RAPPORT     ***I
PDF 757kWORD 91k
8.12.2017
PE 606.190v02-00 A8-0396/2017

dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi l-proċedura ta' notifika għal skemi ta' awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma' servizzi, u li temenda d-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern

(COM(2016)0821 – C8-0011/2017 – 2016/0398(COD))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Sergio Gutiérrez Prieto

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi l-proċedura ta' notifika għal skemi ta' awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma' servizzi, u li temenda d-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern

(COM(2016)0821 – C8-0011/2017 – 2016/0398(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0821),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 53(1), 62 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0011/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Bundestag Ġermaniż u mill-Bundesrat Ġermaniż u mill-Assemblea Nazzjonali Franċiża u mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0396/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-infurzar effettiv tar-regoli li jirregolaw is-suq intern għas-servizzi, stabbiliti fid-Direttiva 2006/123/KE, għandu jissaħħaħ billi titjieb il-proċedura ta' notifika eżistenti stabbilita minn dik id-Direttiva fir-rigward tal-iskemi nazzjonali ta' awtorizzazzjoni u ċerti rekwiżiti li jirrigwardaw kemm l-aċċess għall-attivitajiet tal-persuni li jaħdmu għal rashom kif ukoll l-eżerċizzju tagħhom. Il-prevenzjoni tal-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu rekwiżiti u skemi ta' awtorizzazzjoni li jmorru kontra d-Direttiva 2006/123/KE għandha tiġi faċilitata. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont it-Trattati u l-obbligu tal-Istati Membri li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni.

(6)  L-infurzar effettiv tar-regoli li jirregolaw is-suq intern għas-servizzi, stabbiliti fid-Direttiva 2006/123/KE, jenħtieġ li jissaħħaħ billi titjieb il-proċedura ta' notifika eżistenti stabbilita minn dik id-Direttiva fir-rigward tal-iskemi nazzjonali ta' awtorizzazzjoni u ċerti rekwiżiti li jirrigwardaw kemm l-aċċess għall-attivitajiet tal-persuni li jaħdmu għal rashom kif ukoll l-eżerċizzju tagħhom. Id-djalogu bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jiġi ffaċilitat sabiex tiġi evitata l-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu rekwiżiti u skemi ta' awtorizzazzjoni li jmorru kontra d-Direttiva 2006/123/KE u li jwasslu għall-frammentazzjoni tas-Suq Uniku, kif ukoll sabiex inaqqsu kemm jista' jkun l-għadd ta' każijiet ġodda ta' ksur. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għas-setgħat konferiti lill-Kummissjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja skont it-Trattati u l-obbligu tal-Istati Membri li jikkonformaw mad-drittijiet u u l-obbligi li joħorġu minnhom.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-obbligu ta' notifika stabbilit minn din id-Direttiva għandu japplika għall-miżuri regolatorji tal-Istati Membri, bħal-liġijiet, regolamenti, dispożizzjonijiet amministrattivi ta' natura ġenerali jew kwalunkwe regola vinkolanti oħra ta' natura ġenerali, inklużi r-regoli adottati minn organizzazzjonijiet professjonali sabiex jirregolaw b'mod kollettiv l-aċċess għall-attivitajiet tas-servizzi jew l-eżerċizzju tagħhom. Mill-banda l-oħra l-obbligu ta' notifika ma għandux japplika għal deċiżjonijiet individwali maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali.

(7)  L-obbligu ta' notifika stabbilit minn din id-Direttiva jenħtieġ li japplika għall-miżuri regolatorji tal-Istati Membri, bħal-liġijiet, regolamenti, dispożizzjonijiet amministrattivi ta' natura ġenerali jew kwalunkwe regola vinkolanti oħra ta' natura ġenerali, inklużi r-regoli adottati minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet professjonali sabiex jirregolaw b'mod kollettiv l-aċċess għall-attivitajiet tas-servizzi jew l-eżerċizzju tagħhom.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  L-obbligu ta' notifika stabbilit b'din id-Direttiva jenħtieġ li ma japplikax għal deċiżjonijiet li jittieħdu fir-rigward ta' fornitur individwali ta' servizzi jew biex jabbozzaw regoli stabbiliti fi ftehimiet kollettivi nnegozjati mis-sħab soċjali li mhumiex meqjusa bħala rekwiżiti fit-tifsira ta' din id-Direttiva. Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ma japplikax għal miżuri li jħassru skemi ta' awtorizzazzjoni jew rekwiżiti jew miżuri li jimplimentaw atti vinkolanti tal-Unjoni, meta dawn l-atti jkun fihom dispożizzjonijiet preċiżi li għandhom jiġu implimentati u meta ma jkunx hemm lok għal diverġenza bejn l-Istati Membri fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' dawk l-atti.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità mill-Istati Membri mal-obbligu ta' notifika mniżżel f'din id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi gwida rigward l-aspetti prattiċi tal-proċedura ta' notifika, b'mod partikolari għall-awtoritajiet muniċipali u lokali. Bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-obbligu ta' notifika fuq dawn l-awtoritajiet ikun proporzjonat, l-abbozz ta' miżuri li jimplimentaw skemi ta' awtorizzazzjoni jew rekwiżiti li jkunu diġà ġew notifikati lill-Kummissjoni u adottati mill-Istat Membru kkonċernat fil-livell nazzjonali u li ma jbiddlux il-kontentut ta' dawk l-iskemi jew rekwiżiti notifikati jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal notifika.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 7c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7c)  L-emendi jew modifiki għall-abbozz ta' miżuri li diġà jkunu soġġetti għal proċedura ta' notifika li tkun għaddejja, li jkunu introdotti mill-parlamenti tal-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew reġjonali skont il-proċedura parlamentari tagħhom, jenħtieġ li ma jkunux koperti mill-obbligu ta' notifika ex ante. Madankollu, l-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li jinnotifika tali modifiki lill-Kummissjoni mingħajr dewmien, u mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara l-adozzjoni tagħhom.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-obbligu li l-Istati Membri jinnotifikaw abbozz ta' miżuri li jistabbilixxu skemi ta' awtorizzazzjoni jew rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva mill-anqas tliet xhur qabel l-adozzjoni tagħhom huwa maħsub sabiex jassigura li l-miżuri li jridu jiġu adottati jikkonformaw mad-Direttiva 2006/123/KE. Sabiex il-proċedura ta' notifika tkun effettiva, għandha ssir konsultazzjoni dwar il-miżuri notifikati suffiċjentement qabel l-adozzjoni tagħhom. Dan huwa tajjeb sabiex tiġi promossa kooperazzjoni tajba u t-trasparenza bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u biex jiġu żviluppati aktar l-iskambji bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali dwar skemi ta' awtorizzazzjoni u ċerti rekwiżiti ġodda jew emendati koperti mid-Direttiva 2006/123/KE, skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Sabiex tiġi assigurata l-effettività tal-proċedura, il-ksur tal-obbligu ta' notifika jew li ma tiġix adottata miżura notifikata, inkluż matul il-perjodu wara li tasal twissija, għandu jitqies bħala difett proċedurali sostanzjali ta' natura serja fir-rigward tal-effetti tiegħu fil-konfront ta' individwi.

(8)  L-obbligu li l-Istati Membri jinnotifikaw abbozz ta' miżuri li jistabbilixxu skemi ta' awtorizzazzjoni jew rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva qabel l-adozzjoni tagħhom huwa maħsub sabiex jassigura li l-miżuri li jridu jiġu adottati jikkonformaw mad-Direttiva 2006/123/KE. Sabiex il-proċedura ta' notifika tkun effettiva, jenħtieġ li ssir konsultazzjoni dwar il-miżuri notifikati suffiċjentement qabel l-adozzjoni tagħhom. Dan huwa tajjeb sabiex tiġi promossa kooperazzjoni tajba u t-trasparenza bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u biex jiġu żviluppati aktar l-iskambji bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali dwar skemi ta' awtorizzazzjoni u ċerti rekwiżiti ġodda jew emendati koperti mid-Direttiva 2006/123/KE, skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Sabiex tiġi assigurata l-effettività tal-proċedura, il-ksur tal-obbligu ta' notifika jew in-nuqqas ta' notifika ta' miżura fil-limitu ta' żmien stipulat f'din id-Direttiva, jenħtieġ li jitqies bħala difett proċedurali sostanzjali ta' natura serja fir-rigward tal-effetti tiegħu fil-konfront ta' individwi.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Fl-ispirtu tat-trasparenza u l-kooperazzjoni, meta jsiru emendi sostantivi għal abbozz ta' miżura li tkun soġġetta għal proċedura ta' notifika kontinwa skont din id-Direttiva, il-Kummissjoni, Stati Membri oħra u l-partijiet ikkonċernati għandhom jiġu mgħarrfa fi żmien debitu mill-Istat Membru notifikanti dwar dawn l-emendi. Modifiki sempliċement ta' natura klerikali ma għandhomx jiġu komunikati.

(9)  Fl-ispirtu tat-trasparenza u l-kooperazzjoni, meta jsiru emendi sostantivi għal abbozz ta' miżura li tkun soġġetta għal proċedura ta' notifika kontinwa skont din id-Direttiva, il-Kummissjoni, Stati Membri oħra u l-partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jiġu mgħarrfa fi żmien debitu mill-Istat Membru notifikanti dwar dawn l-emendi, u jenħtieġ li jingħataw l-opportunità li jipprovdu feedback dwar dawn l-emendi. In-notifika ta' emendi sostantivi jenħtieġ li ma tibdilx b'mod sinifikanti l-iskadenzi stabbiliti għall-konsultazzjoni. F'dawk il-każijiet, l-Istat Membru notifikanti jenħtieġ li jinnotifikaw dawk il-modifiki tal-inqas xahar qabel l-adozzjoni tagħhom. Modifiki sempliċement ta' natura klerikali ma għandhomx jiġu komunikati.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  L-informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mill-Istat Membru notifikanti għandha tkun suffiċjenti sabiex tiġi valutata l-konformità mad-Direttiva 2006/123/KE u, b'mod partikolari, il-proporzjonalità ta' skema ta' awtorizzazzjoni jew ta' rekwiżit notifikat(a). Għalhekk, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE), tali informazzjoni għandha tikkjarifika l-objettiv ta' interess pubbliku li jkun qed jiġi segwit, tistabbilixxi kif l-iskema ta' awtorizzazzjoni jew ir-rekwiżit notifikat jkunu neċessarji u ġustifikati sabiex jintlaħaq dan l-objettiv u tispjega kif hija proporzjonata meta tagħmel dan; għaldaqstant, għandha tinkludi spjegazzjonijiet dwar għaliex hija xierqa, għaliex ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ u għaliex ma huwa disponibbli l-ebda mezz alternattiv u anqas restrittiv. Ir-raġunijiet li jistgħu jiġu invokati mill-Istat Membru kkonċernat permezz ta' ġustifikazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati b'evidenza xierqa u b'analiżi tal-proporzjonalità tal-miżura notifikata.

(10)  L-informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mill-Istat Membru notifikanti għandha tkun suffiċjenti sabiex tiġi valutata l-konformità mad-Direttiva 2006/123/KE u, b'mod partikolari, il-proporzjonalità ta' skema ta' awtorizzazzjoni jew ta' rekwiżit notifikat(a). Għalhekk, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE), tali informazzjoni jenħtieġ li tikkjarifika l-objettiv ta' interess pubbliku li jkun qed jiġi segwit, tispjega kif l-iskema ta' awtorizzazzjoni jew ir-rekwiżit notifikat jkunu neċessarji u ġustifikati sabiex jintlaħaq dan l-objettiv u kif hija proporzjonata biex jintlaħaq dak l-objettiv. Għaldaqstant, l-iskema jew ir-rekwiżit tal-awtorizzazzjoni notifikata jenħtieġ li tinkludi biżżejjed spjegazzjonijiet dwar għaliex hija xierqa, għaliex ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ u għaliex ma huwa disponibbli l-ebda mezz alternattiv u anqas restrittiv.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  B'deroga mill-proċedura tan-notifika formali, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri, f'każijiet eċċezzjonali, li jaġixxu b'mod rapidu meta jinqalgħu kwistjonijiet urġenti rigward ċirkostanzi serji u mhux previsti relatati mal-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika, is-saħħa pubblika jew il-protezzjoni tal-ambjent. Dik l-eċċezzjoni jenħtieġ li ma tintużax biex tiġi evitata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' notifika stabbilita f'din id-Direttiva. B'riżultat ta' dan, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw il-miżuri kollha adottati b'dan il-mod lill-Kummissjoni, flimkien mal-kontenut tagħhom u r-raġunijiet għall-urġenza li wasslet għall-adozzjoni tagħhom, mingħajr dewmien mhux dovut u f'kull każ mhux aktar tard mid-data li fiha dawk il-miżuri urġenti ġew adottati.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-obbligu ta' notifika stabbilit fid-Direttiva 2006/123/KE jitlob li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-rekwiżiti koperti mill-Artikolu 15(2), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(1) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2006/123/KE. L-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva wriet li l-iskemi ta' awtorizzazzjoni jew ir-rekwiżiti relatati ma' skemi tal-awtorizzazzjoni, tal-assigurazzjoni tar-responsabilità professjonali, garanziji jew arranġamenti simili, u restrizzjonijiet multidixxiplinarji huma komuni u jistgħu jikkostitwixxu ostakoli importanti fis-suq intern għas-servizzi. Għalhekk dawn għandhom ikunu koperti wkoll b'obbligu ta' notifika sabiex tiġi faċilitata l-konformità tal-abbozz ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rilevanti mad-Direttiva 2006/123/KE. Ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2006/123/KE huma koperti mill-obbligu ta' notifika sa fejn dawn jaqgħu taħt l-Artikolu 16(3).

(12)  L-obbligu ta' notifika stabbilit fid-Direttiva 2006/123/KE jitlob li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-rekwiżiti koperti mill-Artikolu 15(2), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(1) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2006/123/KE. L-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva wriet li l-iskemi ta' awtorizzazzjoni jew ir-rekwiżiti relatati ma' skemi tal-awtorizzazzjoni, tal-assigurazzjoni tar-responsabilità professjonali, tar-regoli professjonali dwar il-komunikazzjoni kummerċjali, garanziji jew arranġamenti simili, u restrizzjonijiet multidixxiplinarji huma komuni u jistgħu jikkostitwixxu ostakoli importanti fis-suq intern għas-servizzi. Għalhekk dawn jenħtieġ li jkunu koperti wkoll b'obbligu ta' notifika sabiex tiġi faċilitata l-konformità tal-abbozz ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rilevanti mad-Direttiva 2006/123/KE. Ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2006/123/KE huma koperti mill-obbligu ta' notifika sa fejn dawn jaqgħu taħt l-Artikolu 16(3).

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Id-Direttiva preżenti tistabbilixxi konsultazzjoni ta' tliet xhur sabiex tippermetti valutazzjoni tal-abbozz ta' miżuri notifikati kif ukoll djalogu effettiv mal-Istat Membru notifikanti. Sabiex il-konsultazzjoni taħdem fil-prattika u sabiex l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jipprovdu b'mod effettiv il-kummenti tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-abbozz ta' miżuri mill-anqas tliet xhur qabel l-adozzjoni tagħhom. L-Istati Membri notifikanti għandhom iqisu l-kummenti magħmula dwar l-abbozz ta' miżura notifikata, b'konformità mad-dritt tal-Unjoni.

(13)  Bħala regola ġenerali, id-Direttiva preżenti tistabbilixxi konsultazzjoni ta' tliet xhur sabiex tippermetti valutazzjoni tal-abbozz ta' miżuri notifikati kif ukoll djalogu effettiv mal-Istat Membru notifikanti. Sabiex il-konsultazzjoni taħdem fil-prattika u sabiex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jipprovdu b'mod effettiv il-kummenti jew l-osservazzjonijiet tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw l-abbozz ta' miżuri mill-anqas tliet xhur qabel l-adozzjoni tagħhom. Jekk il-kummenti jirrigwardaw il-kompatibbiltà tal-miżura notifikata mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/123/KE, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-partijiet ikkonċernati jistgħu jaqsmu wkoll aktar osservazzjonijiet ġenerali bil-għan li, inter alia, jiskambjaw l-aħjar prattiki u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom u l-iskambju ġenerali ta' informazzjoni. Meta n-notifika tikkonċerna biss il-modifiki għall-abbozz ta' miżura diġà nnotifikat taħt konsultazzjoni, tali notifika ta' modifiki jenħtieġ li tkun soġġetta għal perjodu iqsar ta' konsultazzjoni ta' xahar. L-Istati Membri notifikanti jenħtieġ li jqisu l-kummenti magħmula dwar l-abbozz ta' miżura jew modifiki notifikati, b'konformità mad-dritt tal-Unjoni. Jekk l-Istat Membru notifikanti jiddeċiedi li ma jadottax l-abbozz ta' miżura notifikata, jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà li jirtira n-notifika fi kwalunkwe żmien.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Fejn, wara l-konsultazzjoni, il-Kummissjoni jkun baqgħalha tħassib dwar il-konformità tal-abbozz ta' miżura notifikata mad-Direttiva 2006/123/KE, hija tista' twissi lill-Istat Membru notifikanti, fejn tagħtih l-opportunità biex iġib l-abbozz ta' miżura tiegħu f'konformità mad-dritt tal-UE. Dik it-twissija għandha tinkludi spjegazzjoni tat-tħassib legali identifikat mill-Kummissjoni. Ir-riċeviment ta' tali twissija jfisser li l-Istat Membru notifikanti ma għandux jadotta l-miżura notifikata għal tliet xhur.

(14)  Fejn, wara l-konsultazzjoni, il-Kummissjoni jkun baqgħalha tħassib dwar il-konformità tal-abbozz ta' miżura notifikata mad-Direttiva 2006/123/KE, hija tista' twissi lill-Istat Membru notifikanti, fejn tagħtih l-opportunità jipprovdi aktar spjegazzjonijiet jew biex iġib l-abbozz ta' miżura tiegħu f'konformità mad-dritt tal-UE. Dik it-twissija għandha tinkludi spjegazzjoni dettaljata tat-tħassib legali identifikat mill-Kummissjoni jew minn Stati Membri oħra. Ir-riċeviment ta' tali twissija jfisser li l-Istat Membru notifikanti ma għandux jadotta l-abbozz ta' miżura notifikata għal tliet xhur.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  In-nuqqas ta' konformità mal-obbligu ta' notifika tal-abbozz ta' miżuri tal-inqas 3 xhur qabel l-adozzjoni tagħhom u/jew li ma tiġix adottata l-miżura notifikata matul dan il-perjodu, u skont il-każ, matul it-tliet xhur wara li tasal it-twissija, għandu jitqies bħala difett proċedurali sostanzjali ta' natura serja fir-rigward tal-effetti tiegħu fil-konfront ta' individwi.

(15)  In-nuqqas ta' konformità mal-obbligu ta' notifika tal-abbozz ta' miżuri jew modifiki għall-abbozz ta' miżuri jew ta' miżuri diġà notifikati li jkunu ġew adottati bi qbil ma' din id-Direttiva fil-perjodu ta' żmien preskritt jenħtieġ li jitqies bħala difett proċedurali sostanzjali ta' natura serja fir-rigward tal-effetti tiegħu fil-konfront ta' individwi.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Sabiex tassigura l-effiċjenza, l-effettività u l-koerenza tal-proċedura ta' notifika, il-Kummissjoni għandha żżomm is-setgħa li tadotta Deċiżjonijiet li jitolbu li l-Istat Membru inkwistjoni ma jadottax il-miżuri notifikati jew, jekk diġà jkunu adottati, li jħassarhom, meta dawn jiksru d-Direttiva 2006/123/KE.

(16)  Sabiex tassigura l-effiċjenza, l-effettività u l-koerenza tal-proċedura ta' notifika, fir-rigward tal-iskemi ta' awtorizzazzjoni jew ir-rekwiżiti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punti (a), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 4, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li tadotta Rakkomandazzjonijiet li jitolbu lill-Istat Membru inkwistjoni jadatta l-miżuri notifikati kkonċernati, joqgħod lura milli jadottahom jew, jekk ikunu diġà ġew adottati, li jħassarhom, sabiex jiġi indirizzat it-tħassib serju dwar il-kompatibbiltà ta' dawk il-miżuri mad-Direttiva 2006/123/KE. Fir-rigward tar-rekwiżiti li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 4b, il-Kummissjoni jenħtieġ li żżomm is-setgħa li tadotta Deċiżjonijiet li jitolbu li l-Istat Membru inkwistjoni ma jadottax il-miżuri notifikati jew, jekk diġà jkunu adottati, li jħassarhom, meta dawn jiksru d-Direttiva 2006/123/KE. Skont l-Artikolu 263 tat-TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha l-ġurisdizzjoni sabiex teżamina l-legalità ta' ċerti atti adottati mill-Kummissjoni, inklużi azzjonijiet miġjuba minn Stati Membri. Skont l-Artikolu 258 tat-TFUE, jekk il-Kummissjoni, wara li tagħti lill-Istat Membru l-opportunità li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu, toħroġ opinjoni motivata li tgħid li dak l-Istat Membru jkun naqas milli jwettaq xi obbligu taħt it-Trattati, u jekk l-Istat Membru jonqos milli jikkonforma ruħu ma' dik l-opinjoni motivata, il-Kummissjoni tista' tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Il-partijiet terzi interessati għandhom jingħataw aċċess għan-notifiki mibgħuta mill-Istati Membri sabiex dawn isiru jafu bl-iskemi ta' awtorizzazzjoni ppjanati jew ċerti rekwiżiti relatati mas-servizzi fis-swieq li attwalment jew potenzjalment joperaw fihom u sabiex ikunu jistgħu jipprovdu kummenti dwarhom.

(17)  Bl-għan li titjieb it-trasparenza bejn l-Istati Membri u l-partijiet terzi interessati, il-partijiet terzi interessati jenħtieġ li jingħataw aċċess għan-notifiki mibgħuta mill-Istati Membri sabiex dawn isiru jafu bl-iskemi ta' awtorizzazzjoni ppjanati jew introdotti jew ċerti rekwiżiti relatati mas-servizzi fis-swieq li attwalment jew potenzjalment joperaw fihom u l-possibbiltà li jipprovdu feedback dwarhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiffaċilita l-possibbiltà ta' kummenti dwar in-notifiki magħmula mill-Istati Membri fil-perjodu ta' konsultazzjoni u tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat dwar feedback rilevanti, jekk tqis li dan ikun meħtieġ. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tibgħat feedback minn partijiet terzi interessati lill-Istat Membru kkonċernat biss fejn tqis li l-feedback huwa sostantiv u jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-valutazzjoni tal-Istat Membru tal-miżura inkwistjoni.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "adozzjoni" tfisser id-deċiżjoni fi Stat Membru li tagħmel il-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta' natura ġenerali finali skont il-proċedura applikabbli.

(b)  "adozzjoni" tfisser id-deċiżjoni fi Stat Membru li tagħmel l-abbozz tal-miżura finali skont il-proċedura applikabbli.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe abbozz ta' miżura li tintroduċi rekwiżiti jew skemi ta' awtorizzazzjoni ġodda msemmija fl-Artikolu 4, jew li timmodifika tali rekwiżiti eżistenti jew skemi ta' awtorizzazzjoni.

1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe abbozz ta' miżura li tintroduċi rekwiżiti jew skemi ta' awtorizzazzjoni ġodda msemmija fl-Artikolu 4, jew li timmodifika b'mod sostanzjali tali rekwiżiti eżistenti jew skemi ta' awtorizzazzjoni.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

 

(a)  l-abbozz ta' miżuri li jikkonsisti biss mit-tħassir ta' skemi ta' awtorizzazzjoni jew rekwiżiti eżistenti;

 

(b)  l-abbozz ta' miżuri li jimplimenta l-iskemi ta' awtorizzazzjoni jew ir-rekwiżiti li jkunu diġà ġew notifikati lill-Kummissjoni u adottati mill-Istat Membru kkonċernat fil-livell nazzjonali u li dawk il-miżuri ma jbiddlux il-kamp ta' applikazzjoni, il-kontenut, jew jagħmlu l-iskemi ta' awtorizzazzjoni jew ir-rekwiżiti diġà notifikati aktar restrittivi għall-istabbiliment jew għall-forniment transfruntier ta' servizzi.

 

(c)  l-abbozz ta' miżuri li bih l-Istati Membri jikkonformaw ma' atti vinkolanti tal-Unjoni li jirregolaw rekwiżiti speċifiċi dwar l-aċċess għal attività ta' servizz jew it-twettiq tagħha, sal-punt li dawk ir-rekwiżiti jkunu previsti b'mod espliċitu u l-atti tal-Unjoni kkonċernati jirrikjedu t-traspożizzjoni uniformi tagħhom.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta Stat Membru jimmodifika abbozz ta' miżura notifikata bl-effett li jestendi b'mod sinifikanti l-kamp ta' applikazzjoni jew il-kontenut tagħha, jew iqassar l-iskeda ta' żmien oriġinarjament prevista għall-implimentazzjoni, jew iżid rekwiżiti jew skemi ta' awtorizzazzjoni, jew jagħmel dawk ir-rekwiżiti jew skemi ta' awtorizzazzjoni aktar restrittivi għall-istabbiliment, jew għall-forniment transfruntiera ta' servizzi, huwa għandu jerġa' jinnotifika l-abbozz ta' miżura modifikata notifikata qabel skont il-paragrafu 1, u jinkludi spjegazzjoni tal-objettiv u l-kontenut tal-modifiki. F'każ bħal dan, in-notifika preċedenti għandha titqies li ġiet irtirata.

2.  Meta Stat Membru jimmodifika b'mod sostanzjali abbozz ta' miżura notifikata li tkun soġġetta għal proċedura ta' notifika kontinwa, billi jbiddel il-kamp ta' applikazzjoni jew il-kontenut tagħha, billi jqassar il-kalendarju ta' żmien għall-implimentazzjoni, jew billi jżid rekwiżiti jew skemi ta' awtorizzazzjoni għall-istabbiliment, jew għall-forniment transfruntiera ta' servizzi, l-Istat Membru għandu jemenda n-notifika inizjali tal-abbozz ta' miżura u jinnotika l-modifiki ta' dak l-abbozz ta' miżura lill-Kummissjoni, u jinkludi spjegazzjoni tal-objettiv u l-kontenut tiegħu.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jinnotifikaw, qabel l-adozzjoni tagħhom, il-modifiki għal abbozz ta' miżura li diġà jkun soġġett għal proċedura ta' notifika kontinwa, magħmula mill-parlament ta' Stat Membru fil-livell nazzjonali jew reġjonali. L-Istat Membru kkonċernat jista' jadotta dawk il-miżuri kif modifikati u għandu jinnotifikahom lill-Kummissjoni mingħajr dewmien, u mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara l-adozzjoni tagħhom.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-abbozz ta' miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mill-anqas tliet xhur qabel l-adozzjoni tagħhom.

3.  L-abbozz ta' miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mill-anqas tliet xhur qabel l-adozzjoni tagħhom.

 

Il-modifiki msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni mill-anqas xahar qabel l-adozzjoni tagħhom.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-obbligu ta' notifika ta' abbozz ta' miżura qabel l-adozzjoni tagħha skont il-paragrafi 3 ma għandux japplika meta Stat Membru jkollu jadotta miżura urġenti minħabba ċirkostanzi serji u imprevedibbli relatati mal-protezzjoni tal-ordni pubbliku, mas-sigurtà pubblika, mas-saħħa pubblika jew mal-protezzjoni tal-ambjent. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni l-miżura urġenti, il-kontenut tagħha u r-raġunijiet għall-urġenza li wasslu għall-adozzjoni tagħha. Huwa għandu jagħmel dan mingħajr dewmien bla bżonn, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-jum li fih tiġi adottata l-miżura urġenti.

 

Mal-wasla tan-notifika ta' miżura urġenti l-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk iċ-ċirkustanzi li wasslu għall-użu tal-proċedura ta' emerġenza humiex ġustifikati.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-ksur ta' wieħed mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 3(1), (2) u (3) jew fl-Artikolu 6(2) għandu jikkostitwixxi difett proċedurali sostanzjali ta' natura serja fir-rigward tal-effetti tiegħu fil-konfront ta' individwi.

4.  Il-ksur ta' wieħed mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1, 1a, 2, 2a, 3, 3a ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 6(2) għandu jikkostitwixxi difett proċedurali sostanzjali ta' natura serja fir-rigward tal-effetti tiegħu fil-konfront ta' individwi.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dik l-informazzjoni għandha tidentifika r-raġuni aktar importanti relatata mal-interess pubbliku segwit u tagħti r-raġunijiet għaliex skema ta' awtorizzazzjoni jew rekwiżit innotifikati jkunu nondiskriminatorji abbażi tan-nazzjonalità jew ir-residenza u għaliex ikunu proporzjonati.

Dik l-informazzjoni għandha tidentifika r-raġuni aktar importanti relatata mal-interess pubbliku segwit u tipprovdi spjegazzjoni għaliex skema ta' awtorizzazzjoni jew rekwiżit notifikati jkunu nondiskriminatorji, neċessarji u proporzjonati biex ikun żgurat li jintlaħaq l-għan segwit.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dik l-informazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni li turi li ma jkunux disponibbli mezzi anqas restrittivi kif ukoll evidenza speċifika li tissostanzja l-argumenti ppreżentati mill-Istat Membru notifikanti.

imħassar

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  regoli professjonali dwar komunikazzjonijiet kummerċjali kif imsemmi fl-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2006/123/KE

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Malli tirċievi notifika mingħand Stat Membru kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) u (2), il-Kummissjoni tinforma lill-Istat Membru notifikanti dwar il-kompletezza tan-notifika li tkun irċeviet.

imħassar

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Mid-data li fiha l-Kummissjoni tinforma lill-Istat Membru notifikanti dwar il-kompletezza ta' notifika li tkun irċeviet, għandha ssir konsultazzjoni ta' mhux aktar minn tliet xhur bejn l-Istat Membru notifikanti, Stati Membri oħra u l-Kummissjoni.

2.  Ladarba l-abbozz ta' miżura jkun ġie notifikat, għandha ssir konsultazzjoni ta' mhux aktar minn tliet xhur bejn l-Istat Membru notifikanti, Stati Membri oħra u l-Kummissjoni. Dik il-konsultazzjoni għandha tibda mid-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi n-notifika.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu, fi żmien perjodu ta' xahrejn mill-bidu tal-perjodu ta' konsultazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, jissottomettu kummenti lill-Istat Membru notifikanti.

3.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu, fi żmien perjodu ta' xahrejn mill-bidu tal-perjodu ta' konsultazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, jissottomettu lill-Istat Membru notifikanti jew kummenti fis-sens li l-miżura notifikata tista' tkun inkompatibbli mad-Direttiva 2006/123/KE u/jew osservazzjonijiet oħra.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istat Membru notifikanti għandu jwieġeb għall-kummenti ppreżentati mill-Kummissjoni jew minn Stati Membri oħra fi żmien xahar wara li jirċevihom u qabel l-adozzjoni tal-miżura notifikata, billi jew jispjega kif dawk il-kummenti se jiġu kkunsidrati fil-miżura notifikata jew billi jindika r-raġunijiet għaliex dawk il-kummenti ma jistgħux jiġu kkunsidrati.

4.  L-Istat Membru notifikanti għandu jwieġeb għall-kummenti ppreżentati mill-Kummissjoni jew minn Stati Membri oħra fi żmien xahar wara li jirċevihom, billi jew jispjega kif dawk il-kummenti se jiġu kkunsidrati fil-miżura notifikata jew billi jindika r-raġunijiet għaliex dawk il-kummenti ma jistgħux jiġu kkunsidrati.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta la l-Kummissjoni u l-ebda Stat Membru ieħor ma jkunu ssottomettew kummenti għal abbozz ta' miżura notifikata fix-xahrejn imsemmija fil-paragrafu 3, il-perjodu ta' konsultazzjoni għandu jintemm immedjatament.

5.  Meta la l-Kummissjoni u lanqas Stati Membri oħrajn ma jkunu bagħtu kummenti dwar miżura notifikata fix-xahrejn imsemmija fil-paragrafu 3 u l-Istat Membru notifikanti ma jkunx għamel emendi għan-notifika inizjali, il-perjodu ta' konsultazzjoni għandu jintemm immedjatament. Meta n-notifika tkun saret f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3), l-Istat Membru notifikanti mbagħad jista' jipproċedi biex jadotta l-abbozz ta' miżura mingħajr ma tali adozzjoni tikkostitwixxi ksur ta' dak l-Artikolu.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Notifika skont l-Artikolu 3(2) għandha tkun soġġetta għal perjodu ta' konsultazzjoni ta' xahar mid-data tal-irċevuta tagħha. Matul dan il-perjodu, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jissottomettu l-kummenti tagħhom rigward il-kompatibbiltà tal-abbozz ta' miżura notifikata mad-Direttiva 2006/123/KE jew osservazzjonijiet oħra.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Qabel ma jingħalaq il-perjodu ta' konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(2), il-Kummissjoni tista' twissi lill-Istat Membru dwar it-tħassib tagħha rigward il-kompatibbiltà tal-abbozz ta' miżura notifikata mad-Direttiva 2006/123/KE u dwar l-intenzjoni tagħha li tadotta Deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 7.

1.  Qabel ma jingħalaq il-perjodu ta' konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(2) u (5a), il-Kummissjoni tista' twissi lill-Istat Membru dwar it-tħassib tagħha, li għandu jkun spjegat fid-dettall, rigward il-kompatibbiltà tal-abbozz ta' miżura notifikata mad-Direttiva 2006/123/KE u dwar l-intenzjoni tagħha li tadotta Rakkomandazzjoni jew Deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 7.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-Kummissjoni tista' toħroġ twissija, fi żmien tliet xhur mill-modifika tan-notifika prevista fl-Artikolu 3(2a).

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Wara li jirċievi twissija bħal din, l-Istat Membru notifikanti ma għandux jadotta l-abbozz ta' miżura għal perjodu ta' tliet xhur wara li jintemm il-perjodu ta' konsultazzjoni.

2.  Wara li jirċievi twissija skont il-paragrafu 1, l-Istat Membru notifikanti ma għandux jadotta l-abbozz ta' miżura għal perjodu ta' tliet xhur wara li jintemm il-perjodu ta' konsultazzjoni. Riċevuta ta' twissija m'għandhiex tipprevjeni Stat Membru milli jadotta l-leġiżlazzjoni, ir-regolament jew l-att amministrattiv korrispondenti wara li jkun għadda l-perjodu ta' tliet xhur.

 

Fi żmien xahar minn meta jirċievi twissija bi qbil mal-paragrafu 1 u 1a, l-Istat Membru notifikanti għandu jissottometti lill-Kummissjoni spjegazzjoni tal-kompatibilità tal-abbozz ta' miżura notifikata għad-Direttiva 2006/123/KE, jew għandu jemenda jew iħassar il-miżura kkonċernata sabiex jiżgura l-konformità ma' dik id-Direttiva.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Kummissjoni tkun ħarġet twissija skont l-Artikolu 6(1), hija tista', fi żmien tliet xhur wara d-data tal-għeluq tal-perjodu ta' konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(2), tadotta Deċiżjoni li ssib l-abbozz ta' miżura bħala inkompatibbli mad-Direttiva 2006/123/KE u titlob lill-Istat Membru kkonċernat sabiex ma jadottax l-abbozz ta' miżura jew, jekk dik il-miżura tkun ġiet adottata bi ksur tal-Artikolu 3(3) jew tal-Artikolu 6(2), biex iħassarha.

Meta l-Kummissjoni tkun ħarġet twissija skont l-Artikolu 6(1) u (1a) fir-rigward tar-rekwiżiti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punt (b) tal-Artikolu 4 u meta l-Kummissjoni jibqa' jkollha tħassib serju dwar il-miżura notifikata skont l-Artikolu 3(1), (2), (2a) u (3a), hija tista', fi żmien tliet xhur wara d-data ta' tali twissija tadotta Deċiżjoni li tirrikjedi lill-Istat Membru kkonċernat sabiex ma jadottax il-miżura notifikata jew iħassarha.

 

Meta l-Kummissjoni tkun ħarġet twissija skont l-Artikolu 6(1) u (1a) dwar skemi ta' awtorizzazzjonijiet jew rekwiżiti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 4(a), (c), (d) u (e) u meta l-Kummissjoni xorta jkun għad għandha tħassib serju dwar il-miżura notifikata skont l-Artikolu 3(1), (2), (2a) u (3a), hija tista', fi żmien tliet xhur mid-data ta' din it-twissija, tadotta Rakkomandazzjoni li tirrikjedi lill-Istat Membru kkonċernat sabiex ma jadottax il-miżura notifikata jew iħassarha.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq sit elettroniku pubbliku ddedikat in-notifiki magħmula mill-Istati Membri skont l-Artikoli 3 (1) u (2) u l-miżuri relatati adottati.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq sit elettroniku pubbliku ddedikat in-notifiki magħmula mill-Istati Membri skont l-Artikolu 3(1) u l-modifiki għan-notifiki inizjali skont l-Artikolu 3(2) u (2a), miżuri urġenti adottati skont l-Artikolu 3(3a), il-miżuri relatati adottati skont l-Artikolu 3(7) u r-Rakkomandazzjonijiet jew id-Deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 7.

 

Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-partijiet ikkonċernati l-possibbiltà li jipprovdu, permezz ta' mezzi elettroniċi, feedback dwar in-notifiki ppubblikati, jew twissija lill-Kummissjoni dwar l-abbozz ta' miżuri jew miżuri adottati li ma jkunux ġew notifikati f'konformità ma' din id-Direttiva. Malli tirċievi tali feedback jew twissija mingħand il-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat mingħajr dewmien.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti responsabbli fuq livell nazzjonali għat-tħaddim tal-proċedura ta' notifika stabbilita b'din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni liema awtorità hija responsabbli fuq livell nazzjonali għat-tħaddim tal-proċedura ta' notifika stabbilita b'din id-Direttiva. Din il-ħatra għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni ta' funzjonijiet u setgħat fost l-awtoritajiet fi ħdan is-sistemi nazzjonali.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa [36 xahar wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva] u tal-anqas kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

1.  Sa [36 xahar wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva] u tal-anqas kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluża valutazzjoni ta' kull użu mhux xieraq li jevita l-applikazzjoni tal-proċedura ta' notifika stabbilita f'din id-Direttiva.

(1)

  ĠU C 288, 31.8.2017, p. 43.


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Fl-10 ta' Jannar 2017 il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi l-proċedura ta' notifika għal skemi ta' awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma' servizzi. Din il-proposta hija parti minn firxa ta' azzjonijiet mill-Kummissjoni mmirati biex itejbu l-funzjonament tas-Suq Uniku fis-servizzi. Din tiffoka fuq aspetti proċedurali li jtejbu l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-obbligu ta' notifika stabbilit fid-Direttiva 2006/123/KE (id-"Direttiva dwar is-Servizzi").

Kuntest tat-tħejjija tal-proposta

Il-proċedura ta' notifika eżistenti għar-rekwiżiti għall-fornituri ta' servizz skont id-Direttiva dwar is-Servizzi ma kkontribwietx b'mod adegwat għall-implimentazzjoni korretta u sħiħa tad-Direttiva, u naqset milli tiġi implimentata bħala proċedura. Dan konsegwentement iwassal għal spejjeż għall-konsumatur u għan-negozju tas-Suq Uniku frammentat fis-servizzi, kif ukoll spejjeż amministrattivi għolja minħabba ksur għall-amministrazzjonijiet nazzjonali u għall-Kummissjoni meta tieħu azzjoni (40 % tal-każijiet ta' ksur jiġu invokati minħabba regolamenti nazzjonali adottati ġodda li ma jkunux konformi mad-Direttiva dwar is-Servizzi).

Il-proposta hija appoġġjata minn valutazzjoni tal-impatt, li biha l-Kummissjoni tikkonkludi li billi l-proċedura ta' notifika eżistenti tonqos milli tilħaq l-għanijiet tagħha, l-azzjoni tal-UE hija meqjusa neċessarja biex tindirizza n-nuqqasijiet identifikati biex teqleb il-proċedura ta' notifika fi strument effettiv u effiċjenti għal applikazzjoni aħjar tad-Direttiva dwar is-Servizzi eżistenti.

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tiżgura l-konformità tar-regoli nazzjonali li jintroduċu skemi ta' awtorizzazzjoni jew ċerti rekwiżiti mad-Direttiva dwar is-Servizzi, kif applikabbli skont il-kamp ta' applikazzjoni ta' din tal-aħħar, kif ukoll biex tipprevjeni l-ksur.

Għalhekk, din il-proposta għandha l-għan li ttejjeb l-effiċjenza tal-proċedura ta' notifika, li ttejjeb il-kwalità u l-kontenut tan-notifiki li jiġu sottomessi, li tkopri r-rekwiżiti addizzjonali li l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi wriet li jistgħu jikkostitwixxu ostakoli importanti għas-Suq Uniku tas-servizzi, u biex tiċċara l-konsegwenzi legali tan-nuqqas ta' notifika. Ir-riżultat finali jkun implimentazzjoni u infurzar aħjar tad-Direttiva dwar is-Servizzi kif inhi.

Kummenti ġenerali

Ir-Rapporteur jilqa' l-proposta bħala parti mill-Pakkett tas-Servizzi. Din tamplifika l-passi proċedurali tal-obbligu ta' notifika, tiċċara l-proċeduri u timmira għal aktar trasparenza sabiex ittejjeb l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi.

1. Obbligu ta' notifika

Billi l-proposta tibni fuq l-obbligu ta' notifika stabbilit fid-Direttiva dwar is-Servizzi, hija tipprovdi għal obbligu speċifiku għall-Istati Membri li jinnotifikaw abbozz ta' miżuri, inkluż dawk emendati mill-parlamenti nazzjonali matul il-konsiderazzjoni tagħhom, flimkien mal-informazzjoni ta' akkumpanjament. Din tispeċifika wkoll il-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-obbligi ta' notifika. Sabiex il-proċedura ta' notifika tkun effiċjenti u effettiva, qed jiġu stabbiliti limiti ta' żmien stretti. Ir-Rapporteur jara l-bżonn li jiġu żgurati s-setgħat leġiżlattivi tal-Istati Membri, b'mod speċjali l-proċeduri tal-parlamenti nazzjonali tagħhom, għalhekk jipproponi tibdil f'dan ir-rigward.

Barra minn hekk, il-proċedura ta' notifika, jekk applikata f'termini assoluti, toħloq piż amministrattiv addizzjonali li jista' ma jkunx proporzjonat mal-għanijiet immirati, b'mod speċjali għall-awtoritajiet muniċipali u lokali. Biex tiġi salvagwardjata proċedura proporzjonata fir-rigward ta' dawn l-awtoritajiet, ir-Rapporteur iqis li l-abbozz ta' miżuri li jimplimentaw l-iskemi ta' awtorizzazzjoni jew ir-rekwiżiti li jkunu diġà ġew notifikati lill-Kummissjoni u adottati minn dak l-Istat Membru fil-livell nazzjonali jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għan-notifika.

2. Parlamenti nazzjonali

Id-Direttiva proposta tistabbilixxi wkoll proċedura ta' konsultazzjoni ta' 3 xhur fost l-Istat Membru notifikanti, l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni, li tippermetti s-sottomissjoni ta' kummenti relatati mal-miżuri notifikati. Fil-każ li l-Kummissjoni tesprimi t-tħassib tagħha ("twissija") dwar il-kompatibbiltà tal-abbozz ta' miżura notifikat mad-Direttiva dwar is-Servizzi, l-Istat Membru notifikanti ma jadottax il-miżura inkwistjoni għal perjodu ta' 3 xhur wara li jagħlaq il-perjodu ta' konsultazzjoni msemmi. Il-Kummissjoni tista' f'dan il-każ toħroġ id-deċiżjoni tagħha u huma previsti modalitajiet rilevanti, fost l-oħrajn li jkopru l-emendi parlamentari. Ir-Rapporteur iqis li, filwaqt li s-setgħa tal-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni kif stabbilit fid-Direttiva dwar is-Servizzi jenħtieġ li tinżamm, il-parlamenti nazzjonali ma jistgħux jiġu preklużi milli jadottaw il-miżura inkwistjoni. Dan l-element ġdid fil-proposta tal-Kummissjoni jenħtieġ li għalhekk jitneħħa u jiġu previsti biss azzjonijiet ex post.

Konklużjonijiet.

Ir-Rapporteur jemmen li din il-proposta se twassal għal konformità aħjar mal-obbligu ta' notifika stabbilit mid-Direttiva dwar is-Servizzi, iżżid it-trasparenza u ssaħħaħ id-djalogu bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, u, konsegwentement, ittejjeb l-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva.

Ir-Rapporteur jinnota wkoll li l-approċċ imsaħħaħ għan-notifiki meħud mill-Kummissjoni f'ċerti każijiet jista' jwassal għal interferenzi fis-setgħat leġiżlattivi nazzjonali u jqiegħed piż amministrattiv fuq l-amministrazzjonijiet nazzjonali, b'mod speċjali l-awtoritajiet lokali u muniċipali. F'dan ir-rigward, ir-Rapporteur jara l-bżonn ta' għadd ta' emendi sabiex tiġi żgurata proċedura ta' notifika mtejba li tissodisfa t-tħassib espress.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi l-proċedura ta’ notifika għal skemi ta’ awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma’ servizzi, u li temenda d-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern

Referenzi

COM(2016)0821 – C8-0011/2017 – 2016/0398(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

12.1.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

19.1.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

19.1.2017

ECON

19.1.2017

EMPL

19.1.2017

ENVI

19.1.2017

 

ITRE

19.1.2017

CULT

19.1.2017

JURI

19.1.2017

LIBE

19.1.2017

 

PETI

19.1.2017

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

CONT

24.1.2017

ECON

21.3.2017

EMPL

9.2.2017

ENVI

31.1.2017

 

ITRE

28.2.2017

CULT

23.1.2017

JURI

22.3.2017

LIBE

13.2.2017

 

PETI

28.2.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Sergio Gutiérrez Prieto

25.1.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

8.6.2017

12.7.2017

28.9.2017

11.10.2017

Data tal-adozzjoni

4.12.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Dita Charanzová, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Evelyne Gebhardt, Sergio Gutiérrez Prieto, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Antonio López-Istúriz White, Nosheena Mobarik, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Biljana Borzan, Birgit Collin-Langen, Kaja Kallas, Roberta Metsola, Lambert van Nistelrooij, Sabine Verheyen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jonathan Bullock, Rupert Matthews, Bogdan Brunon Wenta, Flavio Zanonato

Data tat-tressiq

8.12.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

30

+

ALDE

Dita Charanzová, Kaja Kallas, Jasenko Selimovic

ECR

Daniel Dalton, Rupert Matthews, Nosheena Mobarik, Anneleen Van Bossuyt

PPE

Pascal Arimont, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Antonio López-Istúriz White, Roberta Metsola, Jiří Pospíšil, Andreas Schwab, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Sabine Verheyen, Bogdan Brunon Wenta, Lambert van Nistelrooij, Ivan Štefanec

S&D

Biljana Borzan, Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Flavio Zanonato

7

-

EFDD

Jonathan Bullock, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Marco Zullo

ENF

Mylène Troszczynski

GUE/NGL

Dennis de Jong

Verts/ALE

Pascal Durand, Igor Šoltes

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali