Proċedura : 2016/0414(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0405/2017

Testi mressqa :

A8-0405/2017

Dibattiti :

PV 11/09/2018 - 22
CRE 11/09/2018 - 22

Votazzjonijiet :

PV 12/09/2018 - 6.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0339

RAPPORT     ***I
PDF 1288kWORD 158k
20.12.2017
PE 609.515v01-00 A8-0405/2017

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali

(COM(2016)0826 – C8-0534/2016 – 2016/0414(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur għal opinjoni: Ignazio Corrao

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali

(COM(2016)0826 – C8-0534/2016 – 2014/0414(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0826),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0534/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-kontributi ppreżentati mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, mis-Senat Ċek u mill-Parlament Spanjol dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kif ukoll il-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0405/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-ħasil tal-flus u l-finanzjament relatat mat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata għadhom problemi sinifikanti fil-livell tal-Unjoni, li jagħmlu ħsara lill-integrità, l-istabbiltà u r-reputazzjoni tas-settur finanzjarju u jheddu s-sigurtà interna u s-suq intern tal-Unjoni. Biex tittratta dawk il-problemi u ssaħħaħ ukoll l-applikazzjoni tad-Direttiva 2015/849/UE34, din id-Direttiva għandha l-għan li tittratta l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali, filwaqt li tippermetti kooperazzjoni transfruntiera aħjar bejn l-awtoritajiet kompetenti.

(1)  Il-ħasil tal-flus u l-finanzjament relatat mat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata għadhom problemi sinifikanti fil-livell tal-Unjoni, li jagħmlu ħsara lill-integrità, l-istabbiltà u r-reputazzjoni tas-settur finanzjarju u jheddu s-sigurtà interna u s-suq intern tal-Unjoni, is-sikurezza pubblika u s-sikurezza individwali taċ-ċittadini tal-Unjoni. Biex tittratta dawk il-problemi li qed jikbru u tikkumplementa u ssaħħaħ l-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/8491 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, din id-Direttiva għandha l-għan li tittratta l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali, filwaqt li tippermetti kooperazzjoni transfruntiera aktar effiċjenti u b'aktar ħeffa bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u tal-Unjoni u mal-aġenziji responsabbli tal-Unjoni, u dan se jtejjeb l-iskambju ta' informazzjoni u jippermetti l-identifikazzjoni ta' dawk li jistigaw it-terroriżmu.

_________________

_________________

34 Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

1 Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Miżuri adottati biss fil-livell nazzjonali jew anki fil-livell tal-Unjoni, mingħajr ma jieħdu kont tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni internazzjonali, ikollhom effetti limitati ħafna. Għalhekk, jinħtieġ li l-miżuri adottati mill-Unjoni biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus ikunu kompatibbli ma' azzjonijiet oħra mwettqa f'fora internazzjonali u għandhom ikunu mill-inqas strinġenti daqshom.

(2)  Miżuri adottati biss fil-livell nazzjonali jew anki fil-livell tal-Unjoni, mingħajr ma jieħdu kont tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni internazzjonali, ikollhom effetti limitati ħafna. Il-qafas leġiżlattiv attwali tal-Unjoni la huwa komprensiv u lanqas ma huwa koerenti biżżejjed biex ikun kompletament effettiv. Filwaqt li l-Istati Membri kkriminalizzaw il-ħasil tal-flus, hemm differenzi sinifikanti bejniethom fir-rigward tad-definizzjoni ta' ħasil tal-flus, x'jikkostitwixxi reat predikat, u l-livell tas-sanzjonijiet. Id-differenzi fl-oqfsa legali nazzjonali jistgħu jiġu sfruttati minn kriminali u terroristi, li jistgħu jagħżlu li jwettqu t-tranżazzjonijiet finanzjarji tagħhom fi Stati Membri fejn jaħsbu li l-miżuri kontra l-ħasil tal-flus huma l-aktar dgħajfa. Għalhekk, jenħtieġ li l-miżuri adottati mill-Unjoni biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus ikunu kompatibbli ma' azzjonijiet oħra mwettqa f'fora internazzjonali u għandhom ikunu mill-inqas strinġenti daqshom. Dan joħloq qafas legali tal-Unjoni msaħħaħ li jippermetti li jiġi indirizzat b'mod aktar effettiv il-finanzjament tat-terroristi u tonqos it-theddida minn organizzazzjonijiet terroristiċi billi jagħmilha aktar diffiċli għalihom li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Jinħtieġ li l-azzjoni tal-Unjoni tkompli tieħu kont partikolari tar-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF), u ta' strumenti ta' korpi internazzjonali oħra attivi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. L-atti legali rilevanti tal-Unjoni għandhom jiġu ulterjorment allinjati, jekk meħtieġ, mal-Istandards Internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u l-Proliferazzjoni (International Standards on Combating Money Laundering and the Financing of Terrorism and Proliferation) adottati mill-FATF fi Frar 2012 (ir-"Rakkomandazzjonijiet riveduti tal-FATF"). Bħala firmatarja tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-ħasil tal-flus, it-tiftix, il-qabda u l-konfiska ta' profitti minn attività kriminali u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, (is-CETS Nru 198), jinħtieġ li l-Unjoni tittrasponi r-rekwiżiti ta' din il-Konvenzjoni fl-ordinament ġuridiku tagħha.

(3)  Jenħtieġ li l-azzjoni tal-Unjoni tmur lil hinn mir-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF), u ta' strumenti ta' korpi internazzjonali oħra attivi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel il-valutazzjoni tagħha stess rigward l-effiċjenza tal-miżuri proposti mill-FATF u l-implimentazzjoni u l-effikaċja tal-miżuri kontra l-ħasil tal-flus inġenerali. Jenħtieġ li l-FATF twettaq reviżjoni tal-istandards eżistenti u valutazzjoni tal-ħidma tagħha stess u li tiżgura r-rappreżentanza reġjonali, il-kredibbiltà, l-effiċjenza u l-użu aħjar tal-intelligence finanzjarja. L-atti legali rilevanti tal-Unjoni għandhom jiġu ulterjorment allinjati mal-Istandards Internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u l-Proliferazzjoni (International Standards on Combating Money Laundering and the Financing of Terrorism and Proliferation) adottati mill-FATF fi Frar 2012 (ir-"Rakkomandazzjonijiet riveduti tal-FATF"). Bħala firmatarja tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-ħasil tal-flus, it-tiftix, il-qabda u l-konfiska ta' profitti minn attività kriminali u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, (is-CETS Nru 198), jenħtieġ li l-Unjoni, bħala kwistjoni ta' urġenza, tittrasponi r-rekwiżiti ta' din il-Konvenzjoni fl-ordinament ġuridiku tagħha. Irrispettivament mill-azzjoni tal-Unjoni f'dan il-qasam, l-Istati Membri li ffirmaw, imma li għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni, jenħtieġ li jagħmlu dan mingħajr dewmien.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/ĠAI35tistabbilixxi rekwiżiti dwar il-kriminalizzazzjoni tal-ħasil tal-flus. Madankollu, dik id-Deċiżjoni Kwadru mhijiex komprensiva biżżejjed, u l-inkriminazzjoni attwali tal-ħasil tal-flus mhijiex koerenti biżżejjed biex effettivament tiġġieled il-ħasil tal-flus fl-Unjoni kollha, u b'hekk dan iwassal għal nuqqasijiet fl-infurzar u ostakli fil-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti.

(4)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/ĠAI35tistabbilixxi rekwiżiti dwar il-kriminalizzazzjoni tal-ħasil tal-flus. Madankollu, dik id-Deċiżjoni Kwadru mhijiex komprensiva biżżejjed, u l-inkriminazzjoni attwali tal-ħasil tal-flus mhijiex koerenti biżżejjed biex effettivament tiġġieled il-ħasil tal-flus fl-Unjoni kollha, u b'hekk dan iwassal għal nuqqasijiet fl-infurzar u ostakli fil-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti. Eżempju ta' din il-lakuna fl-infurzar huwa ż-żieda fir-reati ċibernetiċi marbuta mal-ħasil tal-flus u l-użu ta' flus elettroniċi, tip ta' reat li bil-kemm kien jeżisti fil-passat.

_________________

_________________

35 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/ĠAI tas-26 ta' Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità (ĠU L 182, 5.7.2001).

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jinħtieġ li d-definizzjoni ta' attivitajiet kriminali li jikkostitwixxu reati predikati għall-ħasil tal-flus tkun uniformi biżżejjed fl-Istati Membri kollha. Jinħtieġ li l-Istati Membri jinkludu firxa ta' reati f'kull waħda mill-kategoriji speċifikati mill-FATF. Jekk il-kategoriji ta' reati, bħat-terroriżmu jew ir-reati ambjentali, huma stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, din id-Direttiva tirreferi għal tali leġiżlazzjoni. Dan jiżgura li l-ħasil tar-rikavat mill-finanzjament tat-terroriżmu u t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi jkun punibbli fl-Istati Membri. F'każijiet fejn il-liġi tal-Unjoni tippermetti lill-Istati Membri jipprovdu għal sanzjonijiet oħra li mhumiex sanzjonijiet kriminali, jinħtieġ li din id-Direttiva ma tirrekjedix lill-Istati Membri jistabbilixxu dawk il-każijiet bħala reati predikati għall-fini ta' din id-Direttiva.

(5)  Jenħtieġ li d-definizzjoni ta' attivitajiet kriminali li jikkostitwixxu reati predikati għall-ħasil tal-flus tkun estiża u uniformi biżżejjed fl-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li l-Istati Membri japplikaw ir-reat kriminali tal-ħasil tal-flus għar-reati kollha li huma punibbli bi priġunerija ta' livell definit f'din id-Direttiva. Sal-punt li l-applikazzjoni ta' dawn il-limiti minimi ta' penali ma jagħmlux dan diġà, jenħtieġ li l-Istati Membri jinkludu firxa ta' reati f'kull waħda mill-kategoriji speċifikati mill-FATF, inklużi l-evażjoni, il-frodi u l-evitar tat-taxxa, kif ukoll kwalunkwe mġiba frawdolenti li tinvolvi l-ħabi ta' introjtu jew qligħ. Jekk il-kategoriji ta' reati, bħat-terroriżmu jew ir-reati ambjentali, huma stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, din id-Direttiva tirreferi għal tali leġiżlazzjoni. Dan jiżgura li l-ħasil tar-rikavat mill-finanzjament tat-terroriżmu u t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi jkun punibbli fl-Istati Membri. Kwalunkwe tip ta' involviment punibbli fit-twettiq ta' reat predikat jew attività ta' ħasil tal-flus, bħall-parteċipazzjoni fi, l-assoċjazzjoni ma' jew il-konfoffa għat-twettiq, it-tentattiv tat-twettiq u l-għajnuna, il-kompliċità, il-faċilitazzjoni u l-konsulenza, jenħtieġ li jitqies bħala attività kriminali għall-finijiet ta' din id-Direttiva. F'każijiet fejn il-liġi tal-Unjoni tippermetti lill-Istati Membri jipprovdu għal sanzjonijiet oħra li mhumiex sanzjonijiet kriminali, jenħtieġ li din id-Direttiva ma tirrekjedix lill-Istati Membri jistabbilixxu dawk il-każijiet bħala reati predikati għall-fini ta' din id-Direttiva.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, it-traffikar illeċitu ta' oġġetti misruqa u oġġetti oħra jfisser, inter alia, it-traffikar illeċitu taż-żejt grezz, l-armi, in-narkotiċi, it-tabakk u l-prodotti tat-tabakk, il-metalli u l-minerali prezzjużi, l-artifatti kulturali u oġġetti oħra ta' importanza arkeoloġika, storika, kulturali u reliġjuża, jew ta' valur xjentifiku rari, kif ukoll l-avorju u l-organiżmi selvaġġi.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Jinħtieġ li reati fiskali relatati ma' taxxi diretti u indiretti jiġu inklużi fid-definizzjoni ta' attività kriminali, f'konformità mar-Rakkomandazzjonijiet riveduti tal-FATF. Peress li f'kull Stat Membru reati fiskali differenti jistgħu jikkostitwixxu attività kriminali punibbli bis-sanzjonijiet imsemmija f'din id-Direttiva, id-definizzjonijiet ta' reati fiskali jistgħu jkunu diverġenti fil-liġi nazzjonali. Madankollu mhi mfittxija ebda armonizzazzjoni tad-definizzjonijiet ta' reati fiskali fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri.

(6)  Jenħtieġ li reati fiskali relatati ma' taxxi diretti u indiretti jiġu inklużi fid-definizzjoni ta' attività kriminali, f'konformità mar-Rakkomandazzjonijiet riveduti tal-FATF. Peress li f'kull Stat Membru reati fiskali differenti jistgħu jikkostitwixxu attività kriminali punibbli bis-sanzjonijiet imsemmija f'din id-Direttiva, id-definizzjonijiet ta' reati fiskali jistgħu jkunu diverġenti fil-liġi nazzjonali. Filwaqt li mhi mfittxija ebda armonizzazzjoni tad-definizzjonijiet ta' reati fiskali fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri, definizzjonijiet diverġenti ta' reati fiskali jenħtieġ li ma jinibixxux il-kooperazzjoni internazzjonali fi proċedimenti krimali rigward il-ħasil tal-flus.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jinħtieġ li din id-Direttiva ma tapplikax għall-ħasil tal-flus fir-rigward ta' proprjetà derivata minn reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; dan huwa soġġett għal regoli speċifiċi kif stabbilit fid-Direttiva 2017/XX/UE3. Skont l-Artikolu 325(2) TFUE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-istess miżuri biex jiġġieldu kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jieħdu biex jiġġieldu kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tagħhom stess.

(7)  Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tapplikax għall-ħasil tal-flus fir-rigward ta' proprjetà derivata minn reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; dan huwa soġġett għal regoli speċifiċi kif stabbilit fid-Direttiva 2017/XX/UE3 Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jittrasponu din id-Direttiva u d-Direttiva 2017/XX/UE billi jadottaw qafas uniku komprensiv fil-livell nazzjonali. Skont l-Artikolu 325(2) TFUE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-istess miżuri biex jiġġieldu kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jieħdu biex jiġġieldu kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tagħhom stess.

_________________

_________________

3 Id-Direttiva 2017/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' x x 2017 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU x L, xx.xx.2017, p. x).

3 Id-Direttiva 2017/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' x x 2017 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU x L, xx.xx.2017, p. x).

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Jekk l-attività ta' ħasil tal-flus ma tammontax biss għas-sempliċi pussess jew użu, iżda tinvolvi wkoll it-trasferiment jew il-ħabi u t-travestiment ta' proprjetà permezz tas-sistema finanzjarja u tirriżulta fi ħsara ulterjuri minn dik diġà kkawżata mir-reat predikat, bħal ħsara għall-integrità tas-sistema finanzjarja, jinħtieġ li dik l-attività tiġi punita separatament. Jinħtieġ għalhekk li l-Istati Membri jiżguraw li tali mġiba tkun punibbli wkoll meta mwettqa mill-persuna li tkun wettqet l-attività kriminali li ġġenerat dik il-proprjetà (l-hekk imsejjaħ awtoriċiklaġġ).

(8)  Jenħtieġ li għalhekk l-Istati Membri jiżguraw li ċerti tipi ta' attività ta' ħasil tal-flus ikunu punibbli wkoll meta mwettqa mill-awtur tal-attività kriminali li tkun iġġenerat dik il-proprjetà ("awtoriċiklaġġ"). Meta, f'tali każijiet, l-attività ta' ħasil tal-flus ma tammontax biss għas-sempliċi pussess jew użu, iżda tinvolvi wkoll it-trasferiment, il-konverżjoni, il-ħabi jew it-travestiment ta' proprjetà permezz tas-sistema finanzjarja u tirriżulta fi ħsara ulterjuri minn dik diġà kkawżata mir-reat predikat, bħal ħsara għall-integrità tas-sistema finanzjarja, pereżempju billi jitpoġġa fiċ-ċirkolazzjoni r-rikavat ta' attività kriminali, u b'hekk tinħeba l-provenjenza illegali tiegħu, jenħtieġ li tali attività tkun punibbli wkoll.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex il-ħasil tal-flus ikun għodda effettiva kontra l-kriminalità organizzata, jinħtieġ li ma jkunx neċessarju li jiġu identifikati d-dettalji speċifiċi tar-reat li ġġeneraw il-proprjetà, u inqas u inqas ma għandha tiġi rikjesta kundanna preċedenti jew simultanja għal dak ir-reat. Jinħtieġ ukoll li l-prosekuzzjonijiet għall-ħasil tal-flus ma jiġux imxekkla mis-sempliċi fatt li r-reat predikat twettaq fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz, sakemm dan ikun reat kriminali f'dak l-Istat Membru jew pajjiż terz. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu bħala prerekwiżit il-fatt li r-reat predikat kien ikun reat fil-liġi nazzjonali tiegħu kieku twettaq hemm.

(9)  Sabiex il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz ta' miżuri tal-liġi kriminali tkun effettiva, jenħtieġ li kundanna tkun possibbli mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi stabbilit preċiżament liema reat predikat ikun iġġenera l-proprjetà, wisq inqas ma għandha tkun rikjesta kundanna preċedenti jew simultanja għal dak ir-reat. Jenħtieġ ukoll li l-prosekuzzjonijiet għall-ħasil tal-flus ma jiġux imxekkla mis-sempliċi fatt li r-reat predikat twettaq fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz, soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a)  Huwa fl-interess tal-ġustizzja li persuni akkużati b'reat fl-ambitu ta' din id-Direttiva jkollhom l-opportunità li jippreżentaw il-każ tagħhom u jikkontestaw l-akkużi mressqa kontrihom u jkollhom aċċess għas-sottomissjonijiet u l-provi kontrihom. Filwaqt li każijiet li jikkonċernaw it-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu huma ta' natura serja, hemm interess prevalenti fid-divulgazzjoni lil persuni tal-essenza tal-kawża kontrihom meta jiffaċċjaw il-prospettiva ta' miżuri koerċittivi mill-Istat Membru ħalli jkunu jistgħu jagħtu istruzzjonijiet effettivi lill-avukat tagħhom jew lill-avukat speċjali. Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun konformi wkoll mal-prinċipju ta' armi ugwali bejn il-partijiet.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9b)  Il-kompitu li jiġi deċiż, f'sitwazzjonijiet konkreti u oġġettivi, jekk hemmx reati konkomitanti jew reat wieħed jenħtieġ li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-korpi ġudizzjarji kompetenti.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Din id-Direttiva għandha l-għan li tikkriminalizza l-ħasil tal-flus meta jitwettaq intenzjonalment. L-intenzjoni u l-konoxxenza jistgħu jiġu dedotti minn ċirkostanzi fattwali u oġġettivi. Peress li din id-Direttiva tipprovdi għal regoli minimi, l-Istati Membri huma liberi li jadottaw jew iżommu regoli tal-liġi kriminali aktar stretti dwar il-ħasil tal-flus. L-Istati Membri jistgħu, pereżempju, jistipulaw li l-ħasil tal-flus imwettaq bi traskuraġni jew negliġenza serja jikkostitwixxi reat kriminali.

(10)  Din id-Direttiva għandha l-għan li tikkriminalizza l-ħasil tal-flus meta jitwettaq intenzjonalment u bil-konoxxenza li l-proprjetà kienet ġejja minn attività kriminali. L-intenzjoni u l-konoxxenza jistgħu jiġu dedotti minn ċirkostanzi fattwali u oġġettivi. F'kull każ, meta jitqies jekk il-proprjetà hijiex ġejja minn attività kriminali u jekk il-persuna akkużata kinitx taf b'dan, iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ għandhom jiġu kkunsidrati, bħall-fatt li l-valur tal-proprjetà jkun sproporzjonat meta mqabbel mad-dħul legali tal-persuna akkużata u li l-attivitajiet kriminali u l-akkwist tal-proprjetà seħħew fl-istess perjodu ta' żmien. Peress li din id-Direttiva tipprovdi għal regoli minimi, l-Istati Membri huma liberi li jadottaw jew iżommu regoli tal-liġi kriminali aktar stretti dwar il-ħasil tal-flus. L-Istati Membri jistgħu, pereżempju, jistipulaw li l-ħasil tal-flus imwettaq bi traskuraġni jew negliġenza serja jikkostitwixxi reat kriminali.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a)  Huwa importanti li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tal-kumpaniji, it-trusts u mekkaniżmi oħra ssir disponibbli pubblikament f'formati ta' data miftuħa sabiex ikun prevenut li kumpaniji tal-isem u entitajiet legali komparabbli jintużaw biex isir ħasil tal-flus għall-finanzjament ta' attivitajiet terroristiċi.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Biex jiskoraġġixxu l-ħasil tal-flus fl-Unjoni kollha, jinħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu tipi u livelli minimi ta' pieni meta jitwettqu r-reati kriminali ddefiniti f'din id-Direttiva. Jekk ir-reat jitwettaq f'organizzazzjoni kriminali fit-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI37 8 jew jekk il-persuna li tkun wettqet ir-reat tkun abbużat mill-pożizzjoni professjonali tagħha biex tippermetti l-ħasil tal-flus, jinħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu għal ċirkostanzi aggravanti skont ir-regoli applikabbli stabbiliti mill-ordinament ġuridiku tagħhom.

(11)  Biex jiskoraġġixxu l-ħasil tal-flus fl-Unjoni kollha, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu tipi u livelli minimi ta' pieni meta jitwettqu r-reati kriminali ddefiniti f'din id-Direttiva. Jekk ir-reat jitwettaq f'organizzazzjoni kriminali fit-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI4 jew jekk il-persuna li tkun wettqet ir-reat tkun abbużat mill-pożizzjoni professjonali tagħha biex tippermetti l-ħasil tal-flus, jew meta l-flus jew il-proprjetà maħsula jkunu ġejjin minn attivitajiet terroristiċi kif definit fid-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill4a, jew meta t-trasgressur ikun Persuna Politikament Esposta kif definit fid-Direttiva (UE) 2015/849, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu għal ċirkostanzi aggravanti skont ir-regoli applikabbli stabbiliti mill-ordinament ġuridiku tagħhom.

_________________

_________________

37 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42)

4 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42)

4a Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a)  Jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jipprovdu l-miżuri legali meħtieġa għall-protezzjoni tal-informaturi li jirrappurtaw informazzjoni rigward il-ħasil tal-flus, anke f'pajjiżi terzi.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Minħabba l-mobilità tal-persuni li jwettqu r-reat u tar-rikavat minn attivitajiet kriminali, u minħabba l-investigazzjonijiet transfruntiera kumplessi meħtieġa biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus, jinħtieġ li l-Istati Membri kollha jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jinvestigaw u jmexxu prosekuzzjoni għal tali attivitajiet. Għaldaqstant, jinħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ġurisdizzjoni tagħhom tinkludi sitwazzjonijiet meta reat jitwettaq permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni mit-territorju tagħhom, kemm jekk ibbażat fit-territorju tagħhom kif ukoll jekk le.

(12)  Minħabba l-mobilità tal-persuni li jwettqu r-reat u tar-rikavat minn attivitajiet kriminali, u minħabba l-investigazzjonijiet transfruntiera kumplessi meħtieġa biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus, jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jinvestigaw u jmexxu prosekuzzjoni għal tali attivitajiet. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ġurisdizzjoni tagħhom tinkludi sitwazzjonijiet meta reat jitwettaq permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni mit-territorju tagħhom, kemm jekk ibbażat fit-territorju tagħhom kif ukoll jekk le. Sabiex jiżguraw is-suċċess tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjoni ta' reati ta' ħasil tal-flus, dawk responsabbli mill-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' tali reati jenħtieġ li jagħmlu użu minn għodod investigattivi effettivi u mtejba, bħal dawk li jintużaw fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew reati serji oħra. Dawn l-għodod jenħtieġ li jiġu adattati għall-aħħar żviluppi fil-qasam taċ-ċiberkriminalità u l-ħasil tal-flus, inkluż bl-użu ta' bitcoins, kriptomuniti u attakki bi programmi ta' riskatt. L-użu ta' tali għodod, f'konformità mal-liġi nazzjonali, jenħtieġ li jkun immirat u li jqis il-prinċipju tal-proporzjonalità u n-natura u l-gravità tar-reati li jkunu qegħdin jiġu investigati u jenħtieġ li jirrispetta d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-persunal jirċievi taħriġ adegwat. Barra minn hekk, in-natura transfruntiera tal-attivitajiet tal-ħasil tal-flus tirrikjedi rispons koordinat b'saħħtu u kooperazzjoni fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom, kif ukoll mal-aġenziji u l-korpi kompetenti tal-Unjoni u fosthom fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, inklużi l-Eurojust u l-Europol, sabiex jiġi miġġieled il-ħasil tal-flus. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jsir użu effiċjenti mill-għodod u r-riżorsi disponibbli għall-kooperazzjoni, bħal skwadri ta' investigazzjoni konġunta u laqgħat ta' koordinazzjoni ffaċilitati mill-Eurojust. In-natura globali tal-ħasil tal-flus teħtieġ azzjoni internazzjonali, li tirrikjedi li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jsaħħu l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi rilevanti.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a)  Il-ħasil tal-flus, il-korruzzjoni, il-flussi finanzjarji illeċiti u l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa għadhom ostakli għall-iżvilupp sostenibbli, jaffettwaw b'mod sproporzjonat il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jikkostitwixxu theddida serja għall-futur tagħhom. L-Unjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi għandhom responsabbiltà kondiviża biex itejbu l-koordinament tal-miżuri meħuda biex jiġġieldu tali mġiba negattiva u dannuża u jallinjaw dawk il-miżuri mal-istrateġiji u l-politiki ta' żvilupp tagħhom.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12b)  L-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw il-konformità tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u dawk finanzjarji ma' din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkooperaw ma' xulxin u jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali, irrispettivament min-natura jew l-istatus rispettiv tagħhom. Għal dak il-għan, tali awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkollhom bażi ġuridika adegwata għall-iskambju ta' informazzjoni kunfidenzjali u jenħtieġ li jikkooperaw bl-aktar mod wiesa' possibbli, f'konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli f'dan il-qasam. L-informazzjoni dwar it-taxxa li tinvolvi r-reġistri ta' sidien benefiċjarji jenħtieġ li tkun il-bażi tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa u l-awtoritajiet rilevanti regolatorji u ta' infurzar tal-gvern oħrajn.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12c)  Jenħtieġ li l-prinċipju tas-segretezza professjonali u d-dritt għall-privatezza u għal proċess ġust ma jiġux imminati jew miksura permezz tal-ġbir u t-trażmissjoni, fuq il-bażi ta' suspett, ta' data jew informazzjoni li jikkonċernaw tranżazzjonijiet ordinarji li jsiru fil-ħajja privata ta' individwi.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tirrispetta l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 2 TUE, tirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti, b'mod partikolari, mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk stabbiliti fit-Titoli II, III, V u VI, li jinkludu, inter alia, il-prinċipji tal-legalità u l-proporzjonalità tar-reati kriminali u l-pieni, u jkopru wkoll ir-rekwiżit tal-preċiżjoni, iċ-ċarezza u l-prevedibbiltà fil-liġi kriminali, id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u l-preżunzjoni tal-innoċenza, kif ukoll id-drittijiet ta' persuni ssuspettati u akkużati li jkollhom aċċess għal avukat, id-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu u d-dritt għal proċess ġust. Din id-Direttiva trid tiġi implimentata f'konformità ma' dawk id-drittijiet u l-prinċipji, filwaqt li titqies ukoll il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif ukoll il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u obbligi oħra dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-ambitu tad-dritt internazzjonali.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-terroriżmu, inkluż kwalunkwe wieħed mir-reati stabbiliti fid-Direttiva 2017/XX/UE40;

(b)  it-terroriżmu, inklużi r-reati rilevanti stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2017/541;

__________________

__________________

40 Id-Direttiva 2017/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' X X 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU x L, xx.xx.2017, p. x).

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ha)  ir-reati fiskali li jirrigwardaw taxxi diretti u taxxi indiretti kif definiti fil-liġi nazzjonali;

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v)  ir-reati kollha, inklużi reati fiskali, relatati ma' taxxi diretti u taxxi indiretti kif definiti fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri, li huma punibbli b'ċaħda tal-libertà jew ordni ta' detenzjoni għal massimu ta' aktar minn sena jew, fir-rigward ta' Stati Membri li għandhom livell limitu minimu għal reati fis-sistema legali tagħhom, ir-reati kollha punibbli b'ċaħda tal-libertà jew ordni ta' detenzjoni għal minimu ta' aktar minn sitt xhur;

(v)  ir-reati l-oħra kollha li huma punibbli b'ċaħda tal-libertà jew ordni ta' detenzjoni għal massimu ta' aktar minn sena jew, fir-rigward ta' Stati Membri li għandhom livell limitu minimu għal reati fis-sistema legali tagħhom, ir-reati kollha punibbli b'ċaħda tal-libertà jew ordni ta' detenzjoni għal minimu ta' aktar minn sitt xhur;

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-konverżjoni jew it-trasferiment ta' proprjetà, bil-konoxxenza li tali proprjetà ġejja minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività, għall-fini ta' ħabi jew travestiment tal-oriġini illeċita tal-proprjetà jew sabiex tingħata għajnuna lil kwalunkwe persuna li tkun involuta fit-twettiq ta' tali attività sabiex tevadi l-konsegwenzi legali tal-azzjoni ta' dik il-persuna;

(a)  il-konverżjoni jew it-trasferiment ta' proprjetà, bil-konoxxenza li tali proprjetà ġejja minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività, għall-fini ta' ħabi jew travestiment tal-oriġini illeċita tal-proprjetà jew sabiex tingħata għajnuna lil kwalunkwe persuna li tkun involuta fit-twettiq ta' tali attività, anke jekk dik l-assistenza tingħata biss sabiex tevadi l-konsegwenzi legali tal-azzjoni ta' dik il-persuna;

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-akkwist, il-pussess jew l-użu ta' proprjetà, bil-konoxxenza, fiż-żmien tar-riċezzjoni tagħha, li tali proprjetà ġiet minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività.

(c)  l-akkwist, il-pussess jew l-użu ta' proprjetà, bil-konoxxenza, fiż-żmien tar-riċezzjoni jew l-użu tal-proprjetà, li tali proprjetà ġiet minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-imġiba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun reat kriminali punibbli meta:

(a)  it-trasgressur issuspettat jew kellu jkun jaf li l-proprjetà ġiet minn attività kriminali jew minn att ta' parteċipazzjoni f'tali attività; u

(b)  it-trasgressur ikollu relazzjoni kuntrattwali ma' entità marbuta u jkollu responsabbiltà lejha, jew ikun entità marbuta skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2015/849.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Biex reat imsemmi fil-paragrafu 1 ikun punibbli, ma għandux ikun neċessarju li jiġi stabbilit dan li ġej:

2.  Biex reat imsemmi fil-paragrafu 1 u 1a ikun punibbli, ma għandux ikun neċessarju li jiġi stabbilit dan li ġej:

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  kundanna preċedenti jew simultanja għall-attività kriminali li ġġenerat il-proprjetà;

(a)  kundanna preċedenti jew simultanja għall-attività kriminali li ġġenerat il-proprjetà, meta awtorità ġudizzjarja tkun konvinta, lil hinn minn kull dubju raġonevoli u abbażi ta' ċirkustanzi speċifiċi u l-evidenza kollha disponibbli, li l-proprjetà tkun ġejja minn attivitajiet ta' natura kriminali;

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-identità ta' min wettaq l-attività kriminali li ġġenerat il-proprjetà jew ċirkostanzi oħra relatati ma' dik l-attività kriminali;

(b)  l-identità ta' min wettaq l-attività kriminali li ġġenerat il-proprjetà;

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  l-elementi fattwali kollha jew iċ-ċirkostanzi kollha relatati mal-attività kriminali, meta jkun ġie stabbilit li l-proprjetà tkun ġiet minn tali attività;

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jekk l-attività kriminali li ġġenerat il-proprjetà twettqitx fit-territorju ta' Stat Membru ieħor jew f'dak ta' pajjiż terz, meta l-imġiba rilevanti tkun reat kriminali skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn twettqet l-imġiba u tkun reat kriminali skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jimplimenta jew japplika dan l-Artikolu kieku twettqet hemmhekk;

(c)  jekk l-attività kriminali li ġġenerat il-proprjetà twettqitx fit-territorju ta' Stat Membru ieħor jew f'dak ta' pajjiż terz, meta l-imġiba rilevanti tkun attività kriminali skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jimplimenta jew japplika dan l-Artikolu kieku twettqet hemmhekk. L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jirrikjedu li l-imġiba rilevanti tikkostitwixxi reat kriminali fl-ambitu tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru l-ieħor jew il-pajjiż terz fejn twettqet l-imġiba, minbarra meta:

– l-imġiba rilevanti tikkostitwixxi wieħed mir-reati msemmija fil-punti (a) sa (ha) u (l) sa (n) tal-Artikolu 2(1),

– dak il-pajjiż terz huwa identifikat mill-Kummissjoni bħala ta' "riskju għoli" fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 3 jkunu punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas erba' snin, għall-inqas f'każijiet serji.

2.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 3 jkunu punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas ħames snin.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 3 jkunu punibbli b'terminu minimu ta' priġunerija ta' mhux inqas minn sentejn, fejn japplika wieħed mill-fatturi aggravanti msemmija fl-Artikolu 6.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 4 jkunu punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tliet snin.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2c.  Kull Stat Membru għandu jieħu miżuri biex jiżgura li l-persuni fiżiċi responsabbli għar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4, inkluż meta dawk il-persuni fiżiċi jkunu aġixxew permezz ta' persuna ġuridika, ikunu punibbli wkoll b'pieni addizzjonali, bħal:

(a)  projbizzjoni temporanja jew permanenti li jidħlu f'kuntratti ma' awtoritajiet pubbliċi;

(b)  skwalifika temporanja mill-eżerċizzju ta' attivitajiet kummerċjali.

(c)  fejn il-kundanna hija finali, projbizzjoni fit-tul minn kandidatura għal karigi eletti jew pożizzjoni ta' uffiċjal pubbliku fejn "fit-tul" hija ddefinita bħala l-ekwivalenti għal żewġ mandati konsekuttivi jew minimu ta' 10 snin.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a )  ir-reat ikun twettaq fil-qafas ta' organizzazzjoni kriminali fit-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/841(1); jew

(a)  ir-reat ikun twettaq fil-qafas ta' organizzazzjoni kriminali fit-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/841/ĠAI;

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  il-proprjetà li tkun oġġett ta' ħasil tal-flus hija derivata minn wieħed mir-reati msemmija fil-punti (a) sa (d) u fil-punti (f) u (m) tal-punt (1) tal-Artikolu 2, jew l-skop tal-ħasil tal-flus huwa biex dawn ir-reati jiġu ffinanzjati;

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ab)  ir-reat ikun twettaq totalment jew parzjalment fit-territorju ta' ġurisdizzjoni li ma tikkooperax, elenkata mill-Unjoni, jew jinvolvi l-użu ta' sistema informali ta' trasferiment ta' valur, ishma tal-portatur, muniti virtwali jew courier bi flus kontanti;

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ac (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ac)  it-trasgressur huwa persuna politikament esposta skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu l-punt (9) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/849; jew

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-persuna li wettqet ir-reat ikollha relazzjoni kuntrattwali ma' entità marbuta u responsabbiltà lejha, jew tkun entità marbuta skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2015/849/UE u wettqet ir-reat fl-eżerċizzju tal-attivitajiet professjonali tagħha.

(b)  il-persuna li wettqet ir-reat ikollha relazzjoni kuntrattwali ma' entità marbuta u responsabbiltà lejha, jew tkun entità marbuta skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2015/849/ u wettqet ir-reat fl-eżerċizzju tal-attivitajiet professjonali tagħha; jew

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  il-proprjetà jew il-flus maħsula jammontaw għal valur ugwali jew superjuri għal EUR 500 000.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għal kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 li jkun twettaq għall-benefiċċju ta' dawk il-persuni ġuridiċi minn kwalunkwe persuna, li taġixxi waħedha jew bħala parti minn korp tal-persuna ġuridika, u li jkollha pożizzjoni ta' tmexxija fil-persuna ġuridika, abbażi ta':

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għal kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 li jkun twettaq għall-benefiċċju tagħhom jew għall-benefiċċju ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra minn kwalunkwe persuna, li taġixxi waħedha jew bħala parti minn korp tal-persuna ġuridika, u li jkollha pożizzjoni ta' tmexxija fil-persuna ġuridika, abbażi ta':

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli meta n-nuqqas ta' superviżjoni jew kontroll, minn persuna msemmija fil-paragrafu 1, tkun għamlet possibbli t-twettiq ta' kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 għall-benefiċċju ta' dik il-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tagħha.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli meta n-nuqqas ta' superviżjoni jew kontroll, minn persuna msemmija fil-paragrafu 1, tkun għamlet possibbli t-twettiq ta' kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 għall-benefiċċju tagħhom jew għall-benefiċċju ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra minn persuna taħt l-awtorità tagħha.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jiżgura li persuna ġuridika li tkun instabet responsabbli għal reati skont l-Artikolu 6 tkun punibbli permezz ta' sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali u mhux kriminali, bħal:

Kull Stat Membru għandu jiżgura li persuna ġuridika li tkun instabet responsabbli għal reati skont l-Artikolu 7 tkun punibbli permezz ta' sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali u mhux kriminali, bħal:

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  l-esklużjoni ta' dik il-persuna ġuridika mid-dritt għall-benefiċċji pubbliċi jew l-għajnuna pubblika;

(1)  l-esklużjoni ta' dik il-persuna ġuridika mid-dritt għall-benefiċċji pubbliċi jew l-għajnuna pubblika inklużi programmi jew fondi tal-Unjoni;

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  projbizzjoni temporanja jew permanenti fuq dik il-persuna ġuridika milli tidħol f'kuntratti mal-awtoritajiet pubbliċi;

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8a

Konfiska tal-proprjetà u tar-rikavati li ġejjin minn attivitajiet kriminali

1.  Kull Stat Membru għandu jipprevedi l-konfiska tal-proprjetà u r-rikavat kollu ġej mit-twettiq ta' kwalunkwe attività kriminali, u l-mezzi strumentali użati jew maħsuba li jiġu użati fit-twettiq ta' kwalunkwe attività kriminali kif definit f'din id-Direttiva, skont id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;

2.  Kull Stat Membru għandu jipprevedi l-konfiska tal-proprjetà u r-rikavat kollu ġej mit-twettiq ta' kwalunkwe attività kriminali, u l-mezzi strumentali użati jew maħsuba li jiġu użati fit-twettiq ta' kwalunkwe attività kriminali kif definit f'din id-Direttiva, mingħajr kundanna kriminali finali meta l-każ ikun skada minħabba l-mewt tat-trasgressur;

3.  Dan l-Artikolu għandu japplika irrispettivament mill-fatt jekk ir-reat tal-ħasil tal-flus jew ir-reat predikat ikunx twettaq minn persuna fiżika jew ġuridika.

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw kooperazzjoni fl-iffriżar u l-konfiska ta' proprjetà li tkun ġejja mit-twettiq jew il-kontribut għat-twettiq ta' kwalunkwe reat imsemmi f'din id-Direttiva, u l-mezzi strumentali użati jew maħsuba biex jintużaw fit-twettiq jew fil-kontribut għat-twettiq ta' kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija f'din id-Direttiva u, fejn xieraq, jistgħu jirreferu għal Eurojust u Europol għal kooperazzjoni rapida u effettiva skont l-Artikolu 10;

1a Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014).

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-trasgressur ikun wieħed miċ-ċittadini tiegħu.

(b)  it-trasgressur ikun wieħed miċ-ċittadini jew residenti abitwali; or

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  ir-reat ikun twettaq għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fit-territorju tiegħu;

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni meta jiddeċiedi li jistabbilixxi ġurisdizzjoni ulterjuri fuq l-offiżi msemmija fl-Artikoli 3 u 4 mwettqa barra mit-territorju tiegħu meta:

imħassar

(a)  It-trasgressur ikun resident abitwali fit-territorju tiegħu;

(b)  ir-reat ikun sar għall-benefiċċju ta' persuna ġuridika stabbilita fit-territorju.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Meta reat imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 jaqa' fil-ġurisdizzjoni ta' aktar minn Stat Membru wieħed u meta kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri kkonċernati jista' jieħu passi b'mod validu fuq il-bażi tal-istess fatti, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikooperaw sabiex jiddeċiedu liema minnhom se jieħu passi kontra t-trasgressur, bil-għan li l-proċedimenti jiġu ċentralizzati fi Stat Membru wieħed.

Għandhom jitqiesu l-fatturi li ġejjin, fl-ordni ta' prijorità:

(a)  it-territorju tal-Istat Membru fejn twettaq ir-reat;

b)  iċ-ċittadinanza jew ir-residenza tat-trasgressur;

c)  il-pajjiż ta' oriġini tal-vittmi;

d)  it-territorju fejn instab it-trasgressur.

L-Istati Membri jistgħu jirrikorru għall-Eurojust sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħhom u l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tagħhom.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għodod investigattivi

Għodod investigattivi u kooperazzjoni

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jiżgura li għodod investigattivi effettivi, bħal dawk li jintużaw fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew reati gravi jkunu disponibbli għal persuni, unitajiet jew servizzi responsabbli għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar- reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4.

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li għodod investigattivi effettivi, biżżejjed persunal u taħriġ immirat adegwat, riżorsi u kapaċità teknoloġika bħal dawk li jintużaw fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew reati gravi jkunu disponibbli għal persuni, unitajiet jew servizzi responsabbli għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4. Tali għodod u taħriġ għandhom jiġu adattati għall-aħħar żviluppi fil-qasam taċ-ċiberkriminalità u l-ħasil tal-flus.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex itejbu l-iskambju tad-data u l-kooperazzjoni fi ħdan l-Unjoni u jżidu l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali li jiġġieldu l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, filwaqt li jiżguraw koordinazzjoni aħjar bejniethom stess u l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, sabiex b'mod effiċjenti jiġġieldu l-ħasil tal-flus u jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi, b'mod partikolari dawk identifikati mill-Kummissjoni bħala pajjiżi terzi ta' riskju għoli fis-sens tal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849, biex jadottaw miżuri u riformi simili. Barra minn hekk, kull Stat Membru għandu jintrabat li jimplimenta azzjonijiet biex itejjeb l-iskambju ta' informazzjoni, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak internazzjonali, bejn l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dawn ma jirrifjutawx kooperazzjoni internazzjonali fi proċedimenti kriminali dwar il-ħasil tal-flus fuq il-bażi li l-liġi nazzjonali tagħhom tqis biss l-evażjoni tat-taxxa jew il-frodi 'il fuq minn ammont sinifikanti ta' ammonti mhux iddikjarati jew taxxi mhux imħallsa jew l-użu sistematiku ta' manuvri frawdolenti bħala li jikkostitwixxu attività kriminali jew reat kriminali.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [24 xahar wara l-adozzjoni]. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [12-il xahar wara l-adozzjoni]. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni, sa [24 xahar wara l-iskadenza tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva], tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta sa fejn l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni, sa [12-il xahar wara l-iskadenza tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva], tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta sa fejn l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha wkoll, sa [36 xahar wara l-iskadenza għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva], tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-valur miżjud ta' din id-Direttiva fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Ir-rapport għandu jkopri wkoll l-impatt ta' din id-Direttiva fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, inkluż id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt għad-difiża jew id-dritt li persuna ma tiġix ipproċessata jew ikkastigata darbtejn fi proċedimenti kriminali għall-istess reat kriminali. Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun meħtieġ, tiddeċiedi dwar l-azzjonijiet ta' segwitu xierqa.

(1)

  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (13.10.2017)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali

(COM(2016)0826 – C8-0534/2016 – 2016/0414(COD))

Rapporteur (għal opinjoni): Ignazio Corrao

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-ħasil tal-flus u l-finanzjament relatat mat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata għadhom problemi sinifikanti fil-livell tal-Unjoni, li jagħmlu ħsara lill-integrità, l-istabbiltà u r-reputazzjoni tas-settur finanzjarju u jheddu s-sigurtà interna u s-suq intern tal-Unjoni. Biex tittratta dawk il-problemi u ssaħħaħ ukoll l-applikazzjoni tad-Direttiva 2015/849/UE34, din id-Direttiva għandha l-għan li tittratta l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali, filwaqt li tippermetti kooperazzjoni transfruntiera aħjar bejn l-awtoritajiet kompetenti.

(1)  Il-ħasil tal-flus u l-finanzjament relatat mat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata għadhom problemi sinifikanti fil-livell tal-Unjoni, li jagħmlu ħsara lill-integrità, l-istabbiltà u r-reputazzjoni tas-settur finanzjarju u jheddu s-sigurtà interna u s-suq intern tal-Unjoni. Biex tittratta din il-problema urġenti u ssaħħaħ ukoll l-applikazzjoni tad-Direttiva 2015/849/UE34, din id-Direttiva għandha l-għan li tittratta l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali, filwaqt li tippermetti kooperazzjoni transfruntiera aħjar bejn l-awtoritajiet kompetenti.

_________________

_________________

34 Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

34 Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Jinħtieġ li l-azzjoni tal-Unjoni tkompli tieħu kont partikolari tar-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF), u ta' strumenti ta' korpi internazzjonali oħra attivi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. L-atti legali rilevanti tal-Unjoni għandhom jiġu ulterjorment allinjati, jekk meħtieġ, mal-Istandards Internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u l-Proliferazzjoni (International Standards on Combating Money Laundering and the Financing of Terrorism and Proliferation) adottati mill-FATF fi Frar 2012 (ir-"Rakkomandazzjonijiet riveduti tal-FATF"). Bħala firmatarja tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-ħasil tal-flus, it-tiftix, il-qabda u l-konfiska ta' profitti minn attività kriminali u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, (is-CETS Nru 198), jinħtieġ li l-Unjoni tittrasponi r-rekwiżiti ta' din il-Konvenzjoni fl-ordinament ġuridiku tagħha.

(3)  Jinħtieġ li l-azzjoni tal-Unjoni tkompli tieħu inkunsiderazzjoni r-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF), u ta' strumenti ta' korpi internazzjonali oħra attivi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. L-atti legali rilevanti tal-Unjoni għandhom jiġu ulterjorment allinjati mal-Istandards Internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u l-Proliferazzjoni (International Standards on Combating Money Laundering and the Financing of Terrorism and Proliferation) adottati mill-FATF fi Frar 2012 (ir-"Rakkomandazzjonijiet riveduti tal-FATF"). Bħala firmatarja tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-ħasil tal-flus, it-tiftix, il-qabda u l-konfiska ta' profitti minn attività kriminali u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, (is-CETS Nru 198), jinħtieġ li, bħala kwistjoni ta' urġenza, l-Unjoni tittrasponi r-rekwiżiti ta' din il-Konvenzjoni fl-ordinament ġuridiku tagħha.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a)  L-għajnuna umanitarja hija vitali u hija mfassla biex tipprovdi, fil-livell globali, għajnuna u assistenza lill-persuni fil-bżonn. Jinħtieġ li l-miżuri mmirati kontra l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu u l-evażjoni tat-taxxa ma jipprevjenux lil persuni u organizzazzjonijiet milli jipprovdu għajnuna umanitarja lill-persuni fil-bżonn.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex il-ħasil tal-flus ikun għodda effettiva kontra l-kriminalità organizzata, jinħtieġ li ma jkunx neċessarju li jiġu identifikati d-dettalji speċifiċi tar-reat li ġġeneraw il-proprjetà, u inqas u inqas ma għandha tiġi rikjesta kundanna preċedenti jew simultanja għal dak ir-reat. Jinħtieġ ukoll li l-prosekuzzjonijiet għall-ħasil tal-flus ma jiġux imxekkla mis-sempliċi fatt li r-reat predikat twettaq fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz, sakemm dan ikun reat kriminali f'dak l-Istat Membru jew pajjiż terz. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu bħala prerekwiżit il-fatt li r-reat predikat kien ikun reat fil-liġi nazzjonali tiegħu kieku twettaq hemm.

(9)  Sabiex il-ħasil tal-flus ikun għodda effettiva kontra l-kriminalità organizzata, jinħtieġ li ma jkunx neċessarju li jiġu identifikati d-dettalji speċifiċi tar-reat li ġġeneraw il-proprjetà, u inqas u inqas ma għandha tiġi rikjesta kundanna preċedenti jew simultanja għal dak ir-reat. Jinħtieġ ukoll li l-prosekuzzjonijiet għall-ħasil tal-flus ma jiġux imxekkla mis-sempliċi fatt li r-reat predikat twettaq fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz, sakemm dan ikun reat kriminali f'dak l-Istat Membru jew pajjiż terz soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a)  Huwa importanti li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tal-kumpaniji, it-trusts u mekkaniżmi oħra tiġi ppubblikata f'formati ta' data miftuħa sabiex tipprevjeni li kumpaniji tal-isem u entitajiet legali komparabbli jintużaw biex isir ħasil tal-flus għall-finanzjament tal-attivitajiet terroristiċi.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a)  Il-ħasil tal-flus, il-korruzzjoni, il-flussi finanzjarji illeċiti u l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa għadhom ostakli għall-iżvilupp sostenibbli, jaffettwaw b'mod sproporzjonat il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jikkostitwixxu theddida serja għall-futur tagħhom. L-Unjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi għandhom responsabbiltà kondiviża biex itejbu l-koordinament tal-miżuri meħuda biex jiġġieldu tali mġiba negattiva u dannuża u jallinjaw dawk il-miżuri mal-istrateġiji u l-politiki ta' żvilupp tagħhom.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 12b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12b)  Ir-rimessi jirrappreżentaw kontribut importanti għall-iżvilupp tal-familja u tal-komunità u fil-fatt saru sors importanti ta' finanzjament għall-iżvilupp estern. Filwaqt li jirrikonoxxu l-importanza li tiġi indirizzata l-evażjoni tat-taxxa, il-miżuri meħuda f'dak ir-rigward jinħtieġ li ma jimpedixxux it-trasferimenti internazzjonali tar-rimessi. Dan l-impediment jista' jaffettwa b'mod negattiv id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni li jgħixu f'pajjiżi li qed jiżviluppaw. Huwa kruċjali li l-Unjoni ssaħħaħ il-politiki kontra t-terroriżmu sabiex ir-rimessi jmorru lejn id-direzzjoni t-tajba, u li ssaħħaħ l-infrastruttura formali tar-rimessi, inkluż billi tappoġġja l-aċċess għas-servizzi bankarji u tittrasferixxi flussi mis-settur informali għas-settur formali b'tali mod li tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tat-terroriżmu.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Reati ta' ħasil tal-flus

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-imġiba li ġejja tkun reat kriminali punibbli, meta mwettqa intenzjonalment:

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-imġiba li ġejja tkun reat kriminali punibbli:

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-konverżjoni jew it-trasferiment ta' proprjetà, bil-konoxxenza li tali proprjetà ġejja minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività, għall-fini ta' ħabi jew travestiment tal-oriġini illeċita tal-proprjetà jew sabiex tingħata għajnuna lil kwalunkwe persuna li tkun involuta fit-twettiq ta' tali attività sabiex tevadi l-konsegwenzi legali tal-azzjoni ta' dik il-persuna;

(a)  il-konverżjoni jew it-trasferiment ta' proprjetà, bil-konoxxenza li tali proprjetà ġejja minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività, għall-fini ta' ħabi jew travestiment tal-oriġini illeċita tal-proprjetà jew sabiex tingħata għajnuna lil kwalunkwe persuna li tkun involuta fit-twettiq ta' tali attività, dan ikun biss sabiex tevadi l-konsegwenzi legali tal-azzjoni ta' dik il-persuna;

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-akkwist, il-pussess jew l-użu ta' proprjetà, bil-konoxxenza, fiż-żmien tar-riċezzjoni tagħha, li tali proprjetà ġiet minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività.

(c)  l-akkwist, il-pussess jew l-użu ta' proprjetà, bil-konoxxenza, fiż-żmien tar-riċezzjoni tal-proprjetà u l-użu tagħha f'attività ekonomika jew finanzjarja, li tali proprjetà ġiet minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività.

Ġustifikazzjoni

La consapevolezza circa l'illecita provenienza del bene potrebbe intervenire solo in un momento successive rispetto alla ricezione del bene. In tal caso, la condotta di chi impieghi in attività economica o finanziaria un bene di origine illecita, essendo consapevole - al momento del suo impiego - della illecita provenienza dello stesso, appare comunque sanzionabile. La formulazione proposta (che si ispira al dettato dell'art. 648 ter del Codice Penale italiano) esclude comunque la sanzionabilità del mero godimento del provento dell'illecito, qualora non si avesse consapevolezza della sua provenienza illecita al momento della sua ricezione.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  jekk l-attività kriminali li minnha tkun ġejja l-proprjetà tkun twettqet fit-territorju ta' pajjiż terz, fejn, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jimplimenta jew japplika dan l-Artikolu, l-imġiba rilevanti, fil-każ li setgħet saret fit-territorju tiegħu, tikkostitwixxi reat kriminali li jaqa' fil-kategoriji tat-terroriżmu jew il-finanzjament tat-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni, it-traffikar tal-bnedmin, l-isfruttament sesswali, l-iskjavitù, it-traffikar ta' skart jew it-traffikar ta' speċijiet selvaġġi, jew reat ta' taxxa;

Ġustifikazzjoni

Il-fatt li tiġi prevista responsabilità kriminali doppja għal ċerti reati jfisser li tiġi ffavorita attività kriminali jew jiġu ffavoriti gruppi kriminali li jisfruttaw lakuni f’uħud mill-liġijiet ta' pajjżi terzi sabiex imbagħad jinvestu r-rikavat fl-Ewropa. Ir-reati msemmijin huma tant serji u n-natura illegali tal-imġiba hija tant ovvja li l-fatt li wieħed ikun involva ruħu f'attività f'ordinament ġuridiku li ma jiddefinixxihomx bħala reat kriminali per se ma jkunx tali sabiex tiġi kkonsentita l-invokazzjoni tal-prinċipju "nullum crimen sine lege".

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-imġiba msemmija fl-Artikoli 3 u 4 tkun punibbli permezz ta' pieni kriminali effettivi, proporzjonali u dissważivi.

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-imġiba msemmija fl-Artikoli 3 u 4 tkun punibbli permezz ta' pieni kriminali awtonomi, effettivi, proporzjonali u dissważivi, b'rispett strett għad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji ġenerali tal-liġi kriminali li jipproteġu d-drittijiet tad-difiża u tal-akkużat.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 3 jkunu punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas erba' snin, għall-inqas f'każijiet serji.

2.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 3 jkunu punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas erba' snin.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Kull Stat Membru għandu jieħu miżuri biex jiżgura li l-persuni fiżiċi responsabbli għar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4, inkluż meta jkunu ħadmu permezz ta' persuna ġuridika, ikunu punibbli anki permezz ta' sanzjonijiet komplementarji bħal:

(a)   projbizzjoni temporanja jew permanenti li tali persuna tidħol f'kuntratti ma' awtoritajiet pubbliċi, bl-esklużjoni ta' kuntratti ta' impjieg;

(b)   skwalifika temporanja mill-eżerċizzju ta' attivitajiet kummerċjali.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b.  Il-Kummissjoni għandha taġevola l-armonizzazzjoni u l-kkordinazzjoni l-livell ta' severità tal-pieni, kemm minimi kif ukoll massimi, previsti f'dan il-qasam tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri, b'attenzjoni partikolari għall-karatteristiċi speċifiċi tas-sistema ġuridika ta' kull Stat Membru.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2c.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 3 ikunu punibbli b'terminu minimu ta' priġunerija ta' mhux inqas minn sentejn, fil-preżenza ta' wieħed mill-fatturi aggravanti msemmija fl-Artikolu 6.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  il-ħasil tal-flus jew ta' proprjetajiet ġejjin minn attivitajiet terroristiċi jew minn traffikar tal-armi jew il-ħasil ikollu l-għan li jiffinanzja attivitajiet terroristiċi jew traffikar tal-armi.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  il-ħasil tal-proprjetajiet jew tal-flus jammonta għal valur ta' EUR 500 000 jew aktar.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jiżgura li persuna ġuridika li tkun instabet responsabbli għal reati skont l-Artikolu 6 tkun punibbli permezz ta' sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali u mhux kriminali, bħal:

Kull Stat Membru għandu jiżgura li persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għal reati skont l-Artikolu 6 tkun punibbli permezz ta' sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali u jistgħu jinkludu sanzjonijiet oħra, b'rispett strett għad-drittijiet fundamentali u l-prinċpiji ġenerali tal-liġi kriminali li jipproteġu d-drittijiet tad-difiża u tal-akkużat, bħal:

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  il-projbizzjoni permanenti li tali persuna tidħol f'kuntratti ma' awtoritajiet pubbliċi;

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8a

Sekwestru tal-proprjetà u tar-rikavati li ġejjin minn attivitajiet kriminali

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-rikavati kollha li jkunu ġejjin minn attività kriminali kif definit fl-Artikolu 2 ikunu sekwestrati fejn, abbażi taċ-ċirkostanzi tal-każ u meta jitqiesu l-fatti speċifiċi u l-evidenza disponibbli, inkluż, pereżempju, il-fatt li l-valur tal-proprjetà jkun sproporzjonat meta mqabbel mad-dħul leġittimu tal-persuna kkundannata, l-awtoritajiet ġudizzjarji jkunu konvinti li l-proprjetà inkwistjkoni tkun ġejja minn imġiba kriminali f'waħda mill-każijiet li ġejjin:

(a)  ir-reat ta' ħasil tal-flus kif definit f'din id-Direttiva ġie stabbilit b'sentenza ta' kundanna li għandha s-saħħa ta' res judicata fi Stat Membru jew, wara kundanna li mhijiex definittiva, bdiet tapplika l-preskrizzjoni jew ir-reat ikun ġie estint wara l-mewt tal-persuna ħatja; jew

(b)  ir-reat li minnu jkun ġej ir-rikavat (reat predikat) ikun twettaq kif stabbilit b'sentenza maħruġa mill-Istat Membru jew pajjiż terz jew, wara sentenza li ma tkunx definittiva, bdiet tapplika l-preskrizzjoni jew ir-reat ikun ġie estint wara l-mewt tal-persuna ħatja.

2.  Dan l-Artikolu japplika irrispettivament mill-fatt li r-reat tal-ħasil tal-flus jew ir-reat predikat ikunu saru minn persuna fiżika jew persuna ġuridika.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  it-trasgressur tar-reat ikun residenti jew ikollu residenza fit-territorju ta' dak l-Istat Membru u ma jkunx ċittadin ta' Stat Membru ieħor;

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  ir-reat ikun sar għall-benefiċċju ta' persuna ġuridika stabbilita fit-territorju tiegħu;

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bc)  il-proprjetajiet soġġetti għall-ħasil tal-flus jew ir-rikavati minn attività ta' ħasil tal-flus ikunu jinsabu fit-territorju tiegħu jew taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt bd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bd)  it-trasgressur ġie arrestat fit-territorju tiegħu;

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9a

Il-ġurisdizzjoni ta' aktar minn Stat Membru wieħed

1.  Sabiex tkun iffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-koordinazzjoni tal-azzjoni tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kooperazzjoni transfruntiera u l-iskambju ta' informazzjoni jkunu mtejba, inkluż permezz tal-Eurojust.

2.   Kull Stat Membru għandu jadotta leġiżlazzjoni b'tali mod li jagħmilha possibbli li jiġi riżolt b'mod effikaċi u rapidu kwalunkwe kunflitt pożittiv jew negattiv ta' ġurisdizzjoni. Meta reat jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' aktar minn Stat Membru wieħed u jkunu jistgħu jittieħdu passi f'aktar minn wieħed minn dawk l-Istati Membri abbażi tal-istess fatti, dawk l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex jiddeċiedu liema minnhom se jkollu ġurisdizzjoni bil-għan, jekk possibbli, li jiċċentralizzaw il-proċedimenti f'dak l-Istat Membru.

L-Istati Membri riferuti fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu l-Istati Membri kollha li għandhom ġurisdizzjoni jew li jkunu stabbilixxew il-ġurisdizzjoni tagħhom skont l-Artikolu 9.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 9b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9b

Ritorn ta' fondi u assi illegali lejn il-pajjiż ta' oriġini

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirritornaw il-fondi u l-assi li jirriżultaw minn, jew huma s-suġġett ta', attività illegali lejn il-pajjiż terz ta' oriġini. Dawk il-fondi u l-assi għandhom jiġu rritornati lejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ta' oriġini dment li jintużaw għal: 

(a)  it-titjib tal-kundizzjonijiet ta' għajxien tal-popolazzjoni ta' dawk il-pajjiżi, b'mod partikolari l-aktar persuni vulnerabbli fit-territorju tagħhom,

(a)  it-tisħiħ tal-istat tad-dritt f'dawk il-pajjiżi bil-għan li jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu u atti kriminali oħra. 

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jiżgura li għodod investigattivi effettivi, bħal dawk li jintużaw fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew reati gravi jkunu disponibbli għal persuni, unitajiet jew servizzi responsabbli għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar- reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li għodod investigattivi effettivi, bħal dawk li jintużaw fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew reati gravi jkunu disponibbli għal persuni, unitajiet jew servizzi responsabbli għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar- reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4; dawn għandhom jinkludu persunal u riżorsi adegwati u taħriġ speċifiku u mmirat.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10a

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-Unjoni u l-pajjiżi terzi

1.   Kull Stat Membru għandu jadotta miżuri effettivi biex iżid il-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri u mal-Unjoni biex jipprevjeni arbitraġġ regolatorju, biex jintensifika d-djalogu u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, inkluż billi jiżviluppa komunikazzjoni effettiva, u biex jiġġieled il-ħasil tal-flus.

2.  L-Istati Membri għandhom iżidu l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari biex jippromwovu prattiki tajba li għandhom l-għan li jsaħħu s-sistemi finanzjarji tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu riformi bil-għan li jimplimentaw miżuri u mekkaniżmi effettivi biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus u jiżviluppaw kooperazzjoni internazzjonali effettiva rigward il-ħasil tal-flus, skont il-prinċipju tal-kooperazzjoni sinċiera.

3.  Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra modi kif ittejjeb il-kooperazzjoni internazzjonali u tappoġġja l-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz ta' miżuri effikaċi, b'mod partikolari l-istabbiliment ta' programmi ta' assistenza teknika, sabiex tippermetti lill-pajjiżi li qed jivżiluppaw itejbu s-sistemi amministrattivi u legali tagħhom bil-għan li jiġġieldu l-ħasil tal-flus b'mod aktar effettiv.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [24 xahar wara l-adozzjoni]. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [12-il xahar wara l-adozzjoni]. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni, sa [24 xahar wara l-iskadenza tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva], tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta sa fejn l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni, sa [12-il xahar wara l-iskadenza tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva], tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta sa fejn l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali

Referenzi

COM(2016)0826 – C8-0534/2016 – 2016/0414(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

13.2.2017

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

13.2.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ignazio Corrao

8.6.2017

Eżami fil-kumitat

30.8.2017

Data tal-adozzjoni

9.10.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

11

10

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Ignazio Corrao, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Maria Heubuch, György Hölvényi, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Arne Lietz, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Maurice Ponga, Lola Sánchez Caldentey, Eleftherios Synadinos, Eleni Theocharous, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská, Joachim Zeller, Željana Zovko

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Thierry Cornillet, Brian Hayes, Cécile Kashetu Kyenge, Florent Marcellesi, Patrizia Toia

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

11

+

EFDD

Ignazio Corrao

GUE-NGL

Marina Albiol Guzmán, Lola Sánchez Caldentey

NI

Eleftherios Synadinos

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Cécile Kashetu Kyenge, Arne Lietz, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Patrizia Toia

10

-

PPE

Brian Hayes, György Hölvényi, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Maurice Ponga, Bogdan Brunon Wenta, Joachim Zeller, Željana Zovko, Anna Záborská

Verts/ALE

Maria Heubuch, Florent Marcellesi

4

0

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Thierry Cornillet, Paavo Väyrynen

ECR

Eleni Theocharous

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (7.11.2017)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali

(COM(2016)0826 – C8-0534/2016 – 2016/0414(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Eva Joly

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-ħasil tal-flus u l-finanzjament relatat mat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata għadhom problemi sinifikanti fil-livell tal-Unjoni, li jagħmlu ħsara lill-integrità, l-istabbiltà u r-reputazzjoni tas-settur finanzjarju u jheddu s-sigurtà interna u s-suq intern tal-Unjoni. Biex tittratta dawk il-problemi u ssaħħaħ ukoll l-applikazzjoni tad-Direttiva 2015/849/UE1, din id-Direttiva għandha l-għan li tittratta l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali, filwaqt li tippermetti kooperazzjoni transfruntiera aħjar bejn l-awtoritajiet kompetenti.

(1)  Il-ħasil tal-flus u l-finanzjament relatat mat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata għadhom problemi sinifikanti ħafna fil-livell tal-Unjoni, li jagħmlu ħsara lill-integrità, l-istabbiltà u r-reputazzjoni tas-settur finanzjarju u jheddu s-sigurtà interna u s-suq intern tal-Unjoni u jimminaw il-fiduċja fost il-parteċipanti fis-suq. Biex tittratta dawk il-problemi serji u urġenti u ssaħħaħ ukoll l-applikazzjoni tad-Direttiva 2015/849/UE1, din id-Direttiva għandha l-għan li tittratta l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali, filwaqt li tippermetti kooperazzjoni transfruntiera aħjar, aktar rapida u aktar effiċjenti bejn l-awtoritajiet kompetenti.

_______________

___________________

1 Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

1 Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Jinħtieġ li l-azzjoni tal-Unjoni tkompli tieħu kont partikolari tar-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF), u ta' strumenti ta' korpi internazzjonali oħra attivi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. L-atti legali rilevanti tal-Unjoni għandhom jiġu ulterjorment allinjati, jekk meħtieġ, mal-Istandards Internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u l-Proliferazzjoni (International Standards on Combating Money Laundering and the Financing of Terrorism and Proliferation) adottati mill-FATF fi Frar 2012 (ir-"Rakkomandazzjonijiet riveduti tal-FATF"). Bħala firmatarja tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-ħasil tal-flus, it-tiftix, il-qabda u l-konfiska ta’ profitti minn attività kriminali u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, (is-CETS Nru 198), jinħtieġ li l-Unjoni tittrasponi r-rekwiżiti ta' din il-Konvenzjoni fl-ordinament ġuridiku tagħha.

(3)  Jenħtieġ li l-azzjoni tal-Unjoni tmur lil hinn mir-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF), u ta' strumenti ta' korpi internazzjonali oħra attivi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel il-valutazzjoni tagħha stess rigward l-effiċjenza tal-miżuri proposti mill-FATF u l-implimentazzjoni u l-effikaċja tal-miżuri kontra l-ħasil tal-flus inġenerali. Jenħtieġ li l-FATF twettaq reviżjoni tal-istandards eżistenti u valutazzjoni tal-ħidma tagħha stess u li tiżgura r-rappreżentanza reġjonali, il-kredibbiltà, l-effiċjenza u l-użu aħjar tal-intelligence finanzjarja. L-atti legali rilevanti tal-Unjoni għandhom jiġu ulterjorment allinjati, jekk meħtieġ, mal-Istandards Internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u l-Proliferazzjoni (International Standards on Combating Money Laundering and the Financing of Terrorism and Proliferation) adottati mill-FATF fi Frar 2012 (ir-"Rakkomandazzjonijiet riveduti tal-FATF"). Bħala firmatarja tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-ħasil tal-flus, it-tiftix, il-qabda u l-konfiska ta’ profitti minn attività kriminali u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, (is-CETS Nru 198), jenħtieġ li l-Unjoni tittrasponi r-rekwiżiti ta' din il-Konvenzjoni fl-ordinament ġuridiku tagħha.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jinħtieġ li d-definizzjoni ta' attivitajiet kriminali li jikkostitwixxu reati predikati għall-ħasil tal-flus tkun uniformi biżżejjed fl-Istati Membri kollha. Jinħtieġ li l-Istati Membri jinkludu firxa ta' reati f'kull waħda mill-kategoriji speċifikati mill-FATF. Jekk il-kategoriji ta' reati, bħat-terroriżmu jew ir-reati ambjentali, huma stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, din id-Direttiva tirreferi għal tali leġiżlazzjoni. Dan jiżgura li l-ħasil tar-rikavat mill-finanzjament tat-terroriżmu u t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi jkun punibbli fl-Istati Membri. F'każijiet fejn il-liġi tal-Unjoni tippermetti lill-Istati Membri jipprovdu għal sanzjonijiet oħra li mhumiex sanzjonijiet kriminali, jinħtieġ li din id-Direttiva ma tirrekjedix lill-Istati Membri jistabbilixxu dawk il-każijiet bħala reati predikati għall-fini ta' din id-Direttiva.

(5)  Jenħtieġ li d-definizzjoni ta' attivitajiet kriminali li jikkostitwixxu reati predikati għall-ħasil tal-flus tkun estiża u uniformi biżżejjed fl-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinkludu firxa ta' reati f'kull waħda mill-kategoriji speċifikati mill-FATF, inklużi l-evażjoni, il-frodi u l-evitar tat-taxxa, kif ukoll kwalunkwe mġiba frawdolenti li tinvolvi l-ħabi ta' introjtu jew qligħ. Jekk il-kategoriji ta' reati, bħat-terroriżmu jew ir-reati ambjentali, huma stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, din id-Direttiva tirreferi għal tali leġiżlazzjoni. Dan jiżgura li l-ħasil tar-rikavat mill-finanzjament tat-terroriżmu u t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi jkun punibbli fl-Istati Membri. F'każijiet fejn il-liġi tal-Unjoni tippermetti lill-Istati Membri jipprovdu għal sanzjonijiet oħra li mhumiex sanzjonijiet kriminali, jenħtieġ li din id-Direttiva ma tirrekjedix lill-Istati Membri jistabbilixxu dawk il-każijiet bħala reati predikati għall-fini ta' din id-Direttiva.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex il-ħasil tal-flus ikun għodda effettiva kontra l-kriminalità organizzata, jinħtieġ li ma jkunx neċessarju li jiġu identifikati d-dettalji speċifiċi tar-reat li ġġeneraw il-proprjetà, u inqas u inqas ma għandha tiġi rikjesta kundanna preċedenti jew simultanja għal dak ir-reat. Jinħtieġ ukoll li l-prosekuzzjonijiet għall-ħasil tal-flus ma jiġux imxekkla mis-sempliċi fatt li r-reat predikat twettaq fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz, sakemm dan ikun reat kriminali f'dak l-Istat Membru jew pajjiż terz. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu bħala prerekwiżit il-fatt li r-reat predikat kien ikun reat fil-liġi nazzjonali tiegħu kieku twettaq hemm.

(9)  Sabiex il-ħasil tal-flus ikun għodda effettiva kontra l-kriminalità organizzata, jenħtieġ li ma jkunx neċessarju li jiġu identifikati d-dettalji speċifiċi tar-reat li ġġeneraw il-proprjetà jew inkella ċ-ċirkostanzi jew l-elementi fattwali kollha relatati mal-attività kriminali, u inqas u inqas li tiġi rikjesta kundanna preċedenti jew simultanja għal dak ir-reat. Jenħtieġ ukoll li l-prosekuzzjonijiet għall-ħasil tal-flus ma jiġux imxekkla mis-sempliċi fatt li r-reat predikat twettaq fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz, sakemm dan ikun reat kriminali f'dak l-Istat Membru jew pajjiż terz. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu wkoll jistabbilixxu bħala prerekwiżit il-fatt li l-imġiba rilevanti kienet tkun reat predikat fil-liġi nazzjonali tiegħu kieku twettqet hemm. Madankollu, kemm-il darba l-imġiba rilevanti tikkostitwixxi forma serja ta' kriminalità, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jirrikjedux li l-imġiba rilevanti tkun reat kriminali fl-Istat Membru jew fil-pajjiż fejn seħħet dik l-imġiba.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Biex jiskoraġġixxu l-ħasil tal-flus fl-Unjoni kollha, jinħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu tipi u livelli minimi ta' pieni meta jitwettqu r-reati kriminali ddefiniti f'din id-Direttiva. Jekk ir-reat jitwettaq f'organizzazzjoni kriminali fit-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI48 jew jekk il-persuna li tkun wettqet ir-reat tkun abbużat mill-pożizzjoni professjonali tagħha biex tippermetti l-ħasil tal-flus, jinħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu għal ċirkostanzi aggravanti skont ir-regoli applikabbli stabbiliti mill-ordinament ġuridiku tagħhom.

(11)  Biex jiskoraġġixxu l-ħasil tal-flus fl-Unjoni kollha, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu, f'katalogu, tipi u livelli minimi ta' pieni ddefiniti b'mod ċar meta jitwettqu r-reati kriminali ddefiniti f'din id-Direttiva. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll tipi u livelli minimi ta' pieni fir-rigward tal-istigazzjoni, l-għajnuna u l-kompliċità fit-twettiq ta' tali reati kriminali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu ċirkostanzi aggravanti f'konformità mar-regoli applikabbli stabbiliti mis-sistemi legali tagħhom fiċ-ċirkostanzi li ġejjin: ir-reat jitwettaq f'organizzazzjoni kriminali fit-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI4; il-persuna li twettaq ir-reat tabbuża mill-pożizzjoni professjonali tagħha biex tippermetti l-ħasil tal-flus; il-flus jew il-proprjetà li jkunu qed jiġu maħsula jkunu ġejjin minn attivitajiet terroristiċi kif definit fid-Direttiva 2017/541 tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill4a jew mit-traffikar illeċitu tal-armi; jew l-awtur tar-reat ikun persuna politikament esposta kif definit fid-Direttiva 2015/849 jew ikun involut f'korruzzjoni ta' uffiċjali eletti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkalkulaw l-ammont ta' multi skont il-prinċipju tal-gross, jiġifieri abbażi tal-qligħ li jirriżulta mill-azzjoni kriminali mingħajr ma jitnaqqsu l-ispejjeż imġarrba, sabiex ikun żgurat li l-piena tkun ogħla mill-valur ekonomiku tar-reat. Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu arranġamenti għall-implimentazzjoni effettiva ta' dawk il-pieni.

_________________

_________________

4 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42)

4 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).

4a Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a)  Jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jipprovdu l-miżuri legali meħtieġa għall-protezzjoni tal-informaturi li jirrappurtaw informazzjoni relatata mal-ħasil tal-flus, anke f'pajjiżi terzi.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt pa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(pa)  reati fiskali relatati ma' taxxi diretti u taxxi indiretti, inkluża l-evażjoni tat-taxxi permezz tal-ħabi tal-introjtu, akkwistat legalment jew illegalment, mill-identifikazzjoni u l-ġbir mill-awtoritajiet tat-taxxa;

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v)  ir-reati kollha, inklużi reati fiskali, relatati ma' taxxi diretti u taxxi indiretti kif definiti fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri, li huma punibbli b'ċaħda tal-libertà jew ordni ta' detenzjoni għal massimu ta' aktar minn sena jew, fir-rigward ta' Stati Membri li għandhom livell limitu minimu għal reati fis-sistema legali tagħhom, ir-reati kollha punibbli b'ċaħda tal-libertà jew ordni ta' detenzjoni għal minimu ta' aktar minn sitt xhur;

(v)  ir-reati kollha li huma punibbli b'ċaħda tal-libertà jew ordni ta' detenzjoni għal massimu ta' aktar minn sena jew, fir-rigward ta' Stati Membri li għandhom livell limitu minimu għal reati fis-sistema legali tagħhom, ir-reati kollha punibbli b'ċaħda tal-libertà jew ordni ta' detenzjoni għal minimu ta' aktar minn sitt xhur;

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-akkwist, il-pussess jew l-użu ta' proprjetà, bil-konoxxenza, fiż-żmien tar-riċezzjoni tagħha, li tali proprjetà ġiet minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività.

(c)  l-akkwist, il-pussess jew l-użu ta' proprjetà, bil-konoxxenza, jew fiż-żmien tar-riċezzjoni jew sussegwentement, li tali proprjetà ġiet minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività,

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  kundanna preċedenti jew simultanja għall-attività kriminali li ġġenerat il-proprjetà;

(a)  kundanna preċedenti jew simultanja għall-attività kriminali li minnha tkun ġiet il-proprjetà, kif imsemmi fil-paragrafu 1;

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  iċ-ċirkostanzi jew l-elementi fattwali kollha marbuta ma' attività kriminali, meta jkun ġie stabbilit li l-proprjetà tkun ġiet minn tali attività, kif imsemmi fil-paragrafu 1;

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jekk l-attività kriminali li ġġenerat il-proprjetà twettqitx fit-territorju ta' Stat Membru ieħor jew f'dak ta' pajjiż terz, meta l-imġiba rilevanti tkun reat kriminali skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn twettqet l-imġiba u tkun reat kriminali skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jimplimenta jew japplika dan l-Artikolu kieku twettqet hemmhekk;

(c)  jekk l-attività kriminali li ġġenerat il-proprjetà twettqitx fit-territorju ta' Stat Membru ieħor jew f'dak ta' pajjiż terz, meta l-imġiba rilevanti kienet tikkostitwixxi attività kriminali skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jimplimenta jew japplika dan l-Artikolu kieku twettqet hemmhekk. L-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jirrikjedu li l-imġiba rilevanti, sakemm ma taqax fil-kategoriji msemmija fil-punti (a) sa (d) u l-punti (h), (l) u (pa) tal-punt (1) tal-Artikolu 2, tikkostitwixxi reat kriminali skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru l-ieħor jew dik tal-pajjiż terz;

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  jekk l-attività kriminali li ġġenerat il-proprjetà twettqitx fit-territorju ta' pajjiż terz b'riskju għoli kif imsemmi kif imsemmi fid-Direttiva 2015/849, meta l-imġiba rilevanti kienet tikkostitwixxi attività kriminali skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jimplimenta jew japplika dan l-Artikolu kieku twettqet hemmhekk;

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-imġiba msemmija fl-Artikoli 3 u 4 tkun punibbli permezz ta' pieni kriminali effettivi, proporzjonali u dissważivi.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 jkunu punibbli permezz ta' pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi, li jinkludu multi abbażi tal-valur gross tal-ammont totali li jirriżulta mill-attività kriminali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw rispett għad-drittijiet fundamentali u għall-prinċipji ġenerali tal-liġi kriminali li jħarsu d-drittijiet tad-difiża u tal- l-imputat.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 3 jkunu punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas erba' snin, għall-inqas f'każijiet serji.

2.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 3 jkunu punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas ħames snin.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 4 jkunu punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tliet snin.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b.  Kull Stat Membru għandu jiżgura wkoll li r-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 jistgħu jkunu punibbli, għad-diskrezzjoni tal-imħallef, permezz ta' sanzjonijiet komplementari, temporanji jew permanenti, inklużi:

(a) projbizzjoni li dak li jkun jidħol f'kuntratti ma' awtoritajiet pubbliċi;

(b) skwalifika mill-prattika ta' ċerti attivitajiet kummerċjali; u

(c) projbizzjoni li dak li jkun jikkontesta għal karigi eletti.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  il-flus jew il-proprjetà li jkunu qed jiġu maħsula jkunu ġejjin minn attivitajiet terroristiċi kif definit fid-Direttiva 2017/541 jew mit-traffikar illeċitu ta' armi;

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  l-awtur tar-reat ikun persuna politikament esposta kif definit fid-Direttiva 2015/849 jew ikun involut fil-korruzzjoni ta' uffiċjali eletti; jew

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bc)   l-attività kriminali tkun twettqet u ġiet iffinanzjata minn kumpaniji offshore; kumpaniji tal-isem ikunu involuti fl-atti kriminali; ikunu seħħew trasferimenti illegali ta' fondi; ikunu involuti kuriers tal-flus u organizzazzjonijet mhux governattivi; ikun hemm preżunzjoni ta' attività professjonali bħala ħasil tal-flus jekk il-persuna kkonċernata tkun, pereżempju, attiva f'iżjed minn żewġ kartelli tal-ħasil tal-flus jew gruppi kriminali.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għal kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 li jkun twettaq għall-benefiċċju ta' dawk il-persuni ġuridiċi minn kwalunkwe persuna, li taġixxi waħedha jew bħala parti minn korp tal-persuna ġuridika, u li jkollha pożizzjoni ta' tmexxija fil-persuna ġuridika, abbażi ta':

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għal kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 li jkun twettaq għall-benefiċċju tagħhom jew għall-benefiċċju ta' terza persuna minn kwalunkwe persuna, li taġixxi waħedha jew bħala parti minn korp tal-persuna ġuridika, u li jkollha pożizzjoni ta' tmexxija fil-persuna ġuridika, abbażi ta':

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli meta n-nuqqas ta' superviżjoni jew kontroll, minn persuna msemmija fil-paragrafu 1, tkun għamlet possibbli t-twettiq ta' kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 għall-benefiċċju ta' dik il-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tagħha.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli meta n-nuqqas ta' superviżjoni jew kontroll, minn persuna msemmija fil-paragrafu 1, tkun għamlet possibbli t-twettiq ta' kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 għall-benefiċċju tagħhom jew għall-benefiċċju ta' terza persuna minn persuna taħt l-awtorità tagħha.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jiżgura li persuna ġuridika li tkun instabet responsabbli għal reati skont l-Artikolu 6 tkun punibbli permezz ta' sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali u mhux kriminali, bħal:

B'rispett strett għad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji ġenerali tal-liġi kriminali li jħarsu d-drittijiet tad-difiża u tal-imputat, kull Stat Membru għandu jiżgura li persuna ġuridika li tkun instabet responsabbli għal reat skont l-Artikolu 7 tkun punibbli permezz ta' sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali u mhux kriminali, abbażi tal-valur gross tal-ammont totali li jkun ġej mill-attività kriminali, u għandhom, għad-diskrezzjoni tal-imħallef, jinkludu sanzjonijiet temporanji jew permanenti oħra, inklużi:

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  l-esklużjoni ta' dik il-persuna ġuridika mid-dritt għall-benefiċċji pubbliċi jew l-għajnuna pubblika;

(1)  l-esklużjoni ta' dik il-persuna ġuridika mid-dritt għal karigi, kuntratti, benefiċċji jew għajnuna pubbliċi, inklużi benefiċċji jew għajnuna relatati mal-Unjoni;

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  l-esklużjoni ta' dik il-persuna mid-dritt għal fondi tal-Unjoni;

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b)  projbizzjoni li dak li jkun jidħol f'kuntratti ma' awtoritajiet pubbliċi;

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  l-iskwalifika temporanja jew permanenti ta' dik il-persuna ġuridika mill-eżerċizzju ta' attivitajiet kummerċjali;

(2)  l-iskwalifika temporanja jew permanenti ta' dik il-persuna ġuridika mill-eżerċizzju ta' attivitajiet kummerċjali, inkluż l-irtirar ta' liċenzji kummerċjali;

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ir-reat jitwettaq fis-sħiħ jew parti minnu fit-territorju tiegħu;

(a)  ir-reat jitwettaq fis-sħiħ jew parti minnu fit-territorju tiegħu; jew

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-trasgressur ikun wieħed miċ-ċittadini tiegħu.

(b)  it-trasgressur ikun wieħed miċ-ċittadini tiegħu; jew

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  ir-reat jitwettaq barra t-territorju tiegħu iżda t-trasgressur ikun resident abitwali fit-territorju tiegħu; jew

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  ir-reat jitwettaq barra t-territorju tiegħu iżda r-reat jitwettaq għall-benefiċċju ta' persuna ġuridika stabbilita fit-territorju tiegħu.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Meta reat jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' aktar minn Stat Membru wieħed u meta kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri kkonċernati jista' jipproċedi kontra t-trasgressuri b'mod validu abbażi tal-istess fatti, l-Istati Membri għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin, elenkati f'ordni ta' prijorità, sabiex jiddeċiedu liema minnhom se jipproċedi kontra t-trasgressuri:

(a)   l-Istat Membru li fih ikun twettaq ir-reat;

(b)   in-nazzjonalità jew ir-residenza tat-trasgressur;

(c)   il-pajjiż ta' oriġini tal-vittmi;

(d)   l-Istat Membru fejn ikun instab it-trasgressur.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b.  L-Istati Membri jistgħu jirrikorru għall-Eurojust sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħhom u l-koordinazzjoni tal-azzjoni tagħhom.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni meta jiddeċiedi li jistabbilixxi ġurisdizzjoni ulterjuri fuq l-offiżi msemmija fl-Artikoli 3 u 4 mwettqa barra mit-territorju tiegħu meta:

imħassar

(a)  It-trasgressur ikun resident abitwali fit-territorju tiegħu;

(b)   ir-reat ikun sar għall-benefiċċju ta' persuna ġuridika stabbilita fit-territorju.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għodod investigattivi

Għodod investigattivi u kooperazzjoni

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jiżgura li għodod investigattivi effettivi, bħal dawk li jintużaw fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew reati gravi jkunu disponibbli għal persuni, unitajiet jew servizzi responsabbli għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar- reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4.

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li għodod investigattivi effettivi, bħal dawk li jintużaw fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew reati gravi jkunu disponibbli għal persuni, unitajiet jew servizzi responsabbli għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar- reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, mill-aktar fis, id-disponibbiltà ta' riżorsi finanzjarji adegwati u suffiċjenti, kif ukoll persunal li għandu jkun imħarreġ kif imiss, sabiex ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 jiġu investigati u jinbdew proċedimenti kontrihom.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw kooperazzjoni effikaċi bejn l-awtoritajiet rilevanti f'kull pajjiż u għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom li jinvestigaw reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4, jew li jipproċedu kontra tali reati, jingħataw is-setgħa li jikkooperaw ma' awtoritajiet nazzjonali oħra u mal-kontropartijiet tagħhom fi Stati Membri oħra, kif ukoll mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali

Referenzi

COM(2016)0826 – C8-0534/2016 – 2016/0414(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

13.2.2017

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

13.2.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Eva Joly

11.4.2017

Data tal-adozzjoni

6.11.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Othmar Karas, Wajid Khan, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Anne Sander, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, Mady Delvaux, Eva Joly, Jan Keller, Alain Lamassoure, Thomas Mann, Miguel Urbán Crespo, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Durand, Maria Heubuch, Carlos Iturgaiz, Gabriele Preuß

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

41

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Petr Ježek, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

Bernd Lucke

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Miguel Urbán Crespo

PPE

Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Carlos Iturgaiz, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Werner Langen, Thomas Mann, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Anne Sander, Theodor Dumitru Stolojan, Esther de Lange

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Mady Delvaux, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Jan Keller, Wajid Khan, Olle Ludvigsson, Gabriele Preuß, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang

Verts/ALE

Pascal Durand, Maria Heubuch, Eva Joly, Molly Scott Cato

0

-

2

0

ECR

Kay Swinburne

ENF

Bernard Monot

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (15.9.2017)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali

(COM(2016)0826 – C8-0534/2016 – 2016/0414(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Kostas Chrysogonos

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

I. Introduzzjoni

L-attakki terroristiċi riċenti jissottlinjaw il-ħtieġa għall-prevenzjoni tat-terroriżmu u l-ġlieda kontrih. It-twaqqif tas-sorsi ta' finanzjament għall-organizzazzjonijiet terroristiċi huwa kruċjali għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata. L-Unjoni Ewropea diġà għandha għodod fis-seħħ biex tindirizza din l-isfida, fosthom il-liġi kriminali eżistenti, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-proċessi ta' skambju ta' informazzjoni rilevanti kif ukoll leġiżlazzjoni li qed tissaħħaħ kostantement għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontrih. Il-proposta għal Direttiva tfittex li tiġġieled il-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali. Id-Direttiva proposta tilħaq dan l-għan billi timplimenta obbligi internazzjonali f'dan il-qasam, fosthom il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ħasil, it-Tiftix, il-Qbid u l-Konfiska ta' Rikavati mill-Kriminalità u dwar il-Finanzjament tat-Terroriżmu tal-2005, is-CETS Nru 198 ("il-Konvenzjoni ta' Varsavja"), kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (Financial Action Task Force, FATF).

II. Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

B'mod ġenerali, il-proposta tal-Kummissjoni hija bbilanċjata, iżda hemm ftit oqsma li jagħtu lok għal aktar riflessjoni. Wieħed minnhom hu t-trasparenza u l-ftuħ, u l-kwistjonijiet relatati mal-privatezza. Qasam ieħor jikkonċerna l-mod ta' kif nistgħu nindirizzaw b'mod xieraq is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji. Kwistjoni oħra li jistħoqqilha kunsiderazzjoni hija l-mod ta' kif jiġi żgurat li d-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali kif suppost.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-ħasil tal-flus u l-finanzjament relatat mat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata għadhom problemi sinifikanti fil-livell tal-Unjoni, li jagħmlu ħsara lill-integrità, l-istabbiltà u r-reputazzjoni tas-settur finanzjarju u jheddu s-sigurtà interna u s-suq intern tal-Unjoni. Biex tittratta dawk il-problemi u ssaħħaħ ukoll l-applikazzjoni tad-Direttiva 2015/849/UE1, din id-Direttiva għandha l-għan li tittratta l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali, filwaqt li tippermetti kooperazzjoni transfruntiera aħjar bejn l-awtoritajiet kompetenti.

(1)  Il-ħasil tal-flus u l-finanzjament relatat mat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata għadhom problemi sinifikanti fil-livell tal-Unjoni, li jagħmlu ħsara lill-integrità, l-istabbiltà u r-reputazzjoni tas-settur finanzjarju u jheddu s-sigurtà interna u s-suq intern tal-Unjoni. Biex tittratta dawk il-problemi u tikkumplementa u ssaħħaħ l-applikazzjoni tad-Direttiva 2015/849/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill1, din id-Direttiva għandha l-għan li tittratta l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali, filwaqt li tippermetti kooperazzjoni transfruntiera aħjar bejn l-awtoritajiet kompetenti u fl-aġenziji responsabbli tal-Unjoni, ittejjeb l-iskambju ta' informazzjoni u tidentifika dawk li jistigaw it-terroriżmu.

_________________

_________________

1 Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

1 Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Miżuri adottati biss fil-livell nazzjonali jew anki fil-livell tal-Unjoni, mingħajr ma jieħdu kont tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni internazzjonali, ikollhom effetti limitati ħafna. Għalhekk, jinħtieġ li l-miżuri adottati mill-Unjoni biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus ikunu kompatibbli ma' azzjonijiet oħra mwettqa f'fora internazzjonali u għandhom ikunu mill-inqas strinġenti daqshom.

(2)  Miżuri adottati biss fil-livell nazzjonali jew anki fil-livell tal-Unjoni, mingħajr ma jieħdu kont tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni internazzjonali, ikollhom effetti limitati ħafna. Il-qafas leġiżlattiv attwali tal-Unjoni la huwa komprensiv u lanqas ma huwa koerenti biżżejjed biex ikun kompletament effikaċi. Filwaqt li l-Istati Membri kkriminalizzaw il-ħasil tal-flus, hemm differenzi sinifikanti bejniethom fir-rigward tad-definizzjoni ta' ħasil tal-flus, x'jikkostitwixxi reati predikati, u l-livell tas-sanzjonijiet. Id-differenzi fl-oqfsa legali nazzjonali jistgħu jintużaw mill-kriminali u t-terroristi, li jistgħu jagħżlu li jwettqu t-tranżazzjonijiet finanzjarji tagħhom fi Stati Membri fejn jaħsbu li l-miżuri kontra l-ħasil tal-flus huma l-aktar dgħajfa. Għalhekk, jenħtieġ li l-miżuri adottati mill-Unjoni biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus ikunu kompatibbli ma' azzjonijiet oħra mwettqa f'fora internazzjonali u jenħtieġ li jkunu mill-inqas strinġenti daqshom. Dan joħloq qafas legali tal-Unjoni msaħħaħ li jippermetti li jindirizza b'mod aktar effikaċi l-finanzjament tat-terroristi u jnaqqas it-theddid mill-organizzazzjonijiet terroristiċi billi jagħmlilhom il-finanzjament tal-attivitajiet tagħhom aktar diffiċli.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Jinħtieġ li l-azzjoni tal-Unjoni tkompli tieħu kont partikolari tar-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF), u ta' strumenti ta' korpi internazzjonali oħra attivi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. L-atti legali rilevanti tal-Unjoni għandhom jiġu ulterjorment allinjati, jekk meħtieġ, mal-Istandards Internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u l-Proliferazzjoni (International Standards on Combating Money Laundering and the Financing of Terrorism and Proliferation) adottati mill-FATF fi Frar 2012 (ir-"Rakkomandazzjonijiet riveduti tal-FATF"). Bħala firmatarja tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-ħasil tal-flus, it-tiftix, il-qabda u l-konfiska ta’ profitti minn attività kriminali u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, (is-CETS Nru 198), jinħtieġ li l-Unjoni tittrasponi r-rekwiżiti ta' din il-Konvenzjoni fl-ordinament ġuridiku tagħha.

(3)  Jenħtieġ li l-azzjoni tal-Unjoni tkompli tieħu kont partikolari tar-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF), u ta' strumenti ta' organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali oħra attivi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Jenħtieġ li l-atti legali rilevanti tal-Unjoni jiġu ulterjorment allinjati, jekk meħtieġ, mal-Istandards Internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u l-Proliferazzjoni (International Standards on Combating Money Laundering and the Financing of Terrorism and Proliferation) adottati mill-FATF fi Frar 2012 (ir-"Rakkomandazzjonijiet riveduti tal-FATF"). Bħala firmatarja tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ħasil, it-Tiftix, il-Qbid u l-Konfiska ta' Rikavati mill-Kriminalità u dwar il-Finanzjament tat-Terroriżmu (is-CETS Nru 198) jenħtieġ li l-Unjoni tittrasponi r-rekwiżiti ta' din il-Konvenzjoni fl-ordinament ġuridiku tagħha.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tapplikax għall-ħasil tal-flus fir-rigward ta' proprjetà li tkun ġiet minn reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; dan huwa soġġett għal regoli speċifiċi kif stabbilit fid-Direttiva 2017/XX/UE3. Skont l-Artikolu 325(2) tat-TFUE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-istess miżuri biex jiġġieldu kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jieħdu biex jiġġieldu kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tagħhom stess.

(7)  Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tapplikax għall-ħasil tal-flus fir-rigward ta' proprjetà li tkun ġiet minn reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; dan huwa soġġett għal regoli speċifiċi kif stabbilit fid-Direttiva 2017/XX/UE3. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jittrasponu din id-Direttiva u d-Direttiva 2017/XX/UE permezz tal-adozzjoni ta' qafas uniku komprensiv fil-livell nazzjonali. Skont l-Artikolu 325(2) tat-TFUE, l-Istati Membri jeħtiġilhom jieħdu l-istess miżuri biex jiġġieldu kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jieħdu biex jiġġieldu kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tagħhom stess.

_________________

_________________

3 Id-Direttiva 2017/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' x x 2017 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU x L, xx.xx.2017, p. x).

3 Id-Direttiva 2017/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' x x 2017 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU x L, xx.xx.2017, p. x).

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Jekk l-attività ta' ħasil tal-flus ma tammontax biss għas-sempliċi pussess jew użu, iżda tinvolvi wkoll it-trasferiment jew il-ħabi u t-travestiment ta' proprjetà permezz tas-sistema finanzjarja u tirriżulta fi ħsara ulterjuri minn dik diġà kkawżata mir-reat predikat, bħal ħsara għall-integrità tas-sistema finanzjarja, jinħtieġ li dik l-attività tiġi punita separatament. Jinħtieġ għalhekk li l-Istati Membri jiżguraw li tali mġiba tkun punibbli wkoll meta mwettqa mill-persuna li tkun wettqet l-attività kriminali li ġġenerat dik il-proprjetà (l-hekk imsejjaħ awtoriċiklaġġ).

(8)  Jenħtieġ li għalhekk l-Istati Membri jiżguraw li ċerti tipi ta' attività ta' ħasil tal-flus ikunu punibbli wkoll meta mwettqa mill-perpetratur tal-attività kriminali li tkun iġġenerat dik il-proprjetà (awtoriċiklaġġ). Jekk, f'tali każijiet, l-attività ta' ħasil tal-flus ma tammontax biss għas-sempliċi pussess jew użu, iżda tinvolvi wkoll it-trasferiment, il-konverżjoni, il-ħabi jew it-travestiment ta' proprjetà permezz tas-sistema finanzjarja u tirriżulta fi ħsara ulterjuri minn dik diġà kkawżata mir-reat predikat, bħal ħsara għall-integrità tas-sistema finanzjarja, pereżempju billi jitpoġġa fiċ-ċirkolazzjoni r-rikavat ta' attività kriminali, u b'hekk tinħeba l-provenjenza illegali tiegħu, jenħtieġ li tali attività tiġi kkastigata wkoll.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex il-ħasil tal-flus ikun għodda effettiva kontra l-kriminalità organizzata, jinħtieġ li ma jkunx neċessarju li jiġu identifikati d-dettalji speċifiċi tar-reat li ġġeneraw il-proprjetà, u inqas u inqas ma għandha tiġi rikjesta kundanna preċedenti jew simultanja għal dak ir-reat. Jinħtieġ ukoll li l-prosekuzzjonijiet għall-ħasil tal-flus ma jiġux imxekkla mis-sempliċi fatt li r-reat predikat twettaq fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz, sakemm dan ikun reat kriminali f'dak l-Istat Membru jew pajjiż terz. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu bħala prerekwiżit il-fatt li r-reat predikat kien ikun reat fil-liġi nazzjonali tiegħu kieku twettaq hemm.

(9)  Sabiex il-ħasil tal-flus ikun għodda effettiva kontra l-kriminalità organizzata, jenħtieġ li ma jkunx neċessarju li jiġu identifikati d-dettalji speċifiċi tad-delitt li jkun iġġenera l-proprjetà, u inqas u inqas ma jenħtieġ li tiġi rikjesta kundanna preċedenti jew simultanja għal dak id-delitt. Jenħtieġ ukoll li l-prosekuzzjonijiet għall-ħasil tal-flus ma jiġux imxekkla mis-sempliċi fatt li r-reat predikat ikun twettaq fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz, dment li dan ikun reat kriminali f'dak l-Istat Membru jew pajjiż terz. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu bħala prerekwiżit il-fatt li r-reat predikat kien ikun delitt fil-liġi nazzjonali tiegħu kieku kien twettaq hemm. Jenħtieġ li dan ma jiġix interpretat bħala limitazzjoni għad-dritt għal proċess ġust.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a)  Huwa fl-interessi tal-ġustizzja li persuni akkużati b'reat skont din id-Direttiva jkollhom l-opportunità li jippreżentaw il-każ tagħhom u jikkontestaw l-akkużi mressqa kontrihom u jkollhom aċċess għas-sottomissjonijiet u l-provi kontrihom. Filwaqt li każijiet li jikkonċernaw it-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu huma ta' natura serja, hemm interess prevalenti li ssir id-divulgazzjoni lil persuni ta' importanza għall-kawża kontrihom meta jiffaċċjaw il-prospett ta' miżuri koerċittivi mill-Istat Membru ħalli jkunu jistgħu jagħtu istruzzjonijiet effikaċi lill-avukat tagħhom jew lill-avukat speċjali. Jenħtieġ li din id-Direttiva tikkonforma wkoll mal-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għall-partijiet.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Biex jiskoraġġixxu l-ħasil tal-flus fl-Unjoni kollha, jinħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu tipi u livelli minimi ta' pieni meta jitwettqu r-reati kriminali ddefiniti f'din id-Direttiva. Jekk ir-reat jitwettaq f'organizzazzjoni kriminali fit-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI4 8 jew jekk il-persuna li tkun wettqet ir-reat tkun abbużat mill-pożizzjoni professjonali tagħha biex tippermetti l-ħasil tal-flus, jinħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu għal ċirkostanzi aggravanti skont ir-regoli applikabbli stabbiliti mill-ordinament ġuridiku tagħhom.

(11)  Biex jiskoraġġixxu l-ħasil tal-flus fl-Unjoni kollha, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu tipi u livelli minimi ta' pieni meta jitwettqu r-reati kriminali ddefiniti f'din id-Direttiva. Jekk ir-reat jitwettaq f'organizzazzjoni kriminali fit-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI4, jekk il-persuna li tkun wettqet ir-reat tkun abbużat mill-pożizzjoni professjonali tagħha biex tippermetti l-ħasil tal-flus jew jekk il-persuna li tkun wettqet ir-reat tkun persuna politikament esposta, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu ċirkostanzi aggravanti skont ir-regoli applikabbli stabbiliti mill-ordinamenti ġuridiċi tagħhom.

_________________

_________________

4 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42)

4 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42)

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-imħallfin u l-qrati jkollhom il-possibbiltà li jikkunsidraw ċirkostanzi aggravanti kif definiti f'din id-Direttiva waqt li jiddeterminaw is-sentenzi għall-awturi ta' reati, minkejja li ma hemm ebda obbligu li tiżdied il-piena. Huwa f'idejn l-imħallfin u l-qrati li jiddeċiedu, fid-dawl tal-fatti tal-kawża, jekk jikkunsidrawx ċirkostanzi aggravanti. L-Istati Membri mhumiex obbligati jressqu ċirkostanzi aggravanti f'kawżi li fihom is-sentenzi għar-reati definiti fid-Deċiżjoni Qafas 2008/841/ĠAI huma determinati separatament skont il-liġi nazzjonali u jistgħu jirriżultaw f'pieni aktar ħorox.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Minħabba l-mobilità tal-persuni li jwettqu r-reat u tar-rikavat minn attivitajiet kriminali, u minħabba l-investigazzjonijiet transfruntiera kumplessi meħtieġa biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus, jinħtieġ li l-Istati Membri kollha jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jinvestigaw u jmexxu prosekuzzjoni għal tali attivitajiet. Għaldaqstant, jinħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ġurisdizzjoni tagħhom tinkludi sitwazzjonijiet meta reat jitwettaq permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni mit-territorju tagħhom, kemm jekk ibbażat fit-territorju tagħhom kif ukoll jekk le.

(12)  Minħabba l-mobilità tal-persuni li jwettqu r-reat u tar-rikavat minn attivitajiet kriminali, u minħabba l-investigazzjonijiet transfruntiera kumplessi meħtieġa biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus, jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jinvestigaw u jmexxu prosekuzzjoni ta' tali attivitajiet. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ġurisdizzjoni tagħhom tinkludi sitwazzjonijiet meta reat jitwettaq permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni mit-territorju tagħhom, kemm jekk ibbażat fit-territorju tagħhom kif ukoll jekk le. Skont il-kunċett ta' ġurisdizzjoni skont id-drittijiet tal-bniedem internazzjonali, l-istati li huma partijiet kontraenti għat-trattati tad-drittijiet tal-bniedem huma obbligati jiggarantixxu d-drittijiet tal-persuni li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, anki jekk tali persuni jkunu jinsabu barra mit-territorju tagħhom.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a)  Sabiex jiżguraw is-suċċess tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjoni ta' reati ta' ħasil tal-flus, jenħtieġ li dawk responsabbli mill-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' tali reati jingħataw aċċess għal għodod ta' investigazzjoni effettivi bħal dawk li jintużaw fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew reati serji oħra. L-użu ta' tali għodod, f'konformità mal-liġi nazzjonali, jenħtieġ li jikkunsidra l-prinċipju tal-proporzjonalità u n-natura u l-gravità tar-reat li jkun qiegħed jiġi investigat u li jirrispetta d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 12b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12b)  L-awtoritajiet kompetenti, li jissorveljaw il-konformità tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u dawk finanzjarji ma' din id-Direttiva, jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkooperaw ma' xulxin u jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali, irrispettivament min-natura jew l-istatus rispettiv tagħhom. Għal dak il-għan, tali awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkollhom bażi ġuridika adegwata għall-iskambju ta' informazzjoni kunfidenzjali u jenħtieġ li jikkooperaw bl-aktar mod wiesa' possibbli, f'konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli f'dan il-qasam. L-informazzjoni dwar it-taxxa li tinvolvi r-reġistri ta' sidien benefiċjarji jenħtieġ li tkun il-bażi tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa u l-awtoritajiet regolatorji u ta' infurzar tal-gvern rilevanti oħra.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12c)  Fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali, livell għoli ta' ċertezza legali fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet fundamentali u, b'mod partikolari, id-drittijiet tal-akkużat, jenħtieġ li jiġi żgurat. F'dak ir-rigward, il-miżuri kollha meħuda mill-Istati Membri jenħtieġ li jkunu proporzjonati u bilanċjati.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 12d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12d)  Jenħtieġ li l-prinċipju tas-segretezza professjonali u d-dritt għall-privatezza u għal proċess ġust ma jiġux imminati jew miksura permezz tal-ġbir u t-trażmissjoni, fuq il-bażi ta' suspett, ta' data jew informazzjoni li jikkonċernaw tranżazzjonijiet ordinarji li jiġru fil-ħajja privata ta' individwi.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Direttiva tistabblixxi r-regoli minimi li jikkonċernaw id-definizzjoni ta' reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam tal-ħasil tal-flus.

1.  Din id-Direttiva tistabblixxi r-regoli minimi li jikkonċernaw id-definizzjoni ta' reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam tal-ħasil tal-flus sabiex taġġorna l-liġi eżistenti u tirrimedja kwalunkwe nuqqas identifikat.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Din id-Direttiva tirrispetta b'mod sħiħ il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  it-traffikar illeċitu ta' oġġetti misruqa u oġġetti oħra;

(g)  it-traffikar illeċitu ta' oġġetti misruqa u oġġetti oħra, bħat-traffikar taż-żejt grezz, armi, narkotiċi, tabakk u prodotti tat-tabakk, metalli u minerali prezzjużi, artifatti kulturali u oġġetti oħra ta' importanza arkeoloġika, storika, kulturali u reliġjuża, jew ta' valur xjentifiku rari, u l-avorju u l-ispeċi selvaġġi;

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-akkwist, il-pussess jew l-użu ta' proprjetà, bil-konoxxenza, fiż-żmien tar-riċezzjoni tagħha, li tali proprjetà ġiet minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività.

(c)  l-akkwist, il-pussess, il-ġestjoni jew l-użu ta' proprjetà, bil-konoxxenza, fiż-żmien tar-riċezzjoni tagħha, li tali proprjetà ġiet minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Biex reat imsemmi fil-paragrafu 1 ikun punibbli, ma għandux ikun neċessarju li jiġi stabbilit dan li ġej:

2.  Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jiżgura li:

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  kundanna preċedenti jew simultanja għall-attività kriminali li ġġenerat il-proprjetà;

(a)  mhuwiex meħtieġ li l-istabbiliment ta' kundanna preċedenti jew simultanja għall-attività kriminali li ġġenerat il-proprjetà jkun prekundizzjoni għall-kundanna tal-awturi ta' reati msemmija fil-paragrafu 1;

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-identità ta' min wettaq l-attività kriminali li ġġenerat il-proprjetà jew ċirkostanzi oħra relatati ma' dik l-attività kriminali;

(b)  mhuwiex neċessarju li tiġi stabbilita l-identità ta' min wettaq l-attività kriminali li ġġenerat il-proprjetà jew ċirkostanzi oħra relatati ma' dik l-attività kriminali;

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jekk l-attività kriminali li ġġenerat il-proprjetà twettqitx fit-territorju ta' Stat Membru ieħor jew f'dak ta' pajjiż terz, meta l-imġiba rilevanti tkun reat kriminali skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn twettqet l-imġiba u tkun reat kriminali skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jimplimenta jew japplika dan l-Artikolu kieku twettqet hemmhekk;

(c)  mhuwiex neċessarju li jiġi stabbilit jekk l-attività kriminali li ġġenerat il-proprjetà twettqitx fit-territorju ta' Stat Membru ieħor jew f'dak ta' pajjiż terz, meta l-imġiba rilevanti tkun reat kriminali skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn twettqet l-imġiba u tkun reat kriminali skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jimplimenta jew japplika dan l-Artikolu kieku twettqet hemmhekk;

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  L-għarfien, l-intenzjoni jew l-iskop meħtieġ bħala element tar-reat stipulat fil-paragrafu 1 jista' jiġi dedott minn ċirkostanzi oġġettivi u fattwali.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-inċitament, l-għajnuna u l-kompliċità u t-tentattiv ta' reat kif imsemmija fl-Artikolu 3 jkunu punibbli.

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li l-inċitament, l-għajnuna u l-kompliċità, il-konsulenza jew il-kospirazzjoni għat-twettiq, jew it-tentattiv ta' reat kif imsemmija fl-Artikolu 3 jkunu punibbli.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-imġiba msemmija fl-Artikoli 3 u 4 tkun punibbli permezz ta' pieni kriminali effettivi, proporzjonali u dissważivi.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imġiba msemmija fl-Artikoli 3 u 4 tkun punibbli permezz ta' pieni kriminali effettivi, proporzjonali u dissważivi b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 3 jkunu punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas erba' snin, għall-inqas f'każijiet serji.

2.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 3 jkunu punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas erba' snin, għall-inqas f'każijiet serji, li jikkorrispondi għall-gravità tar-reat.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li f'każijiet ta' ċirkustanzi aggravanti, it-terminu massimu ta' priġunerija jiġi aġġustat kif jixraq.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  l-awtur ta' reat ikun persuna politikament esposta skont it-tifsira tal-punt (9) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2015/849/UE;

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  flus jew proprjetà jiġu użati biex jiffinanzjaw direttament jew jgħinu ulterjorment attivitajiet kriminali, bħat-terroriżmu.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jiżgura li persuna ġuridika li tkun instabet responsabbli għal reati skont l-Artikolu 6 tkun punibbli permezz ta' sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali u mhux kriminali, bħal:

Kull Stat Membru għandu jiżgura li persuna ġuridika li tkun instabet responsabbli għal reati skont l-Artikolu 7 għandha tkun punibbli permezz ta' sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali u mhux kriminali u jistgħu jinkludu sanzjonijiet oħra, bħal:

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  l-esklużjoni ta' dik il-persuna ġuridika mid-dritt għall-benefiċċji pubbliċi jew l-għajnuna pubblika;

(1)   esklużjoni mid-dritt għall-benefiċċji pubbliċi jew l-għajnuna pubblika;

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  l-iskwalifika temporanja jew permanenti ta' dik il-persuna ġuridika mill-eżerċizzju ta' attivitajiet kummerċjali;

(2)  l-iskwalifika temporanja jew permanenti mill-eżerċizzju ta' attivitajiet kummerċjali;

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  l-istralċ ġudizzjarju;

(4)  ordni ġudizzjarju ta' stralċ;

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Kull Stat Membru għandu jfittex kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħra affettwati mill-istess reat, filwaqt li jirrispetta l-prinċipju ta' kooperazzjoni ġudizzjarja tajba fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali

Referenzi

COM(2016)0826 – C8-0534/2016 – 2016/0414(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

13.2.2017

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

13.2.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Kostas Chrysogonos

31.1.2017

Eżami fil-kumitat

29.5.2017

Data tal-adozzjoni

7.9.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Julia Reda, Evelyn Regner, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Sergio Gaetano Cofferati, Luis de Grandes Pascual, Angel Dzhambazki, Rainer Wieland, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriel Mato, Andrey Novakov

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

20

+

ALDE

EFDD

ENF

GUE/NGL

PPE

S&D

VERTS/ALE

Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto

Joëlle Bergeron

Marie-Christine Boutonnet, Gilles Lebreton

Kostas Chrysogonos

Gabriel Mato, Andrey Novakov, Axel Voss, Rainer Wieland, Tadeusz Zwiefka, Luis de

Grandes Pascual

Sergio Gaetano Cofferati, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball,

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner, Tiemo Wölken

Max Andersson, Julia Reda

1

-

ECR

Angel Dzhambazki

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali

Referenzi

COM(2016)0826 – C8-0534/2016 – 2016/0414(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

22.12.2016

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

13.2.2017

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

13.2.2017

DEVE

13.2.2017

ECON

13.2.2017

JURI

13.2.2017

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

30.1.2017

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Ignazio Corrao

27.2.2017

Eżami fil-kumitat

29.6.2017

28.9.2017

19.10.2017

11.12.2017

Data tal-adozzjoni

11.12.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Jan Philipp Albrecht, Heinz K. Becker, Monika Beňová, Malin Björk, Caterina Chinnici, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Eva Joly, Dietmar Köster, Monica Macovei, Barbara Matera, Claude Moraes, József Nagy, Ivari Padar, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Valdemar Tomaševski, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Josef Weidenholzer, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Lívia Járóka, Petr Ježek, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Emil Radev, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato, Elisabetta Gardini, Peter Jahr, Thomas Mann, Georgi Pirinski, Francis Zammit Dimech, Joachim Zeller

Data tat-tressiq

20.12.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

39

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Petr Ježek, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

ECR

Monica Macovei, Valdemar Tomaševski, Branislav Škripek

EFDD

Ignazio Corrao, Rosa D'Amato, Laura Ferrara

PPE

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Elisabetta Gardini, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Peter Jahr, Lívia Járóka, Thomas Mann, Barbara Matera, József Nagy, Emil Radev, Csaba Sógor, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Dietmar Köster, Claude Moraes, Ivari Padar, Georgi Pirinski, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer

Verts/ALE

Jan Philipp Albrecht, Eva Joly, Judith Sargentini, Bodil Valero

00

-

04

0

ENF

Harald Vilimsky

GUE/NGL

Malin Björk, Cornelia Ernst, Marie-Christine Vergiat

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali