Proċedura : 2015/0287(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0375/2017

Testi mressqa :

A8-0375/2017

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 4
CRE 26/03/2019 - 4

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 7.12

Testi adottati :

P8_TA(2019)0232

RAPPORT     ***I
PDF 1528kWORD 195k
27.11.2017
PE 592.444v02-00 A8-0375/2017

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali

(COM(2015)0634 – C8-0394/2015 – 2015/0287(COD))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteurs: Evelyne Gebhardt, Axel Voss

(Laqgħat konġunti ta' kumitati – Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura)

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali

(COM(2015)0634 – C8-0394/2015 – 2015/0287(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0634),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0394/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0375/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Titolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali

dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u ta' servizzi diġitali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-potenzjal tat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku għadu ma ġiex sfruttat kompletament. L-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa29 tindirizza b'mod olistiku l-ostakoli ewlenin għall-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku transfruntiera fl-Unjoni sabiex jiġi sfruttat dan il-potenzjal. L-iżgurar ta' aċċess aħjar lill-konsumaturi għall-kontenut diġitali u l-iffaċilitar għan-negozji sabiex ifornu l-kontenut diġitali huma meħtieġa sabiex tingħata spinta lill-ekonomija diġitali tal-Unjoni u jiġi stimolat it-tkabbir globali.

(1)  Il-potenzjal tat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku fl-Unjoni għadu ma ntlaħaqx kompletament. L-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa29 tindirizza b'mod olistiku l-ostakoli ewlenin għall-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku transfruntier fl-Unjoni sabiex jiġi sfruttat dan il-potenzjal. L-iżgurar ta' aċċess aħjar lill-konsumaturi għall-kontenut diġitali u l-iffaċilitar għan-negozji sabiex ifornu l-kontenut diġitali huma meħtieġa sabiex tingħata spinta lill-ekonomija diġitali tal-Unjoni u jiġi stimolat it-tkabbir globali.

__________________

__________________

29 COM (2015) 192 finali.

29 COM (2015)0192.

Emenda     3

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  L-Artikolu 169(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 169(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur permezz ta' miżuri adottati skont l-Artikolu 114 tat-TFUE.

Emenda     4

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  L-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta") jistipula li l-politiki tal-Unjoni għandhom jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u l-Artikolu 47 tal-Karta jistipula li kull min jinkisrulu d-drittijiet tiegħu skont il-liġi tal-Unjoni għandu jkollu d-dritt għal rimedju effettiv. L-Artikolu 16 tal-Karta jirrikonoxxi l-libertà li jitmexxa negozju f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u l-liġi u l-prattiki nazzjonali.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Għall-ilħuq ta' suq uniku diġitali ġenwin, hemm bżonn tal-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-provvista tal-kontenut diġitali, filwaqt li bħala bażi jittieħed livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi.

(2)  Sabiex jintlaħaq suq uniku diġitali ġenwin, ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi diġitali jenħtieġ li jiġu armonizzati, filwaqt li bħala bażi jittieħed livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali u jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjoni.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Id-differenzi fir-regoli nazzjonali obbligatorji tal-liġi kuntrattwali tal-konsumaturi u nuqqas ta' regoli ċari tal-liġi kuntrattwali huma fost l-ostakoli ewlenin li jxekklu l-iżvilupp tal-provvista tal-kontenut diġitali, minħabba li ftit li xejn jeżistu regoli mfassla apposta fil-livell tal-Unjoni. In-negozji jiffaċċjaw spejjeż addizzjonali li jirriżultaw mid-differenzi fir-regoli nazzjonali obbligatorji tal-liġi kuntrattwali tal-konsumaturi u inċertezza legali meta jbigħu kontenut diġitali bejn il-fruntieri. In-negozji jiffaċċjaw ukoll spejjeż meta jadattaw il-kuntratti tagħhom, għar-regoli obbligatorji speċifiċi għall-provvista tal-kuntratti tal-kontenut diġitali li diġà qegħdin jinbtu f'bosta Stati Membri u li joħolqu differenzi fil-kamp ta' applikazzjoni u fil-kontenut bejn ir-regoli nazzjonali speċifiċi li jirregolaw dawn il-kuntratti. F'dawk l-Istati Membri fejn sa issa għad ma hemmx regoli speċifiċi għall-provvista ta' kontenut diġitali, in-negozjanti li jridu jbigħu bejn il-fruntieri jiffaċċjaw inċertezza, minħabba li spiss ma jkunux jafu liema regoli japplikaw għall-kontenut diġitali fl-Istat Membru li lejh iridu jesportaw, u lanqas il-kontenut ta' dawk ir-regoli u jekk dawn humiex obbligatorji.

(4)  In-negozji, speċjalment l-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), jiffaċċjaw spejjeż meta jadattaw il-kuntratti tagħhom, għar-regoli obbligatorji speċifiċi għall-provvista tal-kuntratti tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi diġitali li diġà qegħdin jinbtu f'bosta Stati Membri u li joħolqu differenzi fil-kamp ta' applikazzjoni u fil-kontenut bejn ir-regoli nazzjonali speċifiċi li jirregolaw dawn il-kuntratti. F'dawk l-Istati Membri fejn sa issa għad ma hemmx regoli speċifiċi għall-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizzi diġitali, in-negozjanti li jridu jbigħu bejn il-fruntieri jiffaċċjaw inċertezza, minħabba li spiss ma jkunux jafu liema regoli japplikaw għall-kontenut diġitali jew għas-servizzi diġitali fl-Istat Membru li lejh iridu jesportaw, u lanqas il-kontenut ta' dawk ir-regoli u jekk dawn humiex obbligatorji.

Ġustifikazzjoni

Inqaleb l-ordni tal-Premessi 3 u 4.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-konsumaturi mhumiex kunfidenti meta jixtru bejn il-fruntieri u speċjalment onlajn. Wieħed mill-fatturi ewlenin għal dan in-nuqqas ta' fiduċja huwa l-inċertezza dwar id-drittijiet kuntrattwali ewlenin tagħhom u n-nuqqas ta' qafas kuntrattwali ċar għall-kontenut diġitali. Ħafna konsumaturi tal-kontenut diġitali jesperjenzaw problemi relatati mal-kwalità ta' jew l-aċċess għall-kontenut diġitali. Pereżempju, jirċievu kontenut diġitali ħażin jew difettuż, jew ma jistgħux jiksbu aċċess għall-kontenut diġitali inkwistjoni. B'riżultat ta' dan, il-konsumaturi jsofru detriment finanzjarju u mhux finanzjarju.

(3)  Il-konsumaturi mhux dejjem iħossuhom fiduċjużi meta jixtru bejn il-fruntieri u speċjalment online. Wieħed mill-fatturi ewlenin għal dan in-nuqqas ta' fiduċja huwa l-inċertezza dwar id-drittijiet kuntrattwali ewlenin tagħhom u n-nuqqas ta' qafas kuntrattwali ċar għall-kontenut diġitali jew għas-servizzi diġitali. Ħafna konsumaturi jesperjenzaw problemi relatati mal-kwalità ta', jew l-aċċess għall-kontenut diġitali jew għas-servizzi diġitali. Pereżempju, jirċievu kontenut diġitali jew servizzi diġitali ħżiena jew difettużi, jew ma jistgħux jiksbu aċċess għall-kontenut diġitali jew għas-servizzi diġitali inkwistjoni. B'riżultat ta' dan, il-konsumaturi jsofru detriment finanzjarju u mhux finanzjarju.

Ġustifikazzjoni

Inqaleb l-ordni tal-Premessi 3 u 4.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Sabiex jirrimedjaw dawn il-problemi, kemm in-negozji kif ukoll il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jistrieħu fuq regoli armonizzati b'mod sħiħ għall-provvista ta' kontenut diġitali li jistabbilixxu drittijiet kuntrattwali għall-Unjoni kollha, li huma essenzjali għal dan it-tip ta' tranżazzjonijiet.

(5)  Sabiex jirrimedjaw dawn il-problemi, kemm in-negozji kif ukoll il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jistrieħu fuq regoli armonizzati b'mod sħiħ għal ċerti aspetti regolatorji ewlenin tal-provvista ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jistabbilixxu d-drittijiet kuntrattwali għall-Unjoni kollha, filwaqt li jippermettu lill-Istati Membri li jżommu r-regoli nazzjonali rigward ċerti aspetti oħra. F'dak ir-rigward, l-ambizzjoni ta' din id-Direttiva hija li ssib il-bilanċ it-tajjeb bejn livell għoli tal-protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-impriżi, filwaqt li tiżgura r-rispett għall-prinċipju ta' sussidjarjetà.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Regoli armonizzati b'mod sħiħ tal-liġi kuntrattwali tal-konsumaturi fl-Istati Membri kollha jagħmluha aktar faċli għan-negozji li joffru l-kontenut diġitali bejn il-fruntieri. Huma se jkollhom ambjent stabbli tal-liġi kuntrattwali meta jbigħu fuq l-internet u altrimenti mill-bogħod lejn Stati Membri oħrajn. Ir-regoli armonizzati b'mod sħiħ speċifiċi għall-kontenut diġitali madwar l-UE kollha jneħħu l-kumplessità kkawżata mir-regoli nazzjonali differenti li japplikaw bħalissa għall-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali. Dawn jipprevjenu wkoll il-frammentazzjoni legali li altrimenti tirriżulta minn leġiżlazzjonijiet nazzjonali ġodda li jirregolaw il-kontenut speċifikament diġitali.

(6)  Regoli armonizzati tal-liġi kuntrattwali tal-konsumaturi fl-Istati Membri kollha jagħmluha aktar faċli għan-negozji li joffru l-kontenut diġitali bejn il-fruntieri. Huma se jkollhom ambjent stabbli tal-liġi kuntrattwali meta jbigħu fuq l-internet u altrimenti mill-bogħod lejn Stati Membri oħrajn. Dawn jipprevjenu wkoll il-frammentazzjoni legali li altrimenti tirriżulta minn leġiżlazzjonijiet nazzjonali ġodda li jirregolaw speċifikament il-kontenut diġitali u s-servizzi diġitali.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-konsumaturi se jibbenifikaw minn drittijiet armonizzati b'mod sħiħ għall-kontenut diġitali f'livell għoli ta' protezzjoni. Huma se jkollhom drittijiet ċari meta jirċievu kontenut diġitali jew jiksbu aċċess għalih minn kwalunkwe post fl-UE. Dan se jżid il-kunfidenza tagħhom fix-xiri ta' kontenut diġitali. Dan se jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tad-detriment li qegħdin isofru bħalissa l-konsumaturi, minħabba li se kun hemm sett ta' drittijiet ċari li jagħtuhom iċ-ċans li jindirizzaw il-problemi li jiffaċċjaw bil-kontenut diġitali.

(7)  Il-konsumaturi jenħtieġ li jibbenefikaw minn drittijiet armonizzati b'mod sħiħ għall-kontenut diġitali u s-servizzi diġitali f'livell għoli ta' protezzjoni. Huma jenħtieġ li jkollhom drittijiet obbligatorji ċari meta jirċievu kontenut diġitali jew servizzi diġitali jew jiksbu aċċess għalih minn kwalunkwe post fl-Unjoni. Dan jenħtieġ li jżid il-fiduċja tagħhom fix-xiri ta' kontenut diġitali u servizzi diġitali. Dan jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tad-detriment li qegħdin isofru bħalissa l-konsumaturi, minħabba li se jkun hemm sett ta' drittijiet ċari li jagħtuhom iċ-ċans li jindirizzaw il-problemi li jiffaċċjaw bil-kontenut diġitali jew bis-servizzi diġitali.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika wkoll għal kuntratti bi skop doppju, fejn il-kuntratt jiġi konkluż għal skopijiet parzjalment fi ħdan il-kummerċ ta' persuna u parzjalment barra minnu u l-iskop tal-kummerċ ikun marġinali fil-kuntest kumplessiv tal-kuntratt, u b'hekk jenħtieġ li dik il-persuna titqies ukoll bħala konsumatur.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Din id-Direttiva għandha tarmonizza b'mod sħiħ sett ta' regoli ewlenin li sa issa mhumiex irregolati fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk, għandha tinkludi regoli dwar il-konformità tal-kontenut diġitali, ir-rimedji disponibbli għall-konsumaturi f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali mal-kuntratt u ċerti modalitajiet għall-eżerċizzju ta' dawk ir-rimedji. Din id-Direttiva għandha tarmonizza wkoll ċerti aspetti rigward id-dritt li jiġi tterminat kuntratt fit-tul, kif ukoll ċerti aspetti rigward il-modifikazzjoni tal-kontenut diġitali.

(8)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tarmonizza b'mod sħiħ ċerti regoli ewlenin li sa issa mhumiex irregolati fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li tinkludi regoli dwar il-konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi diġitali, ir-rimedji disponibbli għall-konsumaturi f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi diġitali mal-kuntratt u ċerti modalitajiet għall-eżerċizzju ta' dawk ir-rimedji. Din id-Direttiva jenħtieġ li tarmonizza wkoll ċerti aspetti rigward id-dritt li jiġi tterminat kuntratt fit-tul, kif ukoll ċerti aspetti rigward il-modifikazzjoni tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi diġitali.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Bl-armonizzazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti kollha relatati mas-suġġetti rregolati minn din id-Direttiva, hija tipprekludi l-Istati Membri, fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha, milli jipprovdu rekwiżiti ulterjuri formali jew sostantivi, bħalma huma perjodu li matulu n-nuqqas ta' konformità jrid isir apparenti, obbligu għall-konsumatur li javża lill-fornitur b'nuqqas ta' konformità f'perjodu speċifiku jew obbligu għall-konsumatur li jħallas għall-użu tal-kontenut diġitali sal-mument tat-terminazzjoni minħabba nuqqas ta' konformità mal-kuntratt.

(9)  Bl-armonizzazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti relatati mal-kwistjonijiet irregolati minn din id-Direttiva, hija tipprekludi l-Istati Membri, fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha, milli jipprovdu rekwiżiti ulterjuri formali jew sostantivi, bħal kwalunkwe regola dwar it-treġġigħ lura tal-oneru tal-provi li jirriżulta f'eżitu li jkun differenti minn dak previst f'din id-Direttiva jew obbligu għall-konsumatur li javża lin-negozjant b'nuqqas ta' konformità f'perjodu speċifiku.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġijiet nazzjonali sal-punt li s-suġġetti kkonċernati ma jkunux irregolati minn din id-Direttiva, bħalma huma regoli nazzjonali li jipprevedu obbligi tal-konsumatur lejn il-fornitur ta' kontenut diġitali jew ir-regolazzjoni tal-kwalifika, tal-formazzjoni u tal-validità ta' kuntratti jew il-legalità tal-kontenut. L-Istati Membri għandhom ukoll jibqgħu liberi li jipprovdu regoli għall-kundizzjonijiet dettaljati tal-eżerċizzju tad-drittijiet, bħalma hu d-dritt għad-danni sal-punt mhux kopert minn din id-Direttiva, jew regoli li jipprovdu għall-konsegwenzi tat-terminazzjoni tal-kuntratt li japplikaw flimkien ma' regoli ta' restituzzjoni rregolati minn din id-Direttiva.

(10)  Din id-Direttiva jenħtieġ li ma taffettwax il-liġijiet nazzjonali sal-punt li s-suġġetti kkonċernati ma jkunux irregolati minn din id-Direttiva, bħalma huma regoli nazzjonali li jipprevedu obbligi tal-konsumatur lejn il-fornitur ta' kontenut diġitali jew ir-regolazzjoni tal-kwalifika, tal-formazzjoni u tal-validità ta' kuntratti jew il-legalità tal-kontenut. L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu wkoll liberi li jipprovdu regoli għall-kundizzjonijiet dettaljati tal-eżerċizzju tad-drittijiet, bħalma hu d-dritt għad-danni sal-punt mhux kopert minn din id-Direttiva, jew regoli li jipprovdu għall-konsegwenzi tat-terminazzjoni tal-kuntratt li japplikaw flimkien ma' regoli ta' restituzzjoni rregolati minn din id-Direttiva. L-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew iżommu jew jintroduċu regoli nazzjonali dwar rimedji għal "difetti moħbija". L-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew iżommu regoli nazzjonali dwar id-dritt fuq perjodu qasir ta' rifjut, fejn disponibbli fl-ordnijiet legali rispettivi tagħhom fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Din id-Direttiva jenħtieġ li ma taffettwax il-liġijiet nazzjonali li jirregolaw il-kundizzjonijiet li taħthom kuntratt għall-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizzi diġitali huwa meqjus li huwa marbut ma' jew anċillari għal kuntratt ieħor li l-konsumatur ikun ikkonkluda mal-fornitur jew ma' negozjant ieħor, u l-effett li dan għandu fuq wieħed mill-kuntratti jew fuq ir-rimedji li jistgħu jiġu eżerċitati taħt wieħed mill-kuntratti. L-Istati Membri jenħtieġ ukoll li jkunu liberi li jiddeterminaw in-natura ta' dawn il-kuntratti, fosthom, kuntratti ta' bejgħ, servizzi, kiri jew kuntratti sui generis.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b)  Madankollu, mingħajr preġudizzju għall-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi1a, fejn, taħt kuntratt jew grupp ta' kuntratti, in-negozjant joffri kontenut diġitali jew servizz diġitali flimkien ma' servizzi oħra bħal servizzi jew oġġetti ta' komunikazzjoni interpersonali u l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma jkunux installati minn qabel fl-oġġetti, din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika biss għall-komponent tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali ta' tali grupp. L-elementi l-oħrajn jenħtieġ li jkunu rregolati mil-liġi applikabbli.

 

_______________

 

1a Direttiva .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L xx, [data], p. x-x.

Ġustifikazzjoni

Il-Premessa 10b (ġdida) tissostitwixxi l-Premessa 20 fil-proposta tal-Kummissjoni (ara l-emenda 27).

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Id-Direttiva għandha tindirizza problemi fost kategoriji differenti ta' kontenut diġitali u tal-forniment tiegħu. Sabiex jipprovdi għal żviluppi teknoloġiċi mgħaġġlin u jżomm valida fil-futur in-natura tal-kunċett ta' kontenut diġitali, dan il-kunċett kif użat f'din id-Direttiva għandu jkun usa' milli hu fid-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.30 B'mod partikolari għandu jkopri servizzi li jippermettu l-ħolqien, l-ipproċessar u l-ħażna ta' dejta. Waqt li hemm bosta manjieri kif il-kontenut diġitali jiġi fornut, bħat-trażmissjoni fuq mezz durabbli, it-tniżżil mill-konsumaturi fuq l-apparat tagħhom, ir-ritrażmissjoni fuq il-web, permess għal aċċess għal kapaċitajiet ta' ħżin ta' kontenut diġitali jew aċċess għall-użu tal-midja soċjali, din id-Direttiva għandha tapplika għall-kontenut diġitali kollu indipendentament mill-mezz użat għat-trażmissjoni tiegħu. Mhuwiex ideali li ssir differenza bejn kategoriji differenti f'dan is-suq li teknoloġikament qed jinbidel bil-ħeffa għax qajla jkun possibbli li tiġi evitata d-diskriminazzjoni bejn il-fornituri. Għandhom jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-fornituri ta' kategoriji differenti ta' kontenut diġitali. Madankollu din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kontenut diġitali li huwa inkorporat f'oġġetti b'tali mod li jopera bħala parti integrali mill-oġġetti u l-funzjonijiet tiegħu jkunu subordinati għall-funzjonalitajiet ewlenin tal-oġġetti.

(11)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tindirizza problemi fost kategoriji differenti ta' kontenut diġitali jew ta' servizzi diġitali u l-provvista tagħhom. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-acquis, il-kunċett ta' kontenut diġitali jenħtieġ li jikkorrispondi għal dak użat fid-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30 u jenħtieġ li jkopri, pereżempju, test, vidjo, awdjo, applikazzjonijiet, logħob diġitali u kwalunkwe softwer ieħor. Sabiex iwieġeb għall-pass mgħaġġel tal-iżviluppi teknoloġiċi u sabiex jagħmel din id-Direttiva valida fil-futur, jenħtieġ li jkopri wkoll is-servizzi diġitali li jippermettu l-ħolqien, l-ipproċessar u l-ħażna ta' dejta, kif ukoll is-servizzi li jippermettu l-kondiviżjoni ta' dejta fil-forma diġitali, fosthom servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numru jekk ma jkunux irregolati mill-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi. Waqt li hemm bosta manjieri kif il-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali jiġu fornuti, bħat-trażmissjoni fuq CD, DVD jew mezz simili, it-tniżżil mill-konsumaturi fuq l-apparat tagħhom, ir-ritrażmissjoni fuq il-web, permess għal aċċess għal kapaċitajiet ta' ħżin ta' servizzi diġitali jew aċċess għall-użu tal-midja soċjali, din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għall-kontenut diġitali jew għas-servizzi diġitali kollha indipendentament mill-mezz użat għat-trażmissjoni tagħhom. Mhuwiex ideali li ssir differenza bejn kategoriji differenti f'dan is-suq li teknoloġikament qed jinbidel bil-ħeffa għax qajla jkun possibbli li tiġi evitata d-diskriminazzjoni bejn in-negozjanti. Jenħtieġ li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn in-negozjanti ta' kategoriji differenti ta' kontenut diġitali jew ta' servizzi diġitali.

__________________

__________________

30 ĠU L 304, 22.11.2011, p.64.

30 Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Sabiex jiġu ssodisfati l-aspettattivi tal-konsumaturi u jiġi żgurat qafas legali sempliċi u ċar għall-fornituri ta' kontenut diġitali offrut fuq mezz durabbli, b'rabta mar-rekwiżiti tal-konformità u r-rimedji disponibbli għall-konsumaturi għan-nuqqas ta' konformità din id-Direttiva għandha tapplika għal oġġetti bħal DVDs u CDs, li jinkorporaw il-kontenut diġitali b'tali mod li l-oġġetti jiffunzjonaw biss bħala trasportaturi tal-kontenut diġitali. Id-Direttiva għandha tapplika għall-kontenut diġitali pprovdut fuq mezz durabbli, indipendentement minn jekk jinbigħx fuq distanza jew f'sitwazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ, sabiex tiġi evitata frammentazzjoni bejn il-kanali ta' distribuzzjoni differenti. Id-Direttiva 2011/83 għandha tkompli tapplika għal dawk l-oġġetti, fosthom għal obbligi marbutin mal-kunsinna tal-oġġetti, ir-rimedji fil-każ tan-nuqqas ta' kunsinna u l-għamla tal-kuntratt li bih huma pprovduti dawk l-oġġetti. Id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju wkoll għad-dritt ta' distribuzzjoni applikabbli għal dawn l-oġġetti skont il-liġi dwar id-dritt tal-awtur.

(12)  Sabiex jiġu ssodisfati l-aspettattivi tal-konsumaturi u jiġi żgurat qafas legali sempliċi u ċar għal negozjanti ta' oġġetti li fihom ikunu inkorporati l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali, b'rabta mar-rekwiżiti tal-konformità u r-rimedji disponibbli għall-konsumaturi għan-nuqqas ta' konformità, din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għal kontenut diġitali jew servizzi diġitali intsallati minn qabel f'oġġetti, bħal DVDs u CDs jew "oġġetti intelliġenti". Skont din id-Direttiva, fir-rigward ta' tali oġġetti, in-negozjant jenħtieġ li jkun responsabbli fil-konfront tal-konsumatur biex jissodisfa l-obbligi tiegħu rigward biss il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inkorporati. Ir-responsabbiltà għall-elementi l-oħra ta' dawk l-oġġetti jenħtieġ li tkun irregolata mil-liġi applikabbli. Din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għall-kontenut jew għas-servizzi diġitali inkorporati indipendentement minn jekk l-oġġetti li fihom huma installati minn qabel humiex ipprovduti fuq distanza jew f'sitwazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ, sabiex tiġi evitata frammentazzjoni bejn il-kanali ta' distribuzzjoni differenti. Id-Direttiva 2011/83/UE jenħtieġ li tkompli tapplika għal dawk l-oġġetti, fosthom l-obbligi marbutin mal-kunsinna tal-oġġetti, ir-rimedji fil-każ tan-nuqqas ta' kunsinna u l-għamla tal-kuntratt li bih huma pprovduti dawk l-oġġetti. Ir-regoli dwar il-provvista jew in-nuqqas ta' provvista ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali ta' din id-Direttiva, għalhekk, ma japplikawx għall-kontenut diġitali inkorporat jew is-servizzi diġitali inkorporati. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju wkoll għad-dritt ta' distribuzzjoni applikabbli għal dawk l-oġġetti skont il-liġi dwar id-dritt tal-awtur.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Fl-ekonomija diġitali, l-informazzjoni dwar individwi spiss u dejjem iktar qed titqies li għandha valur paragunabbli mal-flus fost il-parteċipanti tas-suq. Il-kontenut diġitali spiss jiġi fornut mhux bi skambju ma' prezz imma għal eżekuzzjoni korrispettiva li mhijiex flus, jiġifieri bl-għoti ta' aċċess għal dejta personali jew dejta oħra. Dawn il-mudelli kummerċjali speċifiċi japplikaw f'forom differenti f'parti konsiderevoli tas-suq. L-introduzzjoni ta' differenzjazzjoni skont in-natura tal-eżekuzzjoni korrispettiva tiddiskrimina bejn il-mudelli kummerċjali differenti; hija tipprovdi inċentiv mhux iġġustifikat għan-negozji sabiex jibdew joffru kontenut diġitali bi skambju ma' dejta. Għandhom jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi. Barra minn hekk, difetti fil-karatteristiċi tal-prestazzjoni tal-kontenut diġitali fornut bi skambju ma' eżekuzzjoni korrispettiva li mhijiex flus jistgħu jħallu impatt fuq l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi. Għalhekk l-applikabbiltà tar-regoli ta' din id-Direttiva ma għandhomx jiddependu fuq jekk jitħallasx prezz għall-kontenut diġitali speċifiku inkwistjoni.

(13)  Fl-ekonomija diġitali, l-informazzjoni dwar individwi spiss u dejjem iktar qed titqies li għandha valur paragunabbli mal-flus fost il-parteċipanti tas-suq. Il-kontenut diġitali u s-servizzi diġitali spiss jiġu pprovduti mhux bi skambju ma' prezz imma għal dejta, jiġifieri bl-għoti ta' aċċess għal dejta personali jew dejta oħra. Dawn il-mudelli kummerċjali speċifiċi japplikaw f'forom differenti f'parti konsiderevoli tas-suq. L-introduzzjoni ta' differenzjazzjoni skont in-natura tal-eżekuzzjoni korrispettiva tiddiskrimina bejn il-mudelli kummerċjali differenti, għaliex tipprovdi inċentiv mhux iġġustifikat għan-negozji sabiex jibdew joffru kontenut diġitali jew servizzi diġitali bi skambju ma' dejta. Barra minn hekk, difetti fil-karatteristiċi tal-prestazzjoni tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi diġitali fornuti bi skambju ma' dejta bħala eżekuzzjoni korrispettiva jistgħu jħallu impatt fuq l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, l-applikabbiltà tar-regoli ta' din id-Direttiva jenħtieġ li ma tiddependix fuq jekk jitħallasx prezz għall-kontenut diġitali jew għas-servizz diġitali speċifiku inkwistjoni.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Fl-ekonomija diġitali, l-informazzjoni dwar individwi spiss u dejjem iktar qed titqies li għandha valur paragunabbli mal-flus fost il-parteċipanti tas-suq. Il-kontenut diġitali spiss jiġi fornut mhux bi skambju ma' prezz imma għal eżekuzzjoni korrispettiva li mhijiex flus, jiġifieri bl-għoti ta' aċċess għal dejta personali jew dejta oħra. Dawn il-mudelli kummerċjali speċifiċi japplikaw f'forom differenti f'parti konsiderevoli tas-suq. L-introduzzjoni ta' differenzjazzjoni skont in-natura tal-eżekuzzjoni korrispettiva tiddiskrimina bejn il-mudelli kummerċjali differenti; hija tipprovdi inċentiv mhux iġġustifikat għan-negozji sabiex jibdew joffru kontenut diġitali bi skambju ma' dejta. Għandhom jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi. Barra minn hekk, difetti fil-karatteristiċi tal-prestazzjoni tal-kontenut diġitali fornut bi skambju ma' eżekuzzjoni korrispettiva li mhijiex flus jistgħu jħallu impatt fuq l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi. Għalhekk l-applikabbiltà tar-regoli ta' din id-Direttiva ma għandhomx jiddependu fuq jekk jitħallasx prezz għall-kontenut diġitali speċifiku inkwistjoni.

(13)  Fl-ekonomija diġitali, l-informazzjoni dwar individwi spiss u dejjem iktar qed titqies li għandha valur fost il-parteċipanti tas-suq. Ġew żviluppati mudelli kummerċjali speċifiċi fejn in-negozjanti jfornu kontenut diġitali jew servizz diġitali u l-konsumatur ikun meħtieġ li jipprovdi jew jagħti aċċess għal dejta personali. Dawn il-mudelli kummerċjali speċifiċi diġà japplikaw f'forom differenti f'parti konsiderevoli tas-suq. Din id-Direttiva m'għandhiex il-ħsieb li tiddeċiedi jekk tali kuntratti jenħtieġx li jkunu permessi jew le. Barra minn hekk, tħalli f'idejn il-liġi nazzjonali l-kwistjoni tal-validità tal-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali fejn id-dejta personali tkun ipprovduta jew aċċessata. Jenħtieġ li din id-Direttiva bl-ebda mod ma tagħti l-impressjoni li tilleġittima jew tħeġġeġ prattika bbażata fuq il-monetizzazzjoni tad-dejta personali, peress li d-dejta personali ma tistax titqabbel ma' prezz, u għalhekk ma tistax titqies bħala komodità. Madankollu, l-introduzzjoni ta' differenzjazzjoni fir-regoli li japplikaw għal tranżazzjonijiet monetarji u mhux monetarji tipprovdi inċentiv mhux iġġustifikat għan-negozji sabiex jiffavorixxu l-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi diġitali bil-kundizzjoni li tiġi pprovduta d-dejta personali. Barra minn hekk, difetti fil-karatteristiċi tal-prestazzjoni tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi diġitali pprovduti fejn ma jitħallas l-ebda prezz jistgħu jħallu impatt fuq l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, l-applikabbiltà tar-regoli ta' din id-Direttiva jenħtieġ li ma tiddependix fuq jekk jitħallasx prezz għall-kontenut diġitali jew għas-servizz diġitali speċifiku inkwistjoni.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Rigward kontenut diġitali fornut mhux bi skambju ma' prezz imma ma' eżekuzzjoni korrispettiva li mhijiex flus, din id-Direttiva għandha tapplika biss għal kuntratti li fihom il-fornitur jitlob u l-konsumatur attivament jipprovdi dejta, bħall-isem u l-indirizz elettroniku jew ritratti, direttament jew indirettament lill-fornitur pereżempju permezz ta' reġistrazzjoni individwali jew abbażi ta' kuntratt li jippermetti aċċess għar-ritratti tal-konsumatur. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal sitwazzjonijiet li fihom il-fornitur jiġbor id-dejta neċessarja sabiex il-kontenut diġitali jkun jista' jiffunzjona b'konformità mal-kuntratt, pereżempju l-post ġeografiku fejn ikun hemm bżonn sabiex applikazzjoni tal-mowbajl taħdem kif suppost, jew għall-fini uniku li jiġu ssodisfati rekwiżiti legali, pereżempju meta r-reġistrazzjoni tal-konsumatur tkun meħtieġa għall-finijiet ta' sigurtà u identifikazzjoni mil-liġijiet applikabbli. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika wkoll għal sitwazzjonijiet li fihom il-fornitur jiġbor informazzjoni, inkluża dejta personali, bħall-indirizz tal-IP, jew informazzjoni oħra ġġenerata awtomatikament, bħal informazzjoni miġbura u trażmessa permezz ta' cookie, mingħajr ma l-konsumatur iforniha attivament, anki jekk il-konsumatur jaċċetta l-cookie. Hija ma għandhiex tapplika wkoll għal sitwazzjonijiet li fihom il-konsumatur ikun espost għal reklamar esklussivament sabiex jinkiseb aċċess għal kontenut diġitali.

(14)  Rigward kontenut diġitali u servizzi diġitali fornuti mhux bi skambju ma' prezz imma meta tkun ipprovduta dejta personali, din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għal kuntratti fejn in-negozjant jitlob u l-konsumatur jipprovdi dejta personali, kif ukoll fejn in-negozjant jiġbor dejta personali. Id-dejta tkun tinkludi, pereżempju, l-isem u l-indirizz elettroniku jew ritratti, ipprovduti direttament jew indirettament lin-negozjant, pereżempju permezz ta' reġistrazzjoni individwali jew abbażi ta' kuntratt li jippermetti aċċess għar-ritratti tal-konsumatur, jew dejta personali miġbura min-negozjant, bħall-indirizz tal-IP. Din id-Direttiva jenħtieġ li ma tapplikax għal sitwazzjonijiet li fihom in-negozjant jiġbor id-dejta personali esklussivament biex jipprovdi, iżomm f'konformità jew itejjeb il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għall-fini uniku li jiġu ssodisfati rekwiżiti legali, pereżempju meta r-reġistrazzjoni tal-konsumatur tkun meħtieġa għall-finijiet ta' sigurtà u identifikazzjoni mil-liġijiet applikabbli. Jenħtieġ li ma tapplikax ukoll għal sitwazzjonijiet li fihom il-konsumatur ikun espost għal reklamar esklussivament sabiex jinkiseb aċċess għal kontenut diġitali jew servizz diġitali.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Kontenut iġġenerat mill-konsumaturi għandu jiġi ttrattat fuq l-istess bażi bħal kull kontenut diġitali ieħor li l-konsumatur jipprovdi jew jaħżen tul il-perjodu kemm idum il-kuntratt bħal fajls ta' mużika u vidjows, stampi, logħob jew applikazzjonijiet. Il-kontenut iġġenerat minn konsumaturi jinkludi firxa wiesgħa ta' eżempji fosthom xbihat diġitali, fajls tal-vidjow u tal-awdjo, bloggs, fora ta' diskussjoni, formati ta' kollaborazzjoni bbażati fuq test, posts, chats, tweets, logs, podcasting, kontenut maħluq fuq apparat mobbli, kontenut maħluq fil-kuntest ta' ambjenti virtwali onlajn, klassifikazzjonijiet u kollezzjonijiet ta' links li jirreferu għal kontenut onlajn.

(15)  Kontenut iġġenerat mill-konsumaturi jenħtieġ li jiġi ttrattat fuq l-istess bażi bħal kull kontenut diġitali jew servizzi diġitali oħra li l-konsumatur jipprovdi jew jaħżen tul il-perjodu kemm idum il-kuntratt bħal fajls ta' mużika u vidjows, stampi, logħob jew applikazzjonijiet, ħlief jekk din id-Direttiva tipprevedi mod ieħor. Il-kontenut iġġenerat minn konsumaturi jinkludi firxa wiesgħa ta' eżempji fosthom xbihat diġitali, fajls tal-vidjow u tal-awdjo, bloggs, fora ta' diskussjoni, formati ta' kollaborazzjoni bbażati fuq test, posts, chats, tweets, logs, podcasting, kontenut maħluq fuq apparat mobbli, kontenut maħluq fil-kuntest ta' ambjenti virtwali onlajn, klassifikazzjonijiet u kollezzjonijiet ta' links li jirreferu għal kontenut onlajn.

Emenda     23

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Il-fornituri ta' fajls tal-vidjo, stampi, applikazzjonijiet tas-softwer u kontenut diġitali ieħor jenħtieġ li jipprovdu assigurazzjonijiet fir-rigward tas-sigurtà tal-kontenut diġitali li jipprovdu, billi joffru livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi kontra l-malwer.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Sabiex ikunu żgurati sett komuni ta' drittijiet għall-konsumaturi u kundizzjonijiet ugwali għan-negozju, il-konsumaturi għandu jkollhom l-istess rimedji għal kontenut diġitali li ma jkunux konformi mal-kuntratt irrispettivament mill-mod li l-kontenut ikun ġie żviluppat. Konsegwentament id-Direttiva għandha tapplika għal kuntratti għall-iżvilupp ta' kontenut diġitali mfassal apposta għar-rekwiżiti speċifiċi tal-konsumatur inkluż softwer imfassal apposta. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-forniment ta' fajls tal-immudellar viżwali fil-kuntest tal-ipprintjar 3D. Madankollu din id-Direttiva ma għandhiex tirregola oġġetti prodotti bl-użu ta' teknoloġija tal-ipprintjar 3D jew il-ħsara li ssirilhom.

(16)  Sabiex ikunu żgurati sett komuni ta' drittijiet għall-konsumaturi u kundizzjonijiet ugwali għan-negozji, il-konsumaturi jenħtieġ li jkollhom l-istess rimedji għal kontenut diġitali jew servizzi diġitali li ma jkunux konformi mal-kuntratt irrispettivament mill-mod li bih il-kontenut jew is-servizz ikunu ġew żviluppati. Konsegwentament, din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għal kuntratti għall-iżvilupp ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali mfassla apposta għar-rekwiżiti speċifiċi tal-konsumatur, inkluż softwer imfassal apposta. Din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika wkoll għall-forniment ta' fajls tal-immudellar viżwali fil-kuntest tal-ipprintjar 3D. Madankollu din id-Direttiva jenħtieġ li ma tirregolax oġġetti prodotti bl-użu ta' teknoloġija tal-ipprintjar 3D jew il-ħsara li ssirilhom.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Il-kontenut diġitali huwa rilevanti ħafna fil-kuntest tal-Internet tal-Oġġetti. Madankollu huwa f'waqtu li jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi ta' responsabbiltà marbutin mal-Internet tal-Oġġetti, inkluża r-responsabbiltà għad-dejta u kuntratti "magna għal magna", b'mod separat.

(17)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għal apparat konness bħala parti mill-Internet tal-Oġġetti ("apparat tal-IoT"). Madankollu huwa f'waqtu li jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi ta' responsabbiltà marbutin ma' kuntratti "magna għal magna" b'mod separat.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Il-kuntratti jistgħu jinkludu termini ġenerali u kundizzjonijiet tal-fornitur li jridu jiġu aċċettati mill-konsumatur. Għal xi kontenut diġitali, il-fornituri spiss jiddeskrivu s-servizz u l-miri tas-servizz miżurabbli fi ftehim dwar il-livell ta' servizz. Dawn il-ftehimiet dwar il-livell ta' servizz ġeneralment ikunu annessi mal-kuntratt prinċipali u jiffurmaw komponent importanti tar-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur u l-konsumatur. Dawn għandhom ikunu koperti bid-definizzjoni ta' kuntratt taħt din id-Direttiva, u għalhekk għandhom ikunu konformi mar-regoli stipulati fiha.

(18)  Il-kuntratti jistgħu jinkludu termini ġenerali u kundizzjonijiet tan-negozjant li jridu jiġu aċċettati mill-konsumatur. Għal servizzi diġitali, in-negozjanti spiss jiddeskrivu s-servizz u l-miri tas-servizz miżurabbli fi ftehim dwar il-livell ta' servizz. Dawn il-ftehimiet dwar il-livell ta' servizz ġeneralment ikunu annessi mal-kuntratt prinċipali u jiffurmaw komponent importanti tar-relazzjoni kuntrattwali bejn in-negozjant u l-konsumatur. Dawn jenħtieġ li jkunu koperti minn din id-Direttiva, u għalhekk jenħtieġ li jkunu konformi mar-regoli stipulati fiha.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal dawk is-servizzi li l-materja prinċipali tagħhom hija l-forniment ta' kontenut diġitali. Għalhekk, id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal servizzi, li jitwettqu personalment mill-fornitur u li fihom il-mezzi diġitali jintużaw biss għal skopijiet ta' aċċess jew ta' kunsinna, bħalma hi traduzzjoni offruta minn persuna jew servizzi ta' pariri professjonali oħrajn fejn l-output tas-servizz biss jitwassal lill-konsumatur b'mezzi diġitali.

(19)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika biss għal dawk is-servizzi li l-materja prinċipali tagħhom hija l-provvista ta' servizzi diġitali. Għalhekk, id-Direttiva jenħtieġ li ma tapplikax għal servizzi, li jitwettqu personalment min-negozjatur u li fihom il-mezzi diġitali jintużaw biss għal skopijiet ta' aċċess jew ta' kunsinna, bħalma hi traduzzjoni offruta minn persuna jew servizzi ta' pariri professjonali oħrajn fejn l-output tas-servizz biss jitwassal lill-konsumatur b'mezzi diġitali.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Meta, b'kuntratt wieħed jew grupp ta' kuntratti, il-fornitur joffri kontenut diġitali kkombinat ma' servizzi oħrajn bħal servizzi tat-telekomunikazzjoni jew oġġetti , li ma jaħdmux biss bħala trasportatur tal-kontenut diġitali, din id-Direttiva għandha tapplika biss għall-komponent tal-kontenut diġitali ta' grupp bħal dan. L-elementi l-oħrajn għandhom ikunu rregolati mil-liġi applikabbli.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-Premessa 20 emendata titmexxa għal Premessa 10b (ġdida).

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Din id-Direttiva ma għandhiex tittratta d-drittijiet tal-awtur jew aspetti oħrajn tal-forniment ta' kontenut diġitali relatati mal-proprjetà intellettwali. Għalhekk għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe drittijiet jew obbligi skont il-liġi tad-drittijiet tal-awtur u liġijiet oħrajn dwar il-proprjetà intellettwali.

(21)  Din id-Direttiva jenħtieġ li ma tittrattax id-drittijiet tal-awtur jew aspetti oħrajn tal-forniment ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali relatati mal-proprjetà intellettwali. Għalhekk jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt jew obbligu skont il-liġi tad-drittijiet tal-awtur u liġijiet oħrajn dwar il-proprjetà intellettwali.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali hija rregolata mid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill31 u mid-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 li huma kompletament applikabbli fil-kuntest ta' kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali. Dawk id-Direttivi diġà jistabbilixxu qafas legali fil-qasam tad-dejta personali fl-Unjoni. L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom isiru b'konformità sħiħa ma' dak il-qafas legali.

(22)  It-twettiq ta' attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jinvolvi l-ipproċessar ta' dejta personali. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali fl-Unjoni, b'mod partikolari tar-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill31a u tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32, li flimkien jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali li jsir fl-Istati Membri, taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, u b'mod partikolari tal-awtoritajiet pubbliċi indipendenti magħżula mill-Istati Membri. Dawk l-atti legali diġà jistabbilixxu qafas legali tal-Unjoni fil-qasam tad-dejta personali fl-Unjoni u huma kompletament applikabbli fil-kuntest ta' kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali. L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jsiru b'konformità sħiħa ma' dak il-qafas legali.

__________________

__________________

31 ĠU L 281, 23/11/1995, p. 31 - 50 [għandu jiġi sostitwit mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, malli jiġi adottat].

 

 

31a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.)

32 ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37-47.

32 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (OJ L 201, 31.7.2002, p. 37).

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  Il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jinkludi applikazzjonijiet tal-Internet tal-Oġġetti (IoT), li ta' spiss ikunu ddisinjati biex ikunu kuntestwalment konxji mill-ħtiġijiet u x-xewqat tal-utent, jiġbru l-informazzjoni dwar il-prattiki u r-rutini ta' kuljum tagħhom, filwaqt li jibqgħu invisibbli fl-użu u mhux perċettibbli għall-utent. Minkejja l-fatt li l-konsumaturi setgħu tal-inqas kellhom iċ-ċans li jaqraw il-politika ta' privatezza tal-apparat tal-IoT tagħhom qabel ma ffirmaw il-kuntratt, dawn il-politiki ta' privatezza mhumiex dejjem faċli biex jinftiehmu. Barra minn hekk, l-apparat tal-IoT huwa regolarment iddisinjat b'qawwa ta' kriptaġġ dgħajfa u nuqqas ta' karatteristiċi ta' sigurtà oħra. Huwa wkoll komuni għalih li jiddependi ħafna fuq protokolli ta' komunikazzjoni mingħajr fili li m'għandhomx l-istandards tekniċi u ta' sigurtà obbligatorji. Il-konsumaturi ġeneralment ma jkollhomx idea dwar is-sigurtà tal-IoT u, minħabba f'hekk, jiġu installati passwords prestabbiliti f'apparat elettrodomestiku, li ma jinbidlu qatt u ta' spiss jiġu kompromessi. Din id-Direttiva, flimkien mal-prinċipji ewlenin tar-Regolament (UE) 2016/679, tipprevedi r-responsabbiltà ċivili meta l-apparat tal-IoT jonqos milli jinkludi l-privatezza fl-arkitettura tal-prodott, u biex it-termini tal-kuntratt li jiksru kwalunkwe dritt li jkun ingħata lill-konsumatur bħala soġġett tad-dejta skont ir-Regolament (UE) 2016/679 ma jkunux vinkolanti.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Hemm diversi modi kif il-kontenut diġitali jilħaq il-konsumaturi. Huwa f'waqtu li jiġu stabbiliti regoli sempliċi u ċari dwar il-modalitajiet u ż-żmien għat-twettiq tal-obbligu kuntrattwali ewlieni tal-fornitur li jforni l-kontenut diġitali lill-konsumatur. Fil-prinċipju, meta jitqies li l-fornitur mhuwiex responsabbli għal atti jew ommissjonijiet ta' fornitur tal-internet jew ta' pjattaforma elettronika, li l-konsumatur ikun għażel biex jirċievi l-kontenut diġitali, għandu jkun biżżejjed għall-fornitur li jforni l-kontenut diġitali lil din il-parti terza. Rigward iż-żmien tal-provvista, b'konformità mal-prattiċi tas-suq u l-possibbiltajiet tekniċi, il-kontenut diġitali għandu jkun fornut immedjatament, sakemm il-partijiet ma jiddeċidux li jiftiehmu mod ieħor sabiex jipprovdu għal mudelli oħrajn ta' forniment.

(23)  Hemm diversi modi kif il-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali jilħqu l-konsumaturi jew ikunu aċċessibbli għalihom. Huwa f'waqtu li jiġu stabbiliti regoli sempliċi u ċari dwar il-modalitajiet u ż-żmien għat-twettiq tal-obbligu kuntrattwali ewlieni tan-negozjant li jforni l-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali lill-konsumatur. Fil-prinċipju, meta jitqies li n-negozjant mhuwiex responsabbli għal atti jew ommissjonijiet ta' fornitur tal-internet jew ta' pjattaforma elettronika, li l-konsumatur ikun għażel biex jirċievi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali, jenħtieġ li jkun biżżejjed għall-fornitur li jforni l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali lil din il-parti terza jew lil parti terza indikata mill-konsumatur. Rigward iż-żmien tal-provvista, b'konformità mal-prattiċi tas-suq u l-possibbiltajiet tekniċi, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jenħtieġ li jkunu fornuti mingħajr dewmien bla bżonn wara l-konklużjoni tal-kuntratt, sakemm il-partijiet ma jiddeċidux li jiftiehmu mod ieħor sabiex jipprovdu għal mudelli oħrajn ta' forniment.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Sabiex jippromwovi l-innovazzjoni fis-Suq Uniku Diġitali u jipprovdi għall-iżviluppi teknoloġiċi riflessi fil-karatteristiċi dejjem jinbidlu tal-kontenut diġitali, huwa ġġustifikat għall-kontenut diġitali li jkun, fuq kollox, konformi ma' dak li kien maqbul fil-kuntratt.

imħassar

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  F'każijiet meta l-kuntratt ma jistipulax livelli limiti ċari u komprensivi biżżejjed sabiex jaċċerta l-konformità tal-kontenut diġitali mal-kuntratt, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti kriterji ta' konformità oġġettivi li jiżguraw li l-konsumaturi ma jiġux imċaħħda minn drittijiethom. F'każijiet bħal dawn il-konformità mal-kuntratt għandha tiġi vvalutata b'konsiderazzjoni tal-għan li għalih kontenut diġitali tal-istess deskrizzjoni normalment jintuża.

(25)  Sabiex ikun hemm ċarezza dwar x'jista' jistenna l-konsumatur mill-kontenut diġitali jew mis-servizz diġitali kkonċernat u għal xiex ikun responsabbli n-negozjant fil-każ ta' nuqqas ta' provvista ta' dak li huwa mistenni, huwa essenzjali li r-regoli għad-determinazzjoni tal-konformità mal-kuntratt jiġu armonizzati bis-sħiħ. L-applikazzjoni ta' taħlita ta' kriterji soġġettivi u oġġettivi jenħtieġ li tħares l-interessi leġittimi taż-żewġ partijiet f'kuntratt. Il-kuntratt jenħtieġ li jistipula livelli limiti ċari u komprensivi biżżejjed sabiex jaċċerta l-konformità tal-kontenut diġitali u tas-servizzi diġitali mal-kuntratt. Huwa neċessarju wkoll li jiġu stabbiliti kriterji ta' konformità oġġettivi li jiżguraw li l-konsumaturi ma jiġux imċaħħda minn drittijiethom. Il-konformità mal-kuntratt jenħtieġ li tiġi vvalutata b'konsiderazzjoni tal-kwalità u l-prestazzjoni li għalihom kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess deskrizzjoni normalment jintużaw, filwaqt li jitqiesu dak li jista' jkun raġonevolment mistenni mill-konsumatur, in-natura tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali u, jekk ikun applikabbli, kull dikjarazzjoni pubblika dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li tkun saret min-negozjant, il-produttur jew ir-rappreżentant tiegħu jew f'isimhom, partikolarment fir-reklamar jew fuq it-tikkettar. L-aspettattivi tal-konsumaturi jvarjaw ħafna skont it-tip u l-użu tal-kontenut u s-servizzi diġitali u għalhekk jenħtieġ li jiġu aċċertati b'mod oġġettiv.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)  Filwaqt li jenħtieġ li tiġi żgurata l-libertà kuntrattwali fir-rigward tal-kriterji ta' konformità mal-kuntratt, sabiex tiġi evitata l-evażjoni tar-responsabbiltà għan-nuqqas ta' konformità u jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, kwalunkwe deroga mir-regoli obbligatorji dwar il-kriterji tal-konformità u l-installazzjoni ħażina, li tkun ta' dannu għall-interessi tal-konsumatur, għandha tkun valida biss jekk il-konsumatur ikun ġie speċifikament infurmat dwarha u qabel espressament magħha meta ġie konkluż il-kuntratt.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Minħabba n-natura tiegħu, il-kontenut diġitali jrid jinteraġixxi ma' tagħmir diġitali ieħor li jiffunzjona b'mod xieraq; għalhekk l-interoperabbiltà għandha tifforma parti mill-kriterji ta' konformità. B'mod partikolari jrid jinteraġixxi ma' ħardwer, fosthom il-veloċità tal-ipproċessur u l-karatteristiċi tal-kard tal-grafika, u ma' softwer, inkluża verżjoni speċifika tas-sistema operattiva jew multi-media player speċifiku. Il-kunċett ta' funzjonalità għandu jirreferi għall-modi li bihom il-kontenut diġitali jista' jintuża; għandu jirreferi wkoll għall-assenza jew għall-preżenza ta' xi restrizzjonijiet tekniċi bħall-protezzjoni permezz tal-Ġestjoni tad-Drittijiet Diġitali jew tal-ikkowdjar reġjonali.

(26)  Minħabba n-natura tagħhom, il-kontenut diġitali u s-servizzi diġitali jeħtieġ li jinteraġixxu ma' tagħmir diġitali ieħor li jiffunzjona b'mod xieraq; għalhekk l-interoperabbiltà jenħtieġ li tifforma parti mill-kriterji ta' konformità. L-interoperabbiltà jenħtieġ li tinftiehem bħala l-abbiltà tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li jwettqu l-funzjonalitajiet kollha tagħhom f'interazzjoni ma' ambjent diġitali partikolari. Il-funzjonalità jenħtieġ li tinftiehem bħala l-modi li bihom il-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali jistgħu jintużaw; Jenħtieġ li tinftiehem ukoll li tinkludi l-assenza jew il-preżenza ta' xi restrizzjonijiet tekniċi bħall-protezzjoni permezz tal-Ġestjoni tad-Drittijiet Diġitali jew tal-ikkowdjar reġjonali. Il-konsumatur jenħtieġ li jiġi notifikat minn qabel tal-użi awtorizzati tal-kontenut diġitali, bħall-ikkupjar privat. Jekk il-kuntratt jikkonċerna xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur, il-konformità tal-kuntratt timplika konformità mal-liġijiet kollha tad-drittijiet tal-awtur. Il-klawżoli kuntrattwali li speċifikament jipprevjenu t-tgawdija leġittima tal-eċċezzjonijiet jew tal-limitazzjonijiet stabbiliti fil-liġi tad-dritt tal-awtur jenħtieġ li jikkostitwixxu nuqqas ta' konformità. Il-kundizzjonijiet li skonthom jitgawdew l-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet jenħtieġ li jkomplu jiġu determinati mir-regoli tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, li mhumiex immodifikati minn din id-Direttiva.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Waqt li servizzi u teknoloġiji mmexxija mid-dejta jġibu magħhom benefiċċji sinifikanti, dawn joħolqu ukoll xi vulnerabbiltajiet. Kif inhu rrikonoxxut mill-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali, livell għoli ta' sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni huwa essenzjali madwar l-Unjoni Ewropea sabiex ikun żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali bħalma hu d-dritt għall-privatezza u għad-dejta personali, sabiex tiżdied il-fiduċja tal-utenti u tissaħħaħ il-fiduċja tagħhom fl-ekonomija diġitali. Hekk kif is-softwer qiegħed jidħol f'kollox, kwalitajiet bħall-kredibbiltà, is-sigurtà u l-adattabilità għal ħtiġijiet li qed jevolvu wkoll qegħdin isiru preokkupazzjoni ewlenija. Għaldaqstant qiegħed isir dejjem iktar importanti li dawk is-servizzi u t-teknoloġiji bbażati fuq id-dejta jiżguraw li dawk il-kwalitajiet ikunu garantiti, b'mod proporzjonat, għar-rwol u l-funzjoni li jaqdu dawk it-teknoloġiji. B'mod partikolari, il-kwalità f'termini ta' sigurtà u kredibbiltà qiegħda ssir preokkupazzjoni importanti għal servizzi komposti innovattivi li jiddependu fuq l-interkonnessjoni ta' sistemi diversi f'dominji differenti.

(27)  Waqt li servizzi u teknoloġiji mmexxija mid-dejta jġibu magħhom benefiċċji sinifikanti, dawn joħolqu ukoll xi vulnerabbiltajiet. Livell għoli ta' sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni huwa essenzjali madwar l-Unjoni Ewropea sabiex ikun żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali bħalma hu d-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali, sabiex tiżdied il-fiduċja tal-utenti u tissaħħaħ il-fiduċja tagħhom fl-ekonomija diġitali. Hekk kif is-softwer qiegħed jidħol f'kollox, kwalitajiet bħall-kredibbiltà, is-sigurtà u l-adattabilità għal ħtiġijiet li qed jevolvu wkoll qegħdin isiru preokkupazzjoni ewlenija. Għaldaqstant qiegħed isir dejjem iktar importanti li dawk is-servizzi u t-teknoloġiji bbażati fuq id-dejta jiżguraw li dawk il-kwalitajiet ikunu garantiti, b'mod proporzjonat, għar-rwol u l-funzjoni li jaqdu dawk it-teknoloġiji. B'mod partikolari, il-kwalità f'termini ta' sigurtà u kredibbiltà qiegħda ssir preokkupazzjoni importanti għal servizzi komposti innovattivi li jiddependu fuq l-interkonnessjoni ta' sistemi diversi f'dominji differenti. F'dan il-kuntest huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-aġġornamenti, fosthom l-aġġornamenti tas-sigurtà, huma element neċessarju biex jiġi żgurat is-softwer operattiv tal-oġġetti bħall-ismartphones, li jirrikjedu l-installazzjoni tal-aktar verżjoni riċenti għat-tul tal-ħajja tal-apparat malajr kemm jista' jkun sabiex ikunu protetti kontra l-użu mill-persuni li jaġixxu b'intenzjoni ħażina.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Huma u japplikaw ir-regoli ta' din id-Direttiva, il-fornituri għandhom jużaw standards, speċifikazzjonijiet tekniċi miftuħa, prattiċi tajbin u kodiċijiet ta' kondotta, fosthom fejn jidħol il-format ta' dejta li komunement jintuża għall-irkupru ta' kontenut iġġenerat mill-utent jew kwalunkwe kontenut ieħor ipprovdut mill-konsumatur, kemm jekk stabbilit fil-livell internazzjonali, kemm jekk fil-livell Ewropew, u kemm jekk fil-livell ta' settur industrijali speċifiku. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tista' tikkonsidra li tippromwovi l-iżvilupp ta' standards internazzjonali u Ewropej u t-tfassil ta' kodiċi ta' kondotta mill-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u organizzazzjonijiet oħrajn rappreżentattivi li jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni uniformi tad-Direttiva.

(28)  Huma u japplikaw ir-regoli ta' din id-Direttiva, in-negozjanti jenħtieġ li jużaw standards, speċifikazzjonijiet tekniċi miftuħa, prattiċi tajbin u kodiċijiet ta' kondotta, fosthom fejn jidħol il-format ta' dejta li komunement jintuża għall-irkupru ta' kontenut iġġenerat mill-utent jew kwalunkwe kontenut ieħor ipprovdut mill-konsumatur, inkluż fejn tidħol is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni u l-ambjenti diġitali, kemm jekk stabbilit fil-livell internazzjonali, kemm jekk fil-livell Ewropew, u kemm jekk fil-livell ta' settur industrijali speċifiku. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tista' titlob l-iżvilupp ta' standards internazzjonali u Ewropej u t-tfassil ta' kodiċi ta' kondotta mill-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u organizzazzjonijiet oħrajn rappreżentattivi li jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a)  Matul perjodu ta' żmien raġonevoli, in-negozjant jenħtieġ li jipprovdi lill-konsumatur b'aġġornamenti, fosthom aġġornamenti tas-sigurtà, sabiex iżomm il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali konformi mal-kuntratt. Il-konsumatur jenħtieġ li jibqa' liberu jekk jinstallax dawk l-aġġornamenti jew le. Pereżempju, il-konsumatur jista' jiddeċiedi li ma jinstallax l-aġġornamenti fornuti lilu fejn dan ikun jirrikjedi aġġornament għas-sistema operattiva tiegħu. Madankollu, f'tali każijiet, jekk il-konsumatur jiddeċiedi li ma jinstallax l-aġġornamenti, il-konsumatur ma jistax jistenna b'mod raġonevoli, ħlief jekk in-negozjant espressament jaqbel mod ieħor, li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jibqgħu konformi mal-kuntratt. Il-konsumatur jenħtieġ li jsir konxju mill-fatt li d-deċiżjoni tal-konsumatur li ma jinstallax l-aġġornamenti neċessarji, fosthom l-aġġornamenti tas-sigurtà, se tiġi kkunsidrata meta tiġi vvalutata r-responsabbiltà tan-negozjant li jżomm il-konformità mal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Jiġu fornuti ħafna tipi ta' kontenut diġitali fuq perjodu ta' żmien. Pereżempju, konsumaturi jaċċessaw is-servizzi tal-cloud fuq perjodu ta' żmien. Għaldaqstant huwa importanti li jiġi żgurat li l-kontenut diġitali jkun konformi mal-kuntratt matul id-durata tal-kuntratt kollha kemm hi. Barra minn hekk, fil-kuntest tat-titjib frekwenti tal-kontenut diġitali, speċjalment bl-aġġornamenti, il-verżjoni ta' kontenut diġitali fornut lill-konsumatur għandha tkun l-iktar waħda riċenti disponibbli fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt.

(29)  Jiġu fornuti ħafna tipi ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali fuq perjodu ta' żmien, bħall-aċċess għas-servizzi tal-cloud. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkunu konformi mal-kuntratt matul id-durata tal-kuntratt kollha kemm hi. Interruzzjonijiet sinifikanti, kontinwi u rikorrenti għall-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tan-negozjant jenħtieġ li jiġu trattati bħala każijiet ta' nuqqas ta' konformità. Barra minn hekk, fil-kuntest tat-titjib frekwenti tal-kontenut diġitali u tas-servizzi diġitali, speċjalment bl-aġġornamenti, il-verżjoni ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali fornuta lill-konsumatur għandha tkun l-iktar waħda riċenti disponibbli fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt, ħlief jekk il-partijiet tal-kuntratt espressament jaqblu li verżjoni iktar antika se tiġi fornuta, pereżempju sabiex tiżgura l-interoperabbiltà mal-ambjent diġitali tal-konsumatur.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Sabiex jaħdem kif imiss, il-kontenut diġitali jrid jiġi integrat b'mod korrett fl-ambjent ta' ħardwer u softwer tal-konsumatur. Meta n-nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali mal-kuntratt tirriżulta minn integrazzjoni inkorretta, din għandha titqies bħala nuqqas ta' konformità mal-kuntratt tal-kontenut diġitali nnifsu, meta tkun ġiet integrata mill-fornitur jew taħt il-kontroll tiegħu, jew mill-konsumatur li segwa l-istruzzjonijiet tal-fornitur għall-integrazzjoni u l-integrazzjoni inkorretta kienet dovuta għal nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet għall-integrazzjoni rikjesti. F'xenarji bħal dawn, l-oriġini tan-nuqqas ta' konformità jirriżulta mill-isfera tal-fornitur.

(30)  Sabiex jaħdmu kif imiss, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jridu jiġu integrati b'mod korrett fl-ambjent diġitali tal-konsumatur. Meta n-nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mal-kuntratt tirriżulta minn integrazzjoni inkorretta, din jenħtieġ li titqies bħala nuqqas ta' konformità mal-kuntratt tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali nnifishom, meta tkun ġiet integrata min-negozjant jew taħt il-kontroll tiegħu, jew mill-konsumatur li segwa l-istruzzjonijiet tan-negozjant għall-integrazzjoni u l-integrazzjoni inkorretta kienet dovuta għal nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet għall-integrazzjoni rikjesti. F'xenarji bħal dawn, l-oriġini tan-nuqqas ta' konformità jirriżulta mill-isfera tan-negozjant.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Il-konformità għandha tkopri difetti materjali kif ukoll legali. Id-drittijiet ta' partijiet terzi u difetti legali oħrajn effettivament jistgħu jżommu lill-konsumatur milli jgawdi l-kontenut diġitali jew uħud mill-karatteristiċi tiegħu skont il-kuntratt jekk jinkisru dawk id-drittijiet tal-parti terza, u jekk meta l-parti terza kif inhu xieraq tobbliga lill-fornitur sabiex jieqaf jikser dawn id-drittijiet u ma jissoktax joffri l-kontenut diġitali inkwistjoni. Difetti legali huma partikolarment importanti għall-kontenut diġitali, li, min-natura tiegħu, huwa suġġett għal drittijiet dwar il-proprjetà intellettwali. Għalhekk il-fornitur għandu jkun obbligat jiżgura li l-kontenut diġitali huwa ħieles minn kull dritt ta' parti terza, pereżempju pretensjoni tad-dritt tal-awtur marbuta mal-kontenut diġitali, li tipprekludi lill-konsumatur milli jgawdi l-kontenut diġitali skont il-kuntratt.

(31)  Il-konformità jenħtieġ li tkopri difetti materjali kif ukoll legali. Id-drittijiet ta' partijiet terzi u difetti legali oħrajn effettivament jistgħu jżommu lill-konsumatur milli jgawdi l-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali jew uħud mill-karatteristiċi tagħhom skont il-kuntratt jekk jinkisru dawk id-drittijiet tal-parti terza, u jekk il-parti terza kif inhu xieraq tobbliga lin-negozjant sabiex jieqaf jikser dawn id-drittijiet u ma jissoktax joffri l-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali inkwistjoni. Difetti legali huma partikolarment importanti għall-kontenut diġitali jew għas-servizzi diġitali, li, min-natura tagħhom, huma soġġetti għal drittijiet dwar il-proprjetà intellettwali. Għalhekk in-negozjant jenħtieġ li jkun obbligat jiżgura li l-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali jkunu ħielsa minn kwalunkwe restrizzjoni li tirriżulta minn kull dritt ta' parti terza, pereżempju pretensjoni tad-dritt tal-awtur marbuta mal-kontenut diġitali jew mas-servizz diġitali, li tipprekludi lill-konsumatur milli jgawdi l-kontenut diġitali skont il-kuntratt.

Emenda     43

Proposta għal direttiva

Premessa 31a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31a)  Sabiex tiġi evitata lakuna legali fil-protezzjoni tal-konsumatur b'rabta ma' kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u servizzi diġitali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għal kwalunkwe garanzija kummerċjali vinkolanti, u b'mod partikolari l-informazzjoni prekuntrattwali, ir-reklamar u d-dikjarazzjonijiet tal-garanzija.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Minħabba n-natura speċifika tal-kontenut diġitali bil-kumplessità għolja tiegħu kif ukoll l-għarfien superjuri tal-fornitur u l-aċċess tiegħu għall-kompetenzi, għall-informazzjoni teknika u għall-assistenza teknika avvanzata, huwa l-fornitur li jinsab f'qagħda aħjar mill-konsumatur li jkun jaf ir-raġunijiet għala l-kontenut diġitali ma jkunx konformi mal-kuntratt. Il-fornitur jinsab ukoll f'qagħda aħjar li jivvaluta jekk in-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt jkunx ġej minn inkompatibbiltà tal-ambjent diġitali tal-konsumatur mar-rekwiżiti tekniċi tal-kontenut diġitali. Għalhekk f'każ ta' tilwima għandu jkun il-fornitur li jġib prova li l-kontenut diġitali huwa konformi mal-kuntratt, sakemm il-fornitur ma jġibx prova li l-ambjent diġitali tal-konsumatur mhuwiex kompatibbli mal-kontenut diġitali. Biss meta l-fornitur jipprova li l-ambjent diġitali tal-konsumatur mhuwiex kompatibbli mal-interoperabbiltà u ma' rekwiżiti tekniċi oħrajn, għandu jkun il-konsumatur li jipprova li l-kontenut diġitali mhuwiex f'konformità mal-kuntratt.

(32)  Minħabba n-natura speċifika tal-kontenut diġitali u tas-servizzi diġitali bil-kumplessità għolja tagħhom kif ukoll l-għarfien superjuri tan-negozjant u l-aċċess tiegħu għall-kompetenzi, għall-informazzjoni teknika u għall-assistenza teknika avvanzata, huwa n-negozjant li jinsab f'qagħda aħjar mill-konsumatur li jkun jaf għala l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma jkunux konformi mal-kuntratt. In-negozjant jinsab ukoll f'qagħda aħjar li jivvaluta jekk in-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt ikunx ġej minn inkompatibbiltà tal-ambjent diġitali tal-konsumatur mar-rekwiżiti tekniċi tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali. Għalhekk f'każ ta' tilwima, jenħtieġ li jkun in-negozjant li jġib prova li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali huwa konformi mal-kuntratt, sakemm in-negozjant ma jġibx prova li l-ambjent diġitali tal-konsumatur mhuwiex kompatibbli mal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. Biss meta n-negozjant jipprova li l-ambjent diġitali tal-konsumatur mhuwiex kompatibbli mal-interoperabbiltà u ma' rekwiżiti tekniċi oħrajn, jenħtieġ li jkun il-konsumatur li jipprova li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mhumiex f'konformità mal-kuntratt. Il-perjodu ta' żmien li matulu l-oneru tal-provi għan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt ikun f'idejn in-negozjant jenħtieġ li jkun sentejn miż-żmien meta jkunu ġew fornuti l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. Dan il-limitu ta' żmien jenħtieġ li jitnaqqas għal sena f'każ li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkunu inkorporati fl-oġġetti. Fil-każ ta' kuntratti fit-tul għall-provvista ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali, l-oneru tal-prova jenħtieġ li jibqa' f'idejn in-negozjant matul id-durata tal-kuntratt.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet fundamentali għall-protezzjoni tal-ħajja privata, inkluża l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, u l-protezzjoni tad-dejta personali tal-konsumatur, il-konsumatur għandu jikkoopera mal-fornitur sabiex jippermetti lill-fornitur jaċċerta l-ambjent diġitali tal-konsumatur bl-użu tal-inqas mezzi intrużivi li jkunu għad-dispożizzjoni taż-żewġ partijiet fiċ-ċirkustanzi. Dan spiss jista' jsir, pereżempju, billi l-fornitur jingħata rapporti dwar l-okkorrenzi ġġenerati awtomatikament u dettalji tal-konnessjoni tal-internet tal-konsumatur. Biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali u debitament iġġustifikati fejn bl-aħjar użu tal-mezzi l-oħrajn kollha ma jkunx hemm mod ieħor possibbli, dan jista' jsir ukoll billi jingħata aċċess virtwali għall-ambjent diġitali tal-konsumatur. Madankollu, meta l-konsumatur ma jikkooperax mal-fornitur, huwa f'idejn il-konsumatur li jġib prova li l-kontenut diġitali mhuwiex konformi mal-kuntratt.

(33)  Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet fundamentali għall-protezzjoni tal-ħajja privata, inkluża l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, u l-protezzjoni tad-dejta personali tal-konsumatur, il-konsumatur jenħtieġ li jikkoopera man-negozjant sabiex jippermetti lin-negozjant jaċċerta l-ambjent diġitali tal-konsumatur bl-użu tal-inqas mezzi intrużivi li jkunu għad-dispożizzjoni taż-żewġ partijiet fiċ-ċirkustanzi sabiex jiġi determinat jekk in-nuqqas ta' konformità kienx jeżisti fiż-żmien tal-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali. Dan spiss jista' jsir, pereżempju, billi n-negozjant jingħata rapporti dwar l-okkorrenzi ġġenerati awtomatikament u dettalji tal-konnessjoni tal-internet tal-konsumatur. Biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali u debitament iġġustifikati fejn bl-aħjar użu tal-mezzi l-oħrajn kollha ma jkunx hemm mod ieħor possibbli, dan jista' jsir ukoll billi jingħata aċċess virtwali għall-ambjent diġitali tal-konsumatur. Madankollu, meta l-konsumatur ma jikkooperax man-negozjant, huwa f'idejn il-konsumatur li jġib prova li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mhumiex konformi mal-kuntratt, dment li l-konsumatur ikun ġie infurmat dwar din il-konsegwenza ta' nuqqas ta' kooperazzjoni.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Il-fornitur għandu jkun responsabbli lejn il-konsumatur għan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt u għal kull nuqqas li jipprovdi l-kontenut diġitali. Barra minn hekk, peress li l-kontenut diġitali jista' jkun fornut fuq perjodu ta' żmien, huwa ġġustifikat li l-fornitur għandu jkun responsabbli għal kull nuqqas ta' konformità li jseħħ matul dak il-perjodu.

(34)  In-negozjant jenħtieġ li jkun responsabbli lejn il-konsumatur għal kull nuqqas li jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u għal kull nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mal-kuntratt li jsir evidenti fi żmien sentejn miż-żmien tal-provvista. Peress li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jistgħu jkunu fornuti fuq perjodu ta' żmien, in-negozjant jenħtieġ li jkun responsabbli għal kull nuqqas ta' konformità li jseħħ matul dak il-perjodu. Rigward il-kontenut diġitali inkorporat jew is-servizzi diġitali inkorporati, jenħtieġ li japplika reġim ta' garanzija legali dwar dak li huwa applikabbli għal oġġetti normali. Sabiex tiżdied il-fiduċja tal-konsumaturi u sabiex jissaħħaħ il-bejgħ transfruntier, kemm online kif ukoll offline, jenħtieġ li jsir aktar progress fil-proċess tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-konsumaturi. Il-perjodu ta' sentejn tal-garanzija legali minima stabbilit fid-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a jenħtieġ li jsir in-norma kompletament armonizzata. Madankollu, sabiex ma tonqosx il-protezzjoni tal-konsumatur f'ċerti Stati Membri, dawk l-Istati Membri li diġà introduċew mudelli itwal jew differenti tal-perjodi ta' garanzija saż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu kapaċi jżommuhom.

 

____________

 

1a Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12).

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Nuqqas min-naħa tal-fornitur li jforni l-kontenut diġitali lill-konsumatur b'konformità mal-kuntratt huwa ksur serju tal-obbligu kuntrattwali ewlieni tal-fornitur, li għandu jippermetti lill-konsumatur itemm il-kuntratt immedjatament. Meta l-fornitur inizjalment ma jkunx naqas milli jforni l-kontenut diġitali, interruzzjonijiet tal-provvista li jagħmlu l-kontenut diġitali mhux disponibbli jew aċċessibbli għall-konsumatur għal perjodu qasir ta' żmien għandhom jitqiesu bħala nuqqas ta' konformità mal-kuntratt, u mhux bħala falliment tal-provvista. B'mod partikolari, ir-rekwiżit tal-kontinwità xierqa tal-kontenut diġitali għandu jkopri wkoll iktar minn interruzzjonijiet tal-provvista għal ħinijiet qosra negliġibbli.

(35)  Meta n-negozjant jonqos milli jforni l-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali lill-konsumatur b'konformità mal-kuntratt, il-konsumatur jenħtieġ li jitlob lin-negozjant biex jagħmel il-provvista. Kull nuqqas li jiġu fornuti l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr dewmien mhux xieraq jenħtieġ li jippermetti lill-konsumatur li jtemm il-kuntratt immedjatament, ħlief jekk il-partijiet espressament jaqblu dwar perjodu ta' żmien addizzjonali għall-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali. Meta n-negozjant inizjalment ma jkunx naqas milli jforni l-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali, interruzzjonijiet tal-provvista li jagħmlu l-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali mhux disponibbli jew aċċessibbli għall-konsumatur għal perjodu qasir ta' żmien jenħtieġ li jitqiesu bħala nuqqas ta' konformità mal-kuntratt, u mhux bħala falliment tal-provvista. B'mod partikolari, ir-rekwiżit tal-kontinwità xierqa tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi diġitali jenħtieġ li jkopri wkoll iktar minn interruzzjonijiet tal-provvista għal ħinijiet qosra negliġibbli.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-kuntratt, il-konsumaturi għandhom bħala l-ewwel pass ikunu intitolati li l-kontenut diġitali tagħhom jinġieb lura għall-konformità mal-kuntratt. Skont il-karatteristiċi tekniċi tal-kontenut diġitali, il-fornitur jista' jagħżel mod speċifiku ta' kif iġib il-kontenut diġitali lura f'konformità mal-kuntratt, pereżempju billi joħroġ aġġornamenti jew billi jirrikjedi mill-konsumatur li jaċċessa kopja ġdida tal-kontenut diġitali. Minħabba d-diversità ta' kontenut diġitali, mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti skadenzi fissi għall-eżerċizzju tad-drittijiet jew għall-issodisfar tal-obbligi relatati ma' dak il-kontenut diġitali. Skadenzi bħal dawn jistgħu ma jirriflettux din id-diversità u jew ikunu qosra wisq jew twal wisq, skont il-każ. Għaldaqstant huwa aktar f'postu li wieħed jirreferi għal skadenzi raġonevoli. Il-kontenut diġitali għandu jinġieb f'konformità mal-kuntratt fi żmien raġonevoli u mingħajr ebda ħlas; b'mod partikolari l-konsumatur m'għandux iġarrab xi spejjeż assoċjati mal-iżvilupp ta' aġġornament għall-kontenut diġitali.

(36)  Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-kuntratt, il-konsumaturi jenħtieġ li bħala l-ewwel pass ikunu intitolati li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali tagħhom jinġiebu lura għall-konformità mal-kuntratt. Skont il-karatteristiċi tekniċi tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, in-negozjant jenħtieġ li jagħżel mod speċifiku ta' kif iġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali lura f'konformità mal-kuntratt, pereżempju billi joħroġ aġġornamenti jew billi jirrikjedi mill-konsumatur li jaċċessa kopja ġdida tal-kontenut diġitali. Sabiex jevita kwalunkwe inkonvenjenza sinifikanti għall-konsumatur, in-negozjant jenħtieġ li ma jkunx intitolat li jagħmel iktar minn tentattiv wieħed biex jirrimedja l-istess difett. Minħabba d-diversità ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali, mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti skadenzi fissi għall-eżerċizzju tad-drittijiet jew għall-issodisfar tal-obbligi relatati ma' dak il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. Skadenzi bħal dawn jistgħu ma jirriflettux din id-diversità u jew ikunu qosra wisq jew twal wisq, skont il-każ. Għaldaqstant huwa aktar f'postu li wieħed jirreferi għal skadenzi raġonevoli. Iż-żmien raġonevoli sabiex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinġiebu f'konformità mal-kuntratt jenħtieġ li jiġi aċċertat b'mod oġġettiv, billi jitqiesu n-natura tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali u n-nuqqas ta' konformità. Il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jenħtieġ li jinġiebu f'konformità mal-kuntratt fi żmien raġonevoli u mingħajr ebda ħlas; b'mod partikolari l-konsumatur jenħtieġ li ma jġarrabx xi spejjeż assoċjati mal-iżvilupp ta' aġġornament għall-kontenut diġitali.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Bħala t-tieni pass, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jitraħħaslu l-prezz jew li l-kuntratt jitwaqqaf. Id-dritt ta' konsumatur li jwaqqaf il-kuntratt għandu jkun limitat għal dawk il-każijiet meta, pereżempju, ma jkunx possibbli li l-kontenut diġitali jinġieb f'konformità u n-nuqqas ta' konformità jfixkel il-karatteristiċi ewlenin tal-prestazzjoni tal-kontenut diġitali. Meta l-konsumatur iwaqqaf il-kuntratt, il-fornitur għandu jrodd lura l-prezz imħallas mill-konsumatur jew, jekk il-kontenut diġitali ma jkunx fornut bi skambju ma' prezz imma ma' aċċess għal dejta pprovduta mill-konsumatur, il-fornitur għandu jibqa' lura milli jużaha, milli jittrasferixxi dik id-dejta lil partijiet terzi jew milli jħalli partijiet terzi jaċċessawha wara li jkun twaqqaf il-kuntratt. L-issodisfar tal-obbligu li ma jużax id-dejta għandu jfisser fil-każ meta l-kontroprestazzjoni tkun tikkonsisti f’dejta personali, li l-fornitur għandu jieħu l-miżuri kollha sabiex jirrispetta r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta billi jħassarha jew jirrendiha anonima b’tali mod li l-konsumatur ma jkunx jista' jiġi identifikat b’ebda mod li jista' raġonevolment jintuża mill-fornitur jew xi persuna oħra. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' kontrollur skont id-Direttiva 95/46/KE, il-fornitur ma għandux ikun obbligat jieħu passi ulterjuri fir-rigward ta' dejta li l-fornitur ikun ipprovda legalment lil partijiet terzi kemm dam il-kuntratt għall-forniment tal-kontenut diġitali.

(37)  Bħala t-tieni pass, il-konsumatur jenħtieġ li jkun intitolat li jitraħħaslu l-prezz jew li l-kuntratt jitwaqqaf. Id-dritt ta' konsumatur li jwaqqaf il-kuntratt jenħtieġ li jkun limitat għal dawk il-każijiet meta, pereżempju, ma jkunx possibbli li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinġiebu f'konformità u n-nuqqas ta' konformità jfixkel il-karatteristiċi ewlenin tal-prestazzjoni tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali. Fil-każ ta' kuntratti konklużi b'mezzi diġitali, in-negozjant jenħtieġ li jipprovdi lill-konsumatur b'mezz diġitali faċli biex jintemm il-kuntratt, bħal pereżempju, formola online. Meta l-konsumatur iwaqqaf il-kuntratt, in-negozjant jenħtieġ li jrodd lura l-prezz imħallas mill-konsumatur.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Mat-twaqqif il-fornitur għandu wkoll iżomm lura milli juża l-kontenut iġġenerat mill-konsumatur. Madankollu, f'dawn il-każi fejn iktar minn konsumatur wieħed ikun iġġenera kontenut partikolari, il-fornitur ikun intitolat li jibqa' juża l-kontenut iġġenerat mill-konsumatur fejn dawn il-konsumaturi l-oħrajn jagħmlu użu minnu.

(38)  Mat-twaqqif in-negozjant jenħtieġ li jżomm lura milli juża l-kontenut iġġenerat mill-konsumatur. Madankollu, f'dawk il-każijiet fejn il-kontenut iġġenerat mill-konsumatur jew ma jkollux utilità barra mill-ekosistema jew jirrilata biss mal-attività tal-konsumatur, jew ikun ġie aggregat ma' dejta oħra min-negozjant u ma jistax jiġi diżaggregat jew jiġi diżaggregat biss bi sforzi sproporzjonati, in-negozjant ikun intitolat li jibqa' juża l-kontenut iġġenerat mill-konsumatur. Dan huwa wkoll il-każ meta aktar minn konsumatur wieħed ikun iġġenera kontenut partikolari u l-konsumaturi oħra jkunu jistgħu jibqgħu jagħmlu użu minnu. Dan jinkludi kontribuzzjonijiet tal-kontenut individwali minn konsumatur għal proġett kollaborattiv li l-konsumaturi oħra jkomplu jagħmlu użu minnu. Tali kontribuzzjonijiet tal-kontenut individwali jenħtieġ li jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw min-negozjant skont il-kundizzjonijiet li taħthom kienu oriġinarjament ipprovduti mill-konsumatur anke wara li ntemm il-kuntratt.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Sabiex ikun żgurat li l-konsumatur jibbenefika minn protezzjoni effettiva fir-rigward tad-dritt li jwaqqaf il-kuntratt, il-fornitur għandu jħalli lill-konsumatur jirkupra d-dejta kollha mtellgħa mill-konsumatur, prodotta mill-konsumatur bl-użu tal-kontenut diġitali jew iġġenerata permezz tal-użu li jagħmel il-konsumatur mill-kontenut diġitali. Dan l-obbligu għandu jkun estiż għal dejta li l-fornitur ikun obbligat li jżomm bil-kuntratt għall-forniment ta' kontenut diġitali kif ukoll għal dejta li l-fornitur ikun effettivament żamm f'relazzjoni mal-kuntratt.

imħassar

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Meta, wara li jitwaqqaf il-kuntratt minħabba nuqqas ta' konformità mal-kuntratt, il-fornitur jipprovdi lill-konsumatur bil-mezzi tekniċi sabiex jirkupra d-dejta, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jirkupra d-dejta mingħajr ebda spejjeż, pereżempju bħall-ispiża sabiex jitħaddem format ta' dejta użat komunement bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż iġġenerati mill-ambjent diġitali tiegħu stess fosthom l-ispejjeż ta' konnessjoni man-netwerk peress li mhumiex marbutin b’mod speċifiku mas-sejbien tad-dejta.

(40)  Wara li jitwaqqaf il-kuntratt minħabba nuqqas ta' konformità mal-kuntratt, in-negozjant jenħtieġ li jagħmel disponibbli lill-konsumatur kwalunkwe kontenut iġġenerat mill-utent li ma jikkostitwixxix dejta personali, ħlief jekk tali kontenut ma jkollux utilità barra mill-kuntest tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fornuti min-negozjant, jekk ikun jirrilata biss mal-attività tal-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali fornuti min-negozjant, jew ikun ġie aggregat mad-dejta l-oħra min-negozjant u ma jistax jiġi diżaggregat jew biex isir dan ikun jirrikjedi li jsir sforz sproporzjonat. Il-konsumatur jenħtieġ li jkun intitolat li jirkupra l-kontenut mingħajr ħlas u f'format ta' dejta użat komunement u li jinqara elettronikament.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Meta l-kontenut diġitali jiġi terminat, il-konsumatur ma għandux jintalab iħallas għall-użu tal-kontenut diġitali li ma jkunx konformi mal-kuntratt għaliex dan ikun qiegħed iċaħħad lill-konsumatur mill-protezzjoni effettiva.

(41)  Meta l-kontenut diġitali jiġi terminat, jenħtieġ li l-konsumatur ma jintalabx iħallas għall-użu tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li ma jkunx konformi mal-kuntratt għaliex dan ikun qiegħed iċaħħad lill-konsumatur mill-protezzjoni effettiva.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Meta titqies il-ħtieġa li jinħoloq bilanċ bejn l-interessi leġittimi tal-konsumaturi u tal-fornituri, meta l-kontenut diġitali fornut fuq perjodu ta' żmien bil-ħlas ta' prezz jagħti lok għad-dritt ta' waqfien, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jwaqqaf biss il-parti tal-kuntratt li tikkorrispondi għaż-żmien li fih il-kontenut diġitali ma kienx f'konformità mal-kuntratt. Madankollu, meta l-kontenut diġitali jkun fornut għal eżekuzzjoni korrispettiva li mhijiex flus, waqfien parzjali ma jkunx fattibbli minħabba li huwa impossibbli li taqsam b'mod proporzjonat eżekuzzjoni-korrispettiva li mhijiex flus.

(42)  Meta titqies il-ħtieġa li jinħoloq bilanċ bejn l-interessi leġittimi tal-konsumaturi u tan-negozjanti, meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali fornuti fuq perjodu ta' żmien bil-ħlas ta' prezz jagħti lok għad-dritt ta' waqfien, il-konsumatur jenħtieġ li jkun intitolat li jwaqqaf biss il-parti tal-kuntratt li tikkorrispondi għal perjodu ta' żmien li fih il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kinux f'konformità mal-kuntratt.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Minħabba n-natura tiegħu, il-kontenut diġitali mhuwiex soġġett għat-tkagħbir bl-użu waqt li jkun qiegħed jintuża u spiss ikun fornut fuq perjodu ta' żmien aktar milli bħala forniment ta' darba. Għaldaqstant, huwa ġġustifikat li ma jiġix previst perjodu li matulu l-fornitur għandu jinżamm responsabbli għal kull nuqqas ta' konformità li jeżisti fiż-żmien tal-forniment tal-kontenut diġitali. Konsegwentament l-Istati Membri għandhom jibqgħu lura milli jżommu jew jintroduċu perjodu bħal dan. L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jibbażaw fuq regoli nazzjonali ta' preskrizzjoni sabiex jiżguraw iċ-ċertezza legali fir-rigward ta' pretensjonijiet abbażi ta' nuqqas ta' konformità ta' kontenut diġitali.

imħassar

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  Il-prinċipju tar-responsabbiltà tal-fornitur għad-danni huwa element essenzjali tal-kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali. Għalhekk, sabiex tiżdied il-fiduċja tal-konsumaturi fil-kontenut diġitali, dan il-prinċipju għandu jiġi rregolat fil-livell tal-Unjoni sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi ma jsofrux detriment jekk il-ħardwer jew is-softwer tagħhom iġarrbu ħsara b'kontenut diġitali li ma jkunx konformi mal-kuntratt. Għaldaqstant, il-konsumaturi għandhom ikunu intitolati għal kumpens għal danni kkawżati lill-ambjent diġitali tal-konsumatur bin-nuqqas ta' konformità tal-kuntratt jew b'falliment tal-provvista tal-kontenut diġitali. Madankollu, għandu jitħalla f'idejn l-Istati Membri li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt għad-danni filwaqt li jitqies il-fatt li t-traħħis fil-prezzijiet għal provvisti ta' kontenut diġitali fil-futur, speċjalment meta offruti minn fornituri bħala kumpens għal telf, neċessarjament iqegħdux lill-konsumatur qrib kemm jista' jkun tal-pożizzjoni li l-konsumatur kien ikun fiha kieku l-kontenut diġitali kien fornut kif dovut u kien konformi mal-kuntratt.

(44)  Il-prinċipju tar-responsabbiltà tan-negozjant għad-danni huwa element essenzjali tal-kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali. Għalhekk, il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu intitolati li jitolbu għal kumpens għad-detriment ikkawżat bin-nuqqas ta' konformità tal-kuntratt jew b'falliment tal-provvista tal-kontenut diġitali. Madankollu, jekk l-eżistenza ta' tali dritt li jintalab kumpens għad-danni tiġi żgurata fl-Istati Membri kollha, jenħtieġ li ma jiġix regolat fil-livell tal-Unjoni u jenħtieġ li jiġi determinat mil-liġi nazzjonali.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)  Minħabba raġunijiet teknoloġiċi u oħrajn, il-fornitur jista' jiġi obbligat li jbiddel il-karatteristiċi tal-kontenut diġitali fornut fuq perjodu ta' żmien. Dawn il-bidliet spiss ikunu ta' vantaġġ għall-konsumatur billi jtejbu l-kontenut diġitali. Konsegwentament, il-partijiet kontraenti jistgħu jinkludu klawżoli rispettivi fil-kuntratt li jippermettu lill-fornitur li jagħmel modifiki. Madankollu, meta modifiki bħal dawn jolqtu negattivament il-mod kif il-konsumatur jibbenefika minn karatteristiċi ewlenin tal-prestazzjoni tal-kontenut diġitali, dawn jistgħu jgerfxu l-bilanċ tal-kuntratt jew in-natura tal-prestazzjoni dovuta taħt il-kuntratt sal-punt li l-konsumatur kieku forsi ma kienx jasal jikkonkludi kuntratt hekk. Għalhekk, f'każijiet bħal dawn, dawn il-modifiki għandhom ikunu soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet.

(45)  In-negozjant jenħtieġ li jitħalla, taħt ċerti kundizzjonijiet, li jimmodifika l-karatteristiċi tal-prestazzjoni ewlenin tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fornuti fuq perjodu ta' żmien, bħall-aċċessibilità u l-kontinwità dment li l-kuntratt jagħti raġuni valida għal tali modifika. Tali raġunijiet validi jistgħu jinkludu każijiet fejn il-modifika tkun neċessarja sabiex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkunu adattati għal ambjent tekniku ġdid jew għal żieda fin-numru ta' utenti jew għal raġunijiet operattivi importanti oħra. Dawn il-bidliet spiss ikunu ta' vantaġġ għall-konsumatur billi jtejbu l-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali. Konsegwentament, il-partijiet kontraenti jistgħu jinkludu klawżoli rispettivi fil-kuntratt li jippermettu lin-negozjant li jagħmel modifiki. Madankollu, meta modifiki bħal dawn jolqtu negattivament il-mod kif il-konsumatur jibbenefika minn karatteristiċi ewlenin tal-prestazzjoni tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, dawn jistgħu jgerfxu l-bilanċ tal-kuntratt jew in-natura tal-prestazzjoni dovuta taħt il-kuntratt sal-punt li l-konsumatur kieku forsi ma kienx jasal jikkonkludi kuntratt hekk. Sabiex jintlaħaq bilanċ bejn l-interessi tal-konsumaturi u dawk tan-negozju, jenħtieġ li din il-possibbiltà għan-negozjant tkun abbinata mad-dritt tal-konsumatur li jwaqqaf il-kuntratt meta dawn il-modifiki jkollhom impatt negattiv li ma jkunx biss wieħed minuri fuq l-użu tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali jew l-aċċess għalih. Jenħtieġ li l-punt sa fejn il-modifiki jkollhom impatt negattiv fuq l-użu tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali jew l-aċċess għalih jiġi aċċertat b'mod oġġettiv fid-dawl tan-natura u l-iskop tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali u tal-kwalità, il-funzjonalità, l-interoperabbiltà u karatteristiċi ewlenin oħrajn li huma normali f'kontenut jew servizz diġitali tal-istess tip. Madankollu, ir-regoli dwar dawn l-aġġornamenti, dan it-titjib jew modifiki simili ma għandhomx jikkonċernaw sitwazzjonijiet fejn, pereżempju bħala konsegwenza tat-tqassim ta' verżjoni ġdida tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, il-partijiet jikkonkludu kuntratt ġdid għall-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Premessa 45a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(45a)  Fejn tali modifika jkollha impatt negattiv fuq l-aċċess jew l-użu tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mill-konsumatur, bħala riżultat ta' din il-modifika, jenħtieġ li l-konsumatur igawdi mid-dritt li jwaqqaf il-kuntratt mingħajr ebda spiża. Meta ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet li skonthom tkun permessa modifika, id-drittijiet tal-konsumatur għal rimedji għal nuqqas ta' konformità ma jiġux affettwati. Bl-istess mod, fejn wara li tkun saret modifika, ikun hemm nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li ma jkunx ġie kkawżat mill-modifika, jenħtieġ li l-konsumatur jibqa' intitolat li jinvoka r-rimedji għan-nuqqas ta' konformità fir-rigward ta' dan il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kif previst f'din id-Direttiva.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)  Il-kompetizzjoni hija element importanti għal Suq Uniku Diġitali li jiffunzjona tajjeb. Sabiex tiġi stimulata kompetizzjoni bħal din, il-konsumaturi għandhom jingħataw il-kapaċità li jwieġbu għal offerti kompetittivi u li jbiddlu l-fornituri. Sabiex dan jitħaddem fil-prattika, huma għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dan mingħajr ma jkunu mfixklin minn ostakoli legali, tekniċi jew prattiċi, inklużi kundizzjonijiet kuntrattwali jew nuqqas ta' mezzi għall-irkupru tad-dejta kollha mtellgħa mill-konsumatur, prodotta mill-konsumatur bl-użu tal-kontenut diġitali jew iġġenerata permezz tal-użu li l-konsumatur jagħmel mill-kontenut diġitali. Madankollu, huwa importanti wkoll li jiġu protetti l-investimenti eżistenti u l-fiduċja f'kuntratti konklużi. Għalhekk il-konsumaturi għandhom jingħataw id-dritt li jwaqqfu kuntratti fit-tul taħt ċerti kundizzjonijiet bilanċjati. Dan ma jipprekludix li jistgħu jiġu konklużi kuntratti minn konsumaturi għal perjodi kuntrattwali itwal. Madankollu, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jwaqqaf kull relazzjoni kuntrattwali li b'kollox iddum għal perjodu itwal minn 12-il xahar. Sabiex tiġi evitata kull ċirkomvenzjoni ta' dan id-dritt, għandu jkopri kull kuntratt li jwassal biex il-konsumatur jintrabat għal iktar minn 12-il xahar, irrispettivament minn jekk il-kuntratt huwiex ta' tul indeterminat jew jiġix estiż awtomatikament jew wara ftehim sussegwenti bejn il-partijiet.

(46)  Il-kompetizzjoni hija element importanti għal Suq Uniku Diġitali li jiffunzjona tajjeb. Sabiex tiġi stimulata kompetizzjoni bħal din, il-konsumaturi jenħtieġ li jingħataw il-kapaċità li jwieġbu għal offerti kompetittivi u li jbiddlu n-negozjanti. Sabiex dan jitħaddem fil-prattika, huma jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħmlu dan mingħajr ma jkunu mfixklin minn ostakoli legali, tekniċi jew prattiċi, inklużi kundizzjonijiet kuntrattwali jew nuqqas ta' mezzi għall-irkupru tad-dejta kollha mtellgħa mill-konsumatur, prodotta mill-konsumatur bl-użu tal-kontenut diġitali jew iġġenerata permezz tal-użu li l-konsumatur jagħmel mill-kontenut diġitali. Madankollu, huwa importanti wkoll li jiġu protetti l-investimenti eżistenti u l-fiduċja f'kuntratti konklużi. Għalhekk il-konsumaturi jenħtieġ li jingħataw id-dritt li jwaqqfu kuntratti fit-tul taħt ċerti kundizzjonijiet bilanċjati. Dan ma jipprekludix li jistgħu jiġu konklużi kuntratti minn konsumaturi għal perjodi kuntrattwali itwal. Fil-każ ta' waqfien aktar kmieni, kull vantaġġ li jirriżulta mill-konklużjoni ta' kuntratti b'durata li teċċedi t-12-il xahar jenħtieġ li jiġi rimborżat b'mod proporzjonali. In-negozjant jenħtieġ li jipprovdi informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u l-konsegwenzi għal waqfien kmieni ta' kuntratti b'terminu fiss b'durata li teċċedi t-12-il xahar. Madankollu, il-konsumatur jenħtieġ li jkun intitolat li jwaqqaf kull relazzjoni kuntrattwali li b'kollox iddum għal perjodu li jeċċedi t-12-il xahar. Sabiex tiġi evitata kull ċirkomvenzjoni ta' dan id-dritt, jenħtieġ li jkopri kull kuntratt li jwassal biex il-konsumatur jintrabat b'kuntratt li jeċċedi t-12-il xahar, irrispettivament minn jekk il-kuntratt għandux durata inizjali fissa li teċċedi t-12-il xahar jew jekk jiġix estiż awtomatikament jew wara kombinament ta' kuntratti jew perjodi ta' tiġdid sussegwenti li jeċċedu t-12-il xahar.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  In-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt fil-kontenut diġitali finali kif fornut lill-konsumatur spiss ikun dovut għal waħda mit-tranżazzjonijiet f'sensiela, minn min oriġinarjament fassalhom sal-fornitur finali. Filwaqt li l-fornitur finali għandu jkun responsabbli lejn il-konsumatur f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-kuntratt bejn dawn iż-żewġ partijiet, huwa importanti li jiġi żgurat li l-fornitur ikollu drittijiet xierqa vis-à-vis membri differenti fis-sensiela ta' tranżazzjonijiet sabiex ikun jista' jkopri r-responsabbiltà tiegħu lejn il-konsumatur. Madankollu, għandu jitħalla f'idejn il-liġi nazzjonali applikabbli sabiex tidentifika l-membri tas-sensiliet ta' tranżazzjonijiet li l-fornitur finali jista' jeħodha magħhom u l-modalitajiet u l-kundizzjonijiet ta' azzjonijiet bħal dawn.

(47)  In-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt fil-kontenut diġitali finali jew fis-servizz diġitali kif fornuti lill-konsumatur spiss ikun dovut għal waħda mit-tranżazzjonijiet finanzjarji f'sensiela, minn min oriġinarjament fassalhom san-negozjant finali. Filwaqt li n-negozjant finali jenħtieġ li jkun responsabbli lejn il-konsumatur f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-kuntratt bejn dawn iż-żewġ partijiet, huwa importanti li jiġi żgurat li n-negozjant ikollu drittijiet xierqa vis-à-vis membri differenti fis-sensiela ta' tranżazzjonijiet finanzjarji sabiex ikun jista' jkopri r-responsabbiltà tiegħu lejn il-konsumatur. Dawk id-drittijiet jenħtieġ li jkunu strettament limitati għal tranżazzjonijiet finanzjarji u ma jestendux għal sitwazzjonijiet fejn pereżempju n-negozjant jerġa' juża s-softwer bla ħlas ta' parti terza li n-negozjant ma jkunx ħallas għalih. Madankollu, jenħtieġ li jitħalla f'idejn il-liġi nazzjonali applikabbli sabiex tidentifika l-membri tas-sensiliet ta' tranżazzjonijiet li n-negozjant finali jista' jeħodha magħhom u l-modalitajiet u l-kundizzjonijiet ta' azzjonijiet bħal dawn. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-liġi nazzjonali tipproteġi b'mod adegwat lin-negozjant meta tiġi determinata l-persuna kontra min in-negozjant jista' jfittex rimedji, il-perjodi ta' żmien u l-azzjonijiet rilevanti u l-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju.

Emenda     61

Proposta għal direttiva

Premessa 47a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47a)  Din id-Direttiva m'għandhiex l-għan li tintroduċi qafas legali għal liċenzji ta' softwer liberu, fejn is-softwer liberu huwa parti mill-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali previst, u lanqas m'għandha l-għan li toħloq obbligu fuq l-iżviluppatur għas-sempliċi fatt li għamel is-softwer disponibbli pubblikament taħt liċenzja ta' softwer liberu.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  Persuni jew organizzazzjonijiet meqjusin mil-liġi nazzjonali li għandhom interess leġittimu fil-protezzjoni tad-drittijiet kuntrattwali tal-konsumaturi ma għandhomx jingħataw id-dritt li jiftħu proċedimenti, la quddiem qorti u lanqas quddiem awtorità amministrattiva li tkun kompetenti li tiddeċiedi fuq ilmenti jew li tiftaħ il-proċedimenti legali xierqa.

(48)  Persuni jew organizzazzjonijiet meqjusin mil-liġi nazzjonali li għandhom interess leġittimu fil-protezzjoni tad-drittijiet kuntrattwali u tal-protezzjoni tad-dejta tal-konsumaturi jenħtieġ li ma jingħatawx id-dritt li jiftħu proċedimenti, la quddiem qorti u lanqas quddiem awtorità amministrattiva li tkun kompetenti li tiddeċiedi fuq ilmenti jew li tiftaħ il-proċedimenti legali xierqa. Dawn l-ilmenti jew proċedimenti jenħtieġ li jkunu biżżejjed bħala deterrent.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)  Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35 għandha tiġi emendata sabiex tirrifletti l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva b'rabta ma' mezz durabbli li jinkorpora kontenut diġitali fejn ikun intuża b'mod esklussiv bħala trasportatur tal-kontenut diġitali lill-konsumatur.

(50)  Id-Direttiva 1999/44/KE jenħtieġ li tiġi emendata sabiex tirrifletti l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva b'rabta mal-kontenut diġitali inkorporat u s-servizzi diġitali inkorporati.

__________________

 

35 ĠU L 171,7.7.1999, p.12.

 

Emenda     64

Proposta għal direttiva

Premessa 54a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(54a)  Fid-dawl tal-importanza tal-kwistjonijiet u d-drittijiet indirizzati f'din id-Direttiva għas-suq intern u għall-konsumaturi u għaċ-ċittadini tal-Unjoni, din id-Direttiva jenħtieġ li tkun soġġetta għal skrutinju u rieżami mill-qrib, biex tinkludi l-konsultazzjoni u l-involviment sinifikanti u dettaljati mal-Istati Membri u mal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, legali u kummerċjali fil-livell tal-Unjoni.

Emenda     65

Proposta għal direttiva

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u speċifikament l-Artikoli 16, 38 u 47 tagħha.

(55)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta u speċifikament l-Artikoli 7, 8, 16, 38 u 47 tagħha.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -1

 

Protezzjoni tad-dejta

 

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali kif mogħtija minn jew f'konformità, b'mod partikolari, mar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi ċerti rekwiżiti li jikkonċernaw kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali lill-konsumaturi, b'mod partikolari regoli dwar il-konformità tal-kontenut diġitali mal-kuntratt, rimedji f'każ ta' nuqqas ta' tali konformità u l-modalitajiet għall-eżerċizzju ta' dawk ir-rimedji, kif ukoll dwar il-modifikazzjoni u t-terminazzjoni ta' kuntratti bħal dawn.

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li, permezz tal-ilħuq ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, jikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi jistabbilixxi ċerti rekwiżiti li jikkonċernaw kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali bejn in-negozjanti u l-konsumaturi, b'mod partikolari regoli dwar il-konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi diġitali mal-kuntratt, rimedji f'każ ta' nuqqas milli jiġu fornuti kontenut diġitali jew servizzi diġitali jew nuqqas ta' konformità u l-modalitajiet għall-eżerċizzju ta' dawk ir-rimedji, kif ukoll dwar il-modifikazzjoni tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali u t-terminazzjoni ta' kuntratti fuq terminu twil.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  "kontenut diġitali" tfisser

1.  "kontenut diġitali" tfisser dejta li tiġi prodotta u fornuta f'forma diġitali;

(a)   dejta li tiġi prodotta u fornuta f'forma diġitali, pereżempju vidjow, awdjo, applikazzjonijiet, logħob diġitali u kull softwer ieħor,

 

(b)   servizz li jippermetti l-ħolqien, l-ipproċessar jew il-ħżin ta' dejta f'forma diġitali, meta t-tali dejta tkun ipprovduta mill-konsumatur, u

 

(c)   servizz li jippermetti l-kondiviżjoni ta' dejta f'format diġitali pprovduta minn utenti oħra tas-servizz u kull interazzjoni oħra magħha;

 

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  "servizz diġitali" tfisser

 

(a)   servizz li jippermetti l-ħolqien, l-ipproċessar jew il-ħżin ta' dejta f'forma diġitali, meta din id-dejta tkun imtella' jew maħluqa mill-konsumatur, jew

 

(b)   servizz li jippermetti l-kondiviżjoni ta', u kwalunkwe interazzjoni oħra ma', dejta f'forma diġitali li ttellgħet jew inħolqot mill-konsumatur jew minn utenti oħra tas-servizz, jew it-tnejn;

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  "kontenut diġitali jew servizz diġitali inkorporati" tfisser kontenut diġitali jew servizz diġitali installati minn qabel f'oġġett;

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  "integrazzjoni" tfisser l-irbit flimkien tal-komponenti differenti ta' ambjent diġitali sabiex jaġixxu bħala unità koordinata f'konformità mal-għan intenzjonat tagħha;

2.  "integrazzjoni" tfisser l-irbit u l-inkorporazzjoni tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mal-komponenti differenti tal-ambjent diġitali tal-konsumatur sabiex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jintuża f'konformità mal-kuntratt;

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  "fornitur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika, indipendentement minn jekk hijiex ta' sjieda privata jew pubblika, li taġixxi, inkluż permezz ta' persuna oħra li taġixxi f'isimha jew għan-nom tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni ta' dik il-persuna;

3.  "negozjant" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika, indipendentement minn jekk hijiex ta' sjieda privata jew pubblika, li taġixxi, inkluż permezz ta' persuna oħra li taġixxi f'isimha jew għan-nom tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni ta' dik il-persuna b'rabta mal-kuntratti koperti minn din id-Direttiva;

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  "danni" tfisser somma flus li konsumaturi jistgħu jkunu intitolati għaliha bħala kumpens għal ħsara ekonomika lill-ambjent diġitali tagħhom;

5.  "danni" tfisser somma flus li l-konsumaturi jistgħu jkunu intitolati għaliha bħala kumpens għal detriment ikkawżat minn nuqqas li jkunu fornuti kontenut diġitali jew servizz diġitali jew minn nuqqas ta' konformità mal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mal-kuntratt;

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  "prezz" tfisser il-flus dovuti bi skambju għal kontenut diġitali fornut;

6.  "prezz" tfisser il-flus dovuti bi skambju għal kontenut diġitali jew servizz diġitali fornuti;

Emenda     75

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  "kuntratt" tfisser ftehim intenzjonat li jwassal għal obbligi u għal effetti legali oħra;

imħassar

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  "ambjent diġitali" tfisser ħardwer, kontenut diġitali u kull konnessjoni tan-netwerk sal-punt li dawn jinsabu taħt il-kontroll tal-utent;

8.  "ambjent diġitali" tfisser ħardwer, softwer u kull konnessjoni tan-netwerk sal-punt li huwa taħt il-kontroll tal-utent u użat mill-konsumatur biex jaċċessa jew jagħmel użu mill-kontenut diġitali jew servizz diġitali;

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  "interoperabbiltà" tfisser l-abbiltà tal-kontenut diġitali li jwettaq il-funzjonalitajiet kollha tiegħu f'interazzjoni ma' ambjent diġitali konkret;

9.  "interoperabbiltà" tfisser l-abbiltà tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li jwettaq il-funzjonalitajiet kollha tiegħu f'interazzjoni ma' ambjent diġitali konkret inkluż billi jippermetti lill-konsumaturi jaċċessaw il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr ma jkollhom jużaw applikazzjonijiet jew teknoloġiji oħra li jikkonvertu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali li huma jixtiequ jkollhom aċċess għalihom;

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  "forniment" tfisser tipprovdi aċċess għal kontenut diġitali jew tagħmlu disponibbli;

imħassar

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

11a.  "nuqqas minuri ta' konformità" tfisser nuqqas ta' konformità li ma jfixkilx il-funzjonalità, l-interoperabbiltà u karatteristiċi ewlenin oħrajn ta' prestazzjoni tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, bħalma huma l-aċċessibbiltà, il-kontinwità u s-sigurtà tagħhom, meta meħtieġa mill-Artikolu 6 u l-punt (a) tal-Artikolu 6a(1).

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Direttiva tapplika għal kull kuntratt li fih il-fornitur jissupplixxi kontenut diġitali lill-konsumatur jew jintrabat li jagħmel dan u, bi skambju, jitħallas prezz jew il-konsumatur attivament jipprovdi eżekuzzjoni korrispettiva li mhijiex flus fil-forma ta' dejta personali jew kwalunkwe dejta oħra.

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull kuntratt li fih in-negozjant iforni jew jintrabat li jforni kontenut diġitali jew servizz diġitali lill-konsumatur kemm jekk permezz tal-ħlas ta' prezz jew bil-kundizzjoni li d-dejta personali tiġi pprovduta mill-konsumatur jew miġbura min-negozjant jew parti terza fl-interess tan-negozjant.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Din id-Direttiva tapplika għal kwalunkwe kuntratt għall-provvista ta' prodott diġitali żviluppat skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur.

2.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal kwalunkwe kuntratt għall-provvista ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali żviluppati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 5 u 11, din id-Direttiva tapplika għal kull mezz durabbli li jinkorpora kontenut diġitali fejn il-mezz durabbli ntuża b'mod esklussiv bħala trasportatur tal-kontenut diġitali.

3.  Bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 5 u 11, din id-Direttiva għandha tapplika għal kontenut diġitali inkorporat jew is-servizzi diġitali inkorporati. Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor, referenzi għall-kontenut diġitali jew għas-servizzi diġitali f'din id-Direttiva jkopru wkoll kontenut diġitali inkorporat jew servizzi diġitali inkorporati. Fir-rigward ta' oġġetti b'kontenut diġitali inkorporat jew servizzi diġitali inkorporati, in-negozjant għandu jkun responsabbli skont din id-Direttiva lejn il-konsumatur biex jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward biss ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali inkorporati. Ir-regoli ta' din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni mogħtija lill-konsumaturi mil-liġi tal-Unjoni applikabbli fir-rigward ta' elementi oħra ta' oġġetti bħal dawn.

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Din id-Direttiva ma tapplikax għal kontenut diġitali fornut għal eżekuzzjoni korrispettiva li mhijiex flus sal-punt li l-fornitur jitlob lill-konsumatur jipprovdi dejta personali li l-ipproċessar tagħha jkun strettament meħtieġ għall-prestazzjoni tal-kuntratt jew għall-ilħuq tar-rekwiżiti legali u l-fornitur ma jipproċessahomx iktar b'mod li jkun inkompatibbli ma' dan il-għan. Lanqas ma għandha tkun tapplika għal xi dejta oħra li l-fornitur jitlob mingħand il-konsumatur sabiex jipprovdiha għall-fini li jiżgura li l-kontenut diġitali jkun konformi mal-kuntratt jew li jkun jissodisfa r-rekwiżiti legali, u l-fornitur ma jużax din id-dejta għal skopijiet kummerċjali.

4.  Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika fejn id-dejta personali fornuta mill-konsumatur jew miġbura min-negozjant hija pproċessata b'mod esklużiv min-negozjant għal provvista, il-preservazzjoni tal-konformità ta' jew it-titjib ta' dan il-kontenut jew is-servizz diġitali jew għan-negozjant biex jikkonforma mar-rekwiżiti legali li għalihom huwa soġġett in-negozjant, u n-negozjant ma jipproċessax din id-dejta għal kwalunkwe skop ieħor.

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  servizzi mwettqin b'element predominanti ta' interventi mill-bniedem mill-fornitur fejn il-format diġitali jintuża primarjament bħala trasportatur;

(a)  servizzi mwettqin personalment min-negozjant u fejn il-mezzi diġitali jintużaw biss għall-skopijiet ta' aċċess u konsenja;

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)   servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi kif iddefiniti fid-Direttiva 2002/21/KE;

(b)  servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali kif iddefiniti fil-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, bl-eċċezzjoni ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numru sal-punt li dawn mhumiex regolati fil-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi;

Emenda     86

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  il-forniment ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali b'liċenzja libera jew miftuħa sa fejn ma teżisti l-ebda relazzjoni jew obbligu kuntrattwali flimkien ma' dawk li jikkonċernaw il-konformità mat-termini tal-liċenzja;

Emenda     87

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għall-provvista ta' reġistri pubbliċi stabbiliti f'forma elettronika u għal siltiet minn dawn ir-reġistri.

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta kuntratt jinkludi elementi minbarra l-forniment ta' kontenut diġitali, din id-Direttiva tapplika biss għall-obbligi u r-rimedji tal-partijiet bħala fornitur u konsumatur tal-kontenut diġitali.

6.  Meta kuntratt għall-forniment ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali jinkludi obbligi kuntrattwali addizzjonali, din id-Direttiva għandha tapplika biss għad-drittijiet u għall-obbligi tal-partijiet fil-kapaċitajiet rispettivi tagħhom bħala negozjant u konsumatur tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali.

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Jekk xi dispożizzjoni ta' din id-Direttiva tmur kontra dispożizzjoni ta' att ieħor tal-Unjoni li jirregola settur jew suġġett speċifiku, id-dispożizzjoni ta' dak l-att l-ieħor tal-Unjoni tieħu preċedenza fuq din id-Direttiva.

7.  Jekk xi dispożizzjoni ta' din id-Direttiva tmur kontra dispożizzjoni ta' att ieħor tal-Unjoni li jirregola settur jew suġġett speċifiku, id-dispożizzjoni ta' dak l-att l-ieħor tal-Unjoni għandha tipprevali u tapplika għal dak is-settur speċifiku jew suġġett.

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali.

imħassar

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Sakemm mhuwiex irregolat f'din id-Direttiva, din id-Direttiva ma taffettwax il-liġijiet ġenerali nazzjonali dwar il-kuntratti bħalma huma regoli dwar il-formazzjoni, il-validità jew l-effetti ta' kuntratti, fosthom il-konsegwenzi tat-terminazzjoni ta' kuntratt.

9.  Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġijiet ġenerali nazzjonali dwar il-kuntratti bħalma huma regoli dwar il-formazzjoni, il-validità jew l-effetti ta' kuntratti, fosthom il-konsegwenzi tat-terminazzjoni ta' kuntratt, sakemm mhumiex irregolati f'din id-Direttiva. Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa r-regoli nazzjonali dwar rimedji għal "difetti moħbija" jew id-dritt fuq perjodu qasir ta' rifjut. L-Istati Membri jistgħu jippreservaw jew jintroduċu regoli nazzjonali dwar rimedji għal "difetti moħbija". L-Istati Membri jistgħu jippreservaw regoli nazzjonali dwar dritt fuq perjodu qasir ta' rifjut fejn disponibbli fl-ordni legali tal-Istati Membri fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda     92

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a.  Meta, fil-kuntest tal-forniment ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, tapplika l-liġi ta' Stat Membru differenti minn dak tar-residenza permanenti tal-konsumatur, in-negozjant għandu jinforma lill-konsumatur b'dan qabel ma jidħol fil-kuntratt.

Emenda     93

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 9b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9b. Din id-Direttiva ma taffettwax id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, u b'mod partikolari, fir-rigward tad-drittijiet tal-awtur, ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti skont id-Direttiva 2001/29/KE.

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri ma jistgħux jippreservaw jew jintroduċu dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f'din id-Direttiva, inklużi dispożizzjonijiet iktar jew inqas strinġenti biex jiżguraw livell differenti ta' protezzjoni tal-konsumatur.

L-Istati Membri ma għandhomx jippreservaw jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f'din id-Direttiva, inklużi dispożizzjonijiet iktar jew inqas strinġenti biex jiżguraw livell differenti ta' protezzjoni tal-konsumatur, sakemm din id-Direttiva ma tipprevedix mod ieħor.

Emenda     95

Proposta għal direttiva

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Rekwiżiti ta' informazzjoni

 

Qabel ma l-konsumatur ikun marbut b'kuntratt għall-forniment ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali, in-negozjant għandu jagħti lill-konsumatur l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2011/83/UE f'forma ċara u komprensibbli.

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Forniment ta' kontenut diġitali

Forniment ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali

1.  Meta jeżerċita l-kuntratt għall-provvista tal-kontenut diġitali, il-fornitur iforni kontenut diġitali lil

1.  In-negozjant għandu jforni kontenut diġitali jew servizz diġitali billi jagħmlu disponibbli għall-persuni li ġejjin, jew billi jagħti aċċess lil dawn il-persuni:

(a)  il-konsumatur; jew

(a)  il-konsumatur;

(b)  il-parti terza li topera faċilità fiżika jew virtwali li tagħmel il-kontenut diġitali disponibbli għall-konsumatur jew li tippermetti lill-konsumatur jaċċessah u li ġiet magħżula mill-konsumatur sabiex tirċievi l-kontenut digitali.

(b)  il-parti terza li topera faċilità fiżika jew virtwali li tagħmel il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali disponibbli għall-konsumatur jew li tippermetti lill-konsumatur jaċċessah u li ġiet magħżula mill-konsumatur sabiex tirċievi l-kontenut digitali jew is-servizz diġitali; jew

 

(ba)  kwalunkwe parti terza oħra maħtura mill-konsumatur.

2.  Il-fornitur iforni l-kontenut diġitali immedjatament wara l-konklużjoni tal-kuntratt, sakemm il-partijiet ma jiftehmux mod ieħor. Il-forniment jitqies li seħħ meta l-kontenut diġitali jkun fornut lill-konsumatur jew, meta jkun japplika l-punt (b) tal-paragrafu 1, lill-parti terza magħżula mill-konsumatur, skont liema jiġi l-ewwel.

2.  Sakemm il-partijiet ma jiftehmux mod ieħor, in-negozjant għandu jforni l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr dewmien żejjed wara l-konklużjoni tal-kuntratt. In-negozjant għandu jkun ikkunsidrat bħala li kkonforma ma dan l-obbligu tiegħu li jforni meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkun disponibbli jew ikun magħmul aċċessibbli għall-konsumatur jew, meta jkun japplika l-punt (b) jew (ba) tal-paragrafu 1, lill-parti terza magħżula mill-konsumatur, skont liema jkun applikabbli.

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mal-kuntratt

 

Sabiex ikunu f'konformità mal-kuntratt, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 6, 6a, 7 u 8.

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Konformità tal-kontenut diġitali mal-kuntratt

Rekwiżiti suġġettivi għall-konformità mal-kuntratt

1.  Sabiex ikun konformi mal-kuntratt, il-kontenut diġitali, fejn ikun rilevanti:

1.  Sabiex ikun konformi mal-kuntratt, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali, fejn ikun rilevanti:

(a)  ikun tal-kwantità, kwalità, durata u verżjoni u jippossedi l-funzjonalità, l-interoperabbiltà u karatteristiċi oħrajn ta' prestazzjoni bħalma huma l-aċċessibbiltà, il-kontinwità u s-sigurtà, kif rikjest bil-kuntratt inkluż f'xi informazzjoni prekuntrattwali li tifforma parti integrali mill-kuntratt;

(a)  ikun tal-kwantità, kwalità, deskrizzjoni, durata u verżjoni u għandu jippossjedi l-funzjonalità, l-interoperabbiltà u karatteristiċi oħrajn ta' prestazzjoni bħalma huma l-aċċessibbiltà, il-kontinwità u s-sigurtà, kif rikjest bil-kuntratt inkluż f'xi informazzjoni prekuntrattwali li tifforma parti integrali mill-kuntratt;

(b)  ikun tajjeb għal kull skop partikolari li għalih jeħtieġu l-konsumatur u li l-konsumatur għarraf lill-bejjiegħ dwaru fil-ħin meta ġie konkluż il-kuntratt u li l-bejjiegħ aċċetta;

(b)  ikun tajjeb għal kull skop partikolari li għalih jeħtieġu l-konsumatur u li l-konsumatur għarraf lin-negozjant sa mhux aktar tard mill-ħin meta ġie konkluż il-kuntratt u li n-negozjant aċċetta;

 

(ba)  jikkonformaw mal-verżjoni bi prova jew previżjoni tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, li n-negozjant ikun għamel disponibbli, sakemm id-differenza bejn il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali fornuti u l-verżjoni bi prova jew il-previżjoni jkunu wasslu għall-attenzjoni tal-konsumatur qabel ġie konkluż il-kuntratt;

(c)  ikun fornut flimkien ma' kwalunkwe struzzjonijiet u assistenza tal-klijent kif stipulatimill-kuntratt; kif ukoll

(c)  ikun fornut flimkien mal-aċċessorji kollha, ma' kwalunkwe struzzjoni, inklużi dawk dwar l-installazzjoni u assistenza tal-klijent kif stipulat mill-kuntratt inkluż fi kwalunkwe informazzjoni prekuntrattwali li tifforma parti integrali mill-kuntratt; kif ukoll

(d)  jkun aġġornat kif stipulat mill-kuntratt.

(d)  jkun aġġornat kif stipulat mill-kuntratt, inkluża kwalunkwe informazzjoni prekuntrattwali li tifforma parti integrali mill-kuntratt.

2.   Sa fejn il-kuntratt ma jkunx jistipula, fejn rilevanti, b'mod ċar u komprensiv, ir-rekwiżiti għall-kontenut diġitali taħt il-paragrafu 1, il-kontenut diġitali jkun adattat għall-għanijiet li għalihom kontenut diġitali tal-istess deskrizzjoni normalment jintuża fosthom l-funzjonalità, l-interoperabbiltà u kull karatteristika oħra ta' prestazzjoni tiegħu, bħall-aċċessibbiltà, il-kontinwità u s-sigurtà, waqt li jitqies:

 

(a)   jekk il-kontenut diġitali huwiex fornut bi skambju ma' prezz jew xi eżekuzzjoni korrispettiva li mhjiex flus;

 

(b)   fejn rilevanti, kwalunkwe standards tekniċi internazzjonali eżistenti jew, fl-assenza ta' standards tekniċi bħal dawn, kodiċijiet ta' kondotta u prattiċi tajbin applikabbli tal-industrija; kif ukoll

 

(c)   kwalunkwe stqarrija pubblika magħmula mill-fornitur jew għan-nom tiegħu jew minn persuni oħrajn f'ħoloq preċedenti tal-katina ta' tranżazzjonijiet sakemm il-fornitur ma jurix li

 

(i)   ma kienx, u ma setax ikun, jaf bid-dikjarazzjoni inkwistjoni;

 

(ii)   sakemm ġie konkluż il-kuntratt l-istqarrija ġiet korretta;

 

(iii)   id-deċiżjoni li jiġi akkwistat kontenut diġitali ma setgħetx kienet influwenzata mill-istqarrija.

 

3.   Fejn il-kuntratt jistipula li l-kontenut diġitali jkun fornut fuq perjodu ta' żmien, il-kontenut diġitali għandu jkun konformi mal-kuntratt matul id-durata kollha ta' dak il-perjodu.

 

4.   Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, il-kontenut diġitali jkun fornit b’mod konformi mal-aktar verżjoni riċenti tal-kontenut diġitali li tkun disponibbli fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt.

 

5.   Sabiex ikun konformi mal-kuntratt il-kontenut diġitali għadu wkoll jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 7 u 8.

 

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Rekwiżiti oġġettivi għall-konformità mal-kuntratt

 

1.   Il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandhom, fejn rilevanti:

 

(a)   ikollhom karatteristiċi ta' kwalità u ta' prestazzjoni, inkluż fir-rigward tal-funzjonalità, l-interoperabbiltà, l-aċċessibbiltà, il-kontinwità u s-sigurtà, li normalment jinsabu f'kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess tip u li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna, minħabba n-natura tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, u jikkonformaw, fejn rilevanti, ma' kwalunkwe standard tekniku internazzjonali jew Ewropew eżistenti jew, fl-assenza ta' standards tekniċi bħal dawn, kodiċijiet ta' kondotta u prattiki tajba applikabbli tal-industrija, inkluż dwar is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni u l-ambjenti diġitali;

 

(b)   ikunu konformi ma' kwalunkwe stqarrija pubblika magħmula min-negozjant, il-produttur jew ir-rappreżentant tiegħu jew għan-nom tagħhom, b'mod partikolari fir-reklamar jew dwar it-tikkettar għajr fejn in-negozjant jista' juri li:

 

(i)   huwa ma kienx u ma setax raġonevolment ikun konxju mill-istqarrija rispettiva dwar l-ispeċifiċitajiet tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali;

 

(ii)   sal-mument li fih ikun ġie konkluż il-kuntratt, l-istqarrija tkun ġiet korretta bl-istess mod jew b'mod komparabbli bħal kif saret; jew

 

(iii)   id-deċiżjoni li jiġi akkwistat kontenut diġitali jew servizz diġitali ma setgħetx kienet influwenzata mill-istqarrija.

 

2.   Fil-każ ta' kuntratti fejn il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali se jkun fornut fuq perjodu ta' żmien, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jkun konformi mal-kuntratt matul id-durata kollha ta' dak il-perjodu. L-interruzzjonijiet temporanji għall-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tan-negozjant għandhom jiġu trattati bħala każijiet ta' nuqqas ta' konformità jekk huma sinifikanti, kontinwi u rikorrenti.

 

3.   Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor b'mod espliċitu, il-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali jkunu fornuti b'mod konformi mal-aktar verżjoni reċenti tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li tkun disponibbli fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt.

 

4.   In-negozjant għandu jiżgura li matul perjodu raġonevoli ta' żmien il-konsumatur jiġi fornut u notifikat b'aġġornamenti, inklużi aġġornamenti tas-sigurtà, għall-kontenut diġitali jew servizz diġitali li huma meħtieġa sabiex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jibqgħu f'konformità mal-kuntratt. In-nuqqas tal-konsumatur milli jinstalla dawk l-aġġornamenti fi żmien perjodu raġonevoli m'għandu jkollu l-ebda impatt fuq il-konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mal-kuntratt. Fejn il-konsumatur jagħżel li jibqa' bil-verżjoni preżenti tiegħu jew tagħha tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, u l-verżjoni ġdida mhix meħtieġa għall-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali li jibqgħu f'konformità mal-kuntratt, dik il-verżjoni preżenti għandha tibqa' disponibbli jew aċċessibbli għal perjodu ta' żmien raġonevoli.

 

5.   Sabiex ikunu konformi mal-kuntratt, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jridu wkoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7 u 8 ta' dan ir-Regolament, u, fejn rilevanti, ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Integrazzjoni tal-kontenut diġitali

Integrazzjoni tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi diġitali

Fejn il-kontenut diġitali jiġi integrat b'mod inkorrett fl-ambjent diġitali tal-konsumatur, kwalunkwe nuqqas ta' konformità li tirriżulta mill-integrazzjoni inkorretta jitqies bħala nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jekk:

Fejn il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġu integrati b'mod inkorrett fl-ambjent diġitali tal-konsumatur, kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jirriżulta mill-integrazzjoni inkorretta għandu jitqies bħala nuqqas ta' konformità mal-kuntratt tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali jekk:

(a)  il-kontenut diġitali kien integrat mill-fornitur jew taħt ir-responsabbiltà tal-fornitur; jew

(a)  il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kienu integrati min-negozjant jew taħt ir-responsabbiltà tan-negozjant; jew

(b)  il-kontenut diġitali kien maħsub li jkun integrat mill-konsumatur u l-integrazzjoni inkorretta kienet dovuta għal nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet tal-integrazzjoni fejn dawk l-istruzzjonijiet ikunu ġew forniti skont il-punt (c) tal-Artikolu 6(1) jew misshom ġew forniti skont l-Artikolu 6(2).

(b)  il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kienu maħsuba li jkunu integrati mill-konsumatur u l-integrazzjoni inkorretta kienet dovuta għal nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet tal-integrazzjoni fejn dawk l-istruzzjonijiet ikunu ġew forniti skont il-punt (c) tal-Artikolu 6(1) jewmisshom ġew forniti skont l-Artikolu 6a.

Emenda    101

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Id-drittijiet ta' parti terza

Id-drittijiet ta' parti terza

1.  Fl-istess ħin li l-kontenut diġitali jiġi fornut lill-konsumatur, il-kontenut diġitali jkun ħieles minn kull dritt ta' parti terza, fosthom abbażi ta' proprjetà intellettwali, sabiex il-kontenut diġitali jkun jista' jintuża b'konformità mal-kuntratt.

1.  Il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe restrizzjoni li tirriżulta minn kull dritt ta' parti terza, fosthom kwalunkwe dritt abbażi ta' proprjetà intellettwali li jista' jipprevjeni lill-konsumatur milli juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali b'konformità mal-kuntratt.

2.  Fejn il-kontenut diġitali jkun fornut fuq perjodu ta' żmien, il-fornitur, għat-tul kollu ta' dak il-perjodu, iżomm il-kontenut diġitali fornit lill-konsumatur ħieles minn kull dritt ta' parti terza, fosthom dak ibbażat fuq il-proprjetà intellettwali, sabiex il-kontenut diġitali jkun jista' jintuża skont il-kuntratt.

2.  Fejn il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkunu fornuti fuq perjodu ta' żmien, in-negozjant għandu, għat-tul kollu ta' dak il-perjodu, iżomm il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali fornuti lill-konsumatur ħieles minn kwalunkwe restrizzjoni li tirriżulta minn kull dritt ta' parti terza, fosthom kwalunkwe dritt ibbażat fuq il-proprjetà intellettwali li jista' jipprevjeni lill-konsumatur milli juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali skont il-kuntratt.

Emenda    102

Proposta għal direttiva

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Kwalunkwe klawżola ta' kuntratt li teskludi, tidderoga minn jew tvarja l-effetti tal-Artikoli 6a, 7 u 8 għad-detriment tal-konsumatur għandha tkun valida biss jekk, fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt, il-konsumatur kien infurmat b'mod speċjali dwar il-kundizzjoni speċifika tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali u l-konsumatur aċċetta b'mod espliċitu dik il-kundizzjoni speċifika meta kkonkluda l-kuntratt.

Emenda     103

Proposta għal direttiva

Artikolu 8b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8b

 

Garanziji kummerċjali

 

1.   Kull garanzija kummerċjali għandha tkun vinkolanti fuq il-garanti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti:

 

(a)   fl-informazzjoni prekuntrattwali pprovduta min-negozjant, inkluża kwalunkwe dikjarazzjoni prekuntrattwali li tifforma parti integrali mill-kuntratt;

 

(b)   fir-reklamar disponibbli fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt jew qabel; kif ukoll

 

(c)   fid-dikjarazzjoni tal-garanzija.

 

2.   Id-dikjarazzjoni tal-garanzija għandha ssir disponibbli bil-miktub jew b'mezz ieħor li jservi fit-tul u titfassal b'lingwaġġ ċar u li jinftiehem. Hija għandha tinkludi dan li ġej:

 

(a)   dikjarazzjoni ċara tad-drittijiet legali tal-konsumatur kif previsti f'din id-Direttiva u dikjarazzjoni ċara li dawk id-drittijiet mhumiex affettwati mill-garanzija kummerċjali; kif ukoll

 

(b)   it-termini tal-garanzija kummerċjali li jmorru lil hinn mid-drittijiet legali tal-konsumatur, l-informazzjoni dwar id-durata, it-trasferibbiltà, il-kamp ta' applikazzjoni territorjali u l-eżistenza ta' kwalunkwe ħlas li l-konsumatur ikollu jagħmel sabiex jibbenefika mill-garanzija kummerċjali, l-isem u l-indirizz tal-garanti u, jekk tkun differenti mill-garanti, il-persuna li kontriha għandha ssir kwalunkwe talba u l-proċedura li biha għandha ssir it-talba.

Emenda    104

Proposta għal direttiva

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

Artikolu 10

L-oneru tal-provi

L-oneru tal-provi

1.  L-oneru tal-provi fir-rigward tal-konformità mal-kuntratt fiż-żmien indikat fl-Artikolu 10 jkun fuq il-fornitur.

1.  L-oneru li wieħed jipprova li kien jeżisti nuqqas ta' konformità fiż-żmien speċifikat fl-Artikolu 9 għandu jkun fuq in-negozjant, meta nuqqas ta' konformità mal-kuntratt isir evidenti matul il-perjodi li ġejjin:

 

(a)  fi żmien sentejn minn meta jiġi fornut il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali;

 

(b)  fi żmien sena mill-konsenja tal-kontenut diġitali inkorporat jew tas-servizz diġitali inkorporat;

 

(c)  matul id-durata tal-kuntratt, fejn il-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali jew tal-konsenja tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali inkorporati matul perjodu ta' żmien.

2.  Il-paragrafu 1 ma japplikax meta l-fornitur ma jurix li l-ambjent diġitali tal-konsumatur mhuwiex kompatibbli mal-interoperabbiltà u rekwiżiti tekniċi oħra tal-kontenut diġitali u meta l-fornitur ikun għarraf lill-konsumatur dwar it-tali rekwiżiti qabel ma ġie konkluż il-kuntratt.

2.  Il-paragrafu 1 ma japplikax meta n-negozjant juri li l-ambjent diġitali tal-konsumatur mhuwiex kompatibbli mal-interoperabbiltà u rekwiżiti tekniċi oħra tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali u meta n-negozjant ikun għarraf lill-konsumatur dwar it-tali rekwiżiti b'mod ċar u komprensibbli qabel ma ġie konkluż il-kuntratt.

3.  Il-konsumatur jikkoopera mal-fornitur sakemm ikun possibbli u neċessarju sabiex ikun iddeterminat l-ambjent diġitali tal-konsumatur. L-obbligu li jikkoopera jkun limitat għall-mezzi tekniċi disponibbli li jkunu l-inqas intrużivi għall-konsumatur. Meta l-konsumatur jonqos li jikkoopera, l-oneru tal-provi fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt ikun fuq il-konsumatur.

3.  Il-konsumatur jikkoopera man-negozjant sakemm ikun possibbli u neċessarju sabiex ikun żgurat l-ambjent diġitali tal-konsumatur b'tali mod li jkun stabbilit jekk in-nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali eżistiex fiż-żmien tal-provvista. L-obbligu li jikkoopera jkun limitat għall-mezzi tekniċi disponibbli li jkunu l-inqas intrużivi għall-konsumatur. Huwa biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament ġustifikati fejn ma hemm ebda mod ieħor disponibbli li l-konsumatur għandu jagħti lin-negozjant aċċess virtwali fuq talba għall-ambjent diġitali tal-konsumatur. Meta l-konsumatur jonqos li jikkoopera u meta n-negozjant jinforma lill-konsumatur b'tali rekwiżit b'mod ċar u komprensibbli qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, l-oneru tal-provi fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt għandu jkun fuq il-konsumatur.

(L-Artikolu 9 tal-proposta tal-Kummissjoni issa sar l-Artikolu 10 fl-emenda tal-Parlament.)

Emenda    105

Proposta għal direttiva

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

Artikolu 9

Ir-responsabbiltà tal-fornitur

Ir-responsabbiltà tan-negozjant

Il-fornitur ikun responsabbli lejn il-konsumatur għal:

1.   In-negozjant għandu jkun responsabbli lejn il-konsumatur għal:

(a)  kull nuqqas li jforni l-kontenut diġitali;

(a)  kull nuqqas li jforni l-kontenut diġitali jew is-sevizz diġitali skont l-Artikolu 5;

(b)  kwalunkwe nuqqas ta' konformità eżistenti fiż-żmien meta l-kontenut diġitali jiġi fornut; kif ukoll

(b)  kwalunkwe nuqqas tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mal-kuntratt:

 

(i)  li jeżisti fiż-żmien tal-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali u li jsir apparenti fi żmien sentejn miż-żmien tal-provvista, fejn il-kuntratt jipprevedi att uniku ta' provvista jew serje ta' atti individwali ta' provvista; jew

 

(ii)  li jsir apparenti matul il-perjodu ta' żmien imsemmi fil-kuntratt, fejn il-kuntratt jipprevedi li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkunu jridu jiġu fornuti fuq perjodu ta' żmien; kif ukoll

(c)  fejn il-kuntratt jipprevedi li l-kontenut diġitali jkun fornut fuq perjodu ta' żmien, kull nuqqas ta' konformità li jseħħ matul dak il-perjodu.

(c)  kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-kuntratt tal-kontenut diġitali inkorporat jew tas-servizz diġitali inkorporat li jkun jeżisti fil-mument tal-kunsinna tal-oġġett li fih ikun inkorporat il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u li jsir apparenti fi żmien sentejn miż-żmien tal-forniment.

 

1a.   Fir-rigward tal-punt (c) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippreservaw dispożizzjonijiet aktar strinġenti tal-liġi nazzjonali li diġà huma fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(L-Artikolu 10 tal-proposta tal-Kummissjoni issa sar l-Artikolu 9 fl-emenda tal-Parlament.)

Emenda    106

Proposta għal direttiva

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

Artikolu 11

Ir-rimedju għan-nuqqas ta' forniment

Ir-rimedju għan-nuqqas ta' forniment

Meta l-fornitur ikun naqas li jforni l-kontenut diġitali skont l-Artikolu 5, il-konsumatur ikun intitolat li jittermina l-kuntratt immedjatament taħt l-Artikolu 13.

1.  Meta n-negozjant ikun naqas li jforni l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali skont l-Artikolu 5, il-konsumatur għandu jsejjaħ lin-negozjant biex iforni l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. Jekk in-negozjant jonqos milli jforni l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr dewmien żejjed, jew matul perjodu addizzjonali ta' żmien kif maqbul b'mod espliċitu mill-partijiet, il-konsumatur ikun intitolat li jittermina l-kuntratt.

 

1a.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika:

 

(a)  fejn in-negozjant irrifjuta li jforni l-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali; jew

 

(b)  fejn il-provvista miftiehma matul il-perjodu miftiehem tkun essenzjali fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha li jakkumpanjaw il-konklużjoni tal-kuntratt jew jekk il-konsumatur jinforma lin-negozjant, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, li l-forniment sa jew fid-data speċifikata huwa essenzjali.

 

F'dawk il-każijiet, jekk in-negozjant jonqos milli jforni fiż-żmien rilevanti skont l-Artikolu 5(2), il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt immedjatament.

 

1b.   Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt, l-Artikoli 13, 13a , 13b u 13c għandhom japplikaw.

Emenda    107

Proposta għal direttiva

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

Artikolu 12

Ir-rimedji għan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt

Ir-rimedji għan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt

 

-1.  Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-kuntratt, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jkollu l-konformità tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali, jew li jirċievi tnaqqis proporzjonat fil-prezz, jew li jittermina l-kuntratt skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1.  Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-kuntratt, il-konsumatur ikun intitolat li jkollu l-kontenut diġitali miġjub f'konformità mal-kuntratt mingħajr ħlas, sakemm dan ikun impossibbli, sproporzjonat jew illegali.

1.  L-ewwel nett, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jkollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali miġjub f'konformità mal-kuntratt, sakemm dan ikun impossibbli, sproporzjonat jew illegali.

It-tqegħid tal-kontenut diġitali f'konformità mal-kuntratt għandu jitqies sproporzjonat meta l-ispejjeż li jimponi fuq il-fornitur ma jkunux raġjonevoli. Dawn li ġejjin jitqiesu meta jiġi ddikjarat jekk l-ispejjeż humiex raġonevoli jew le:

It-tqegħid tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali f'konformità mal-kuntratt għandhom jitqiesu sproporzjonati b'mod partikolari meta l-ispejjeż imposti fuq in-negozjant ma jkunux raġjonevoli. Dawn li ġejjin jitqiesu meta jiġi ddikjarat jekk l-ispejjeż humiex raġonevoli jew le:

(a)  il-valur li jkollu l-kontenut diġitali kieku ma kien f'konformità mal-kuntratt; kif ukoll

(a)  il-valur li jkollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kieku kien f'konformità mal-kuntratt; kif ukoll

(b)  kemm kien sinifikanti n-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt biex jintlaħaq l-għan li għalih il-kontenut diġitali tal-istess deskrizzjoni normalment jintuża.

(b)  kemm kien sinifikanti n-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt biex jintlaħaq l-għan li għalih il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali tal-istess deskrizzjoni normalment jintuża.

2.  Il-fornitur iġib il-kontenut diġitali f'konformità mal-kuntratt skont il-paragrafu 1 fi żmien raġjonevoli miż-żmien meta l-fornitur ikun ġie infurmat mill-konsumatur dwar in-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt u mingħajr xi inkonvenjenza sinifikanti għall-konsumatur, b'kont meħud tan-natura tal-kontenut diġitali u l-għan li għalih il-konsumatur kien jeħtieġ dan il-kontenut diġitali.

2.  In-negozjant għandu jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità mal-kuntratt skont il-paragrafu 1 fi żmien raġjonevoli miż-żmien meta n-negozjant ikun ġie infurmat mill-konsumatur dwar in-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt, mingħajr ħlas u mingħajr xi inkonvenjenza sinifikanti għall-konsumatur, b'kont meħud tan-natura tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali u l-għan li għalih il-konsumatur kien jeħtieġ dan il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali.

 

Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jżomm il-pagament ta' kwalunkwe parti mhux imħallsa tal-prezz, jew meta n-nuqqas ta' konformità huwa minuri, ta' proporzjon xieraq tiegħu, sakemm in-negozjant iġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità mal-kuntratt.

3.  Il-konsumatur ikun intitolat jew għal tnaqqis proporzjonat tal-prezz bil-manjiera stabbilita fil-paragrafu 4 meta l-kontenut diġitali jkun fornut bi skambju ma' pagament ta' prezz, jew għat-terminazzjoni tal-kuntratt taħt il-paragrafu 5 u l-Artikolu 13, fejn

3.  Il-konsumatur għandu jkun intitolat jew għal tnaqqis proporzjonat tal-prezz bil-manjiera stabbilita fil-paragrafu 4 meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkun fornut bi skambju ma' pagament ta' prezz, jew jista' jittermina l-kuntratt taħt il-paragrafu 5 u l-Artikoli 13, 13a, 13b u 13c fejn:

(a)  ir-rimedju sabiex il-kontenut diġitali jinġieb f'konformità jkun impossibbli, sproporzjonat jew b'mod illegali;

(a)  ir-rimedju sabiex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinġieb f'konformità jkun impossibbli, sproporzjonat jew b'mod illegali, skont il-paragrafu 1;

(b)  il-fornitur ma jkunx lesta r-rimedju fiż-żmien speċifikat fil-paragrafu 2;

(b)  in-negozjant ma jkunx xtara l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali skont il-paragrafu 2;

 

(ba)  jitfaċċa nuqqas ta' konformità minkejja t-tentattiv min-naħa tan-negozjant biex jiżgura li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jikkonformaw; jew

(c)  ir-rimedju li l-kontenut diġitali jinġieb f'konformità ikun se joħloq inkonvenjenza sinifikanti lill-konsumatur; jew

 

(d)  il-fornitur ikun stqarr, jew ikun jidher ċar xorta waħda miċ-ċirkostanzi, li l-fornitur ma jkunx se jġib il-kontenut diġitali f'konformità mal-kuntratt.

(d)  in-negozjant ikun stqarr, jew ikun jidher ċar xorta waħda miċ-ċirkostanzi, li n-negozjant ma jkunx se jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità mal-kuntratt fi żmien raġonevoli jew mingħajr inkonvenjenza sinifikanti għall-konsumatur.

4.  It-tnaqqis fil-prezz ikun proporzjonat għat-tnaqqis fil-valur tal-kontenut diġitali li ġie riċevut mill-konsumatur meta mqabbel mal-valur tal-kontenut diġitali li jkun f'konformità mal-kuntratt.

4.  Il-konsumatur għandu jeżerċita d-dritt għal tnaqqis proporzjonat tal-prezz permezz ta' dikjarazzjoni inekwivoka li tistabbilixxi d-deċiżjoni tiegħu, innotifikata lin-negozjant. It-tnaqqis fil-prezz għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis fil-valur tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li ġie riċevut mill-konsumatur meta mqabbel mal-valur li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kien ikollhom li kieku kienu f'konformità mal-kuntratt.

 

Meta l-kuntratt jistipula li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkunu jridu jiġu fornuti fuq perjodu ta' żmien bi skambju għal ħlas ta' prezz, u għal ċertu perjodu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kkonformawx mal-kuntratt, it-tnaqqis fil-prezz għandu japplika għall-perjodu li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kkonformawx mal-kuntratt.

5.  Il-konsumatur jista' jittermina l-kuntratt biss jekk in-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt ifixkel il-funzjonalità, l-interoperabbiltà u karatteristiċi ewlenin oħrajn ta' prestazzjoni tal-kontenut diġitali bħalma huma l-aċċessibbiltà, il-kontinwità u s-sigurtà tiegħu meta rikjest fl-Artiklu 6 il-paragrafi (1) u (2). L-oneru tal-provi li n-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt ma jfixkilx il-funzjonalità, l-interoperabbiltà u karatteristiċi ewlenin oħrajn ta' prestazzjoni tal-kontenut diġitali jkun fuq il-fornitur.

5.  Il-konsumatur jista' jittermina l-kuntratt biss jekk in-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt mhuwiex wieħed minuri. L-oneru tal-provi li n-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt ma jfixkilx il-funzjonalità, l-interoperabbiltà u karatteristiċi ewlenin oħrajn ta' prestazzjoni tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali jkun fuq in-negozjant.

 

5a.  Il-konsumatur m'għandux ikollu d-dritt għal rimedju sal-punt li l-konsumatur ikun ikkontribwixxa għan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt jew l-effetti tiegħu.

Emenda     108

Proposta għal direttiva

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Rimedji għan-nuqqas ta' sigurtà

 

Fil-każ ta' nuqqas ta' sigurtà, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jkollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali miġjuba f'konformità mal-kuntratt mingħajr ħlas.

Emenda    109

Proposta għal direttiva

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

Artikolu 13

Terminazzjoni

Eżerċizzju tad-dritt ta' terminazzjoni

1.  Il-konsumatur għandu jeżerċita d-dritt li jittermina l-kuntratt permezz ta' avviż lill-fornitur mogħti bi kwalunkwe mezz.

Il-konsumatur għandu jeżerċita d-dritt li jittermina l-kuntratt permezz ta' dikjarazzjoni inekwivoka li tistabbilixxi d-deċiżjoni tiegħu li jittermina l-kuntratt, innotifika lin-negozjant. Meta l-kuntratti huma konklużi b'mezzi diġitali, in-negozjant għandu jipprovdi lill-konsumatur b'mezzi diġitali faċli biex jittermina l-kuntratt. It-terminazzjoni għandha ssir effettiva 14-il jum wara n-notifika, jew f'data aktar tard indikata mill-konsumatur.

2.   Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt:

 

(a)  il-fornitur irodd lura lill-konsumatur il-prezz imħallas mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 14-il jum minn meta rċieva l-avviż;

 

(b)  il-fornitur jieħu l-miżuri kollha mistennija sabiex joqgħod lura mill-użu tal-eżekuzzjoni korrispettiva li mhijiex flus li l-konsumatur ikun ipprovda bi skambju għall-kontenut diġitali u kull dejta oħra miġbura mill-fornitur f'relazzjoni mal-forniment tal-kontenut diġitali fosthom kull kontenut ipprovdut mill-konsumatur bl-eċċezzjoni tal-kontenut li jkun ġie ġġenerat b'mod konġunt mill-konsumatur u oħrajn li jibqgħu jużaw il-kontenut;

 

(c)  il-fornitur jipprovdi lill-konsumatur mezzi tekniċi sabiex jirkupra l-kontenut kollu pprovdut mill-konsumatur u kull dejta oħra prodotta jew iġġenerata permezz tal-użu tal-kontenut diġitali mill-konsumatur sal-punt li dik id-dejta tkun inżammet mill-fornitur. Il-konsumatur ikun intitolat li jirkupra l-kontenut mingħajr ħlas, mingħajr inkonvenjenzi sinifikanti, fi żmien raġonevoli u f'format ta' dejta użat komunement;

 

(d)  fejn il-kontenut diġitali ma kienx fornut fuq mezz durabbli, il-konsumatur joqgħod lura milli juża l-kontenut diġitali jew jagħmilha disponibbli għal partijiet terzi, b'mod partikolari billi jħassar il-kontenut diġitali jew inkella jrendih mhux intelliġibbli;

 

(e)  fejn il-kontenut diġitali kien fornut fuq mezz durabbli, il-konsumatur:

 

(i)  b'talba tal-fornitur, jirritorna, bi spejjeż tal-fornitur, il-mezz durabbli lill-fornitur mingħajr dewmien żejjed, u f'kullkaż mhux aktar tard minn 14-il jum minn meta rċieva t-talba tal-fornitur, kif ukoll

 

(ii)  iħassar kull kopja użabbli tal-kontenut diġitali, irendih mhux intelliġibbli jew inkella jibqa' lura milli jużah jew jagħmlu disponibbli għal partijiet terzi.

 

3.  Mat-terminazzjoni, il-fornitur jista' jipprevjeni kull użu ulterjuri tal-kontenut diġitali mill-konsumatur, b'mod partikolari billi jagħmel il-kontenut diġitali mhux aċċessibbli għall-konsumatur jew billi jneħħilu l-awtorizzazzjoni tal-kont tal-utent, mingħajr preġudizzju għall-punt (c) tal-paragrafu 2.

 

4.  Il-konsumatur ma jikunx responsabbli sabiex iħallas għal xi użu li jsir mill-kontenut diġitali matul il-perjodu ta' qabel it-terminazzjoni tal-kuntratt.

 

5.  Meta l-kontenut diġitali jkun ġie fornut wara li jitħallas prezz u matul il-perjodu ta' żmien stipulat fil-kuntratt, il-konsumatur jista' jittermina l-kuntratt biss f'relazzjoni għal dik il-parti tal-perjodu ta' żmien meta l-kontenut diġitali ma kienx f'konformità mal-kuntratt.

 

6.  Fejn il-konsumatur jittermina parti mill-kuntratt b'konformità mal-paragrafu 5, japplika l-paragrafu 2, bl-eċċezzjoni tal-punt (b) fir-rigward tal-perjodu li matulu l-kontenut diġitali kien konformi mal-kuntratt. Il-fornitur irodd lura lill-konsumatur il-parti mill-prezz imħallas li tikkorrispondi mal-perjodu ta' żmien meta l-kontenut diġitali ma kienx f'konformità mal-kuntratt.

 

Emenda    110

Proposta għal direttiva

Artikolu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

L-obbligi tal-konsumatur fil-każ ta' terminazzjoni

 

1.  Fil-każ tat-terminazzjoni tal-kuntratt, in-negozjant għandu jrodd lura lill-konsumatur il-ħlasijiet kollha li saru skont il-kuntratt.

 

Jekk il-kuntratt jipprevedi għall-provvista tal-kontenut diġitali jew servizz diġitali bi skambju għal ħlas ta' prezz u matul perjodu ta' żmien, fejn il-konsumatur jittermina parti minn tali kuntratt skont l-Artikolu 12(5), in-negozjant għandu jrodd lura lill-konsumatur il-parti tal-prezz li jikkorrispondi mal-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx konformi mal-kuntratt u kwalunkwe parti mill-prezz imħallas bil-quddiem mill-konsumatur għal kwalunkwe perjodu li jkun fadal mill-kuntratt li kieku dan ma ġiex itterminat.

 

2.  Fir-rigward tad-dejta personali tal-konsumatur, in-negozjant għandu jikkonforma mal-obbligi li japplikaw skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

 

3.  In-negozjant għandu jagħmel kull sforz li jista' jkun mistenni li jagħmel biex joqgħod lura milli juża kwalunwke kontenut iġġenerat mill-utent sal-punt li ma jikkostitwixxix dejta personali, li kien provdut jew maħluq mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali fornuti min-negozjant, bl-eċċezzjoni ta':

 

(a)  il-kontenut li ma jistax ma jintużax mingħajr sforz sproporzjonat u mhux raġonevoli minħabba li m'għandux utilità barra l-kuntest tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali fornuti min-negozjant;

 

(b)  il-kontenut li ma jistax ma jintużax mingħajr sforz sproporzjonat u mhux raġonevoli minħabba li huwa jirrelata biss mal-attività tal-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali fornuti min-negozjant;

 

(c)  il-kontenut li ġie ġġenerat b'mod konġunt mill-konsumatur u oħrajn, meta l-konsumaturi jistgħu jkomplu jagħmlu uzu mill-kontenut;

 

(d)  il-kontenut li ġie aggregat ma' dejta oħra min-negozjant u ma jkunx jista' jiġi diżaggregat jew biss bi sforzi sproporzjonati.

 

4.  In-negozjant għandu, fuq talba mill-konsumatur, jagħmel disponibbli lill-konsumatur kwalunkwe kontenut iġġenerat mill-utent sal-punt li ma jikkostitwixxix dejta personali, li kien provdut jew maħluq mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali fornuti min-negozjant. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jirkupra l-kontenut mingħajr ħlas, mingħajr inkonvenjenzi sinifikanti, fi żmien raġonevoli u f'format ta' dejta użat komunement u li jinqara elettronikament.

 

L-obbligu li tali kontenut iġġenerat mill-utent isir disponibbli m'għandux japplika f'każ li l-kontenut iġġenerat mill-utent:

 

(a)  ma jistax isir disponibbli mingħajr sforz sproporzjonat u mhux raġonevoli minħabba li m'għandux utilità barra l-kuntest tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fornuti min-negozjant;

 

(b)  ma jistax isir disponibbli mingħajr sforz sproporzjonat u mhux raġonevoli minħabba li huwa jirrelata biss mal-attività tal-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali fornuti min-negozjant; jew

 

(c)   ġie aggregat ma' dejta oħra min-negozjant u ma jkunx jista' jiġi diżaggregat jew biss bi sforzi sproporzjonati.

 

5.  Mat-terminazzjoni, in-negozjant jista' jipprevjeni kwalunkwe użu ulterjuri tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mill-konsumatur, b'mod partikolari billi jrendi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inaċċessibbli għall-konsumatur jew jiddiżattiva l-kont tal-utent tal-konsumatur, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.

Emenda    111

Proposta għal direttiva

Artikolu 13b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13b

 

L-obbligi tal-konsumatur fil-każ ta' terminazzjoni

 

1.  Wara t-terminazzjoni tal-kuntratt, il-konsumatur għandu joqgħod lura milli juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jew milli jagħmilhom disponibbli għal partijiet terzi, pereżempju billi jħassar il-kontenut diġitali jew kull kopja użabbli jew inkella jrendi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inaċċessibbli;

 

2.  Fli-każ ta' kontenut diġitali inkorporat jew servizz diġitali inkorporat, il-konsumatur għandu, fuq talba tan-negozjant, jirritorna, bi spejjeż tan-negozjant, l-oġġett li fih huwa inkorporat il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali lin-negozjant mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 14-il jum minn meta jirċievi t-talba tan-negozjant. Jekk in-negozjant jiddeċiedi li jitlob r-ritorn tal-oġġett li fih ikun inkorporat il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali, dik it-talba għandha ssir fi żmien 14-il jum mill-jum meta n-negozjant jiġi infurmat bid-deċiżjoni tal-konsumatur li jittermina l-kuntratt.

 

3.  Il-konsumatur ma għandux ikun responsabbli biex iħallas għal kwalunkwe użu li jsir mill-kontenut diġitali jew mis-servizz diġitali fil-perjodu qabel it-terminazzjoni tal-kuntratt li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx konformi.

Emenda    112

Proposta għal direttiva

Artikolu 13c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13c

 

Skadenzi u mezzi ta' rimborz min-negozjant

 

1.  Kwalunkwe rimborż li għandu jsir min-negozjant lill-konsumatur skont l-Artikolu 12(4) jew 13a(1) minħabba traħħis fil-prezz jew terminazzjoni tal-kuntratt għandu jsir mingħajr dewmien bla bżonn u fi kwalunkwe każ fi żmien 14-il jum mill-jum li fih in-negozjant jiġi infurmat permezz tal-mezzi msemmija fl-Artikoli 12 u 13 tad-deċiżjoni tal-konsumatur li jinvoka d-dritt tiegħu għal traħħis fil-prezz jew id-dritt tiegħu li jittermina l-kuntratt.

 

2.  In-negozjant għandu jwettaq ir-rimborż billi juża l-istess mezz ta' pagament bħalma uża l-konsumatur biex iħallas għall-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali, sakemm il-konsumatur ma jaqbilx b'mod espliċitu mod ieħor.

 

3.  In-negozjant ma għandu jimponi l-ebda tariffa fuq il-konsumatur fir-rigward tar-rimborż.

Emenda    113

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

Artikolu 14

Id-dritt għad-danni

Id-dritt għad-danni

1.  Il-fornitur ikun responsabbli lejn il-konsumatur għal kull dannu ekonomiku lill-ambjent diġitali tal-konsumatur ikkawżat minn nuqqas ta' konformità mal-kuntratt jew minn nuqqas ta' forniment tal-kontenut diġitali. Id-danni jqiegħdu lill-konsumatur qrib kemm possibbli tal-pożizzjoni li fiha kien ikun il-konsumatur kieku l-kontenut diġitali ġie fornut kif xieraq u kien f'konformità mal-kuntratt.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur huwa intitolat li jitlob kumpens għad-detriment ikkawżat minn nuqqas ta' forniment tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali jew nuqqas ta' konformità mal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mal-kuntratt.

2.  L-Istati Membri jistabbilixxu regoli dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt għad-danni.

 

Emenda    114

Proposta għal direttiva

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15

Artikolu 15

Modifika tal-kontenut diġitali

Modifika tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali

1.  Meta l-kuntratt jipprevedi li l-kontenut diġitali jkun fornut matul il-perjodu ta' żmien stipulat fil-kuntratt, il-fornitur jista' jbiddel il-funzjonalità, l-interoperabbiltà u karatteristiċi ewlenin oħrajn ta' prestazzjoni bħalma huma l-aċċessibbiltà, il-kontinwità u s-sigurtà, sal-punt li dawn l-alterazzjonijiet jaffettwaw negattivament l-aċċess għal jew l-użu tal-kontenut diġitali mill-konsumatur, biss jekk:

1.  Meta l-kuntratt jipprevedi li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandhom ikunu fornuti jew isiru aċċessibbli matul il-perjodu ta' żmien stipulat fil-kuntratt, in-negozjant jista' jbiddel biss il-funzjonalità, l-interoperabbiltà u karatteristiċi ewlenin oħrajn ta' prestazzjoni tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinżammu konformi mal-Artikolu 6a jekk:

(a)  il-kuntratt jistipula hekk;

(a)  il-kuntratt jippermetti u jagħti raġuni valida għal tali modifika;

 

(aa)  tali modifika tista' raġonevolment tkun mistennija mill-konsumatur;

 

(ab)  il-modifika ssir mingħajr spejjeż addizzjonali għall-konsumatur; kif ukoll

(b)  il-konsumatur jiġi nnotifikat minn qabel fi żmien raġonevoli dwar il-modifika b'avviż espliċitu fuq mezz durabbli;

(b)  in-negozjant jinnotifika lill-konsumatur minn qabel fi żmien raġonevoli b'mod ċar u komprensibbli u fuq mezz durabbli bil-modifika u, fejn applikabbli, bid-dritt tiegħu li jittermina l-kuntratt taħt il-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1a;

(c)  il-konsumatur jitħalla jittermina l-kuntratt mingħajr ma jħallas imposti f'mhux inqas minn 30 jum minn meta jirċievi l-avviż; kif ukoll

 

(d)  mat-terminazzjoni tal-kuntratt b'konformità mal-punt (c), il-konsumatur jiġi pprovdut b'mezzi tekniċi sabiex jirkupra l-kontenut kollu fornut b'konformità mal-Artikolu 13(2)(c).

 

 

1a.  Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt jekk il-modifika jkollha impatti negattivi fuq l-aċċess għall-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mill-konsumatur jew l-użu tiegħu mill-konsumatur, sakemm dan l-impatt negattiv ma jkunx biss minuri. F'dak il-każ, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt mingħajr ħlas fi żmien 30 jum wara li jirċievi l-avviż jew miż-żmien meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi mibdul min-negozjant, skont liema minnhom ikun l-aktar tard.

2.  Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt b'konformità mal-paragrafu 1, fejn relevanti,

2.  Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt b'konformità mal-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 13, 13a u 13b għandhom japplikaw kif xieraq.

(a)  il-fornitur irodd lura lill-konsumatur il-parti tal-prezz imħallsa korrispondenti għall-perjodu ta' żmien wara l-modifikazzjoni tal-kontenut diġitali;

 

(b)  il-fornitur joqgħod lura mill-użu ta' eżekuzzjoni korrispettiva li mhijiex flus li l-konsumatur ikun ipprovda bi skambju mal-kontenut diġitali u kull dejta oħra miġbura mill-fornitur f'relazzjoni mal-forniment tal-kontenut diġitali, inkluż kwalunkwe kontenut ipprovdut mill-konsumatur.

 

Emenda    115

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 16

Artikolu 16

Id-dritt ta' terminazzjoni ta' kuntratti fit-tul

Id-dritt ta' terminazzjoni ta' kuntratti fit-tul

1.  Meta l-kuntratt jipprevedi għall-forniment ta' kontenut diġitali għal perjodu ta' żmien indeterminat jew fejn it-tul tal-kuntratt inizjali jew ta' kwalunkwe kombinazzjoni ta' perjodi ta' tiġdid jeċċedi t-12-il xahar, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt fi kwalunkwe żmien wara li jiskadi l-perjodu tal-ewwel 12-il xahar.

1.  Meta l-kuntratt jipprevedi l-forniment ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali għal durata ta' kuntratt fissa inizjali li taqbeż it-12-il xahar jew fejn kwalunkwe kombinazzjoni ta' kuntratti sussegwenti jew perjodi ta' tiġdid teċċedi t-12-il xahar mill-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt inizjali, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt mingħajr spejjeż addizzjonali fi kwalunkwe żmien wara li jiskadi l-perjodu tal-ewwel 12-il xahar.

 

1a.  Meta l-konsumatur jittermina kuntratt għal terminu fiss u d-durata tal-kuntratt jew kwalunkwe kombinazzjoni tal-perjodi ta' tiġdid taqbeż it-12-il xahar, in-negozjant għandu jkun intitolat għal kumens proporzjonat għal dawk il-vantaġġi li hu ta lill-konsumatur minħabba d-durata tal-kuntratt li teċċedi t-12-il xahar.

 

Qabel ma l-konsumatur ikun marbut b'kuntratt jew bi kwalunkwe offerta korrispondenti, in-negozjant għandu jipprovdi lill-konsumatur bl-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni ta' kuntratt b'durata ta' aktar minn 12-il xahar b'mod ċar u komprensibbli, jekk dik l-informazzjoni mhijiex diġà evidenti mill-kuntest, u dwar il-konsegwenzi ta' terminazzjoni bikrija f'każ li ngħata vantaġġ lill-konsumatur minħabba d-durata tal-kuntratt.

2.  Il-konsumatur għandu jeżerċita d-dritt li jittermina l-kuntratt permezz ta' avviż lill-fornitur mogħti bi kwalunkwe mezz. It-terminazzjoni għandha ssir effettiva 14-il jum wara li jkun riċevut l-avviż.

2.  Il-konsumatur għandu jeżerċita d-dritt li jittermina l-kuntratt permezz ta' avviż lin-negozjant mogħti permezz ta' dikjarazzjoni inekwivoka li tistabbilixxi d-deċiżjoni tiegħu li jittermina l-kuntratt. It-terminazzjoni għandha ssir effettiva 14-il jum wara li jkun riċevut l-avviż, jew f'data aktar tard indikata mill-konsumatur.

3.  Meta l-kontenut diġitali jiġi fornut bi skambju għall-ħlas ta' prezz, il-konsumatur jibqa' responsabbli li jħallas il-parti tal-prezz tal-kontenut diġitali fornut li jikkorrispondi għall-perjodu ta' żmien qabel ma t-terminu sar effettiv.

3.  Meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġu fornuti bi skambju għall-ħlas ta' prezz, il-konsumatur jibqa' responsabbli li jħallas il-parti tal-prezz tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fornuti li jikkorrispondi għall-perjodu ta' żmien qabel ma t-terminu sar effettiv.

4.  Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt b'konformità ma' dan l-Artikolu:

4.  Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt b'konformità ma' dan l-Artikolu, in-negozjant għandu, b'rispett għad-dejta personali, jikkonforma mal-obbligi applikabbli taħt ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE.

(a)  il-fornitur għandu jieħu l-miżuri kollha li jistgħu jkunu mistennija sabiex iżomm lura mill-użu tal-eżekuzzjoni korrispettiva li mhix flus li l-konsumatur ikun ipprovda bi skambju għall-kontenut diġitali u kull dejta oħra miġbura mill-fornitur f'relazzjoni mal-forniment tal-kontenut diġitali inkluż kull kontenut ipprovdut mill-konsumatur;

 

(b)  il-fornitur għandu jipprovdi mezzi tekniċi lill-konsumatur sabiex jirkupra l-kontenut kollu pprovdut mill-konsumatur u kull dejta oħra prodotta jew iġġenerata permezz tal-użu tal-kontenut diġitali mill-konsumatur sal-punt li din id-dejta tkun inżammet mill-fornitur. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jirkupra l-kontenut mingħajr inkonvenjenza sinifikanti, fi żmien raġjonevoli u f'format ta' dejta użat komunement; kif ukoll

 

(c)  fejn ikun applikabbli, il-konsumatur għandu jħassar kull kopja użabbli tal-kontenut diġitali, irendih mhux intelliġibbli jew inkella joqgħod lura milli jużah, inkluż billi jagħmlu disponibbli għal parti terza.

4a.  fejn ikun applikabbli, il-konsumatur għandu jħassar kull kopja użabbli tal-kontenut jew tas-servizz diġitali, irendihom mhux intelliġibbli jew inkella joqgħod lura milli jużahom, inkluż billi jagħmilhom disponibbli għal parti terza.

5.  Mat-terminazzjoni, il-fornitur jista' jipprevjeni kull użu ulterjuri tal-kontenut diġitali mill-konsumatur, b'mod partikolari billi jagħmel il-kontenut diġitali mhux aċċessibbli għall-konsumatur jew billi jneħħilu l-awtorizzazzjoni tal-kont tal-utent, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 il-punt (b).

5.  Mat-terminazzjoni, in-negozjatur jista' jipprevjeni kull użu ulterjuri tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mill-konsumatur, b'mod partikolari billi jagħmel il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mhux aċċessibbli għall-konsumatur jew billi jneħħilu l-awtorizzazzjoni tal-kont tal-utent.

Emenda    116

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-fornitur ikun responsabbli lejn il-konsumatur minħabba xi nuqqas li jforni l-kontenut diġitali jew nuqqas ta' konformità mal-kuntratt li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn persuna fi stadji aktar bikrin tas-sensiela ta' tranżazzjonijiet, il-fornitur għandu jkun intitolat li jfittex rimedji kontra l-persuna jew persuni responsabbli fis-sensielata’ tranżazzjonijiet. Il-persuna kontra min il-fornitur jista' jfittex rimedji u l-azzonijiet rilevanti u l-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju, għandhom ikunu ddeterminati skont il-liġi nazzjonali.

Meta n-negozjatur ikun responsabbli lejn il-konsumatur minħabba xi nuqqas li jforni l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jew minħabba nuqqas ta' konformità mal-kuntratt li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn persuna fi stadji preċedenti tas-sensiela ta' tranżazzjonijiet, in-negozjatur għandu jkun intitolat li jfittex rimedji kontra l-persuna jew persuni responsabbli fis-sensiela ta' tranżazzjonijiet finanzjarji. Il-persuna kontra min in-negozjatur jista' jfittex rimedji u l-azzonijiet rilevanti u l-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju, għandhom ikunu ddeterminati skont il-liġi nazzjonali.

Emenda    117

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Infurzar

Infurzar u informazzjoni

Emenda    118

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri jaraw li jkun hemm mezzi adegwati u effettivi li jiżguraw konformità ma' din id-Direttiva.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mezzi adegwati, effettivi u dissważivi li jiżguraw konformità ma' din id-Direttiva, billi jqisu b'mod partikolari l-ħtieġa għall-konsumaturi li jkunu infurmati dwar, u kapaċi jinfurzaw, id-drittijiet tagħhom fil-prattika.

Emenda    119

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  korpi, organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, attivi fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta kif definiti fl-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda  120

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Emendi għad-Direttiva 1999/44/KE, ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004, id-Direttiva 2009/200922/KE

Emendi għad-Direttiva 1993/13/KEE, għad-Direttiva 1999/44/KE, ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004, id-Direttiva 2009/22/KE

Emenda    121

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 93/13/KEE

Anness – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Fl-Anness għad-Direttiva 93/13/KEE, jiżdiedu l-punti li ġejjin fil-paragrafu 1:

 

"(qa)  jippermettu lin-negozjatur jillimita indebitament l-interoperabbiltà ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali b'ħardwer jew kontenut diġitali jew servizzi diġitali oħrajn;

 

(qb)  jirrikjedu lill-konsumatur jikkonkludi kuntratt addizzjonali għall-forniment ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali jew kuntratt li jirrigwardja l-ħardwer man-negozjatur jew parti terza;

 

(qc)  jevitaw b'mezzi kuntrattwali d-drittijiet tas-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2016/679 li jirregola l-protezzjoni tad-dejta personali tal-konsumaturi;

 

(qd)  jippermettu lin-negozjatur jillimita l-użu tal-kontenut diġitali meta l-konsumatur ikun offlajn meta dan ma jkunx strettament meħtieġ għall-provvista tal-kontenut diġitali;

 

(qe)  jillimitaw l-użu tal-kontenut diġitali permess skont id-Direttiva 2001/29/KE, id-Direttiva 96/9/KE, id-Direttiva 2009/24/KE jew id-Direttiva 2012/28/UE."

Emenda    122

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – punt 1

Direttiva 1999/44/KE

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"(b)   oġġetti tal-konsum: għandhom ifissru kull oġġett tanġibbli mobbli, bl-eċċezzjoni ta':

"(b)   oġġetti tal-konsum: għandhom ifissru kull oġġett tanġibbli mobbli, bl-eċċezzjoni ta':

–   prodotti mibjugħa permezz ta' eżekuzzjoni jew b'mod ieħor bl-awtorità tal-liġi,

–   prodotti mibjugħa permezz ta' eżekuzzjoni jew b'mod ieħor bl-awtorità tal-liġi,

–  ilma u gass fejn mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa,

–  ilma u gass fejn mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa,

–  l-elettriku,

–  l-elettriku,

–  mezz durabbli li jinkorpora fih kontenut diġitali fejn ikun intuża b'mod esklussiv bħala trasportatur tal-kontenut diġitali lill-konsumatur kif imsemmi fid-Direttiva (UE) N/XXX39."

–  kontenut diġitali inkorporat jew servizzi diġitali inkorporati koperti mid-Direttiva (UE) N/XXX39."

______________

______________

39 Id-Direttiva (UE) Nru /XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'… dwar kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali (ĠU...)

39 Id-Direttiva (UE) Nru /XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'… dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u servizzi diġitali (ĠU...)

Emenda    123

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – punt 2

Regolament (KE) Nru 2006/2004

Anness – punt 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"21.   Direttiva (UE) N/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-XX/XX/201X dwar kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali (ĠU...)"

"21a.   Direttiva (UE) N/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-XX/XX/201X dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali (ĠU...)"

Emenda    124

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – punt 3

Direttiva 2009/22/KE

Anness I – punt 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"16.  Direttiva (UE) N/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-XX/XX/201X dwar kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali (ĠU...)"

"15a.  Direttiva (UE) N/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-XX/XX/201X dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali (ĠU...)"

Emenda    125

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn (id-dejta ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ) tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jeżamina, fost l-oħrajn, il-każ għall-armonizzazzjoni tar-regoli applikabbli għall-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali fl-isfond tal-kontroprestazzjoni għajr dak kopert minn din id-Direttiva, b'mod partikolari fornit bi tpartit mar-reklamar jew il-ġbir indirett ta' dejta.

Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn (ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva) tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Il-proċess ta' rieżami għandu jinkludi konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, legali u kummerċjali fil-livell tal-Unjoni. Ir-rapport jeżamina, fost l-oħrajn, l-interazzjoni u l-konformità mal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-każ għall-armonizzazzjoni tar-regoli applikabbli għall-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali fl-isfond tal-ġbir ta' dejta personali min-negozjant għajr dak kopert minn din id-Direttiva, b'mod partikolari fornit bi tpartit mar-reklamar.

(1)

ĠU C 264, 20.7.2016, p. 57.


NOTA SPJEGATTIVA

I. Introduzzjoni

Wara l-proposta skartata għal Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, il-Kummissjoni għamlet tentattiv ġdid biex tindirizza l-problemi tas-suq intern maħluqa mir-regoli kuntrattwali nazzjonali diverġenti, jew in-nuqqas tagħhom, għall-benefiċċju kemm tan-negozji kif ukoll tal-konsumaturi, billi ppreżentat żewġ proposti dwar il-kuntratti diġitali: proposta għal direttiva dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw kuntratti għall-bejgħ onlajn u bejgħ mill-bogħod ieħor ta' oġġetti u din il-proposta għal direttiva dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali. Il-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-regoli kuntrattwali għall-provvista ta' kontenut diġitali tipprevedi għall-ewwel darba l-opportunità li tissemma' kwistjoni li għadha kif bdiet tiżviluppa fil-leġiżlazzjoni ta' xi Stati Membri u li għadha ma ġietx armonizzata fil-livell tal-UE: rimedji għall-konsumatur fil-każ ta' nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali fornut.

Wara l-preżentazzjoni ta' Dokument ta' Ħidma konġunt f'Lulju 2016, il-korapporteurs qed jippreżentaw f'dan l-abbozz ta' rapport l-emendi konġunti tagħhom għall-proposta tal-Kummissjoni. B'mod globali, il-korapporteurs jikkonfermaw l-approċċ tal-Kummissjoni li tiffoka fuq ċerti aspetti tal-liġi kuntrattwali għall-provvista ta' kontenut diġitali bħall-konformità u r-rimedji, u li tkun limitata għal kuntratti min-negozju għall-konsumatur.

L-abbozz ta' rapport jippreżenta xi wħud mill-kwistjonijiet li ż-żewġ korapporteurs iqisu ta' valur li jitpoġġew għal aktar diskussjoni imma jirriservaw id-dritt li jerġgħu jressqu emendi u proposti addizzjonali dwar suġġetti li ma ġewx inklużi fir-rapport. Din in-nota spjegattiva tenfasizza t-tibdil prinċipali propost fl-abbozz ta' rapport fil-forma ta' emendi u r-raġunament warajhom.

II. Kwistjonijiet prinċipali trattati fl-abbozz ta' rapport

1. Kjarifika tat-test u koerenza mal-acquis

Il-korapporteurs jaqblu mal-Kummissjoni li d-direttiva għandha tkopri mhux biss il-kontenut diġitali kif definit fid-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur imma wkoll servizzi, bħal cloud storage jew servizz ta' hosting tal-fajls, midja soċjali, servizzi ta' messaġġi istantanji, siti web jew pjattaformi għall-kondiviżjoni ta' vidjos jew awdjo. Dan jagħmel id-direttiva valida għall-futur fir-rigward ta' żviluppi tekniċi ulterjuri. Għall-finijiet ta' konsistenza mad-definizzjoni ta' "kontenut diġitali" taħt id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur, huma jqisu, madankollu, li jkun aktar xieraq li d-definizzjoni ta' kontenut diġitali ma tiġix estiża għal dawn is-servizzi, iżda li tinħoloq kategorija ta' "servizzi diġitali" sabiex issir distinzjoni ċara bejn il-kontenut diġitali - dejta li tiġi prodotta u fornuta f'forma diġitali - u s-servizzi diġitali. Il-korapporteurs jispeċifikaw li dan m'għandux jaffettwa l-kapaċità tal-Istati Membri li jiddeterminaw in-natura tal-kuntratti, jiġifieri jekk il-kuntratt għall-provvista ta' kontenut diġitali għandux jitqies bħala kuntratt ta' bejgħ, servizzi, kiri jew sui generis.

2. Kamp ta' applikazzjoni

Il-korapporteurs iqisu li l-proposta tal-Kummissjoni li jiġi eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva l-kontenut diġitali integrat fl-oġġetti, bħal prodotti intelliġenti, se tagħmilha diffiċli li ssir distinzjoni bejn il-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-proposta u l-proposta dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw kuntratti għall-bejgħ onlajn u bejgħ mill-bogħod ieħor ta' oġġetti. Ir-regoli applikabbli għall-kontenut diġitali jkunu differenti skont jekk hux inkorporat f'oġġett jew fornut b'mod separat, distinzjoni li mhux dejjem hija faċli li ssir, pereżempju fil-każ ta' smartphones b'applikazzjonijiet installati minn qabel kontra applikazzjonijiet installati mill-konsumatur. Dan jagħmilha diffiċli għall-konsumaturi u n-negozji li jiddeterminaw ir-regola applikabbli meta l-prodott ikun difettuż jew inkella mhux f'konformità mal-kuntratt (għandu jitqies bħala oġġett tanġibbli jew bħala kontenut diġitali?). Wara li kkunsidraw diversi approċċi, il-korapporteurs huma tal-fehma li d-Direttiva għandha tkun applikabbli wkoll għall-kontenut diġitali inkorporat u għas-servizzi diġitali inkorporati, filwaqt li fir-rigward ta' oġġetti b'kontenut diġitali inkorporat jew ta' servizzi diġitali inkorporati, in-negozjatur għandu jkun responsabbli skont din id-Direttiva lejn il-konsumatur biex jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward biss ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali inkorporati. Peress li wieħed ma jistax jissovrastima l-importanza tal-prodotti tal-IoT fil-futur qrib, l-oġġetti intelliġenti ser jiddominaw is-suq. Il-konsumaturi li jixtru dawn il-prodotti għandhom jibbenefikaw mid-drittijiet introdotti permezz ta' din id-Direttiva, bħal aġġornamenti, interoperabbiltà, ambjent diġitali sigur u d-dritt li wieħed jirkupra d-dejta tiegħu wara t-terminazzjoni.

Biex jitnaqqas aktar l-impatt possibbli tal-problemi ta' delineazzjoni bejn il-kampijiet ta' applikazzjoni tal-proposti dwar kuntratti diġitali, il-korapporteurs qablu mar-rapporteur fuq il-proposta dwar il-bejgħ ta' oġġetti f'tentattiv biex jiġu allinjati kemm jista' jkun possibbli l-kriterji ta' konformità taż-żewġ reġimi legali.

3. Dejta bħala eżekuzzjoni korrispettiva u kwistjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta

Il-proposta tal-Kummissjoni tintroduċi l-kunċett ta' eżekuzzjoni korrispettiva li mhuwiex il-prezz imħallas u tipprevedi l-obbligu għan-negozjanti li jirrimedjaw għan-nuqqas li jfornu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jew għan-nuqqas tagħhom ta' konformità mal-kuntratt anke f'każijiet fejn l-eżekuzzjoni korrispettiva hija l-provvista ta' dejta.

B'mod ġenerali, il-korapporteurs b'riluttanza jaqblu mal-kunċett ta' dejta bħala korrispettiv. Huma jemmnu li din id-Direttiva m'għandha, bl-ebda mod, taggrava l-fenomenu diġà eżistenti ta' kummerċjalizzazzjoni jew monetizzazzjoni tad-drittijiet tal-personalità. Għalhekk, il-kamp ta' applikazzoni jkopri sitwazzjonijiet meta n-negozjanti jfornu kontenut diġitali jew servizzi diġitali bi skambju ma' prezz jew drittijiet ta' sfruttament fuq id-dejta personali tal-konsumatur.

Ir-rapport imur anke lil hinn mill-proposta tal-Kummissjoni, u jestendi l-ambitu ta' applikazzjoni għad-dejta li tinġabar min-negozjant, u ma jillimitahiex għal dejta fornuta b'mod attiv mill-konsumaturi, sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta' lakuni. Fir-rigward tal-esklużjoni proposta mill-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva ta' dawk il-kuntratti fejn l-ipproċessar tad-dejta mill-fornitur huwa strettament meħtieġ biex jitwettaq il-kuntratt jew biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali, il-korapporteurs huma wkoll favur limitazzjoni: id-Direttiva m'għandhiex tapplika fejn dejta personali jew dejta oħra pprovduta mill-konsumatur tkun użata esklussivament mill-fornitur biex iforni l-kontenut jew is-servizz diġitali jew biex jissodisfa r-rekwiżiti legali li għalihom huwa soġġett il-fornitur u l-fornitur ma jipproċessax id-dejta personali jew dejta oħra għal kwalunkwe skop ieħor.

Fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta, il-korapporteurs jemmnu li d-direttiva għandha tkun f'koerenza mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) u għalhekk jiċċaraw li d-direttiva hija mingħajr preġudizzju għal dan ir-Regolament. Barra minn hekk, huma jqisu meħtieġ li jiġi ggarantit li terminu tal-kuntratt li jikkonċerna l-ipproċessar ta' dejta personali fil-kuntest tal-konklużjoni jew it-twettiq tal-kuntratt u li huwa detrimentali għall-konsumatur bħala suġġett tad-dejta skont il-GDPR ma jorbotx lill-konsumatur.

4. Provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali

Il-korapporteurs jiċċaraw l-elementi kostituttivi tal-provvista, inklużi d-definizzjoni tagħha u l-ħin tal-provvista, billi jitqiesu l-modifikazzjonijiet tal-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva. B'riżultat ta' dan, il-fornitur għandu jforni mingħajr dewmien żejjed wara l-konklużjoni tal-kuntratt.

5. Konformità mal-kuntratt

Rigward ir-rekwiżiti għall-konformità mal-kuntratt, kuntrarju għall-opinjoni tal-Kummissjoni, il-korapporteurs iqisu li l-konformità m'għandhiex tiġi vvalutata l-ewwel u qabel kollox fil-konfront ta' dak li huwa stipulat fil-kuntratt u jipproponu li l-konformità tiġi vvalutata permezz ta' kriterji kemm oġġettivi kif ukoll suġġettivi. Madankollu, il-korapporteurs iqisu li l-partijiet jistgħu jaqblu li jeskludu, jidderogaw minn jew ivarjaw l-effetti tar-rekwiżiti oġġettivi għad-detriment tal-konsumatur taħt ċerti kundizzjonijiet, inkluża l-aċċettazzjoni espliċita mill-konsumatur.

6. Modifika tal-kontenut diġitali

Waħda mill-bidliet prinċipali introdotti mill-korapporteurs fir-rigward tal-kontenut jew tas-servizz diġitali fornuti matul perjodu ta' żmien hija li, bħala regola, il-fornitur ma jistax ibiddel il-funzjonalità, l-interoperabbiltà u karatteristiċi prinċipali oħra tal-prestazzjoni tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali sal-punt li dawk l-alterazzjonijiet jaffettwaw negattivament l-aċċess għal jew l-użu tas-servizz diġitali mill-konsumatur. Madankollu, l-abbozz ta' rapport iżomm l-eċċezzjonijiet għar-regola u jinkludi xi garanziji addizzjonali għall-benefiċċju tal-konsumatur.

7. Referenza għal-liġi nazzjonali

Il-korapporteurs jipproponu li d-direttiva m'għandhiex taffettwa l-liġijiet nazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam mal-kundizzjonijiet li taħthom il-kuntratt jitqies li huwa marbut ma' jew li huwa anċillari għal kuntratt ieħor u l-effett li dan għandu fuq il-kuntratt jew fuq ir-rimedji li għandhom jiġu eżerċitati taħt wieħed mill-kuntratti.

III. Konklużjoni

Il-korapporteurs jipproponu numru ta' bidliet għall-proposta tal-Kummissjoni bħala l-punt tat-tluq għal aktar riflessjoni u modifikazzjonijiet li għandhom isiru tul il-proċess leġiżlattiv fil-Parlament.


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (21.11.2016)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali

(COM(2015)0634 – C8-0394/2015 – 2015/0287(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Marju Lauristin

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rivoluzzjoni diġitali qed ikollha impatt profond fuq is-soċjetà tagħna. Billi d-dipendenza tagħna fuq prodotti u servizzi tal-IT qed tikber, qed isir dejjem aktar importanti li jkun żgurat li jiġu rispettati d-drittijiet tagħna fid-dinja diġitali. Bħalissa, filwaqt li fuq bażi ta' kuljum miljuni ta' konsumaturi Ewropej jaċċedu, jixtru jew jużaw kontenut diġitali fis-sens wiesa' tal-kelma (eż. xandir bil-vidjo, applikazzjonijiet, logħob, servizzi cloud u netwerks soċjali), id-drittijiet online tagħhom mhumiex protetti kif inhuma fid-dinja offline. Din is-sitwazzjoni ddgħajjef il-fiduċja tal-konsumatur u tipperikola l-privatezza online peress li prodotti u servizzi diġitali difettużi jew mhux sikuri mhux se jipproteġu sew l-ammont kbir ta' data personali tagħna li tinsab online.

Ir-Rapporteur għandha l-għan li żżid il-fiduċja tal-konsumatur u l-privatezza online billi tiżgura protezzjoni adegwata għax-xiri ta' kontenut diġitali. Il-kamp ta' applikazzjoni u d-definizzjoni ta' kontenut diġitali għandhom jiġu ċċarati aktar sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha - anki dawk li għandhom anqas għarfien teknoloġiku jew huma teknikament anqas intimi mal-ambjent online - ikollhom id-drittijiet tagħhom iggarantiti. Id-dinja online - u għaldaqstant l-użu ta' kontenut diġitali - sar ħafna aktar minn sempliċiment mod biex inwettqu kompiti speċifiċi. Ir-ritratti personali, il-kotba ta' indirizzi u l-informazzjoni medika tagħna normalment jinżammu fil-cloud. Ħafna mill-konverżazzjonijiet intimi tagħna spiss isiru u jinħażnu online. U fl-attivitajiet online tagħna tant inħallu traċċi diġitali warajna li l-kumpaniji jistgħu jisiltu stampa sorprendentement intima tagħna. Għaldaqstant huwa evidenti li fl-ambjent online il-protezzjoni tad-data personali tagħna hija dejjem aktar urġenti milli fid-dinja offline. Din il-proposta, waqt li tiffoka fuq ir-relazzjoni bejn il-fornitur u l-konsumatur tal-kontenut diġitali, hija għaldaqstant marbuta b'mod inseparabbli mal-kwistjoni tal-protezzjoni tad-data personali online tagħna. Għalhekk huwa importanti li jiġi assigurat li din id-Direttiva jenħtieġ li tikkonforma mar-regoli ġenerali tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (2016/679) il-ġdid sabiex tiżgura l-konsistenza tad-dritt fundamentali taċ-ċittadini għall-privatezza u ssaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi fil-provvista ta' kontenut diġitali sigur u sikur.

Ir-rapporteur tixtieq tkompli ssaħħaħ u tikkjarifika l-proposta fuq il-punti li ġejjin. Għal dawn il-punti huwa importanti li wieħed iżomm f'moħħu li din il-proposta timmira lejn armonizzazzjoni sħiħa, li tipprojbixxi lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu regoli nazzjonali li jmorru lil hinn minn din id-Direttiva f'termini ta' protezzjoni tal-konsumatur:

•  Il-forniment attiv ta' data personali mill-konsumatur: il-proposta tkopri biss it-tipi ta' kuntratti fejn il-konsumatur jew iħallas jew "iforni data personali b'mod attiv" bħala eżekuzzjoni korrispettiva. Dan jidher li hu limitat wisq, minħabba li llum il-ġurnata ta' spiss id-data personali tal-konsumaturi (pereżempju, data dwar fejn jinsabu, kuntatti personali, l-istorja tax-xiri eċċ) qed tintuża f'forma ta' eżekuzzjoni korrispettiva filwaqt li l-konsumaturi ma jkollhomx għarfien ta' dan. Barra minn hekk, din il-limitazzjoni tista' toħloq inċentiv pervers biex il-fornituri ma jitolbux il-kunsens tal-konsumatur. Għaldaqstant jaf ikun rakkomandabbli li din id-dispożizzjoni titwessa' b'mod li tinkludi l-kuntratti kollha għall-provvista ta' kontenut diġitali li jinvolvi l-użu ta' data personali tal-konsumatur.

•  Għandha tiżdied definizzjoni ta' data personali, ibbażata fuq ir-Regolament 2016/679, biex tiġi żgurata distinzjoni ċara bejn data personali u kwalunkwe data oħra msemmija fit-test kollu.

•  Il-konformità tal-kontenut diġitali: il-proposta tistipula li l-kontenut diġitali għandu jkun konformi ma' dak li jkun ġie stipulat fil-kuntratt u kriterji aktar oġġettivi (bħal standards tekniċi jew il-kodiċijiet ta' kondotta tal-industrija) jistgħu jintużaw biss jekk ma jkun ġie stipulat xejn fil-kuntratt biex tiġi valutata l-konformità tal-kontenut. Madankollu, wieħed jista' jistaqsi jekk, fid-dawl tal-kumplessità tal-prodotti ta' kontenut diġitali, il-konsumatur ikunx verament kapaċi jifhem sewwa t-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt u jieħu deċiżjoni infurmata. Għaldaqstant jaf ikun rakkomandabbli li jintużaw aktar spiss kriterji oġġettivi u soġġettivi (bħal standards tekniċi jew aspettattivi leġittimi) biex tiġi żgurata konformità;

•  Responsabilità tal-fornituri għad-danni: il-proposta tillimita r-responsabilità tal-fornitur biss għal danni kkawżati fil-ħardwer u s-softwer tal-konsumatur. Madankollu, jista' jkun hemm każijiet fejn konsumatur isofri telf ekonomiku jew immaterjali serju apparti minn kwalunkwe ħsara fl-ambjent diġitali tiegħu (pereżempju jekk softwer ikun fih bug li jippermetti lil hackers jiksbu aċċess għall-kompjuter tal-konsumatur u jisirqu l-password għall-kont bankarju tiegħu). Għaldaqstant jaf ikun rakkomandabbli li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni biex jinkludi d-danni kollha li jkunu saru lill-konsumatur. Barra minn hekk, jaf ikun interessanti li l-Istati Membri jitħallew, fl-istabbiliment ta' regoli dettaljati dwar id-danni, jagħmlu distinzjoni bejn dawk il-fornituri li jkunu għamlu dak kollu fis-setgħa tagħhom biex jillimitaw il-possibilità ta' danni (eż. permezz ta' konformità ma' ċerta linja ta' bażi għas-sigurtà jew standards tal-IT) u dawk li ma jkunux ħadu ħsieb "l-affarijiet tagħhom" (eż. ma jkunux solvew il-vulnerabilitajiet tas-sigurtà fil-prodotti/servizzi li kienu magħrufa minnhom jew irrappurtati lilhom) sabiex jitħeġġeġ sens akbar ta' responsabilità fost il-fornituri.

•  It-terminazzjoni tal-kuntratt: il-proposta għandha tkun ċara dwar eżattament liema data għandha tingħata lura lill-konsumatur meta l-kuntratt jiġi terminat.

•  It-terminazzjoni tal-kuntratt: il-proposta għandha tkun ċara dwar eżattament liema data għandha tingħata lura lill-konsumatur meta l-kuntratt jiġi terminat.

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jitlob lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitati responsabbli, jieħdu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda     1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Għall-ilħuq ta' suq uniku diġitali ġenwin, hemm bżonn tal-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-provvista tal-kontenut diġitali, filwaqt li bħala bażi jittieħed livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi.

(2)  Għall-ilħuq ta' suq uniku diġitali ġenwin, hemm bżonn tal-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-provvista tal-kontenut diġitali, filwaqt li bħala bażi jittieħed livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi u l-ħtieġa li titjieb l-aċċessibilità.

Emenda     2

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-konsumaturi se jibbenifikaw minn drittijiet armonizzati b'mod sħiħ għall-kontenut diġitali f'livell għoli ta' protezzjoni. Huma se jkollhom drittijiet ċari meta jirċievu kontenut diġitali jew jiksbu aċċess għalih minn kwalunkwe post fl-UE. Dan se jżid il-kunfidenza tagħhom fix-xiri ta' kontenut diġitali. Dan se jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tad-detriment li qegħdin isofru bħalissa l-konsumaturi, minħabba li se kun hemm sett ta' drittijiet ċari li jagħtuhom iċ-ċans li jindirizzaw il-problemi li jiffaċċjaw bil-kontenut diġitali.

(7)  Il-konsumaturi se jibbenefikaw minn drittijiet armonizzati b'mod sħiħ għall-kontenut diġitali f'livell għoli ta' protezzjoni. Huma se jkollhom drittijiet ċari meta jirċievu kontenut diġitali jew jiksbu aċċess għalih minn kwalunkwe post fl-UE. Dan se jżid il-kunfidenza tagħhom fix-xiri ta' kontenut diġitali. Dan se jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tad-detriment li qegħdin isofru bħalissa l-konsumaturi, minħabba li se jkun hemm sett ta' drittijiet ċari li jagħtuhom iċ-ċans li jindirizzaw il-problemi li jiffaċċjaw bil-kontenut diġitali u l-aċċessibilità tiegħu.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Id-Direttiva għandha tindirizza problemi fost kategoriji differenti ta' kontenut diġitali u tal-forniment tiegħu. Sabiex jipprovdi għal żviluppi teknoloġiċi mgħaġġlin u jżomm valida fil-futur in-natura tal-kunċett ta' kontenut diġitali, dan il-kunċett kif użat f'din id-Direttiva għandu jkun usa' milli hu fid-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B'mod partikolari partikolari għandu jkopri servizzi li jippermettu l-ħolqien, l-ipproċessar u l-ħażna ta' dejta. Waqt li hemm bosta manjieri kif il-kontenut diġitali jiġi fornut, bħat-trażmissjoni fuq mezz durabbli, it-tniżżil mill-konsumaturi fuq l-apparat tagħhom, ir-ritrażmissjoni fuq il-web, permess għal aċċess għal kapaċitajiet ta' ħżin ta' kontenut diġitali jew aċċess għall-użu tal-midja soċjali, din id-Direttiva għandha tapplika għall-kontenut diġitali kollu indipendentament mill-mezz użat għat-trażmissjoni tiegħu. Mhuwiex ideali li ssir differenza bejn kategoriji differenti f'dan is-suq li teknoloġikament qed jinbidel bil-ħeffa għax qajla jkun possibbli li tiġi evitata d-diskriminazzjoni bejn il-fornituri. Għandhom jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-fornituri ta' kategoriji differenti ta' kontenut diġitali. Madankollu din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kontenut diġitali li huwa inkorporat f'oġġetti b'tali mod li jopera bħala parti integrali mill-oġġetti u l-funzjonijiet tiegħu jkunu subordinati għall-funzjonalitajiet ewlenin tal-oġġetti.

(11)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tindirizza problemi fost kategoriji differenti ta' kontenut diġitali u tal-forniment tiegħu. Sabiex jipprovdi għal żviluppi teknoloġiċi mgħaġġlin u jżomm valida fil-futur in-natura tal-kunċett ta' kontenut diġitali, dan il-kunċett kif użat f'din id-Direttiva jenħtieġ li jkun usa' milli hu fid-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1. B'mod partikolari jenħtieġ li jkopri servizzi li jippermettu l-ħolqien, l-ipproċessar u l-ħażna ta' data. Waqt li hemm bosta manjieri kif il-kontenut diġitali jiġi fornut, bħat-trażmissjoni fuq mezz durabbli, it-tniżżil mill-konsumaturi fuq l-apparati tagħhom, ix-xandir dirett fuq l-internet, permess għal aċċess għal kapaċitajiet ta' ħżin ta' kontenut diġitali jew aċċess għall-użu tal-midja soċjali, jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika għall-kontenut diġitali kollu indipendentement mill-mezz użat għat-trażmissjoni tiegħu. Mhuwiex ideali li ssir differenza bejn kategoriji differenti f'dan is-suq li teknoloġikament qed jinbidel rapidament għax qajla jkun possibbli li tiġi evitata d-diskriminazzjoni bejn il-fornituri. Jenħtieġ li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-fornituri ta' kategoriji differenti ta' kontenut diġitali.

__________

__________

1. ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64.

1. ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64.

Ġustifikazzjoni

Minħabba ż-żieda mistennija fil-futur qarib tal-Internet tal-Oġġetti b'kull tip ta' "apparat intelliġenti" b'softwer integrat inkorporat, hu importanti li jkunu ċċarati r-regoli li taħthom jaqgħu tali "apparati intelliġenti" u s-softwer integrat tagħhom. Fil-futur probabbilment se jsir pjuttost diffiċli ssir distinzjoni bejn x'se jkun l-element predominanti tal-prodott bejn il-kontenut diġitali u l-oġġett tanġibbli. Għaldaqstant, jidher li l-eżenzjoni magħżula mhix vijabbli fil-prattika u proposta separata tal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni tkun preferibbli.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Rigward kontenut diġitali fornut mhux bi skambju ma' prezz imma ma' eżekuzzjoni korrispettiva li mhijiex flus, din id-Direttiva għandha tapplika biss għal kuntratti li fihom il-fornitur jitlob u l-konsumatur attivament jipprovdi dejta, bħall-isem u l-indirizz elettroniku jew ritratti, direttament jew indirettament lill-fornitur pereżempju permezz ta' reġistrazzjoni individwali jew abbażi ta' kuntratt li jippermetti aċċess għar-ritratti tal-konsumatur. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal sitwazzjonijiet li fihom il-fornitur jiġbor id-dejta neċessarja sabiex il-kontenut diġitali jkun jista' jiffunzjona b'konformità mal-kuntratt, pereżempju l-post ġeografiku fejn ikun hemm bżonn sabiex applikazzjoni tal-mowbajl taħdem kif suppost, jew għall-fini uniku li jiġu ssodisfati rekwiżiti legali, pereżempju meta r-reġistrazzjoni tal-konsumatur tkun meħtieġa għall-finijiet ta' sigurtà u identifikazzjoni mil-liġijiet applikabbli. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika wkoll għal sitwazzjonijiet li fihom il-fornitur jiġbor informazzjoni, inkluża dejta personali, bħall-indirizz tal-IP, jew informazzjoni oħra ġġenerata awtomatikament, bħal informazzjoni miġbura u trażmessa permezz ta' cookie, mingħajr ma l-konsumatur iforniha attivament, anki jekk il-konsumatur jaċċetta l-cookie. Hija ma għandhiex tapplika wkoll għal sitwazzjonijiet li fihom il-konsumatur ikun espost għal reklamar esklussivament sabiex jinkiseb aċċess għal kontenut diġitali.

(14)  Rigward kontenut diġitali fornut mhux bi skambju ma' prezz iżda ma' eżekuzzjoni korrispettiva li mhijiex flus, jenħtieġ ukoll li din id-Direttiva tapplika għal kuntratti li fihom il-konsumatur iforni data personali jew kwalunkwe data oħra li tista' tiġi użata direttament jew indirettament mill-fornitur. Dan jenħtieġ ukoll li jiġu inklużi kuntratti li fihom il-konsumatur jippermetti aċċess għad-data personali tiegħu/tagħha u l-ipproċessar tagħha mill-fornitur. Ma jenħtiġx li din id-Direttiva tapplika għal sitwazzjonijiet li fihom il-fornitur jiġbor id-data li huma esklużivament użati mill-fornitur sabiex il-kontenut diġitali jkun jista' jiffunzjona, inkluż l-aġġornament ta' softwer, b'konformità mal-kuntratt, pereżempju l-post ġeografiku fejn ikun hemm bżonn sabiex applikazzjoni mobbli taħdem kif suppost, jew għall-fini uniku li jiġu ssodisfati rekwiżiti legali, pereżempju meta r-reġistrazzjoni tal-konsumatur tkun meħtieġa għall-finijiet ta' sigurtà u identifikazzjoni mil-liġijiet applikabbli.

Emenda     5

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Il-kontenut diġitali huwa rilevanti ħafna fil-kuntest tal-Internet tal-Oġġetti. Madankollu huwa f'waqtu li jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi ta' responsabbiltà marbutin mal-Internet tal-Oġġetti, inkluża r-responsabbiltà għad-dejta u kuntratti "magna għal magna", b'mod separat.

imħassar

Emenda     6

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Il-kuntratti jistgħu jinkludu termini ġenerali u kundizzjonijiet tal-fornitur li jridu jiġu aċċettati mill-konsumatur. Għal xi kontenut diġitali, il-fornituri spiss jiddeskrivu s-servizz u l-miri tas-servizz miżurabbli fi ftehim dwar il-livell ta' servizz. Dawn il-ftehimiet dwar il-livell ta' servizz ġeneralment ikunu annessi mal-kuntratt prinċipali u jiffurmaw komponent importanti tar-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur u l-konsumatur. Dawn għandhom ikunu koperti bid-definizzjoni ta' kuntratt taħt din id-Direttiva, u għalhekk għandhom ikunu konformi mar-regoli stipulati fiha.

(18)  Il-kuntratti jistgħu jinkludu termini ġenerali u kundizzjonijiet tal-fornitur li jridu jiġu aċċettati mill-konsumatur. Għal xi kontenut diġitali, il-fornituri spiss jiddeskrivu s-servizz u l-miri tas-servizz miżurabbli fi ftehim dwar il-livell ta' servizz. Dawn il-ftehimiet dwar il-livell ta' servizz ġeneralment ikunu annessi mal-kuntratt prinċipali u jiffurmaw komponent importanti tar-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur u l-konsumatur. Jenħtieġ li dawn ikunu koperti bid-definizzjoni ta' kuntratt taħt din id-Direttiva, u għalhekk għandhom ikunu konformi mar-regoli stipulati fiha. F'każijiet fejn il-kunsens għall-ipproċessar ta' data personali jingħata bħala eżekuzzjoni korrispettiva li mhijiex flus, jenħtieġ li l-kuntratt ikun fih l-informazzjoni dwar l-ipproċessar skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill1, iżda li l-informazzjoni tkun tingħaraf b'mod ċar minn elementi oħra tal-kuntratt. Barra minn hekk, jenħtieġ li ikoni li jinftiehmu faċilment juru l-elementi prinċipali tal-ipproċessar tad-data personali.

 

_________________________________

1 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali hija rregolata mid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 u mid-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li huma kompletament applikabbli fil-kuntest ta' kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali. Dawk id-Direttivi diġà jistabbilixxu qafas legali fil-qasam tad-dejta personali fl-Unjoni. L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom isiru b'konformità sħiħa ma' dak il-qafas legali.

(22)  It-twettiq ta' attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jinvolvi l-ipproċessar ta' data personali. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-ipproċessar ta' data personali fl-Unjoni, b'mod partikolari tar-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2, li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali li jsir fl-Istati Membri, taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-awtoritajiet pubbliċi indipendenti magħżula mill-Istati Membri. Dawk l-atti legali diġà jistabbilixxu qafas legali fil-qasam ta' data personali fl-Unjoni u huma kompletament applikabbli fil-kuntest ta' kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva jsiru b'konformità sħiħa ma' dak il-qafas legali.

__________

__________

1. ĠU L 281, 23/11/1995, p. 31 - 50) (għandu jiġi sostitwit mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, malli jiġi adottat).

 

2. ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37-47.

2. ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37-47.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-ipproċessar ta' data personali li jsir għall-forniment ta' kontenut diġitali jkun kompletament konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, inkluż ir-Regolament Ġenerali Ġdid dwar il-Protezzjoni tad-Data, li hu ta' natura orizzontali.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  F'każijiet meta l-kuntratt ma jistipulax livelli limiti ċari u komprensivi biżżejjed sabiex jaċċerta l-konformità tal-kontenut diġitali mal-kuntratt, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti kriterji ta' konformità oġġettivi li jiżguraw li l-konsumaturi ma jiġux imċaħħda minn drittijiethom. F'każijiet bħal dawn il-konformità mal-kuntratt għandha tiġi vvalutata b'konsiderazzjoni tal-għan li għalih kontenut diġitali tal-istess deskrizzjoni normalment jintuża.

(25)  F'każijiet meta l-kuntratt ma jistipulax livelli limiti ċari u komprensivi biżżejjed, aġġustati għall-konsumaturi li huwa mmirat għalihom, sabiex jaċċerta l-konformità tal-kontenut diġitali mal-kuntratt, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti kriterji ta' konformità oġġettivi li jiżguraw li l-konsumaturi jifhmu biżżejjed u ma jiġux imċaħħda minn drittijiethom. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-konformità mal-kuntratt tiġi vvalutata b'kunsiderazzjoni tal-għan li għalih kontenut diġitali tal-istess deskrizzjoni normalment jintuża, standards tekniċi disponibbli u l-aspettattivi leġittimi tal-konsumaturi.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Waqt li servizzi u teknoloġiji mmexxija mid-dejta jġibu magħhom benefiċċji sinifikanti, dawn joħolqu ukoll xi vulnerabbiltajiet. Kif inhu rrikonoxxut mill-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali, livell għoli ta' sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni huwa essenzjali madwar l-Unjoni Ewropea sabiex ikun żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali bħalma hu d-dritt għall-privatezza u għad-dejta personali, sabiex tiżdied il-fiduċja tal-utenti u tissaħħaħ il-fiduċja tagħhom fl-ekonomija diġitali. Hekk kif is-softwer qiegħed jidħol f'kollox, kwalitajiet bħall-kredibbiltà, is-sigurtà u l-adattabilità għal ħtiġijiet li qed jevolvu wkoll qegħdin isiru preokkupazzjoni ewlenija. Għaldaqstant qiegħed isir dejjem iktar importanti li dawk is-servizzi u t-teknoloġiji bbażati fuq id-dejta jiżguraw li dawk il-kwalitajiet ikunu garantiti, b'mod proporzjonat, għar-rwol u l-funzjoni li jaqdu dawk it-teknoloġiji. B'mod partikolari, il-kwalità f'termini ta' sigurtà u kredibbiltà qiegħda ssir preokkupazzjoni importanti għal servizzi komposti innovattivi li jiddependu fuq l-interkonnessjoni ta' sistemi diversi f'dominji differenti.

(27)  Waqt li servizzi u teknoloġiji mmexxija mid-data jġibu magħhom benefiċċji sinifikanti, dawn joħolqu ukoll xi vulnerabilitajiet. Kif inhu rikonoxxut mill-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali, livell għoli ta' sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni huwa essenzjali madwar l-Unjoni Ewropea sabiex ikun żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali bħalma hu d-dritt għall-ħarsien tal-privatezza online u tad-data personali, sabiex tiżdied il-fiduċja tal-utenti u tissaħħaħ il-fiduċja tagħhom fl-ekonomija diġitali. Hekk kif is-softwer qiegħed jidħol f'kollox, kwalitajiet bħall-kredibilità, is-sigurtà u l-adattabilità għal ħtiġijiet li qed jevolvu wkoll qegħdin isiru preokkupazzjoni ewlenija. Għaldaqstant qiegħed isir dejjem aktar importanti li dawk is-servizzi u t-teknoloġiji bbażati fuq id-data jiżguraw li dawk il-kwalitajiet ikunu garantiti bl-aktar mod mifrux possibbli. B'mod partikolari, il-kwalità f'termini ta' sigurtà u kredibilità qiegħda ssir preokkupazzjoni importanti għal servizzi komposti innovattivi li jiddependu fuq l-interkonnessjoni ta' sistemi diversi f'dominji differenti.

Emenda     10

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Bħala t-tieni pass, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jitraħħaslu l-prezz jew li l-kuntratt jitwaqqaf. Id-dritt ta' konsumatur li jwaqqaf il-kuntratt għandu jkun limitat għal dawk il-każijiet meta, pereżempju, ma jkunx possibbli li l-kontenut diġitali jinġieb f'konformità u n-nuqqas ta' konformità jfixkel il-karatteristiċi ewlenin tal-prestazzjoni tal-kontenut diġitali. Meta l-konsumatur iwaqqaf il-kuntratt, il-fornitur għandu jrodd lura l-prezz imħallas mill-konsumatur jew, jekk il-kontenut diġitali ma jkunx fornut bi skambju ma' prezz imma ma' aċċess għal dejta pprovduta mill-konsumatur, il-fornitur għandu jibqa' lura milli jużaha, milli jittrasferixxi dik id-dejta lil partijiet terzi jew milli jħalli partijiet terzi jaċċessawha wara li jkun twaqqaf il-kuntratt. L-issodisfar tal-obbligu li ma jużax id-dejta għandu jfisser fil-każ meta l-kontroprestazzjoni tkun tikkonsisti f'dejta personali, li l-fornitur għandu jieħu l-miżuri kollha sabiex jirrispetta r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta billi jħassarha jew jirrendiha anonima b'tali mod li l-konsumatur ma jkunx jista' jiġi identifikat b'ebda mod li jista' raġonevolment jintuża mill-fornitur jew xi persuna oħra. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' kontrollur skont id-Direttiva 95/46/KE, il-fornitur ma għandux ikun obbligat jieħu passi ulterjuri fir-rigward ta' dejta li l-fornitur ikun ipprovda legalment lil partijiet terzi kemm dam il-kuntratt għall-forniment tal-kontenut diġitali.

(37)  Bħala t-tieni pass, jenħtieġ li l-konsumatur ikun intitolat li jitraħħaslu l-prezz jew li l-kuntratt jiġi terminat. Jenħtieġ li d-dritt ta' konsumatur li jittermina l-kuntratt ikun limitat għal dawk il-każijiet meta, pereżempju, ma jkunx possibbli li l-kontenut diġitali jinġieb f'konformità u n-nuqqas ta' konformità jfixkel il-karatteristiċi ewlenin tal-prestazzjoni tal-kontenut diġitali. Jenħtieġ li meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt, il-fornitur irodd lura l-prezz imħallas mill-konsumatur jew, jekk il-kontenut diġitali ma jkunx fornut bi skambju ma' prezz imma ma' aċċess għal data pprovduta mill-konsumatur bħala eżekuzzjoni korrispettiva għall-kontenut diġitali fornut jew għad-data prodotta mill-konsumatur tul id-durata tal-kuntratt, jenħtieġ li l-fornitur jibqa' lura milli jużaha, milli jittrasferixxi dik id-data lil partijiet terzi jew milli jħalli partijiet terzi jaċċedu għaliha wara li jkun ġie terminat il-kuntratt. L-issodisfar tal-obbligu li ma jużax id-data fil-każ meta l-kontroprestazzjoni tkun tikkonsisti f'data personali, jenħtieġ li jfisser, li jenħtieġ li l-fornitur jieħu l-miżuri kollha sabiex jirrispetta r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data billi jħassarha jew jirrendiha anonima b'tali mod li l-konsumatur ma jkunx jista' jiġi identifikat b'ebda mod li jista' raġonevolment jintuża mill-fornitur jew minn kwalunkwe persuna oħra. Jekk il-fornitur juża tekniki tal-protezzjoni tad-data personali, kif previsti fir-Regolament (UE) 2016/679, bħall-psewdonimizzazzjoni, unikament wara talba mill-konsumatur, jenħtieġ li l-fornitur iżomm lura milli juża din id-data. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' kontrollur skont ir-Regolament (UE) 2016/679, il-fornitur ma jenħtiġx li jkun obbligat jieħu passi ulterjuri fir-rigward ta' data li l-fornitur ikun ipprovda legalment lil partijiet terzi kemm dam il-kuntratt għall-forniment tal-kontenut diġitali.

Emenda     11

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Mat-twaqqif il-fornitur għandu wkoll iżomm lura milli juża l-kontenut iġġenerat mill-konsumatur. Madankollu, f'dawn il-każi fejn iktar minn konsumatur wieħed ikun iġġenera kontenut partikolari, il-fornitur ikun intitolat li jibqa' juża l-kontenut iġġenerat mill-konsumatur fejn dawn il-konsumaturi l-oħrajn jagħmlu użu minnu.

(38)  Mat-terminazzjoni, il-fornitur jenħtieġ ukoll li jżomm lura milli juża l-kontenut prodott mill-konsumatur. Madankollu, f'dawn il-każi fejn aktar minn konsumatur wieħed ikun ipproduċa kontenut partikolari, il-fornitur ikun intitolat li jkompli juża l-kontenut prodott mill-konsumatur fejn dawn il-konsumaturi l-oħrajn jagħmlu użu minnu.

Emenda     12

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Sabiex ikun żgurat li l-konsumatur jibbenefika minn protezzjoni effettiva fir-rigward tad-dritt li jwaqqaf il-kuntratt, il-fornitur għandu jħalli lill-konsumatur jirkupra d-dejta kollha mtellgħa mill-konsumatur, prodotta mill-konsumatur bl-użu tal-kontenut diġitali jew iġġenerata permezz tal-użu li jagħmel il-konsumatur mill-kontenut diġitali. Dan l-obbligu għandu jkun estiż għal dejta li l-fornitur ikun obbligat li jżomm bil-kuntratt għall-forniment ta' kontenut diġitali kif ukoll għal dejta li l-fornitur ikun effettivament żamm f'relazzjoni mal-kuntratt.

(39)  Sabiex ikun żgurat li l-konsumatur jibbenefika minn protezzjoni effettiva fir-rigward tad-dritt li jittermina l-kuntratt, il-fornitur, fuq talba magħmula mill-konsumatur, jenħtieġ li jħalli lill-konsumatur jirkupra d-data kollha mtellgħa mill-konsumatur jew prodotta mill-konsumatur bl-użu tal-kontenut diġitali. Dan l-obbligu jenħtieġ li jkun estiż għal data li l-fornitur ikun obbligat li jżomm skont il-kuntratt għall-forniment ta' kontenut diġitali kif ukoll għal data li l-fornitur ikun effettivament żamm f'relazzjoni mal-kuntratt.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 44

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  Il-prinċipju tar-responsabbiltà tal-fornitur għad-danni huwa element essenzjali tal-kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali. Għalhekk, sabiex tiżdied il-fiduċja tal-konsumaturi fil-kontenut diġitali, dan il-prinċipju għandu jiġi rregolat fil-livell tal-Unjoni sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi ma jsofrux detriment jekk il-ħardwer jew is-softwer tagħhom iġarrbu ħsara b'kontenut diġitali li ma jkunx konformi mal-kuntratt. Għaldaqstant, il-konsumaturi għandhom ikunu intitolati għal kumpens għal danni kkawżati lill-ambjent diġitali tal-konsumatur bin-nuqqas ta' konformità tal-kuntratt jew b'falliment tal-provvista tal-kontenut diġitali. Madankollu, għandu jitħalla f'idejn l-Istati Membri li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt għad-danni filwaqt li jitqies il-fatt li t-traħħis fil-prezzijiet għal provvisti ta' kontenut diġitali fil-futur, speċjalment meta offruti minn fornituri bħala kumpens għal telf, neċessarjament iqegħdux lill-konsumatur qrib kemm jista' jkun tal-pożizzjoni li l-konsumatur kien ikun fiha kieku l-kontenut diġitali kien fornut kif dovut u kien konformi mal-kuntratt.

(44)  Il-prinċipju tar-responsabilità tal-fornitur għad-danni huwa element essenzjali tal-kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali. Sabiex tiżdied il-fiduċja tal-konsumaturi fil-kontenut diġitali, jeħtieġ li dan il-prinċipju jiġi rregolat fil-livell tal-Unjoni sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi ma jsofrux detriment jekk isofru danni minn kontenut diġitali li ma jkunx konformi mal-kuntratt. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-konsumaturi jkunu intitolati għal kumpens għal danni kkawżati lill-konsumatur bin-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt jew b'nuqqas tal-provvista tal-kontenut diġitali. Madankollu, jenħtieġ li jitħalla f'idejn l-Istati Membri li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt għad-danni filwaqt li jitqies il-fatt li t-traħħis fil-prezzijiet għal provvisti ta' kontenut diġitali fil-futur, speċjalment meta offruti minn fornituri bħala kumpens għal telf, mhux neċessarjament iqiegħdu lill-konsumatur qrib kemm jista' jkun tal-pożizzjoni li l-konsumatur kien ikun fiha kieku l-kontenut diġitali kien fornut kif dovut u kien konformi mal-kuntratt. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li, meta jistabbilixxu r-regoli f'dan ir-rigward, jipprevedu grad ta' responsabilità mnaqqas jew miżjud għad-danni sabiex jiddifferenzjaw bejn il-fornituri li jkunu għamlu dak kollu li hu fis-setgħa tagħhom sabiex jillimitaw il-possibilità ta' danni, pereżempju billi josservaw il-kodiċijiet tal-aħjar prattika tal-industrija, il-linji ta' referenza jew l-istandards internazzjonali ta' sigurtà, u dawk li kienu negliġenti f'dan ir-rigward.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tillimita r-responsabilità tal-fornitur biss għal danni ekonomiċi kkawżati mill-ħardwer u s-softwer tal-konsumatur. Din hija wisq limitata peress li jaf ikun hemm każijiet fejn konsumatur isofri telf ekonomiku jew immaterjali serju apparti minn kwalunkwe dannu fl-ambjent diġitali tiegħu. Barra minn hekk, sabiex jitħeġġeġ sens akbar ta' responsabilità u tad-dmir li jwieġbu għal għemilhom fost il-fornituri, jeħtieġ li l-Istati Membri jitħallew, meta jistabbilixxu regoli dettaljati dwar kumpens għad-danni, jagħmlu distinzjoni bejn dawk il-fornituri li jkunu għamlu dak kollu fis-setgħa tagħhom biex jillimitaw il-possibilità ta' danni u dawk li ma għamlux dan.

Emenda     14

Proposta għal direttiva

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u speċifikament l-Artikoli 16, 38 u 47 tagħha.

(55)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u speċifikament l-Artikoli 7, 8, 16, 38 u 47 tagħha.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  dejta li tiġi prodotta u fornuta f'forma diġitali, pereżempju vidjow, awdjo, applikazzjonijiet, logħob diġitali u kull softwer ieħor,

(a)  data li jiġu prodotti u fornuti f'forma diġitali, inklużi vidjo, awdjo, applikazzjonijiet, logħob diġitali u kwalunkwe softwer ieħor,

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.   "data personali" tfisser data kif definiti mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679;

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  "danni" tfisser somma flus li konsumaturi jistgħu jkunu intitolati għaliha bħala kumpens għal ħsara ekonomika lill-ambjent diġitali tagħhom;

5.  "danni" tfisser somma flus li konsumaturi jistgħu jkunu intitolati għaliha bħala kumpens għal ħsara materjali u mhux materjali;

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tillimita r-responsabilità tal-fornitur biss għal danni ekonomiċi kkawżati mill-ħardwer u s-softwer tal-konsumatur. Din hija wisq limitata peress li jaf ikun hemm każijiet fejn konsumatur isofri telf ekonomiku jew immaterjali serju apparti minn kwalunkwe dannu fl-ambjent diġitali tiegħu, pereżempju jekk softwer ikun fih bug li jippermetti lil hackers jiksbu aċċess għall-kompjuter tal-konsumatur u jisirqu l-identità tiegħu sabiex iwettqu frodi tal-identità. Dispożizzjoni simili hija inkluża wkoll fir-Regolament Ġenerali ġdid għall-Protezzjoni tad-Data

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Direttiva tapplika għal kull kuntratt li fih il-fornitur jissupplixxi kontenut diġitali lill-konsumatur jew jintrabat li jagħmel dan u, bi skambju, jitħallas prezz jew il-konsumatur attivament jipprovdi eżekuzzjoni korrispettiva li mhijiex flus fil-forma ta' dejta personali jew kwalunkwe dejta oħra.

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull kuntratt li fih il-fornitur jissupplixxi kontenut diġitali jew servizz diġitali lill-konsumatur jew jintrabat li jagħmel dan u, bi skambju, jitħallas prezz jew il-konsumatur jagħmel disponibbli d-data personali tiegħu jew tagħha jew kwalunkwe data oħra minflok pagament fi flus, sa fejn dan ikun possibbli, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 2016/679. Il-kuntratt għandu jindika b'mod espliċitu liema data se jiġu skambjati għall-kontenut fornut.

 

 

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Din id-Direttiva ma tapplikax għal kontenut diġitali fornut għal eżekuzzjoni korrispettiva li mhijiex flus sal-punt li l-fornitur jitlob lill-konsumatur jipprovdi dejta personali li l-ipproċessar tagħha jkun strettament meħtieġ għall-prestazzjoni tal-kuntratt jew għall-ilħuq tar-rekwiżiti legali u l-fornitur ma jipproċessahomx iktar b'mod li jkun inkompatibbli ma' dan il-għan. Lanqas ma għandha tkun tapplika għal xi dejta oħra li l-fornitur jitlob mingħand il-konsumatur sabiex jipprovdiha għall-fini li jiżgura li l-kontenut diġitali jkun konformi mal-kuntratt jew li jkun jissodisfa r-rekwiżiti legali, u l-fornitur ma jużax din id-dejta għal skopijiet kummerċjali.

4.  Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika fejn data personali jew data oħra pprovduti mill-konsumatur ikunu użati esklużivament mill-fornitur biex iforni l-kontenut jew is-servizz diġitali jew biex jissodisfa r-rekwiżiti legali u l-fornitur ma jipproċessax dawn id-data għal kwalunkwe skop ieħor.

Emenda     20

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Jekk xi dispożizzjoni ta' din id-Direttiva tmur kontra dispożizzjoni ta' att ieħor tal-Unjoni li jirregola settur jew suġġett speċifiku, id-dispożizzjoni ta' dak l-att l-ieħor tal-Unjoni tieħu preċedenza fuq din id-Direttiva.

7.  Jekk xi dispożizzjoni ta' din id-Direttiva tmur kontra dispożizzjoni ta' att ieħor tal-Unjoni, id-dispożizzjoni ta' dak l-att l-ieħor tal-Unjoni għandha tieħu preċedenza fuq din id-Direttiva.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali.

8.  L-ebda dispożizzjoni ta' din id-Direttiva jew ta' kwalunkwe att ta' traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali ma għandu b'xi mod inaqqas jew jimmina l-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali kif previst fir-Regolament (UE) Nru 2016/679 u fid-Direttiva 2002/58/KE.

Emenda     22

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 9 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9 a.  Meta, fil-kuntest tal-forniment ta' kontenut diġitali fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, tapplika l-liġi ta' Stat Membru differenti minn dak tar-residenza permanenti tal-konsumatur, il-fornitur għandu jinforma lill-konsumatur b'dan qabel ma jidħol fil-kuntratt.

Emenda     23

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornitur iforni l-kontenut diġitali immedjatament wara l-konklużjoni tal-kuntratt, sakemm il-partijiet ma jiftehmux mod ieħor. Il-forniment jitqies li seħħ meta l-kontenut diġitali jkun fornut lill-konsumatur jew, meta jkun japplika l-punt (b) tal-paragrafu 1, lill-parti terza magħżula mill-konsumatur, skont liema jiġi l-ewwel.

2.  Il-fornitur għandu jforni l-kontenut diġitali immedjatament wara l-konklużjoni tal-kuntratt, sakemm il-partijiet ma jkunux ftiehmu mod ieħor, u mingħajr preġudizzju għall-punt (m) tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2011/83/UE. Il-forniment għandu jitqies li seħħ meta l-kontenut diġitali jkun fornut lill-konsumatur jew, meta jkun japplika l-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, lill-parti terza magħżula mill-konsumatur, skont liema jiġi l-ewwel.

 

_________________

 

 

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sabiex ikun konformi mal-kuntratt, il-kontenut diġitali, fejn ikun rilevanti:

1.  Il-kuntratt għandu jinkludi l-karatteristiċi kollha rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità tal-kontenut diġitali, kif ukoll l-informazzjoni rilevanti kollha rigward l-ipproċessar tad-data personali f'konformità mal-obbligu skont ir-Regolament (UE) 2016/679. Sabiex ikun konformi mal-kuntratt, il-kontenut diġitali għandu, fejn ikun rilevanti:

Emenda     25

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jkun aġġornat kif stipulat mill-kuntratt.

(d)  ikun aġġornat kif stipulat mill-kuntratt jew kif meħtieġ sabiex jiggarantixxi l-karatteristiċi previsti fil-punti (a) u (b), b'mod partikolari l-kontinwità u s-sigurtà.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sa fejn il-kuntratt ma jkunx jistipula, fejn rilevanti, b'mod ċar u komprensiv, ir-rekwiżiti għall-kontenut diġitali taħt il-paragrafu 1, il-kontenut diġitali jkun adattat għall-għanijiet li għalihom kontenut diġitali tal-istess deskrizzjoni normalment jintuża fosthom il-funzjonalità, l-interoperabbiltà u kull karatteristika oħra ta' prestazzjoni tiegħu, bħall-aċċessibbiltà, il-kontinwità u s-sigurtà, waqt li jitqies:

2.  Minbarra li jikkonformaw ma' kwalunkwe rekwiżiti ta' konformità inklużi fil-kuntratt kif previst fil-paragrafu 1, il-kontenut diġitali għandu jkun adattat għall-għanijiet li għalihom kontenut diġitali tal-istess deskrizzjoni normalment jintuża u għandu jkollhom il-kwalitajiet, inkluż il-funzjonalità, l-interoperabilità u karatteristiċi oħrajn ta' prestazzjoni bħalma huma l-aċċessibilità, il-kontinwità u s-sigurtà, li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna, filwaqt li jitqiesu:

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jekk il-kontenut diġitali huwiex fornut bi skambju ma' prezz jew xi eżekuzzjoni korrispettiva li mhjiex flus;

(a)  jekk il-kontenut diġitali huwiex fornut bi skambju ma' prezz jew xi eżekuzzjoni korrispettiva li mhijiex flus, billi tiġi pprovduta data personali jew kwalunkwe data oħra skont l-Artikolu 3(1);

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  aspettattivi leġittimi tal-konsumaturi;

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tistipula li l-kontenut diġitali għandu jkun konformi ma' dak li jkun ġie stipulat fil-kuntratt u kriterji aktar oġġettivi (bħal standards tekniċi jew il-kodiċijiet ta' kondotta tal-industrija) jistgħu jintużaw biss jekk ma jkun ġie stipulat xejn fil-kuntratt biex tiġi evalwata l-konformità tal-kontenut. Madankollu, il-prodotti ta' kontenut diġitali huma ta' sikwit tant kumplessi li l-konsumatur ma jistax jiġi mistenni jifhem kompletament it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt u jieħu deċiżjoni infurmata. Għaldaqstant jaf ikun rakkomandabbli li jintużaw aktar spiss kriterji bħal standards tekniċi jew aspettattivi leġittimi biex tiġi żgurata konformità.

Emenda     29

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fejn rilevanti, kwalunkwe standards tekniċi internazzjonali eżistenti jew, fl-assenza ta' standards tekniċi bħal dawn, kodiċijiet ta' kondotta u prattiċi tajbin applikabbli tal-industrija; kif ukoll

(b)  kwalunkwe standards tekniċi internazzjonali eżistenti jew, fl-assenza ta' tali standards tekniċi, kodiċijiet ta' kondotta u prattiċi tajbin applikabbli tal-industrija; kif ukoll

Emenda     30

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b a)  kwalunkwe prattika tajba eżistenti dwar is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni u l-ambjenti diġitali;

Emenda     31

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn il-kuntratt jistipula li l-kontenut diġitali jkun fornut fuq perjodu ta' żmien, il-kontenut diġitali għandu jkun konformi mal-kuntratt matul id-durata kollha ta' dak il-perjodu.

3.  Fejn il-kuntratt jistipula li l-kontenut diġitali għandu jkun fornut fuq perjodu ta' żmien, il-kontenut diġitali, inkluż, fejn ikun meħtieġ, aġġornamenti tas-sigurtà li jiġu pprovduti mill-fornitur, għandu jkun konformi mal-kuntratt matul id-durata kollha ta' dak il-perjodu.

Emenda     32

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5 a.  Sabiex ikunu konformi mal-kuntratt, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' "protezzjoni ta' data mid-disinn" u "protezzjoni ta' data b'mod awtomatiku" stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda     33

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-konsumatur jikkoopera mal-fornitur sakemm ikun possibbli u neċessarju sabiex ikun iddeterminat l-ambjent diġitali tal-konsumatur. L-obbligu li jikkoopera jkun limitat għall-mezzi tekniċi disponibbli li jkunu l-inqas intrużivi għall-konsumatur. Meta l-konsumatur jonqos li jikkoopera, l-oneru tal-provi fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt ikun fuq il-konsumatur.

3.  Il-konsumatur għandu jikkoopera mal-fornitur sakemm ikun possibbli u neċessarju sabiex ikun iddeterminat l-ambjent diġitali tal-konsumatur. L-obbligu li jikkoopera għandu jkun limitat għall-mezzi tekniċi disponibbli li jkunu l-inqas intrużivi għall-konsumatur. Meta l-konsumatur jonqos milli jikkoopera, l-oneru tal-provi fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt għandu jkun fuq il-konsumatur. Il-konsumatur m'għandux ikun obbligat jikkoopera meta l-fornitur jitlob aċċess għal informazzjoni u komunikazzjonijiet privati jew personali.

Emenda     34

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 - paragrafu 1 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  kull nuqqas ta' konformità eżistenti fiż-żmien meta l-kontenut diġitali jiġi fornut u kif ukoll

(b)  kull nuqqas ta' konformità eżistenti fiż-żmien meta l-kontenut diġitali jiġi fornut;

Emenda     35

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b a)  kwalunkwe nuqqas ta' sigurtà li kien magħruf mill-fornitur jew li seta' raġonevolment ikun magħruf minnu skont l-aħjar prattiki fil-qasam tas-sigurtà għas-sistemi ta' informazzjoni u għall-ambjenti diġitali; kif ukoll

Emenda     36

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornitur iġib il-kontenut diġitali f'konformità mal-kuntratt skont il-paragrafu 1 fi żmien raġjonevoli miż-żmien meta l-fornitur ikun ġie infurmat mill-konsumatur dwar in-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt u mingħajr xi inkonvenjenza sinifikanti għall-konsumatur, b'kont meħud tan-natura tal-kontenut diġitali u l-għan li għalih il-konsumatur kien jeħtieġ dan il-kontenut diġitali.

2.  Il-fornitur għandu jġib il-kontenut diġitali f'konformità mal-kuntratt skont il-paragrafu 1 mingħajr dewmien mhux ġustifikat miż-żmien meta l-fornitur ikun ġie infurmat mill-konsumatur dwar in-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt u mingħajr kwalunkwe inkonvenjenza sinifikanti għall-konsumatur, waqt li tiġi kkunsidrata n-natura tal-kontenut diġitali u l-iskop li għalih il-konsumatur kien ikun talab dan il-kontenut diġitali.

Emenda     37

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-konsumatur jista' jittermina l-kuntratt biss jekk in-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt ifixkel il-funzjonalità, l-interoperabbiltà u karatteristiċi ewlenin oħrajn ta' prestazzjoni tal-kontenut diġitali bħalma huma l-aċċessibbiltà, il-kontinwità u s-sigurtà tiegħu meta rikjest fl-Artiklu 6 il-paragrafi (1) u (2). L-oneru tal-provi li n-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt ma jfixkilx il-funzjonalità, l-interoperabbiltà u karatteristiċi ewlenin oħrajn ta' prestazzjoni tal-kontenut diġitali jkun fuq il-fornitur.

5.  Mingħajr preġudizzju għal raġunijiet legali oħra għat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-konsumatur jista' jittermina l-kuntratt biss jekk in-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt ifixkel il-funzjonalità, l-interoperabilità u karatteristiċi ewlenin oħrajn ta' prestazzjoni tal-kontenut diġitali bħalma huma l-aċċessibilità, il-kontinwità u s-sigurtà tiegħu meta rikjest fl-Artikolu 6 (1) u (2). L-oneru tal-provi li n-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt ma jfixkilx il-funzjonalità, l-interoperabilità u karatteristiċi ewlenin oħrajn ta' prestazzjoni tal-kontenut diġitali għandu jkun fuq il-fornitur.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-fornitur jieħu l-miżuri kollha mistennija sabiex joqgħod lura mill-użu tal-eżekuzzjoni korrispettiva li mhijiex flus li l-konsumatur ikun ipprovda bi skambju għall-kontenut diġitali u kull dejta oħra miġbura mill-fornitur f'relazzjoni mal-forniment tal-kontenut diġitali fosthom kull kontenut ipprovdut mill-konsumatur bl-eċċezzjoni tal-kontenut li jkun ġie ġġenerat b'mod konġunt mill-konsumatur u oħrajn li jibqgħu jużaw il-kontenut;

(b)  il-fornitur għandu joqgħod lura mill-użu ta' data personali jew kwalunkwe data oħra li l-konsumatur ikun ipprovda minflok pagament ta' flus bi skambju għall-kontenut diġitali u kwalunkwe data oħra miġbura mill-fornitur f'relazzjoni mal-forniment tal-kontenut diġitali fosthom kull kontenut ipprovdut mill-konsumatur bl-eċċezzjoni tal-kontenut li jkun ġie prodott b'mod konġunt mill-konsumatur u oħrajn li jibqgħu jużaw il-kontenut; Il-fornitur għandu joqgħod lura milli jipproċessa data personali bl-iskop uniku li jippermetti li data u kontenut mhux personali jkunu konnessi mal-konsumatur sabiex ikun jista' jħalli lill-konsumatur jirkupra dan skont il-punt (c). Il-fornitur għandu jikkonforma mal-obbligi applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/679;

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-fornitur jipprovdi lill-konsumatur mezzi tekniċi sabiex jirkupra l-kontenut kollu pprovdut mill-konsumatur u kull dejta oħra prodotta jew iġġenerata permezz tal-użu tal-kontenut diġitali mill-konsumatur sal-punt li dik id-dejta tkun inżammet mill-fornitur. Il-konsumatur ikun intitolat li jirkupra l-kontenut mingħajr ħlas, mingħajr inkonvenjenzi sinifikanti, fi żmien raġonevoli u f'format ta' dejta użat komunement;

(c)  il-fornitur, fuq talba mill-konsumatur, għandu jipprovdi lill-konsumatur mezzi tekniċi sabiex jirkupra l-kontenut kollu pprovdut mill-konsumatur u kwalunkwe data oħra prodotta jew iġġenerata permezz tal-użu tal-kontenut diġitali mill-konsumatur sakemm dawk id-data jkunu nżammu mill-fornitur. Il-konsumatur għandu jkun intitolat jirkupra l-kontenut mingħajr ħlas, mingħajr inkonvenjenza, fi żmien raġonevoli u f'format ta' data strutturat, użat komunement u li jinqara elettronikament, u li jittrażmetti dak il-kontenut lil fornitur ieħor mingħajr xkiel mill-fornitur inizjali;

Emenda     40

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornitur ikun responsabbli lejn il-konsumatur għal kull dannu ekonomiku lill-ambjent diġitali tal-konsumatur ikkawżat minn nuqqas ta' konformità mal-kuntratt jew minn nuqqas ta' forniment tal-kontenut diġitali. Id-danni jqiegħdu lill-konsumatur qrib kemm possibbli tal-pożizzjoni li fiha kien ikun il-konsumatur kieku l-kontenut diġitali ġie fornut kif xieraq u kien f'konformità mal-kuntratt.

1.  Il-fornitur għandu jkun responsabbli lejn il-konsumatur għal kwalunkwe dannu ekonomiku lill-konsumatur ikkawżat minn nuqqas ta' konformità mal-kuntratt jew minn nuqqas ta' forniment tal-kontenut diġitali. Id-danni għandhom iqiegħdu lill-konsumatur qrib kemm jista' jkun tal-pożizzjoni li fiha kien ikun il-konsumatur kieku l-kontenut diġitali ġie fornut kif xieraq u kien f'konformità mal-kuntratt.

Emenda     41

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri jistabbilixxu regoli dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt għad-danni.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt għad-danni. Meta jistabbilixxu dawn ir-regoli, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu grad imnaqqas jew miżjud ta' responsabilità għad-danni abbażi ta' kriterji oġġettivi għall-valutazzjoni tal-isforzi magħmula mill-fornitur biex jevita nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali u l-okkorrenza tad-dannu, bħall-aħjar prattiki fil-qasam tas-sigurtà jew teknoloġija tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku.

Emenda     42

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-kuntratt jipprevedi li l-kontenut diġitali jkun fornut matul il-perjodu ta' żmien stipulat fil-kuntratt, il-fornitur jista' jbiddel il-funzjonalità, l-interoperabbiltà u karatteristiċi ewlenin oħrajn ta' prestazzjoni bħalma huma l-aċċessibbiltà, il-kontinwità u s-sigurtà, sal-punt li dawn l-alterazzjonijiet jaffettwaw negattivament l-aċċess għal jew l-użu tal-kontenut diġitali mill-konsumatur, biss jekk:

1.  Meta l-kuntratt jipprevedi li l-kontenut diġitali għandu jkun fornut matul il-perjodu ta' żmien stipulat fil-kuntratt, il-fornitur jista' jbiddel il-funzjonalità, l-interoperabilità u karatteristiċi ewlenin oħrajn ta' prestazzjoni, bħall-aċċessibilità u l-kontinwità tiegħu, unikament jekk:

Emenda     43

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a a)  tali tibdil ikun meħtieġ għas-sigurtà tal-kontenut f'konformità mal-aħjar prattiki;

Emenda     44

Proposta għal direttiva

Artikolu 15b – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-konsumatur jiġi nnotifikat minn qabel fi żmien raġonevoli dwar il-modifika b'avviż espliċitu fuq mezz durabbli;

(b)  il-konsumatur jiġi nnotifikat minn qabel fi żmien raġonevoli dwar il-modifika b'avviż espliċitu;

Emenda     45

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  mat-terminazzjoni tal-kuntratt b'konformità mal-punt (c), il-konsumatur jiġi pprovdut b'mezzi tekniċi sabiex jirkupra l-kontenut kollu fornut b'konformità mal-Artikolu 13(2)(c).

(d)  mat-terminazzjoni tal-kuntratt b'konformità mal-punt (c), il-konsumatur jiġi pprovdut b'mezzi tekniċi sabiex jirkupra l-kontenut kollu fornut b'konformità mal-Artikolu 13(2)(c) jew mal-Artikolu 16(4)(b).

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-fornitur għandu jieħu l-miżuri kollha li jistgħu jkunu mistennija sabiex iżomm lura mill-użu tal-eżekuzzjoni korrispettiva li mhix flus li l-konsumatur ikun ipprovda bi skambju għall-kontenut diġitali u kull dejta oħra miġbura mill-fornitur f'relazzjoni mal-forniment tal-kontenut diġitali inkluż kull kontenut ipprovdut mill-konsumatur;

(a)  il-fornitur għandu joqgħod lura mill-użu ta' data personali jew kwalunkwe data oħra li l-konsumatur ikun ipprovda minflok pagament ta' flus bi skambju għall-kontenut diġitali u kwalunkwe data oħra pprovduta mill-konsumatur f'relazzjoni mal-użu tal-kontenut diġitali fosthom kwalunkwe kontenut ipprovdut mill-konsumatur, bl-eċċezzjoni tal-kontenut li jkun ġie prodott b'mod konġunt mill-konsumatur u oħrajn li jibqgħu jużaw il-kontenut. Il-fornitur għandu joqgħod lura milli jipproċessa data personali bl-iskop uniku li jippermetti li data u kontenut mhux personali jkunu konnessi mal-konsumatur sabiex ikun jista' jippermetti lill-konsumatur jirkupra dan skont il-punt (b). Il-fornitur għandu jikkonforma mal-obbligazzjonijiet applikabbli skont ir-Regolament (UE) 2016/679;

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 4 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-fornitur għandu jipprovdi mezzi tekniċi lill-konsumatur sabiex jirkupra l-kontenut kollu pprovdut mill-konsumatur u kull dejta oħra prodotta jew iġġenerata permezz tal-użu tal-kontenut diġitali mill-konsumatur sal-punt li din id-dejta tkun inżammet mill-fornitur. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jirkupra l-kontenut mingħajr inkonvenjenza sinifikanti, fi żmien raġjonevoli u f'format ta' dejta użat komunement; kif ukoll

(b) il-fornitur, fuq talba mill-konsumatur, għandu jipprovdi mezzi tekniċi lill-konsumatur sabiex jirkupra l-kontenut kollu magħmul disponibbli mill-konsumatur u kwalunkwe data oħra prodotta permezz tal-użu tal-kontenut diġitali mill-konsumatur sal-punt li dawn id-data jkunu nżammu mill-fornitur. Il-konsumatur għandu jkun intitolat jirkupra l-kontenut u d-data mingħajr ħlas, mingħajr inkonvenjenza sinifikanti, fi żmien raġonevoli u f'format ta' data strutturat, użat komunement u li jinqara elettronikament, u għandu jkollu d-dritt li jittrażmetti l-kontenut u d-data inkwistjoni lil fornitur ieħor mingħajr xkiel mill-fornitur inizjali; kif ukoll

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri jaraw li jkun hemm mezzi adegwati u effettivi li jiżguraw konformità ma' din id-Direttiva.

1.  L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li jkun hemm mezzi effettivi u dissważivi li jiżguraw il-konformità ma' din id-Direttiva.

 

 

Ġustifikazzjoni

L-infurzar reali ta' dawn id-drittijiet tal-konsumaturi se jseħħ biss jekk sanzjonijiet verament effettivi u dissważivi jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, ukoll minħabba l-vantaġġi kummerċjali importanti li l-fornituri ta' kontenut diġitali jistgħu jiksbu billi jżidu s-sehem tagħhom mis-suq b'mod aggressiv għad-detriment tad-drittijiet tal-konsumaturi.

Emenda     49

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  organizzazzjonijiet li huma attivi fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali tagħhom.

Ġustifikazzjoni

fuq il-bażi tal-Artikolu 80 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.

Emenda     50

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 19a  

 

Protezzjoni ta' Data

 

L-ipproċessar ta' data personali li jsir fil-kuntest ta' attivitajiet imwettqa skont din id-Direttiva għandu jkun konformi mal-obbligi skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE.

Emenda     51

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn (id-dejta ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ) tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jeżamina, fost l-oħrajn, il-każ għall-armonizzazzjoni tar-regoli applikabbli għall-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali fl-isfond tal-kontroprestazzjoni għajr dak kopert minn din id-Direttiva, b'mod partikolari fornit bi tpartit mar-reklamar jew il-ġbir indirett ta' dejta.

1.  Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn (id-data ta' tliet snin mid-dħul fis-seħħ) tirrieżamina l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jeżamina, fost l-oħrajn, l-interazzjoni u l-konformità mar-Regolament (UE) Nru. 2016/679, u l-każ għall-armonizzazzjoni tar-regoli applikabbli għall-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali fl-isfond tal-kontroprestazzjoni għajr dak kopert minn din id-Direttiva, b'mod partikolari fornut bi tpartit mar-reklamar jew il-ġbir indirett ta' data.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Kuntratti għall-forniment ta’ kontenut diġitali

Referenzi

COM(2015)0634 – C8-0394/2015 – 2015/0287(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

21.1.2016

JURI

21.1.2016

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

21.1.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Marju Lauristin

16.3.2016

Artikolu 55 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

28.4.2016

Eżami fil-kumitat

12.7.2016

8.11.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

8.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Gerard Batten, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Jussi Halla-aho, Sophia in ‘t Veld, Barbara Kudrycka, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Bodil Valero, Udo Voigt, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Kostas Chrysogonos, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Miriam Dalli, Daniel Dalton, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Ska Keller, Miltiadis Kyrkos, Jeroen Lenaers, Ulrike Lunacek, Andrejs Mamikins

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Vilija Blinkevičiūtė, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Maria Noichl


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Kuntratti għall-forniment ta’ kontenut diġitali

Referenzi

COM(2015)0634 – C8-0394/2015 – 2015/0287(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

9.12.2015

 

 

 

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

21.1.2016

JURI

21.1.2016

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

21.1.2016

CULT

21.1.2016

LIBE

21.1.2016

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

28.1.2016

CULT

25.1.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Evelyne Gebhardt

14.4.2016

Axel Voss

14.4.2016

 

 

Artikolu 55 – Proċedura b’kumitati konġunti

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

28.4.2016

Eżami fil-kumitat

14.7.2016

29.11.2016

22.3.2017

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Max Andersson, Pascal Arimont, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Dita Charanzová, Kostas Chrysogonos, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Mady Delvaux, Pascal Durand, Laura Ferrara, Evelyne Gebhardt, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Maria Grapini, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, Antonio López-Istúriz White, António Marinho e Pinto, Jiří Maštálka, Eva Maydell, Marlene Mizzi, Nosheena Mobarik, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Pavel Svoboda, József Szájer, Mylène Troszczynski, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Marco Zullo, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Heidi Hautala, Kaja Kallas, Angelika Niebler, Ulrike Trebesius, Josef Weidenholzer, Rainer Wieland

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Zbigniew Kuźmiuk, Bolesław G. Piecha, Michaela Šojdrová

Data tat-tressiq

27.11.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

55

+

ALDE

 

ECR

EFDD

GUE/NGL

PPE

 

 

S&D

 

 

Verts/ALE

Jean-Marie Cavada, Dita Charanzová, Kaja Kallas, António Marinho e Pinto, Jasenko Selimovic

Daniel Dalton, Zbigniew Kuźmiuk, Nosheena Mobarik, Bolesław G. Piecha, Ulrike Trebesius, Anneleen Van Bossuyt

Joëlle Bergeron

Kostas Chrysogonos, Jiří Maštálka, Dennis de Jong

Pascal Arimont, Carlos Coelho, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Angelika Niebler, Emil Radev, Andreas Schwab, Michaela Šojdrová, Ivan Štefanec, Pavel Svoboda, József Szájer, Mihai Ţurcanu, Axel Voss, Rainer Wieland, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Lucy Anderson, Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Mady Delvaux, Evelyne Gebhardt, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Maria Grapini, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Marlene Mizzi, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Josef Weidenholzer

Max Andersson, Pascal Durand, Heidi Hautala, Julia Reda

4

-

EFDD

ENF

John Stuart Agnew

Marie-Christine Boutonnet, Gilles Lebreton, Mylène Troszczynski

2

0

EFDD

Laura Ferrara, Marco Zullo

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali