Proċedura : 2017/0056(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0377/2017

Testi mressqa :

A8-0377/2017

Dibattiti :

PV 15/01/2018 - 14
CRE 15/01/2018 - 14

Votazzjonijiet :

PV 16/01/2018 - 5.1
CRE 16/01/2018 - 5.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 29/05/2018 - 7.11

Testi adottati :

P8_TA(2018)0001
P8_TA(2018)0214

RAPPORT     ***I
PDF 812kWORD 84k
27.11.2017
PE 604.541v02-00 A8-0377/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO)

(COM(2017)0128 – C8-0121/2017 – 2017/0056(COD))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Linnéa Engström

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO)

(COM(2017)0128 – C8-0121/2017 – 2017/0056(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0128),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0121/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0377/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Jenħtieġ li meta jiġu implimentati l-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-SPRFMO, l-Unjoni u l-Istati Membri jagħmlu ħilithom biex jippromwovu l-attivitajiet ta' sajd kostali u l-użu ta' rkaptu u tekniki tas-sajd li jkunu selettivi u li jkollhom impatt ambjentali mnaqqas, inklużi rkaptu u tekniki użati fis-sajd tradizzjonali u artiġjanali, u b'hekk isir kontribut għal livell ġust ta' għajxien għall-ekonomiji lokali.

Ġustifikazzjoni

Adattament mir-Regolament tal-ICCAT riċenti.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll relatati mas-sajd għal speċijiet ta' ħut tranżonali fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO).

Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll relatati mas-sajd għal stokkijiet ta' ħut tranżonali fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO).

Ġustifikazzjoni

L-użu tat-terminu korrett skont il-Ftehim tan-NU dwar l-Istokkijiet tal-Ħut

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi malli jitolbu l-aċċess jew ikunu soġġetti għall-ispezzjoni fil-portijiet tal-Unjoni u jġorru prodotti tas-sajd maqbuda fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tat-tifsira.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "Żona ta' Konvenzjoni tal-SPRFMO" tfisser iż-żona ġeografika ta' ibħra miftuħa fin-Nofsinhar ta' 10° N, fit-Tramuntana taż-Żona tal-Konvenzjoni tas-CCAMLR kif definit fil-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar Antartiku, fil-Lvant taż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SIOFA kif iddefinit fil-Ftehim dwar is-Sajd fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan, u fil-Punent taż-żoni ta' ġurisdizzjoni tas-sajd tal-Istati tal-Amerika t'Isfel;

(1)  "Żona ta' Konvenzjoni tal-SPRFMO" tfisser iż-żona ġeografika immarkata fl-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Riżorsi tas-Sajd f'Ibħra Miftuħa fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku;

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "bastiment tas-sajd" tfisser kull bastiment ta' kull daqs li jintuża jew hu maħsub biex jintuża għall-finijiet ta' sfruttament kummerċjali tar-riżorsi tas-sajd, inklużi vapuri ta' sostenn, bastimenti għall-ipproċessar tal-ħut, bastimenti involuti fit-trasbord u bastimenti tal-ġarr mgħammrin għat-trasportazzjoni ta' prodotti tas-sajd, ħlief il-bastimenti tal-kontejners;

(2)  "bastiment tas-sajd" tfisser kull bastiment użat jew maħsub biex jintuża għas-sajd, inklużi bastimenti għall-ipproċessar tal-ħut, bastimenti ta' sostenn, bastimenti tal-ġarr u kull bastiment ieħor li b'mod dirett jagħmel operazzjonijiet tas-sajd;

Ġustifikazzjoni

L-użu tad-definizzjoni mogħtija fil-Konvenzjoni tal-SPRFMO. Il-proposta wżat id-definizzjoni mir-Regolament IUU. Jeżistu definizzjonijiet differenti ta' bastimenti tas-sajd fir-Regolament IUU, ir-Regolament tal-Kontroll u r-Regolament Bażiku.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  "impronta tas-sajd tal-qiegħ" tfisser il-medda spazjali tas-sajd tal-qiegħ matul perjodu ta' żmien definit fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO;

(7)  "impronta tas-sajd tal-qiegħ" tfisser il-medda spazjali tas-sajd tal-qiegħ fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2002 u l-31 ta' Diċembru 2006;

Ġustifikazzjoni

Hija meħtieġa konsistenza mat-termini tas-CMM 03-2017, Paragrafu 6.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "sajd stabbilit" tfisser sajd li ma ġiex magħluq u li ġie soġġett għas-sajd jew ġie soġġett għas-sajd b'tip ta' rkaptu tas-sajd jew teknika partikolari fl-għaxar snin preċedenti;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan it-terminu ma jidher imkien aktar fil-Proposta u dan iwassal għal konfużjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  "għeżul tat-tisqif pelaġiċi fuq skala kbira" (għeżul tat-tisqif) tfisser għażel jew xibka oħra jew kombinazzjoni ta' xbieki li jkunu ta' aktar minn 2.5 kilometri fit-tul li l-iskop tagħha huwa li fihom il-ħut jinqabad, jitħabbel jew jitgħaqqad billi jimxi mal-kurrent fil-wiċċ jew ġol-ilma.

Ġustifikazzjoni

Is-CMM 08-2013 tal-SPRFMO jipprojbixxi l-għeżul tat-tisqif fuq skala kbira u din id-definizzjoni mis-CMM takkumpanja l-Artikolu 17(a) ġdid propost għal dak l-għan.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 10b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b)  "għeżul tal-baħar fond" (parit, xbieki kalati, xbieki ankrati, xbieki mgħerrqa) tfisser serje ta' ħitan ta' xbieki singoli, doppji jew trippli, miżmuma b'mod vertikali, fuq jew ħdejn il-qiegħ, li fihom il-ħut jinqabad, jitħabbel jew jitgħaqqad. L-għeżul tal-baħar fond jikkonsistu minn xibka singola, jew, anqas komunement, doppja jew trippla imqiegħda fuq l-istess ħbula strutturali. Tipi varji ta' xbieki jistgħu jiġu kkombinati f'irkaptu wieħed. Dawk ix-xbieki jistgħu jintużaw waħedhom jew, kif inhu aktar komuni, f'numri kbar f'linja ("rimjiet" ta' xbieki). L-irkaptu jista' jiġi kalat, ankrat mal-qiegħ jew jitħalla fil-wiċċ, ħieles jew marbut mal-bastiment.

Ġustifikazzjoni

Is-CMM 08-2013 tal-SPRFMO jipprojbixxi l-għeżul tal-baħar fond u din id-definizzjoni mis-CMM takkumpanja Artikolu 17(a) ġdid propost għal dak l-għan.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  "attivitajiet tas-sajd IUU" tfisser kwalunkwe attività ta' sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;

(11)  "is-sajd IUU" tfisser attivitajiet tas-sajd kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;

Ġustifikazzjoni

"is-sajd IUU" huwa t-terminu korrett mir-Regolament (KE) Nru 1005/2008, minflok "attivitajiet tas-sajd IUU"

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  "ekosistema marina vulnerabbli" tfisser kwalunkwe ekosistema marina li l-integrità tagħha hija, skont l-aħjar informazzjoni xjentifika disponibbli u skont il-prinċipju ta' prekawzjoni, mhedda b'impatti negattivi sinifikanti li jirriżultaw mill-kuntatt fiżiku mal-irkaptu tal-qiegħ fl-andament normali tal-operazzjonijiet tas-sajd, inklużi, fost l-oħrajn, l-iskolli, l-għoljiet tal-baħar, il-bokok idrotermali, il-qrolli tal-ilma kiesaħ jew il-qigħan rotob tal-ilma kiesaħ.

(16)  "ekosistema marina vulnerabbli" tfisser kwalunkwe ekosistema marina li l-integrità tagħha (jiġifieri l-istruttura jew il-funzjoni ta' ekosistema) tkun, skont l-aħjar informazzjoni xjentifika disponibbli u skont il-prinċipju ta' prekawzjoni, mhedda b'impatti negattivi sinifikanti li jirriżultaw mill-kuntatt fiżiku mal-irkapti tal-qiegħ fl-andament normali tal-operazzjonijiet tas-sajd, inklużi, fost l-oħrajn, l-iskolli, l-għoljiet tal-baħar, il-bokok idrotermali, il-qrolli tal-ilma kiesaħ jew il-qigħan rotob tal-ilma kiesaħ.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn titlesta d-definizzjoni mir-Regolament (KE) Nru 734/2008.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd għas-sawrell

 

Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tas-sawrell disponibbli għalihom, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi, inkluż dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika, u għandhom jagħmlu wkoll ħilithom biex iqassmu l-kwoti nazzjonali b'mod ġust bejn id-diversi sezzjonijiet tal-flotta, b'kunsiderazzjoni speċjali għas-sajd tradizzjonali u artiġjanali, u biex jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu selettiv tas-sajd jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas.

Ġustifikazzjoni

Adattament mir-Regolament tal-ICCAT riċenti.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jarmu l-ġewwieni matul il-kalar u l-irfigħ tal-irkaptu. Meta dan ma jkunx fattibbli, il-bastimenti għandhom jiġbru l-iskart f'lottijiet għal sagħtejn jew aktar.

6.  Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jiġu pprojbiti milli jarmu l-ġewwieni matul il-kalar u l-irfigħ tal-irkaptu. Meta dan ma jkunx fattibbli u meta jkun neċessarju li jintrema skart bijoloġiku minħabba tħassib ta' sikurezza operazzjonali, il-bastimenti għandhom jiġbru l-iskart f'lottijiet għal sagħtejn jew aktar.

Ġustifikazzjoni

Diċitura min-nota f'qiegħ il-paġna għas-CMM 09-2017, paragrafu 1(a)

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jarmu l-ġewwieni matul il-kalar u l-irfigħ tal-irkaptu.

4.  Meta jkun possibbli, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jiġu pprojbiti milli jarmu l-ġewwieni matul il-kalar u l-irfigħ tal-irkaptu.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-KE tmur lil hinn mir-rakkomandazzjoni adottata mill-SPRFMO. Huwa neċessarju li wieħed iżomm mat-test inkluż fil-miżuri ta' konservazzjoni approvati mill-organizzazzjoni reġjonali.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jikkonvertu l-ġewwieni f'ħut mitħun u jżommu l-materjal ta' skart kollu, u jirrestrinġu kwalunkwe rimi għal rimi likwidu/samp tal-ilma. Meta dan ma jkunx fattibbli, il-bastimenti tas-sajd għandhom jiġbru l-iskart f'lottijiet għal sagħtejn jew aktar.

5.  Meta jkun possibbli u xieraq, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jikkonvertu l-ġewwieni f'ħut mitħun u jżommu l-materjal ta' skart kollu u jirrestrinġu kwalunkwe rimi għal rimi likwidu/ilma tal-fossa. Meta dan ma jkunx fattibbli, il-bastimenti tas-sajd għandhom jiġbru l-iskart f'lottijiet għal sagħtejn jew aktar.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-KE tmur lil hinn mir-rakkomandazzjoni adottata mill-SPRFMO. Huwa neċessarju li wieħed iżomm mat-test inkluż fil-miżuri ta' konservazzjoni approvati mill-organizzazzjoni reġjonali.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Ix-xbieki għandhom jitnaddfu wara kull operazzjoni tas-sajd biex jitneħħa l-ħut maqbud u l-materjal tal-qiegħ sabiex tiġi skoraġġita l-interazzjoni mal-għasafar matul it-tfigħ tal-irkaptu.

6.  Meta jkun possibbli, ix-xbieki għandhom jitnaddfu wara kull operazzjoni tas-sajd biex jitneħħa l-ħut maqbud u l-materjal tal-qiegħ sabiex tiġi skoraġġita l-interazzjoni mat-tjur matul it-tfigħ tal-irkaptu.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-KE tmur lil hinn mir-rakkomandazzjoni adottata mill-SPRFMO. Huwa neċessarju li wieħed iżomm mat-test inkluż fil-miżuri ta' konservazzjoni approvati mill-organizzazzjoni reġjonali.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  kwalunkwe data osservata dwar l-interazzjoni mat-tjur tal-baħar.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-KE tħalli barra r-rakkomandazzjoni adottata mill-SPRFMO. Huwa neċessarju li wieħed iżomm mat-test inkluż fil-miżuri ta' konservazzjoni approvati mill-organizzazzjoni reġjonali.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-livell medju tal-qabdiet matul il-perjodu bejn 1 ta' Jannar 2002 u l-31 ta' Diċembru 2006;

(b)  il-livell annwali medju tal-qabdiet matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2002 u l-31 ta' Diċembru 2006;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Titolu 3 – Kapitolu IIa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kapitolu IIa

 

L-għeżul

Ġustifikazzjoni

Din il-miżura tinsab fis-CMM 08–2013 u jeħtieġ li tiġi trasposta fil-liġi tal-Unjoni.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17a

 

L-għeżul

 

1.   L-użu ta' għeżul tat-tisqif pelaġiċi fuq skala kbira u tal-għeżul kollha tal-baħar fond huwa pprojbit madwar iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO.

 

2.   Stati Membri tal-bandiera li l-bastimenti tagħhom ifittxu li jagħmlu tranżitu fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO bl-għeżul abbord għandhom:

 

(a)   javżaw lis-Segretarjat mill-inqas 36 siegħa bil-quddiem qabel ma jidħlu fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO, u għandhom jinkludu d-dati tad-dħul u tal-ħruġ mistennija u t-tul tal-għażel miżmum abbord;

 

(b)   jiżguraw li l-bastimenti tagħhom iħaddmu sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) li tistħarreġ darba kull sagħtejn waqt li jkunu fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO;

 

(c)   jissottomettu r-rapporti tal-pożizzjoni VMS lis-Segretarjat tal-SPRFMO fi żmien 30 jum minn meta l-bastiment iħalli ż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO; kif ukoll

 

(d)   jekk aċċidentalment l-għeżul jintilfu jew jaqgħu fil-baħar mill-bastiment, jirrapportaw id-data, il-ħin, il-pożizzjoni u t-tul (f'metri) ta' għeżul mitlufa lis-Segretarjat tal-SPRFMO mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien 48 siegħa minn meta jintilef l-irkaptu.

Ġustifikazzjoni

Din il-miżura tinsab fis-CMM 08–2013 u jeħtieġ li tiġi trasposta fil-liġi tal-Unjoni.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Minkejja l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li ma jkunux inklużi fir-Reġistru tal-bastimenti tal-SPRFMO, ma għandhomx jiġu awtorizzati jieħdu sehem f'attivitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet maqbuda fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO.

5.  Minkejja l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li ma jkunux inklużi fir-Reġistru tal-bastimenti tal-SPRFMO, ma għandhomx jiġu awtorizzati jieħdu sehem f'attivitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet taħt ir-responsabilità tal-SPRFMO fiż-Żona tal-Konvenzjoni.

Ġustifikazzjoni

Diċitura aktar ċara.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u l-Artikolu 4(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Ġustifikazzjoni

Diċitura aktar ċara.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jagħżel punt ta' kuntatt bl-iskop li jiġu trażmessi rapporti ta' ispezzjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1005/2008.

(c)  jagħżel punt ta' kuntatt bl-iskop li jitwasslu rapporti ta' ispezzjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1005/2008.

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni biex id-diċitura tiġi allinjata mas-CMM 07-2017, paragrafu 5.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, tal-inqas 120 ġurnata qabel il-laqgħa annwali, kwalunkwe informazzjoni dokumentata li tindika każijiet possibbli ta' nuqqas ta' konformità minn kwalunkwe bastiment tas-sajd, mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-SPRFMO fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO matul is-sentejn preċedenti. Il-Kummissjoni għandha teżamina dik l-informazzjoni, u jekk ikun jixraq, tibgħatha lis-Segretarjat tal-SPRFMO mill-inqas 90 jum qabel il-laqgħa annwali.

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, tal-inqas 150 ġurnata qabel il-laqgħa annwali, kwalunkwe informazzjoni dokumentata li tindika każijiet possibbli ta' nuqqas ta' konformità minn kwalunkwe bastiment tas-sajd, mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-SPRFMO fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO matul is-sentejn preċedenti. Il-Kummissjoni għandha teżamina dik l-informazzjoni, u jekk ikun jixraq, tibgħatha lis-Segretarjat tal-SPRFMO mill-inqas 120 ġurnata qabel il-laqgħa annwali.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni jeħtieġ li jkollha biżżejjed żmien biex tirrispetta l-iskadenzi fis-CMM 07–2017, paragrafu 2.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 30a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet ta' bastiment tas-sajd bil-bandiera ta' Stat Membru li jkun ġie notifikat mill-Kummissjoni dwar l-inklużjoni tiegħu fl-Abbozz tal-Lista ta' Bastimenti IUU għandhom jinnotifikaw lis-sid tal-bastiment bl-inklużjoni tiegħu fl-Abbozz tal-Lista ta' Bastimenti IUU tal-SPRFMO u bil-konsegwenzi li jistgħu jirriżultaw mill-inklużjoni tiegħu fil-Lista ta' Bastimenti IUU adottata mill-SPRFMO.

2.  Meta l-Kummissjoni tkun ġiet notifikata li bastiment bil-bandiera ta' Stat Membru jkun ġie inkluż fl-abbozz tal-lista ta' bastimenti IUU tal-SPRFMO, hija għandha tinnotifika lill-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat dwar dan, u l-Istat Membru għandu mbagħad jinnotifika lis-sid tal-bastiment bl-inklużjoni tiegħu fl-Abbozz tal-Lista ta' Bastimenti IUU tal-SPRFMO u bil-konsegwenzi li jistgħu jirriżultaw mill-inklużjoni tiegħu fil-Lista ta' Bastimenti IUU adottata mill-SPRFMO.

Ġustifikazzjoni

Diċitura aktar ċara

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 32c – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  Id-data u l-ħin tal-pożizzjoni (UTC);

(e)  Id-data u l-ħin tal-pożizzjoni (latitudni u lonġitudni) (UTC);

Ġustifikazzjoni

Id-diċitura tal-proposta mhijiex ċara.

(1)

Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali


NOTA SPJEGATTIVA

L-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO) hija organizzazzjoni riċenti, stabbilita sabiex tikkomplementa d-WCPFC u l-I-ATTC, u hija responsabbli għall-ġestjoni tas-sajd għal speċijiet li mhumiex daqstant migratorji. Il-proposta mill-Kummissjoni għandha l-għan li tittrasponi d-diversi Miżuri ta' Konservazzjoni u Ġestjoni (CMM) li ġew adottati sa issa, li minnhom 15 huma aġġornati, li jkopru firxa ta' kwistjonijiet mis-sajd IUU sa miżuri biex jitnaqqsu l-imwiet tat-tjur tal-baħar u s-sajd esploratorju.

L-SPRFMO daħlet fis-seħħ fl-24 ta' Awissu 2012. Dawk li huma interessati fil-proċedura sa dak il-punt jistgħu jikkonsultaw ir-rapport ta' Carmen Fraga dwar l-adeżjoni tal-UE (A7-0274/2011). Attwalment, hemm 15-il Parti Kontraenti u żewġ Partijiet Mhux Kontraenti li Jikkooperaw (il-Liberja, il-Panama). Il-Belize kien Parti Mhux Kontraenti li Tikkoopera għal ftit snin iżda rtira f'Mejju 2016.

Is-sit web tal-SPRFMO jagħti sintesi tajba tal-attivitajiet tas-sajd f'dan ir-reġjun enormi tal-pjaneta:

"Is-sajd kummerċjali għandu t-tendenza li jkun konċentrat f'żoni ta' produttività ogħla fejn ikun hemm upwelling tan-nutrijenti (fenomenu oċeanografiku fejn ilma sfiq, iktar kiesaħ u ġeneralment mimli nutrijenti jinsaq bil-qawwa tar-riħ lejn il-wiċċ tal-oċean biex jissostitwixxi ilma iktar sħun u ġeneralment nieqes min-nutrijenti), ta' sikwit assoċjat mal-għoljiet tal-baħar u l-promontorji. L-għoljiet tal-baħar u l-promontorji huma wkoll l-uniċi postijiet baxxi biżżejjed għall-ħut tal-qiegħ. Minkejja li hemm diversi sistemi ta' għoljiet tal-baħar u promontorji fl-ibħra internazzjonali tan-Nofsinhar tal-Paċifiku, dawk prominenti biss jidher li ġew mistada sa kwalunkwe punt: il-Lord Howe Rise, is-South Tasman Rise, u l-Louisville Ridge. F'dawn il-postijiet partikolari hemm speċijiet ta' ħut relatati mill-qrib u speċijiet komuni.

"Is-sajd fl-ibħra internazzjonali tan-Nofsinhar tal-Paċifiku jista' jiġi kkategorizzat f'tal-qiegħ (prinċipalment speċijiet invertebrati li jgħixu f'qiegħ il-baħar), demersali (prinċipalment ħut, qrib qiegħ il-baħar) u pelaġiċi (prinċipalment ħut u gambli kbar, fil-wiċċ u f'nofs l-ilma). Is-sajd kummerċjali għal speċijiet tal-qiegħ u demersali huwa limitat għal fond ta' madwar 1 500 m. Il-ħut bil-pinen demersali dominanti mistada kummerċjalment jinkludu l-mera tal-Atlantiku, l-oreo, il-fonsa ħamra u l-hyperoglyphe antarctica. Is-sajd pelaġiku jsir irrispettivament mill-fond, iżda għandu tendenza jiġi assoċjat mal-upwelling ta' nutrijenti. L-ispeċijiet pelaġiċi dominanti mistada kummerċjalment huma s-sawrell.

"Il-metodi tas-sajd użati attwalment jinkludu sajd bit-tartarun tal-borża, tkarkir pelaġiku, tkarkir tal-qiegħ, sajd pelaġiku bil-konz, sajd tal-qiegħ bil-konz u sajd bin-nases tal-ħut."

L-attività primarja tal-UE fir-reġjun hija tat-tkarkir pelaġiku, li jimmira s-sawrell, bil-qabdiet li jmorru lura għall-1979. Attività aktar riċenti, wara perjodu ta' nuqqas ta' sajd, bdiet fl-2005 b'qabdiet żgħar ta' inqas minn 10 % tat-total. Bastimenti minn erba' Stati Membri huma involuti f'dan is-sajd, iżda huma kollha assoċjati ma' kumpanija waħda.

Qabdiet sinifikanti ta' speċijiet tal-qiegħ kienu wkoll maqbuda fis-snin ta' qabel l-2010.

L-istatus attwali tal-istokk tas-sawrell ġie analizzat mill-Kumitat Xjentifiku, li kkonkluda li l-mortalità mis-sajd kienet taħt il-livell F-MSY filwaqt li l-bijomassa kienet taħt il-livell li kapaċi jipproduċi MSY (B-MSY). Hu rrakkomanda li l-qabdiet għall-2017 u l-2018 jinżammu taħt l-493 000 tunnellata - it-TAC tal-2017 huwa ta' 443 000 tunnellata, li minnhom is-sehem tal-UE huwa ta' 30 115-il tunnellata.

Il-Proposta COM

Eżami dettaljat tas-CMMs u tqabbil ma' din il-proposta juri li, b'mod ġenerali, il-proposta tal-Kummissjoni tittrasponi b'mod komprensiv it-traspożizzjoni tas-CMMs li ġew adottati. Ċerti dispożizzjonijiet adottati mill-SPRFMO diġà jeżistu fil-PKS, għal kwistjonijiet bħas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti, ċerti dispożizzjonijiet ta' kontroll, eċċ., u dawn, ovvjament, mhumiex imtennija fil-proposta. Madankollu, huma proposti xi ftit emendi, li wħud minnhom huma pjuttost żgħar, imma oħrajn huma aktar importanti.

Ħafna CMMs ikollhom skadenzi proċedurali biex il-Partijiet Kontraenti jipprovdu informazzjoni. Dawn jeħtieġu skadenzi interni għall-proċeduri tal-UE, u għalkemm dawn normalment isiru sew, huma proposti xi żidiet.

Id-definizzjoni taż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO kif tidher fil-proposta mhijiex korretta. Investigazzjoni ulterjuri wriet li lanqas ma kienet ġiet trasposta b'mod korrett fir-Regolament TAC u ta' Kwota. Abbażi ta' parir mis-Servizz Legali tagħna, l-aktar soluzzjoni sempliċi hija li titħassar id-definizzjoni u tintuża biss ir-referenza għaż-Żona tal-Konvenzjoni fl-Artikolu 2(a) dwar il-kamp ta' applikazzjoni.

Id-definizzjoni ta' "bastiment tas-sajd" hija wkoll f'kontradizzjoni mal-Konvenzjoni tal-SPRFMO. Minn dan jirriżulta li l-PKS għandha ħafna definizzjonijiet differenti ta' "bastiment tas-sajd" għal raġunijiet li mhumiex dejjem ċari. Nikkunsidraw biss tliet atti, ilkoll globalment applikabbli - ir-Regolament dwar l-IUU tal-2008, ir-Regolament dwar il-Kontroll tal-2009, ir-Regolament Bażiku tal-2013. Kull wieħed minnhom għandu definizzjoni differenti. F'din il-proposta, il-Kummissjoni għażlet id-definizzjoni tar-Regolament IUU iżda din hija differenti mid-definizzjoni fil-Konvenzjoni tal-SPRFMO. Għalhekk, mill-ġdid abbażi ta' parir mis-Servizz Legali, ġiet inkluża emenda biex tiġi adottata d-definizzjoni fil-Konvenzjoni tal-SPRFMO.

Is-CMM 08-2013 timponi l-projbizzjoni totali tal-użu kemm tal-għeżul tat-tisqif pelaġiċi fuq skala kbira u kif ukoll tal-għeżul tal-baħar fond. Il-Kummissjoni ma ttrasponietx din il-miżura, possibilment peress li ma hemm ebda bastiment tal-Unjoni li juża għeżul fil-preżent. Il-projbizzjoni ta' għeżul tal-baħar fond mhi riflessa mkien aktar fil-PKS. Iżda peress li dan huwa obbligu internazzjonali, għandu jiġi traspost fid-dritt tal-UE, flimkien mad-definizzjonijiet assoċjati tal-irkaptu.

Finalment, l-SPRFMO adottat ħafna miżuri meħtieġa fuq l-operazzjonijiet (kemm tat-tkarkir u kif ukoll bil-konz) biex jiġi evitat il-qbid tat-tjur tal-baħar. Dan huwa ta' min wieħed ifaħħru, peress li l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar it-Tjur tal-baħar jiġbed l-attenzjoni lejn ir-rati ta' mortalità kbar li jġarrbu t-tjur tal-baħar fis-sajd madwar id-dinja. Il-CCAMLR hija rrapportata li naqqset il-mortalità tat-tjur tal-baħar bil-konzijiet b'aktar minn 90 % permezz ta' adattamenti relattivament sempliċi u effettivi tal-irkaptu u tal-prattiki tas-sajd. Miżuri effettivi bl-istess mod biex tiġi evitata l-mortalità tat-tjur tal-baħar jeħtieġ li jintużaw fl-SPRFMO, kif ukoll f'żoni oċeaniċi oħra. L-impenn tal-UE għall-aħjar prattiki ma jeħtieġ xejn inqas.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO)

Referenzi

COM(2017)0128 – C8-0121/2017 – 2017/0056(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

29.3.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

3.4.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

3.4.2017

ENVI

3.4.2017

REGI

3.4.2017

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

DEVE

30.5.2017

REGI

29.5.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Linnéa Engström

27.4.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.6.2017

25.9.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, David Coburn, Richard Corbett, Diane Dodds, Linnéa Engström, Mike Hookem, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Liadh Ní Riada, Ulrike Rodust, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

France Jamet, Verónica Lope Fontagné, Maria Lidia Senra Rodríguez

Data tat-tressiq

27.11.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

24

+

ALDE Group

António Marinho e Pinto, Norica Nicolai,

ECR Group

Remo Sernagiotto, Ruža Tomašić, Peter van Dalen

ENF Group

France Jamet

GUE/NGL Group

Liadh Ní Riada, Maria Lidia Senra Rodríguez

NI

Diane Dodds

PPE Group

Alain Cadec, Werner Kuhn, Verónica Lope Fontagné, Gabriel Mato, Francisco José Millán Mon, Jarosław Wałęsa

S&D Group

Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Richard Corbett, Ulrike Rodust, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas

Verts/ALE Group

Marco Affronte, Linnéa Engström, Ian Hudghton

2

-

EFDD Group

David Coburn, Mike Hookem

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali