Proċedura : 2017/0219(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0373/2017

Testi mressqa :

A8-0373/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/04/2018 - 6.7
CRE 17/04/2018 - 6.7

Testi adottati :

P8_TA(2018)0098

RAPPORT     ***I
PDF 810kWORD 89k
24.11.2017
PE 612.066v02-00 A8-0373/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

(COM(2017)0481 – C8‑0307/2017 – 2017/0219(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Rapporteur: Mercedes Bresso, Rainer Wieland

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

(COM(2017)0481 – C8‑0307/2017 – 2017/0219(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0481),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0307/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2017 dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-fondazzjonijiet politiċi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0373/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Għal raġunijiet ta' trasparenza u sabiex jissaħħu l-iskrutinju u r-responsabilità demokratika tal-partiti politiċi Ewropej u r-rabta bejn is-soċjetà ċivili Ewropea u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, jenħtieġ li l-aċċess għall-finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jsir kondizzjonali fuq il-pubblikazzjoni tal-partiti tal-membri tal-programm u tal-logo tal-partit politiku Ewropew ikkonċernat, kif ukoll fuq l-informazzjoni rigward ir-rappreżentanza tal-ġeneri fost il-kandidati fl-aħħar elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u fost il-membri tal-Parlament Ewropew.

(5)  Għal raġunijiet ta' trasparenza u sabiex jissaħħu l-iskrutinju u r-responsabilità demokratika tal-partiti politiċi Ewropej u r-rabta bejn is-soċjetà ċivili Ewropea u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, jenħtieġ li l-aċċess għall-finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jsir kondizzjonali fuq il-pubblikazzjoni, b'mod komprensiv, affidabbli u faċli għall-utent, tal-partiti tal-membri tal-programm u tal-logo tal-partit politiku Ewropew ikkonċernat, kif ukoll fuq l-informazzjoni rigward ir-rappreżentanza tal-ġeneri fost il-kandidati fl-aħħar elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u fost il-membri tal-Parlament Ewropew.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Premessa 12

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)  Il-premessa 12 hija sostitwita b'dan li ġej:

(12)  Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati magħhom li jkunu jixtiequ jiksbu għarfien bħal tali fuq livell tal-Unjoni billi jkollhom status ġuridiku Ewropew u ħalli jirċievu finanzjament pubbliku mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandhom jirrispettaw ċerti prinċipji u jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet. B'mod partikolari, huwa meħtieġ li l-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi assoċjati tagħhom jirrispettaw il-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, kif jingħad fl-Artikolu 2 TUE.

(12)  Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati magħhom li jkunu jixtiequ jiksbu għarfien bħal tali fuq livell tal-Unjoni billi jkollhom status ġuridiku Ewropew u ħalli jirċievu finanzjament pubbliku mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li jirrispettaw ċerti prinċipji u jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet. B'mod partikolari, huwa meħtieġ li l-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati magħhom jirrispettaw, speċjalment fil-programm u fl-attivitajiet tagħhom, il-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, kif jingħad fl-Artikolu 2 tat-TUE, jiġifieri r-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi."

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Premessa 30a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni Test fis-Seħħ

Emenda

 

(-1a)  Tiddaħħal il-Premessa 30a:

 

(30a)   F'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) qed jintalab jinvestiga allegazzjonijiet ta' reati kriminali fil-kuntest tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2017/1731 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-obbligu skont l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 li jiġi rrappurtat lill-UPPE kwalunkwe aġir li jista' jikkostitwixxi reat fil-kompetenza tal-UPPE japplika wkoll għall-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)   fl-Artikolu 3(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(ba)  il-partiti membri tagħha ma jistgħux ikunu membri ta' partit politiku Ewropew ieħor;";

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1b)   l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni jistgħu jressqu lill-Awtorità talba għall-verifika tal-konformità minn partit politiku Ewropew speċifiku jew fondazzjoni politika Ewropea speċifika mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1) u fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2). F'tali każijiet, u fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 16(3), l-Awtorità għandha titlob lill-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti stabbilit bl-Artikolu 11 għal opinjoni dwar is-suġġett. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahrejn."

"Il-Parlament Ewropew, fuq inizjattiva tiegħu jew wara talba motivata minn grupp ta' ċittadini, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, il-Kunsill jew il-Kummissjoni jistgħu jressqu lill-Awtorità talba għall-verifika tal-konformità minn partit politiku Ewropew speċifiku jew fondazzjoni politika Ewropea speċifika mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1) u fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2). F'tali każijiet, u fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 16(3), l-Awtorità għandha titlob lill-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti stabbilit bl-Artikolu 11 għal opinjoni dwar is-suġġett. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahrejn."

http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014R1141&from=mt

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 18 – paragrafu 3a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Partit politiku Ewropew għandu jinkludi fl-applikazzjoni tiegħu evidenza li turi li l-partiti membri tiegħu ppubblikaw kontinwament fis-siti web tagħhom, matul it-12-il xahar li jippreċedu l-mument li fih issir l-applikazzjoni, il-programm politiku u l-logo tal-partit politiku Ewropew kif ukoll l-informazzjoni, fir-rigward ta' kull wieħed mill-partiti membri tal-partit politiku Ewropew, dwar ir-rappreżentanza tal-ġeneri fost il-kandidati fl-aħħar elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u fost il-membri tal-Parlament Ewropew."

3a.  Partit politiku Ewropew għandu jinkludi fl-applikazzjoni tiegħu evidenza li turi li l-maġġoranza tal-partiti membri tiegħu, u fi kwalunkwe każ, minimu ta' sebgħa minnhom, ikunu ppubblikaw kontinwament fis-siti web tagħhom, b'mod komprensiv, affidabbli u faċli għall-utent, matul it-12-il xahar li jippreċedu l-mument li fih issir l-applikazzjoni, il-programm politiku u l-logo tal-partit politiku Ewropew. Barra minn hekk, il-partiti politiċi Ewropej huma mħeġġa jinkludu fl-applikazzjonijiet tagħhom informazzjoni, fir-rigward ta' kull wieħed mill-partiti membri tal-partit politiku Ewropew, dwar ir-rappreżentanza tal-ġeneri fost il-kandidati fl-aħħar elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u fost il-membri tal-Parlament Ewropew.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 19 – paragrafu 1 – inċiż 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  5 % għandhom jitqassmu f'ishma ndaqs fost il-partiti politiċi Ewropej benefiċjarji,

–  10 % għandhom jitqassmu f'ishma ndaqs fost il-partiti politiċi Ewropej benefiċjarji,

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 19 – paragrafu 1 – inċiż 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

—   95 % għandhom jitqassmu fi proporzjon mas-sehem tagħhom ta' membri eletti tal-Parlament Ewropew fost il-partiti politiċi Ewropej benefiċjarji.

—   90 % għandhom jitqassmu fost il-partiti politiċi Ewropej benefiċjarji fi proporzjon mas-sehem tagħhom ta' membri eletti tal-Parlament Ewropew li jkunu membri ta' partit politiku Ewropew.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 27 – paragrafu 1 – subparagrafu ba

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)   meta l-partit jew il-fondazzjoni inkwistjoni ma jissodisfawx waħda jew iżjed mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(1) jew l-Artikolu 3(2) fil-mument tar-reġistrazzjoni tagħhom u meta l-partit jew il-fondazzjani tkun ipprovokat id-deċiżjoni biex tiġi rreġistrata permezz ta' informazzjoni falza jew mhux kompluta relatata ma' dawn il-kondizzjonijiet; deċiżjoni li l-partit jew il-fondazzjoni jinqatgħu mir-Reġistru għandha tiġi adottata f'perjodu ta' żmien raġonevoli mill-mument li fih l-Awtorità setgħat aċċertat li l-partit jew il-fondazzjonijiet inkwistjoni ma ssodisfawx il-kundizzjoni jew il-kundizzjonijiet ikkonċernati;

(ba)   meta deċiżjoni biex jiġi reġistrat il-partit jew il-fondazzjoni inkwistjoni tkun ibbażata fuq informazzjoni skorretta jew qarrieqa li għaliha l-applikant ikun responsabbli jew meta dik id-deċiżjoni tkun inkisbet b'qerq.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5a)  Fl-Artikolu 30(2), is-subparagrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Fl-eventwalità ta' tali terminazzjoni, il-pagamenti mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandhom jiġu limitati għan-nefqa eliġibbli realment imġarrba mill-partit politiku Ewropew jew mill-fondazzjoni politika Ewropea sad-data meta d-deċiżjoni ta' terminazzjoni tidħol fis-seħħ.

"Fl-eventwalità ta' tali terminazzjoni, il-pagamenti mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandhom jiġu limitati għan-nefqa rimborsabbli mġarrba mill-partit politiku Ewropew jew in-nefqa eliġibbli mġarrba mill-fondazzjoni politika Ewropea sad-data meta d-deċiżjoni ta' terminazzjoni tidħol fis-seħħ;"

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għal nefqa rimborsabbli hija l-espressjoni użata fl-Artikolu 204(g) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 17(4) u (5) tar-Regolament Nru 1141/2014, u hija l-kunċett adegwat biex jintuża fl-irkupru.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Fl-Artikolu 32, paragrafu 1, jiddaħal il-punt li ġej:

 

"(ja)  lista aġġornata tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu membri ta' partit politiku Ewropew.";

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 38 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Parlament Ewropew għandu, wara konsultazzjoni mal-Awtorità, jippubblika ħames snin wara l-mument li fih dan ir-Regolament isir applikabbli, rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u dwar l-attivitajiet iffinanzjati. Ir-rapport għandu jindika, meta jkun xieraq, emendi li jistgħu jsiru fis-sistema tal-istatut u tal-finanzjament.

Il-Parlament Ewropew għandu, wara konsultazzjoni mal-Awtorità, jippubblika fi tmiem it-tielet sena wara l-mument li fih dan ir-Regolament isir applikabbli u kull ħames snin wara dan, rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u dwar l-attivitajiet iffinanzjati. Ir-rapport għandu jindika, meta jkun xieraq, emendi li jistgħu jsiru fis-sistema tal-istatut u tal-finanzjament.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 40a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 18(3a) u fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal finanzjament għas-sena finanzjarja 2019, l-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni tal-Parlament Ewropew għandu, qabel jiddeċiedi dwar applikazzjoni dwar finanzjament, jitlob evidenza mill-partit politiku Ewropew li turi li l-partiti membri tiegħu ppubblikaw kontinwament fuq is-siti web tagħhom, għal perjodu li jibda xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru. XX/2018, il-programm politiku u l-logo tal-partit politiku Ewropew kif ukoll informazzjoni, fir-rigward ta' kull wieħed mill-partiti membri tal-partit politiku Ewropew, dwar ir-rappreżentanza tal-ġeneri fost il-kandidati fl-aħħar elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u fost il-membri tal-Parlament Ewropew."

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 18(3a) u fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal finanzjament għas-sena finanzjarja 2019, l-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni tal-Parlament Ewropew għandu, qabel jiddeċiedi dwar applikazzjoni dwar finanzjament, jitlob evidenza mill-partit politiku Ewropew li turi li l-maġġoranza tal-partiti membri tiegħu u fi kwalunkwe każ minimu ta' sebgħa minnhom ikunu ppubblikaw kontinwament fuq is-siti web tagħhom, għal perjodu li jibda xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru. XX/2018, il-programm politiku u l-logo tal-partit politiku Ewropew kif ukoll informazzjoni, fir-rigward ta' kull wieħed mill-partiti membri tal-partit politiku Ewropew, dwar ir-rappreżentanza tal-ġeneri fost il-kandidati fl-aħħar elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u fost il-membri tal-Parlament Ewropew.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 40a – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-partiti politiċi Ewropej reġistrati qabel [id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... (ir-Regolament Emendatorju)] għandhom, sal-31 ta' Diċembru 2018, iressqu dokumenti li jippruvaw li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet imniżżla fil-punt (b) u (ba) tal-Artikolu 3(1).

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 40a – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  L-Awtorità għandha tneħħi partit politiku Ewropew u l-fondazzjoni politika Ewropea affiljata miegħu mir-Reġistru meta l-partit inkwistjoni ma jipproduċix prova fit-terminu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 1a li turi li jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (b) u (ba) tal-Artikolu 3(1).

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Madankollu, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, għandhom ikomplu japplikaw fil-verżjonijiet oriġinali tagħhom għall-atti magħmula, u l-impenji meħuda, fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew għas-sena baġitarja 2018.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali. Il-proċeduri li tnedew diġà fl-2017 għandhom jiġu soġġetti għar-Regolament eżistenti qabel ma jiġi rivedut.

23.11.2017

POŻIZZJONI FIL-FORMA TA' EMENDI

tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

(COM(2017)0481 – C8‑0307/2017 – 2017/0219(COD))

Għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit: Ingeborg Gräßle (President)

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jippreżenta l-emendi li ġejjin lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Il-kamp ta' applikazzjoni materjali tal-kompetenzi tal-UPPE huwa limitat għal reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'konformità mar-Regolament li jistabbilixxi l-Uffiċċju. Il-kompiti tal-UPPE għalhekk jenħtieġ li jkunu li jinvestiga, iħarrek u jressaq quddiem il-ġustizzja lill-awturi ta' reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni skont id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 20171a u ta' reati li huma marbutin b'mod intrinsiku magħhom.

 

_________________

 

1a Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)  Bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament rigward il-finanzjament u n-nefqa tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u rigward kwistjonijiet oħra, jeħtieġ li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' kontroll effikaċi. Għal dak il-għan, l-Awtorità, l-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew u l-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw u jiskambjaw l-informazzjoni neċessarja kollha. Jenħtieġ ukoll li huma jaqblu dwar arranġamenti prattiċi li jinkludu għadd ta' regoli komuni dwar kif jiġu protetti l-informaturi. Jenħtieġ li titħeġġeġ ukoll il-kooperazzjoni reċiproka fost l-awtoritajiet tal-Istati Membri sabiex jiġi żgurat il-kontroll effikaċi u effiċjenti tal-obbligi li jirriżultaw mid-dritt nazzjonali applikabbli. L-involviment tal-OLAF u l-UPPE fil-kondiviżjoni tal-informazzjoni huwa meħtieġ meta jkun irid jingħata segwitu għad-deċiżjoni tal-Awtorità.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 25 – paragrafu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Fl-Artikolu 25, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

(7a)  Meta jitwettqu reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, skont it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017, fi Stat Membru wieħed jew aktar li jkunu qed jipparteċipaw f'kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-UPPE, l-UPPE għandu jissejjaħ biex iwettaq investigazzjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru xxx/xxxx [ĠU, jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament dwar l-UPPE];

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 28 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5a)   Fl-Artikolu 28, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

(2)  Għandhom jaqblu wkoll dwar arranġamenti prattiċi għal tali skambju ta' informazzjoni, inklużi r-regoli rigward l-iżvelar ta' informazzjoni kunfidenzjali jew evidenza u l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri.

(2)  Għandhom jaqblu wkoll dwar arranġamenti prattiċi għal tali skambju ta' informazzjoni, inklużi r-regoli rigward l-iżvelar ta' informazzjoni jew evidenza kunfidenzjali, il-protezzjoni tal-informaturi u l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 28 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5b)   Fl-Artikolu 28, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

(4)  L-Awtorità għandha tinforma lill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe deċiżjoni li tkun ħadet fir-rigward ta' sanzjonijiet, bil-għan li tippermettilu jislet il-konsegwenzi xierqa skont ir-Regolament Finanzjarju.

(4)  L-Awtorità għandha tinforma lill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe deċiżjoni li tkun ħadet fir-rigward ta' sanzjonijiet, bil-għan li tippermettilu jislet il-konsegwenzi xierqa skont ir-Regolament Finanzjarju. Fejn ikun xieraq, l-awtorità għandha tinforma wkoll lill-OLAF u lill-UPPE, sabiex dawk il-korpi jkunu jistgħu jipproċedu bl-investigazzjoni rilevanti kif meħtieġ;

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5c)   Fl-Artikolu 30(2) it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Fl-eventwalità ta' tali terminazzjoni, il-pagamenti mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandhom jiġu limitati għan-nefqa eliġibbli realment imġarrba mill-partit politiku Ewropew jew mill-fondazzjoni politika Ewropea sad-data meta d-deċiżjoni ta' terminazzjoni tidħol fis-seħħ.

Fl-eventwalità ta' tali terminazzjoni, il-pagamenti mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandhom jiġu limitati għan-nefqa rimborsabbli mġarrba mill-partit politiku Ewropew jew in-nefqa eliġibbli mġarrba mill-fondazzjoni politika Ewropea sad-data meta d-deċiżjoni ta' terminazzjoni tidħol fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għal nefqa rimborsabbli hija l-espressjoni użata fl-Artikolu 204(g) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 17(4) u (5) tar-Regolament Nru 1141/2014, u hija l-kunċett adegwat biex jintuża fl-irkupru.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Madankollu, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, għandhom ikomplu japplikaw fil-verżjonijiet oriġinali tagħhom għall-atti magħmula, u l-impenji meħuda, fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew għas-sena baġitarja 2018.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali. Il-proċeduri li tnedew diġà fl-2017 għandhom jiġu soġġetti għar-Regolament eżistenti qabel ma jiġi rivedut.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

Referenzi

COM(2017)0481 – C8-0307/2017 – 2017/0219(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

2.10.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

2.10.2017

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Ingeborg Gräßle

16.10.2017

Rapporteur preċedenti

Ingeborg Gräßle

Data tal-adozzjoni

26.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

7

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Arndt Kohn, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Hannu Takkula, Indrek Tarand, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Brian Hayes, Andrey Novakov, Julia Pitera

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Denanot

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

11

+

ALDE

PPE

Greens

Nedzhmi Ali, Hannu Takkula

Ingeborg Gräßle, Brian Hayes, Andrey Novakov, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schimdt, Tomáš Zdechovský

Bart Staes

7

-

S&D

ENF

Inés Ayala Sender, Jean-Paul Denanot, Cătălin Sorin Ivan, Arndt Kohn, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

Jean-François Jalkh

5

0

ECR

EFDD

GUE/NGL

Greens

Richard Ashworth, Ryszard Czarnecki

Jonathan Arnott

Dennis de Jong

Indrek Tarand

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Testi adottati, P8_TA(2017)0274.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

Referenzi

COM(2017)0481 – C8-0307/2017 – 2017/0219(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.9.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

2.10.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

2.10.2017

CONT

2.10.2017

JURI

2.10.2017

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

26.9.2017

JURI

9.10.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Mercedes Bresso

28.9.2017

Rainer Wieland

28.9.2017

 

 

Eżami fil-kumitat

11.10.2017

23.10.2017

21.11.2017

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Mercedes Bresso, Elmar Brok, Pascal Durand, Danuta Maria Hübner, Diane James, Ramón Jáuregui Atondo, Alain Lamassoure, Jo Leinen, Morten Messerschmidt, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Markus Pieper, Paulo Rangel, Helmut Scholz, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Barbara Spinelli, Claudia Țapardel, Josep-Maria Terricabras, Kazimierz Michał Ujazdowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jérôme Lavrilleux, Cristian Dan Preda, Viviane Reding, Jasenko Selimovic

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ramón Luis Valcárcel Siso

Data tat-tressiq

24.11.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

19

+

ALDE

Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Jasenko Selimovic

GUE/NGL

Helmut Scholz, Barbara Spinelli

PPE

Elmar Brok, Danuta Maria Hübner, Alain Lamassoure, Jérôme Lavrilleux, Paulo Rangel, Viviane Reding, György Schöpflin, Ramón Luis Valcárcel Siso

S&D

Mercedes Bresso, Ramón Jáuregui Atondo, Jo Leinen, Claudia Țapardel, Pedro Silva Pereira

Verts/ALE

Pascal Durand, Josep-Maria Terricabras

2

-

ECR

Kazimierz Michał Ujazdowski

NI

Diane James

2

0

ECR

Morten Messerschmidt

ENF

Gerolf Annemans

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali