Proċedura : 2016/0074(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0381/2017

Testi mressqa :

A8-0381/2017

Dibattiti :

PV 15/01/2018 - 13
CRE 15/01/2018 - 13

Votazzjonijiet :

PV 16/01/2018 - 5.3
CRE 16/01/2018 - 5.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 16/04/2019 - 8.23
CRE 16/04/2019 - 8.23

Testi adottati :

P8_TA(2018)0003
P8_TA(2019)0381

RAPPORT     ***I
PDF 1805kWORD 361k
28.11.2017
PE 580.765v01-00 A8-0381/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar permezz ta' miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007 (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1343/2011 u(UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005

(COM(2016)0134 – C8-0117/2016 – 2016/0074(COD))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Gabriel Mato

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar permezz ta' miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007 (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1343/2011 u(UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005

(COM(2016)0134 – C8-0117/2016 – 2016/0074(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0134),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0117/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta' Lulju 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Diċembru 20162,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0000/2017).

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar permezz ta' miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007 (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1343/2011 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u dwar il-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar permezz ta' miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/2002

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Huwa meħtieġ li jiġu ssimplifikati r-regoli eżistenti għal fehim u konformità akbar mill-operaturi, l-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet ikkonċernati; Il-proċess ta' konsultazzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi għandu jiġi rispettat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li l-objettivi kollha dwar il-konservazzjoni u s-sostenibbiltà jkunu rispettati bis-sħiħ.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Is-simplifikazzjoni tar-regoli attwali dwar il-miżuri tekniċi m'għandhiex twassal biex jiddgħajfu l-istandards ta' konservazzjoni u sostenibbiltà.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Hemm bżonn jiġi żviluppat qafas għar-regolamentazzjoni tal-miżuri tekniċi. Dak il-qafas għandu jistabbilixxi regoli ġenerali li japplikaw fl-ilmijiet tal-Unjoni kollha u jipprevedi l-ħolqien ta' miżuri tekniċi li jikkunsidraw l-ispeċifitajiet reġjonali tal-industriji tas-sajd permezz tal-proċess ta' reġjonalizzazzjoni introdott mill-PKS.

(3)  Hemm bżonn jiġi żviluppat qafas għar-regolamentazzjoni tal-miżuri tekniċi. Dak il-qafas għandu jistabbilixxi regoli ġenerali li japplikaw fl-ilmijiet tal-Unjoni kollha u jipprevedi l-ħolqien ta' miżuri tekniċi li jikkunsidraw l-ispeċifitajiet reġjonali tal-industriji tas-sajd permezz tal-proċess ta' reġjonalizzazzjoni introdott mill-PKS. Dak il-proċess għandu jagħmilha possibbli li jiġu kkombinati b'mod effettiv regoli komuni u sitwazzjonijiet lokali u sitwazzjonijiet għal kull żona. Madankollu, il-proċess m'għandux jirriżulta f'tip ta' nazzjonalizzazzjoni mill-ġdid tal-PKS, u huwa importanti li l-Kumitati Konsultattivi jkomplu jiżguraw li r-reġjonalizzazzjoni sseħħ permezz ta' approċċ tal-Unjoni f'konformità mal-Premessa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-qafas għandu jkopri l-qbid u l-ħatt tar-riżorsi tas-sajd kif ukoll it-tħaddim tal-irkaptu u l-interazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd mal-ekosistemi tal-baħar.

(4)  Il-qafas għandu jkopri l-qbid u l-ħatt tar-riżorsi tas-sajd kif ukoll it-tħaddim tal-irkaptu u l-interazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd mal-ekosistemi tal-baħar u għandu jqis ukoll id-dinamiki soċjoekonomiċi.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Fejn ikun rilevanti, il-miżuri tekniċi għandhom japplikaw għall-industriji tas-sajd rikreattivi li jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq l-istokkijiet tal-ħut u l-ispeċijiet ta' frott tal-baħar bil-qoxra.

(6)  L-industriji tas-sajd rikreattivi jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent tal-baħar, l-istokkijiet tal-ħut u speċijiet oħra, u għalhekk għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri tekniċi.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Il-ħut maqbud mis-sajjieda dilettanti (sajd bis-sunnara u x-xlief) huma rilaxxati b'rata ta' sopravivenza għolja, sakemm ma jiġix ipprovat il-kuntrarju b'evidenza xjentifika.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Għandu japplika l-obbligu ta' ħatt l-art, skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għall-qabdiet kollha ta' speċijiet li huma soġġetti għal limiti ta' qbid. Madankollu, meta l-kampjuni ta' dawn l-ispeċijiet jinqabdu u jiġu rilaxxati immedjatament f'sajd rikreattiv, u l-evidenza xjentifika turi rati ta' sopravivenza għoljin għal dawk l-ispeċijiet, kif jista' jkun il-każ għal ħut maqbud minn sajjieda dilettanti li jużaw tagħmir tas-sajd bis-sunnara u x-xlief, għandu jkun possibbli li jiġi eskluż is-sajd ikkonċernat mill-obbligu ta' ħatt l-art billi jiġu applikati l-proċeduri stipulati f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi jiġu adottati miżuri għal dak il-għan skont il-pjanijiet pluriennali u/jew il-pjanijiet ta' skartar.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-miżuri tekniċi għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-PKS li jsir sajd f'livelli ta' rendiment sostenibbli massimu, li jitnaqqsu qabdiet mhux mixtieqa u li jiġi eliminat l-iskartar, u jikkontribwixxu biex jinkiseb status ambjentali tajjeb (GES) kif stipulat fid-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18.

(7)  Il-miżuri tekniċi għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-PKS.

__________________

 

18  Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta' l-Ambjent Marin (ĠU L 164, 25.6.2008, p.19).

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Il-miżuri tekniċi għandhom ikunu proporzjonati mal-għanijiet segwiti. Qabel ma jiġu adottati, għandu jitqies l-impatt ekonomiku u soċjali li jista' jkollhom.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Il-miżuri ta' infurzar u l-implimentazzjoni ta' miżuri tekniċi, programmi operazzjonali u, fejn relevanti, il-ħruġ ta' liċenzji, restrizzjonijiet fuq il-kostruzzjoni u l-operazzjoni ta' bastimenti u ta' ċertu tagħmir, m'għandhomx ikunu ta' xkiel għall-ksib ta' standards ogħla tas-saħħa u tas-sikurezza għal bastimenti li jwettqu operazzjonijiet tas-sajd u attivitajiet tas-sajd.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 7c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7c)  Miżuri tekniċi adottati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu koerenti mal-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011 – 2020, adottat skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika, u jeħtieġ li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE għall-2020, b'mod partikolari l-mira biex jiġi żgurat l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u l-azzjonijiet relatati magħhom.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  B'mod speċifiku, il-miżuri tekniċi għandhom jipproteġu l-aggregazzjonijiet tal-ħut li għadu qed jikber u tal-ħut riproduttiv permezz ta' rkaptu selettiv u ta' miżuri biex jiġi evitat il-qbid ta' ħut li ma jkunx hemm użu għalih. Il-miżuri tekniċi għandhom jimminimizzaw, u meta possibbli saħansitra jeliminaw, l-impatti tal-irkaptu fuq l-ekosistema tal-baħar u b'mod partikolari fuq speċijiet u ħabitats sensittivi. Għandhom jikkontribwixxu wkoll biex ikun hemm fis-seħħ miżuri ta' ġestjoni għall-finijiet ta' konformità mal-obbligi skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE19, id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 u d-Direttiva 2008/56/KE.

(8)  B'mod speċifiku, il-miżuri tekniċi għandhom jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-ħut li għadu qed jikber u tal-aggregazzjonijiet ta' ħut riproduttiv permezz ta' rkaptu selettiv u ta' miżuri biex jiġi evitat il-qbid ta' ħut li ma jkunx hemm użu għalih. Il-miżuri tekniċi għandhom jikkontribwixxu biex jimminimizzaw, u fejn possibbli jeqirdu, l-impatti negattivi tal-irkaptu fuq l-ekosistema tal-baħar u b'mod partikolari fuq speċijiet u ħabitats sensittivi. Għandhom jingħataw inċentivi sabiex jinkoraġġixxu l-użu ta' rkaptu u prattiki li jkollhom impatt baxx fuq l-ambjent. Il-miżuri tekniċi għandhom jikkontribwixxu wkoll biex ikun hemm fis-seħħ miżuri ta' ġestjoni għall-finijiet ta' konformità mal-obbligi skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE19, id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 u d-Direttiva 2008/56/KE.

__________________

__________________

19 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ambjent naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

19 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ambjent naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

20  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi ĠU L 20, 26.1.2010, p.

20  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi ĠU L 20, 26.1.2010, p.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Il-qbid inċidentali ta' speċijiet sensittivi għandu jiġi indirizzat b'mod komprensiv fis-sajd kollu u fit-tipi ta' rkaptu kollha fid-dawl tal-livell strett ta' protezzjoni li tagħtihom id-Direttiva tal-Kunsill 2008/56/KEE, il-livell ta' vulnerabbiltà għoli tagħhom u l-obbligu li jinkiseb status ambjentali tajjeb sal-2020.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex tiġi evalwata l-effettività tal-miżuri tekniċi, għandhom jiġu stabbiliti miri marbutin mal-livelli ta' qabdiet mhux mixtieqa; mal-livell fuq il-qabdiet aċċessorji ta' speċi sensittivi u mal-ħsara li ssir lill-ħabitats ta' qiegħ il-baħar milquta ħażin mis-sajd; b'mod li jirriflettu l-għanijiet tal-PKS, il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni (b'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 92/43 u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 ), u l-aħjar prassi internazzjonali.

(9)  Sabiex tiġi evalwata l-effettività tal-miżuri tekniċi, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi tal-prestazzjoni b'rabta mat-tnaqqis fil-qbid tal-ħut taħt id-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni u l-qbid inċidentali ta' speċijiet sensittivi kif ukoll it-tnaqqis tal-impatti ambjentali negattivi fuq il-ħabitats tal-baħar, bħala riżultat tas-sajd, indikaturi li jirriflettu l-għanijiet tal-PKS u l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni (b'mod partikolari d-Direttiva 92/43, id-Direttiva 2009/147/KE u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 ).

__________________

__________________

21  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma ĠU L 327, 22.12.2000, p.1.

21  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma ĠU L 327, 22.12.2000, p.1.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-usa' użu possibbli mill-miżuri disponibbli fir-Regolament (EU) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a biex jgħinu lis-sajjieda fl-implimentazzjoni tal-miżuri tekniċi u jiżguraw li jittieħed kont tal-għanijiet soċjoekonomiċi tal-PKS.

 

_______________

 

1a  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).”

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Ċertu rkaptu distruttiv jew metodi distruttivi li jużaw splussivi, veleni, sustanzi stupefaċenti, il-kurrent elettriku, imrietel pnewmatiċi jew strumenti tal-perkussjoni oħrajn; tagħmir irmunkat u ħattafa għall-ħsad tal-qroll aħmar jew tipi oħrajn ta' qroll u speċijiet simili u ċerti ħarpuns għall-qroll għandhom ikunu pprojbiti ħlief fil-każ speċifiku tat-tkarkir bl-impuls elettriku li jista' jintuża f'ċerti kundizzjonijiet stretti.

(11)  Ċertu rkaptu distruttiv jew metodi distruttivi li jużaw splussivi, veleni, sustanzi stupefaċenti, il-kurrent elettriku, imrietel pnewmatiċi jew strumenti tal-perkussjoni oħrajn; tagħmir irmunkat u ħattafa għall-ħsad tal-qroll aħmar jew tipi oħrajn ta' qroll u speċijiet simili u ċerti ħarpuns għall-qroll għandhom ikunu pprojbiti ħlief fil-każ speċifiku tat-tkarkir bl-impuls elettriku li jista' jintuża f'ċerti kundizzjonijiet stretti. F'dan ir-rigward huwa meħtieġ li jiġi żgurat li jkun hemm għarfien xieraq dwar l-impatti ta' tagħmir tas-sajd innovattiv, bħal tkarkir bl-impuls, inklużi l-effetti kumulattivi, qabel ma l-użu tat-tagħmir jiġi adottat b'mod wiesa'. Barra minn hekk, għandu jkun hemm fis-seħħ sistema għall-monitoraġġ, il-kontroll u l-evalwazzjoni, li jservu għall-infurzar u r-riċerka kif ukoll għal skopijiet ta' evalwazzjoni. Fl-aħħar nett, il-liċenzji attwali għandhom isiru soġġetti għal rivalutazzjoni xjentifika b'mod permanenti, qabel ma jingħataw status ta' "mhux projbit".

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Hemm bżonn ta' għarfien dettaljat u kwantifikat dwar l-impatti ta' tagħmir tas-sajd innovattiv, inkluż tkarkir bl-impuls, u anke tal-effetti kumulattivi tagħhom fuq l-ambjent tal-baħar u l-ispeċijiet, qabel ma l-użu tagħhom jiġi adottat b'mod ġenerali fuq skala kummerċjali. Għandu jiġi stabbilit programm effettiv ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Fid-dawl tal-parir tal-STECF, is-sajd bix-xbieki statiċi fid-diviżjonijiet tal-ICES IIIa, VIa, VIb, VIIb, VIIc, VIIj u VIIk u fis-sottożoni tal-ICES VIII, IX, X u XII fil-lvant ta' 27° f'ilmijiet b'fond ta' aktar minn 600 metru, għandu jibqa' pprojbit biex jiġu protetti l-ispeċijiet sensittivi tal-baħar fond.

(14)  Fid-dawl tal-parir tal-STECF, is-sajd bix-xbieki statiċi fid-diviżjonijiet tal-ICES IIIa, VIa, VIb, VIIb, VIIc, VIIj u VIIk u fis-sottożoni tal-ICES VIII, IX, X u XII fil-lvant ta' 27° f'ilmijiet b'fond ta' aktar minn 600 metru, għandu jibqa' pprojbit biex jiġu protetti l-ispeċijiet sensittivi tal-baħar fond, sakemm l-Istati Membri, permezz ta' studji xjentifiċi b'konsultazzjoni mal-STECF jew permezz tal-implimentazzjoni ta' ġestjoni speċifika bl-użu tar-reġjonalizzazzjoni, li jista' jinvolvi inter alia t-tnaqqis ta' bastimenti li jkunu qed joperaw fiż-żona jew tnaqqis fix-xhur tas-sajd, jew permezz ta' pjanijiet pluriennali, juru li dak is-sajd għandu livell baxx ħafna ta' qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar u ta' rimi.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Għal ċerti speċijiet ta' ħut rari, fosthom ċerti speċi ta' klieb il-baħar u ta' raj, saħansitra attività limitata tas-sajd tista' tirriżulta f'riskju serju għall-konservazzjoni tagħhom. Sabiex jiġu protetti speċijiet bħal dawn għandha tiġi introdotta projbizzjoni ġenerali tas-sajd għalihom.

(15)  Għal ċerti speċijiet ta' ħut li jkunu rari jew li l-karatteristiċi bijoloġiċi tagħhom jagħmluhom partikolarment vulnerabbli għall-isfruttament żejjed, saħansitra attività limitata tas-sajd tista' tirriżulta f'riskju serju għall-konservazzjoni tagħhom. Sabiex jiġu protetti speċijiet bħal dawn għandha tiġi introdotta projbizzjoni ġenerali tas-sajd għalihom.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Sabiex is-settur tal-qbid tal-ħut jingħata l-assistenza meta jiġi biex jimplimenta l-obbligu tal-ħatt, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ miżuri biex jiffaċilitaw il-ħżin u s-sejbien ta' punti ta' ħrib għal speċijiet tal-baħar li huma iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu appoġġ għall-investiment fil-bini u fl-adattament ta' siti ta' ħatt u postijiet ta' kenn, jew appoġġ fl-investiment sabiex jiżdied il-valur tal-prodotti tas-sajd.

(21)  Sabiex is-settur tal-qbid tal-ħut jingħata l-assistenza meta jiġi biex jimplimenta l-obbligu tal-ħatt, u biex jiżgura sitwazzjoni ekwa permezz ta' konformità sħiħa mal-obbligu ta' ħatt l-art, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ miżuri biex jiffaċilitaw il-ħżin u s-sejbien ta' punti ta' ħrib għal speċijiet tal-baħar li huma iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu appoġġ għall-investiment fil-bini u fl-adattament ta' siti ta' ħatt u postijiet ta' kenn, jew appoġġ fl-investiment sabiex jiżdied il-valur tal-prodotti tas-sajd.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  F'każijiet fejn il-parir xjentifiku jindika li qed ikun hemm qabdiet sinifikanti ta' speċijiet li ma jkunx hemm użu għalihom u li mhumiex soġġetti għal-limiti tal-qbid u għalhekk mhux soġġetti għall-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, l-Istati Membri għandhom iwettqu proġetti pilota bil-għan li jesploraw modi biex inaqqsu qabdiet bħal dawn u bil-għan li jintroduċu miżuri tekniċi xierqa sabiex jilħqu dan il-għan.

(23)  F'każijiet fejn il-parir xjentifiku jindika li qed ikun hemm qabdiet sinifikanti ta' speċijiet, l-Istati Membri għandhom iwettqu proġetti pilota bil-għan li jesploraw modi biex inaqqsu qabdiet bħal dawn u bil-għan li jintroduċu miżuri tekniċi xierqa sabiex jilħqu dan il-għan.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Fejn ma hemmx miżuri tekniċi fis-seħħ fil-livell reġjonali għandhom japplikaw l-istandards ta' referenza. Dawn l-istandards ta' referenza għandhom jinkisbu minn miżuri tekniċi eżistenti, u dan filwaqt li jitqiesu l-parir tal-STECF u l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati. Għandhom jikkonsistu f'daqsijiet tal-malja ta' referenza għall-irkaptu rmunkat u għax-xbieki statiċi, f'daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, f'żoni magħluqa jew ristretti, f'miżuri ta' konservazzjoni tan-natura sabiex jimmitigaw il-qabdiet aċċessorji ta' mammiferi tal-baħar u għasafar tal-baħar f'ċerti żoni, u fi kwalunkwe miżura speċifika reġjonali oħra li teżisti bħalissa li għad hemm bżonnha biex tiżgura li jibqgħu jintlaħqu l-objettivi tal-konservazzjoni sakemm jiġu stabbiliti miżuri bħal dawn permezz tar-reġjonalizzazzjoni.

(24)  Fejn ma hemmx miżuri tekniċi fis-seħħ fil-livell reġjonali għandhom japplikaw l-istandards ta' referenza. Dawn l-istandards ta' referenza għandhom jinkisbu minn miżuri tekniċi eżistenti, u dan filwaqt li jitqiesu l-parir tal-STECF u l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati. Għandhom jikkonsistu f'daqsijiet tal-malja ta' referenza għall-irkaptu rmunkat u għax-xbieki statiċi, f'daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, f'żoni magħluqa jew ristretti, f'miżuri ta' konservazzjoni tan-natura sabiex jimminimizzaw u, fejn ikun possibbli, jeliminaw il-qbid inċidentali ta' mammiferi tal-baħar u għasafar tal-baħar f'ċerti żoni, u fi kwalunkwe miżura speċifika reġjonali oħra li teżisti bħalissa li għad hemm bżonnha biex tiżgura li jibqgħu jintlaħqu l-objettivi tal-konservazzjoni sakemm jiġu stabbiliti miżuri bħal dawn permezz tar-reġjonalizzazzjoni.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  L-Istati Membri flimkien mal-partijiet ikkonċernati jistgħu jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti għal miżuri tekniċi adegwati li jiddevjaw mill-istandards ta' referenza skont il-proċess ta' reġjonalizzazzjoni stipulat fil-PKS.

(25)  L-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti, għandhom ikunu kapaċi jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti għal miżuri tekniċi adegwati, ibbażati fuq l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli, li jiddevjaw mill-istandards ta' referenza biex jiġu adattati miżuri tekniċi għall-ispeċifiċitajiet reġjonali tas-sajd, skont il-proċess ta' reġjonalizzazzjoni stipulat fil-PKS, anki meta ma jkunx hemm pjan pluriennali.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Miżuri tekniċi reġjonali bħal dawn, inkwantu tal-mudelli ta' sfruttament u tal-protezzjoni ta' speċijiet u ħabitats sensittivi, għandhom tal-inqas ikunu ekwivalenti għall-istandards ta' referenza.

(26)  Ir-reġjonalizzazzjoni għandha tintuża biex toħloq miżuri mfassla apposta li jqisu l-ispeċifiċitajiet ta' kull żona tas-sajd, inkluża s-salvagwardja tal-ispeċijiet u l-ħabitats sensittivi. Miżuri tekniċi reġjonali bħal dawn għandhom ikunu sostenibbli u tal-anqas għandhom jiżguraw l-istess mudelli ta' sfruttament u l-livell ta' protezzjoni daqs l-istandards ta' referenza. L-adozzjoni ta' kwalunkwe miżura teknika reġjonali għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)  Id-deċiżjonijiet meħuda mill-gruppi reġjonali tal-Istati Membri taħt ir-reġjonalizzazzjoni għandhom jissodisfaw l-istess standards ta' sorveljanza demokratika bħal dawk fl-Istati Membri kkonċernati.

Emenda     27

Proposta għal regolament

Premessa 26b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26b)  Jenħtieġ li r-reġjonalizzazzjoni tintuża bħala għodda biex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, u tingħata s-setgħa lis-sajjieda u l-involviment tagħhom sabiex b'hekk dawn ikunu jistgħu jaħdmu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, mal-Kunsilli Konsultattivi u max-xjenzjati sabiex joħolqu miżuri mfassla apposta li jqisu l-ispeċifiċitajiet ta' kull żona tas-sajd u jissalvagwardjaw il-kundizzjonijiet ambjentali tagħhom;

Emenda     28

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)  Fejn hemm interess ta' ġestjoni dirett li jikkonċerna Stat Membru uniku, jistgħu jiġu ppreżentati proposti għal miżuri tekniċi individwali, biex jiġu mmodifikati miżuri ta' konservazzjoni eżistenti, soġġetti għall-konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti.

Emenda     29

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Fil-pjanijiet multiannwali, huma u jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti sabiex jadottaw irkaptu selettiv skont id-daqs u l-ispeċi u li jvarja mid-daqsijiet tal-malja ta' referenza, il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li rkaptu bħal dan ikun tal-inqas iwassal għal mudelli ta' selettività simili jew aħjar mill-irkaptu ta' referenza.

(28)  Huma u jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti sabiex jadottaw irkaptu selettiv skont id-daqs u l-ispeċi u li jvarja mid-daqsijiet tal-malja ta' referenza, il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li rkaptu bħal dan ikun tal-inqas iwassal għal mudelli ta' selettività simili jew aħjar mill-irkaptu ta' referenza.

Emenda     30

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Huma u jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti sabiex jemendaw jew jistabbilixxu żoni magħluqa jew żoni ristretti ġodda biex jipproteġu l-aggregazzjonijiet ta' ħut żgħir u ta' ħut riproduttiv, fir-rakkomandazzjonijiet konġunti tagħhom il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-ispeċifikazzjonijiet, il-limitu, it-tul, ir-restrizzjonijiet tal-irkaptu u l-arranġamenti dwar il-kontrolli u l-monitoraġġ.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Huma u jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti biex fil-pjanijiet multiannwali jiġu emendati jew stabbiliti qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jipperikolawx l-objettivi tal-PKS, u dan billi jiżguraw li ma tiġi introdotta ebda distorsjoni fis-suq u li ma jinħoloq ebda suq għal speċijiet iżgħar mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni.

(30)  Huma u jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti biex jiġu emendati jew stabbiliti qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet tal-PKS, u dan billi jiżguraw li l-protezzjoni tal-ispeċijiet tal-baħar li għadhom qed jikbru tiġi rispettata bis-sħiħ filwaqt li jiżguraw li ma tiġi introdotta ebda distorsjoni fis-suq u li ma jinħoloq ebda suq għal speċijiet iżgħar mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Fir-rakkomandazzjonijiet konġunti għandu jitħalla lok biex, bħala miżura addizzjonali għall-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet ta' ħut li għadu qed jikber jew ta' ħut riproduttiv, tiġi żviluppata l-possibbiltà li jinħolqu żoni li jingħalqu f'ħin reali, u dan flimkien ma' dispożizzjonijiet dwar meta ż-żona tinbidel. Il-kundizzjonijiet biex jiġu stabbiliti u mbagħad biex jitneħħew żoni bħal dawn, flimkien mal-ftehimiet ta' kontroll u ta' monitoraġġ, għandhom jiġu definiti fir-rakkomandazzjonijiet konġunti rilevanti.

(31)  Fir-rakkomandazzjonijiet konġunti għandu jitħalla lok biex, bħala miżura addizzjonali għall-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet ta' ħut li għadu qed jikber jew ta' ħut riproduttiv jew speċijiet sensittivi, tiġi żviluppata l-possibbiltà li jinħolqu żoni li jingħalqu f'ħin reali, u dan flimkien ma' dispożizzjonijiet dwar meta ż-żona tinbidel. Il-kundizzjonijiet biex jiġu stabbiliti u mbagħad biex jitneħħew żoni bħal dawn, inkużi eżenzjonijiet fejn xieraq, flimkien mal-ftehimiet ta' kontroll u ta' monitoraġġ, għandhom jiġu definiti fir-rakkomandazzjonijiet konġunti rilevanti.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Fuq il-bażi ta' valutazzjoni xjentifika tal-impatti tal-irkaptu innovattiv, evalwata mill-STECF, l-użu ta' dan l-irkaptu ġdid jew l-estensjoni tal-użu tiegħu, bħat-tkarkir b'impuls elettriku, jista' jiġi inkluż bħala alternattiva fir-rakkomandazzjonijiet konġunti tal-gruppi reġjonali tal-Istati Membri. L-użu tal-irkaptu innovattiv ma għandux ikun permess fejn valutazzjoni xjentifika turi dan se jwassal għal impatti negattivi fuq ħabitats sensittivi u speċijiet mhux fil-mira.

(32)  Fuq il-bażi ta' valutazzjoni xjentifika tal-impatti tal-irkaptu innovattiv, evalwata mill-STECF, inkluż l-impatt negattiv potenzjali ta' ċertu rkaptu, l-użu jew l-estensjoni tal-użu ta' rkaptu innovattiv, bħat-tkarkir b'impuls elettriku, jista' jiġi inkluż bħala alternattiva fir-rakkomandazzjonijiet konġunti tal-gruppi reġjonali tal-Istati Membri. L-użu tal-irkaptu innovattiv ma għandux ikun permess fejn valutazzjoni xjentifika turi dan se jwassal għal impatti diretti jew kumulattivi negattivi fuq ħabitats tal-baħar, speċjalment ħabitats sensittivi, jew speċijiet mhux fil-mira, jew jipperikola l-ksib ta' status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 33

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Sabiex ikunu minimizzati l-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet sensittivi u l-impatti tal-irkaptu fuq il-ħabitats sensittivi, il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiżviluppaw miżuri ta' mitigazzjoni addizzjonali sabiex inaqqsu l-impatti tas-sajd fuq l-ispeċi u l-ħabitats sensittivi. Fejn l-evidenza xjentifika turi li hemm theddida serja għall-istatus ta' konservazzjoni ta' speċijiet u ħabitats bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jintroduċu restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-bini u l-funzjonament ta' ċertu rkaptu jew anke jipprojbuh kompletament f'dak ir-reġjun. B'mod partikolari dispożizzjonijiet bħal dawn jistgħu jiġu applikati għall-użu tal-għażel tat-tisqif li f'ċerti żoni wassal għal qabdiet sinifikanti ta' ċetaċji u għasafar tal-baħar.

(33)  Sabiex ikunu minimizzati u, meta jkun possibbli, ikunu eliminati l-qabdiet inċidentali ta' speċijiet sensittivi u l-impatti tal-irkaptu fuq il-ħabitats sensittivi, il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiżviluppaw miżuri ta' mitigazzjoni addizzjonali sabiex inaqqsu l-impatti tas-sajd fuq l-ispeċijiet u l-ħabitats sensittivi. Fejn l-evidenza xjentifika turi li hemm theddida serja għall-istatus ta' konservazzjoni ta' speċijiet u ħabitats bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jintroduċu restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-bini u l-funzjonament ta' ċertu rkaptu jew anke jipprojbuh kompletament f'dak ir-reġjun biex jiġu salvagwardati l-ambjent tal-baħar, l-istokkijiet tal-ħut lokali u l-komunitajiet kostali lokali kkonċernati. B'mod partikolari dispożizzjonijiet bħal dawn jistgħu jiġu applikati għall-użu tal-għażel tat-tisqif li f'ċerti żoni wassal għal qabdiet sinifikanti ta' ċetaċji u għasafar tal-baħar.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Bil-ħsieb li jinżammu r-rakkomandazzjonijiet dettaljati eżistenti miftiehma mill-Kummissjoni għas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC), il-Kummissjoni għandha tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea inkwantu tal-listi ta' ekosistemi tal-baħar vulnerabbli u anke tal-miżuri tekniċi speċifiċi marbuta ma' miżuri definiti biex jipproteġu l-linard u r-redfish. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex fil-liġijiet tal-Unjoni tkun tista' tinkorpora l-emendi li jista' jkun hemm fil-ġejjieni b'rabta mal-miżuri adottati mill-NEAFC u li jkunu jikkonsistu f'ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, definiti hekk b'mod speċifiku, u li jsiru vinkolanti għall-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni torganizza konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta' preparazzjoni tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.

imħassar

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Sabiex ma jkunx hemm tfixkil għar-riċerka xjentifika, għar-ripopolament artifiċjali jew għat-trapjantar artifiċjali, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet li jaf ikunu neċessarji għall-għanijiet imsemmija.

(36)  Sabiex ma jkunx hemm tfixkil għar-riċerka xjentifika, għar-ripopolament dirett jew għat-trapjantar artifiċjali, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet li jaf ikunu neċessarji għall-għanijiet imsemmija.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Meta l-parir xjentifiku disponibbli juri li hemm bżonn ta' azzjoni immedjata sabiex jiġu protetti xi speċijiet tal-baħar, fil-każijiet fejn tkun iġġustifikata tagħmel hekk, il-Kummissjoni għandha tkun lesta tistabbilixxi miżuri tekniċi sabiex ittaffi theddida bħal din, anki permezz ta' deroga minn dan ir-Regolament jew ta' miżuri tekniċi stabbiliti mod ieħor skont il-liġi tal-Unjoni. Dawn il-miżuri għandhom jitfasslu biex jindirizzaw tibdiliet mhux mistennija fil-mudelli tal-istokk minħabba livelli għoljin jew baxxi ta' reklutaġġ ta' ħut li għadu qed jikber fi stokk partikulari, biex jipproteġu l-ħut jew il-frott tal-baħar bil-qoxra riproduttiv meta l-istokkijiet ikunu f'livelli baxxi ħafna jew biex jindirizzaw tibdiliet oħrajn fl-istatus tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut li jista' jhedded l-istatus ta' stokk partikulari. Dawn jaf jinkludu restrizzjoniijiet fuq l-użu ta' rkaptu rmunkat jew statiku jew fuq l-attivitajiet tas-sajd f'ċerti żoni jew matul ċerti perjodi.

(37)  Meta l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli juru li hemm bżonn ta' azzjoni immedjata sabiex jiġu protetti xi speċijiet u ħabitats tal-baħar, fil-każijiet fejn tkun iġġustifikata tagħmel hekk, il-Kummissjoni għandha tkun lesta tistabbilixxi miżuri tekniċi sabiex ittaffi theddida bħal din, anki permezz ta' deroga minn dan ir-Regolament jew ta' miżuri tekniċi stabbiliti mod ieħor skont il-liġi tal-Unjoni. Dawn il-miżuri għandhom jitfasslu biex jindirizzaw tibdiliet mhux mistennija fil-mudelli tal-istokk minħabba livelli għoljin jew baxxi ta' reklutaġġ ta' ħut li għadu qed jikber fi stokk partikulari, jew qbid inċidentali ta' speċijiet sensittivi, biex jipproteġu l-ħut jew il-frott tal-baħar bil-qoxra riproduttiv meta l-istokkijiet taal-ħut jew ta' speċijiet sensittivi ikunu f'livelli baxxi ħafna jew biex jindirizzaw tibdiliet oħrajn fl-istatus tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut li jista' jhedded l-istatus ta' stokk partikulari, kif ukoll biex jiġi indirizzat id-deterjorament fil-popolazzjonijiet u l-ħabitats tal-ispeċijiet minħabba impatti tas-sajd, u biex tiġi prevista kwalunkwe miżura ta' konservazzjoni oħra meħtieġa. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu restrizzjoniijiet fuq l-użu ta' rkaptu rmunkat jew statiku jew fuq l-attivitajiet tas-sajd f'ċerti żoni jew matul ċerti perjodi.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex taġġorna l-lista ta' ħut u frott tal-baħar bil-qoxra li ma jistax isir sajd għalih; biex taġġorna l-lista ta' żoni sensittivi fejn is-sajd għandu jkun ristrett; biex tadotta miżuri tekniċi bħala parti minn pjanijiet multiannwali; u biex tadotta miżuri tekniċi bħala parti minn pjanijiet ta' skartar temporanji. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni torganizza konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta' preparazzjoni tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Hi u tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tittrażmetti d-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'mod simultanju, adegwat u fil-ħin.

(38)  Is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex, bil-għan li tistabbilixxi indikaturi tal-prestazzjoni għal miżuri tekniċi fir-rigward ta' qabdiet ta' ħut taħt id-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni, tiddefinixxi s-sajd ewlieni u l-livelli ta' qabdiet bħal dawn li japplikaw għal dak is-sajd ewlieni, biex taġġorna l-lista ta' ħut u frott tal-baħar bil-qoxra li ma jistax isir sajd għalih; biex taġġorna l-lista ta' żoni sensittivi fejn is-sajd għandu jkun ristrett; biex tadotta miżuri tekniċi bħala parti minn pjanijiet pluriennali jew, fejn meħtieġ, barra mill-qafas ta' pjanijiet pluriennali; u biex tadotta miżuri tekniċi bħala parti minn pjanijiet ta' skartar temporanji. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti u abbażi tal-evalwazzjoni tal-STECF. Hi u tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tittrażmetti d-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'mod simultanju, adegwat u fil-ħin.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Sa tmiem l-2020 u ma' kull tielet sena minn dik is-sena 'l hemm, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u dan abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u mill-Kunsilli Konsultattivi rilevanti u wara evalwazzjoni mill-STECF. Dan ir-rapport għandu jivvaluta kemm il-miżuri tekniċi fil-livell reġjonali u f'dak tal-Unjoni jkunu kkontribwew biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri ta' dan ir-Regolament. Abbażi ta' dak ir-rapport, meta fil-livell reġjonali jkun hemm evidenza li l-objettivi u l-miri ma jkunux intlaħqu, l-Istati Membri f'dak ir-reġjun għandhom jibagħtu pjan li jistipula l-azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu sabiex ikun żgurat li dawk l-objettivi u l-miri jistgħu jintlaħqu. Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tipproponi wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-emendi li tqis li huma neċessarji f'dan ir-Regolament.

(40)  Sa ... [Tliet snin wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u ma' kull tielet sena minn dik is-sena 'l hemm, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u dan abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u mill-Kunsilli Konsultattivi rilevanti u wara evalwazzjoni mill-STECF. Dan ir-rapport għandu jivvaluta kemm il-miżuri tekniċi fil-livell reġjonali u f'dak tal-Unjoni jkunu kkontribwew biex jintlaħqu l-objettivi u l-livelli tal-indikaturi tal-effikaċja ta' dan ir-Regolament. Abbażi ta' dak ir-rapport, meta fil-livell reġjonali jkun hemm evidenza li l-objettivi jew li l-indikaturi tal-effikaċja jinżammu f'livell mhux sodisfaċenti, l-Istati Membri f'dak ir-reġjun għandhom jibagħtu pjan li jistipula l-azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu sabiex ikun żgurat li dawk l-objettivi jintlaħqu u li jittejjeb il-livelli tal-indikaturi tal-effikaċja. Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tipproponi wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-emendi li tqis li huma neċessarji f'dan ir-Regolament.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) 1967/200629, (KE) Nru 1098/200730, (KE) 1224/200931 u r-Regolamenti (UE) Nru 1343/201132 u (UE) Nru 1380/201333 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jiġu emendati skont dan.

(42)  Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) 1967/200629, (KE) Nru 1098/200730, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/200931 u r-Regolament (UE) Nru 1380/201333 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jiġu emendati skont dan.

__________________

__________________

29  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409 30.12.2006 p.11).

29  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409 30.12.2006 p.11).

30 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 (ĠU L 248, 22.9.2007, p.1).

30 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 (ĠU L 248, 22.9.2007, p.1).

31  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p.1.

31  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p.1.

32 Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2001 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p.44.

 

33  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

33  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Biex jiġu ssupplimenta jew emendati r-regoli dettaljati eżistenti li jittrasponu r-rakkomandazzjonijiet miftiehma mill-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM), il-Kummissjoni għandha tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-miżuri tekniċi fir-Regolament (UE) Nru 1343/2011. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex fil-liġijiet tal-Unjoni tkun tista' tinkorpora l-emendi li jista' jkun hemm fil-ġejjieni b'rabta mal-miżuri adottati mill-GFCM u li jkunu jikkonsistu f'ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, definiti hekk espressament, u li jsiru vinkolanti għall-Unjoni skont il-Ftehim tal-GFCM. Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 għandu jiġi emendat skont dan. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni torganizza konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta' preparazzjoni tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.

imħassar

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-funzjonament tal-irkaptu u l-interazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd mal-ekosistemi tal-baħar.

(b)  il-funzjonament tal-irkaptu.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  l-interazzjoni ta' dak l-irkaptu mal-ekosistemi tal-baħar.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-attivitajiet li jsiru minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għan-nazzjonali tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ewlenija tal-Istat tal-bandiera, fiż-żoni tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 5 kif ukoll minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' pajjiżi terzi, u li jkunu rreġistrati fihom, meta jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni.

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 29, dan ir-Regolament għandu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd, kemm dawk kummerċjali kif ukoll dawk rikreattivi, li jsiru minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għan-nazzjonali tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ewlenija tal-Istat tal-bandiera, fiż-żoni tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 5 kif ukoll minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' pajjiżi terzi, u li jkunu rreġistrati fihom, meta jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Artikoli 7 u 14 u Parti A tal-Annessi V sa X għandhom japplikaw ukoll għall-industriji tas-sajd rikreattiv.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-industriji tas-sajd rikreattiv.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bħala għodod li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), il-miżuri tekniċi għandhom jikkontribwixxu għall-objettivi tal-PKS stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u b'mod partikolari fil-paragrafi 2, 3 u 5(a) u (j) ta' dak l-Artikolu.

1.  Il-miżuri tekniċi għandhom jikkontribwixxu għall-objettivi tal-PKS stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Barra minn hekk, il-miżuri tekniċi b'mod partikolari għandhom:

2.  Il-miżuri tekniċi b'mod partikolari għandhom jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi li ġejjin:

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jottimizzaw il-mudelli ta' sfruttament sabiex jipproteġu l-aggregazzjonijiet ta' speċijiet li għadhom qed jikbru jew li huma riproduttivi;

(a)  jiżguraw mudelli ta' sfruttament sostenibbli sabiex jipproteġu l-aggregazzjonijiet ta' speċijiet li għadhom qed jikbru jew li huma riproduttivi; u jipprovdu salvagwardji xierqa;

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiżguraw li l-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet tal-baħar elenkati fid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE u ta' speċijiet sensittivi oħrajn li jirriżultaw mis-sajd jiġu minimizzati u, fejn possibbli, jiġu eliminati b'mod li ma jirrappreżentawx theddida għall-istatus ta' konservazzjoni ta' dawn l-ispeċijiet;

(b)  jiżguraw li l-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet tal-baħar, b'mod partikolari dawk elenkati fid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE, li jirriżultaw mis-sajd jiġu minimizzati u, fejn possibbli, jiġu eliminati;

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jiżguraw li l-impatti ambjentali tas-sajd fuq il-ħabitats tal-baħar jiġu minimizzati u, fejn possibbli, jiġu eliminati b'mod li ma jirrappreżentawx theddida għall-istatus ta' konservazzjoni ta' dawn il-ħabitats;

(c)  jiżguraw inkluż bl-użu ta' inċentivi adegwati, li l-impatti ambjentali negattivi tas-sajd fuq il-ħabitats tal-baħar jiġu minimizzati u, fejn possibbli, jiġu eliminati;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jikkontribwixxu biex jiġu stabbiliti miżuri b'rabta mal-ġestjoni tas-sajd biex ikun hemm konformità mal-obbligi tad-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE, 2008/56/KE u 2000/60/KE.

(d)  jiġu stabbiliti miżuri b'rabta mal-ġestjoni tas-sajd biex ikun hemm konformità mal-obbligi tad-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE, 2008/56/KE u 2000/60/KE.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miri

Indikaturi tal-prestazzjoni

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-miżuri tekniċi huma maħsuba biex jilħqu l-miri li ġejjin:

1.  Sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżuri tekniċi jikkontribwixxux biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, l-indikaturi ta' prestazzjoni li ġejjin għandhom jintużaw:

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jiżguraw li l-qabdiet ta' speċi tal-baħar iżgħar mill-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni ma jaqbżux il-5% tal-volum skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(a)  sal-punt li l-qabdiet ta' speċijiet tal-baħar iżgħar mill-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni jitnaqqsu progressivament għal livelli speċifiċi għas-sajd prinċipali;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiżguraw li l-qabdiet aċċessorji ta' mammiferi tal-baħar, rettili tal-baħar, għasafar tal-baħar u speċi oħrajn mhux sfruttati kummerċjalment ma jaqbżux il-livelli stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u fi ftehimiet internazzjonali.

(b)   sal-punt fejn il-qabdiet aċċessorji ta' mammiferi tal-baħar, rettili tal-baħar, għasafar tal-baħar u speċi oħrajn mhux sfruttati kummerċjalment jiġu eleminati progressivament u gradwalment;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jiżguraw li l-impatti ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-ħabitats ta' qiegħ il-baħar ma jaqbżux il-livelli meħtieġa għal status ambjentali tajjeb fil-każ ta' kull tip ta' ħabitat ivvalutat fil-qafas tad-Direttiva 2008/56/KE, f'kull reġjun jew sottoreġjun tal-baħar, b'rabta kemm mal-kwalità tal-ħabitat u kemm mad-daqs tal-ispazju li l-livelli meħtieġa jridu jinkisbu fih.

(c)   Sal-punt li l-impatti ambjentali negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-ħabitats tal-baħar, inklużi l-ħabitats sensittivi ta' qiegħ il-baħar, jiġu minimizzati u jinżammu taħt il-livelli meħtieġa għal status ambjentali tajjeb, b'mod partikolari fil-każ ta' kull tip ta' ħabitat ivvalutat fil-qafas tad-Direttiva 2008/56/KE, f'kull reġjun jew sottoreġjun tal-baħar, b'rabta kemm mal-kwalità tal-ħabitat u kemm mad-daqs tal-ispazju li l-livelli meħtieġa jridu jinkisbu fih.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi, għall-iskopijiet tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu:

 

(a) is-sajd ewlieni msemmi f'dak il-punt;

 

(b) Il-livelli ta' qabdiet attwali ta' speċijiet tal-baħar taħt il-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għal kull wieħed minn dawk l-oqsma ta' sajd ewlenin, abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri għas-snin ta' referenza 2013-2015;

 

(c) il-livelli speċifiċi li l-qabdiet ta' speċijiet tal-baħar taħt il-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għal kull wieħed minn dawk l-oqsma tas-sajd ewlenin għandhom jiġu mnaqqsa għalihom sabiex jinkiseb l-għan ta' żgurar ta' sfruttament sostenibbli u biex tiġi pprovduta protezzjoni għall-ħut li għadu qed jikber.

 

Meta jiġu stabbiliti l-livelli speċifiċi msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, għandu jittieħed kont tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, inkluż mill-STECF, kif ukoll tal-possibilitajiet tekniċi eżistenti u futuri f'dak li għandu x'jaqsam mal-evitar ta' qabdiet ta' speċijiet tal-baħar taħt il-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Għall-iskopijiet tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1a, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw rakkomandazzjoni konġunta skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 sa... [tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.  Fejn l-ebda rakkomandazzjoni konġunta ma tkun ġiet sottomessa sad-data tal-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 1b ta' dan l-Artikolu, jew jekk rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata mill-Istati Membri tiġi kkunsidrata bħala mhux kompatibbli mal-objettivi ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha sa... [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u permezz ta' deroga mill-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddefinixxu l-elementi msemmijin fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu, skont l-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d.  Sabiex jinkiseb tnaqqis progressiv ta' qabdiet ta' speċijiet tal-baħar taħt il-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għal livelli li jiżguraw mudelli ta' sfruttament sostenibbli, il-livelli speċifiċi msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1a għandhom jiġu rieżaminati kull tliet snin, billi tintuża l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1a, 1b u 1c, u għandhom ikomplu jitnaqqsu, meta xieraq, skont l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli u l-possibilitajiet tekniċi eżistenti u futuri f'dak li għandu x'jaqsam mal-evitar ta' qabdiet bħal dawn.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-punt sa fejn ikunu nkisbu dawn il-miri għandu jiġi eżaminat bħala parti mill-proċess ta' rappurtar stipulat fl-Artikolu 34.

2.  L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq fil-kuntest tal-proċess ta' rappurtar stipulat fl-Artikolu 34.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "Il-Baħar tat-Tramuntana" tfisser id-diviżjonijiet IIa, IIIa u IV tal-ICES34;

(a)  "Il-Baħar tat-Tramuntana" tfisser ilmijiet tal-Unjoni fid-diviżjonijiet IIa, IIIa u IV tal-ICES34;

__________________

__________________

34  Id-diviżjonijiet ICES (Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) huma kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70.

34  Id-diviżjonijiet ICES (Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) huma kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "L-ilmijiet tal-Majjistral" tfisser is-sottożoni V tal-ICES (esklużi Va u l-ilmijiet mhux tal-Unjoni ta' Vb), VI u VII;

(c)  "L-ilmijiet tal-Majjistral" tfisser l-ilmijiet tal-Unjoni tas-sottożoni V, VI u VII tal-ICES;

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  "Ir-Reġjuni Ultraperiferiċi" tfisser l-ilmijiet madwar ir-reġjuni ultraperiferiċi kif imsemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 tat-Trattat imqassma fi tliet baċiri: Il-Punent tal-Atlantiku, il-Lvant tal-Atlantiku u l-Oċean Indjan;

(g)  "Ilmijiet tal-Unjoni Ewropea fl-Oċean Indjan u fil-Punent tal-Atlantiku" tfisser l-ilmijiet madwar il-Guadaloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Mayotte, Réunion, Saint Martin taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "mudell ta' sfruttament" tfisser kif il-pressjoni tas-sajd hija distribwita fil-profil tal-età ta' stokk partikolari;

(1)  "mudell ta' sfruttament" tfisser kif il-mortalità mis-sajd hi distribwita fil-profil tal-età u d-daqs ta' stokk partikolari;

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "selettività" tfisser espressjoni kwantitattiva rappreżentata bħala probabbiltà tal-qbid ta' ċertu daqs ta' ħut b'ċertu daqs tal-malja (jew sunnara);

(2)  "selettività" tfisser il-probabbiltà ta' qbid ta' ċertu speċijiet jew daqs ta' ħut b'ċerti karatteristiċi ta' tagħmir;

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "sajd selettiv" tirreferi għal meta metodu tas-sajd, tul l-attività tas-sajd, jimmira u jaqbad ħut jew frott tal-baħar bil-qoxra skont id-daqs u t-tip ta' speċi, u fl-istess ħin ma jaqbadx l-ispeċi li mhumiex fil-mira jew inkella jerġà jeħlishom bla ma jiġrilhom xejn;

imħassar

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "sajd dirett" tfisser sajd għal speċi definita jew taħlita ta' speċijiet fejn il-qabda totali ta' dik l-ispeċi tkun aktar minn 50% tal-valur ekonomiku tal-qabda;

(4)  "sajd dirett" tfisser l-isforz ta' sajd maħsub għal speċi speċifika jew grupp ta' speċijiet fejn il-kompożizzjoni eżatta tvarja bejn sajd u ieħor, u r-regoli speċifiċi li jirregolaw speċifikazzjonijiet tekniċi minimi ta' daqsijiet tal-malji u rkaptu selettiv skont is-sajd huma stabbiliti fuq livell reġjonali;

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  "stat ta' konservazzjoni ta' speċi" tfisser l-istat ta' konservazzjoni ta' speċi kif definit fil-punt (i) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE;

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  "stat ta' konservazzjoni ta' ħabitat" tfisser l-istatus ta' konservazzjoni ta' ħabitat naturali kif definit fil-punt (e) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE;

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  "speċi sensittiva" tfisser speċi li l-istatus ta' konservazzjoni tagħha, inkluż il-ħabitat, id-distribuzzjoni, id-daqs tal-popolazzjoni u l-kundizzjoni tal-popolazzjoni tagħha, huwa affettwat b'mod negattiv minn pressjonijiet ġejjin minn attivitajiet tal-bniedem, inkluż l-attivitajiet tas-sajd. Speċijiet sensittivi jinkludu speċijiet msemmija fl-Annessi II u IV tad-Direttiva 92/43/KEE, speċijiet koperti mid-Direttiva 2009/147/KE u speċijiet li l-protezzjoni tagħhom hija meħtieġa sabiex jiksbu status ambjentali tajjeb skont id-Direttiva 2008/56/KE;

(7)  "speċi sensittiva" tfisser speċi li l-istatus ta' konservazzjoni tagħha, inkluż il-ħabitat, id-distribuzzjoni, id-daqs tal-popolazzjoni jew il-kundizzjoni tal-popolazzjoni tagħha, huwa affettwat b'mod negattiv minn pressjonijiet ġejjin minn attivitajiet tal-bniedem, inkluż l-attivitajiet tas-sajd. Speċijiet sensittivi jinkludu speċijiet msemmija fl-Annessi II u IV tad-Direttiva 92/43/KEE, speċijiet koperti mid-Direttiva 2009/147/KE u speċijiet li l-protezzjoni tagħhom hija meħtieġa sabiex jiksbu status ambjentali tajjeb skont id-Direttiva 2008/56/KE;

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  "speċijiet pelaġiċi żgħar" tirreferi għall-kavalli, l-aringi, is-sawrell, l-inċova, is-sardin, l-istokkafixx, l-arġentina, il-laċċi koħol, l-imniefaħ;

(8)  "speċijiet pelaġiċi żgħar" tfisser inter alia l-kavalli, l-aringi, is-sawrell, l-inċova, is-sardin, l-istokkafixx, l-arġentina, il-laċċi koħol, l-imniefaħ, il-vopa, Sardinella aurita and Sardinella maderensis;

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  "sajd tradizzjonali (suusistenza) bi rkaptu tas-sajd passiv" tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw riżorsi akkwatiċi ħajjin tal-baħar fuq skala limitata fil-livell lokali, esklussivament għal ħtiġijiet personali u bl-użu biss ta' rkaptu u tekniki tas-sajd tradizzjonali;

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "Kunsilli Konsultattivi" tfisser gruppi ta' partijiet ikkonċernati stabbiliti fil-qafas tal-PKS sabiex jippromwovu r-rappreżentazzjoni bilanċjata tal-partijiet ikkonċernati kollha u sabiex jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-PKS;

(10)  "Kunsilli Konsultattivi" tfisser gruppi ta' partijiet ikkonċernati stabbiliti skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, li jwettqu l-attività tagħhom skont l-Artikoli 44 u 45 u l-Anness III għal dan ir-Regolament;

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  "xibka tat-tkarkir" tfisser irkaptu rmunkat b'mod attiv minn bastiment tas-sajd wieħed jew aktar u jikkonsisti f'korp għamla ta' kon jew piramida (bħal korp tat-tkarkir) magħluq fil-parti ta' wara minn manka; "irkaptu rmunkat" tirreferi għax-xbieki tat-tkarkir, it-tartaruni Daniżi u rkapti simili b'korp għamla ta' kon jew piramida magħluq fil-parti ta' wara minn borża (manka) jew li fih par ġwienaħ twal, korp u borża (manka) u li jitmexxew b'mod attiv fl-ilma;

(11)  "xibka tat-tkarkir" tfisser irkaptu li jikkonsisti f'xibka li huwa rmunkat b'mod attiv minn bastiment wieħed jew aktar tas-sajd u magħluq fuq wara minn borża (manka);

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  "irkaptu rmunkat" tfisser kwalunkwe gangmi, xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u xbieki simili li jinġibdu b'mod attiv fl-ilma minn bastiment wieħed jew aktar jew minn kwalunkwe sistema mekkanika oħra;

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  "xibka tat-tkarkir tal-qiegħ" tfisser irkaptu tat-tkarkir magħmul u armat sabiex jitħaddem f'qiegħ il-baħar jew kważi;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  "xibka tat-tkarkir bil-par tal-qiegħ" tfisser xibka tat-tkarkir tal-qiegħ irmunkata minn żewġ bastimenti fl-istess ħin, kull waħda tirmunka naħa tax-xibka tat-tkarkir. Il-fetħa orizzontali tax-xibka tat-tkarkir tinżamm bid-distanza bejn iż-żewġ bastimenti waqt li jirmunkaw l-irkaptu;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  "xibka tat-tkarkir bi travu" tfisser irkaptu b'xibka tat-tkarkir miftuħa orizzontalment b'tubu tal-azzar jew tal-injam, bi travu, u bi xbieki b'katini tal-art, twapet tal-ktajjen jew ktajjen għall-gambli rmunkati b'mod attiv fil-qiegħ;

(15)  "xibka tat-tkarkir bi travu" tfisser irkaptu b'xibka tat-tkarkir miftuħa orizzontalment permezz ta' travu, ġwienaħ jew strumenti simili oħrajn;

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  "tkarkir bl-impuls elettriku" tfisser teknika tas-sajd li tuża kamp elettriku biex taqbad il-ħut. L-irkaptu tat-tkarkir bl-impuls elettriku jikkonsisti f'numru ta' elettrodi, marbuta mal-irkaptu fid-direzzjoni tal-irmunkar, li jitfgħu impulsi elettriċi qosra;

(16)  "tkarkir bl-impuls elettriku" tfisser xibka tat-tkarkir li tuża kurrent b'impuls elettriku biex jinqabdu riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  "tartaruni tal-kosta" tfisser xbieki tat-tidwir u tartaruni rmunkati mixħutin minn dgħajsa u rmunkati mix-xatt jew minn dgħajsa rmiġġata jew ankrata mal-kosta;

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  "xbieki statiċi" tfisser kwalunkwe tip ta' għażel, xibka tat-tħabbil jew parit, ankrat ma' qiegħ il-baħar (għeżul jew pariti) jew imħolli jinġarr mal-kurrent (għeżul tat-tisqif) sabiex il-ħut jgħum fih u jitħabbel jew jeħel fix-xbieki;

(20)  "xbieki statiċi" tfisser kwalunkwe tip ta' għażel, xibka tat-tħabbil jew parit ankrat ma' qiegħ il-baħar (għeżul jew pariti) sabiex il-ħut jgħum fih u jitħabbel jew jeħel fix-xbieki;

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  "għażel" tfisser xibka magħmula minn żewġ ħitan jew aktar ta' xibka mdendlin flimkien b'mod parallel fuq il-kalament(i) tas-sufri, miżmuma f'wiċċ l-ilma jew f'ċerta distanza taħt wiċċ l-ilma permezz apparat li jżommha f'wiċċ l-ilma, li tinġarr mal-kurrent jew b'mod liberu jew minn dgħajsa li tkun imqabbda magħha. Din tista' tkun mgħammra b'apparat maħsub sabiex jistabbilizza x-xibka jew biex jillimita kemm tinġarr mill-kurrent, bħal pereżempju ankra tal-baħar jew ankraġġ fil-qiegħ imqabbad ma' tarf wieħed tax-xibka;

(21)  "għażel" tfisser xibka miżmuma f'wiċċ l-ilma jew f'ċerta distanza taħt wiċċ l-ilma permezz apparat li jżommha f'wiċċ l-ilma, li tinġarr mal-kurrent jew b'mod liberu jew minn dgħajsa li tkun imqabbda magħha. Din tista' tkun mgħammra b'apparat maħsub sabiex jistabbilizza x-xibka jew biex jillimita kemm tinġarr mill-kurrent;

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  "għażel tal-qiegħ" tfisser xibka magħmula minn biċċa xibka waħda u miżmuma wieqfa fl-ilma permezz ta' sufruni u piżijiet. Din taqbad riżorsi akkwatiċi ħajjin li jinqabdu fil-malji tagħha u hija fissa jew tista' tkun fissa ma' qiegħ il-baħar bi kwalunkwe mezz;

(22)  "għażel" tfisser xibka statika magħmula minn biċċa xibka waħda u miżmuma wieqfa fl-ilma permezz ta' sufruni u piżijiet;

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  "għażel tat-tħabbil tal-qiegħ" tfisser ħajt wieħed ta' xibka armat b'mod li x-xibka tiddendel fuq il-ħbula sabiex toħloq ammont akbar ta' tixbik maħlul mill-għażel. Ix-xbieki tat-tħabbil normalment ikollhom anqas affarijiet li jżommu fil-wiċċ fuq il-kalament tas-sufri u ma jkunux fl-għoli daqs l-għażel tal-qiegħ medju matul is-sajd, u jkunu mqabbdin, jew ikunu jistgħu jitqabbdu b'xi mezz ma' qiegħ il-baħar;

(23)  "għażel tat-tħabbil" tfisser xibka statika li tikkonsisti f'ħajt ta' xibka armat b'mod li x-xibka tiddendel fuq il-ħbula sabiex toħloq ammont akbar ta' tixbik maħlul mill-għażel.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  "parit tal-qiegħ" tfisser xibka magħmula minn żewġ saffi jew aktar ta' xbieki b'żewġ saffi fuq barra ta' daqs tal-malja kbir b'saff b'malja żgħira bejniethom u mqabbda, jew tista' titqabbad b'xi mezz ma' qiegħ il-baħar;

(24)  "parit" tfisser xibka statika magħmula minn żewġ saffi jew aktar ta' xbieki b'żewġ saffi fuq barra ta' daqs tal-malja kbir b'saff b'malja bejniethom;

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  "konz" tfisser irkaptu li jikkonsisti f'lett, kultant ta' tul konsiderevoli, mgħammar b'bosta snanar bil-lixka jew mingħajrha fuq fergħat f'intervalli regolari. Il-lett ikun ankrat orizzontalment jew qrib il-qiegħ, vertikalment, jew jitħalla jinġarr mal-kurrent fil-wiċċ;

(26)  "konz" tfisser irkaptu li jikkonsisti f'lett ta' tul varjabbli, li magħha jitqabbdu brazzoli bi snanar spazjati skont l-ispeċi fil-mira. Il-lett ikun ankrat orizzontalment jew qrib il-qiegħ, vertikalment, jew jitħalla jinġarr mal-kurrent fil-wiċċ;

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  "nases u kavetti" tfisser nases f'għamla ta' gaġeġ jew qfief magħmula minn materjali varji ddisinjati sabiex jaqbdu krustaċji jew ħut, jitqiegħdu fuq qiegħ il-baħar jew waħedhom jew f'ringieli, konnessi bi ħbula (ħbula tal-bagi) sa bagi fil-wiċċ li juru l-pożizzjoni tagħhom u li għandhom fetħa waħda jew punt ta' dħul wieħed jew aktar;

(27)  "nases u kavetti" tfisser nases f'għamla ta' gaġeġ jew qfief ddisinjati sabiex jaqbdu krustaċji, molluski jew ħut, jitqiegħdu fuq qiegħ il-baħar jew sospiżi fuqu, jew waħedhom jew f'ringieli, konnessi bi ħbula (ħbula tal-bagi) sa bagi fil-wiċċ li juru l-pożizzjoni tagħhom u li għandhom fetħa waħda jew punt ta' dħul wieħed jew aktar;

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  "xlief tal-idejn" tfisser teknika tas-sajd fejn jinżamm xlief tas-sajd wieħed bl-idejn. Rixa jew sunnara bil-lixka waħda jew aktar jintrabtu max-xlief;

(28)  "xlief tal-idejn" xlief tas-sajd wieħed, miżmum bl-idejn li miegħu jintrabtu rixa jew sunnara bil-lixka waħda jew aktar;

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  ''St.Andrew's cross'' huwa ħattaf li jagħmel użu minn azzjoni simili għal dik ta' mqass sabiex jaħsad pereżempju l-molluski bivalvi jew il-qroll aħmar minn qiegħ il-baħar;

(29)  ''St.Andrew's cross'' huwa ħattaf li jista' jagħmel użu minn azzjoni simili għal dik ta' mqass sabiex jaħsad pereżempju l-molluski bivalvi jew il-qroll aħmar minn qiegħ il-baħar;

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  "manka" tfisser l-aktar parti ta' wara tax-xibka tat-tkarkir, li tkun f'forma ta' ċilindru, jiġifieri bl-istess ċirkonferenza t-tul kollu, jew f'forma konika. Magħmula minn panel wieħed jew aktar (biċċiet ta' xbieki) tal-istess daqs tal-malja mwaħħlin flimkien tul il-ġnub tagħhom fl-assi tat-tkarkir minn ġonta fejn jista' jintrabat ħabel tal-ġenb. Għal finijiet regolatorji dan għandu jittieħed bħala l-aħħar 50 malju tax-xibka;

(30)  "manka" tfisser l-aktar parti ta' wara tax-xibka tat-tkarkir, li tkun f'forma ta' ċilindru, jiġifieri bl-istess ċirkonferenza t-tul kollu, jew f'forma konika. Magħmula minn panel wieħed jew aktar (biċċiet ta' xbieki) mwaħħlin flimkien tul il-ġnub tagħhom. Għal finijiet regolatorji dan għandu jittieħed bħala l-aħħar 50 malju tax-xibka;

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  "daqs tal-malja" tfisser id-daqs tal-malja ta' kwalunkwe manka ta' rkaptu rmunkat kif imkejla skont il-proċedura stipulata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/200840;

(31)  "daqs tal-malja" tfisser:

 

(a)   fi xbieki bl-għoqiedi: l-itwal distanza bejn żewġ għoqiedi opposti fl-istess majla meta tkun totalment estiża;

 

(b)   fi xbieki mingħajr għoqiedi: id-distanza bejn żewġ kantunieri opposti għall-itwal assi fl-istess malja meta tkun totalment estiża;

__________________

 

40  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/2008 tal-10 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 fir-rigward tad-determinazzjoni tad-daqs tal-malji u l-assessjar tal-ħxuna tal-ispag tax-xbieki tas-sajd (ĠU L 151, 11.6.2008, p.5).

 

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  "malja kwadra" tfisser il-forma tal-malja li toriġina mill-armar ta' xbieki b'devjazzjoni ta' 45° mid-direzzjoni N b'tali mod li l-vireg ikunu paralleli u f'90° mal-assi tax-xibka tat-tkarkir;

(32)  "malja kwadra" tfisser malja f'forma kwadrilaterali komposta minn żewġ gruppi ta' vireg paralleli bl-istess lonġitudni nominali, fejn grupp ikun parallel, filwaqt li l-ieħor ikun f'angolu ta' 90° mal-assi lonġitudinali tax-xibka;

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  "malja djamant" tfisser forma ta' rombojd normali tal-malji fix-xbieki;

(33)  "malja djamant" hija komposta minn erba' vireg tal-istess lonġitudni, fejn iż-żewġ dijagonali tal-malja jkunu perpendikolari u dijagonali waħda tkun parallela mal-assi lonġitudinali tax-xibka;

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  "xibka passatur" tfisser apparat imwaħħal maċ-ċirkonferenza sħiħa tax-xibka tat-tkarkir għall-gambli qrib it-travu, li jiġi għall-ponta fejn huwa mwaħħal mas-saff t'isfel tax-xibka tat-tkarkir tal-gambli. Toqba tal-ħruġ tinfetaħ fejn jiltaqgħu x-xibka passatur u l-manka, u tippermetti li speċijiet jew individwi kbar wisq biex jgħaddu mill-passatur jaħarbu, filwaqt li l-gambli jistgħu jgħaddu mill-passatur għal ġol-manka;

imħassar

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  "ħin tal-immersjoni" tfisser il-perjodu mill-mument meta x-xbieki jitniżżlu l-ewwel darba fl-ilma sal-mument meta x-xbieki jittellgħu kompletament abbord il-bastiment tas-sajd;

(38)  "ħin ta' immersjoni" tfisser il-perijodu mill-mument meta l-irkaptu jitniżżel l-ewwel darba fl-ilma sal-mument meta huwa jittella' kompletament abbord il-bastiment tas-sajd;

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  "sensuri ta' monitoraġġ tal-irkaptu" tfisser sensuri elettroniċi imbiegħda li jistgħu jitpoġġew fuq xbieki tat-tkarkir jew tartarun tal-borża sabiex jissorveljaw il-parametri ta' prestazzjoni ewlenin bħad-distanza bejn il-bibien tax-xbieki tat-tkarkir jew id-daqs tal-qabda;

(39)  "sensuri ta' monitoraġġ tal-irkaptu" tfisser sensuri elettroniċi mill-bogħod li jitqabbdu biex iwettqu monitoraġġ tal-parametri ewlenin bħad-distanza bejn id-diriġenti jew il-volum tal-qabda;

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 39a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(39a)  "peżata" tfisser linja ta' snanar bil-lixka b'piż żejjed biex tegħreq iktar, u b'hekk jitnaqqsu l-veloċità u l-ħin tal-esponiment għal għasafar tal-baħar;

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  "apparat akustiku deterrenti" tfisser apparat imbiegħed użat sabiex jgħarraf u javża speċijiet bħal mammiferi tal-baħar bil-preżenza ta' rkaptu billi jibgħat sinjali akustiċi;

(40)  "apparat akustiku deterrenti" tfisser apparat li jemetti sinjali akustiċi bil-għan li speċijiet bħal mammiferi tal-baħar jitbiegħdu mill-irkapti tas-sajd;

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  "selezzjoni kwalitattiva" tfisser il-prattika li jiġi skartat ħut bi prezz baxx li huwa soġġett għal limiti tal-qbid, anke jekk dan seta' jinħatt legalment, sabiex ikun immassimizzat il-valur ekonomiku jew monetarju totali tal-ħut li jinġab lura l-port.

(42)  "selezzjoni kwalitattiva" tfisser il-prattika li jiġi skartat ħut bi prezz baxx li huwa soġġett għal limiti tal-qbid, anke jekk dan kellu jinħatt legalment, sabiex ikun immassimizzat il-valur ekonomiku jew monetarju totali tal-ħut li jinġab lura l-port;

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 43a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(43a)  "impatti avversi sinifikanti" tfisser impatti avversi sinifikanti kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 734/2008;

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 45a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(45a)  "indikaturi ta' prestazzjoni" tfisser sett ta' parametri li għandhom l-għan li jivvalutaw l-effikaċja tal-miżuri tekniċi.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  kwalunkwe tip ta' projettili;

(g)  kwalunkwe tip ta' projettili, bl-eċċezzjoni ta' dawk użati għall-qtil tat-tonn fil-gaġġa jew maqbud fit-tunnara jew il-lanez miżmuma bl-idejn u ħarpuns użati fis-sajd rikreattiv tal-għadis mingħajr akkwalung u miż-żerniq sa nżul ix-xemx;

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-ebda parti minn irkaptu rmunkat ma għandha tinbena bil-daqs tal-malja iżgħar mid-daqs tal-malja tal-manka. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal tagħmir ta' xbieki li jintuża biex jitwaħħlu sensuri tal-monitoraġġ tal-irkaptu.

1.  L-ebda parti minn irkaptu rmunkat ma għandha tkun tal-malja iżgħar mid-daqs tal-malja tal-manka. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal tagħmir ta' xbieki li jintuża biex jitwaħħlu sensuri tal-monitoraġġ tal-irkaptu jew tagħmir selettiv sabiex tittejjeb is-selettività tad-daqs jew l-ispeċi.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għandu jkun ipprojbit li tinbena xi manka jew jitwaħħal xi apparat li jostakola jew inaqqas b'mod effettiv id-daqs tal-malja tal-manka jew xi parti tal-irkaptu rmunkat. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex teskludi l-użu ta' apparat speċifikat li jintuża biex inaqqas it-tkagħbir bl-użu, sabiex isaħħaħ jew jillimita l-ħarba ta' qabdiet fil-parti ta' quddiem tal-irkaptu rmunkat.

3.  Għandu jkun ipprojbit l-użu jew it-trasport abbord il-bastimenti tas-sajd ta' xi apparat li jostakola jew inaqqas b'mod effettiv id-daqs tal-malja tal-manka jew xi parti tal-irkaptu rmunkat. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex teskludi l-użu ta' apparat speċifikat li jintuża biex inaqqas it-tkagħbir bl-użu, sabiex isaħħaħ jew jillimita l-ħarba ta' qabdiet fil-parti ta' quddiem tal-irkaptu rmunkat, jew l-installazzjoni ta' tagħmir ta' kontroll tal-qabdiet.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Restrizzjonijiet ġenerali fuq l-użu tax-xbieki statiċi

Restrizzjonijiet ġenerali fuq l-użu tax-xbieki statiċi u għeżula tat-tisqif

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  Alonga (Thunnus alalunga),

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fejn il-mappa turi fond ikbar minn 600 metru, l-għeżula tal-qiegħ, ix-xbieki tat-tħabbil u l-parit ma jistgħu jintużaw fl-ebda pożizzjoni.

5.  Fejn il-mappa turi fond ikbar minn 200 metru, l-għeżula tal-qiegħ, ix-xbieki tat-tħabbil u l-parit ma jistgħu jintużaw fl-ebda pożizzjoni.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Minkejja l-paragrafu 5:

 

(a) derogi speċifiċi kif speċifikat fl-Anness V Parti C punt 6, l-Anness VI Parti C punti 6 u 9 u l-Anness VII Parti C punt 4 għandhom japplikaw fejn il-fond fuq il-mappa huwa bejn 200 u 600 metru;

 

(b) l-użu ta' għeżul tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti fi kwalunkwe pożizzjoni fejn il-fond indikat fuq il-mappa nawtika jkun ta' iktar minn 200 metru għandu jkun permess fiż-żona tas-sajd definita fl-Artikolu 5(e).

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-qbid, iż-żamma abbord, it-trasbord jew ħatt intenzjonat ta' speċijiet ta' ħut jew frott tal-baħar bil-qoxra msemmija fl-Anness IV ta' Direttiva 92/43/KEE għandu jkun ipprojbit ħlief meta tingħata deroga skont l-Artikolu 16 ta' dik id-Direttiva.

imħassar

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta jinqabdu inċidentalment, l-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 ma għandhiex issirilhom ħsara u għandhom jintefgħu lura l-baħar immedjatament.

3.  Meta jinqabdu aċċidentalment, l-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ma għandhiex issirilhom ħsara u għandhom jintefgħu lura l-baħar immedjatament.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-paragrafu 3 ma għandux japplika meta l-Istat Membru tal-bandiera jkollu programm uffiċjali li jindirizza l-ġbir u l-istudju xjentifiku ta' individwi tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn l-aħjar parir xjentifiku disponibbli juri li hemm bżonn emenda fil-lista fl-Anness I billi jiżdiedu speċijiet ġodda li jeħtieġu l-protezzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta emendi bħal dawn permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 32.

4.  Fejn l-aħjar parir xjentifiku disponibbli juri li hemm bżonn emenda fil-lista fl-Anness I billi jiżdiedu speċijiet ġodda li jeħtieġu l-protezzjoni, jew it-tħassir ta' speċijiet li ma jeħtiġux aktar li jibqgħu fuq il-lista, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta emendi bħal dawn permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 32.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Miżuri adottati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jimmiraw li jiksbu l-mira stipulata fl-Artikolu 4(1)(b).

5.  Miżuri adottati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu ppreċeduti minn evalwazzjoni tal-indikaturi ta' effikaċja stabibliti fl-Artikolu 4(1)(b).

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabdiet aċċessorji ta' mammiferi tal-baħar, għasafar tal-baħar u rettili tal-baħar

Qabdiet ta' mammiferi tal-baħar, għasafar tal-baħar u rettili tal-baħar

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta jinqabdu inċidentalment, l-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex issirilhom ħsara u għandhom jintefgħu l-baħar immedjatament.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

 

 

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Minkejja dak li hemm fil-paragrafi 1 u 2, iż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt ta' eżemplari ta' speċi tal-baħar imsemmija fil-paragrafu 1 li jkunu nqabdu inċidentalment, għandhom ikunu awtorizzati sakemm din l-attività tibqa' meħtieġa biex tiżgura assistenza fl-irkupru tal-annimali individwali u sakemm l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati jkunu ġew infurmati b'kollox minn qabel.

3.  Minkejja dak li hemm fil-paragrafi 1 u 2, iż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt ta' eżemplari ta' speċi tal-baħar imsemmija fil-paragrafu 1 li jkunu nqabdu inċidentalment, għandhom ikunu awtorizzati sakemm din l-attività tibqa' meħtieġa biex tiżgura assistenza fl-irkupru tal-annimali individwali. Iż-żamma abbord, it-trasbord jew ħatt l-art tal-eżemplari ta' speċijiet tal-baħar għandu jkun permess meta l-kampjun ikun mejjet u dment li jkun jista' jintuża għal skopijiet xjentifiċi. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati għandhom jiġu infurmati b'kollox bil-quddiem.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx meta l-Istat Membru tal-bandiera jkollu programm uffiċjali li jindirizza l-ġbir u l-istudju xjentifiku ta' individwi ta' għasafar, rettili jew mammiferi tal-baħar.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Miżuri adottati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jimmiraw li jiksbu l-mira stipulata fl-Artikolu 4(1)(b).

5.  Il-miżuri adottati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jimmiraw li jilħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament b'rabta mal-indikaturi tal-prestazzjoni stipulati fl-Artikolu 4(1)(b).

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu monitoraġġ tal-effikaċja tal-miżuri adottati taħt dan l-Artikolu dwar it-tnaqqis ta' qabdiet inċidentali u jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-progress sa... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull tliet snin wara dan.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għandu jkun ipprojbit li jintuża l-irkaptu speċifikat fl-Anness II fiż-żoni rilevanti stipulati f'dak l-Anness.

1.  Għandu jkun ipprojbit li jintuża l-irkaptu speċifikat fl-Anness II fiż-żoni rilevanti stipulati f'dak l-Anness. Għandha titwettaq evalwazzjoni xierqa mill-Istati Membri meta jintużaw l-irkapti tas-sajd f'żoni speċjali ta' konservazzjoni skont id-Direttiva 92/43/KEE u żoni ta' protezzjoni speċjali skont id-Direttiva 2009/147/KE.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Id-disturb deliberat, deterjorament jew qerda ta' ħabitats sensittivi u tas-siti ta' tgħammir jew tal-postijiet ta' mistrieħ tal-ispeċijiet sensittivi għandhom ikunu pprojbiti.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jirrakkomanda emenda tal-lista ta' żoni fl-Anness II, inkluża ż-żieda ta' żoni ġodda, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta dawn l-emendi permezz ta' atti delegati, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2) u 11(3) tar-Regolament (UE) 1380/2013. Meta tadotta emendi bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-mitigazzjoni ta' effetti negattivi kkaġunati mill-ispostament tal-attività tas-sajd għal żoni sensittivi oħrajn.

2.  Fejn l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jirrakkomanda emenda urġenti tal-lista ta' żoni fl-Anness II, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta dawn l-emendi permezz ta' atti delegati, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2) u 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Meta tippreżenta proposta b'emendi bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tehmeż mal-proposta ta' att delegat mappa sħiħa taż-żona vulnerabbli u għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-mitigazzjoni ta' effetti negattivi soċjali, ekonomiċi u ambjentali kkaġunati mill-ispostament tal-attività tas-sajd għal żoni sensittivi oħrajn.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn ħabitats bħal dawn jokkorru fl-ilmijiet taħt is-sovranità jew fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu s-setgħa jistabbilixxi żoni magħluqa jew miżuri ta' konservazzjoni oħrajn sabiex jipproteġi dawn il-ħabitats, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 1380/2013. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu kompatibbli mal-objettivi tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 1380/2013 u jkunu mill-anqas stretti daqs il-miżuri tal-liġi tal-Unjoni.

3.  Fejn iż-żoni msemmija fl-Anness II jokkorru fl-ilmijiet taħt is-sovranità jew fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu s-setgħa jistabbilixxi żoni magħluqa jew miżuri ta' konservazzjoni oħrajn sabiex jipproteġi dawn il-ħabitats, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 1380/2013. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu kompatibbli mal-objettivi tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u jkunu mill-anqas stretti daqs il-miżuri tal-liġi tal-Unjoni.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri sabiex jipproteġu żoni fejn l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 734/2008 iseħħu jew x'aktarx iseħħu f'ibħra taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni tagħhom u jagħlqu dawk iż-żoni biex inaqqsu l-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ sakemm l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli juru li dawn l-attivitajiet ma jkollhomx impatti negattivi sinifikanti fuq dawk l-ekosistemi. Dawn il-miżuri għandhom ikunu konsistenti mar-Riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari r-Riżoluzzjonijiet 61/105 u 64/72, u bħala minimu għandhom ikunu ekwivalenti f'termini ta' livell ta' protezzjoni għall-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar taħt ir-Regolament (KE) Nru 734/2008.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jiżguraw il-protezzjoni tal-ħut li għadu qed jikber ta' speċijiet tal-baħar skont l-Artikolu 15(11) u 15(12) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(a)  jiżguraw il-protezzjoni tal-ħut li għadu qed jikber ta' speċijiet tal-baħar biex il-biċċa l-kbira tal-ħut maqbud ikun laħaq l-età riproduttiva qabel ma jinqabad u skont l-Artikolu 15(11) u 15(12) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni għall-konsum tal-bniedem ta' speċijiet tal-baħar li jkunu għadhom qed jikbru skont il-punt (b) tal-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 15(11) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Prodotti tas-sajd importati maħsuba għal konsum tal-bniedem

 

Prodotti tas-sajd impurtati maħsuba għall-konsum mill-bniedem li ġew maqbuda barra l-ilmijiet tal-Unjoni fiż-żoni, subżoni u diviżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 għandhom iħarsu l-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni stipulati fl-Annessi għal dan ir-Regolament.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandu jkollhom miżuri stabbiliti sabiex jiffaċilitaw il-ħażna ta' jew isibu żbokk għal qabdiet taħt id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni miġjuba l-art skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament UE) Nru 1380/2013. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu appoġġ għall-investiment fil-bini u l-adattament ta' siti ta' ħatt u postijiet ta' kenn jew appoġġ għal investimenti li jżidu l-valur għal prodotti tas-sajd.

L-Istati Membri għandu jkollhom miżuri adegwati stabbiliti sabiex jiffaċilitaw il-ħażna ta' jew isibu żbokk għal qabdiet taħt id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni miġjuba l-art skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament UE) Nru 1380/2013. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu appoġġ għall-investiment fil-bini u l-adattament ta' siti ta' ħatt u postijiet ta' kenn kif ukoll appoġġ għal investimenti li jżidu l-valur għal prodotti tas-sajd.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-prattiki ta' selezzjoni kwalitattiva u tat-tħarrib għandhom jiġu pprojbiti.

1.  Il-prattika ta' selezzjoni kwalitattiva għandha tuġu pprojbita.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal qabdiet ta' speċi li huma eżentati mill-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal attivitajiet tas' sajd fil-Baħar Mediterran jew għal qabdiet ta' speċi li huma eżentati mill-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Speċijiet mhux soġġetti għal limiti tal-qbid.

Proġetti pilota biex jiġu evitati l-qabdiet mhux mixtieqa

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri jistgħu jwettqu proġetti pilota bil-għan li jesploraw metodi sabiex jevitaw, jimminimizzaw u jeliminaw qabdiet mhux mixtieqa tal-ispeċi mhux soġġetti għal limiti tal-qbid. Dawn il-proġetti pilota għandhom jikkundisraw tal-opinjonijiet tal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti u jkunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli.

1.  L-Istati Membri jistgħu jwettqu proġetti pilota bil-għan li jesploraw metodi sabiex jevitaw, jimminimizzaw u jeliminaw qabdiet mhux mixtieqa. Dawn il-proġetti pilota għandhom jikkundisraw tal-opinjonijiet tal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti u jkunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn ir-riżultati ta' dawn l-istudji pilota jew parir xjentifiku ieħor jindikaw li l-qabdiet mhux mixtieqa ta' speċi li mhumiex soġġetti għal limiti tal-qbid huma sinifikanti, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miżuri tekniċi li jnaqqsu dawn il-qabdiet mhux mixtieqa skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 1380/2013. Dawn il-miżuri tekniċi għandhom japplikaw biss għal bastimenti tas-sajd li għandhom il-bandiera ta' dak l-Istat Membru.

2.  Fejn ir-riżultati ta' dawn l-istudji pilota jew parir xjentifiku ieħor jindikaw li l-qabdiet mhux mixtieqa ta' speċi li mhumiex soġġetti għal limiti tal-qbid huma sinifikanti, l-Istati Membri għandom jistabbilixxu miżuri tekniċi li jevitaw jew inaqqsu kemm jista' jkun dawn il-qabdiet mhux mixtieqa skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  F'każijiet fejn Stati Membri oħra jixtiequ jistabbilixxu miżuri tekniċi simili, tista' tiġi ppreżentata rakkomandazzjoni konġunta f'konformità mal-Artikolu 18.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17a

 

Deroga mill-obbligu ta' ħatt l-art

 

1. B'deroga mill-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-bastimenti tas-sajd li jipparteċipaw volontarjament f'sistema ta' dokumentazzjoni sħiħa ta' qabdiet u rimi m'għandhomx ikunu meħtieġa jħottu l-art il-qabdiet mhux kummerċjabbli, dment li dawn ikunu rreġistrati u jingħaddu skont il-kwoti fejn applikabbli.

 

2. Sistemi ta' dokumentazzjoni sħiħa kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jagħmluha possibbli li tiġi rreġistrata d-data kollha dwar attivitajiet ta' sajd, inklużi l-qabdiet u l-iskartar tal-ħut.

 

3. Sistemi ta' dokumentazzjoni sħiħa kif imsemmi fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu stabbiliti minn Stat Membru bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni jew minn att tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 dwar:

 

(a) l-istabbiliment jew l-approvazzjoni ta' dawn is-sistemi ta' dokumentazzjoni sħiħa;

 

(b) id-data li għandha tiġi rreġistrata u l-ispeċifikazzjonijiet ta' dawk is-sistemi, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 17b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17b

 

Dokumentazzjoni

 

Skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu arranġamenti ta' monitoraġġ elettroniku sabiex il-qbid, l-iskartar u l-attivitajiet tas-sajd jiġu dokumentati.

Emenda    138

Proposta għal regolament

Kapitolu 2 – taqsima 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

TAQSIMA 5a

 

ADATTAMENT TA' BASTIMENTI TAS-SAJD

 

Artikolu 17c

 

L-adattament ta' tunnellaġġ

 

Fuq bastimenti tas-sajd ġodda u eżistenti, iż-żidiet fit-tunnellaġġ tal-bastiment maħsuba biex itejbu s-sigurtà abbord, il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-iġjene u l-kwalità tal-prodotti, kif ukoll iż-żidiet fit-tunnellaġġ ta' bastiment intiż għall-ħażna ta' qabdiet mhux mixtieqa soġġetti għal obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandhom ikunu awtorizzati, sakemm dawn ma jirriżultawx f'żieda fil-potenzjal ta' qbid tal-bastiment. Il-volumi korrispondenti m'għandhomx jittieħdu in kunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata l-kapaċità ta' sajd fid-dawl tal-limiti imposti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew l-iskemi ta' dħul/ħruġ imsemmija fl-Artikolu 23 ta' dak ir-Regolament.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prinċipji ta' gwida

Miżuri tekniċi reġjonali

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt g

(g)  fl-Anness XI għar-Reġjuni Ultraperiferiċi.

(g)  fl-Anness XI għall-Ilmijiet tal-Unjoni fl-Oċean Indjan u fl-Atlantiku tal-Punent.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Madankollu, id-dispożizzjonijiet dwar id-daqsijiet tal-malja stipulati fil-Parti B tal-Annessi V sa XI għandhom japplikaw biss sa fejn, sa... [18-Il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], ma jkun ġie adottat ebda att iddelegat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li jkopri l-istess suġġett għas-sajd ikkonċernat. F'każ li Parti B ta' Anness għal dan ir-Regolament issir applikabbli, il-Kummissjoni għandha, minkejja l-punt 4 tal-Artikolu 6(1), sal-istess data, tadotta att iddelegat f'konformità mal-Artikolu 32 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tipprovdi definizzjoni ta' "sajd dirett" għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Parti B f'żona tas-sajd rilevanti u għas-sajd ikkonċernat.

 

Sad-data ta' skadenza stabbilita fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, jew sad-data ta' adozzjoni tal-att ta' delega msemmi f'dak is-subparagrafu, skont liema jiġi l-ewwel, id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-malji fil-... [jum ta' qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament*] għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward taż-żoni ta' sajd ikkonċernati.

 

________________________

 

* Jekk dan l-approċċ jiġi aċċettat, l-Artikoli 35-41 għandhom jiġu adattati matul in-negozjati mal-Kunsill, wara li jkunu ġew identifikati l-miżuri li għandhom jibqgħu japplikaw sal-iskadenza indikata hawnhekk.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Fejn ikun xieraq sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd u biex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet ta' reġjun, miżuri tekniċi li jiddevjaw mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati fil-kuntest ta' pjan pluriennali msemmija fl-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 l-Istati Membri jistgħu jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti li jiddefinixxu miżuri tekniċi adegwati fil-livell reġjonali li jiddevjaw mill-miżuri stipulati fil-paragrafu 1.

2.  Meta ma jkunx hemm pjan pluriennali għas-sajd inkwistjoni jew fejn il-pjan pluriennali rilevanti ma jistabbilixxix miżuri tekniċi jew proċedura għall-adozzjoni ta' miżuri tekniċi bħal dawn, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi miżuri tekniċi adegwati fil-livell reġjonali li jiddevjaw mill-miżuri stipulati fil-paragrafu 1, b'mod partikolari billi jiġu stabbiliti qisien tal-malji għandhom jiġu applikati fil-livell reġjonali. Għall-fini tal-adozzjoni ta' tali atti delegati, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw rakkomandazzjoni konġunta skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 sa... [tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn ir-rakkomandazzjonijiet konġunti immedjatament wara l-preżentazzjoni tagħhom mill-Istati Membri, u għandha tippubblika kwalunkwe evalwazzjoni xjentifika mwettqa biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-miżuri adottati skont il-paragrafi 1a u 2 għandhom:

 

(a) jimmiraw li jiksbu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament;

 

(b) ikunu mmexxija mill-prinċipji ta' governanza tajba stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

 

(c) jipprovdu inċentivi lil bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu selettiv jew jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas, inkluż permezz tal-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd; u

 

(d) ikunu mill-inqas ekwivalenti għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jew, fil-każ ta’ regoli dwar id-daqsijiet tal-malji, il-miżuri applikabbli fi [il-jum ta' qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], inkwantu mudelli ta' sfruttament u l-livell ta' protezzjoni provduta għal speċijiet u ħabitats sensittivi.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-miżuri tekniċi rakkomandati skont il-paragrafu 2 għandhom tal-inqas ikunu ekwivalenti, inkwantu tal-mudelli ta' sfruttament u tal-livell ta' protezzjoni provduta għal speċijiet u ħabitats sensittivi, daqs dawk il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

3.  Skont l-Artikolu18(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Istati Membri għandhom jibbażaw ir-rakkomandazzjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fuq l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli. Dawn il-pariri xjentifiċi għandhom jieħdu kont tal-impatt ta' tali miżuri fuq l-ispeċijiet immirati u fuq speċijiet u ħabitats sensittivi, li juru l-benefiċċji għall-konservazzjoni tal-ekosistema marittima.

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Minkejja l-Artikolu 18(1) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-Kummissjoni tista' tadotta wkoll tali atti delegati fin-nuqqas ta' rakkomandazzjoni konġunta msemmija f'dawn il-paragrafi.

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19

imħassar

Miżuri reġjonali fil-pjanijiet multiannwali

 

1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tistabbilixxi miżuri tekniċi fil-livell reġjonali bil-għan li jinkisbu objettivi ta' pjanijiet multiannwali msemmija fl-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu stabbiliti permezz ta' atti delegati adottati skont l-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

 

2.  Miżuri stabbiliti skont il-paragrafu 1 jistgħu:

 

(a)  jemendaw jew jissupplimentaw il-miżuri stipulati fl-Annessi V sa XI;

 

(b)  jidderogaw mill-miżuri stipulati fl-Annessi V sa XI għal żona speċifika jew perjodu ta' żmien speċifiku, sakemm jista' jintwera li dawn il-miżuri ma għandhom l-ebda benefiċċju relatat mal-konservazzjoni f'dik iż-żona jew perjodu jew li l-miżuri alternattivi jiksbu l-istess objettivi.

 

3.  Pjan multiannwali jista' jiddefinixxi t-tip ta' miżuri tekniċi li jistgħu jiġu adottati skont il-paragrafi 1 u 2 għar-reġjun rilevanti.

 

4.  Il-miżuri adottati skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom

 

(a)  jimmiraw li jilħqu l-objettivi u l-miri stipulati fl-Artikoli 3 u 4 ta' dan ir-Regolament;

 

(b)  ikunu mmexxija mill-prinċipji ta' governanza tajba stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; u

 

(c)  jipprovdu inċentivi lil bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu selettiv jew jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas permezz tal-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd.

 

5.  Fejn l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti għall-istabbiliment ta' miżuri tekniċi kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jipprovdu evidenza xjentifika sabiex jappoġġjaw l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri.

 

6.  Il-Kummissjoni tista' titlob lill-STECF jivvaluta r-rakkomandazzjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 5.

 

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex jiddefinixxu rkaptu selettiv skont id-daqs u l-ispeċi, dawn għandhom jipprovdu evidenza li turi li dan l-irkaptu jissodisfa mill-anqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

1.  Meta l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18 sabiex jiddefinixxu rkaptu selettiv skont id-daqs u l-ispeċi, dawn għandhom jipprovdu evidenza li turi li dan l-irkaptu jissodisfa mill-anqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex jemendaw iż-żoni magħluqin jew ristretti mniżżla fil-Parti C tal-Annessi V sa VIII u X u Parti B tal-Anness XI jew jistabbilixxu żoni magħluqin jew ristretti ġodda, għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin fir-rigward ta' dawn iż-żoni magħluqin jew ristretti f'dawn ir-rakkomandazzjonijiet konġunti:

Meta l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18 sabiex jemendaw iż-żoni magħluqin jew ristretti mniżżla fil-Parti C tal-Annessi V sa VIII u X u Parti B tal-Anness XI jew jistabbilixxu żoni magħluqin jew ristretti ġodda, jew biex jeħilsu minnhom, għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin fir-rigward ta' dawn iż-żoni magħluqin jew ristretti f'dawn ir-rakkomandazzjonijiet konġunti:

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk l-Istati Membri ma jadottawx rakkomandazzjonijiet konġunti, il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 li jistabbilixxu żoni magħluqa jew ristretti fuq il-bażi tal-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli.

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta Stati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex jemendaw jew jistabbilixxu daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni mniżżla fil-Parti A tal-Annessi V sa X dawn għandhom jirrispettaw l-objettiv li tkun żgurata l-protezzjoni ta' speċijiet tal-baħar li għadhom qed jikbru.

1.  Meta Stati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18 sabiex jemendaw jew jistabbilixxu daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni mniżżla fil-Parti A tal-Annessi V sa X dawn għandhom jirrispettaw l-objettiv li tkun żgurata l-protezzjoni ta' speċijiet tal-baħar li għadhom qed jikbru. Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli u għandhom jieħdu kont tar-raġunijiet bijoloġiċi, b'mod partikolari d-daqs tal-maturità tal-ispeċijiet. Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti m'għandhomx jippreġudikaw il-kontroll u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet relatati mal-ħatt l-art u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd.

Emenda     152

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jressqu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex ikun hemm il-possibbiltà li jinħolqu żoni li jingħalqu f'ħin reali, flimkien ma' dispożizzjonijiet dwar meta ż-żona tinbidel, bil-għan li jiżguraw il-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet li għadhom qed jikbru jew riproduttivi ta' ħut jew frott tal-baħar bil-qoxra , l-Istati Membri għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:

Meta jressqu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18 sabiex ikun hemm il-possibbiltà li jinħolqu żoni li jingħalqu f'ħin reali, flimkien ma' dispożizzjonijiet dwar meta ż-żona tinbidel, bil-għan li jiżguraw il-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet li għadhom qed jikbru jew riproduttivi ta' ħut jew frott tal-baħar bil-qoxra jew speċijiet sensittivi, l-Istati Membri għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.   F'każ li l-bastimenti ta' Stat Membru wieħed biss ikunu milquta mill-għeluq f'ħin reali jew minn spostamenti, għandhom jiġu adottati miżuri li jnaqqsu l-impatt fuq il-bażi tal-aħjar data xjentifika disponibbli.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex jippermettu l-użu jew jestendu l-użu ta' rkaptu innovattiv inkluż it-tkarkir bl-impuls elettriku kif deskritt f'Parti E tal-Anness V fi ħdan baċir tal-baħar speċifiku, dawn għandhom jipprovdu valutazzjoni tal-impatti probabbli tal-użu ta' rkaptu bħal dan fuq l-ispeċijiet fil-mira u fuq speċijiet u ħabitats sensittivi.

1.  Meta l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18 sabiex jippermettu l-użu jew jestendu l-użu ta' rkaptu innovattiv inkluż it-tkarkir bl-impuls elettriku kif deskritt f'Parti E tal-Anness V fi ħdan baċir tal-baħar speċifiku, dawn għandhom jipprovdu valutazzjoni tal-impatti probabbli tal-użu ta' rkaptu bħal dan fuq l-ispeċijiet fil-mira u fuq speċijiet u ħabitats sensittivi.

 

Tali valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-użu tal-irkaptu innovattiv matul perjodu ta' prova li għandu jkun limitat għal mhux aktar minn 5 % tal-bastimenti li attwalment jinsabu f'dak il-mestier għal perjodu ta' mill-inqas erba' snin.

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-użu ta' rkaptu innovattiv ma għandux ikun permess fejn dawn il-valutazzjonijiet juru li l-użu tiegħu se jwassal għal impatti negattivi fuq ħabitats sensittivi u speċi mhux fil-mira.

3.  L-użu ta' rkaptu innovattiv għandu jkun permess biss fuq skala kummerċjali fejn l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 turi li meta mqabbel ma' tekniki u rkaptu tas-sajd regolat eżistenti, l-użu tiegħu mhux se jwassal għal impatti negattivi diretti jew kumulattivi fuq ħabitats tal-baħar, inklużi ħabitats sensittivi jew speċijiet mhux fil-mira.

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – inċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  tipprovdi informazzjoni dwar l-effettività ta' miżuri ta' mitigazzjoni eżistenti u arranġamenti ta' monitoraġġ;

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  jispeċifikaw miżuri sabiex jimminimizzaw l-impatti tal-irkaptu fuq il-ħabitats imsemmija fl-Artikolu 13 jew ħabitats sensittivi oħrajn barra minn siti tan-NATURA 2000;

-  jispeċifikaw miżuri sabiex jimminimizzaw l-impatti tal-irkaptu fuq il-ħabitats imsemmija fl-Artikolu 13;

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sajjieda kkonċernati direttament minn dawn il-miżuri jiġu kkonsultati kif xieraq.

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  derogi approvati skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jilħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 u b'mod partikolari dawk dwar il-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet li għadhom qed jikbru jew riproduttivi ta' ħut jewfrott tal-baħar bil-qoxra.

2.  Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jilħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 u b'mod partikolari dawk dwar il-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet li għadhom qed jikbru jew riproduttivi ta' ħut jewfrott tal-baħar bil-qoxra. Tal-inqas, dawn għandhom ikunu stretti daqs il-miżuri tekniċi applikabbli skont id-dritt tal-Unjoni.

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 26a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 26a

 

Proġetti pilota dwar dokumentazzjoni sħiħa tal-qabdiet u tal-iskartar

 

1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, li jissupplimentaw dan ir-Regolament permezz ta' definizzjoni ta' proġetti pilota li jiżviluppaw sistema ta' dokumentazzjoni sħiħa tal-qabdiet u l-qbid skartat abbażi ta' miri u objettivi li jistgħu jitkejlu, bil-għan ta' ġestjoni bbażata fuq ir-riżultati tas-sajd.

 

2. Il-proġetti pilota msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jidderogaw mill-miżuri stabbiliti fil-Parti B tal-Annessi V sa XI għal żona speċifika u għal perjodu massimu ta' sena, sakemm ikun jista' jintwera li tali proġetti pilota jimmiraw li jilħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 jikkonformaw mal-indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 u, b'mod partikolari, jimmiraw li jtejbu s-selettività tal-irkaptu tas-sajd jew il-prattika kkonċernata jew inkella jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent. Dak il-perjodu ta' sena jista' jiġi estiż b'sena oħra taħt l-istess kondizzjonijiet. Dan għandu jkun limitat għal mhux aktar minn 5 % tal-bastimenti f'dak il-mestier għal kull Stat Membru.

 

3. Fejn l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti għall-istabbiliment ta' proġetti pilota kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jipprovdu evidenza xjentifika sabiex jappoġġjaw l-adozzjoni tagħhom. L-STECF għandu jevalwa dawn ir-rakkomandazzjonijiet konġunti u jippubblika dik il-valutazzjoni. Fi żmien sitt xhur mill-konklużjoni tal-proġett, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati, inkluża evalwazzjoni dettaljata tat-tibdil fis-selettività u impatti ambjentali oħrajn.

 

4. L-STECF għandha tevalwa r-rapport imsemmi fil-paragrafu 3. Fejn l-STECF jikkonkludi li l-irkaptu l-ġdid jew prattika b'suċċess qed jilħqu l-għanijiet stipulati fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta f'konformità mat-Trattat biex tippermetti l-użu ġeneralizzat ta' dak it-tagħmir jew prattika. L-evalwazzjoni tal-STECF għandha ssir pubblika.

 

5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 li jissuplimentaw dan ir-Regolament billi jiddefinixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' sistema għal dokumentazzjoni sħiħa ta' qabdiet u rimi msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 28

imħassar

Il-Kummissjoni għas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC)

 

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 sabiex

 

(a)   tittrasponi f'liġi tal-Unjoni ċerti miżuri tekniċi li magħhom miftiehma mill-Kummissjoni għas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC), inklużi listi ta' ekosistemi tal-baħar vulnerabbli u miżuri tekniċi speċifiċi marbutin mal-industriji tas-sajd tal-linarda u r-redfish definiti fir-Rakkomandazzjonijiet tal-NEAFC 05:2013, 19:2014, 01:2015, 02:2015; u

 

(b)   tadotta miżuri tekniċi oħrajn li jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali ta' atti leġiżlattivi li jittrasponu rakkomandazzjonijiet tal-NEAFC.

 

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-miżuri tekniċi msemmija f'dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet tas-sajd magħmula biss għal għan ta' investigazzjonijiet xjentifiċi soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.  Il-miżuri tekniċi msemmija f'dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet tas-sajd magħmula fil-qafas ta' investigazzjonijiet xjentifiċi soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jinbiegħu għal skopijiet li mhumiex dak tal-konsum dirett tal-bniedem.

(b)  fil-każ ta' ħut taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni, jinbiegħu għal skopijiet li mhumiex dak tal-konsum dirett tal-bniedem.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ripopolament u trapjantar artifiċjali

Ripopolament u trapjantar dirett

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-miżuri tekniċi pprovduti f'dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet tas-sajd li jsiru biss bil-għan ta' ripopolament jew trapjantar artifiċjali ta' speċijiet tal-baħar, diment li dawn l-operazzjonijiet isiru bil-permess u taħt l-awtorità tal-Istat Membru jew Stati Membri li għandhom interess dirett b'rabta mal-ġestjoni.

1.  Il-miżuri tekniċi pprovduti f'dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet tas-sajd li jsiru biss bil-għan ta' ripopolament jew trapjantar diretti ta' speċijiet tal-baħar, diment li dawn l-operazzjonijiet isiru bil-permess u taħt l-awtorità tal-Istat Membru jew Stati Membri li għandhom interess dirett b'rabta mal-ġestjoni.

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta r-ripopolament jew trapjantar artifiċjali jsir fl-ilmijiet ta' Stat Membru jew Stati Membri oħrajn, il-Kummissjoni u dawn l-Istati Membri kollha għandhom ikunu informati mill-anqas xahar qabel bl-intenzjoni li jitwettqu attivitajiet tas-sajd bħal dawn.

2.  Meta r-ripopolament jew trapjantar diretti jsir fl-ilmijiet ta' Stat Membru jew Stati Membri oħrajn, il-Kummissjoni u dawn l-Istati Membri kollha għandhom ikunu informati mill-anqas xahar qabel bl-intenzjoni li jitwettqu attivitajiet tas-sajd bħal dawn.

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn il-parir xjentifiku disponibbli jindika li hija meħtieġa azzjoni immedjata sabiex jiġu protetti xi speċijiet tal-baħar, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 sabiex ittaffi theddid bħal dan. Dawn l-atti jistgħu jikkonċernaw, b'mod partikolari, restrizzjoniijiet fuq l-użu ta' rkaptu jew fuq attivitajiet tas-sajd f'ċerti żoni jew matul ċerti perjodi.

1.  Fejn il-parir xjentifiku disponibbli jindika li hija meħtieġa azzjoni immedjata sabiex jiġu protetti xi speċijiet tal-baħar jew ħabitats tal-baħar, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 sabiex ittaffi theddid bħal dan. Dawn l-atti jistgħu jikkonċernaw, b'mod partikolari, restrizzjoniijiet fuq l-użu ta' rkaptu jew fuq attivitajiet tas-sajd f'ċerti żoni jew matul ċerti perjodi, jew kwalunkwe miżura oħra ta' konservazzjoni meħtieġa.

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Atti delegati msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet snin mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6 tal-Artikolu 32.

3.  Atti delegati msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal perjodu ta' mhux aktar minn sentejn mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6 tal-Artikolu 32.

Emenda    170

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-aħħar tal-2020 u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, u abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn Stati Membri u l-Kunsilli Konsultattivi rilevanti u wara evalwazzjoni mill-STECF, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jivvaluta kemm il-miżuri tekniċi, fil-livell reġjonali kif ukoll fil-livell ta' Unjoni, ikkontribwew biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 u biex jintlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 4.

1.  Sa ... [Tliet snin wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, u abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn Stati Membri u l-Kunsilli Konsultattivi rilevanti u wara evalwazzjoni mill-STECF, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jivvaluta kemm il-miżuri tekniċi, fil-livell reġjonali kif ukoll fil-livell ta' Unjoni, ikkontribwew biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 abbażi tal-indikaturi tal-prestazzjoni stipulati fl-Artikolu 4.

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Abbażi ta' dak ir-rapport, meta fil-livell reġjonali jkun hemm evidenza li ma ntlaħqux l-objettivi u l-miri, fi żmien sitt xhur wara li jintbagħat ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri f'dak ir-reġjun għandhom jibagħtu pjan li jistipula l-azzjonijiet korrettivi li sejrin jittieħdu sabiex ikun żgurat li dawk l-objettivi u miri jistgħu jintlaħqu.

2.  Abbażi ta' dak ir-rapport, meta fil-livell reġjonali jkun hemm evidenza li ma ntlaħqux l-objettivi u l-miri ma jkunux intlaħqu jew livelli speċifiċi ta' qabdiet taħt il-qisien minimi għall-konservazzjoni għas-sajd prinċipali kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) jkunu nqabżu, fi żmien tnax-il xahar wara l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri f'dak ir-reġjun għandhom jibagħtu pjan li jistipula l-azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu sabiex ikun żgurat li l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 jintlaħqu u li l-qabdiet ta' speċijiet tal-baħar iżgħar mill-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni jistgħu jitnaqqsu għal-livelli msemmija fil-punt (a) ta' l-Artikolu 4(1).

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri fl-istabbiliment ta' pjan nazzjonali ta' azzjoni sabiex jindirizzaw id-diffikultajiet identifikati fl-implimentazzjoni ta' miżuri tekniċi ġodda sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimentaw dak il-pjan ta' azzjoni.

Emenda    173

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Fejn ir-rapport juri li Stat Membru jkun naqas milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu rigward il-kontroll u l-ġbir tad-data, il-Kummissjoni tista' tinterrompi jew tissospendi l-finanzjament tal-FEMS għal dak l-Istat Membru, skont l-Artikoli 100 u 101 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

Emenda    174

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jitħassru l-Artikoli 3, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 15, 16 u 25;

(a)  jitħassru l-Artikoli 3, 8, 9, 10, 11, u 12, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3) u l-Artikoli 14, 15, 16 u 25;

Emenda    175

Proposta għal regolament

Artikolu 36

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 36

imħassar

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1098/2007

 

Fir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 jitħassru l-Artikoli 8 u 9.

 

Emenda    176

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 54c – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-bastiment ma jġorrx jew ma jużax abbord fl-istess ħin irkaptu rmunkat b'daqs tal-malja ta' inqas minn 80 mm jew tartarun tal-borża waħda jew aktar jew irkaptu simili; jew

(a)  il-bastiment ma jġorrx jew ma jużax abbord fl-istess ħin irkaptu rmunkat b'daqs tal-malja ta' inqas minn 70 mm jew tartarun tal-borża waħda jew aktar jew irkaptu simili; jew

Emenda    177

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 54c – paragrafu 2 – punt b – inċiż 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-ħut iggradat huwa ffriżat immedjatament wara li jiġi ggradat u l-ebda ħut iggradat ma jintefa' lura l-baħar; u

il-ħut iggradat huwa ffriżat wara li jiġi ggradat u l-ebda ħut iggradat ma jintefa' lura l-baħar; u

Emenda    178

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 54c – paragrafu 2 – punt b – inċiż 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

t-tagħmir ikun installat u jinżamm fuq il-bastiment b'tali mod li jiżgura l-iffriżar immedjat tal-ħut u ma jippermettix it-tfigħ lura fil-baħar tal-ispeċijiet tal-baħar.

t-tagħmir ikun installat u jinżamm fuq il-bastiment b'tali mod li jiżgura l-iffriżar tal-ħut u ma jippermettix it-tfigħ lura fil-baħar tal-ispeċijiet tal-baħar.

Emenda    179

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 54c – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.   L-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera għandu jiċċertifika l-pjanijiet tal-bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża sabiex tiggarantixxi l-konformità tagħhom mar-regoli applikabbli.

Emenda    180

Proposta għal regolament

Artikolu 38

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 38

imħassar

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1343/2011

 

L-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 1343/2011 huwa emendat kif ġej:

 

(1)  jiżdied il-punt li ġej:

 

‘(h)  miżuri tekniċi fl-Artikoli 4, 10, 12, 15, 15a, 16, 16b, 16c, 16d, 16f, 16 g, 16h, 16i, 16j u 16k.; ’

 

(2)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 27, sabiex tittrasponi fil-liġi tal-Unjoni l-miżuri tekniċi l-oħra stabbiliti mill-GFCM li jsiru obbligatorji għall-Unjoni u biex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' atti leġiżlattivi li jittrasponu r-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM dwar il-miżuri tekniċi." ’

 

Emenda    181

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Regolamenti (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 jitħassru.

Ir-Regolamenti (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004, (KE) Nru 2187/2005 kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/20021a jitħassru.

 

____________________________

 

1a Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/2002 tad-19 ta' Marzu 2002 li jistabbilixxi miżuri tekniċi addizzjonali għall-irkupru tal-ħażniet ta' merluzz fis-subżoni ICES III, IV, V, VI u VII u t-taqsimiet ICES VIII a, b, d, e (ĠU L 77, 20.3.2002, p. 8).

Emenda    182

Proposta għal regolament

Anness I – punt na (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(na) houting (Coregonus oxyrinchus) fis-subżona ICES IVb (ilmijiet tal-Unjoni);

Emenda    183

Proposta għal regolament

Anness I – punt nb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(nb) storjun tal-Adrijatiku (Acipenser naccarii) u storjun komuni (Acipenser sturio) fl-ilmijiet tal-Unjoni;

Emenda    184

Proposta għal regolament

Anness I - punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o)  l-awwisti, femminili mimlija bil-bajd (Palinuridae spp.) u l-awwista Ewropea (Homarus gammarus) femminili mimlija bil-bajd, fl-ilmijiet tal-Unjoni kollha ħlief meta użati għal skopijiet ta' ripopolazzjoni, jew trapjantar diretti;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    185

Proposta għal regolament

Anness I - punt p

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p)  id-date shell (Lithophaga lithophaga) u l-folas komuni (Pholas dactylus) f'ilmijiet tal-Unjoni fil-Mediterran.

(p)  id-date shell (Lithophaga lithophaga), nakkra tal-ħarira (Pinna nobilis) u l-folas komuni (Pholas dactylus) f'ilmijiet tal-Unjoni fil-Mediterran;

Emenda    186

Proposta għal regolament

Anness I, punt pa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(pa) rizza tax-xewk twal (Centrostephanus longispinus).

Emenda    187

Proposta għal regolament

Anness IV – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Id-daqs ta' għaġuża għandu jitkejjel, kif muri fil-figura 5a, tul il-linja tan-nofs mit-tarf tal-qoxra bejn l-imnaqar sat-tarf ta' wara tal-qoxra, bejn iż-żewġt uċuħ, sat-tarf ta' wara tal-qoxra.

Emenda    188

Proposta għal regolament

Anness IV – punt 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.  Id-daqs ta' granċ jittiekel għandu jitkejjel kif muri fil-figura 5a, billi tittieħed il-wisa' massima tal-qoxra mkejla b'mod perpendikulari mal-linja tan-nofs ta' wara tal-qoxra.

Emenda    189

Proposta għal regolament

Anness IV – punt 5c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5c.  Emenda Id-daqs ta' bronja għandu jkun imkejjel kif muri fil-figura 5c, bħala t-tul tal-qoxra.

Emenda    190

Proposta għal regolament

Anness IV – punt 5d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5d.  Id-daqs tal-pixxispad għandu jitkejjel, kif muri fil-figura 5d, billi jittieħed it-tul mill-furketta tax-xewka tad-denba sat-tarf tax-xedaq t'isfel.

Emenda    191

Proposta għal regolament

Anness IV – Figura 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Figura 5a Għaġuża (Maia squinada)

 

 

Emenda    192

Proposta għal regolament

Anness IV – Figura 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Figura 5b Granċ jittiekel (Cancer pagarus)

 

 

Emenda    193

Proposta għal regolament

Anness IV – Figura 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Figura 5c Bronja (Buccinum spp)

 

 

Emenda    194

Proposta għal regolament

Anness IV – Figura 5d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Figura 5d Pixxispad (Xiphias gladius)

 

 

Emenda    195

Proposta għal regolament

Anness V – Parti A - tabella 1 – linja 14

Kavalli (scomber spp.)

20 ċm

Emenda

 

Kavalli (scomber spp.)

30 ċm1a

 

__________________

 

1a  Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ;

Emenda    196

Proposta għal regolament

Anness V – Parti A - tabella 1 – linja 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Aringa (Clupea harengus)

20 cm

Emenda

 

Aringa (Clupea harengus)

20 ċm1a

 

__________________

 

1a  Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ;

Emenda    197

Proposta għal regolament

Anness V – Parti A - tabella 1 – linja 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Sawrell (Trachurus spp.)

15 cm

Emenda

Sawrell (Trachurus spp.)

15 ċm 1a

 

__________________

 

1a  Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ;

Emenda    198

Proposta għal regolament

Anness V – Parti A - tabella 1 – linja 17

Inċova (Engraulis encrasicolus)

12 ċm jew 90 individwu kull kilo

Emenda

Inċova (Engraulis encrasicolus)

12 ċm jew 90 individwu kull kilo1a

 

__________________

 

1a  Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ;

Emenda    199

Proposta għal regolament

Anness V – Parti A - tabella 1 – linja 19

Sardin (Sardina pilchardus)

11 cm

Emenda

Sardin (Sardina pilchardus)

11 ċm1a

 

__________________

 

1a  Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ;

Emenda    200

Proposta għal regolament

Anness V – Parti A - tabella 1 – linja 20

Awwista (Homarus gammarus)

87 mm

Emenda

Awwista (Homarus gammarus)

87 mm (tul tal-karapaċa)

Emenda    201

Proposta għal regolament

Anness V – Parti A - tabella 1 – linja 34

Awwista tal-ilma ħelu (Palinurus spp.)

95 mm

Emenda

Awwista tal-ilma ħelu (Palinurus spp.)

95 mm (tul tal-karapaċa)

Emenda    202

Proposta għal regolament

Anness V – Parti A - tabella 2 – linja 13

L-iskampu (Nephrops norvegicus)

Tul totali 105 mm,

 

Tul tal-karapaċa 32 mm

Emenda

L-iskampu (Nephrops norvegicus)

Tul totali 105 mm,

 

Tul tal-karapaċa 32 mm

 

Dnub tal-Iskampu 59 mm

Emenda    203

Proposta għal regolament

Anness V – Parti A - tabella 2 – linja 14

Kavalli (scomber spp.)

20 cm

Emenda

Kavalli (scomber spp.)

20 ċm 1a

 

__________________

 

1aIl-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ.

Emenda    204

Proposta għal regolament

Anness V – Parti A - tabella 2 – linja 15

Aringa (Clupea harengus)

18 cm

Emenda

Aringa (Clupea harengus)

18 ċm1a

 

__________________

 

1aIl-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ.

Emenda    205

Proposta għal regolament

Anness V – Parti A - tabella 2 – linja 16

Sawrell (Trachurus spp.)

15 cm

Emenda

Sawrell (Trachurus spp.)

15 ċm1a

 

__________________

 

1aIl-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ.

Emenda    206

Proposta għal regolament

Anness V − Parti B − paragrafu 1 − tabella − linja 2b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

 

Emenda

Mill-anqas 90 mm

Skagerrak u Kattegat

Għandha titwaħħal pannella superjuri b'daqs tal-malja ta' mill-inqas 270 mm (malja djamant) jew 140 mm1a (malja kwadra).

 

 

__________________

 

 

1a Fis-subtaqsima Kattegat, se titwaħħal pannella ta' malja kwadra ta' 120 mm (fix-xbieki tat-tkarkir matul il-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru u fit-tartarun tal-borża fil-perjodu bejn l-1 ta' Awwissu u l-31 ta' Ottubru).

Emenda    207

Proposta għal regolament

Anness V − Parti B − paragrafu 1 − tabella − linja 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 80 mm

Diviżjoni IVb tal-ICES fin-Nofsinhar ta' 54°30'N u Diviżjoni IVc tal-ICES

Sajd dirett għal-lingwata bi xbieki tat-tkarkir bi travu jew tkarkir bl-impuls elettriku. Pannella b'daqs tal-malja ta' 180 mm imwaħħla fin-nofs ta' fuq tal-parti ta' quddiem tax-xibka.

Emenda

Mill-anqas 80 mm1a

Diviżjoni IVb tal-ICES u Diviżjoni IVc tal-ICES

Sajd dirett għal-lingwata (15 % tal-qbid) bi xbiek tat-tkarkir bit-travu, Pannella b'daqs tal-malja ta' 180 mm imwaħħla fin-nofs ta' fuq tal-parti ta' quddiem tax-xibka. shall be fitted.

 

 

Sajd dirett għall-merlangu, il-kavall u speċijiet mhux soġġetti għal limiti ta' qbid (ikkombinat 55 %). Għandha titqabbad pannella b'malji kwadri ta' mill-inqas 100 mm.

__________________

 

 

1a Il-bastimenti għandhom ikunu pprojbiti milli jużaw kwalunkwe xibka tat-tkarkir bi travu b'daqs tal-malja ta' bejn it-32 u d-99 mm fit-Tramuntana ta' linja magħquda bil-punti li ġejjin b'punt fil-kosta tal-Lvant tar-Renju Unit f'latitudni ta' 55oN, imbagħad fil-Lvant għal latitudni ta' 55o, lonġitudni ta' 5oE, imbagħad Tramuntana għal latitudni ta' 56oN u l-Lvant għal punt fil-kosta tal-Punent tad-Danimarka f'latitudni ta' 56oN. Huwa pprojbit li tintuża kwalunkwe xibka tat-tkarkir bi travu b'daqs tal-malja li jvarja minn 32 sa 119 mm fid-Diviżjoni IIa tal-ICES u dik il-parti tas-Subżona IV tal-ICES għat-Tramuntana ta' 56° 00′ N,

 

 

Emenda    208

Proposta għal regolament

Anness V − Parti B − paragrafu 1 − tabella − linja 4b (ġdida)

 

 

Emenda

Mill-anqas 40mm

Iż-żona kollha

Sajd dirett għall-klamar (85 % tal-qbid) (Lolignidae, Ommastrephidae)

Emenda    209

Proposta għal regolament

Anness V − Parti B − paragrafu 1 − tabella − linja 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-inqas 16mm

Iż-żona kollha

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar

 

 

Sajd dirett għall-merluzz tan-Norveġja. Għandha titqabbad gradilja li tissepara bi spazju massimu tal-vireg ta' 22 mm fis-sajd għall-merluzz tan-Norveġja.

 

 

Sajd dirett għall-Crangon crangon.Għandha titwaħħal gradilja li tissepara, xibka passatur jew tagħmir ta' selettività ekwivalenti.

Emenda

Mill-inqas 16mm

Iż-żona kollha

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar (80 % tal-qabdiet).

 

 

Sajd dirett għall-merluzz tan-Norveġja (50 % tal-qabdiet). Għandha titqabbad gradilja li tissepara bi spazju massimu tal-vireg ta' 35 mm fis-sajd għall-merluzz tan-Norveġja.

 

 

Sajd dirett għall-gamblu komuni u l-gamblu ta' Aesop (90 % tal-qabdiet). Għandha titwaħħal xibka selettiva jew gradilja li tissepara skont ir-regoli nazzjonali.

Emenda    210

Proposta għal regolament

Anness V – parti B – paragrafu 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għax-xbieki statiċi

2.  Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għax-xbieki statiċi u l-għażel tat-tisqif

Emenda    211

Proposta għal regolament

Annex V – parti B – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-daqsijiet tal-malja li ġejjin għax-xbieki statiċi għandhom japplikaw fil-Baħar tat-Tramuntana u fi Skagerrak/Kattegat.

Id-daqsijiet tal-malja li ġejjin għax-xbieki statiċi u għeżul tat-tisqif għandhom japplikaw fil-Baħar tat-Tramuntana u fi Skagerrak/Kattegat.

Emenda    212

Proposta għal regolament

Anness V – Parti C – paragrafu 1 – punt 1.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.1  Is-sajd għaċ-ċiċċirell bi kwalunkwe rkaptu rmunkat b'qies tal-malja anqas minn 80 mm jew kwalunkwe xibka statika b'daqs tal-malja tal-manka ta' anqas minn 100 mm għandu jkun ipprojbit ġoż-żona ġeografika li tmiss mal-kosta tal-Lvant tal-Ingilterra u l-Iskozja, u magħluqa billi jingħaqdu sekwenzjalment mal-linji rombu l-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:

1.1  Is-sajd għaċ-ċiċċirell bi kwalunkwe rkaptu rmunkat b'qies tal-malja anqas minn 32 mm għandu jkun ipprojbit ġoż-żona ġeografika li tmiss mal-kosta tal-Lvant tal-Ingilterra u l-Iskozja, u magħluqa billi jingħaqdu sekwenzjalment mal-linji rombu l-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:

Emenda    213

Proposta għal regolament

Anness V – parti C – paragrafu 2 – punt 2.2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  bastimenti li s-saħħa tal-magna tagħhom ma taqbiżx il-221kW li jużaw xbieki ta' tkarkir tal-qiegħ jew tartaruni Daniżi;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    214

Proposta għal regolament

Anness V – Parti C – paragrafu 2 – punt 2.2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  par bastimenti mqabbla li s-saħħa tal-magni flimkien ma taqbiżx il-221kW fi kwalunkwe ħin li jużaw par xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    215

Proposta għal regolament

Anness V – Parti C – paragrafu 2 – punt 2.2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  bastimenti li l-qawwa tal-magna tagħhom taqbeż il-221kW għandhom ikunu permessi jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew tartaruni Daniżi, u par bastimenti mqabbla li s-saħħa tal-magni flimkien taqbeż il-221kW għandhom ikunu permessi jużaw pair xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ sakemm dawn il-bastimenti ma jistadux direttament għall-barbun u l-lingwata u jirrispettaw ir-regoli tad-daqs tal-malja rilevanti li hemm fil-Parti B ta' dan l-Anness.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    216

Proposta għal regolament

Anness V – Parti C – paragrafu 6 – punt 6.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.2  Huwa pprojbit is-sajd dirett għall-klieb il-baħar tal-fond li huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2347/20021 f'żoni li l-profondità tagħhom indikata fil-mapep batimetriċi tkun inqas minn 600 metru. Meta jinqabdu inċidentalment klieb il-baħar tal-fond għandhom jinżammu abbord. Dawn il-qabdiet għandhom jinħattu l-art u jingħaddu kontra l-kwoti. Meta l-qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar tal-fond mill-bastimenti ta' kwalunkwe Stat Membru jaqbżu l-10 tunnellati, dawn il-bastimenti ma jistgħux igawdu aktar mid-derogi stipulati fil-punt 6.1.

6.2  Huwa pprojbit is-sajd dirett għall-klieb il-baħar tal-fond li huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 2016/2336 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 f'żoni li l-profondità tagħhom indikata fil-mapep batimetriċi tkun inqas minn 600 metru. Meta jinqabdu inċidentalment klieb il-baħar tal-fond li s-sajd tagħhom huwa espliċitament ipprojbit mid-dritt tal-Unjoni, dawn għandhom jerġgħu jintefgħu lura l-baħar kemm jista' jkun malajr. Il-qabdiet ta' speċijiet ta' klieb il-baħar tal-fond soġġetti għal limiti ta' qbid għandhom jinżammu abbord. Dawn il-qabdiet għandhom jinħattu l-art u jingħaddu kontra l-kwoti. F'każ li Stat Membru ma jkollux kwota suffiċjenti, il-Kummissjoni tista' tapplika l-Artikolu 105(5) tar-Regolament (UE) Nru 1224/2009. Meta l-qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar tal-fond mill-bastimenti ta' kwalunkwe Stat Membru jaqbżu l-10 tunnellati, dawn il-bastimenti ma jistgħux igawdu aktar mid-derogi stipulati fil-punt 6.1.

__________________

__________________

1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta' ħażniet tal-baħar fond (ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6).

1 Regolament (UE) 2016/2336 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 1).

Emenda    217

Proposta għal regolament

Anness V – Parti E – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2. Is-sajd bl-impulsi elettriċi għandu jkun permess biss meta:

 

- il-qawwa massima tal-elettriku f'kW għal kull xibka tat-tkarkir bit-travu ma tkunx aktar mit-tul f'metri tat-travu immultiplikat b'1.25;

 

- il-vultaġġ effettiv bejn l-elettrodi ma jkunx aktar minn 15V;

 

- il-bastiment ikun mgħammar b'sistema awtomatika ta' ġestjoni kompjuterizzata li tirreġistra l-qawwa massima użata għal kull travu u l-vultaġġ attwali bejn l-elettrodi għal mill-inqas l-aħħar 100 ġibda, u ma jkunx possibbli li persunal mhux awtorizzat jimmodifika din is-sistema awtomatika ta' ġestjoni kompjuterizzata;

 

- ktajjen għall-gambli quddiem iz-zappapied ma jintużawx.

Emenda    218

Proposta għal regolament

Anness VI – Parti A 2 tabella – linja 15

Aringa (Clupea harengus)

20 cm

Emenda

Aringa (Clupea harengus)

20 ċm1a

 

__________________

 

1a Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ;

Emenda    219

Proposta għal regolament

Anness VI – Parti A - tabella – linja 16

Sawrell (Trachurus spp.)

15 ċm3

 

__________________

 

3 Fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni V, VI fin-Nofsinhar ta' 56° N u VII tal-ICES, apparti diviżjonijiet VIId, e, f tal-ICES, għandu japplika daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni ta' 130 mm.

Emenda

Sawrell (Trachurus spp.)

15 ċm3, 3a

 

__________________

 

3 Fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni V, VI fin-Nofsinhar ta' 56° N u VII tal-ICES, apparti diviżjonijiet VIId, e, f tal-ICES, għandu japplika daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni ta' 130 mm.

 

3a Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ;

Emenda    220

Proposta għal regolament

Anness VI – Parti A - tabella – linja 17

Inċova (Engraulis encrasicolus)

12 ċm jew 90 individwu kull kilo

Emenda

Inċova (Engraulis encrasicolus)

12 ċm jew 90 individwu kull kilo1a

 

__________________

 

1a Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ;

Emenda    221

Proposta għal regolament

Anness VI − Parti B − paragrafu 1 − tabella − linja 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-inqas 120 mm

Iż-żona kollha

Xejn

Emenda

Mill-inqas 100 mm1a

Iż-żona kollha

Xejn

__________________

 

 

1a Għandu jiddaħħal gradwalment fuq perjodu ta' sentejn mid-data tal-adozzjoni. Għad-Diviżjonijiet VIId u VIIe tal-ICES għandu japplika daqs tal-malja ta' mill-inqas 100 mm.

 

 

Emenda    222

Proposta għal regolament

Anness VI − Parti B − paragrafu 1 − tabella − linja 6a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

 

Emenda

Anqas minn 16 mm

Iż-żona kollha

Sajd dirett għaċ-ċiċċirella (90 % tal-qbid).

Emenda    223

Proposta għal regolament

Anness VI – parti B – paragrafu 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għax-xbieki statiċi

2.  Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għax-xbieki statiċi u l-għażel tat-tisqif

Emenda    224

Proposta għal regolament

Annex VI – parti B – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-daqsijiet tal-malja għax-xbieki statiċi li ġejjin għandhom japplikaw fl-ilmijiet tal-Majjistral.

Id-daqsijiet tal-malja għax-xbieki statiċi u l-għażel tat-tisqif li ġejjin għandhom japplikaw fl-ilmijiet tal-Majjistral.

Emenda    225

Proposta għal regolament

Anness VI − Parti B − paragrafu 2 − tabella − linja 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 120 mm,1

Iż-żona kollha

Xejn

Emenda

Mill-anqas 120 mm1

Iż-żona kollha

Xejn

__________________

 

 

1 Għas-sajd dirett għall-petriċa (30 % tal-qbid) għandu jintuża daqs ta' malji ta' mill-anqas 220 mm. Jintuża daqs ta' malja ta' mill-inqas 110 mm fis-sajd dirett (50 % tal-qbid) għall-pollakku u l-merluzz fid-diviżjonijiet VIId u VIIe tal-ICES

 

 

Emenda    226

Proposta għal regolament

Anness VI – Parti B – tabella - linja 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 50mm

Iż-żona kollha

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar

Emenda

Mill-anqas 50mm

Iż-żona kollha

Sajd dirett għall-ispeċijiet pelaġiċi żgħar (80 % tal-qbid)

 

 

Sajd dirett għat-trilja (50 % tal-qbid)

Emenda    227

Proposta għal regolament

Anness VI – Parti C – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu, u mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru kull sena, għandu jkun ipprojbit li ssir kwalunkwe attività tas-sajd li tuża kwalunkwe rkaptu rmunkat tal-fond jew xbieki statiċi tal-fond fiż-żona magħluqa billi jingħaqdu sekwenzjalment mal-linji rombu l-koordinati li ġejjin, imkejla skont is-sistema ta' koordinati WGS84:

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu, u mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru kull sena, għandu jkun ipprojbit li ssir kwalunkwe attività tas-sajd li tuża kwalunkwe rkaptu rmunkat tal-fond jew xbieki statiċi tal-fond fiż-żona magħluqa billi jingħaqdu sekwenzjalment mal-linji rombu l-koordinati li ġejjin, imkejla skont is-sistema ta' koordinati WGS84:

Emenda    228

Proposta għal regolament

Anness VI – Parti C – paragrafu 3 – punt 3.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.2  B'deroga mill-punt 1, fiż-żona u l-perjodu ta' żmien imsemmijin hemmhekk l-użu ta' xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ għandu jkun permess sakemm dawn ix-xbieki jitqabbdu b'tagħmir ta' selettività li ġie vvalutat mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). Fejn qbid sekondarju tal-bakkaljaw maqbud mill-bastimenti ta' kwalunkwe Stat Membru li jopera fiż-żoni msemmijin fil-punt 3.1 jaqbżu l-10 tunnellati, dawn il-bastimenti ma jistgħux jistadu aktar f'dik iż-żona.

3.2  B'deroga mill-punt 1, fiż-żona u l-perjodu ta' żmien imsemmijin hemmhekk l-użu ta' xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ għandu jkun permess sakemm dawn ix-xbieki jitqabbdu b'tagħmir ta' selettività li ġie vvalutat mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

Emenda    229

Proposta għal regolament

Anness VI – Parti C – paragrafu 9 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-użu ta' xbieki statiċi fid-diviżjonijiet Vb, VIa, VII b, c, j, k tal-ICES

9.  L-użu ta' xbieki statiċi fid-diviżjonijiet Vb, VIa, VIb, VII b, c, h, j, k tal-ICES

Emenda    230

Proposta għal regolament

Anness VI – Parti C – paragrafu 9 – punt 9.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.2.  Huwa pprojbit is-sajd dirett għall-klieb il-baħar tal-fond li huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002 f'żoni li l-profondità tagħhom indikata fil-mapep batimetriċi tkun inqas minn 600 metru. Meta jinqabdu inċidentalment klieb il-baħar tal-fond għandhom jinżammu abbord. Dawn il-qabdiet għandhom jinħattu l-art u jingħaddu kontra l-kwoti. Meta l-qabdiet aċċessorji ta' klieb il-baħar tal-fond mill-bastimenti ta' kwalunkwe Stat Membru jaqbżu l-10 tunnellati, dawn il-bastimenti ma jistgħux igawdu aktar mid-derogi kif deskritti fil-punt 9.1.

9.2.  Huwa pprojbit is-sajd dirett għall-klieb il-baħar tal-fond li huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 2016/2336 f'żoni li l-profondità tagħhom indikata fil-mapep batimetriċi tkun inqas minn 600 metru. Meta jinqabdu inċidentalment klieb il-baħar tal-fond li s-sajd tagħhom huwa espliċitament ipprojbit mid-dritt tal-Unjoni, dawn għandhom jerġgħu jintefgħu lura l-baħar kemm jista' jkun malajr. Il-qabdiet ta' speċijiet ta' klieb il-baħar tal-fond soġġetti għal limiti ta' qbid għandhom jinżammu abbord. Dawn il-qabdiet għandhom jinħattu l-art u jingħaddu kontra l-kwoti. F'każ li Stat Membru ma jkollux kwota suffiċjenti, il-Kummissjoni tista' tapplika l-Artikolu 105(5) tar-Regolament (UE) Nru 1224/2009. Meta l-qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar tal-fond mill-bastimenti ta' kwalunkwe Stat Membru jaqbżu l-10 tunnellati, dawn il-bastimenti ma jistgħux igawdu aktar mid-derogi stipulati fil-punt 9.1.

Emenda    231

Proposta għal regolament

Anness VII – Parti A - tabella – linja 15

Aringa (Clupea harengus)

20 cm

Emenda

Aringa (Clupea harengus)

20 ċm1a

 

__________________

 

1a  Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ;

Emenda    232

Proposta għal regolament

Anness VII – Parti A - tabella – linja 18

Spnott (Dicentrarchus labrax)

42 cm

Emenda

Spnott (Dicentrarchus labrax)

36 ċm

Emenda    233

Proposta għal regolament

Anness VII – Parti A - tabella – linja 23

Imrewħa (Chlamys spp.)

40 mm

Emenda

Imrewħa (Chlamys spp., Mimachlamys spp.)

40 mm

Emenda    234

Proposta għal regolament

Anness VII – Parti A - tabella – linja 26

Gandoffli tal-għonq qasir (Venerupis philippinarum)

35 mm

Emenda

Gandoffli tal-għonq qasir (Ruditapes philippinarum)

35 mm

Emenda    235

Proposta għal regolament

Anness VII – Parti A - tabella – linja 34

Qarnit, tako (Octopus vulgaris)

750 gramma

Emenda

Qarnit (Octopus vulgaris)

1000 gramma

Emenda    236

Proposta għal regolament

Anness VII − Parti B − paragrafu 1 − tabella − linja 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 55 mm

Diviżjoni IXa tal-ICES fil-Lvant tal-lonġitudni 7°23' 48'W

Sajd dirett għal krustaċji

Emenda

Mill-anqas 55 mm

Diviżjoni IXa tal-ICES

Sajd dirett għal krustaċji (30 % tal-qbid)

Emenda    237

Proposta għal regolament

Anness VII − Parti B − paragrafu 1 − tabella − linja 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 16 mm

Iż-żona kollha

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar

Emenda

Mill-anqas 16mm

Iż-żona kollha

Sajd dirett għall-ispeċijiet pelaġiċi żgħar (90 % tal-qbid)

 

 

Sajd dirett għall-gambli (30 % tal-qbid) (Palaemon serratus, Crangron crangon), u għall-granċ (Polybius henslowi)

Emenda    238

Proposta għal regolament

Anness VII – parti B – paragrafu 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għax-xbieki statiċi

2.  Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għax-xbieki statiċi u l-għażel tat-tisqif

Emenda    239

Proposta għal regolament

Annex VII – parti B – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-daqsijiet tal-malja għax-xbieki statiċi li ġejjin għandhom japplikaw fl-ilmijiet tal-Lbiċ.

Id-daqsijiet tal-malja għax-xbieki statiċi u l-għażel tat-tisqif li ġejjin għandhom japplikaw fl-ilmijiet tal-Lbiċ.

Emenda    240

Proposta għal regolament

Anness VII − Parti B − paragrafu 2 − tabella − linja 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 100 mm

Iż-żona kollha

Xejn

Emenda

Mill-anqas 100 mm1a

Iż-żona kollha

Xejn

__________________

 

 

1aFis-sajd dirett għall-merluzz u l-lingwata (50 % tal-qbid) fid-diviżjonijiet VIIIc u IX tal-ICES id-daqs tal-malji għandu jkun mill-anqas 80 mm. Għas-sajd dirett għall-petriċa (30 % tal-qbid) għandu jintuża daqs ta' malji ta' mill-anqas 220 mm.

 

 

Emenda    241

Proposta għal regolament

Anness VIII − Parti B − paragrafu 2 − tabella − linja 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 50 mm

Iż-żona kollha

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar

Emenda

Mill-anqas 50 mm

Iż-żona kollha

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar (80 % tal-qbid)1a

 

 

__________________

 

 

1a. Għas-sardin jista' jintuża daqs ta' malji ta' anqas minn 40 mm.

Emenda    242

Proposta għal regolament

Anness VII – Parti C – paragrafu 4 – punt 4.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.2.  Sajd dirett għal klieb il-baħar tal-fond kif imniżżel fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002 f'żoni b'fond ta' anqas minn 600 metru għandu jkun ipprojbit. Meta jinqabdu inċidentalment klieb il-baħar tal-fond għandhom jinżammu abbord. Dawn il-qabdiet għandhom jinħattu l-art u jingħaddu kontra l-kwoti. Meta l-qabdiet aċċessorji ta' klieb il-baħar tal-fond mill-bastimenti ta' kwalunkwe Stat Membru jaqbżu l-10 tunnellati, dawn il-bastimenti ma jistgħux igawdu aktar mid-derogi kif deskritti fil-punt 1.

4.2.  Sajd dirett għal klieb il-baħar tal-fond kif imniżżel fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 2016/2336 f'żoni b'fond ta' anqas minn 600 metru għandu jkun ipprojbit. Meta jinqabdu inċidentalment klieb il-baħar tal-fond li s-sajd tagħhom huwa espliċitament ipprojbit mid-dritt tal-Unjoni, dawn għandhom jerġgħu jintefgħu lura l-baħar kemm jista' jkun malajr. Il-qabdiet ta' speċijiet ta' klieb il-baħar tal-fond soġġetti għal limiti ta' qbid għandhom jinżammu abbord. Dawn il-qabdiet għandhom jinħattu l-art u jingħaddu kontra l-kwoti. F'każ li Stat Membru ma jkollux kwota suffiċjenti, il-Kummissjoni tista' tapplika l-Artikolu 105(5) tar-Regolament (UE) Nru 1224/2009. Meta l-qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar tal-fond mill-bastimenti ta' kwalunkwe Stat Membru jaqbżu l-10 tunnellati, dawn il-bastimenti ma jistgħux igawdu aktar mid-derogi stipulati fil-punt 1.

Emenda    243

Proposta għal regolament

Anness VII – Parti C – paragrafu 4 – punt 4.2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4.2a.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-STECF, li teskludi ċertu tip ta' sajd fiż-żoni tal-ICES VIII, IX u X mill-applikazzjoni tal-paragrafu 4.1 jekk jintwera permezz ta' informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri jew l-implimentazzjoni ta' ġestjoni speċifika bl-użu ta' reġjonalizzazzjoni, li jistgħu jinvolvu tnaqqis tal-bastimenti li joperaw fiż-żona, tnaqqis fix-xhur tas-sajd eċċ., jew ta' pjanijiet pluriennali, li dak is-sajd għandu livell baxx ħafna ta' qabdiet inċidentali jew ta' rimi ta' klieb il-baħar.

Emenda    244

Proposta għal regolament

Anness VIII − Parti B − paragrafu 1 − tabella − linja 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 105 mm

Iż-żona kollha

Għandha titqabbad tieqa tal-ħruġ Bacoma b'daqs tal-malja ta' mill-inqas 110 mm

Emenda

Mill-anqas 105 mm

Iż-żona kollha

Għandha titqabbad tieqa tal-ħruġ Bacoma b'daqs tal-malja ta' mill-inqas 120 mm 1a

 

 

__________________

 

 

1a. L-użu ta' tartaruni bit-travu mhuwiex awtorizzat.

Emenda    245

Proposta għal regolament

Anness VIII − Parti B − paragrafu 1 − tabella − linja 3b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

 

Emenda

Mill-anqas 32 mm

Subżoni 22-27

Sajd dirett lejn l-aringa, is-sawrell u l-istokkafixx (80 % tal-qbid).

Emenda    246

Proposta għal regolament

Anness VIII − Parti B − paragrafu 1 − tabella − linja 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 105 mm

Iż-żona kollha

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar

Emenda

Mill-anqas 16 mm

Subżoni 28-32

Sajd dirett għall-ispeċijiet pelaġiċi żgħar (80 % tal-qbid)

Emenda    247

Proposta għal regolament

Anness VIII − Parti B − paragrafu 2 − tabella − linja 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 157 mm

Iż-żona kollha

Sajd dirett għas-salamun

Emenda

imħassar

 

 

Emenda    248

Proposta għal regolament

Anness VIII − Parti B − paragrafu 2 − tabella − linja 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 110 mm

Iż-żona kollha

Sajd dirett għall-bakkaljaw u speċijiet ta' pixxiċatti

Emenda

Mill-anqas 110 mm

Iż-żona kollha

Xejn1a

 

 

__________________

 

 

1a. Għas-sajd dirett għas-salamun (30 % tal-qbid) għandu jintuża daqs ta' malja iżgħar minn 157 mm.

Emenda    249

Proposta għal regolament

Anness VIII − Parti B − paragrafu 2 − tabella − linja 4a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

 

Emenda

Anqas minn 90 mm

Iż-żona kollha

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar (80 % tal-qbid)

Emenda    250

Proposta għal regolament

Anness VIII − Parti B − paragrafu 2 − tabella − linja 4b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

 

Emenda

Mill-anqas 16 mm

Iż-żona kollha

Sajd dirett għall-ispeċijiet mhux soġġetti għal TAC (ħlief għall-barbun) (60 % tal-qbid)

Emenda    251

Proposta għal regolament

Anness IX − Parti B − paragrafu 1 − tabella − linja 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Manki b'malji kwadri ta' mill-inqas 40 mm

Iż-żona kollha

Manka b'malji maqrut ta' 50 mm tista' tintuża bħala alternattiva għall-manka b'malji kwadri ta' 44 mm fuq talba ġġustifikata tal-kaptan tal-bastiment

Emenda

Manki b'malji kwadri ta' mill-inqas 40 mm

Iż-żona kollha

Manka b'malji maqrut ta' 50 mm tista' tintuża bħala alternattiva għall-manka b'malji kwadri ta' 40 mm fuq talba ġġustifikata tal-kaptan tal-bastiment

Emenda    252

Proposta għal regolament

Anness IX – Parti B – paragrafu 1a (ġdid)

 

 

Emenda

1a.  Daqsijiet ta' referenza tal-malji għal tartaruni bil-borża

Daqsijiet tal-malja

Żoni ġeografiċi

Kundizzjonijiet

Mill-anqas 14 mm

Iż-żona kollha

Xejn

Emenda    253

Proposta għal regolament

Anness IX – Parti B – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-daqsijiet tal-malja għax-xbieki statiċi li ġejjin għandhom japplikaw fil-Mediterran.

Id-daqsijiet tal-malja għall-għażel tal-qiegħ li ġejjin għandhom japplikaw fil-Mediterran.

Emenda    254

Proposta għal regolament

Anness IX – Parti B – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-eċċezzjonijiet li jeżistu fid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1, 1a u 2 ta' din il-Parti mill-irkapti bil-borża affettwati minn pjan ta' ġestjoni li jirreferi għalih l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 u li huma adottati skont l-Artikolu 9 ta' dak ir-Regolament se jibqgħu fis-seħħ sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor permezz tal-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    255

Proposta għal regolament

Anness IX – Parti C – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jkun ipprojbit li jkun hemm abbord jew jiġu ssettjati aktar minn 250 nassa jew kavetta għal kull bastiment sabiex jinqabdu krustaċji tal-qiegħ (inklużi Plesionika spp., Pasiphaea spp. jew speċijiet simili).

Għandu jkun ipprojbit li jkun hemm abbord jew jiġu ssettjati aktar minn 250 nassa jew kavetta għal kull bastiment sabiex jinqabdu krustaċji tal-qiegħ tal-oċean.

Emenda    256

Proposta għal regolament

Anness IX – Parti C – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Flotot lokalizzati ħafna bl-użu ta' rkaptu artiġjanali għandhom ikunu awtorizzati jaqbdu krustaċji tal-qiegħ (inklużi Plesionika spp., Pasiphaea spp. jew speċijiet simili).

Emenda    257

Proposta għal regolament

Anness IX – Parti C – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Restrizzjonijiet ta' sajd bl-azzarini fis-sajd ta' taħt il-baħar

 

Huwa pprojbit is-sajd b'azzarini tas-sajd ta' taħt il-baħar permezz ta' għadis bl-akkwalung jew matul il-lejl miż-żerniq sa nżul ix-xemx.

Emenda    258

Proposta għal regolament

Anness X – parti B – paragrafu 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Daqsijiet tal-malja bażiċi għal irkaptu rmunkat

1.  Daqsijiet tal-malja ta' referenza għal irkaptu rmunkat għal stokkijiet demersali

Emenda    259

Proposta għal regolament

Anness X – Parti B – paragrafu 1 – tabella – linja 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-inqas 50 mm

Iż-żona kollha

Bħala alternattiva jistgħu jintużaw manki b'malji kwadri ta' 40 mm

Emenda

Mill-inqas 40 mm

Iż-żona kollha

Jistgħu jintużaw manki b'malji maqrut ta' 50 mm1a bħala alternattiva għall-manka b'malji kwadri ta' 40 mm fuq talba debitament ġustifikata ta' sid il-bastiment.

 

 

__________________

 

 

1a. Jista' jittella' abbord jew jinfetaħ tip wieħed biss ta' xibka (kemm jekk tkun ta' 40 mm ta' malji kwadri jew 50 mm ta' malji maqrut).

Emenda    260

Proposta għal regolament

Anness X – Parti B – paragrafu 2 – tabella – linja 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 400 mm

Iż-żona kollha

Sajd dirett għall-barbun imperjali

Emenda

Mill-anqas 400 mm

Iż-żona kollha

Sajd ta' barbun imperjali b'għeżula tat-tisqif tal-fond

Emenda    261

Proposta għal regolament

Anness X – Parti C

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Parti C

imħassar

Żoni magħluqin jew ristretti

 

Għeluq Staġunali għall-protezzjoni tal-barbun imperjali

 

Sajd dirett, trasbord, ħatt u l-ewwel bejgħ ta' barbun imperjali għandhom ikunu permessi mill-15 ta' April sal-15 ta' Ġunju kull sena fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar Iswed.

 

Emenda    262

Proposta għal regolament

Anness XI – Parti A – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Daqsijiet tal-malja bażiċi għal irkaptu rmunkat

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)   

Emenda    263

Proposta għal regolament

Anness XI – Parti A – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-daqsijiet tal-malja tal-manka li ġejjin għandhom japplikaw fir-Reġjuni Ultraperiferiċi.

Id-daqsijiet tal-malja tal-manka li ġejjin għandhom japplikaw fl-ilmijiet tal-Unjoni fl-Oċean Indjan u fl-Atlantiku tal-Punent

Emenda    264

Proposta għal regolament

Anness XI – Parti A - tabella – linja 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 45 mm

L-ibħra kollha barra mill-kosta tad-dipartiment Franċiż ta' Guyana li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' Franza.

Sajd dirett għall-gamblu (Penaeus subtilis, Penaeus brasiliensis, Xiphopenaeus kroyeri).

Emenda

Mill-anqas 45 mm

L-ibħra kollha barra mill-kosta tad-dipartiment Franċiż ta' Guyana li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' Franza.

Sajd dirett għall-gamblu (Penaeus subtilis, Penaeus brasiliensis, Xiphopenaeus kroyeri) (15 % tal-qbid)

Emenda    265

Proposta għal regolament

Anness XI – Parti A - tabella – linja 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 14 mm

Iż-żona kollha

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar bi xbieki tat-tidwir

Emenda

imħassar

 

 

Emenda    266

Proposta għal regolament

Anness XI – parti A – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Daqs tal-malja ta' referenza għax-xbieki bil-borża

 

Għandhom jiġu applikati d-daqsijiet tal-malja li ġejjin għax-xbieki bil-borża fl-ilmijiet tal-Unjoni fl-Oċean Indjan u fl-Atlantiku tal-Punent

Emenda    267

Proposta għal regolament

Anness XI – parti A – paragrafu 1a (ġdid) – tabella (ġdida)

 

 

Emenda

Daqs tal-malja

Żoni ġeografiċi

Kundizzjonijiet

Mill-anqas 14 mm

Iż-żona kollha

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar bi xbieki tat-tidwir

NOTA SPJEGATTIVA

1. Sfond tal-proposta tal-Kummissjoni

L-objettiv tal-miżuri tekniċi huwa li jillimitaw il-qbid mhux mixtieq, kemm ta' ħut li jkun għadu qed jikber kif ukoll ta' speċijiet differenti minn dawk fil-mira, u li jitnaqqsu l-impatti tas-sajd fuq l-ispeċijiet u l-ekosistemi vulnerabbli. Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, il-miżuri tekniċi jirregolaw x'jista' jiġi mistad, kif, biex, meta u fejn. Fi kliem ieħor, dawn jirregolaw id-diversi metodi ta' sajd, kif ukoll ir-restrizzjonijiet f'termini ta' spazju u ħin, l-ispeċijiet ipprojbiti jew il-miżuri għall-protezzjoni tal-ekosistemi vulnerabbli. Dawn jistabbilixxu regoli dwar id-disinn u karatteristiċi tekniċi oħrajn tal-irkapti tas-sajd u dwar l-użu tagħhom. Huma jinkludu wkoll dispożizzjonijiet dwar il-karatteristiċi tal-qbid kif ukoll id-daqsijiet minimi tal-ħut jew il-kompożizzjoni tal-qbid.

Il-miżuri tekniċi huma element bażilari tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). Maż-żmien, il-miżuri tekniċi akkumulaw b'mod mifrux f'aktar minn 30 regolament. Attwalment jikkostitwixxu sistema kkumplikata, eteroġenja u diżorganizzata ta' dispożizzjonijiet, li spiss huma neqsin mill-koerenza u saħansitra jaslu biex ikunu kontradittorji. Minħabba f'hekk huwa diffiċli biex jiġu applikati mis-sajjieda u dan ħoloq nuqqas ta' fiduċja fosthom. Minkejja l-ħtieġa ċara għal reviżjoni u simplifikazzjoni, iż-żewġ tentattivi preċedenti, fl-2002 u fl-2004, ma rnexxewx.

Ir-riforma tal-PKS tal-2013 daħħlet żewġ elementi li jimmodifikaw sostanzjalment il-kuntest fi fih jintużaw il-miżuri tekniċi. Minn naħa waħda, ir-reġjonalizzazzjoni għandha tqarreb it-teħid ta' deċiżjonijiet lejn il-livell lokali, billi tippermetti l-parteċipazzjoni diretta tal-partijiet ikkonċernati. Min-naħa l-oħra, l-obbligu ta' żbark huwa inċentiv sabiex is-sajjieda jevitaw qbid mhux mixtieq, li huwa wieħed mill-kompiti ewlenin tal-miżuri tekniċi.

2. Il-kontenut tal-proposta

Fil-11 ta' Marzu 2016 il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għar-riforma tal-miżuri tekniċi. L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li tissimplifika r-regoli fis-seħħ, ittejjeb il-kontribuzzjoni tal-miżuri tekniċi sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-PKS il-ġdida, u b'mod partikolari, li jinkiseb rendiment massimu sostenibbli u tinħoloq il-flessibbiltà meħtieġa sabiex il-miżuri tekniċi jiġu aġġustati għall-karatteristiċi partikolari tad-diversi tipi ta' sajd permezz ta' proċedura ta' teħid ta' deċiżjonijiet fuq bażi reġjonali.

Il-proposta hija bbażata fuq ġabra sħiħa ta' miżuri ta' applikazzjoni ġenerali għall-ibħra kollha u diversi ġabriet ta' miżuri ta' referenza għal kull waħda mis-seba' baċiri marittimi. Hija tistabbilixxi wkoll id-delegazzjoni tal-poteri għall-iżvilupp ta' miżuri reġjonali.

B'hekk, is-simplifikazzjoni, flimkien mar-reġjonalizzazzjoni, jikkostitwixxu l-qofol tal-proposta. Il-Kummissjoni għażlet it-triq li telimina massimu ta' regoli ta' referenza tal-qafas ġenerali, filwaqt li tagħti marġni wiesgħa lir-reġjonalizzazzjoni, li se jippermetti li r-regoli ta' referenza jiġu adattati għal kull tip ta' sajd. Min-naħa l-oħra, ir-reġjonalizzazzjoni hija ppreżentata bħala mezz għas-simplifikazzjoni tar-regolamentazzjoni. Barra minn hekk, wieħed jittama li r-reġjonalizzazzjoni ttejjeb l-effikaċja tal-miżuri tekniċi billi dawn jingħataw il-flessibbiltà meħtieġa.

3. Pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjoni l-approċċ ibbażat fuq ir-riżultati kif propost mill-Kummissjoni. Wieħed jittama li dan l-approċċ inaqqas l-użu tal-mikroġestjoni u jippromwovi involviment akbar tas-settur. L-isfida ta' dan id-dokument huwa li jiġu stabbiliti l-limiti bejn, minn naħa waħda, is-simplifikazzjoni u l-ħtieġa ta' regoli dettaljati f'każijiet partikolari, u min-naħa l-oħra, ir-reġjonalizzazzjoni u r-regoli li għandhom jinżammu taħt il-proċedura ta' kodeċiżjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

L-ewwel diffikultà hija li għalkemm l-istituzzjonijiet kif ukoll il-partijiet ikkonċernati jilqgħu b'mod ferm favorevoli s-simplifikazzjoni u r-reġjonalizzazzjoni, il-viżjonijiet rispettivi tagħhom dwar dawn il-kunċetti jvarjaw konsiderevolment. Pereżempju, il-Kummissjoni tipproponi simplifikazzjoni, billi tiġi stabbilita bażi komuni għall-baċiri kollha u billi jiġu eliminati għadd kbir ta' derogi eżistenti. Bħala konsegwenza, għadd konsiderevoli ta' tipi ta' sajd isiru illegali minn jum għall-ieħor. Dan huwa wieħed mil-limiti tas-simplifikazzjoni. Min-naħa l-oħra, f'xi fora hemm biża' li r-reġjonalizzazzjoni hija mezz biex tiġi nnazzjonalizzata l-adozzjoni ta' miżuri tekniċi. Madankollu, kemm it-Tattat ta' Lisbona kif ukoll il-Politika Komuni tas-Sajd jistabbilixxu limiti għal din il-konsegwenza possibbli.

Fir-rigward tal-objettivi u l-isfidi tal-miżuri tekniċi, ir-rapporteur ma jaqbilx mal-approċċ tal-Kummissjoni. Għalkemm huwa jappoġġa l-approċċ ibbażat fuq riżultati u jidhirlu li jenħtieġ li tiġi evalwata l-effikaċja tal-miżuri tekniċi, jikkunsidra li huwa preferibbli li t-terminu "sfidi" jiġi ssostitwit bit-terminu "indikaturi tal-effikaċja". Dan it-terminu jaġġusta aħjar għall-funzjoni ta' evalwazzjoni tal-effikaċja.

Huwa lanqas ma jaqbel ma' formulazzjoni fejn it-twettiq tal-objettivi tal-PKS ikun jiddependi esklussivament fuq il-miżuri tekniċi. Il-miżuri tekniċi għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-PKS, iżda huma biss wieħed mill-istrumenti tagħha, l-istess bħall-pjanijiet pluriennali, it-TACs, il-kwoti u strumenti oħrajn. Għaldaqstant huwa preferibbli li jintuża t-terminu "jikkontribwixxu" minflok "jiggarantixxu".

Ma jidhirx li huwa raġonevoli li tintuża tolleranza ta' 5 % għal qbid taħt id-daqs minimu bħala mira. Għandu jitfakkar li dan il-5 % huwa biss eċċezzjoni għal strument bħall-obbligu ta' żbark. Għal din ir-raġuni, jidher eċċessiv li dan jiġi elevat għall-kategorija ta' mira. Madankollu, jidher li huwa raġonevoli li jintuża r-Rendiment Massimu Sostenibbli, li huwa objettiv veru tal-PKS bħala indikatur tal-effikaċja.

Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li jiġu stabbiliti diversi miri skont id-direttivi differenti. B'mod ċar, il-miżuri tekniċi, l-istess bħall-kumplament tal-PKS, għandhom ikunu konformi mal-politika ambjentali tal-Unjoni, iżda jekk il-miri ta' Regolament ikunu bbażati fuq direttivi dan joħloq diversi problemi li jagħtu lok għal inċertezza legali.

Mid-definizzjoni tagħhom stess, id-direttivi huma indirizzati lill-Istati Membri li għandhom jittrasponuhom fil-liġijiet nazzjonali. Ir-regolamenti tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew qatt mhuma soġġetti għad-Direttivi. Iżda barra minn hekk, fil-każ tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, m'hemm ebda rabta mal-miżuri tekniċi, peress li dawn m'għandhomx impatt fuq il-kwalità tal-ilma.

Fil-każ tad-Direttiva Qafas dwar l-istrateġija tal-baħar, hemm problemi serji, kif intwera anki biex jinstabu deskritturi u biex jiġi stabbilit stat tajjeb ambjentali. Żewġ Stati Membri biss ippreżentaw xi definizzjonijiet adegwati tal-istat tajjeb ambjentali fir-rigward tal-istat tajjeb tar-riżorsi tas-sajd sfruttati kummerċjalment. F'disgħa minnhom id-definizzjoni ġiet ikkwalifikata bħala parzjalment adegwata u f'disgħa oħra l-Kummissjoni dehrilha li kienet inadegwata.

Fir-rigward tad-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marina, din tidher kemm bħala objettiv speċifiku (Artikolu 3) kif ukoll bħala mira (Artikolu 4), ħaġa li tagħmel il-proposta diffiċli biex tinftiehem. Problema oħra ġejja mill-fatt li finalment, il-miri tal-miżuri tekniċi se jiġu ffissati minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni. Ikun anomalu jekk l-objettivi ta' Regolament tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew ikunu ffissati permezz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

L-iffissar ta' objettivi bbażati fuq ftehimiet internazzjonali jqajjem problemi ta' natura differenti. Il-Kummissjoni tipproponi li l-objettivi tal-miżuri tekniċi jiġu stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali, sew jew ikunu ffirmati mill-UE jew le.

S'issa, meta l-UE ffirmat ftehim internazzjonali dwar il-miżuri tekniċi, dan ġie traspost fid-dritt tal-UE. Pereżempju, hemm regolamenti dwar miżuri tekniċi bħala reazzjoni għal rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti(2) jew għal konvenzjonijiet internazzjonali wkoll fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u li l-UE hija parti kontraenti għalihom(3).

Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tiżgura li jiġi osservat massimu ta' qabdiet aċċessorji ta' speċijiet mhux sfruttati kummerċjalment li jkun anqas mil-livelli stabbiliti fil-ftehimiet internazzjonali. L-ewwel nett, peress li hija ma ssemmix dawn il-ftehimiet internazzjonali, titfaċċja kwistjoni ta' natura istituzzjonali, peress li d-dispożizzjoni proposta tista' timplika t-traspożizzjoni awtomatika fid-dritt tal-Unjoni ta' kwalunkwe ftehim internazzjonali, inklużi dawk konklużi bejn pajjiżi terzi. Barra minn hekk, wieħed għandu jiftakar li l-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-UE jiġu adottati permezz tal-proċedura ta' kunsens u li l-Parlament Ewropew ma jiġix involut fin-negozjati tal-kontenut tagħhom. Skont ir-regolament dwar il-miżuri tekniċi, madankollu, għandha tiġi applikata l-proċedura ta' kodeċiżjoni.

Simplifikazzjoni u regoli ddettaljati

Ir-rapporteur jilqa' s-simplifikazzjoni, filwaqt li jqis li l-leġiżlazzjoni fis-seħħ hija prolifika u diffiċli biex tinftiehem, u minħabba f'hekk huwa diffiċli li tiġi applikata b'mod korrett. Madankollu, fil-każ tal-annessi proposti mill-Kummissjoni, din is-simplifikazzjoni tmur 'il bogħod wisq u tistabbilixxi miżuri li mhumiex adattati għas-sitwazzjoni attwali. Il-Kummissjoni lanqas ma kkunsidrat il-ħtieġa li tirrisolvi wħud mill-problemi li nqalgħu fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali.

Fil-proposta tal-Kummissjoni s-simplifikazzjoni dejjem tagħti lok għal diskrepanza bejn il-miżuri tekniċi miġbura fl-annessi, li se jidħlu fis-seħħ immedjatament, u l-miżuri li se jiġu adottati skont is-sistema tar-reġjonalizzazzjoni, li se jiġu adottati wara u se jimmodifikaw dawk l-annessi. Din id-diskrepanza fil-ħin tista' tagħti lok għal konfużjoni fil-prattika u tista' twaqqaf immedjatament ċerti tipi ta' sajd.

Ir-rapporteur jikkunsidra li s-simplifikazzjoni m'għandhiex tfisser li r-regoli jerġgħu jiġu vvintati mill-ġdid, iżda li r-regoli eżistenti għandhom isiru jinftiehmu aħjar sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tagħhom mis-sajjieda. Sabiex jiġi evitat li jinħolqu problemi, se jkun meħtieġ li jinżamm l-istatus quo sa fejn dan ikun possibbli f'dan ir-regolament.

Reġjonalizzazzjoni u regoli ta' referenza

Ir-rapporteur jikkunsidra li d-deċiżjonijiet adottati f'livell lokali jistgħu jwasslu għal leġiżlazzjoni aħjar billi din tiġi adattata għall-karatteristiċi speċifiċi ta' tip ta' sajd jew ta' baċir marittimu. Ir-reġjonalizzazzjoni għandha tippermetti li jiġu aġġustati d-deċiżjonijiet dwar miżuri tekniċi għar-realtà tas-sajd. L-objettiv huwa li tiġi eliminata r-riġidità li teżisti fir-regolazzjoni attwali u li tiġi promossa leġiżlazzjoni aktar evoluzjonarja u adattata għall-qasam. L-approċċ tar-reġjonalizzazzjoni huwa koerenti mar-rieda li ma nibqgħux nibbażaw is-suċċess tal-miżuri tekniċi fuq ir-riżultati. In-naħa l-oħra tal-munita hija t-telf ta' poter tal-Parlament Ewropew.

Ir-reġjonalizzazzjoni m'għandhiex twassal għal xenarju estrem fejn ir-regoli ta' referenza jispiċċaw ridotti biss għal espressjoni u li l-applikazzjoni ta' aspetti fundamentali tkun tista' tiġi mmodifikata permezz ta' atti delegati. Dan ifisser li dak li jiġi deċiż fir-Regolament dwar miżuri tekniċi jkun purament tranżitorju: il-Kummissjoni, abbażi ta' rakkomandazzjonijiet konġunti tal-Istati Membri, u mingħajr il-Parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew, tkun tista' tbiddel permezz ta' atti delegati elementi bażiċi ta' dan ir-Regolament. Dan ikun inaċċettabbli.

Ir-reġjonalizzazzjoni f'ebda każ m'għandha twassal għar-rinazzjonalizzazzjoni. Għandu jitfakkar li l-politika tas-sajd tal-UE hija politika komuni, u dan mhuwiex b'kombinazzjoni: l-istokks kondiviżi u migratorji għandhom jiġu mmaniġġjati b'mod konġunt. Għaldaqstant, xi prinċipji bażiċi importanti għandhom jibqgħu soġġetti għal kodeċiżjoni mill-istituzzjonijiet ċentrali tal-UE. Dan għandu jwassal għal kundizzjonijiet ugwali bejn l-operaturi fl-UE kollha u jiffaċilita l-applikazzjoni u l-insegwiment tal-miżuri tekniċi.

Ir-rapporteur jikkunsidra li l-pjanijiet pluriennali għandu jkollhom rwol fundamentali fil-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd u li dawn huma l-veikolu l-aktar adattat għall-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' miżuri tekniċi speċifiċi fil-proċess ta' reġjonalizzazzjoni.

Naturalment, ir-reġjonalizzazzjoni m'għandhiex tkun ostakolata min-nuqqas ta' pjanijiet pluriennali. F'dan il-każ, l-Istati Membri m'għandhomx jinżammu milli jippreżentaw rakkomandazzjonijiet konġunti fil-livell reġjonali li jagħtu lok għal atti delegati tal-Kummissjoni, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku tal-PKS.

10.3.2017

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u dwar il-protezzjoni tal-ekosistemi marini permezz ta' miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1343/2011 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005

(COM(2016)0134 – C8-0117/2016 – 2016/0074(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Claudiu Ciprian Tănăsescu

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-miżuri tekniċi huma regoli dwar kif, fejn u meta s-sajjieda jistgħu jistadu, u għandhom rwol importanti fl-iżgurar li s-sajd isir b'mod li jkun ambjentalment sostenibbli. Hekk kif numri allarmanti ta' stokkijiet tal-ħut fl-ilmijiet Ewropej għadhom qed jiġu mistada żżejjed u l-livelli ta' qabdiet aċċessorji ta' speċijiet mhux fil-mira sikwit jibqgħu għoljin minkejja l-aħjar sforzi biex ikun hemm reazzjoni għal dawn il-problemi b'bidliet regolatorji, huwa ċar li l-istruttura regolatorja kurrenti għall-miżuri tekniċi kellha prestazzjoni subottimali. Speċjalment wara l-adozzjoni tar-Regolament Bażiku l-ġdid dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), issa huwa kruċjali li l-Qafas tal-Miżuri Tekniċi jiġi aġġustat biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-PKS. Barra minn hekk, biex jiġi żgurat l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd tagħna, kif ukoll biex jiġu protetti l-ispeċijiet u l-ħabitats sensittivi, il-Miżuri Tekniċi l-ġodda jridu jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni u l-impenji ambjentali tal-Unjoni.

Il-proposta tal-Kummissjoni hija pass fid-direzzjoni t-tajba. Għal suċċess akbar fil-ġejjieni, is-sajd irid jiġi rregolat b'mod proattiv u fi sħubija mas-sajjieda u mal-partijiet ikkonċernati l-oħra kollha. Ir-reġjonalizzazzjoni tal-miżuri tekniċi, fil-qafas it-tajjeb u sakemm il-proċess ta' reġjonalizzazzjoni jsegwi objettivi komuni u jkollu l-għan li jissodisfa livelli kurrenti jew ogħla tal-impenji ambjentali tal-Unjoni, tipprovdi opportunità għal tali governanza mtejba. Sabiex ikun assolutament ċar li l-proċess ta' reġjonalizzazzjoni jrid isir fil-kuntest tal-objettivi eżistenti, id-dispożizzjonijiet relatati, speċjalment mad-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats (id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE), għandhom jiddaħħlu u jiġu integrati b'mod aktar ċar fit-test kollu.

Barra minn hekk, xi aspetti tal-proposta tal-Kummissjoni jeħtieġu wkoll diċitura mtejba biex ikun żgurat aktar li l-approċċ il-ġdid jiffunzjona peress li l-miżuri tekniċi l-ġodda jridu jirrispettaw ukoll prinċipji oħra tal-ġestjoni tas-sajd u tal-ambjent tal-Unjoni. L-ewwel nett, il-politika tas-sajd trid tkun ibbażata fuq ix-xjenza: deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riżorsi naturali komuni tagħna jridu jkunu bbażati fuq dejta kemm jista' jkun eżatta, jibnu fuq l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli li jkunu pubbliċi u li jistgħu jiġu rieżaminati, u meta d-dejta tkun inaffidabbli jew il-pariri xjentifiċi jkunu inkonklussivi, għandu jiġi applikat l-approċċ prekawzjonarju. It-tieni, speċjalment wara l-bidla lejn ġestjoni bbażata fuq ir-riżultati tas-sajd, id-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar tal-proposta jridu jkunu adattati għal dan l-iskop. L-Istati Membri għandhom jużaw ukoll il-qafas il-ġdid u l-approċċ regolatorju proattiv u li jinkludi l-partijiet ikkonċernati biex tinbena "kultura ta' konformità".

Mill-perspettiva ambjentali, ir-rwol fundamentali tal-qafas tal-miżuri tekniċi l-ġdid għandu jkun li tiġi żgurata l-linja bażi korretta għall-miżuri tekniċi u l-kundizzjonijiet tajba li skonthom għandha sseħħ ir-reġjonalizzazjoni. Huwa ċar li l-qafas irid ukoll ikun jista' jirreaġixxi malajr f'każijiet li fihom id-dejta u l-pariri xjentifiċi juru li jkun qed jiffunzjona b'mod subottimali. Bħala tali, il-miżuri tekniċi l-ġodda m'għandhomx jimmiraw biss għal miri ġodda, iżda l-miżuri tekniċi għandhom jilħqu l-miri stabbiliti; jekk il-miri ma jintlaħqux, allura l-miżuri tekniċi mhumiex it-tajbin.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda     1

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Jeħtieġ li r-regoli eżistenti jiġu ssimplifikati għal fehim u aċċettazzjoni aħjar mill-operaturi, l-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet ikkonċernati. Il-parteċipazzjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet mis-settur għandha titħeġġeġ. Għandha tingħata attenzjoni biex l-istandards dwar il-konservazzjoni u s-sostenibbiltà ma jiddgħajfux.

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Fejn ikun rilevanti, il-miżuri tekniċi għandhom japplikaw għall-industriji tas-sajd rikreattivi li jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq l-istokkijiet tal-ħut u l-ispeċijiet ta' frott tal-baħar bil-qoxra.

(6)  Il-miżuri tekniċi għandhom japplikaw għall-industriji tas-sajd rikreattivi li jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent tal-baħar, l-istokkijiet tal-ħut u speċijiet oħra.

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Il-qbid u l-qtil inċidentali ta' speċijiet protetti għandhom jiġu indirizzati b'mod komprensiv fis-sajd u fit-tipi ta' rkaptu kollha fid-dawl tal-livell strett ta' protezzjoni li ngħata lilhom skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, il-livell ta' vulnerabbiltà għoli tagħhom u l-obbligu li jiksbu status ambjentali tajjeb sal-2020.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex tiġi evalwata l-effettività tal-miżuri tekniċi, għandhom jiġu stabbiliti miri marbutin mal-livelli ta' qabdiet mhux mixtieqa; mal-livell fuq il-qabdiet aċċessorji ta' speċi sensittivi u mal-ħsara li ssir lill-ħabitats ta' qiegħ il-baħar milquta ħażin mis-sajd; b'mod li jirriflettu l-għanijiet tal-PKS, il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni (b'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 92/43 u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21), u l-aħjar prassi internazzjonali.

(9)  Sabiex tiġi evalwata l-effettività tal-miżuri tekniċi, għandhom jiġu stabbiliti miri marbutin mal-livelli ta' qabdiet mhux mixtieqa; mal-livell fuq il-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet sensittivi u mal-ħsara li ssir lill-ħabitats ta' qiegħ il-baħar milquta ħażin mis-sajd; b'mod li jirriflettu l-għanijiet tal-PKS, il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni (b'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 92/43, id-Direttiva 2009/147/KE u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21), u l-aħjar prattiki internazzjonali.

__________________

__________________

21 Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

21 Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Għal ċerti speċijiet ta' ħut rari, fosthom ċerti speċi ta' klieb il-baħar u ta' raj, saħansitra attività limitata tas-sajd tista' tirriżulta f'riskju serju għall-konservazzjoni tagħhom. Sabiex jiġu protetti speċijiet bħal dawn għandha tiġi introdotta projbizzjoni ġenerali tas-sajd għalihom.

(15)  Għal ċerti speċijiet ta' ħut li jkunu rari jew li l-karatteristiċi bijoloġiċi tagħhom jagħmluhom partikolarment vulnerabbli għall-isfruttament żejjed, fosthom ċerti speċijiet ta' klieb il-baħar u ta' raj, saħansitra attività limitata tas-sajd tista' tirriżulta f'riskju serju għall-konservazzjoni tagħhom. Sabiex jiġu protetti speċijiet bħal dawn għandha tiġi introdotta projbizzjoni ġenerali tas-sajd għalihom.

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Il-prattiki ta' selezzjoni kwalitattiva u tat-tħarrib għandhom ikunu pprojbiti ħlief f'każijiet fejn jiddaħħlu xi eżenzjonijiet mill-obbligu tal-ħatt.

(22)  Il-prattiki ta' selezzjoni kwalitattiva u tat-tħarrib għandhom jiġu pprojbiti. It-tħarrib jista' jkun permess biss f'każijiet fejn jiddaħħlu xi eżenzjonijiet mill-obbligu tal-ħatt u biss jekk ir-rekwiżiti tal-ġbir tad-dejta jiġu introdotti flimkien mal-eżenzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Slipping is a method to handle fish prior to hauling it on board, meaning that the sorting takes place already in the water. It is therefore in line with the intention of exemptions from the landing obligation in cases where high survivability rates have been proven. High-grading is an economic choice for discarding low priced fish already on board. This practice may have tremendous effects on the different species according to their survival capacities, e.g.nephrops with survival rates are above 90% vs other species such as sole. Therefore a different approach shall be taken concerning these 2 practices

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Fejn ma hemmx miżuri tekniċi fis-seħħ fil-livell reġjonali għandhom japplikaw l-istandards ta' referenza. Dawn l-istandards ta' referenza għandhom jinkisbu minn miżuri tekniċi eżistenti, u dan filwaqt li jitqiesu l-parir tal-STECF u l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati. Għandhom jikkonsistu f'daqsijiet tal-malja ta' referenza għall-irkaptu rmunkat u għax-xbieki statiċi, f'daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, f'żoni magħluqa jew ristretti, f'miżuri ta' konservazzjoni tan-natura sabiex jimmitigaw il-qabdiet aċċessorji ta' mammiferi tal-baħar u għasafar tal-baħar f'ċerti żoni, u fi kwalunkwe miżura speċifika reġjonali oħra li teżisti bħalissa li għad hemm bżonnha biex tiżgura li jibqgħu jintlaħqu l-objettivi tal-konservazzjoni sakemm jiġu stabbiliti miżuri bħal dawn permezz tar-reġjonalizzazzjoni.

(24)  Fejn ma hemmx miżuri tekniċi fis-seħħ fil-livell reġjonali għandhom japplikaw l-istandards ta' referenza. Dawn l-istandards ta' referenza għandhom jinkisbu minn miżuri tekniċi eżistenti, u dan filwaqt li jitqiesu l-parir tal-STECF u l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati. Għandhom jikkonsistu f'daqsijiet tal-malja ta' referenza għall-irkaptu rmunkat u għax-xbieki statiċi, f'daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, f'żoni magħluqa jew ristretti, f'miżuri ta' konservazzjoni tan-natura sabiex jimminimizzaw, u, meta jkun possibbli, jeliminaw il-qabdiet aċċessorji ta' mammiferi tal-baħar u għasafar tal-baħar f'ċerti żoni, u fi kwalunkwe miżura speċifika reġjonali oħra li teżisti bħalissa li għad hemm bżonnha biex tiżgura li jibqgħu jintlaħqu l-objettivi tal-konservazzjoni sakemm jiġu stabbiliti miżuri bħal dawn permezz tar-reġjonalizzazzjoni.

Emenda     8

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  L-Istati Membri flimkien mal-partijiet ikkonċernati jistgħu jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti għal miżuri tekniċi adegwati li jiddevjaw mill-istandards ta' referenza skont il-proċess ta' reġjonalizzazzjoni stipulat fil-PKS.

(25)  L-Istati Membri, flimkien mal-partijiet ikkonċernati, għandhom jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti għal miżuri tekniċi adegwati, skont il-proċess ta' reġjonalizzazzjoni stipulat fil-PKS, anki meta ma jkunx hemm pjan multiannwali.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Miżuri tekniċi reġjonali bħal dawn, inkwantu tal-mudelli ta' sfruttament u tal-protezzjoni ta' speċijiet u ħabitats sensittivi, għandhom tal-inqas ikunu ekwivalenti għall-istandards ta' referenza.

(26)  Miżuri tekniċi reġjonali bħal dawn għandu jkollhom l-għan ta' sostenibbiltà ambjentali għolja u, inkwantu tal-mudelli ta' sfruttament u tal-protezzjoni ta' speċijiet u ħabitats sensittivi, għandhom tal-inqas ikunu ekwivalenti għall-istandards ta' referenza. L-adozzjoni ta' miżuri tekniċi reġjonali għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli.

Emenda     10

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)  Ir-reġjonalizzazzjoni għandha tintuża bħala għodda biex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-NGOs, u biex tingħata s-setgħa lis-sajjieda u l-involviment tagħhom sabiex b'hekk ikunu jistgħu jaħdmu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, mal-Kunsilli Konsultattivi u max-xjentisti, biex joħolqu miżuri mfassla apposta li jqisu l-ispeċifiċitajiet ta' kull żona tas-sajd u jissalvagwardjaw il-kundizzjonijiet ambjentali tagħhom;

Emenda     11

Proposta għal regolament

Premessa 26b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26b)  Id-deċiżjonijiet meħuda minn gruppi reġjonali tal-Istati Membri taħt ir-reġjonalizzazzjoni għandhom jissodisfaw l-istess standards ta' sorveljanza demokratika bħal dawk fl-Istati Membri kkonċernati.

Emenda     12

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)  Meta jkun hemm interess ta' ġestjoni dirett li jikkonċerna Stat Membru wieħed, jistgħu jiġu ppreżentati proposti għal miżuri tekniċi individwali, biex jiġu mmodifikati miżuri ta' konservazzjoni eżistenti, sakemm jiġu kkonsultati l-Kunsilli Konsultattivi rilevanti.

Emenda     13

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Fil-pjanijiet multiannwali, huma u jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti sabiex jadottaw irkaptu selettiv skont id-daqs u l-ispeċi u li jvarja mid-daqsijiet tal-malja ta' referenza, il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li rkaptu bħal dan ikun tal-inqas iwassal għal mudelli ta' selettività simili jew aħjar mill-irkaptu ta' referenza.

(28)  Huma u jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti sabiex jadottaw irkaptu selettiv skont id-daqs u l-ispeċijiet u li jvarja mid-daqsijiet tal-malja ta' referenza, il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li rkaptu bħal dan ikun tal-inqas iwassal għal mudelli ta' selettività simili jew aħjar mill-irkaptu ta' referenza.

Emenda     14

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Huma u jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti sabiex jemendaw jew jistabbilixxu żoni magħluqa jew żoni ristretti ġodda biex jipproteġu l-aggregazzjonijiet ta' ħut żgħir u ta' ħut riproduttiv, fir-rakkomandazzjonijiet konġunti tagħhom il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-ispeċifikazzjonijiet, il-limitu, it-tul, ir-restrizzjonijiet tal-irkaptu u l-arranġamenti dwar il-kontrolli u l-monitoraġġ.

(29)  (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Huma u jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti biex fil-pjanijiet multiannwali jiġu emendati jew stabbiliti qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jipperikolawx l-objettivi tal-PKS, u dan billi jiżguraw li ma tiġi introdotta ebda distorsjoni fis-suq u li ma jinħoloq ebda suq għal speċijiet iżgħar mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni.

(30)  Huma u jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti biex jiġu emendati jew stabbiliti qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi tal-PKS, u dan billi jiżguraw li l-protezzjoni tal-ispeċijiet tal-baħar li għadhom qed jikbru tiġi rispettata filwaqt li jiżguraw li ma tiġi introdotta ebda distorsjoni fis-suq u li ma jinħoloq ebda suq għal speċijiet iżgħar mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Fir-rakkomandazzjonijiet konġunti għandu jitħalla lok biex, bħala miżura addizzjonali għall-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet ta' ħut li għadu qed jikber jew ta' ħut riproduttiv, tiġi żviluppata l-possibbiltà li jinħolqu żoni li jingħalqu f'ħin reali, u dan flimkien ma' dispożizzjonijiet dwar meta ż-żona tinbidel. Il-kundizzjonijiet biex jiġu stabbiliti u mbagħad biex jitneħħew żoni bħal dawn, flimkien mal-ftehimiet ta' kontroll u ta' monitoraġġ, għandhom jiġu definiti fir-rakkomandazzjonijiet konġunti rilevanti.

(31)  Fir-rakkomandazzjonijiet konġunti għandu jitħalla lok biex, bħala miżura addizzjonali għall-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet ta' ħut li għadu qed jikber jew ta' ħut riproduttiv jew speċijiet sensittivi, tiġi żviluppata l-possibbiltà li jinħolqu żoni li jingħalqu f'ħin reali, u dan flimkien ma' dispożizzjonijiet dwar meta ż-żona tinbidel. Il-kundizzjonijiet biex jiġu stabbiliti u mbagħad biex jitneħħew żoni bħal dawn, flimkien mal-ftehimiet ta' kontroll u ta' monitoraġġ, għandhom jiġu definiti fir-rakkomandazzjonijiet konġunti rilevanti.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Fuq il-bażi ta' valutazzjoni xjentifika tal-impatti tal-irkaptu innovattiv, evalwata mill-STECF, l-użu ta' dan l-irkaptu ġdid jew l-estensjoni tal-użu tiegħu, bħat-tkarkir b'impuls elettriku, jista' jiġi inkluż bħala alternattiva fir-rakkomandazzjonijiet konġunti tal-gruppi reġjonali tal-Istati Membri. L-użu tal-irkaptu innovattiv ma għandux ikun permess fejn valutazzjoni xjentifika turi dan se jwassal għal impatti negattivi fuq ħabitats sensittivi u speċijiet mhux fil-mira.

(32)  Fuq il-bażi ta' valutazzjoni xjentifika tal-impatti tal-irkaptu innovattiv, evalwata mill-STECF, l-użu ta' dan l-irkaptu ġdid jew l-estensjoni tal-użu tiegħu, bħat-tkarkir b'impuls elettriku, jista' jiġi inkluż bħala alternattiva fir-rakkomandazzjonijiet konġunti tal-gruppi reġjonali tal-Istati Membri. L-użu tal-irkaptu innovattiv ma għandux ikun permess fejn valutazzjoni xjentifika turi dan se jwassal għal impatti diretti jew kumulattivi negattivi fuq ħabitats tal-baħar, speċjalment ħabitats sensittivi, jew speċijiet mhux fil-mira.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Sabiex ikunu minimizzati l-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet sensittivi u l-impatti tal-irkaptu fuq il-ħabitats sensittivi, il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiżviluppaw miżuri ta' mitigazzjoni addizzjonali sabiex inaqqsu l-impatti tas-sajd fuq l-ispeċi u l-ħabitats sensittivi. Fejn l-evidenza xjentifika turi li hemm theddida serja għall-istatus ta' konservazzjoni ta' speċijiet u ħabitats bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jintroduċu restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-bini u l-funzjonament ta' ċertu rkaptu jew anke jipprojbuh kompletament f'dak ir-reġjun. B'mod partikolari dispożizzjonijiet bħal dawn jistgħu jiġu applikati għall-użu tal-għażel tat-tisqif li f'ċerti żoni wassal għal qabdiet sinifikanti ta' ċetaċji u għasafar tal-baħar.

(33)  Sabiex ikunu minimizzati u, meta jkun possibbli, eliminati l-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet sensittivi u l-impatti tal-irkaptu fuq il-ħabitats sensittivi, il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiżviluppaw miżuri ta' mitigazzjoni addizzjonali sabiex inaqqsu l-impatti tas-sajd fuq l-ispeċijiet u l-ħabitats sensittivi. Fejn l-evidenza xjentifika turi li hemm theddida għall-istatus ta' konservazzjoni ta' speċijiet u ħabitats bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jintroduċu restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-bini u l-funzjonament ta' ċertu rkaptu jew anke jipprojbuh kompletament f'dak ir-reġjun. B'mod partikolari dispożizzjonijiet bħal dawn jistgħu jiġu applikati għall-użu tal-għażel tat-tisqif li f'ċerti żoni wassal għal qabdiet sinifikanti ta' ċetaċji u għasafar tal-baħar.

Emenda     19

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex taġġorna l-lista ta' ħut u frott tal-baħar bil-qoxra li ma jistax isir sajd għalih; biex taġġorna l-lista ta' żoni sensittivi fejn is-sajd għandu jkun ristrett; biex tadotta miżuri tekniċi bħala parti minn pjanijiet multiannwali; u biex tadotta miżuri tekniċi bħala parti minn pjanijiet ta' skartar temporanji. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni torganizza konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta' preparazzjoni tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Hi u tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tittrażmetti d-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'mod simultanju, adegwat u fil-ħin.

(38)  Is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex taġġorna l-lista ta' ħut u frott tal-baħar bil-qoxra li ma jistax isir sajd għalih; biex taġġorna l-lista ta' żoni sensittivi fejn is-sajd għandu jkun ristrett; biex tadotta miżuri tekniċi bħala parti minn pjanijiet multiannwali; u biex tadotta miżuri tekniċi bħala parti minn pjanijiet ta' skartar temporanji. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni torganizza konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta' preparazzjoni tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti u abbażi tal-valutazzjoni tal-STECF. Hi u tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tittrażmetti d-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'mod simultanju, adegwat u fil-ħin.

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri tekniċi kollha adottati għandhom jiddependu fuq il-valutazzjoni pożittiva tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). Skont il-PKS, dan il-Kumitat jeżisti biex jipprovdi parir xjentifiku siewi. Għalhekk, il-miżuri tekniċi kollha għandhom jiġu vvalutati mill-STECF, peress li l-impatt ta' dawn il-miżuri fuq żoni jew speċijiet mhux fil-mira jista' ma jkunx magħruf jew ma jkunx għadu ġie studjat.

Emenda     20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bħala għodod li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), il-miżuri tekniċi għandhom jikkontribwixxu għall-objettivi tal-PKS stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u b'mod partikolari fil-paragrafi 2, 3 u 5(a) u (j) ta' dak l-Artikolu.

1.  Bħala għodod li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), il-miżuri tekniċi għandhom jikkontribwixxu għall-objettivi tal-PKS stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u b'mod partikolari fil-paragrafi 1, 2, 3 u 5(a), (i) u (j) ta' dak l-Artikolu.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jottimizzaw il-mudelli ta' sfruttament sabiex jipproteġu l-aggregazzjonijiet ta' speċijiet li għadhom qed jikbru jew li huma riproduttivi;

(a)  jiżguraw mudelli ta' sfruttament sostenibbli li jiggarantixxu l-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u jipproteġu daqsijiet u etajiet sensittivi, b'mod partikolari l-aggregazzjonijiet ta' speċijiet li għadhom qed jikbru jew li huma riproduttivi;

Emenda     22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiżguraw li l-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet tal-baħar elenkati fid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE u ta' speċijiet sensittivi oħrajn li jirriżultaw mis-sajd jiġu minimizzati u, fejn possibbli, jiġu eliminati b'mod li ma jirrappreżentawx theddida għall-istatus ta' konservazzjoni ta' dawn l-ispeċijiet;

(b)  jiżguraw li l-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet tal-baħar elenkati fid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE u ta' speċijiet sensittivi oħrajn li jirriżultaw mis-sajd jiġu minimizzati u, fejn possibbli, jiġu eliminati;

Emenda     23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jiżguraw li l-impatti ambjentali tas-sajd fuq il-ħabitats tal-baħar jiġu minimizzati u, fejn possibbli, jiġu eliminati b'mod li ma jirrappreżentawx theddida għall-istatus ta' konservazzjoni ta' dawn il-ħabitats;

(c)  jiżguraw li l-impatti ambjentali tas-sajd fuq il-ħabitats tal-baħar jiġu minimizzati u, fejn possibbli, jiġu eliminati;

Emenda     24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  jiżguraw li l-kriterji previsti għad-Deskritturi 1, 3, 4 u 6, stipulati fil-Parti B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/477/UE, jiġu ssodisfati.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-miżuri tekniċi huma maħsuba biex jilħqu l-miri li ġejjin:

1.  Il-miżuri tekniċi għandhom jilħqu l-miri li ġejjin:

Emenda     26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jiżguraw li l-qabdiet ta' speċi tal-baħar iżgħar mill-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni ma jaqbżux il-5% tal-volum skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(a)  jiżguraw li l-qabdiet ta' speċijiet tal-baħar iżgħar mill-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni ma jaqbżux il-volum kif stabbilit mir-rakkomandazzjonijiet konġunti tal-gruppi reġjonali tal-Istati Membri u jkunu konsistenti mal-pjanijiet ta' rimi, filwaqt li jenħtieġ li titqies il-varjabbiltà fost l-ispeċijiet ta' ħut u l-irkaptu tal-ħut.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiżguraw li l-qabdiet aċċessorji ta' mammiferi tal-baħar, rettili tal-baħar, għasafar tal-baħar u speċi oħrajn mhux sfruttati kummerċjalment ma jaqbżux il-livelli stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u fi ftehimiet internazzjonali.

(b)  jiżguraw li l-qabdiet aċċessorji ta' mammiferi tal-baħar, rettili tal-baħar, għasafar tal-baħar u speċijiet oħrajn mhux sfruttati kummerċjalment ma jaqbżux il-livelli stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u fi ftehimiet internazzjonali, bil-għan li tali qabdiet aċċessorji jiġu eliminati progressivament;

Emenda     28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jiżguraw li l-impatti ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-ħabitats ta' qiegħ il-baħar ma jaqbżux il-livelli meħtieġa għal status ambjentali tajjeb fil-każ ta' kull tip ta' ħabitat ivvalutat fil-qafas tad-Direttiva 2008/56/KE, f'kull reġjun jew sottoreġjun tal-baħar, b'rabta kemm mal-kwalità tal-ħabitat u kemm mad-daqs tal-ispazju li l-livelli meħtieġa jridu jinkisbu fih.

(c)  jiżguraw li l-impatti ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-ħabitats tal-baħar, inklużi l-ħabitats sensittivi ta' qiegħ il-baħar, jiġu minimizzati u jinżammu taħt il-livelli meħtieġa għal status ambjentali tajjeb, b'mod partikolari fil-każ ta' kull tip ta' ħabitat ivvalutat fil-qafas tad-Direttiva 2008/56/KE, f'kull reġjun jew sottoreġjun tal-baħar, b'rabta kemm mal-kwalità tal-ħabitat u kemm mad-daqs tal-ispazju li l-livelli meħtieġa jridu jinkisbu fih bil-għan li jiġi żgurat li l-kriterji previsti fid-Deskrittur 6, stipulati fil-Parti B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/477/UE, jiġu ssodisfati;

Emenda     29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  jiżguraw li l-qabdiet aċċessorji ta' ħut mhux mixtieq jiġi eliminat progressivament u gradwalment bil-għan li jiġi żgurat li l-kriterji previsti fid-Deskritturi 1, 3 u 4, stipulati fil-Parti B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/477/UE, jiġu ssodisfati.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "mudell ta' sfruttament" tfisser kif il-pressjoni tas-sajd hija distribwita fil-profil tal-età ta' stokk partikolari;

(1)  "mudell ta' sfruttament" tfisser kif il-pressjoni tas-sajd hija distribwita fil-profil tal-età u tad-daqs ta' stokk partikolari;

Emenda     31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "sajd selettiv" tirreferi għal meta metodu tas-sajd, tul l-attività tas-sajd, jimmira u jaqbad ħut jew frott tal-baħar bil-qoxra skont id-daqs u t-tip ta' speċi, u fl-istess ħin ma jaqbadx l-ispeċi li mhumiex fil-mira jew inkella jerġà jeħlishom bla ma jiġrilhom xejn;

(3)  "sajd selettiv" tirreferi għal meta metodu tas-sajd, tul l-attività tas-sajd, jimmira u jaqbad ħut jew frott tal-baħar bil-qoxra skont id-daqs u t-tip ta' speċi, u fl-istess ħin ma jaqbadx l-ispeċijiet li mhumiex fil-mira u ħut li għadu qed jikber ta' speċijiet regolati jew inkella jerġà jeħlishom bla ma jiġrilhom xejn;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  "stat ta' konservazzjoni ta' ħabitat naturali" tfisser l-istat ta' konservazzjoni ta' ħabitat naturali kif definit fil-punt (e) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE;

Emenda     33

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  "sajd rikreattiv" tfisser attivitajiet ta' sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw riżorsi akkwatiċi ħajjin għar-rikreazzjoni, it-turiżmu jew l-isport;

(9)  "sajd rikreattiv" tfisser attivitajiet ta' sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw riżorsi bijoloġiċi ħajjin għar-rikreazzjoni, it-turiżmu jew l-isport;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "Kunsilli Konsultattivi" tfisser gruppi ta' partijiet ikkonċernati stabbiliti fil-qafas tal-PKS sabiex jippromwovu r-rappreżentazzjoni bilanċjata tal-partijiet ikkonċernati kollha u sabiex jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-PKS;

(10)  "Kunsilli Konsultattivi" tfisser gruppi ta' partijiet ikkonċernati stabbiliti fil-qafas tal-PKS b'konformità mal-Artikoli 43 sa 45 u r-rappreżentanza tal-partijiet ikkonċernati b'konformità mal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 sabiex jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-PKS;

Ġustifikazzjoni

Il-kompożizzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi għandha tirrispetta l-bilanċ ta' rappreżentanza stabbilit fil-PKS.

Emenda     35

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  "selezzjoni kwalitattiva" tfisser il-prattika li jiġi skartat ħut bi prezz baxx li huwa soġġett għal limiti tal-qbid, anke jekk dan seta' jinħatt legalment, sabiex ikun immassimizzat il-valur ekonomiku jew monetarju totali tal-ħut li jinġab lura l-port.

(42)  "selezzjoni kwalitattiva" tfisser il-prattika, li jiġi skartat ħut bi prezz baxx li huwa soġġett għal limiti tal-qbid, anke jekk dan kellu jinħatt legalment, sabiex ikun immassimizzat il-valur ekonomiku jew monetarju totali tal-ħut li jinġab lura l-port.

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-prattika tas-selezzjoni kwalitattiva, ir-rimi tal-ħut hija għażla ekonomika li ta' spiss ikollha effetti tremendi fuq xi speċijiet, peress li r-rata ta' sopravivenza tvarja skont l-ispeċijiet u ż-żmien imqatta' abbord. Il-prinċipju li jirregola l-prattika għandu jkun dak li jinvolvi l-ħatt tal-ħut u mhux approċċ flessibbli bbażat fuq fatturi ekonomiċi.

Emenda     36

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2, dan l-Artikolu għandu japplika għall-ilmijiet tal-ibħra miftuħa u għall-ilmijiet tal-pajjiżi terzi.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn l-aħjar parir xjentifiku disponibbli juri li hemm bżonn emenda fil-lista fl-Anness I billi jiżdiedu speċijiet ġodda li jeħtieġu l-protezzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta emendi bħal dawn permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 32.

4.  Fejn l-aħjar parir xjentifiku disponibbli juri li hemm bżonn emenda fil-lista fl-Anness I, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta emendi bħal dawn permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 32.

Ġustifikazzjoni

Il-lista għandha tkun soġġetta għal emenda mhux biss meta speċi ġdida teħtieġ protezzjoni, iżda anke pereżempju jekk speċi teħtieġ protezzjoni f'żona oħra addizzjonali, jew inkella jekk speċi ma tkunx teħtieġ protezzjoni aktar.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-miżuri adottati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jimmiraw li jilħqu l-mira stipulata fl-Artikolu 4(1)(b).

5.  Il-miżuri adottati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jimmiraw li jilħqu l-mira stipulata fil-punti (b) u (ca) tal-Artikolu 4(1).

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta jinqabdu inċidentalment, l-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex issirilhom ħsara u għandhom jintefgħu l-baħar immedjatament.

2.  Meta jinqabdu inċidentalment, l-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex issirilhom ħsara u għandhom jintefgħu l-baħar immedjatament. Għall-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-operaturi tal-bastimenti tas-sajd għandhom jiddokumentaw u jittrażmettu lill-awtoritajiet rilevanti l-informazzjoni dwar eżemplari maqbuda inċidentalment u meħlusa skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1251a.

 

__________________

 

1a Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1701 tad-19 ta' Awwissu 2016 li tistabbilixxi r-regoli dwar il-format għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet ta' ħidma għall-ġbir tad-dejta fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura (notifikata bid-dokument C(2016) 5304) ĠU L 260, 27.09.2016, p. 153.

Ġustifikazzjoni

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1251 dwar il-ġbir tad-dejta tiddikjara li l-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet sensittivi jistgħu jiġu dokumentati fil-ġurnali ta' abbord tas-sajd. Barra minn hekk, is-sajjieda sikwit jaħdmu max-xjentisti biex jipprovdulhom eżemplari mejta. Dan huwa kontribut importanti li s-sajjieda jagħtu għat-titjib tal-għarfien ta' dawn l-ispeċijiet.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Minkejja dak li hemm fil-paragrafi 1 u 2, iż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt ta' eżemplari ta' speċi tal-baħar imsemmija fil-paragrafu 1 li jkunu nqabdu inċidentalment, għandhom ikunu awtorizzati sakemm din l-attività tibqa' meħtieġa biex tiżgura assistenza fl-irkupru tal-annimali individwali u sakemm l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati jkunu ġew infurmati b'kollox minn qabel.

3.  Minkejja dak li hemm fil-paragrafi 1 u 2, iż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt ta' eżemplari ta' speċi tal-baħar imsemmija fil-paragrafu 1 li jkunu nqabdu inċidentalment, għandhom ikunu awtorizzati sakemm din l-attività tibqa' meħtieġa biex tiżgura assistenza fl-irkupru tal-annimali individwali, jew l-eżemplar ikun mejjet u għalhekk jista' jintuża għal skopijiet xjentifiċi. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati għandhom jiġu infurmati b'kollox.

Ġustifikazzjoni

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1251 dwar il-ġbir tad-dejta tiddikjara li l-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet sensittivi jistgħu jiġu dokumentati fil-ġurnali ta' abbord tas-sajd. Barra minn hekk, is-sajjieda sikwit jaħdmu max-xjentisti biex jipprovdulhom eżemplari mejta. Dan huwa kontribut importanti li s-sajjieda jagħtu għat-titjib tal-għarfien ta' dawn l-ispeċijiet.

Emenda     41

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Stat Membru, abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u għal bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, jista' jqiegħed fis-seħħ miżuri ta' mitigazzjoni jew restrizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti rkapti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Miżuri bħal dawn għandhom jimminimizzaw u, fejn possibbli, jeliminaw il-qabdiet tal-ispeċi imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom ikunu kompatibbli mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 1380/2013 u jkunu mill-anqas stretti daqs miżuri tekniċi applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni.

4.  Stat Membru, abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u għal bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, jista' jqiegħed fis-seħħ miżuri ta' mitigazzjoni jew restrizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti rkapti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Miżuri bħal dawn għandhom jimminimizzaw u, fejn possibbli, jeliminaw il-qabdiet tal-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew speċijiet oħra maqbuda inċidentalment u għandhom ikunu kompatibbli mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 1380/2013 u jkunu mill-anqas stretti daqs miżuri tekniċi applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għandu jkun ipprojbit li jintuża l-irkaptu speċifikat fl-Anness II fiż-żoni rilevanti stipulati f'dak l-Anness.

1.  Għandu jkun ipprojbit li jintuża l-irkaptu speċifikat fl-Anness II fiż-żoni rilevanti stipulati f'dak l-Anness. Għal żoni speċjali ta' konservazzjoni skont id-Direttiva 92/43/KEE u żoni ta' protezzjoni speċjali skont id-Direttiva 2009/147/KE, l-użu ta' rkaptu jista' jsir biss skont l-Artikolu 6(2) u 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jiżguraw il-protezzjoni tal-ħut li għadu qed jikber ta' speċijiet tal-baħar skont l-Artikolu 15(11) u 15(12) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(a)  jiżguraw il-protezzjoni tal-ħut li għadu qed jikber ta' speċijiet tal-baħar biex il-biċċa l-kbira tal-ħut maqbud ikun laħaq l-età riproduttiva qabel ma jinqabad u skont l-Artikolu 15(11) u 15(12) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

Emenda     44

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal qabdiet ta' speċi li huma eżentati mill-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013..

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, it-tħarrib jista' japplika għal qabdiet ta' speċijiet li huma eżentati mill-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Ġustifikazzjoni

Fit-tħarrib, it-tqassim diġà jsir fl-ilma. Għalhekk, dan huwa konformi mal-intenzjoni tal-eżenzjonijiet tal-obbligu ta' ħatt f'każijiet fejn ġew ippruvati rati għolja ta' sopravivenza. Is-selezzjoni kwalitattiva hija għażla ekonomika għall-iskartar tal-ħut bi prezz baxx li jkun diġà abbord. Din il-prattika jista' jkollha effetti tremendi fuq l-ispeċijiet differenti skont il-kapaċitajiet ta' sopravivenza tagħhom, għalhekk, għandu jittieħed approċċ differenti li jikkonċerna l-obbligi ta' ħatt ta' dawn iż-żewġ prattiki.

Emenda     45

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Speċijiet mhux soġġetti għal limiti tal-qbid

Qbid ta' speċijiet mhux mixtieqa mhux soġġetti għal limiti tal-qbid.

Emenda     46

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 l-Istati Membri jistgħu jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti li jiddefinixxu miżuri tekniċi adegwati fil-livell reġjonali li jiddevjaw mill-miżuri stipulati fil-paragrafu 1.

2.  Skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 l-Istati Membri jistgħu jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti li jiddefinixxu miżuri tekniċi adegwati fil-livell reġjonali li jiddevjaw mill-miżuri stipulati fil-paragrafu 1. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jinvolvu l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha sa fejn ikun possibbli.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-miżuri tekniċi rakkomandati skont il-paragrafu 2 għandhom tal-inqas ikunu ekwivalenti, inkwantu tal-mudelli ta' sfruttament u tal-livell ta' protezzjoni provduta għal speċijiet u ħabitats sensittivi, daqs dawk il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

3.  Il-miżuri tekniċi rakkomandati skont il-paragrafu 2 għandhom jimmiraw għal sostenibbiltà ambjentali għolja u għandhom tal-inqas ikunu ekwivalenti, inkwantu tal-mudelli ta' sfruttament u tal-livell ta' protezzjoni provduta għal speċijiet u ħabitats sensittivi, daqs dawk il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda     48

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri reġjonali fil-pjanijiet multiannwali

Miżuri tekniċi fil-kuntest tar-reġjonalizzazzjoni

Emenda     49

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tistabbilixxi miżuri tekniċi fil-livell reġjonali bil-għan li jinkisbu objettivi ta' pjanijiet multiannwali msemmija fl-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu stabbiliti permezz ta' atti delegati adottati skont l-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tistabbilixxi miżuri tekniċi fil-livell reġjonali bil-għan li jinkisbu objettivi ta' pjanijiet multiannwali msemmija fl-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu stabbiliti permezz ta' atti delegati adottati skont l-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Minkejja l-Artikolu 18(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-Kummissjoni tista' tadotta tali atti delegati anke fin-nuqqas ta' rakkomandazzjoni konġunta msemmija fih.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fejn l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti għall-istabbiliment ta' miżuri tekniċi kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jipprovdu evidenza xjentifika sabiex jappoġġjaw l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri.

5.  Fejn l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti għall-istabbiliment ta' miżuri tekniċi kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jipprovdu evidenza xjentifika sabiex jappoġġjaw l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri. L-evidenza xjentifika għandha tkun pubblikament disponibbli sa mhux aktar tard minn meta r-rakkomandazzjoni konġunta tiġi trażmessa lill-Kummissjoni.

Emenda     51

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni tista' titlob lill-STECF jivvaluta r-rakkomandazzjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 5.

6.  Il-Kummissjoni għandha titlob lill-STECF jivvaluta r-rakkomandazzjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 5.

Ġustifikazzjoni

Il-valutazzjoni tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) m'għandhiex tkun fakultattiva. Skont il-PKS, dan il-Kumitat jeżisti biex jipprovdi parir xjentifiku siewi. Għalhekk, ir-rakkomandazzjonijiet konġunti li jistabbilixxu miżuri tekniċi għandhom jiġu dejjem ivvalutati mill-STECF, peress li l-impatt ta' dawk il-miżuri fuq żoni jew speċijiet mhux fil-mira jista' ma jkunx ġie studjat b'mod olistiku.

Emenda     52

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  L-adozzjoni tal-miżuri tekniċi, skont il-paragrafi 1 u 2, għandha tiddependi fuq valutazzjoni pożittiva mill-STECF.

Ġustifikazzjoni

Ir-rakkomandazzjonijiet kollha li jemendaw, jissupplimentaw jew jidderogaw mill-miżuri eżistenti għandhom jiġu vvalutati b'mod xjentifiku mill-STECF, peress li l-impatt ta' dawk il-miżuri fuq żoni jew speċijiet mhux fil-mira jista' ma jkunx għadu ġie magħruf jew studjat b'mod olistiku. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati biss meta l-valutazzjoni tkun pożittiva.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta Stati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex jemendaw jew jistabbilixxu daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni mniżżla fil-Parti A tal-Annessi V sa X dawn għandhom jirrispettaw l-objettiv li tkun żgurata l-protezzjoni ta' speċijiet tal-baħar li għadhom qed jikbru.

1.  Meta Stati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex jemendaw jew jistabbilixxu daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni mniżżla fil-Parti A tal-Annessi V sa X dawn għandhom jirrispettaw l-objettiv li tkun żgurata l-protezzjoni ta' speċijiet tal-baħar li għadhom qed jikbru. Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli u għandhom jieħdu kont tar-raġunijiet bijoloġiċi, b'mod partikolari d-daqs tal-maturità tal-ispeċijiet. Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti m'għandhomx jippreġudikaw il-kontroll u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet relatati mal-ħatt l-art u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-ħut.

Emenda     54

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jressqu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex ikun hemm il-possibbiltà li jinħolqu żoni li jingħalqu f'ħin reali, flimkien ma' dispożizzjonijiet dwar meta ż-żona tinbidel, bil-għan li jiżguraw il-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet li għadhom qed jikbru jew riproduttivi ta' ħut jew frott tal-baħar bil-qoxra , l-Istati Membri għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:

Meta jressqu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex ikun hemm il-possibbiltà li jinħolqu żoni li jingħalqu f'ħin reali, flimkien ma' dispożizzjonijiet dwar meta ż-żona tinbidel, bil-għan li jiżguraw il-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet li għadhom qed jikbru jew riproduttivi ta' ħut jew frott tal-baħar bil-qoxra jew speċijiet sensittivi, l-Istati Membri għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

L-ispeċijiet sensittivi kif definiti fl-Artikolu 6(7) huma speċijiet li l-protezzjoni tagħhom hija meħtieġa biex jinkiseb status ambjentali tajjeb skont id-Direttiva 2008/56/KE. Iż-żoni li jingħalqu f'ħin reali għandhom ikunu wkoll għażla għall-protezzjoni ta' dawk l-ispeċijiet.

Emenda     55

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex jippermettu l-użu jew jestendu l-użu ta' rkaptu innovattiv inkluż it-tkarkir bl-impuls elettriku kif deskritt f'Parti E tal-Anness V fi ħdan baċir tal-baħar speċifiku, dawn għandhom jipprovdu valutazzjoni tal-impatti probabbli tal-użu ta' rkaptu bħal dan fuq l-ispeċijiet fil-mira u fuq speċijiet u ħabitats sensittivi.

1.  Meta l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex jippermettu l-użu jew jestendu l-użu ta' rkaptu innovattiv inkluż it-tkarkir bl-impuls elettriku kif deskritt f'Parti E tal-Anness V fi ħdan baċir tal-baħar speċifiku, dawn għandhom jipprovdu valutazzjoni tal-impatti probabbli tal-użu ta' rkaptu bħal dan fuq l-ispeċijiet fil-mira, fuq speċijiet oħra fl-ekosistema u fuq ħabitats. Tali valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-użu tal-irkaptu innovattiv matul perjodu ta' prova li għandu jkun limitat għal mhux aktar minn 5 % tal-bastimenti li attwalment jinsabu f'dak il-mestier għal perjodu ta' mill-inqas sentejn.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-użu ta' rkaptu innovattiv ma għandux ikun permess fejn dawn il-valutazzjonijiet juru li l-użu tiegħu se jwassal għal impatti negattivi fuq ħabitats sensittivi u speċi mhux fil-mira.

3.  L-użu ta' rkaptu innovattiv ma għandux ikun permess fejn dawn il-valutazzjonijiet juru li l-użu tiegħu se jwassal għal impatti negattivi diretti jew kumulattivi fuq ħabitats tal-baħar, inklużi ħabitats sensittivi jew speċijiet mhux fil-mira.

Emenda     57

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jilħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 u b'mod partikolari dawk dwar il-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet li għadhom qed jikbru jew riproduttivi ta' ħut jewfrott tal-baħar bil-qoxra.

2.  Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jilħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 u b'mod partikolari dawk dwar il-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet li għadhom qed jikbru jew riproduttivi ta' ħut jew speċijiet ta' frott tal-baħar bil-qoxra. Tal-inqas, dawn għandhom ikunu stretti daqs il-miżuri tekniċi applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar permezz ta' miżuri tekniċi

Referenzi

COM(2016)0134 – C8-0117/2016 – 2016/0074(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

11.4.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

11.4.2016

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Claudiu Ciprian Tănăsescu

27.4.2016

Eżami fil-kumitat

30.1.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

9.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

22

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Seb Dance, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Gerben-Jan Gerbrandy, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Peter Liese, Valentinas Mazuronis, Gilles Pargneaux, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Julia Reid, Frédérique Ries, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Estefanía Torres Martínez, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Nicola Caputo, Albert Deß, Eleonora Evi, Anja Hazekamp, Merja Kyllönen, James Nicholson, Gabriele Preuß, Christel Schaldemose, Bart Staes, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edouard Martin, Lieve Wierinck

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

37

+

ALDE

Gerben-Jan Gerbrandy, Valentinas Mazuronis, Frédérique Ries, Nils Torvalds, Lieve Wierinck

ECR

Mark Demesmaeker, Julie Girling

EFDD

Eleonora Evi

GUE/NGL

Stefan Eck, Anja Hazekamp, Kateřina Konečná, Merja Kyllönen, Estefanía Torres Martínez

NI

Zoltán Balczó

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nicola Caputo, Nessa Childers, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Edouard Martin, Gilles Pargneaux, Pavel Poc, Gabriele Preuß, Christel Schaldemose, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Marco Affronte, Margrete Auken, Bas Eickhout, Benedek Jávor, Davor Škrlec, Bart Staes

22

-

ECR

Ian Duncan, Arne Gericke, Urszula Krupa, James Nicholson, Boleslaw G. Piecha

EFDD

Julia Reid

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, Angélique Delahaye, Albert Deß, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Peter Liese, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

3

0

ENF

Mireille D’Ornano, Sylvie Goddyn, Jean-François Jalkh

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni tal-ekosistemi marini permezz ta’ miżuri tekniċi

Referenzi

COM(2016)0134 – C8-0117/2016 – 2016/0074(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

11.3.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

11.4.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

11.4.2016

ENVI

11.4.2016

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

DEVE

24.5.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Gabriel Mato

12.4.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

19.4.2016

12.7.2016

8.9.2016

10.10.2016

 

10.11.2016

25.4.2017

30.5.2017

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

5

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, David Coburn, Richard Corbett, Diane Dodds, Linnéa Engström, Mike Hookem, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Barbara Matera, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Liadh Ní Riada, Ulrike Rodust, Annie Schreijer-Pierik, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anja Hazekamp, Yannick Jadot, France Jamet, Verónica Lope Fontagné, Francisco José Millán Mon, Maria Lidia Senra Rodríguez

Data tat-tressiq

28.11.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE Group

António Marinho e Pinto, Norica Nicolai

ECR Group

Remo Sernagiotto, Ruža Tomašić, Peter van Dalen

GUE/NGL Group

Liadh Ní Riada

NI

Diane Dodds

PPE Group

Alain Cadec, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, Verónica Lope Fontagné, Gabriel Mato, Annie Schreijer-Pierik, Jarosław Wałęsa

S&D Group

Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Richard Corbett, Ulrike Rodust, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas

5

-

EFDD Group

David Coburn, Mike Hookem

Verts/ALE Group

Marco Affronte, Linnéa Engström, Ian Hudghton

2

0

ENF Group

France Jamet

GUE/NGL Group

Maria Lidia Senra Rodríguez

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 389 21.10.2016, p. 93.

2 ĠU C 185, 9.6.2017, p. 82.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 734/2008 dwar il-protezzjoni ta' ekosistemi marini vulnerabbli f'ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena tal-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ,

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 520/2007 u r-Regolament (KE) Nru 302/2009 (Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku) u r-Regolament (KE) Nru 601/2004 (il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar Antartiku)

Avviż legali