat billi jiġu applikati l-proċeduri stipulati fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 516/2014.

Għall-ispejjeż għat-trasferiment tal-applikant lejn l-Istat Membru ta' allokazzjoni, l-Istat Membru benefiċjarju għandu jitħallas lura b'somma f'daqqa EUR 300 għal kull persuna ttrasferita skont l-Artikolu 38(c). Dan l-appoġġ finanzjarju għandu jiġi implimentat billi jiġu applikati l-proċeduri stipulati fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 516/2014.

Ġustifikazzjoni

La somme proposée de 500 EUR suit l’approche établie dans la décision (UE) 2015/1601 du Conseil, dans laquelle le remboursement des frais de transfert servait également à aider un État membre qui se trouvait dans une situation d’urgence ou confronté à un nombre disproportionné de demandes d’asile. Entre temps, un fonds d'aide d'urgence a été créé à cette fin. Votre rapporteur pour avis Budget estime dès lors qu’il convient de diminuer ce montant à 300 EUR afin qu'il corresponde un peu plus aux couts réels de transferts. Sur le montant total prévu dans la fiche financière de la proposition 1.825 milliards sont prévus pour financer ces transferts. En diminuant la somme forfaitaire à 300 EUR, ce sont 730 millions économisés qui devraient servir à alimenter le fond d’aide urgence.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistema awtomatizzata għandha tinnotifika lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni hekk kif l-għadd ta' applikazzjonijiet fl-Istat Membru benefiċjarju li għalihom ikun l-Istat Membru responsabbli skont dan ir-Regolament jinżel taħt il-150 % mis-sehem tiegħu skont l-Artikolu 35(1).

Is-sistema awtomatizzata għandha tinnotifika lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni hekk kif l-għadd ta' applikazzjonijiet fl-Istat Membru benefiċjarju li għalihom ikun l-Istat Membru responsabbli skont dan ir-Regolament jinżel taħt id-90 % mis-sehem tiegħu skont l-Artikolu 35(1).

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk Stat Membru ma jissodisfax kif jixraq l-obbligi tiegħu tal-ġestjoni tal-fruntiera esterna tiegħu skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jiddeċiedi li jissospendi l-mekkaniżmu ta' allokazzjoni korrettiva. Id-deċiżjoni li jissospendi dan il-mekkaniżmu għandha tkun valida għal mhux aktar minn perijodu determinat ta' sena.

 

___

 

1aIr-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-interoperabilità bejn is-sistema kompjuterizzata u l-Eurodac hija żgurata permezz ta' kanal ta' komunikazzjoni dirett bejn is-sistemi ċentrali, sabiex jippermetti t-trażmissjoni awtomatika tal-informazzjoni dwar id-determinazzjoni tal-Istat Membru ta' allokazzjoni permezz tal-mekkaniżmu korrettiv.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operazzjonali ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 għandha tkun responsabbli għall-preparazzjoni, l-iżvilupp u l-ġestjoni operazzjonali tas-sistema ċentrali u tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-sistema ċentrali u l-infrastrutturi nazzjonali.

3.  L-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operazzjonali ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 għandha tkun responsabbli għall-preparazzjoni, l-iżvilupp u l-ġestjoni operazzjonali tas-sistema ċentrali, tal-interoperabilità tagħha ma' sistemi oħrajn u tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-sistema ċentrali u l-infrastrutturi nazzjonali.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid)

Referenzi

COM(2016)0270 – C8-0173/2016 – 2016/0133(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.9.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

12.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Gérard Deprez

15.6.2016

Eżami fil-kumitat

9.2.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

11.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

5

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Clare Moody, Younous Omarjee, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anneli Jäätteenmäki, Louis Michel, Stanisław Ożóg, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Gabriele Preuß, Claudia Schmidt, Axel Voss, Rainer Wieland

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

24

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez, Anneli Jäätteenmäki, Louis Michel

PPE

Georges Bach, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Axel Voss, Rainer Wieland

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Vladimír Maňka, Clare Moody, Pina Picierno, Gabriele Preuß, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Manuel dos Santos

Verts/ALE

Indrek Tarand

5

-

ENF

Marco Zanni

NI

Eleftherios Synadinos

PPE

Tomáš Zdechovský

Verts/ALE

Jordi Solé, Monika Vana

4

0

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bernd Kölmel, Stanisław Ożóg

GUE/NGL

Younous Omarjee

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/369 tal-15 ta' Marzu 2016 dwar l-għoti ta' appoġġ ta' emerġenza fl-Unjoni.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment tal-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid)

Referenzi

COM(2016)0270 – C8-0173/2016 – 2016/0133(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

4.5.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.9.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

12.9.2016

BUDG

12.9.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Cecilia Wikström

26.5.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

16.6.2016

9.3.2017

12.4.2017

19.10.2017

Data tal-adozzjoni

19.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

16

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ahmedov Ademov, Jan Philipp Albrecht, Gerard Batten, Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Raymond Finch, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Marju Lauristin, Monica Macovei, Roberta Metsola, Louis Michel, Claude Moraes, Alessandra Mussolini, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Helga Stevens, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Gérard Deprez, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, John Procter, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Elly Schlein, Barbara Spinelli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lara Comi, Elisabetta Gardini, Czesław Hoc, Patrizia Toia

Data tat-tressiq

6.11.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

43

+

ALDE

Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Louis Michel, Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld

GUE/NGL

Malin Björk, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ahmedov Ademov, Heinz K. Becker, Michał Boni, Lara Comi, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Elisabetta Gardini, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini

S&D

Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Dietmar Köster, Marju Lauristin, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Soraya Post, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Elly Schlein, Birgit Sippel, Patrizia Toia, Josef Weidenholzer

Verts/ALE

Jan Philipp Albrecht, Eva Joly, Judith Sargentini, Bodil Valero

16

-

ECR

Daniel Dalton, Jussi Halla-aho, Czesław Hoc, Monica Macovei, John Procter, Helga Stevens

EFDD

Gerard Batten, Ignazio Corrao, Laura Ferrara, Raymond Finch, Kristina Winberg

ENF

Lorenzo Fontana, Harald Vilimsky, Auke Zijlstra

PPE

Kinga Gál, Tomáš Zdechovský

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali