Proċedura : 2017/0145(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0404/2017

Testi mressqa :

A8-0404/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 05/07/2018 - 6.10
CRE 05/07/2018 - 6.10

Testi adottati :

P8_TA(2018)0310

RAPPORT     ***I
PDF 1192kWORD 148k
18.12.2017
PE 610.908v01-00 A8-0404/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u li jemenda r-Regolament (KE) 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u jħassar ir-Regolament (UE) 1077/2011

(COM(2017)0352 – C8-0216/2017 – 2017/0145(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur għal opinjoni: Monica Macovei

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u li jemenda r-Regolament (KE) 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u jħassar ir-Regolament (UE) 1077/2011

(COM(2017)0352 – C8-0216/2017 – 2017/0145(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0352),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 74, l-Artikoli 77(2)(a) u (b), l-Artikolu 78(2)(e), l-Artikolu 79(2)(c), l-Artikolu 82(1)(d), l-Artikolu 85(1), l-Artikolu 87(2)(a) u l-Artikolu 88(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0216/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0404/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Billi l-Awtorità tat-Tmexxija kienet teħtieġ awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja, hija ġiet stabbilita fl-għamla ta' aġenzija regolatorja (“Aġenzija”) b'personalità ġuridika. Kif kien miftiehem, is-sede tal-Aġenzija ġiet stabbilita f'Tallinn (l-Estonja). Madankollu, minħabba li l-kompiti relatati mal-iżvilupp tekniku u t-tħejjija għat-tmexxija operattiva tas-SIS u tal-VIS kienu diġà qegħdin jitwettqu fi Strasburgu (Franza) u kien installat sit ta' riżerva għal dawk is-sistemi tal-IT f'Sankt Johann im Pongau (l-Awstrija) b'konformità wkoll mal-postijiet tas-sistemi SIS u VIS deċiżi skont l-istrumenti leġiżlattivi rilevanti, jenħtieġ li dan jitkompla hekk. Jenħtieġ li dawk iż-żewġ siti jkomplu jkunu wkoll il-postijiet, rispettivament, fejn jitwettqu l-kompiti relatati mat-tmexxija operattiva tal-Eurodac u fejn għandu jiġi stabbilit sit ta' riżerva għall-Eurodac. Jenħtieġ li dawk iż-żewġ siti jikunu wkoll il-postijiet, rispettivament, għall-iżvilupp tekniku u t-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT oħrajn fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u, jekk dan ikun stabbilit fl-istrument leġiżlattiv rilevanti, għal sit ta' riżerva li jkun kapaċi jiżgura t-tħaddim ta' sistema tal-IT fuq skala kbira f'każ ta' ħsara fis-sistemi. Sabiex jimmassimizza l-użu possibbli tas-sit ta' riżerva, jenħtieġ li dan is-sit jkun jista' wkoll iħaddem is-sistemi simultanjament f'modalità attiva, diment li jibqa' kapaċi jiżgura t-tħaddim tagħhom f'każ ta' ħsara fis-sistemi.

Billi l-Awtorità tat-Tmexxija kienet teħtieġ awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja, hija ġiet stabbilita fl-għamla ta' aġenzija regolatorja (“Aġenzija”) b'personalità ġuridika. Kif kien miftiehem, is-sede tal-Aġenzija ġiet stabbilita f'Tallinn (l-Estonja). Madankollu, minħabba li l-kompiti relatati mal-iżvilupp tekniku u t-tħejjija għat-tmexxija operattiva tas-SIS u tal-VIS kienu diġà qegħdin jitwettqu fi Strasburgu (Franza) u kien installat sit ta' riżerva għal dawk is-sistemi tal-IT f'Sankt Johann im Pongau (l-Awstrija) b'konformità wkoll mal-postijiet tas-sistemi SIS u VIS deċiżi skont l-istrumenti leġiżlattivi rilevanti, jenħtieġ li dan jitkompla hekk. Jenħtieġ li dawk iż-żewġ siti jkunu wkoll il-postijiet, rispettivament, għall-iżvilupp tekniku u t-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT oħrajn fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u, jekk dan ikun stabbilit fl-istrument leġiżlattiv rilevanti, għal sit ta' riżerva li jkun kapaċi jiżgura t-tħaddim ta' sistema tal-IT fuq skala kbira f'każ li dik is-sistema jkollha ħsara, sakemm il-kapaċità tagħhom tippermetti dan. F'każ li ma jkunx hemm biżżejjed kapaċità għandu jkun possibbli li jiġu stabbiliti aktar siti tekniċi, abbażi tal-valutazzjoni tal-impatt u analiżi kost-benefiċċji wara l-konsultazzjoni tal-Kummissjoni u d-deċiżjoni pożittiva tal-Bord ta' Tmexxija. Bil-għan li jiġi mmassimizzat l-użu possibbli tas-sit ta' riżerva, u f'każijiet fejn l-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw is-sistemi taħt ir-responsabbiltà tal-Aġenzija jirrikjedu li dawk is-sistemi jiffunzjonaw 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa, l-Aġenzija għandha tkun tista' timplimenta soluzzjonijiet tekniċi, inkluża l-possibbiltà li s-sit ta' riżerva jħaddem is-sistemi b'mod simultanju b'modalità attiva dment li jibqa' jkollu l-kapaċità li jiżgura li dawn jibqgħu jaħdmu f'każ ta' ħsara fis-sistemi. Jenħtieġ li dawk is-soluzzjonijiet tekniċi jiġu implimentati abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt u analiżi kost-benefiċċji wara konsultazzjoni tal-Kummissjoni u deċiżjoni pożittiva tal-Bord ta' Tmexxija.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minn mindu bdiet tassumi r-responsabbiltajiet tagħha fl-1 ta' Diċembru 2012, l-Aġenzija ħadet f'idejha l-kompiti mogħtija lill-Awtorità tat-Tmexxija b'rabta mal-VIS permezz tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI55. Hija ħadet f'idejha l-kompiti mogħtija lill-Awtorità tat-Tmexxija b'rabta mas-SIS II permezz tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI f'April 2013 wara li ġiet attivata s-sistema, filwaqt li bdiet tassumi l-kompiti mogħtija lill-Kummissjoni b'rabta mal-Eurodac b'konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 2725/2000 u (KE) Nru 407/2002 f'Ġunju 2013. L-ewwel evalwazzjoni tal-ħidma tal-Aġenzija bbażata fuq evalwazzjoni esterna indipendenti u mwettqa fl-2015-2016 ikkonkludiet li l-eu-LISA qed tiżgura b'mod effettiv it-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira u kompiti oħrajn fdati lilha, kif ukoll li huma meħtieġa għadd ta' bidliet fir-Regolament tat-twaqqif, bħat-trasferiment lill-Aġenzija tal-kompiti tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni miżmuma mill-Kummissjoni. Filwaqt li tibni fuq l-evalwazzjoni esterna, il-Kummissjoni qieset l-iżviluppi politiċi, legali u fattwali u pproponiet, b'mod partikolari, fir-Rapport tagħha dwar il-funzjonament tal-Aġenzija Ewropea dwar it-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA)55 li jenħtieġ li l-mandat tal-Aġenzija jiġi estiż sabiex hija tkun tista' twettaq il-kompiti derivati mill-adozzjoni mill-koleġiżlaturi tal-proposti li jafdaw sistemi ġodda lill-Aġenzija, il-kompiti msemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Sistemi ta' Informazzjoni Aktar Intelliġenti u b'Saħħithom għall-Fruntieri u s-Sigurtà tas-6 ta' April 2016, fir-rapport finali tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli tal-11 ta' Mejju 2017 u fis-Seba' rapport ta' progress tal-Kummissjoni lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina tas-16 ta' Mejju 2017, soġġetta, fejn meħtieġ, għall-adozzjoni tal-istrumenti leġiżlattivi rilevanti. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Aġenzija tiġi inkarigata bl-iżvilupp ta' Portal Ewropew tat-Tfittxija, servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku u Repożitorju Komuni tal-Identità, soġġetta għall-adozzjoni tal-istrument leġiżlattiv rilevanti dwar l-interoperabbiltà. Fejn rilevanti, jenħtieġ li kwalunkwe azzjoni mwettqa fuq l-interoperabbiltà tkun iggwidata mill-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà – Strateġija ta' Implimentazzjoni57.

Minn mindu bdiet tassumi r-responsabbiltajiet tagħha fl-1 ta' Diċembru 2012, l-Aġenzija ħadet f'idejha l-kompiti mogħtija lill-Awtorità tat-Tmexxija b'rabta mal-VIS permezz tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI55. Hija ħadet f'idejha l-kompiti mogħtija lill-Awtorità tat-Tmexxija b'rabta mas-SIS II permezz tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI f'April 2013 wara li ġiet attivata s-sistema, filwaqt li bdiet tassumi l-kompiti mogħtija lill-Kummissjoni b'rabta mal-Eurodac b'konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 2725/2000 u (KE) Nru 407/2002 f'Ġunju 2013.

_________________

_________________

55 Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129).

55 Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129).

56 COM(2017) 346, 29.6.2017.

 

57 COM(2017) 134, 23.3.2017. L-Anness 2 ta' din il-Komunikazzjoni jipprovdi l-linji gwida ġenerali, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki għall-kisba tal-interoperabbiltà jew għall-inqas għall-ħolqien tal-ambjent sabiex tinkiseb interoperabbiltà aħjar meta jitfasslu, jiġu implimentati u ġestiti servizzi pubbliċi Ewropej.

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Barra minn hekk, l-Aġenzija tista' wkoll issir responsabbli għat-tħejjija, l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira addizzjonali fl-applikazzjoni tal-Artikoli 67 sa 89 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). L-Aġenzija għandha tkun fdata b'dawn il-kompiti biss permezz ta' strumenti leġiżlattivi sussegwenti u separati, wara li tkun saret valutazzjoni tal-impatt.

(15)  Barra minn hekk, l-Aġenzija tista' wkoll issir responsabbli għat-tħejjija, l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira addizzjonali fl-applikazzjoni tal-Artikoli 67 sa 89 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), bħas-soluzzjoni sigura tal-ICT għall-iskambju transfruntier ta' data sensittiva mill-awtoritajiet ġudizzjarji (e-CODEX). L-Aġenzija għandha tkun fdata b'dawn il-kompiti biss permezz ta' strumenti leġiżlattivi sussegwenti u separati, wara li tkun saret valutazzjoni tal-impatt.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-mandat tal-Aġenzija fir-rigward tar-riċerka jenħtieġ li jiġi estiż sabiex tiżdied il-kapaċità tagħha li tkun aktar proattiva billi tissuġġerixxi l-bidliet tekniċi meħtieġa u rilevanti fis-sistemi tal-IT taħt ir-responsabbiltà tagħha. L-Aġenzija tista' mhux biss tissorvelja iżda wkoll tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' riċerka rilevanti għat-tmexxija operattiva tas-sistemi ġestiti minnha. Jenħtieġ li hija tibgħat regolarment informazzjoni dwar dan il-monitoraġġ lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

(16)  Il-mandat tal-Aġenzija fir-rigward tar-riċerka jenħtieġ li jiġi estiż sabiex tiżdied il-kapaċità tagħha li tkun aktar proattiva billi tissuġġerixxi l-bidliet tekniċi meħtieġa u rilevanti fis-sistemi tal-IT taħt ir-responsabbiltà tagħha. L-Aġenzija tista' mhux biss tissorvelja iżda wkoll tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' riċerka rilevanti għat-tmexxija operattiva tas-sistemi ġestiti minnha. Jenħtieġ li hija tibgħat regolarment informazzjoni dwar dan il-monitoraġġ lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u, f'dak li jikkonċerna l-ipproċessar tad-data personali, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun responsabbli għat-twettiq ta' proġetti pilota, b'konformità mal-Artikolu 54(2)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Barra minn hekk, l-Aġenzija tista' tiġi fdata mill-Kummissjoni b'kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja għall-provi tal-kunċett iffinanzjati taħt l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża previsti fir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill61 b'konformità mal-Artikolu 58(1)(ċ) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. L-Aġenzija tista' wkoll tippjana u timplimenta attivitajiet ta' ttestjar fuq kwistjonijiet strettament koperti minn dan ir-Regolament u l-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-Aġenzija. Meta tingħata l-kompitu li twettaq proġett pilota, l-Aġenzija jenħtieġ li tagħti attenzjoni partikolari lill-Istrateġija ta' Ġestjoni tal-Informazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

(17)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun responsabbli għat-twettiq ta' proġetti pilota, b'konformità mal-Artikolu 54(2)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, wara l-approvazzjoni tal-awtorità baġitarja, għandha tkun tista' tafda lill-Aġenzija b'kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja għall-provi tal-kunċett iffinanzjati taħt l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża previsti mir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill61 b'konformità mal-Artikolu 58(1)(c) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. L-Aġenzija tista' wkoll tippjana u timplimenta attivitajiet ta' ttestjar fuq kwistjonijiet strettament koperti minn dan ir-Regolament u l-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-Aġenzija. Meta tingħata l-kompitu li twettaq proġett pilota, l-Aġenzija jenħtieġ li tagħti attenzjoni partikolari lill-Istrateġija ta' Ġestjoni tal-Informazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

_________________

_________________

60 Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

60 Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

61 Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).

61 Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa f'konformità mal-modifiki proposti għall-parti operattiva tar-Regolament.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tipprovdi pariri lill-Istati Membri fir-rigward tal-konnessjoni tas-sistemi nazzjonali mas-sistemi ċentrali.

(18)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tipprovdi pariri lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, fir-rigward tal-konnessjoni tas-sistemi nazzjonali mas-sistemi ċentrali.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tipprovdi wkoll appoġġ ad hoc lill-Istati Membri, fejn meħtieġ mis-sigurtà jew minn ħtiġijiet migratorji straordinarji. B'mod partikolari, meta Stat Membru jiffaċċja sfidi migratorji speċifiċi u sproporzjonati f'żoni partikolari tal-fruntieri esterni tiegħu kkaratterizzati mill-wasla ta' flussi migratorji kbar, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jserrħu fuq it-tisħiħ tekniku u operazzjonali. Dan jenħtieġ li jiġi pprovdut fiż-żoni hotspot minn timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni komposti minn esperti mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni. Fejn ikun meħtieġ l-appoġġ tal-eu-LISA f'dan il-kuntest fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mas-sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti minnha, jenħtieġ li t-talba għall-appoġġ tintbagħat lill-Aġenzija mill-Kummissjoni.

(19)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tipprovdi wkoll appoġġ ad hoc lill-Istati Membri, fejn meħtieġ mis-sigurtà jew minn ħtiġijiet migratorji straordinarji. B'mod partikolari, meta Stat Membru jiffaċċja sfidi migratorji speċifiċi u sproporzjonati f'żoni partikolari tal-fruntieri esterni tiegħu kkaratterizzati mill-wasla ta' flussi migratorji kbar, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jserrħu fuq it-tisħiħ tekniku u operattiv. Dan jenħtieġ li jiġi pprovdut fiż-żoni hotspot minn timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni komposti minn esperti mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni. Fejn ikun meħtieġ l-appoġġ tal-eu-LISA f'dan il-kuntest fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mas-sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti minnha, jenħtieġ li t-talba għall-appoġġ tintbagħat direttament lill-Aġenzija, li mbagħad għandha tikkonsulta lill-Kummissjoni qabel ma tittieħed deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tivverifika wkoll jekk l-Aġenzija tipprovdix reazzjoni f'waqtha għat-talba għal parir jew appoġġ ad hoc u għal kwalunkwe azzjoni meħuda mill-Aġenzija biex tgħin lil dak l-Istat Membru, fejn applikabbli. L-Aġenzija għandha ġġarrab l-ispejjeż kollha meta tipprovdi appoġġ, kif stabbilit f'din il-Premessa. Il-baġit tal-Aġenzija jenħtieġ li jinkludi linja baġitarja speċifika li tkun iddedikata esklużivament għal dan il-għan u b'mod addizzjonali għar-riżorsi finanzjarji allokati għax-xogħol ta' kuljum.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Jenħtieġ ukoll li jkun possibbli wkoll li l-Aġenzija tiġi inkarigata bl-iżvilupp, il-ġestjoni u/jew l-ospitar ta' sistema tal-IT komuni għal grupp ta' Stati Membri li jagħżlu, fuq bażi volontarja, soluzzjoni ċentralizzata li tgħinhom fl-implimentazzjoni tal-aspetti tekniċi tal-obbligi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sistemi tal-IT fuq skala kbira deċentralizzati fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Jenħtieġ li dan ikun jirrikjedi l-approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni u deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija u li jkun rifless fi ftehim ta' delega bejn l-Istati Membri kkonċernati u l-Aġenzija u ffinanzjat permezz ta' kontribuzzjoni mitluba lill-Istati Membri rilevanti sabiex ikopru l-ispejjeż kollha.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Fl-opinjoni 9/2017 tiegħu, il-KEPD ifakkar li l-bidliet fl-arkitettura tas-sistemi eżistenti ma jistgħux jiġu introdotti bi ftehim ta' delega iżda għandhom ikunu s-suġġett ta' bidla fil-bażi legali li tinkludi valutazzjoni tal-impatt partikolarment rigward il-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità u studji ta' fattibbiltà.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu rappreżentati fuq Bord ta' Tmexxija sabiex jikkontrollaw b'mod effettiv il-funzjonijiet tal-Aġenzija. Jenħtieġ li l-Bord ta' Tmexxija jiġi fdat bil-funzjonijiet meħtieġa, b'mod partikolari, biex jadotta l-programm ta' ħidma annwali, iwettaq il-funzjonijiet tiegħu relatati mal-baġit tal-Aġenzjia, jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija, jaħtar Direttur Eżekuttiv u jistabbilixxi proċeduri biex jittieħdu deċiżjonijiet relatati mal-kompiti operattivi tal-Aġenzija mid-Direttur Eżekuttiv. Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun irregolata u operata billi jitqiesu l-prinċipji tal-approċċ komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottati fid-19 ta' Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.

(23)  Bil-għan li jsir monitoraġġ effikaċi tal-funzjonament tal-Aġenzija, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu rappreżentati fuq Bord ta' Tmexxija, li għandu jressaq informazzjoni relevanti lill-Parlament Ewropew. Jenħtieġ li l-Bord ta' Tmexxija jiġi fdat bil-funzjonijiet meħtieġa, b'mod partikolari, biex jadotta l-programm ta' ħidma annwali, iwettaq il-funzjonijiet tiegħu relatati mal-istabbiliment tal-istrateġija għall-ġestjoni tal-baġit tal-Aġenzjia, jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija u jistabbilixxi proċeduri biex jittieħdu deċiżjonijiet relatati mal-kompiti operattivi tal-Aġenzija mid-Direttur Eżekuttiv. Il-Bord ta' Tmexxija jenħtieġ li jwettaq dawk il-kompiti b'mod effiċjenti u trasparenti. Wara l-organizzazzjoni ta' proċedura tal-għażla xierqa min-naħa tal-Kummissjoni, u wara seduta ta' smigħ tal-kandidati proposti fil-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew, il-Bord ta' Tmexxija jenħtieġ li jaħtar ukoll Direttur Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv jenħtieġ ikun assistit minn Viċi Direttur Eżekuttiv. Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun irregolata u operata billi jitqiesu l-prinċipji tal-approċċ komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottati fid-19 ta' Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru Membru għall-Grupp Konsultattiv rigward sistema tal-IT fuq skala kbira, jekk ikunu marbutin skont il-liġi tal-Unjoni bi kwalunkwe strument leġiżlattiv li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta' dik is-sistema partikolari. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-Danimarka taħtar Membru fil-Grupp Konsultattiv dwar sistema tal-IT fuq skala kbira, jekk hija tiddeċiedi skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka li timplimenta l-istrument leġiżlattiv li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta' dik is-sistema partikolari fil-liġi nazzjonali tagħha.

(32)  Kull Stat Membru li huwa marbut skont il-liġi tal-Unjoni bi kwalunkwe strument leġiżlattiv li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta' sistema tal-IT fuq skala kbira jenħtieġ li jaħtar membru fil-Grupp Konsultattiv ta' tali sistema. Il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen kif ukoll ta' miżuri relatati mal-Konvenzjoni ta' Dublin jew mal-Eurodac għandhom ukoll jaħtru Membru fil-Grupp Konsultattiv.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Għall-fini tal-issodisfar tal-missjoni tagħha u safejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha, jenħtieġ li l-Aġenzija titħalla tikkoopera mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, f'materji koperti minn dan ir-Regolament u l-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-Aġenzija fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma konklużi b'konformità mal-liġi u l-politika tal-Unjoni u fil-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Dawk l-arranġamenti ta' ħidma jenħtieġ li jirċievu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. L-Aġenzija jenħtieġ li wkoll tikkonsulta u ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni rigward is-sigurtà tan-netwerks, fejn ikun xieraq.

(34)  Għall-fini tal-issodisfar tal-missjoni tagħha, il-ksib ta' koordinament u ffrankar finanzjarju, l-evitar ta' duplikazzjoni u l-promozzjoni ta' sinerġija u komplementarjetà, u safejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha, jenħtieġ li l-Aġenzija titħalla tikkoopera mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, f'materji koperti minn dan ir-Regolament u l-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-Aġenzija fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma konklużi b'konformità mal-liġi u l-politika tal-Unjoni u fil-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Dawk l-arranġamenti ta' ħidma jenħtieġ li jirċievu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. L-Aġenzija jenħtieġ li wkoll tikkonsulta u ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni rigward is-sigurtà tan-netwerks, fejn ikun xieraq.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 34a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li jkunu daħlu fi kwalunkwe tip ta' ftehim ta' assoċjazzjoni mal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, kif ukoll miżuri relatati mal-Konvenzjoni ta' Dublin u mal-Eurodac, peress li ċerti sistemi tal-IT fuq skala kbira, bħall-ETIAS, jirrikjedu kooperazzjoni ma' pajjiżi oħra bħal dawn.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Sabiex ikun żgurat l-operat trasparenti tal-Aġenzija, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill66 japplika għall-Aġenzija. L-Aġenzija jenħtieġ li tkun kemm jista' jkun trasparenti dwar l-attivitajiet tagħha, mingħajr ma tipperikola l-kisba tal-objettiv tal-operazzjonijiet tagħha. Jenħtieġ li hija tippubblika l-informazzjoni dwar l-attivitajiet kollha tagħha. Bl-istess mod, jenħtieġ li hija tiżgura wkoll li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw malajr informazzjoni rigward il-ħidma tagħha.

(37)  Sabiex ikun żgurat l-operat trasparenti tal-Aġenzija, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill66 japplika għall-Aġenzija. L-Aġenzija jenħtieġ li tkun kemm jista' jkun trasparenti dwar l-attivitajiet tagħha, mingħajr ma tipperikola l-kisba tal-objettiv tal-operazzjonijiet tagħha. Jenħtieġ li hija tippubblika l-informazzjoni dwar l-attivitajiet kollha tagħha, b'mod konformi mal-prinċipju tat-trasparenza u sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-għanijiet tagħha. Bl-istess mod, jenħtieġ li hija tiżgura wkoll li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw malajr informazzjoni rigward il-ħidma tagħha.

_________________

_________________

66 Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

66 Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet ta' impjieg miftuħa u trasparenti u trattament ugwali tal-persunal, ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ('ir-Regolamenti tal-Persunal') u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' Impjegati Oħrajn tal-Unjoni Ewropea ('Il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' Impjegati oħrajn'), stipulati fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/6869 (li flimkien issir referenza għalihom bħala r-'Regolamenti tal-Persunal'), jenħtieġ li japplikaw għall-persunal (inkluż id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija), inklużi r-regoli dwar is-segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħrajn ta' kunfidenzjalità.

(40)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet ta' impjieg miftuħa u trasparenti u trattament ugwali tal-persunal, ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ('ir-Regolamenti tal-Persunal') u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' Impjegati Oħrajn tal-Unjoni Ewropea ('Il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' Impjegati oħrajn'), stipulati fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/6869 (li flimkien issir referenza għalihom bħala r-'Regolamenti tal-Persunal'), jenħtieġ li japplikaw għall-persunal (inkluż id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija), inklużi r-regoli dwar is-segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħrajn ta' kunfidenzjalità. Jenħtieġ li l-Aġenzija jkollha baġit u persunal biżżejjed biex tevita li testernalizza l-missjonijiet u l-kompiti tagħha lil kumpaniji privati.

_________________

_________________

69 69 ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

69 69 ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' Aġenzija fil-livell tal-Unjoni responsabbli mit-tmexxija operattiva u, fejn xieraq, mill-iżvilupp ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u, għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(43)  Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' Aġenzija fil-livell tal-Unjoni responsabbli mit-tmexxija operattiva u, fejn xieraq, mill-iżvilupp ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti u effikaċi mill-Istati Membri u, għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 45 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mid-29 ta' Marzu 2017, meta r-Renju Unit innotifika l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea, b'konformità mal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, it-Trattati mhux se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar l-irtirar jew, jekk dan ma jsirx, wara sentejn min-notifika, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix li jestendi dak il-perjodu. B'konsegwenza ta' dan, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar l-irtirar, din id-deskrizzjoni msemmija fuq tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-proposta tapplika biss sakemm ir-Renju Unit ma jibqax Stat Membru.

imħassar

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u tal-Eurodac.

2.  L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u tal-Eurodac, b'mod konformi mal-principju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  It-tmexxija operattiva għandha tikkonsisti fil-kompiti kollha meħtieġa sabiex is-sistemi tal-IT fuq skala kbira jinżammu jiffunzjonaw f'konformità mad-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal kull waħda minnhom, inkluża r-responsabbiltà għall-infrastruttura ta' komunikazzjoni użata minnhom. Dawk is-sistemi tal-IT fuq skala kbira ma għandhomx jiskambjaw data jew jippermettu l-kondiviżjoni ta' informazzjoni jew għarfien, sakemm dan ma jkunx stabbilit f'bażi legali speċifika.

5.  It-tmexxija operattiva għandha tikkonsisti fil-kompiti kollha meħtieġa sabiex is-sistemi tal-IT fuq skala kbira jinżammu jiffunzjonaw f'konformità mad-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal kull waħda minnhom, inkluża r-responsabbiltà għall-infrastruttura ta' komunikazzjoni użata minnhom. Dawk is-sistemi tal-IT fuq skala kbira ma għandhomx jiskambjaw data jew jippermettu l-kondiviżjoni ta' informazzjoni jew għarfien.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 6 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  l-iżvilupp tal-azzjonijiet meħtieġa li jippermettu l-interoperabbiltà b'konformità mal-Artikolu 9;

imħassar

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-iżvilupp ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira bl-użu ta' struttura adegwata għat-tmexxija tal-proġetti għal sistemi tal-IT fuq skala kbira li qed jiżviluppaw b'mod effiċjenti;

(a)  l-iżvilupp ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira bl-użu ta' struttura adegwata għat-tmexxija tal-proġetti għal sistemi tal-IT fuq skala kbira li qed jiżviluppaw b'mod effiċjenti u sigur;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-tħaddim effettiv, sigur u kontinwu tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira;

(b)  it-tħaddim effettiv, sigur u kontinwu tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira, li jkun adattat biex jiżgura titjib kontinwu fil-kwalità tad-data;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  livell għoli ta' protezzjoni tad-data, b'konformità mar-regoli applikabbli, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi għal kull sistema tal-IT fuq skala kbira;

(f)  livell għoli ta' protezzjoni tad-data, b'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi għal kull sistema tal-IT fuq skala kbira;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  livell xieraq ta' sigurtà tad-data u fiżika, b'konformità mar-regoli applikabbli, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi għal kull sistema tal-IT fuq skala kbira;

(g)  livell xieraq ta' sigurtà, inkluża l-implimentazzjoni ta' proċess ta' mmaniġġjar tar-riskju tas-sigurtà tal-informazzjoni (ISRM) xieraq.

Ġustifikazzjoni

Emenda konformi mar-rakkomandazzjoni tal-EPDS dwar Proċess ta' Mmaniġġjar tar-Riskju tas-Sigurtà tal-Informazzjoni.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  l-għoti ta' statistiki adegwati lill-Kummissjoni u lill-aġenziji rilevanti deċentralizzati tal-Unjoni.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  (ba) kompiti relatati mal-Uffiċċji SIRENE u l-komunikazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE kif previst fir-Regolament (UE) XXX/XXX [Regolament SIS].

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-kompiti mogħtija lilha mir-Regolament (UE) Nru 603/2013 [jew mir-Regolament XX ta' XX dwar l-istabbiliment tal-'Eurodac' għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-[Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi ddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida], għall-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida b'residenza illegali u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi (riformulazzjoni)];

(a)  il-kompiti mogħtija lilha mir-Regolament (UE) Nru 603/2013 [jew mir-Regolament XX ta' XX dwar l-istabbiliment tal-'Eurodac' għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-[Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi ddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida], għall-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida b'residenza illegali u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (eu-LISA) (riformulazzjoni)];

Ġustifikazzjoni

L-allinjament man-negozjati li għaddejjin dwar ir-Regolament dwar l-Eurodac

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 5c – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-kompiti mogħtija lilha mir-[Regolament (UE) Nru XX ta' XX dwar l-istabbiliment tal-'Eurodac' għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-[Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi ddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida], għall-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida b'residenza illegali u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi (riformulazzjoni) (COM(2016) 272 finali – 2016/0132 (COD)].

(a)  il-kompiti mogħtija lilha mir-[Regolament (UE) Nru XX ta' XX dwar l-istabbiliment tal-'Eurodac' għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-[Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi ddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida], għall-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida b'residenza illegali u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (eu-LISA) (riformulazzjoni) (COM(2016) 272 finali – 2016/0132 (COD)].

Ġustifikazzjoni

L-allinjament man-negozjati li għaddejjin dwar ir-Regolament dwar l-Eurodac

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-infrastruttura tal-komunikazzjoni għandha tiġi ġestita u kkontrollata b'mod adegwat b'tali mod li tkun protetta mit-theddid u sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tagħha u tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira li għalihom hija responsabbli l-Aġenzija, inkluża dik tad-data skambjata permezz tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-infrastruttura tal-komunikazzjoni għandha tiġi ġestita u kkontrollata b'mod adegwat b'tali mod li tkun protetta mit-theddid u sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tagħha u tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira li għalihom hija responsabbli l-Aġenzija, inkluża dik tad-data skambjata permezz tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 7(1), l-Aġenzija mhix għalkollox responsabbli għall-infrastruttura ta' komunikazzjoni tas-sistemi kollha. Ir-responsabbiltà għall-infrastruttura ta' komunikazzjoni hija maqsuma bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni f'dak li jikkonċerna s-sistemi (l-Eurodac fil-preżent u l-ECRIS-TCN fil-futur) bl-użu tal-EuroDomain. Dan għandu jiġi ċċarat fil-paragrafu (2).

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għandhom jiġu adottati miżuri xierqa mill-Aġenzija, inklużi pjanijiet ta' sigurtà, fost l-oħrajn, sabiex jiġu evitati l-qari, l-ikkopjar, il-modifika u t-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali matul it-trasferimenti ta' data personali jew it-trasport ta' mezzi tad-data, b'mod partikolari permezz ta' tekniki ta' kriptaġġ xierqa. L-informazzjoni operattiva kollha relatata mas-sistema li tiċċirkola fl-infrastruttura tal-komunikazzjoni għandha tiġi kkriptata.

3.  L-Aġenzija għandha tadotta miżuri xierqa b'rabta mas-sigurtà, inklużi pjanijiet ta' sigurtà u l-implimentazzjoni ta' proċess ta' mmaniġġjar tar-riskju tas-sigurtà tal-informazzjoni xieraq, fost l-oħrajn, sabiex jiġu evitati l-qari, l-ikkopjar, it-trasferiment, il-modifika u t-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali matul it-trasferimenti ta' data personali jew it-trasport ta' mezzi tad-data, b'mod partikolari permezz ta' tekniki ta' kriptaġġ xierqa. L-informazzjoni operattiva kollha relatata mas-sistema li tiċċirkola fl-infrastruttura tal-komunikazzjoni għandha tiġi kkriptata.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-kompiti relatati mat-tmexxija operattiva tal-infrastruttra tal-komunikazzjoni tista' tiġi fdata lil entitajiet jew korpi esterni fis-settur privat b'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. F'każ bħal dan, il-fornitur tan-netwerk għandu jkun marbut bil-miżuri ta' sigurtà msemmija fil-paragrafu 3 u bl-ebda mod ma għandu jkollu aċċess għad-data operattiva tas-SIS II, tal-VIS, tal-Eurodac, [tal-EES], [tal-ETIAS], [tas-sistema awtomatizzata għar-reġistrazzjoni, il-monitoraġġ u l-mekkaniżmu ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali] [jew tas-sistema ECRIS-TCN] jew għall-iskambju tas-SIRENE relatat mal-SIS II.

imħassar

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija, flimkien mal-Kummissjoni, għandha taħdem sabiex tistabbilixxi, għas-sistemi kollha taħt ir-responsabbiltà operattiva tal-Aġenzija, mekkaniżmi awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data u indikaturi komuni tal-kwalità tad-data, kif ukoll sabiex tiżviluppa repożitorju ċentrali għar-rapportar u l-istatistika, soġġetta għal emendi leġiżlattivi speċifiċi fl-istrumenti tas-sistemi eżistenti u/jew għal dispożizzjonijiet speċifiċi fi strumenti ġodda.

Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri f'dak li jikkonċerna d-data introdotta fis-sistemi taħt ir-responsabbiltà operattiva tal-Aġenzija, l-Aġenzija, flimkien mal-Kummissjoni, għandha taħdem sabiex tistabbilixxi, għal dawk is-sistemi kollha, mekkaniżmi awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data u indikaturi komuni tal-kwalità tad-data, kif ukoll sabiex tiżviluppa repożitorju ċentrali li fih data anonimizzata għar-rapportar u l-istatistika, soġġetta għal dispożizzjonijiet speċifiċi fl-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-Aġenzija.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

imħassar

Interoperabilità

 

L-Aġenzija għandha tiżviluppa wkoll l-azzjonijiet meħtieġa sabiex tippermetti l-interoperabbiltà tas-sistemi, soġġetta, fejn meħtieġ, għall-adozzjoni tal-istrumenti leġiżlattivi rilevanti.

 

Ġustifikazzjoni

Fl-opinjoni 9/2017 tiegħu, il-KEPD ifakkar li llum ma jeżisti ebda qafas leġiżlattiv fir-rigward tal-interoperabbiltà. Meta wieħed jikkunsidra r-riskji għad-dritt tal-privatezza u għad-dritt tal-protezzjoni tad-data, din l-interoperabbiltà ma tistax tiġi implimentata mingħajr bażi legali ad hoc li tinkludi valutazzjoni tal-impatt u studju ta' fattibbiltà.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija għandha, fuq bażi regolari, iżżomm lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u, f'dak li jirrigwardja kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data infurmati bl-iżviluppi msemmija fil-paragrafu 1.

3.  Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha, fuq bażi regolari u minn tal-inqas darba fis-sena, iżżomm lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u, f'dak li jirrigwardja l-ipproċessar tad-data personali, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data infurmati bl-iżviluppi msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha żżomm lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u, f'dak li jirrigwardja kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, infurmati fuq bażi regolari bl-evoluzzjoni tal-proġetti pilota msemmija fl-ewwel subparagrafu.

L-Aġenzija għandha żżomm lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u, f'dak li jirrigwardja l-ipproċessar tad-data personali, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, infurmati fuq bażi regolari bl-evoluzzjoni tal-proġetti pilota msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill u wara deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija, l-Aġenzija tista' tiġi fdata b'kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja għall-provi tal-kunċett iffinanzjati taħt l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża previsti fir-Regolament (UE) Nru 515/2014 b'konformità mal-Artikolu 58(1)(ċ) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, permezz ta' ftehim ta' delega.

3.  Fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill, bl-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, u wara deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija, l-Aġenzija tista' tiġi fdata b'kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja għall-provi tal-kunċett iffinanzjati taħt l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża previsti fir-Regolament (UE) Nru 515/2014 b'konformità mal-Artikolu 58(1)(ċ) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, permezz ta' ftehim ta' delega.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Aġenzija tista' tippjana u timplimenta attivitajiet ta' ttestjar fuq kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament u l-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-Aġenzija wara deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

4.  L-Aġenzija tista' tippjana u timplimenta attivitajiet ta' ttestjar fuq l-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-Aġenzija wara deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija. L-Aġenzija għandha tiżgura livell adegwat ta' kwalità fir-rigward ta' attivitajiet ta' ttestjar u għandha tkopri l-ispejjeż rilevanti kollha.

Ġustifikazzjoni

Il-kompiti ewlenin tal-Aġenzija għandhom x'jaqsmu mal-ġestjoni ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Għalhekk, jenħtieġ li l-Aġenzija tingħata s-setgħa biex tittestja l-attivitajiet marbuta mal-ġestjoni ta' dawk is-sistemi.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija tista' tintalab tipprovdi pariri lill-Istati Membri fir-rigward tal-konnessjoni tas-sistemi nazzjonali mas-sistemi ċentrali, kif ukoll appoġġ ad hoc lill-Istati Membri. It-talbiet għal appoġġ ad hoc għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni, li min-naħa tagħha għandha tibgħathom lill-Aġenzija. Hija tista' tintalab tipprovdi wkoll pariri jew appoġġ lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet tekniċi relatati mas-sistemi eżistenti jew ġodda, inkluż permezz ta' studji u ttestjar.

1.  Kwalunkwe Stat Membru jista' jitlob lill-Aġenzija tipprovdi pariri fir-rigward tal-konnessjoni tas-sistemi nazzjonali tagħha mas-sistemi ċentrali. Kwalunkwe Stat Membru jista' wkoll jippreżenta talba direttament lill-Aġenzija għal appoġġ ad hoc. Qabel ma tipprovdi tali appoġġ ad hoc, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-Kummissjoni, li min-naħa tagħha għandha tibgħat il-fehmiet tagħha dwar il-kwistjoni lill-Bord ta' Tmexxija mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha tivverifika wkoll jekk l-Aġenzija pprovdietx reazzjoni f'waqtha għat-talba tal-Istat Membru u għal kwalunkwe azzjoni meħuda mill-Aġenzija biex tgħin lil dak l-Istat Membru, fejn applikabbli. L-Aġenzija tista' tintalab tipprovdi wkoll pariri jew appoġġ lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet tekniċi relatati mas-sistemi eżistenti jew ġodda, inkluż permezz ta' studji xierqa u ttestjar adegwat. L-Aġenzija għandha ġġarrab l-ispejjeż kollha. Il-baġit tal-Aġenzija jenħtieġ li jinkludi linja baġitarja speċifika li tkun iddedikata esklużivament għal dan il-għan u b'mod addizzjonali għar-riżorsi finanzjarji allokati għax-xogħol ta' kuljum.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija tista' tkun inkarigata wkoll li tiżviluppa, tiġġestixxi u/jew tospita sistema tal-IT komuni minn grupp ta' mill-inqas sitt Stati Membri li jagħżlu, fuq bażi volontarja, soluzzjoni ċentralizzata li tgħinhom fl-implimentazzjoni tal-aspetti tekniċi tal-obbligi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sistemi deċentralizzati fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, soġġetta għal approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni u wara deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija. F'każ bħal dan, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jafdaw lill-Aġenzija b'dawk il-kompiti permezz ta' ftehim ta' delega li jinkludi l-kundizzjonijiet għad-delega u li jistabbilixxi l-kalkolu tal-ispejjeż kollha rilevanti u l-metodu tal-fatturazzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Wara l-opinjoni tal-KEPD: Fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tipprevedi sistema deċentralizzata, din ma tistax tinbidel minn ftehim ta' delega bejn ftit Stati Membri u l-eu-LISA.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Għajnuna loġistika

 

L-Aġenzija għandha tipprovdi informazzjoni statistika adegwata u dettaljata:

 

(a)  lill-Kummissjoni għall-finijiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, kif ipprovdut mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 1053/20131a; and

 

(b)  lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għall-finijiet ta' monitoraġġ tat-twettiq ta' valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà, skont ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b.

 

L-Aġenzija tista' tipprovdi informazzjoni statistika adegwata u dettaljata lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni għal raġunijiet ġustifikati.

 

_________________

 

1a   Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

 

1b   Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn ikun previst sit ta' riżerva jew sit tekniku sekondarju fl-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta' kull waħda mis-sistemi, dan is-sit għandu jiġi installat f'Sankt Johann im Pongau, l-Awstrija.

Fejn ikun rikjest sit ta' riżerva biex jiġi żgurat il-funzjonament sħiħ tas-sistemi f'każ ta' ħsara f'sistema waħda jew aktar, dan is-sit għandu jiġi installat f'Sankt Johann im Pongau, l-Awstrija. F'dak li jikkonċerna l-implimentazzjoni tas-sistemi l-ġodda, il-Bord ta' Tmexxija, flimkien mal-Kummissjoni, għandu jevalwa u jivvaluta r-rekwiżiti speċifiċi ta' dawk is-sistemi u jirrakkomanda soluzzjonijiet tekniċi li jiżguraw li jsir l-aqwa użu tas-sit ta' riżerva kif ukoll li jkun hemm konnettività magħha.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Iż-żewġ siti tekniċi jistgħu jintużaw simultanjament għat-tħaddim attiv tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira, bil-kundizzjoni li t-tieni sit jibqa' kapaċi jiżgura t-tħaddim tagħhom f'każ ta' ħsara f'waħda jew aktar mis-sistemi. Ma jista' jiġi stabbilit ebda sit tekniku ieħor mingħajr emenda f'dan ir-Regolament.

5.  Iż-żewġ siti tekniċi jistgħu jintużaw simultanjament għat-tħaddim attiv tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira, bil-kundizzjoni li t-tieni sit jibqa' kapaċi jiżgura t-tħaddim tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira f'każ ta' ħsara f'waħda jew aktar mis-sistemi.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Sa ... [15-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni fil-fond tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk futuri tal-Aġenzija f'termini ta' kapaċità ta' hosting ta' siti eżistenti, filwaqt li tqis l-ħtieġa possibbli li jiġu żviluppati soluzzjonijiet tekniċi biex jiżguraw li s-sistemi tal-IT fuq skala kbira taħt ir-responsabbiltà tal-Aġenzija jaħdmu 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, fejn l-istrumenti leġiżlattivi li jirregola dawn is-sistemi jeħtieġu hekk, u r-riskji possibbli tal-istruttura operattiva attwali. Qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni mill-Bord ta' Tmexxija l-Kummissjoni għandha tippreżenta dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u, fejn ikun rilevanti, jestendi l-mandat tiegħu/tagħha jew itemmlu/itemmilha l-mandat, b'konformità mal-Artikolu 22;

(c)  jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv, jiċċekkja u jivvaluta l-ħidma tagħhom u, fejn ikun rilevanti, iġeddilhom jew itemmilhom il-mandati rispettivi tagħhom, b'konformità mal-Artikolu 22 u l-Artikolu 22a rispettivament;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv u jissorvelja l-prestazzjoni tiegħu, inkluża l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija;

(d)  jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv u jissorvelja l-prestazzjoni tiegħu jew tagħha, inkluż l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija kif ukoll fuq il-Viċi Direttur Eżekuttiv, bi ftehim mad-Direttur Eżekuttiv;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu;

(i)  jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu u jippubblikahom fuq il-website tal-Aġenzija;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  jadotta regoli u proċeduri interni dettaljati biex jipproteġi lill-informaturi, inklużi mezzi xierqa ta' komunikazzjoni għar-rapportar ta' kondotta ħażina;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt r

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(r)  jadotta rapport interim sal-aħħar ta' Awwissu ta' kull sena dwar il-progress fuq l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ippjanati tas-sena attwali u jibagħtu lill-Kummissjoni;

(r)  jadotta rapport interim sal-aħħar ta' Awwissu ta' kull sena dwar il-progress fuq l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ippjanati tas-sena attwali u jibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt s

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(s)  jivvaluta u jadotta r-rapport annwali tal-attività kkonsolidat tal-attivitajiet tal-Aġenzija għas-sena preċedenti, billi jqabbel, b'mod partikolari, ir-riżultati miksuba mal-objettivi tal-programm ta' ħidma annwali u jibgħat kemm ir-rapport kif ukoll il-valutazzjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta' Lulju ta' kull sena; ir-rapport annwali tal-attività għandu jiġi ppubblikat;

(s)  jivvaluta u jadotta r-rapport annwali tal-attività kkonsolidat tal-attivitajiet tal-Aġenzija għas-sena preċedenti, billi jqabbel, b'mod partikolari, ir-riżultati miksuba mal-objettivi tal-programm ta' ħidma annwali u jibgħat kemm ir-rapport kif ukoll il-valutazzjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta' Lulju ta' kull sena; ir-rapport annwali tal-attività għandu jiġi ppubblikat;

Ġustifikazzjoni

Fl-Opinjoni 2017/9 tiegħu, il-KEPD ifakkar li jenħtieġ li huwa jkun inkluż fil-lista tad-destinatarji tal-informazzjoni sabiex ikun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu kif xieraq.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt w

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(w)  jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u għar-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mid-diversi rapporti u evalwazzjonijiet tal-awditjar intern jew estern, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF);

(w)  jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u għar-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mid-diversi rapporti u evalwazzjonijiet tal-awditjar intern jew estern, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) [u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)];

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt y

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(y)  jadotta l-miżuri ta' sigurtà meħtieġa, inklużi pjan ta' sigurtà, pjan ta' kontinwità fin-negozju u pjan ta' rkupru minn diżastru, filwaqt li jqis ir-rakkomandazzjonijiet possibbli tal-esperti tas-sigurtà preżenti fil-Gruppi Konsultattivi;

(y)  jadotta l-miżuri ta' sigurtà meħtieġa, inklużi pjanijiet ta' sigurtà u l-implimentazzjoni ta' proċess ta' mmaniġġjar tar-riskju tas-sigurtà tal-informazzjoni xieraq, u pjan ta' kontinwità fin-negozju u pjan ta' rkupru minn diżastru, filwaqt li jqis ir-rakkomandazzjonijiet possibbli tal-esperti tas-sigurtà preżenti fil-Gruppi Konsultattivi;

Ġustifikazzjoni

Emenda konformi mar-rakkomandazzjoni tal-EPDS dwar Proċess ta' Mmaniġġjar tar-Riskju tas-Sigurtà tal-Informazzjoni.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt ya (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ya)  jadotta regoli interni għall-monitoraġġ ta' kwalunkwe użu u aċċess għal sistemi tal-IT fuq skala kbira mill-persunal tal-Aġenzija.

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li l-Bord ta' Tmexxija jiżgura wkoll li jeżistu regoli ta' awtomonitoraġġ adegwati għall-persunal tal-Aġenzija fir-rigward tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira li għalihom huwa responsabbli.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt z

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(z)  jadotta r-regoli ta' sigurtà dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata u tal-informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata wara approvazzjoni mill-Kummissjoni;

(z)  jadotta r-regoli ta' sigurtà dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata u tal-informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata wara konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt gg

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(gg)  jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ċentrali tal-Eurodac skont l-Artikolu 40(1) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 [jew l-Artikolu 42 tar-Regolament XX ta' XX dwar l-istabbiliment tal-'Eurodac' għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-[Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi ddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida], għall-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida b'residenza illegali u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi (riformulazzjoni)];

(gg)  jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ċentrali tal-Eurodac skont l-Artikolu 40(1) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 [jew l-Artikolu 42 tar-Regolament XX ta' XX dwar l-istabbiliment tal-'Eurodac' għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-[Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi ddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida], għall-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida b'residenza illegali u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) XXX/XXX (eu-LISA) (riformulazzjoni)];

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt jj

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(jj)  jikkompila u jippubblika statistika dwar il-ħidma tas-Sistema Ċentrali tal-Eurodac skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 [jew l-Artikolu 9(2) tar-Regolament XX ta' XX dwar l-istabbiliment tal-'Eurodac' għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-[Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi ddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida], għall-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida b'residenza illegali u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi (riformulazzjoni)];

(jj)  jikkompila u jippubblika statistika dwar il-ħidma tas-Sistema Ċentrali tal-Eurodac skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 [jew l-Artikolu 9(2) tar-Regolament XX ta' XX dwar l-istabbiliment tal-'Eurodac' għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-[Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi ddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida], għall-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida b'residenza illegali u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) XXX/XXX (eu-LISA) (riformulazzjoni)];

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt nn

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(nn)  jiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista ta' awtoritajiet kompetenti awtorizzati sabiex ifittxu direttament id-data fis-SIS II skont l-Artikolu 31(8) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 46(8) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, flimkien mal-lista ta' Uffiċċji tas-sistemi nazzjonali tas-SIS II (N.SIS II) u l-Uffiċċji ta' SIRENE msemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u fl-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, rispettivament [jew mill-Artikolu 36(8) tar-Regolament XX ta' XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u mill-Artikolu 53(8) tar-Regolament XX ta' XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija f'materji kriminali, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE flimkien mal-lista ta' Uffiċċji tas-sistemi nazzjonali tas-SIS II (N.SIS II) u tal-Uffiċċji ta' SIRENE msemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament XX ta' XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri u fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament XX ta' XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija f'materji kriminali, rispettivament; [kif ukoll il-lista ta' awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) XX/XXXX li jistabbilixxi l-EES]; [il-lista ta' awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) XX/XXXX li jistabbilixxi l-ETIAS] u [l-lista ta' awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 32 tar-Regolament XX/XXX li jistabbilixxi l-ECRIS-TCN;]

(nn)  jiżgura l-pubblikazzjoni u aġġornamenti regolari fuq il-website tal-Aġenzija tal-lista ta' awtoritajiet kompetenti awtorizzati sabiex ifittxu direttament id-data fis-SIS II skont l-Artikolu 31(8) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 46(8) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, flimkien mal-lista ta' Uffiċċji tas-sistemi nazzjonali tas-SIS II (N.SIS II) u l-Uffiċċji ta' SIRENE msemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u fl-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, rispettivament [jew mill-Artikolu 36(8) tar-Regolament XX ta' XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u mill-Artikolu 53(8) tar-Regolament XX ta' XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija f'materji kriminali, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE flimkien mal-lista ta' Uffiċċji tas-sistemi nazzjonali tas-SIS II (N.SIS II) u tal-Uffiċċji ta' SIRENE msemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament XX ta' XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri u fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament XX ta' XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija f'materji kriminali, rispettivament; [kif ukoll il-lista ta' awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) XX/XXXX li jistabbilixxi l-EES]; [il-lista ta' awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) XX/XXXX li jistabbilixxi l-ETIAS] u [l-lista ta' awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 32 tar-Regolament XX/XXX li jistabbilixxi l-ECRIS-TCN;]

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Bord tat-Tmexxija jista' jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv dwar kwalunkwe kwistjoni strettament relatata mal-iżvilupp jew mat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira u dwar l-attivitajiet relatati mar-riċerka, il-proġetti pilota, il-provi tal-kunċetti u l-attivitajiet ta' ttestjar.

3.  Il-Bord ta' Tmexxija jista' jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv dwar kwalunkwe kwistjoni strettament relatata mal-iżvilupp jew mat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira u dwar l-attivitajiet relatati mar-riċerka, il-proġetti pilota u l-provi tal-kunċetti.

Ġustifikazzjoni

Il-Bord ta' Tmexxija mhuwiex f'pożizzjoni li jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv dwar attivitajiet ta' ttestjar.

Emenda57

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, kollha bi dritt li jivvotaw, b'konformità mal-Artikolu 20.

1.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u membru maħtur mill-Parlament Ewropew, u kull wieħed minnhom għandu jkollu d-dritt li jivvota, b'konformità mal-Artikolu 20.

Ġustifikazzjoni

L-eu-LISA tittratta numru ta' kwistjonijiet sensittivi bħas-sigurtà interna u l-ġestjoni tal-fruntieri tal-Unjoni kif ukoll il-protezzjoni tad-data u l-privatezza taċ-ċittadini tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Parlament Ewropew għandu jkun involut u infurmat mill-qrib fil-proċess deċiżjonali tal-Bord ta' Tmexxija. It-talba hija konformi mal-Approċċ Komuni.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-mandat tal-membri u tas-sostituti tagħhom għandu jkun ta' erba' snin, li jista' jiġi estiż. Mal-iskadenza tal-mandat tagħhom jew fil-każ tar-riżenja tagħhom, il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jiġġeddu l-ħatriet tagħhom jew sakemm jiġu ssostitwiti.

3.  Il-mandat tal-membri u tas-sostituti tagħhom għandu jkun ta' erba' snin, li jista' jiġġedded darba. Mal-iskadenza tal-mandat tagħhom jew fil-każ tar-riżenja tagħhom, il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jiġġeddu l-ħatriet tagħhom jew sakemm jiġu ssostitwiti.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-Eurodac għandhom jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Aġenzija. Kull wieħed minnhom għandu jaħtar rappreżentant wieħed u sostitut fil-Bord tat-Tmexxija.

4.  Il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, kif ukoll il-miżuri relatati mal-Konvenzjoni ta' Dublin u mal-Eurodac, għandhom jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Aġenzija. Kull wieħed minnhom għandu jaħtar rappreżentant wieħed u sostitut fil-Bord ta' Tmexxija.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jorganizza mill-inqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Barra minn hekk, dan għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-President, fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' mill-inqas terz tal-membri tiegħu.

3.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jorganizza mill-inqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Barra minn hekk, dan għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-President, fuq talba tal-Kummissjoni, fuq talba tad-Direttur Eżekuttiv jew fuq talba ta' mill-inqas terz tal-membri tiegħu.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikolu 38 jenħtieġ li japplika għal pajjiżi li daħlu fi kwalunkwe tip ta' ftehim ta' assoċjazzjoni mal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, kif ukoll ta' miżuri relatati mal-Konvenzjoni ta' Dublin u mal-Eurodac.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jmexxi l-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jassisti lill-Bord tat-Tmexxija u jkun responsabbli lejh. Id-Direttur ▌għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar il-qadi ta' dmirijietu meta jintalab jagħmel dan. Il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur ▌jirrapporta dwar il-qadi ta' dmirijietu.

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jmexxi u jirrappreżenta lill-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jassisti lill-Bord ta' Tmexxija u jkun responsabbli lejh. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar it-twettiq tad-doveri tiegħu meta jintalab jagħmel dan, u, f'konformità mal-Artikolu 42(12), għandu jkun soġġett għall-proċedura ta' kwittanza annwali mill-Parlament Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jistiednu lid-Direttur Eżekuttiv jirrapporta dwar il-qadi ta' dmirijietu jew dmirijietha.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrappreżenta lill-Aġenzija f'modi differenti possibbli, mhux biss fil-livell ġuridiku. Barra minn hekk, ir-referenza għall-proċedura ta' kwittanza annwali, f'konformità mal-Artikolu 17(3) tar-Regolament 1077/2011 għandha tinżamm fit-test, f'konformità mal-approċċ komuni. L-emenda proposta se tiċċara li, skont l-Artikolu 42(12) tal-Proposta, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun soġġett għall-proċedura ta' kwittanza annwali. Din ir-responsabbiltà tista' għaldaqstant tiġi indikata taħt ir-responsabbiltàjiet tad-Direttur Eżekuttiv b'kontroreferenza għall-Artikolu 42(12).

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a  Id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv għandhom ikunu indipendenti fil-qadi tad-dmirijiet rispettivi tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv m'għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu struzzjoniijiet minn xi gvern jew kwalunkwe korp ieħor.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Aġenzija.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv ma jkunx biss ir-rappreżentant legali tal-Aġenzija. F'dan ir-rigward, huwa ssuġġerit li fil-paragrafu (1) tiġi inkluża referenza ġenerali għar-rwol tad-Direttur Eżekuttiv bħala rappreżentant tal-Aġenzija.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  it-tħejjija ta' pjan ta' azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet tar-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll l-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u r-rapportar dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u b'mod regolari lill-Bord tat-Tmexxija;

(g)  it-tħejjija ta' pjan ta' azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet tar-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll l-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u [mill-UPPE u] r-rapportar dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u b'mod regolari lill-Bord ta' Tmexxija;

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza investigattiva tal-OLAF, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa skorrettament u, fejn ikun xieraq, billi jiġu imposti penali amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi, inklużi penali finanzjarji;

(h)  il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza investigattiva [tal-UPPE u] tal-OLAF, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa skorrettament u, fejn ikun xieraq, billi jiġu imposti penali amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi, inklużi penali finanzjarji;

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  it-tħejjija ta' strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni;

(i)  it-tħejjija ta' strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord ta' Tmexxija għall-approvazzjoni kif ukoll il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni xierqa u f'waqtha ta' dik l-istrateġija;

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3 – punt r

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(r)  it-tħejjija tal-miżuri ta' sigurtà meħtieġa, inklużi pjan ta' sigurtà, pjan ta' kontinwità tan-negozju u pjan ta' rkupru minn diżastru u l-preżentazzjoni tagħhom lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni;

(r)  it-tħejjija tal-miżuri ta' sigurtà meħtieġa, inklużi l-pjanijiet u l-implimentazzjoni ta' proċess ta' Mmaniġġjar tar-Riskju tas-Sigurtà tal-Informazzjoni (ISRM) xieraq, u pjan ta' kontinwità fin-negozju u pjan ta' rkupru minn diżastru, u l-preżentazzjoni tagħhom lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni;

Ġustifikazzjoni

Emenda konformi mar-rakkomandazzjoni tal-EPDS dwar Proċess ta' Mmaniġġjar tar-Riskju tas-Sigurtà tal-Informazzjoni.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv minn lista ta' kandidati proposta mill-Kummissjoni wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Il-proċedura tal-għażla għandha tipprevedi l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u f'postijiet oħrajn ta' sejħa għal espressjonijiet ta' interess. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv abbażi tal-mertu personali, l-esperjenza fil-qasam tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-ħiliet amministrattivi, finanzjarji u ta' tmexxija, kif ukoll l-għarfien fil-protezzjoni tad-data. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu li jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha tiegħu li jkollhom dritt għall-vot.

1.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv minn lista ta' mill-inqas tliet kandidati proposta mill-Kummissjoni wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Il-proċedura tal-għażla għandha tipprevedi l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u f'postijiet oħrajn ta' sejħa għal espressjonijiet ta' interess. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv abbażi tal-mertu, il-ħiliet amministrattivi u ta' ġestjoni ta' livell għoli dokumentati, l-esperjenza fil-qasam tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-ħiliet amministrattivi, finanzjarji u ta' tmexxija kif ukoll l-għarfien fil-protezzjoni tad-data.

Ġustifikazzjoni

Dawn l-emendi huma maħsuba biex jallinjaw il-proċedura tal-ħatra ma' dik miftiehma fl-Artikolu 69 tar-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta [Reg (UE) 2016/1624].

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord ta' Tmexxija għandu jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat(i) kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tal-kumitat. Wara tali dikjarazzjoni, il-Parlament Ewropew għandu jadotta opinjoni li tagħti l-perspettiva tiegħu dwar il-kandidat magħżul. dwar il-kandidat magħżul u jibgħatha lill-Bord tat-Tmexxija. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-mod li bih tkun ittieħdet f'kunsiderazzjoni dik l-opinjoni. L-opinjoni għandha tiġi ttrattata bħala personali u kunfidenzjali sakemm jinħatar il-kandidat.

2.  Qabel ma jinħatru, il-kandidati proposti mill-Kummissjoni għandhom jiġu mistiedna jagħmlu dikjarazzjoni quddiem il-kumitat jew kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġbu il-mistoqsijiet li jagħmlulhom il-membri tal-kumitat. Wara d-dikjarazzjoni, il-Parlament Ewropew għandu jadotta opinjoni li tagħti l-fehma tiegħu u jista' jindika kandidat preferut.

Ġustifikazzjoni

Dawn l-emendi huma maħsuba biex jallinjaw il-proċedura tal-ħatra ma' dik miftiehma fl-Artikolu 69 tar-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta [Reg (UE) 2016/1624].

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a  Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar id-Direttur Eżekuttiv filwaqt li jikkunsidra dawk l-opinjonijiet. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha tiegħu li jkollhom id-dritt tal-vot.

Ġustifikazzjoni

Dawn l-emendi huma maħsuba biex jallinjaw il-proċedura tal-ħatra ma' dik miftiehma fl-Artikolu 69 tar-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta [Reg (UE) 2016/1624].

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b  Jekk il-Bord ta' Tmexxija jieħu deċiżjoni li jaħtar kandidat ieħor għajr il-kandidat indikat mill-Parlament Ewropew bħala l-kandidat preferut tiegħu, il-Bord ta' Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-miktub dwar il-mod kif l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ġiet ikkunsidrata.

Ġustifikazzjoni

Dawn l-emendi huma maħsuba biex jallinjaw il-proċedura tal-ħatra ma' dik miftiehma fl-Artikolu 69 tar-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta [Reg (UE) 2016/1624].

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tieħu f'kunsiderazzjoni evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija.

3.  Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Bord ta' Tmexxija, f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jwettaq valutazzjoni li tieħu f'kunsiderazzjoni evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija.

Ġustifikazzjoni

Peress li d-Direttur Eżekuttiv għandu responsabbiltà lejn il-Bord ta' Tmexxija, skont l-Artikolu 21(1) tal-Proposta. B'hekk, il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tiegħu għandha ssir mill-Bord ta' Tmexxija. Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonsultata tul il-valutazzjoni. L-emenda proposta se tkun simili għad-disposizzjoni tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament 1077/2011.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 22a

 

Viċi Direttur Eżekuttiv

 

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun assistit minn Viċi Direttur Eżekuttiv. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun assenti jew indispost, il-viċi Direttur Eżekuttiv għandu jieħu postu jew postha.

 

2.   Il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord ta' Tmexxija fuq il-proposta tad-Direttur Eżekkuttiv. Il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar abbażi tal-mertu u l-ħiliet ta' amministrazzjoni u ġestjoni adegwati, inkluża esperjenza professjonali rilevanti. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipproponi tal-anqas tliet kandidati għall-pożizzjoni tal-Viċi Direttur Eżekuttiv. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha tiegħu li jkollhom id-dritt tal-vot. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkollu s-setgħa li jkeċċi lid-Direttur Eżekuttiv permezz ta' deċiżjoni b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha tiegħu li jkollhom dritt għall-vot.

 

3.   Il-mandat tal-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Dan jista' jiġi estiż darba mill-Bord ta' Tmexxija għal perjodu ta' mhux aktar minn ħames snin.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru li jkun marbut skont il-liġi tal-Unjoni bi kwalunkwe strument leġiżlattiv li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta' sistema tal-IT fuq skala kbira partikolari, kif ukoll il-Kummissjoni, għandhom jaħtru membru wieħed fil-Grupp Konsultattiv li jirrigwardja dik is-sistema tal-IT fuq skala kbira, għal terminu ta' erba' snin, li jista' jiġġedded darba.

Kull Stat Membru li jkun marbut skont il-liġi tal-Unjoni bi kwalunkwe strument leġiżlattiv li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta' sistema tal-IT fuq skala kbira partikolari, kif ukoll il-Kummissjoni u l-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, kif ukoll mal-miżuri relatati mal-Konvenzjoni ta' Dublin u mal-Eurodac, għandhom jaħtru membru wieħed fil-Grupp Konsultattiv li jirrigwardja dik is-sistema tal-IT fuq skala kbira, għal terminu ta' erba' snin, li jista' jiġġedded darba.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Danimarka għandha taħtar ukoll membru fi Grupp Konsultattiv li jirrigwardja sistema tal-IT fuq skala kbira, jekk hija tiddeċiedi, skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, li timplimenta l-istrument leġiżlattiv li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta' dik is-sistema tal-IT fuq skala kbira partikolari fil-liġi nazzjonali tagħha.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 23(1) jistabbilixxi b'mod ċar ir-raġunijiet għaliex Stat Membru jista' jaħtar membru għall-Grupp Konsultattiv. Dak il-paragrafu japplika b'mod ugwali għad-Danimarka, jekk id-Danimarka tiddeċiedi li tagħżel strument leġiżlattiv fuq sistema tal-IT fuq skala kbira. Paragrafu separat iddedikat lid-Danimarka mhumiex meħtieġ jew ta' għajnuna.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta jħejju opinjoni, il-membri ta' kull Grupp Konsultattiv għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jintlaħaq kunsens. Jekk ma jintlaħaqx tali kunsens, l-opinjoni għandha tikkonsisti fil-pożizzjoni motivata tal-maġġoranza tal-membri. Il-pożizzjonijiet motivati tal-minoranza għandhom jiġu rreġistrati wkoll. L-Artikolu 20(3) u (4) għandhom japplikaw kif xieraq. Il-membri li jirrappreżentaw lill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u mal-miżuri relatati mal-Eurodac għandhom ikunu permessi jesprimu l-opinjonijiet tagħhom fuq kwistjonijiet li dwarhom mhumiex intitolati li jivvotaw.

6.  Meta jħejju opinjoni, il-membri ta' kull Grupp Konsultattiv għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jintlaħaq kunsens. Jekk ma jintlaħaqx tali kunsens, l-opinjoni għandha tikkonsisti fil-pożizzjoni motivata tal-maġġoranza tal-membri. Il-pożizzjonijiet motivati tal-minoranza għandhom jiġu rreġistrati wkoll. L-Artikolu 20(3) u (4) għandhom japplikaw kif xieraq. Il-membri li jirrappreżentaw lill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen kif ukoll tal-miżuri relatati mal-Konvenzjoni ta' Dublin u l-miżuri relatati mal-Eurodac għandhom ikunu permessi jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-kwistjonijiet li dwarhom ma għandhomx dritt għall-vot.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Kull Stat Membru u kull pajjiż assoċjat mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u mal-miżuri relatati mal-Eurodac għandu jiffaċilita l-attivitajiet tal-Gruppi Konsultattivi.

7.  Kull Stat Membru u kull pajjiż assoċjat mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen kif ukoll mal-miżuri relatati mal-Konvenzjoni ta' Dublin u mal-Eurodac, għandu jiffaċilita l-attivitajiet tal-Gruppi Konsultattivi.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jissekondaw uffiċjali jew esperti nazzjonali għall-Aġenzija fuq bażi temporanja. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta' esperti nazzjonali fl-Aġenzija.

5.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, fuq talba tal-Aġenzija, jistgħu jissekondaw uffiċjali jew esperti nazzjonali għall-Aġenzija fuq bażi temporanja. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta' esperti nazzjonali fl-Aġenzija.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv u l-membri tal-Gruppi Konsultattivi għandhom jimpenjaw ruħhom li jaġixxu fl-interess pubbliku. Għal dak il-fini, huma għandom joħorġu dikjarazzjoni ta' impenn annwali, pubblika u bil-miktub.

Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv u l-membri tal-Gruppi Konsultattivi għandhom jimpenjaw ruħhom li jaġixxu fl-interess pubbliku. Għal dak il-fini, huma għandom joħorġu dikjarazzjoni ta' impenn annwali, pubblika u bil-miktub, li għandha tiġi ppubblikata fuq il-website tal-Aġenzija.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-lista tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandha tiġi ppubblikata fis-sit Internet tal-Aġenzija.

Il-lista tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija u tal-membri tal-Gruppi Konsultattivi għandha tiġi ppubblikata fuq il-website tal-Aġenzija.

Ġustifikazzjoni

Għal finijiet ta' trasparenza, il-Membri tal-Gruppi Konsultattivi jenħtieġ li jiġu ppubblikati wkoll fuq is-sit web tal-Aġenzija.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri ospitanti tal-Aġenzija għandhom jipprovdu l-aħjar kundizzjonijiet possibbli sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-Aġenzija, inklużi sistemi edukattivi multilingwi b'dimensjoni Ewropea u konnessjonijiet tat-trasport xierqa.

2.  L-Istati Membri ospitanti tal-Aġenzija għandhom jipprovdu l-aħjar kundizzjonijiet possibbli sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-Aġenzija, inklużi, fost oħrajn, sistemi edukattivi multilingwi b'dimensjoni Ewropea u konnessjonijiet tat-trasport xierqa.

Emenda83

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-attivitajiet tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-Unjoni Ewropea.

4.  Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-attivitajiet tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-Unjoni Ewropea jew minn fornituri oħra ta' servizzi ta' traduzzjoni b'konformità mar-regoli dwar l-akkwist u fil-limiti stabbiliti mir-regoli finanzjarji rilevanti.

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta għandha l-għan li tipprovdi lill-Aġenzija b'ċerta flessibbiltà f'termini ta' servizzi ta' traduzzjoni.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Abbażi ta' proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta regoli dwar l-aċċess għad-dokumenti tal-Aġenzija b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

2.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Abbażi ta' proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta, mingħajr dewmien, regoli dwar l-aċċess għad-dokumenti tal-Aġenzija b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Aġenzija għandha tikkomunika b'konformità mal-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira u, fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tinvolvi ruħha f'attivitajiet ta' komunikazzjoni li jaqgħu fi ħdan il-qasam tal-kompetenza tagħha. Hija għandha tiżgura, b'mod partikolari, li minbarra l-pubblikazzjoni speċifikata fl-Artikolu 15(1)(r), (s), (ii), (jj), [(kk)], [(ll)], [(mm)] u fl-Artikolu 42(9), il-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw malajr informazzjoni oġġettiva, preċiża, affidabbli, komprensiva u li tinftiehem faċilment fir-rigward tal-ħidma tagħha. L-allokazzjoni tar-riżorsi għal attivitajiet ta' komunikazzjoni ma għandhiex tkun detrimentali għat-twettiq effettiv tal-kompiti tal-Aġenzija msemmija fl-Artikoli 3 sa 12. L-attivitajiet ta' komunikazzjoni għandhom jitwettqu b'konformità mal-pjanijiet rilevanti ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni adottati mill-Bord tat-Tmexxija.

4.  L-Aġenzija għandha tikkomunika b'konformità mal-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u/jew l-użu tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira u, fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tinvolvi ruħha f'attivitajiet ta' komunikazzjoni li jaqgħu fi ħdan il-qasam tal-kompetenza tagħha. Hija għandha tiżgura, b'mod partikolari, li minbarra l-pubblikazzjoni speċifikata fl-Artikolu 15(1)(r), (s), (ii), (jj), [(kk)], [(ll)], [(mm)] u fl-Artikolu 42(9), il-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw malajr informazzjoni oġġettiva, preċiża, affidabbli, komprensiva u li tinftiehem faċilment fir-rigward tal-ħidma tagħha. L-allokazzjoni tar-riżorsi għal attivitajiet ta' komunikazzjoni ma għandhiex tkun detrimentali għat-twettiq effettiv tal-kompiti tal-Aġenzija msemmija fl-Artikoli 3 sa 12. L-attivitajiet ta' komunikazzjoni għandhom jitwettqu b'konformità mal-pjanijiet rilevanti ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni adottati mill-Bord ta' Tmexxija.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira, l-ipproċessar ta' data personali mill-Aġenzija għandu jkun soġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 [ir-Regolament (UE) XX/2018 dwar il-protezzjoni ta' data personali għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni].

1.  L-ipproċessar ta' data personali mill-Aġenzija għandu jkun soġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 [ir-Regolament (UE) XX/2018 dwar il-protezzjoni ta' data personali għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni].

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-pożizzjoni tal-PE dwar ir-Regolament il-ġdid li jirregola l-protezzjoni tad-data fl-istituzzjonijiet tal-UE (li jsegwi r-Regolament (2001/45), jenħtieġ li jkun hemm reġim orizzontali għall-protezzjoni tad-data wieħed biss.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-Aġenzija tipproċessa data personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tad-data tal-istrumenti leġiżlattivi rispettivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-Aġenzija.

2.  Meta l-Aġenzija tipproċessa data personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tad-data tal-istrumenti leġiżlattivi rispettivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-Aġenzija. Fi kwalunkwe każ, skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, kull suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jippreżenta lment mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u jkollu d-dritt għal rimedju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt li jirċievi kumpens mill-Aġenzija, jekk is-suġġett tad-data jqis li l-ipproċessar tad-data personali relatata miegħu jikser dawk id-dispożizzjonijiet speċifiċi.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-regoli tas-sigurtà għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni. L-Aġenzija tista' tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti għall-kompiti tagħha mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri u, fejn ikun xieraq, mal-aġenziji tal-Unjoni rilevanti. Hija għandha tiżviluppa u tħaddem sistema ta' informazzjoni li tkun kapaċi tiskambja informazzjoni kklassifikata ma' dawk l-atturi b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE u mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, skont l-Artikolu 2 u l-Artikolu 15(1)(y) ta' dan ir-Regolament, jiddeċiedi dwar l-istruttura interna tal-Aġenzija meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati l-prinċipji ta' sigurtà xierqa.

2.  Ir-regoli tas-sigurtà għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Tmexxija wara konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni. L-Aġenzija tista' tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti għall-kompiti tagħha mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri u, fejn ikun xieraq, mal-aġenziji tal-Unjoni rilevanti. Hija għandha tiżviluppa u tħaddem sistema ta' informazzjoni li tkun kapaċi tiskambja informazzjoni kklassifikata ma' dawk l-atturi b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE u mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444. Il-Bord ta' Tmexxija għandu, skont l-Artikolu 2 u l-Artikolu 15(1)(y) ta' dan ir-Regolament, jiddeċiedi dwar l-istruttura interna tal-Aġenzija meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati l-prinċipji ta' sigurtà xierqa.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa mhux aktar tard minn ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjonital-Aġenzija b'rabta mal-objettivi, il-mandat, il-kompiti u l-postijiet tagħha b'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni. L-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll il-kontribut tal-Aġenzija għall-istabbiliment ta' ambjent tal-IT ikkoordinat, kosteffettiv u koerenti fil-livell tal-Unjoni għall-ġestjoni tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-linji politiċi dwar il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI). B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tevalwa l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

1.  Sa ... [erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-Bord ta' Tmexxija, għandha tevalwa l-prestazzjoni tal-Aġenzija. L-evalwazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u l-mod u sa liema punt l-Aġenzija tikkontribwixxi b'mod effikaċi għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja u twettaq il-kompiti tagħha stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll il-kontribut tal-Aġenzija għall-istabbiliment ta' ambjent tal-IT ikkoordinat, kosteffettiv u koerenti fil-livell tal-Unjoni għall-ġestjoni tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-linji politiċi dwar il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI). B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tevalwa l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din. Il-Bord ta' Tmexxija jista' jippreżenta rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-emendi għal dan ir-Regolament lill-Kummissjoni.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Kummissjoni, ma' istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni u ma' korpi, uffiċċji u aġenziji oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u, b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

1.  L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Kummissjoni, ma' istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni u ma' korpi, uffiċċji u aġenziji oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u, b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, sabiex jinkisbu koordinament u ffrankar finanzjarju, tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġu promossi s-sinerġija u l-komplemetarjetà fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija għandha tikkonsulta u ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni rigward is-sigurtà tan-netwerks, fejn xieraq.

3.  L-Aġenzija għandha tikkonsulta u ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni rigward is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-kooperazzjoni ma' korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandha sseħħ fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma. Tali arranġamenti għandhom ikunu ngħataw l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. Tali arranġamenti jistgħu jipprevedu l-kondiviżjoni ta' servizzi bejn l-aġenziji, fejn xieraq, jew skont il-prossimità tal-postijiet jew inkella skont il-qasam ta' politika fil-limiti tal-mandati rispettivi u mingħajr preġudizzju għall-kompiti ewlenin tagħhom.

4.  Il-kooperazzjoni ma' korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandha sseħħ fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma. Tali arranġamenti għandhom jiġu konklużi wara konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni. Tali arranġamenti jistgħu jipprevedu l-kondiviżjoni ta' servizzi bejn l-aġenziji, fejn xieraq, jew skont il-prossimità tal-postijiet jew inkella skont il-qasam ta' politika fil-limiti tal-mandati rispettivi u mingħajr preġudizzju għall-kompiti ewlenin tagħhom. L-arranġamenti ta' ħidma għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi għall-irkupru tal-ispejjeż.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Parteċipazzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u miżuri relatati mal-Eurodac

Parteċipazzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen kif ukoll miżuri relatati mal-Konvenzjoni ta' Dublin u miżuri relatati mal-Eurodac

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi li jkunu daħlu fi ftehimiet ta' assoċjazzjoni mal-Unjoni għal dan il-għan.

1.  L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi li jkunu daħlu fi kwalunkwe tip ta' ftehim ta' assoċjazzjoni mal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, kif ukoll ta' miżuri relatati mal-Konvenzjoni ta' Dublin u miżuri relatati mal-Eurodac.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta' assoċjazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandhom isiru arranġamenti li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura, il-firxa u l-mod ta', u r-regoli dettaljati għal, il-parteċipazzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-Eurodac fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji, il-persunal u d-drittijiet għall-vot.

2. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta' assoċjazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandhom isiru arranġamenti li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura, il-firxa u l-mod ta', u r-regoli dettaljati għal, il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi kif imsemmi fil-paragrafu 1 fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji, il-persunal u d-drittijiet għall-vot.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 38a (ġdid) – titlu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 38a

 

L-arranġamenti ta' ħidma ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet oħra rilevanti

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 38a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, l-Aġenzija tista', permezz tal-konklużjoni tal-arranġamenti ta' ħidma, tistabbilixxi u żżomm relazzjonijiet ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u l-korpi subordinati tagħhom regolati mid-dritt internazzjonali pubbliku jew entitajiet jew korpi rilevanti oħra, li huma stabbiliti minn, jew abbażi ta', ftehim bejn żewġ pajjiżi jew aktar.

Ġustifikazzjoni

Jaf ikun meħtieġ li tiġi pprovduta bażi ġuridika suffiċjenti li tippermetti lill-Aġenzija tistabbilixxi u żżomm relazzjonijiet ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u/jew entitajiet relevanti oħra (bħall-Interpol u l-IATA) bil-ħsieb tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti jew proposti tal-EES u l-ETIAS. Din il-proposta tipprovdi tali bażi ġuridika għall-istabbiliment ta' tali relazzjonijiet.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-programm ta' ħidma annwali għas-sena ta' wara għandu jinkludi objettivi dettaljati u r-riżultati mistennija, inklużi indikaturi tal-prestazzjoni. Huwa għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, b'konformità mal-prinċipji tal-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività u tal-ġestjoni. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 6. Dan għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jemenda l-programm ta' ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija. Kwalunkwe emenda sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali għandu jiġi adottat bl-istess proċedura bħall-programm ta' ħidma annwali inizjali. Il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddelega lid-Direttur Eżekuttiv is-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali.

5.  Il-programm ta' ħidma annwali għas-sena ta' wara għandu jinkludi objettivi dettaljati u r-riżultati mistennija, inklużi indikaturi tal-prestazzjoni, b'mod konformi mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni. Huwa għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, b'konformità mal-prinċipji tal-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività u tal-ġestjoni. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 6. Dan għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jemenda l-programm ta' ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija. F'dan il-kuntest, il-prijoritizzazzjoni mill-ġdid tal-attivitajiet għandha dejjem tiġi kkunsidrata qabel l-għoti ta' riżorsi finanzjarji addizzjonali. Kwalunkwe emenda sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali għandu jiġi adottat bl-istess proċedura bħall-programm ta' ħidma annwali inizjali. Il-Bord ta' Tmexxija jista' jiddelega lid-Direttur Eżekuttiv is-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija konformi mal-Approċċ Komuni u hija intiża sabiex tenfasizza li l-aġenzija għandha tagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi limitati disponibbli.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal, wara li jqis l-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija, abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara, inkluż pjan ta' stabbiliment, u għandu jibgħathom lill-Bord tat-Tmexxija.

1.  Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal, skont il-prinċipju tal-ibbaġitjar ibbażat fuq il-prestazzjoni u wara li jqis l-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija kif ukoll l-objettivi u r-riżultati mistennija tagħha, abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara, inkluż pjan ta' stabbiliment, u għandu jibgħathom lill-Bord ta' Tmexxija.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu, abbażi tal-abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi mħejjija mid-Direttur Eżekuttiv, jadotta abbozz tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara, inkluż l-abbozz tal-pjan ta' stabbiliment. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jibgħathom lill-Kummissjoni (u lill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u mal-miżuri relatati mal-Eurodac), bħala parti mid-dokument uniku ta' programmazzjoni, sal-31 ta' Jannar ta' kull sena.

2.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu, abbażi tal-abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi mħejjija mid-Direttur Eżekuttiv, jadotta abbozz tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara, inkluż l-abbozz tal-pjan ta' stabbiliment. L-Aġenzija għandha tibgħathom lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen kif ukoll tal-miżuri relatati mal-Konvenzjoni ta' Dublin u l-miżuri relatati mal-Eurodac, bħala parti mid-dokument uniku ta' programmazzjoni, sal-31 ta' Jannar ta' kull sena.

Ġustifikazzjoni

Huwa propost li l-formulazzjoni tal-Proposta tiġi allinjata mal-formulazzjoni tar-regolament finanzjarju qafas tal-korpi tal-UE (ara l-Artikolu 33(5) tar-Regolament 1271/2013).

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  l-irkupru tal-ispejjeż imħallsa minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għas-servizzi pprovduti lilhom, f'konformità mal-arranġamenti ta' ħidma kif imsemmija fl-Artikolu 37;

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Aġenzija għandha tibgħat rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena N lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu tas-sena N+1.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena N lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu tas-sena N+1.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tallinja l-formulazzjoni tal-Proposta mal-forumlazzjoni tar-regolament finanzjarju qafas. (Ara l-Artikolu 39(1) tar-Regolament 1271/2013, li jindika li "id-direttur jaqdi d-dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti.")

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tadotta regoli interni li jesiġu li l-membri tal-korpi tagħha u l-membri tal-persunal tagħha jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista' tagħti lok għal kunflitt ta' interess matul l-impjieg jew il-mandat tagħhom u jirrapportaw tali sitwazzjonijiet.

L-Aġenzija għandha tadotta regoli interni li jesiġu li l-membri tal-korpi tagħha u l-membri tal-persunal tagħha jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista' tagħti lok għal kunflitt ta' interess matul u wara l-impjieg jew il-mandat tagħhom u jirrapportaw tali sitwazzjonijiet. F'każ ta' ksur serju ta' dawn ir-regoli interni, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni għandhom ikunu informati filwaqt li jitqiesu r-regoli ta' kunfidenzjalità li japplikaw għall-allegat ksur.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' għotja jew kuntratt iffinanzjat mill-Aġenzija, b'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96.

3.  [L-UPPE,] l-OLAF [, jew it-tnejn li huma,] jistgħu jwettqu investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-għan li jistabbilixxu jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' għotja jew kuntratt iffinanzjat mill-Aġenzija, b'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9694.

__________________

__________________

Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

94Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttur Eżekuttiv tal-eu-LISA maħtur abbażi tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 għandu, għall-bqija tal-mandat tiegħu, ikun assenjat għar-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv, kif previst fl-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament.

Id-Direttur Eżekuttiv tal-eu-LISA maħtur abbażi tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 għandu, għall-bqija tal-mandat tiegħujew tagħha, ikun assenjat għar-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija, kif previst fl-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament. Il-kundizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt tiegħu jew tagħha għandhom jibqgħu l-istess. Jekk deċiżjoni li testendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv f'konformità mal-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tkun adottata qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-mandat għandu jiġi estiż awtomatikament sal-31 ta' Ottubru 2022.

Ġustifikazzjoni

Dan l-arranġament tranżitorju jippermetti li l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv jiġi estiż darba sa 5 snin jekk il-mandat tiegħu jkun diġà ġie estiż taħt il-qafas ġuridiku attwalment applikabbli[1], li jipprevedi biss il-possibbiltà ta' estensjoni ta' mhux aktar minn 3 snin. L-estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv attwali, li (wara estensjoni ta' 3 snin) se jintemm fil-31 ta' Ottubru 2020, hija kruċjali mill-perspettiva tal-Aġenzija. Tali arranġament tranżitorju diġà ngħata fir-Regolament dwar l-Europol (UE) 2016/794.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 48a (ġdid) – titlu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Iż-żamma fis-seħħ tar-regoli interni adottati mill-Bord ta' Tmexxija

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 48a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

 

Ir-regoli u l-miżuri interni adottati mill-Bord ta' Tmexxija abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 għandhom jibqgħu fis-seħħ wara dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe emenda li jkun jeħtieġ minn dan ir-Regolament.


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira (eu-LISA/l-Aġenzija) ġie adottat fl-2011. Bl-istabbiliment tal-Aġenzija, it-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja ġiet fdata f'idejn l-Aġenzija Ewropea, biex b'hekk intemmet sitwazzjoni fejn din it-tmexxija operattiva kienet issir mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni. L-eu-LISA bħalissa hija responsabbli għat-tmexxija operattiva fil-livell ċentrali tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-Eurodac. L-eu-LISA jaf tiġi fdata wkoll bl-iżvilupp u t-tmexxija operattiva ta' sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja jekk dan ikun previst mill-istrumenti leġiżlattivi rilevanti.

B'konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament tat-twaqqif, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni, abbażi ta' evalwazzjoni esterna, f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Bord ta' Tmexxija tal-eu-LISA, sabiex teżamina kif u kemm l-Aġenzija effettivament tikkontribwixxi għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u twettaq il-kompiti tagħha stipulati fir-Regolament tat-twaqqif. Hija eżaminat ukoll il-ħtieġa għal reviżjoni jew estensjoni tal-kompiti fdati lill-eu-LISA fir-Regolament tat-twaqqif. Il-proposta hija marbuta mal-evalwazzjoni tal-Aġenzija, iżda ssegwi wkoll żviluppi politiċi u leġiżlattivi oħrajn u tirrifletti fuq ir-rakkomandazzjonijiet, kif ukoll l-opinjoni tal-Bord ta' Tmexxija.

Fid-29 ta' Ġunju 2017, bil-għan li jiġu indirizzati l-limiti attwali tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, jiġu eliminati l-lakuni ta' informazzjoni u tkun tista' tiġi kondiviża l-informazzjoni bejn sistemi ta' informazzjoni, il-Kummissjoni pproponiet li ssaħħaħ il-mandat tal-eu-LISA, sabiex din tkun tista' tiżviluppa u timplimenta soluzzjonijiet tekniċi biex is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE jsiru interoperabbli, kif ukoll biex tiżgura li, fit-tmexxija tagħha ta' sistemi ġodda, il-mandat tagħha jissodisfa l-isfidi attwali fil-qasam tal-migrazzjoni u s-sigurtà fil-livell Ewropew.

L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li tirrevedi r-Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija sabiex tadattah għar-rakkomandazzjonijiet għal emendi leġiżlattivi li joħorġu mill-evalwazzjoni, kif ukoll li ttejjeb il-funzjonament tal-Aġenzija u ssaħħaħ ir-rwol tagħha sabiex tiżgura li l-mandat tagħha jissodisfa l-isfidi attwali fil-livell tal-UE fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Hija għandha l-għan ukoll li ddaħħal fir-Regolament bidliet li jirriżultaw mill-iżviluppi politiċi, legali jew fattwali u, b'mod partikolari, li jkunu jirriflettu l-fatt li se jiġu fdati sistemi ġodda lill-Aġenzija soġġetti għal qbil mill-koleġiżlaturi u li jkun xieraq li l-Aġenzija jkollha l-kompitu li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' interoperabbiltà bejn is-sistemi tal-IT fuq skala kbira fis-segwitu għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-6 ta' April 2016 dwar Sistemi ta' Informazzjoni Aktar Intelliġenti u b'Saħħithom għall-fruntieri u s-sigurtà(1), ir-rapport finali tal-Grupp ta' esperti ta' livell għoli dwar is-sistemi ta' informazzjoni u l-interoperabbiltà tal-11 ta' Mejju 2017(2) u s-Seba' rapport ta' progress tal-Kummissjoni lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina tas-16 ta' Mejju 2017(3). Hija tindirizza wkoll ir-rakkomandazzjonijiet għall-emendi proposti mill-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija u l-ħtieġa possibbli li l-eu-LISA tospita u tiġġestixxi soluzzjonijiet tekniċi konġunti għall-implimentazzjoni nazzjonali ta' sistemi deċentralizzati għall-Istati Membri interessati. Fl-aħħar nett, il-proposta tallinja l-att tat-twaqqif tal-Aġenzija mal-prinċipji tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta' Lulju 2012 (minn hawn 'il quddiem 'l-Approċċ Komuni').

Illum l-Ewropa qed tħabbat wiċċha ma' sfida doppja: li tibqa' miftuħa u, fl-istess ħin, tibqa' sikura. Bil-għan li jiġi żviluppat rispons adegwat għal dan, jeħtieġ li l-UE tuża l-kapaċitajiet tat-teknoloġiji tal-IT moderni u, b'mod parallel, tużahom biex issaħħaħ u ttejjeb l-iskambju tal-informazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri.

Kompiti ġodda għall-Aġenzija

Rispons adegwat għal din l-isfida jeħtieġ ukoll li l-eu-LISA twettaq kompiti ġodda. L-Aġenzija issa se tkun responsabbli wkoll għall-iżvilupp u l-ġestjoni ta' sistemi ta' informazzjoni futuri tal-UE fuq skala kbira.

L-eu-LISA se jkollha rwol strumentali fl-iżvilupp u l-ġestjoni tas-sistemi l-ġodda, li bħalissa qed jiġu diskussi mill-koleġiżlaturi: is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) għall-ġestjoni modernizzata tal-fruntieri esterni u s-Sistema tal-UE ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) fil-ġbir ta' informazzjoni antiċipata dwar il-passiġġieri li jivvjaġġaw mingħajr viża fl-UE. Il-proposta tal-KE tipprevedi wkoll aġġornamenti ulterjuri tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), biex jittejjeb l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi misjuba ħatja. Is-sistema ċentralizzata ECRIS se tkun ukoll parti mis-sistemi tal-IT żviluppati u mmexxija mill-eu-LISA. 

Il-kapaċità tal-Aġenzija li mhux biss tamministra sistemi tal-IT fuq skala kbira iżda li tipprovdi wkoll pariri u assistenza lill-Istati Membri dwar kwistjonijiet tekniċi relatati ma' sistemi tal-IT eżistenti jew ġodda, tikkostitwixxi bażi għall-proposta tal-KE biex jiġi estiż il-mandat tal-Aġenzija. L-eu-LISA se jkollha rwol imsaħħaħ fil-produzzjoni tal-istatistika b'rabta mas-sistemi li tħaddem kif ukoll mandat b'kamp ta' applikazzjoni estiż fir-rigward tal-proġetti pilota u r-riċerka. Din se tgħin biex ittejjeb il-kwalità tad-data tas-sistemi billi tistabbilixxi mekkaniżmi awtomizzati ta' kontroll tal-kwalità tad-data. Dawn se jiżguraw li d-data żbaljata jew mhux konsistenti tiġi identifikata awtomatikament. L-Istat Membru li jdaħħal id-data mbagħad se jirċievi senjalazzjoni biex ikun jista' jneħħi jew jaġġorna d-data.

Interoperabbiltà

Il-proposta hija parti mill-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni lejn il-ksib tal-interoperabbiltà ta' sistemi ta' informazzjoni tal-UE f'dak li jikkonċerna s-sigurtà, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni sal-2020.

Ir-riforma ser tagħti mandat lill-Aġenzija biex tiżviluppa s-soluzzjonijiet tekniċi meħtieġa biex tinkiseb l-interoperabbiltà. It-trasformazzjoni diġitali li għaddejja bħalissa fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni tal-UE enfasizzat il-ħtieġa li jkompli jiżdied il-valur miżjud tal-eu-LISA għall-benefiċċju tal-Istati Membri u tal-UE kollha kemm hi. Il-proposta għal mandat rivedut tqis il-bżonnijiet li jidderivaw minn din it-trasformazzjoni kif ukoll il-kapaċità tal-Aġenzija li tindirizzahom.

L-Aġenzija se tkun responsabbli għall-iżvilupp tal-karatteristiċi tekniċi ewlenin tal-approċċ tal-Kummissjoni lejn l-interoperabbiltà – ladarba jiġu adottati l-istrumenti leġiżlattivi rilevanti – li jikkonsisti f'Portal Ewropew tat-Tfittxija, li huwa servizz ta' tqabbil bijometriku kondiviż, u Repożitorju Komuni ta' Informazzjoni dwar l-Identità biex jiġi żgurat li s-sistemi ta' informazzjoni kollha tal-UE jinteraġixxu b'mod effiċjenti u jkunu aċċessibbli faċilment għall-pulizija u l-uffiċjali tad-dwana fuq il-post.

Pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja ("l-Aġenzija"). L-Aġenzija taqdi kompiti importanti fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u s-sigurtà billi tiżgura t-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira. Ir-rapporteur tilqa' l-fatt li l-proposta b'mod ġenerali twessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-kompiti fdati lill-Aġenzija.

Madankollu, ir-rapporteur tqis li hemm xi aspetti tal-proposta tal-Kummissjoni li jistgħu jittejbu aktar biex tiġi żgurata prestazzjoni aħjar min-naħa tal-Aġenzija.

Il-prattika attwali turi li l-Istati Membri jirreferu direttament lill-Aġenzija kull meta jkunu jeħtieġu l-appoġġ tekniku fir-rigward tal-konnessjoni tas-sistemi nazzjonali mas-sistema ċentrali. Għaldaqstant jidher loġiku li l-Proposta ssegwi l-prattika attwali u toffri l-istess "direzzjoni" għat-tressiq ta' talba lill-Aġenzija fil-futur. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandu jkollha rwol konsultattiv (l-Artikolu 12).

Ir-rapporteur tipprevedi l-possibbiltà li jinħolqu siti tekniċi ulterjuri, għal diversi raġunijiet: huwa dubjuż jekk modalità attiva/attiva (meta s-siti tekniċi kollha jkunu jistgħu jsiru operattivi u l-ebda wieħed minnhom ma jkun qed jiffunzjona bħala sit li jservi bħala riżerva biss) hijiex teknikament fattibbli f'żewġ postijiet li huma ġeografikament distanti minn xulxin (kif propost fil-proposta leġiżlattiva, bejn Strasburgu u Sankt Johann im Pongau). Barra minn hekk, bil-għan li jkompli jiġi żgurat tħaddim effikaċi, sigur u kontinwu tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira, l-Aġenzija għandha tkun tista' tirreaġixxi malajr fuq is-sitwazzjonijiet u tadatta timplimenta faċilment proposti leġiżlattivi futuri meta l-kapaċità tas-siti tekniċi eżistenti jeħtieġ li tiġi estiża ulterjorment jew imtejba (Artikolu 13).

Ir-rapporteur tqis li l-proposta għandha tinkludi aktar regoli dwar it-trasparenza. F'dan ir-rigward, ir-rapporteur tipproponi li r-regoli adottati mill-Bord ta' Tmexxija dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess tal-membri tiegħu (l-Artikolu 15) u d-dikjarazzjoni ta' impenn annwali bil-miktub tal-Membri tal-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv u l-membri l-oħra tal-Gruppi Konsultattivi (l-Artikolu 25) għandhom jiġu ppubblikati fuq il-website tal-Aġenzija. Barra minn hekk, ir-rapporteur tistieden lill-Aġenzija tadotta regoli interni dwar il-protezzjoni tal-informaturi (l-Artikolu 15).

L-Artikolu 37 tal-Proposta jipprevedi bażi ġuridika għall-kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni. Din il-kooperazzjoni tista' tkun sew strateġika kif ukoll operattiva billi, pereżempju, toffri servizzi tal-IT lil Aġenziji oħrajn. F'dan il-każ, is-servizz ipprovdut mill-eu-LISA jista' jkollu impatt fuq il-baġit tal-Aġenzija li għalih hija tista' titlob kumpens finanzjarju. Il-proposta attwali, madankollu, ma tipprevedix il-possibbiltà li l-Aġenzija titlob kumpens finanzjarju għal servizzi offruti lil korpi u aġenziji oħra tal-UE. Ir-rapporteur hija tal-opinjoni li l-Aġenzija għandha tiġi kkumpensata skont MtQ bilaterali bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni.

Huwa meħtieġ li tiġi pprovduta bażi ġuridika suffiċjenti għall-Aġenzija, sa fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, biex tistabbilixxi u żżomm relazzjonijiet ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet jew korpi oħra rilevanti. L-istabbiliment ta' kooperazzjoni operattiva ma' organizzazzjonijiet internazzjonali huwa partikolarment kruċjali għall-implimentazzjoni xierqa tal-Proposti dwar is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ u l-ETIAS. Għal dan il-għan, fil-Proposta għandha tiġi inkluża bażi ġuridika suffiċjenti (Artikolu 38a ġdid).

Fl-aħħar nett, huwa propost li d-dispożizzjoni tal-Proposta dwar l-estensjoni possibbli tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv tiġi allinjata mad-dispożizzjoni rispettiva (l-Artikolu 73) tar-Regolament dwar l-Europol (UE) 2016/794 billi jiġi inkluż arranġament tranżitorju li jikkonċerna lid-Direttur Eżekuttiv. Dan l-arranġament tranżitorju jippermetti li l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv jiġi estiż darba sa 5 snin jekk il-mandat tiegħu jkun diġa ġie estiż taħt fil-qafas ġuridiku attwalment applikabbli, li jipprevedi biss il-possibbiltà ta' estensjoni ta' mhux aktar minn 3 snin. L-estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv attwali, li (wara estensjoni ta' 3 snin) se jintemm fil-31 ta' Ottubru 2020. Mill-perspettiva tal-Aġenzija, il-perjodu madwar l-2020 huwa kruċjali, peress li huwa previst li se jkun perjodu mimli attivitajiet għall-Aġenzija minħabba l-iskedi ta' żmien attwali għad-dħul fis-seħħ ta' sistemi ġodda (is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ, l-ETIAS u potenzjalment l-ECRIS-TCN). Barra minn hekk, l-Aġenzija se jkollha l-presidenza tan-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE fl-2021-2020 ukoll. Dawn l-attivitajiet kollha jeħtieġu t-tmexxija kontinwa u ta' esperjenza tal-Aġenzija.

(1)

  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Sistemi ta' Informazzjoni Aktar Intelliġenti u b'Saħħithom għall-Fruntieri u s-Sigurtà. COM(2016) 205 finali, 6.4.2016.

(2)

  http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetailDoc&id=32600&no=1

(3)

  COM(2017) 261 finali.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (9.11.2017)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

(COM(2017)0352 – C8-0216/2017 – 2017/0145(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jens Geier

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tipprovdi wkoll appoġġ ad hoc lill-Istati Membri, fejn meħtieġ mis-sigurtà jew minn ħtiġijiet migratorji straordinarji. B'mod partikolari, meta Stat Membru jiffaċċja sfidi migratorji speċifiċi u sproporzjonati f'żoni partikolari tal-fruntieri esterni tiegħu kkaratterizzati mill-wasla ta' flussi migratorji kbar, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jserrħu fuq it-tisħiħ tekniku u operazzjonali. Dan jenħtieġ li jiġi pprovdut fiż-żoni hotspot minn timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni komposti minn esperti mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni. Fejn ikun meħtieġ l-appoġġ tal-eu-LISA f'dan il-kuntest fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mas-sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti minnha, jenħtieġ li t-talba għall-appoġġ tintbagħat lill-Aġenzija mill-Kummissjoni.

(19)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tipprovdi wkoll appoġġ ad hoc lill-Istati Membri, fejn meħtieġ mis-sigurtà jew minn ħtiġijiet migratorji straordinarji. B'mod partikolari, meta Stat Membru jiffaċċja sfidi migratorji speċifiċi u sproporzjonati f'żoni partikolari tal-fruntieri esterni tiegħu kkaratterizzati mill-wasla ta' flussi migratorji kbar, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jserrħu fuq it-tisħiħ tekniku u operazzjonali. Dan jenħtieġ li jiġi pprovdut fiż-żoni hotspot minn timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni komposti minn esperti mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni. Fejn ikun meħtieġ l-appoġġ tal-eu-LISA f'dan il-kuntest fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mas-sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti minnha, jenħtieġ li t-talba għall-appoġġ tintbagħat lill-Aġenzija mill-Kummissjoni. F'dan il-każ, l-ispejjeż kollha jenħtieġ li jitħallsu mill-Aġenzija. Il-baġit tal-Aġenzija jenħtieġ li jinkludi linja baġitarja speċifika li tkun iddedikata b'mod esklussiv għal dan l-għan u 'l fuq mir-riżorsi finanzjarji allokati għax-xogħol ta' kuljum.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija konformi mal-emenda għall-Artikolu 12(1). Filwaqt li l-ispejjeż jenħtieġ li jitħallsu mill-Aġenzija, jenħtieġ li jiġi żgurat fl-istess ħin li t-talbiet għal appoġġ ad hoc ma jipperikolawx il-ħidma normali mwettqa mill-Aġenzija.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Għall-fini tal-issodisfar tal-missjoni tagħha u safejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha, jenħtieġ li l-Aġenzija titħalla tikkoopera mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, f'materji koperti minn dan ir-Regolament u l-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-Aġenzija fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma konklużi b'konformità mal-liġi u l-politika tal-Unjoni u fil-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Dawk l-arranġamenti ta' ħidma jenħtieġ li jirċievu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. L-Aġenzija jenħtieġ li wkoll tikkonsulta u ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni rigward is-sigurtà tan-netwerks, fejn ikun xieraq.

(34)  Għall-fini tal-issodisfar tal-missjoni tagħha, il-kisba ta' koordinazzjoni u ffrankar finanzjarju, l-evitar ta' duplikazzjoni u l-promozzjoni ta' sinerġija u komplementarjetà, u safejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha, jenħtieġ li l-Aġenzija titħalla tikkoopera mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, f'materji koperti minn dan ir-Regolament u l-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-Aġenzija fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma konklużi b'konformità mal-liġi u l-politika tal-Unjoni u fil-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Dawk l-arranġamenti ta' ħidma jenħtieġ li jirċievu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. L-Aġenzija jenħtieġ li wkoll tikkonsulta u ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni rigward is-sigurtà tan-netwerks, fejn ikun xieraq.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  l-għoti ta' statistiki adegwati għall-Kummissjoni u għall-aġenziji rilevanti deċentralizzati tal-Unjoni.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Aġenzija tista' tippjana u timplimenta attivitajiet ta' ttestjar fuq kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament u l-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-Aġenzija wara deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

4.  L-Aġenzija tista' tippjana u timplimenta attivitajiet ta' ttestjar fuq kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament u l-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-Aġenzija wara deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija. L-Aġenzija għandha tiżgura livell adegwat ta' kwalità fir-rigward ta' attivitajiet ta' ttestjar u għandha tkopri l-ispejjeż rilevanti kollha.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija tista' tintalab tipprovdi pariri lill-Istati Membri fir-rigward tal-konnessjoni tas-sistemi nazzjonali mas-sistemi ċentrali, kif ukoll appoġġ ad hoc lill-Istati Membri. It-talbiet għal appoġġ ad hoc għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni, li min-naħa tagħha għandha tibgħathom lill-Aġenzija. Hija tista' tintalab tipprovdi wkoll pariri jew appoġġ lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet tekniċi relatati mas-sistemi eżistenti jew ġodda, inkluż permezz ta' studji u ttestjar.

1.  L-Aġenzija tista' tintalab tipprovdi pariri lill-Istati Membri fir-rigward tal-konnessjoni tas-sistemi nazzjonali mas-sistemi ċentrali, kif ukoll appoġġ ad hoc lill-Istati Membri. It-talbiet għal appoġġ ad hoc għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni, li min-naħa tagħha għandha tibgħathom lill-Aġenzija. Hija tista' tintalab tipprovdi wkoll pariri jew appoġġ lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet tekniċi relatati mas-sistemi eżistenti jew ġodda, inkluż permezz ta' studji u ttestjar. L-Aġenzija għandha ġġarrab l-ispejjeż kollha. Il-baġit tal-Aġenzija għandu jinkludi linja baġitarja speċifika li tkun iddedikata b'mod esklussiv għal dan l-għan u 'l fuq mir-riżorsi finanzjarji allokati għax-xogħol ta' kuljum.

Ġustifikazzjoni

Fil-passat, l-appoġġ ad hoc kien meħtieġ f'sitwazzjoni ta' emerġenza fejn Stat Membru wieħed kien ikkonfrontat minn żieda sinifikanti ta' migrazzjoni. F'każ bħal dan, l-għoti ta' assistenza huwa ta' valur miżjud Ewropew ċar u għandu jiġġarrab mill-baġit tal-Unjoni. Din l-emenda għandha l-għan li tispeċifika l-arranġamenti finanzjarji konsegwenti.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija tista' tkun inkarigata wkoll li tiżviluppa, tiġġestixxi u/jew tospita sistema tal-IT komuni minn grupp ta' mill-inqas sitt Stati Membri li jagħżlu, fuq bażi volontarja, soluzzjoni ċentralizzata li tgħinhom fl-implimentazzjoni tal-aspetti tekniċi tal-obbligi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sistemi deċentralizzati fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, soġġetta għal approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni u wara deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija. F'każ bħal dan, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jafdaw lill-Aġenzija b'dawk il-kompiti permezz ta;' ftehim ta' delega li jinkludi l-kundizzjonijiet għad-delega u li jistabbilixxi l-kalkolu tal-ispejjeż kollha rilevanti u l-metodu tal-fatturazzjoni.

2.  L-Aġenzija tista' tkun inkarigata wkoll li tiżviluppa, tiġġestixxi u/jew tospita sistema tal-IT komuni minn grupp ta' mill-inqas sitt Stati Membri li jagħżlu, fuq bażi volontarja, soluzzjoni ċentralizzata li tgħinhom fl-implimentazzjoni tal-aspetti tekniċi tal-obbligi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sistemi deċentralizzati fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, soġġetta għal approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni u wara deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija. F'każ bħal dan, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jafdaw lill-Aġenzija b'dawk il-kompiti permezz ta;' ftehim ta' delega li jinkludi l-kundizzjonijiet għad-delega u li jistabbilixxi l-kalkolu tal-ispejjeż kollha rilevanti u l-metodu tal-fatturazzjoni. L-ispejjeż kollha għandhom jiġġarrbu mill-Istati Membri kkonċernati.

Ġustifikazzjoni

Għad-differenza tal-Artikolu 12(1), il-baġit tal-Unjoni ma għandux jipprovdi għal dawn is-servizzi jekk ikunu jikkonċernaw biss numru limitat ta' Stati Membri.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Appoġġ statistiku

 

L-Aġenzija għandha tipprovdi informazzjoni statistika adegwata u dettaljata:

 

(a)  lill-Kummissjoni għall-finijiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 1053/20131a; u

 

(b)  lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għall-finijiet ta' monitoraġġ tat-twettiq ta' valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà, b'mod konformi mar-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b.

 

L-Aġenzija tista' tipprovdi informazzjoni statistika adegwata u dettaljata lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni għal raġunijiet ġustifikati.

 

_________________

 

1a   Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

 

1b   Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, kollha bi dritt li jivvotaw, b'konformità mal-Artikolu 20.

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u membru maħtur mill-Parlament Ewropew, u kull wieħed minnhom għandu jkollu d-dritt li jivvota, b'konformità mal-Artikolu 20.

Ġustifikazzjoni

L-eu-LISA tittratta numru ta' kwistjonijiet sensittivi bħas-sigurtà interna u l-ġestjoni tal-fruntieri tal-Unjoni kif ukoll il-protezzjoni tad-data u l-privatezza taċ-ċittadini tal-Unjoni. Għalhekk, il-Parlament Ewropew għandu jkun involut u infurmat mill-qrib fil-proċess deċiżjonali tal-Bord ta' Tmexxija. It-talba hija konformi mal-Approċċ Komuni.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv minn lista ta' kandidati proposta mill-Kummissjoni wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Il-proċedura tal-għażla għandha tipprevedi l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u f'postijiet oħrajn ta' sejħa għal espressjonijiet ta' interess. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv abbażi tal-mertu personali, l-esperjenza fil-qasam tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-ħiliet amministrattivi, finanzjarji u ta' tmexxija, kif ukoll l-għarfien fil-protezzjoni tad-data. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu li jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha tiegħu li jkollhom dritt għall-vot.

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv minn lista ta' mill-inqas tliet kandidati proposta mill-Kummissjoni wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Il-proċedura tal-għażla għandha tipprevedi l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u f'postijiet oħrajn ta' sejħa għal espressjonijiet ta' interess. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv abbażi tal-mertu personali, l-esperjenza fil-qasam tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-ħiliet amministrattivi, finanzjarji u ta' tmexxija, kif ukoll l-għarfien fil-protezzjoni tad-data. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu li jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha tiegħu li jkollhom dritt għall-vot.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-attivitajiet tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-Unjoni Ewropea.

4.  Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-attivitajiet tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea jew minn fornituri oħra ta' servizzi ta' traduzzjoni b'mod konformi mar-regoli dwar l-akkwist u fil-limiti stabbiliti mir-regoli finanzjarji rilevanti.

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta għandha l-għan li tipprovdi lill-Aġenzija b'ċerta flessibbiltà f'termini ta' servizzi ta' traduzzjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa mhux aktar tard minn ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija b'rabta mal-objettivi, il-mandat, il-kompiti u l-postijiet tagħha b'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni. L-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll il-kontribut tal-Aġenzija għall-istabbiliment ta' ambjent tal-IT ikkoordinat, kosteffettiv u koerenti fil-livell tal-Unjoni għall-ġestjoni tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-linji politiċi dwar il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI). B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tevalwa l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

1.  Sa mhux aktar tard minn ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-Bord tat-Tmexxija, għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija b'rabta mal-objettivi, il-mandat, il-kompiti u l-postijiet tagħha b'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni. L-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll il-kontribut tal-Aġenzija għall-istabbiliment ta' ambjent tal-IT ikkoordinat, kosteffettiv u koerenti fil-livell tal-Unjoni għall-ġestjoni tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta' politika fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI). B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tevalwa l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

Ġustifikazzjoni

L-evalwazzjoni tal-Aġenzija għandha ssir b'konsultazzjoni mal-Bord tat-Tmexxija tagħha sabiex il-Kummissjoni tkun tista' jkollha stampa dettaljata tal-parametri li għandhom jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Kummissjoni, ma' istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni u ma' korpi, uffiċċji u aġenziji oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u, b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

1.  L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Kummissjoni, ma' istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni u ma' korpi, uffiċċji u aġenziji oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u, b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, sabiex jinkisbu koordinazzjoni u ffrankar finanzjarju, tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġu promossi s-sinerġija u l-komplemetarjetà fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-kooperazzjoni ma' korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandha sseħħ fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma. Tali arranġamenti għandhom ikunu ngħataw l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. Tali arranġamenti jistgħu jipprevedu l-kondiviżjoni ta' servizzi bejn l-aġenziji, fejn xieraq, jew skont il-prossimità tal-postijiet jew inkella skont il-qasam ta' politika fil-limiti tal-mandati rispettivi u mingħajr preġudizzju għall-kompiti ewlenin tagħhom.

4.  Il-kooperazzjoni ma' korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandha sseħħ fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma. Tali arranġamenti għandhom ikunu ngħataw l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. Tali arranġamenti jistgħu jipprevedu l-kondiviżjoni ta' servizzi bejn l-aġenziji, fejn xieraq, jew skont il-prossimità tal-postijiet jew inkella skont il-qasam ta' politika fil-limiti tal-mandati rispettivi u mingħajr preġudizzju għall-kompiti ewlenin tagħhom. L-arranġamenti ta' ħidma għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi għall-irkupru tal-ispejjeż.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-programm ta' ħidma annwali għas-sena ta' wara għandu jinkludi objettivi dettaljati u r-riżultati mistennija, inklużi indikaturi tal-prestazzjoni. Huwa għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, b'konformità mal-prinċipji tal-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività u tal-ġestjoni. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 6. Dan għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jemenda l-programm ta' ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija. Kwalunkwe emenda sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali għandu jiġi adottat bl-istess proċedura bħall-programm ta' ħidma annwali inizjali. Il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddelega lid-Direttur Eżekuttiv is-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali.

5.  Il-programm ta' ħidma annwali għas-sena ta' wara għandu jinkludi objettivi dettaljati u r-riżultati mistennija, inklużi indikaturi tal-prestazzjoni, b'mod konformi mal-prinċipju ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni. Huwa għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, b'konformità mal-prinċipji tal-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività u tal-ġestjoni. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 6. Dan għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jemenda l-programm ta' ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija. F'dan il-kuntest, il-prijoritizzazzjoni mill-ġdid tal-attivitajiet għandha dejjem tiġi kkunsidrata bħala alternattiva valida qabel l-għoti eventwali ta' riżorsi finanzjarji addizzjonali. Kwalunkwe emenda sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali għandha tiġi adottata bl-istess proċedura bħall-programm ta' ħidma annwali inizjali. Il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddelega lid-Direttur Eżekuttiv is-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija konformi mal-Approċċ Komuni u hija intiża sabiex tenfasizza li l-aġenzija għandha tagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi limitati disponibbli.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal, wara li jqis l-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija, abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara, inkluż pjan ta' stabbiliment, u għandu jibgħathom lill-Bord tat-Tmexxija.

1.  Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal, skont il-prinċipju ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u wara li jqis l-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija kif ukoll l-objettivi u r-riżultati mistennija tagħha, abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara, inkluż pjan ta' stabbiliment, u għandu jibgħathom lill-Bord tat-Tmexxija.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-kontribuzzjonijiet imħallsin mill-Istati Membri għas-servizzi pprovduti lilhom b'konformità mal-ftehim ta' delega msemmi fl-Artikolu 12;

(d)  il-kontribuzzjonijiet imħallsin mill-Istati Membri għas-servizzi pprovduti lilhom b'konformità mal-ftehim ta' delega msemmi fl-Artikolu 12(2);

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi meħtieġa minħabba l-emendi l-oħra.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  l-irkupru tal-ispejjeż imħallsa minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għas-servizzi pprovduti lilhom, f'konformità mal-arranġamenti ta' ħidma kif imsemmija fl-Artikolu 37;

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja

Referenzi

COM(2017)0352 – C8-0216/2017 – 2017/0145(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

11.9.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

11.9.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jens Geier

11.7.2017

Data tal-adozzjoni

9.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Răzvan Popa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Daniele Viotti

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrey Novakov, Stanisław Ożóg, Marie-Pierre Vieu, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jonathan Bullock, Auke Zijlstra

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

20

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Stanisław Ożóg

PPE

Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský, Patricija Šulin

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, John Howarth, Vladimír Maňka, Răzvan Popa, Isabelle Thomas, Daniele Viotti

Verts/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand

3

-

EFDD

Jonathan Bullock

ENF

Auke Zijlstra

NI

Eleftherios Synadinos

1

0

GUE/NGL

Marie-Pierre Vieu

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja

Referenzi

COM(2017)0352 – C8-0216/2017 – 2017/0145(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.6.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

11.9.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

11.9.2017

CONT

11.9.2017

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

CONT

28.9.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Monica Macovei

29.6.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

7.9.2017

7.12.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

7.12.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

10

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Jan Philipp Albrecht, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Frank Engel, Cornelia Ernst, Lorenzo Fontana, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Barbara Kudrycka, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Louis Michel, Claude Moraes, Ivari Padar, Judith Sargentini, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Kostas Chrysogonos, Maria Grapini, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Marek Jurek, Miltiadis Kyrkos, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Emilian Pavel, John Procter, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

David Coburn, Nicola Danti, Isabella De Monte, Andor Deli, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Lukas Mandl, Georg Mayer, Julia Pitera, Francis Zammit Dimech, Flavio Zanonato

Data tat-tressiq

18.12.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

40

+

ECR

Marek Jurek, Monica Macovei, John Procter, Branislav Škripek, Helga Stevens

PPE

Asim Ademov, Michał Boni, Rachida Dati, Andor Deli, Frank Engel, Monika Hohlmeier, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Lukas Mandl, Julia Pitera, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Axel Voss, Francis Zammit Dimech

S&D

Caterina Chinnici, Nicola Danti, Isabella De Monte, Ana Gomes, Maria Grapini, Miltiadis Kyrkos, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Ivari Padar, Emilian Pavel, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Josef Weidenholzer, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Jan Philipp Albrecht, Eva Joly, Judith Sargentini, Bodil Valero

10

-

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Louis Michel, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Cecilia Wikström

EFDD

David Coburn

ENF

Lorenzo Fontana, Georg Mayer, Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

4

0

EFDD

Kristina Winberg

GUE/NGL

Kostas Chrysogonos, Cornelia Ernst, Marie-Christine Vergiat

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali