Proċedura : 2015/0289(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0374/2017

Testi mressqa :

A8-0374/2017

Dibattiti :

PV 11/12/2017 - 17
CRE 11/12/2017 - 17

Votazzjonijiet :

PV 12/12/2017 - 5.1

Testi adottati :

P8_TA(2017)0475

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI     ***II
PDF 186kWORD 55k
24.11.2017
PE 607.934v02-00 A8-0374/2017

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008

(11382/2/2017 – C8-0358/2017 – 2015/0289(COD))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Linnéa Engström

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008

(11382/2/2017 – C8-0358/2015 – 2015/0289(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11382/2/2017 – C8-0358/2017),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Mejju 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2015)0636),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69(f)(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 67a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0374/2017),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU C 303, 19.8.2016, p. 116.

(2)

Testi adottati 2.2.2017, P8_TA(2017)0015.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Wara l-adozzjoni mill-plenarja tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari fit-2 ta' Frar 2017, bdew negozjati informali mal-Presidenza Maltija bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim bikri fit-tieni qari. Wara tliet ċikli ta' trilogu, it-tim ta' negozjar tal-Parlament u tal-Kunsill laħqu ftehim dwar il-fajl fl-20 ta' Ġunju 2017. It-test tal-ftehim tressaq quddiem il-Kumitat PECH għal vot ta' approvazzjoni fit-12 ta' Lulju 2017, u ġie approvat b'maġġoranza kbira ħafna. Abbażi tal-approvazzjoni tal-Kumitat, il-President tal-Kumitat impenja ruħu, f'ittra lill-President tal-Coreper tat-13 ta' Lulju 2017, li jirrakkomanda lill-plenarja li tapprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari mingħajr emendi. Wara verifika ġuridika-lingwistika, il-Kunsill adotta, fis-17 ta' Ottubru 2017, il-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tikkonferma l-ftehim.

Billi l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari hija konformi mal-ftehim milħuq fit-trilogi, ir-Rapporteur jirrakkomanda lill-Kumitat li jaċċettaha mingħajr emendi addizzjonali. Ir-Rapporteur tixtieq tenfasizza b'mod partikolari l-elementi li ġejjin tal-kompromess:

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu dwar qafas leġiżlattiv ġdid għall-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni. Is-sistema l-ġdida tistabbilixxi regoli stretti, trasparenti u armonizzati għall-ħruġ u l-ġestjoni ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal bastimenti tal-UE li jistadu barra l-ilmijiet Komunitarji u għal bastimenti barranin li joperaw fl-ilmijiet tal-UE. Ir-Regolament eżistenti ġie rivedut sabiex ikun adattat għall-għanijiet il-ġodda tal-Politika Komuni tas-Sajd il-ġdida. Għandu l-għan li jtejjeb il-governanza, iżid it-trasparenza u jtejjeb il-monitoraġġ u l-infurzar tar-regoli, speċjalment f'ċerti każijiet bħal liċenzji diretti, trasbord jew l-għoti ta' bandiera ġdida.

Waħda mill-kwistjonijiet l-aktar diskussi mill-koleġiżlaturi kienet id-definizzjoni ta' attivitajiet tas-sajd. Il-Parlament xtaq iżomm id-definizzjoni eżistenti li tinkludi l-attivitajiet ta' trasbord u ta' ħatt l-art. Il-kompromess finali kien li ssir referenza għall-operazzjonijiet tas-sajd aktar milli attivitajiet tas-sajd, u jiġu inklużi l-attivitajiet kollha marbuta mat-tiftix għall-ħut, l-isparar, il-kalar u l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd attiv, l-irranġar, it-tbaħbiħ, it-tneħħija jew l-irranġar mill-ġdid tal-irkaptu tas-sajd passiv u t-tneħħija ta' kwalunkwe qbid mill-irkaptu tas-sajd, mix-xbieki ta' lqugħ, jew minn gaġġa tat-trasport għal gaġeġ tat-tismin u tat-trobbija. Il-Parlament kiseb dispożizzjonijiet rigward notifika minn qabel u rappurtar ta' kull trasbord taħt awtorizzazzjonijiet diretti u fl-ibħra miftuħa.

Rigward id-dispożizzjonijiet dwar operazzjonijiet ta' għoti ta' bandiera ġdida, il-bastimenti li, matul il-perjodu ta' ħames snin qabel l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jkunu ħarġu mir-reġistru tal-Unjoni u ngħataw bandiera ġdida f'pajjiż terz imbagħad sussegwentement ġew lura fir-reġistru tal-UE mhumiex se jingħataw awtorizzazzjoni mill-Istat Membru tal-bandiera jekk dan tal-aħħar ma jivverifikax li l-bastiment ma kienx involut f'attivitajiet IUU u ma operax f'pajjiż li ma jikkoperax jew f'pajjiż terz identifikat bħala pajjiż li jippermetti sajd mhux sostenibbli. Il-bastiment jeħtieġ li jforni l-istorja kompluta tal-bandiera tiegħu ta' meta ma kienx fir-reġistru tal-UE.

Dwar il-kwistjoni importanti ħafna tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, il-koleġiżlaturi qablu li kull bastiment tal-UE barra mill-ilmijiet tal-UE se jkun jeħtieġlu jikseb awtorizzazzjoni mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu. L-awtorizzazzjoni se tkun ibbażata fuq sett ta' kriterji ta' eliġibbiltà komuni li jinkludu: - informazzjoni amministrattiva dwar il-bastiment, is-sid u l-kaptan tiegħu; - in-numru ta' identifikazzjoni uniku tal-bastiment, maħruġ mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) meta dan ikun mitlub mil-leġiżlazzjoni tal-UE; - liċenzja tas-sajd valida; - provi li l-bastiment mhuwiex inkluż f'lista ta' bastimenti involuti f'sajd illegali (IUU).

Rigward is-setgħa tal-Kummissjoni li tintervjeni fil-proċess ta' rtirar ta' awtorizzazzjonijiet, il-ftehim jillimitaha għal każijiet ta' ksur tal-miżuri adottati mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd jew taħt ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli.

Rigward l-awtorizzazzjonijiet diretti, is-suċċessi tal-Parlament Ewropew jinkludu, fost il-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera, id-dispożizzjoni li tobbliga lill-operatur jipprovdi valutazzjoni xjentifika li turi s-sostenibbiltà tal-operazzjonijiet tas-sajd ippjanati, inkluża l-konsistenza mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 62 tal-UNCLOS.

Rigward is-sajd fl-ibħra miftuħa barra mir-responsabbiltà tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd, hi meħtieġa valutazzjoni xjentifika li turi s-sostenibbiltà tas-sajd propost, kif ukoll obbligu għall-Istat Membru tal-bandiera li jinforma lill-Kummissjoni dwar id-data, il-pożizzjoni ġeografika u ż-żona fejn seħħ it-trasbord.

Rigward il-kontroll u r-regoli ta' rappurtar, il-ftehim jinkludi l-obbligu, għal bastimenti tal-UE li jistadu fl-ilmijiet ta' pajjiżi terzi taħt ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli, li jipprovdu dikjarazzjonijiet tal-qabdiet u tal-ħatt l-art lill-pajjiż terz (jekk dan ikun mitlub fil-ftehim rilevanti). In-nuqqas ta' osservanza ta' dan l-obbligu jkun ikkunsidrat bħala ksur serju tar-regoli tal-PKS. Il-pajjiż tal-bandiera se jkun obbligat jimmonitorja regolarment jekk il-kondizzjonijiet li abbażi tagħhom tkun inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd ikunux baqgħu jiġu ssodisfati matul il-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni se żżomm reġistru elettroniku tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, għal iskambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri. Parti minn dan ir-reġistru se tkun aċċessibbli pubblikament, u għall-ewwel darba se jiġi pprovdut aċċess miftuħ għall-informazzjoni dwar l-isem u l-bandiera tal-bastiment, in-numru mogħti lilu mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, l-ispeċijiet fil-mira u ż-żona tas-sajd.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni

Referenzi

11382/2/2017 – C8-0358/2017 – 2015/0289(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

2.2.2017                     T8-0015/2017

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2015)0636 - C8-0393/2015

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

26.10.2017

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

26.10.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Linnéa Engström

4.2.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.11.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, David Coburn, Richard Corbett, Diane Dodds, Linnéa Engström, Mike Hookem, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Liadh Ní Riada, Ulrike Rodust, Annie Schreijer-Pierik, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anja Hazekamp, Yannick Jadot, Verónica Lope Fontagné, Maria Lidia Senra Rodríguez

Data tat-tressiq

24.11.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

24

+

ALDE Group

António Marinho e Pinto, Norica Nicolai

ECR Group

Remo Sernagiotto, Ruža Tomašić, Peter van Dalen

GUE/NGL Group

Liadh Ní Riada, Maria Lidia Senra Rodríguez

NI

Diane Dodds

PPE Group

Alain Cadec, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, Verónica Lope Fontagné, Gabriel Mato, Francisco José Millán Mon, Annie Schreijer-Pierik, Jarosław Wałęsa

S&D Group

Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Richard Corbett, Ulrike Rodust, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas

Verts/ALE Group

Marco Affronte, Linnéa Engström

2

-

EFDD Group

David Coburn, Mike Hookem

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali