Proċedura : 2016/0412(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0001/2018

Testi mressqa :

A8-0001/2018

Dibattiti :

PV 03/10/2018 - 16
CRE 03/10/2018 - 16

Votazzjonijiet :

PV 04/10/2018 - 7.6

Testi adottati :

P8_TA(2018)0380

RAPPORT     ***I
PDF 1338kWORD 143k
12.1.2018
PE 609.537v01-00 A8-0001/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska

(COM(2016)0819 – C8-0002/2017 – 2016/0412(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Nathalie Griesbeck

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska

(COM(2016)0819 – C8-0002/2017 – 2016/0412(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0819),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 82(1), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0002/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Senat Ċek, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0001/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  L-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi ta' strumenti u r-rikavat minn attività kriminali huma fost l-aktar mezzi effettivi fil-ġlieda kontra l-kriminalità. L-Unjoni Ewropea hija impenjata li tiżgura b'mod aktar effettiv l-identifikazzjoni, il-konfiska u l-użu mill-ġdid ta' assi kriminali24.

(3)  L-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi ta' strumenti u r-rikavat minn attività kriminali huma fost l-aktar mezzi effettivi fil-ġlieda kontra l-kriminalità, il-ksur tal-liġi, b'mod partikolari minn kriminali organizzati, u t-terroriżmu, peress li jċaħħdu lill-kriminali mir-rikavat tal-attivitajiet illegali tagħhom u jipprevjenu lit-terroristi mill-organizzazzjoni ta' attakk. L-Unjoni Ewropea hija impenjata li tiżgura b'mod aktar effettiv l-identifikazzjoni, il-konfiska u l-użu mill-ġdid ta' assi kriminali24. Assi kriminali konfiskati jistgħu jiġu ridirezzjonati fl-infurzar tal-liġi, il-prevenzjoni tal-kriminalità jew il-kumpens tal-vittmi.

_________________

_________________

24 "Il-Programm ta' Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini", ĠU C 115, 4.5.2010, p.1.

24 "Il-Programm ta' Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini", ĠU C 115, 4.5.2010, p.1.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Peress li l-attività kriminali ta' spiss hija transnazzjonali fin-natura, il-kooperazzjoni transfruntiera effettiva hija essenzjali sabiex jinqabdu u jiġu kkonfiskati r-rikavat u l-mezzi strumentali tal-kriminalità.

(4)  Peress li l-attività kriminali ta' spiss hija transnazzjonali fin-natura, il-kooperazzjoni transfruntiera effettiva, l-iskambju kontinwu ta' informazzjoni u appoġġ reċiproku huma essenzjali sabiex jiġu skoperti, jinqabdu u jiġu kkonfiskati r-rikavat u l-mezzi strumentali tal-kriminalità. Għalhekk, jenħtieġ li l-korpi u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, il-persuni, l-unitajiet jew is-servizzi fl-Istati Membri jikkooperaw mill-qrib u jikkomunikaw sabiex jottimizzaw it-tul ta' żmien u l-effiċjenza tal-proċeduri ta' ffriżar u konfiska.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, diversi atti legali tal-Unjoni dwar is-swieq finanzjarji jipprevedu ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska bħala sanzjonijiet għall-istituzzjonijiet finanzjarji. Il-kooperazzjoni transfruntiera effettiva tal-qrati kriminali u bejn awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra hija kruċjali għall-istabilità tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, u l-fiduċja fiha.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Ir-rapporti ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-Deċiżjonijiet Qafas 2003/577/ĠAI u 2006/783/ĠAI juru li s-sistema eżistenti ta' rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska mhijiex effettiva għalkollox. L-istrumenti attwali ma ġewx implimentati u applikati b'mod uniformi fl-Istati Membri, li wassal għal rikonoxximent reċiproku insuffiċjenti.

(6)  Ir-rapporti ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-Deċiżjonijiet Qafas 2003/577/ĠAI u 2006/783/ĠAI juru li s-sistema eżistenti ta' rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska mhijiex effettiva għalkollox. L-istrumenti attwali ma ġewx implimentati u applikati b'mod uniformi fl-Istati Membri, li wassal għal rikonoxximent reċiproku insuffiċjenti u kooperazzjoni transfruntiera ineffiċjenti.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Il-konfiska estiża u l-konfiska ta' parti terza jridu jikkonformaw mal-garanziji minquxa fil-KEDB, b'mod partikolari l-Artikoli 6 u 7, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Id-deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-każ individwali tal-persuna soġġetta għall-ordni ta' konfiska, inkluża ċ-ċertezza li l-oġġetti kkonfiskati ġew akkwistati jew miksuba minn attivitajiet kriminali;

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus huma ta' theddida serja għall-ekonomija tal-Unjoni, fost l-oħrajn billi jnaqqsu b'mod sinifikanti d-dħul mit-taxxa tal-Istati Membri u tal-Unjoni kollha, u għar-responsabilità tal-proġetti pubbliċi ffinanzjati mill-Unjoni peress li l-organizzazzjonijiet kriminali qed joperaw f'bosta setturi, li ħafna minnhom huma soġġetti għall-kontroll mill-istat.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku effettiv ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska, jenħtieġ li r-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' dawn l-ordnijiet jiġu stabbiliti minn att legali tal-Unjoni legalment vinkolanti u direttament applikabbli.

(11)  Sabiex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku effettiv ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska, jenħtieġ li r-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' dawn l-ordnijiet jiġu stabbiliti minn att legali tal-Unjoni legalment vinkolanti u direttament applikabbli li jkollu kamp ta' applikazzjoni usa' mill-atti ġuridiċi l-oħra s'issa u jkun fih dispożizzjonijiet ċari għall-ordni tal-iffriżar u l-konfiska tal-assi. Strument wieħed għar-rikonoxximent reċiproku kemm tal-ordni ta' ffriżar kif ukoll tal-ordni ta' konfiska li jkun fih ċertifikat u formola standard, flimkien ma' regoli u skadenzi applikabbli, għandu jiżgura li l-ordnijiet jiġu rikonoxxuti u eżegwiti mingħajr dewmien fl-Unjoni. Regolament jipprovdi aktar ċarezza, aktar ċertezza legali, jelimina d-diffikultajiet relatati mat-traspożizzjoni fis-sistemi nazzjonali u b'hekk jippermetti li l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska ssir b'mod aktar rapidu u effettiv.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Billi r-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska fl-Unjoni huwa pass importanti fil-ġlieda kontra l-kriminalità, għadd konsiderevoli ta' assi qed jinżammu offshore f'pajjiżi terzi barra mill-Unjoni, mingħajr ma jiġu rappurtati jew intaxxati. L-introduzzjoni ta' pjan komprensiv li jiskoraġġixxi trasferimenti ta' assi lejn pajjiżi terzi u l-fatt li jinstab mod effettiv biex jiġu rkuprati jirrappreżenta pass kbir 'il quddiem.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Huwa importanti li jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku u l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska ta' proprjetà billi jiġu stabbiliti regoli li jobbligaw lil Stat Membru jirrikonoxxi u jeżegwixxi fit-territorju tiegħu ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska maħruġa minn Stat Membru ieħor fil-qafas tal-proċedimenti kriminali.

(12)  Huwa importanti li jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku u l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska ta' proprjetà billi jiġu stabbiliti regoli li jobbligaw lil Stat Membru, mingħajr dewmien indebitu jew formalitajiet addizzjonali, jirrikonoxxi u jeżegwixxi fit-territorju tiegħu ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska maħruġa minn Stat Membru ieħor fil-qafas tal-proċedimenti kriminali.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Huwa importanti li jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku u l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska ta' proprjetà billi jiġu stabbiliti regoli li jobbligaw lil Stat Membru jirrikonoxxi u jeżegwixxi fit-territorju tiegħu ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska maħruġa minn Stat Membru ieħor fil-qafas tal-proċedimenti kriminali.

(12)  Huwa importanti li jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku u l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska ta' proprjetà billi jiġu stabbiliti regoli li jobbligaw lil Stat Membru jirrikonoxxi u jeżegwixxi fit-territorju tiegħu ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska maħruġa minn Stat Membru ieħor fil-qafas tal-proċedimenti fi kwistjonijiet kriminali.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB), mhux dejjem huwa suffiċjenti, meta wieħed ifittex biex jiddetermina jekk il-proċedimenti jaqgħux fl-isfera kriminali, li jiġi kkunsidrat biss l-istatus tagħhom skont il-liġi nazzjonali. Sabiex jiġu rrispettati għalkollox l-għanijiet tat-Trattati u ta' din id-Direttiva u sabiex jiġu rispettati bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali stabbiliti, per eżempju, mill-KEDB u mill-Karta, jenħtieġ li, fl-applikazzjoni tad-Direttiva, ma jitqiesx biss l-istatus tal-proċedimenti skont il-liġi nazzjonali, iżda wkoll in-natura tal-ksur involut u tal-grad ta' severità tas-sanzjoni li taffaċċja l-persuna akkużata.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament għandu japplika għall-ordnijiet kollha ta' konfiska imposti minn qorti b'segwitu għal proċedimenti fir-rigward ta' reat kriminali u għall-ordnijiet kollha ta' ffriżar maħruġa fid-dawl tal-possibbiltà ta' konfiska sussegwenti. Għalhekk jenħtieġ li dan ikopri t-tipi kollha ta' ordnijiet koperti mid-Direttiva 2014/42/UE, kif ukoll tipi oħrajn ta' ordnijiet maħruġa mingħajr kundanna definittiva fi ħdan il-qafas tal-proċedimenti kriminali. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx japplika għal ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska maħruġa fil-qafas tal-proċeduri ċivili jew amministrattivi.

(13)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-ordnijiet kollha ta' konfiska imposti minn qorti b'segwitu għal proċedimenti fi kwistjonijiet kriminali u għall-ordnijiet kollha ta' ffriżar maħruġa fid-dawl tal-possibbiltà ta' konfiska sussegwenti. Għalhekk jenħtieġ li dan ikopri t-tipi kollha ta' ordnijiet koperti mid-Direttiva 2014/42/UE, kif ukoll tipi oħrajn ta' ordnijiet maħruġa mingħajr kundanna definittiva fi ħdan il-qafas tal-proċedimenti kriminali. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx japplika għal ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska maħruġa fil-qafas tal-proċeduri ċivili jew amministrattivi.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Dan ir-Regolament ma għandux l-effett li jimmodifika l-obbligu għar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tat-TUE.

(16)  Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu għar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tat-TUE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem "il-Karta").

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) u fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (il-KEDB). Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat skont dawk id-drittijiet u prinċipji.

(17)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u proċedurali u josserva l-prinċipji rilevanti rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) u fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (il-KEDB). Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat skont dawk id-drittijiet u prinċipji.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat b'kunsiderazzjoni għad-Direttivi 2010/64/UE30, 2012/13/UE31, 2013/48/UE32, 2016/34333, 2016/80034 u 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, li jikkonċernaw drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali.

(18)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat skont id-Direttivi 2010/64/UE30, 2012/13/UE31, 2013/48/UE32, 2016/34333, 2016/80034 u 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, li jikkonċernaw drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali.

_________________

_________________

30 Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1).

30 Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1).

31 Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1).

31 Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1).

32 Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma' partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1).

32 Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma' partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1).

33 Id-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta' ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 1).

33 Id-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta' ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 1).

34 Id-Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma ssuspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 1).

34 Id-Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma ssuspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 1).

35 Id-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew (ĠU L 297, 4.11.2016, p.1).

35 Id-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew (ĠU L 297, 4.11.2016, p.1).

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska jiġu trażmessi direttament mill-awtorità emittenti lill-awtorità ta' eżekuzzjoni jew, fejn applikabbli, lil awtorità ċentrali.

(20)  Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska jiġu trażmessi direttament mill-awtorità emittenti lill-awtorità ta' eżekuzzjoni u kkomunikati lil awtorità ċentrali responsabbli biex tgħin lill-awtoritajiet kompetenti, tirreġistra l-ordnijiet ta' ffriżar jew ta' konfiska trażmessi u rċevuti fuq livell nazzjonali u tissemplifika t-trażmissjoni u r-riċezzjoni tal-ordnijiet.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  Sabiex tkun żgurata t-trażmissjoni tal-ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni, jenħtieġ li l-awtorità emittenti tuża kwalunkwe mezz possibbli jew adegwat ta' trażmissjoni, pereżempju s-sistema sigura tat-telekomunikazzjoni tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, il-Eurojust jew mezzi oħra użati mill-awtoritajiet ġudizzjarji.

Ġustifikazzjoni

Armonizzazzjoni mal-istrumenti Ewropej l-oħra għar-rikonoxximent reċiproku. Dettalji li jiffaċilitaw it-trażmissjoni tal-ordnijiet mill-Istat emittenti.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 20b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20b)  Il-ħatra mill-Istati Membri ta' awtorità ċentrali waħda jew aktar li jista' jkollhom rwol ta' appoġġ amministrattiv u rwol ta' koordinazzjoni ċar, hija element ewlieni fl-appoġġ għar-rikonoxximent reċiproku rapidu tal-ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska bejn l-awtoritajiet emittenti u l-awtoritajiet tal-eżekuzzjoni u fit-tħaffif ta' dawn il-proċeduri ta' rikonoxximent reċiproku. F'dan is-sens, ir-rwol tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew għandu jissaħħaħ ukoll ħalli jgħin lill-awtoritajiet emittenti u lill-awtoritajiet tal-eżekuzzjoni biex jikkomunikaw bejniethom malajr u biex jikkooperaw b'mod aktar effettiv.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għal regolament issemmi fl-Artikolu 27(2) il-possibbiltà li l-Istati Membri jaħtru awtorità ċentrali li tappoġġa u tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mingħajr ma tispeċifika r-rwol jew l-importanza tagħhom. Madankollu, dawn l-awtoritajiet ċentrali jista' jkollhom valur miżjud reali biex jiffaċilitaw ir-rikonoxximent reċiproku, billi s-sistema attwali mhix adegwata.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Jenħtieġ li ordni ta' konfiska tiġi trażmessa flimkien ma' ċertifikat standard.

(21)  Jenħtieġ li ordni ta' konfiska jew ta' ffriżar tiġi trażmessa flimkien ma' ċertifikat standard.

Ġustifikazzjoni

Għal finijiet ta' semplifikazzjoni, ikun xieraq li l-proċeduri għar-rikonoxximent reċiproku tal-ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska jitqarrbu aktar lejn xulxin; għalhekk dawn iż-żewġ deċiżjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat (stabbilit fl-Annessi I u II).

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Meta jagħmlu dikjarazzjoni rigward l-arranġamenti lingwistiċi li jaċċettaw skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinkludu, minbarra l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tagħhom, tal-anqas lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Armonizzazzjoni mal-istrumenti Ewropej l-oħra għar-rikonoxximent reċiproku. Id-diversità lingwistika tal-Unjoni Ewropea għandha naturalment tiġi difiża, iżda din m'għandhiex tkun ostaklu għall-proċeduri ta' rikonoxximent reċiproku. Għaldaqstant, Stat għandu jaqbel li jirċievi ordnijiet ta' ffriżar jew ta' konfiska f'mill-anqas lingwa waħda oħra li ma tkunx il-lingwa nazzjonali tiegħu.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tirrikonoxxi ordni ta' konfiska mingħajr formalità ulterjuri u għandha tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tagħha. Hu meħtieġ li d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska tittieħed u l-konfiska titwettaq bl-istess rapidità u prijorità bħal fir-rigward ta' każ domestiku simili. Hu meħtieġ li jiġu stabbiliti limiti ta' żmien sabiex tiġi żgurata deċiżjoni u eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska rapidi u effiċjenti.

(22)  Jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tirrikonoxxi ordni ta' konfiska mingħajr formalità ulterjuri jew dewmien indebitu u għandha tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tagħha. Jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska tittieħed mingħajr dewmien indebitu u l-konfiska titwettaq bl-istess veloċità u prijorità bħal fir-rigward ta' każ domestiku simili. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-limiti ta' żmien sa meta l-istadji differenti tal-proċedura jridu jitlestew biex jiġu żgurati deċiżjoni u eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska rapidi u effiċjenti.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Fid-dawl tal-urġenza tal-iffriżar u tan-natura proviżorja tiegħu, jenħtieġ li ordni ta' ffriżar tinħareġ fuq formola standard. Jenħtieġ li l-awtorità emittenti tivverifika jekk il-ħruġ tal-ordni ta' ffriżar huwiex meħtieġ u proporzjonat għall-fini tal-prevenzjoni proviżorja tal-qerda, it-trasformazzjoni, il-moviment, it-trasferiment jew l-allokazzjoni ta' proprjetà. Sabiex jiġu allinjati l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' ordnijiet ta' ffriżar f'każijiet interni u transfruntiera, jenħtieġ li l-ordni ta' ffriżar taħt dan ir-Regolament tinħareġ biss meta din setgħet ġiet ordnata f'każ domestiku simili.

(23)  Jenħtieġ li l-awtorità emittenti tivverifika jekk il-ħruġ tal-ordni ta' ffriżar huwiex meħtieġ u proporzjonat għall-fini tal-prevenzjoni proviżorja tal-qerda, it-trasformazzjoni, il-moviment, it-trasferiment jew l-allokazzjoni ta' proprjetà. Sabiex jiġu allinjati l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' ordnijiet ta' ffriżar f'każijiet interni u transfruntiera, jenħtieġ li l-ordni ta' ffriżar taħt dan ir-Regolament tinħareġ biss meta din setgħet ġiet ordnata f'każ domestiku simili.

Ġustifikazzjoni

Għal finijiet ta' semplifikazzjoni, ikun xieraq li l-proċeduri għar-rikonoxximent reċiproku tal-ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska jitqarrbu aktar lejn xulxin; għalhekk dawn iż-żewġ deċiżjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat (stabbilit fl-Annessi I u II).

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tirrikonoxxi ordni ta' ffriżar mingħajr formalitajiet ulterjuri u li tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tagħha b'mod immedjat. Jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar tittieħed u l-iffriżar jitwettaq bl-istess rapidità u prijorità bħal fir-rigward ta' każ domestiku simili. Għandhom jiġu stabbiliti limiti ta' żmien sabiex jiġu żgurati deċiżjoni u eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar rapidi u effiċjenti.

(24)  Jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tirrikonoxxi ordni ta' ffriżar mingħajr formalitajiet ulterjuri jew dewmien indebitu u li tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tagħha b'mod immedjat. Jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar tittieħed mingħajr dewmien indebitu u l-iffriżar jitwettaq bl-istess veloċità u prijorità bħal fir-rigward ta' każ domestiku simili. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-limiti ta' żmien stretti sa meta l-istadji differenti tal-proċedura jridu jitlestew biex jiġu żgurati deċiżjoni u eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar rapidi u effiċjenti.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Fl-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar, jenħtieġ li l-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni jikkunsidraw b'mod dovut il-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni. Huwa meħtieġ b'mod partikolari li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tiggarantixxi l-kunfidenzjalità tal-fatti u s-sustanza tal-ordni ta' ffriżar.

(25)  Mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-informazzjoni ta' kwalunkwe persuna kkonċernata, fl-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar, l-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni jikkunsidraw b'mod dovut il-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni. Huwa meħtieġ b'mod partikolari li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tiggarantixxi l-kunfidenzjalità tal-fatti u s-sustanza tal-ordni ta' ffriżar.

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn l-obbligu tal-informazzjoni u l-esiġenzi tal-kunfidenzjalità. In-natura kunfidenzjali ta' investigazzjoni ma tistax iċċaħħad lil persuna mid-dritt tagħha għall-informazzjoni.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Jenħtieġ li r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew ta' ordni ta' konfiska ma jiġux irrifjutati fuq raġunijiet differenti minn dawk iddikjarati f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, għandu jkun possibbli għall-awtorità ta' eżekuzzjoni li ma tirrikonoxxix u ma teżegwixxix ordni ta' konfiska abbażi tal-prinċipju ne bis in idem, tad-drittijiet ta' kwalunkwe parti interessata, jew tad-dritt li persuna tkun preżenti waqt il-proċess.

(26)  Jenħtieġ li r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew ta' ordni ta' konfiska ma jiġux irrifjutati fuq raġunijiet differenti minn dawk iddikjarati f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, għandu jkun possibbli għall-awtorità ta' eżekuzzjoni li ma tirrikonoxxix u ma teżegwixxix ordni ta' konfiska abbażi tad-drittijiet fundamentali, tal-prinċipju ne bis in idem, tad-drittijiet ta' kwalunkwe parti interessata, jew tad-dritt li persuna tkun preżenti waqt il-proċess.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)  Il-prinċipju ta' ne bis in idem huwa prinċipju fundamentali tal-liġi fl-Unjoni, kif rikonoxxut mill-Karta u żviluppat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant l-awtorità ta' eżekuzzjoni jenħtieġ li tkun intitolata li tirrifjuta l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' konfiska jew ta' ffriżar jekk l-eżekuzzjoni tagħha tmur kontra dak il-prinċipju.

Ġustifikazzjoni

Armonizzazzjoni mal-istrumenti Ewropej l-oħra għar-rikonoxximent reċiproku. L-importanza tal-prinċipju ne bis in idem fid-dritt penali u fid-dritt Ewropew.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 26b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26b)  Il-ħolqien ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja fl-Unjoni huwa bbażat fuq fiduċja reċiproka u preżunzjoni ta' konformità, minn Stati Membri oħra, mad-dritt tal-Unjoni u, b'mod partikolari, mad-drittijiet fundamentali. Madankollu, dik il-preżunzjoni hija konfutabbli. Konsegwentement, jekk ikun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' konfiska jew ta' ffriżar tirriżulta fi ksur ta' dritt fundamentali tal-persuna kkonċernata u li l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni ser jinjora l-obbligi tiegħu dwar il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali rikonoxxuti fil-Karta, l-eżekuzzjoni ta' din l-ordni ta' konfiska jew ta' ffriżar jenħtieġ li tiġi rifjutata.

Ġustifikazzjoni

L-istrumenti tar-rikonoxximent reċiproku fihom, ħafna drabi, klawżola ta' nonrikonoxximent ibbażata fuq ir-rispett tad-drittijiet fundamentali, sew jekk impliċitu (Deċiżjoni Qafas 2002/584), kif ukoll jekk espliċitu (Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI, id-Direttiva 2014/41/UE), kif ukoll tkun żviluppata mid-dritt nazzjonali. It-tieni, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkonfermat l-eżistenza u l-importanza ta' tali klawżola (is-sentenza Aranyosi/Caldararu tal-5 ta' April 2016 - C404/15). It-tielet, l-inseriment ta' tali klawżola jkun jista' jevita l-kontradizzjoni possibbli bejn id-dritt Ewropew u d-dritt kostituzzjonali nazzjonali. Għaldaqstant, huwa importanti li jkun hemm tali klawżola f'dan ir-Regolament Ewropew.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 26c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26c)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-TUE u fil-Karta, b'mod partikolari t-Titolu VI tagħha, mid-dritt internazzjonali u l-ftehimiet internazzjonali li għalihom l-Unjoni jew l-Istati Membri kollha huma parti, inkluża l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, u fil-kostituzzjonijiet tal-Istati Membri fl-oqsma ta' applikazzjoni rispettivi tagħhom. Ma hemm xejn f'dan ir-Regolament li jista' jiġi interpretat li jipprojbixxi ċ-ċaħda tal-eżekuzzjoni ta' ordni ta' konfiska jew ta' ffriżar meta jkun hemm raġunijiet sabiex wieħed jemmen, abbażi ta' elementi oġġettivi, li l-ordni ta' konfiska jew ta' ffriżar tkun inħarġet bil-għan li persuna tiġi proċessata kriminalment jew punita minħabba s-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon, l-orjentazzjoni sesswali, iċ-ċittadinanza, il-lingwa jew l-opinjonijiet politiċi tagħha, jew li l-pożizzjoni ta' dik il-persuna tista' tiġi ppreġudikata għal kwalunkwe waħda minn dawn ir-raġunijiet.

Ġustifikazzjoni

L-istrumenti tar-rikonoxximent reċiproku fihom, ħafna drabi, klawżola ta' nonrikonoxximent ibbażata fuq ir-rispett tad-drittijiet fundamentali, sew jekk impliċitu (Deċiżjoni Qafas 2002/584), kif ukoll jekk espliċitu (Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI, id-Direttiva 2014/41/UE), kif ukoll tkun żviluppata mid-dritt nazzjonali. It-tieni, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkonfermat l-eżistenza u l-importanza ta' tali klawżola (is-sentenza Aranyosi/Caldararu tal-5 ta' April 2016 - C404/15). It-tielet, l-inseriment ta' tali klawżola jkun jista' jevita l-kontradizzjoni possibbli bejn id-dritt Ewropew u d-dritt kostituzzjonali nazzjonali. Fl-aħħar, il-ġurisprudenza tal-QEDB tefgħet dawl fuq id-diffikultajiet, f'ċerti Stati Membri, fil-qasam tal-konfiska u r-rispett tad-drittijiet fundamentali. Għaldaqstant, huwa importanti li jkun hemm tali klawżola f'dan ir-Regolament Ewropew.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 26d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26d)   Huwa essenzjali li jitqiesu d-drittijiet ta' kwalunkwe persuna terza affettwata minn ordni ta' konfiska jew iffriżar ta' proprjetà partikolari, pereżempju minħabba li din tkun is-sid ta' tali proprjetà iżda li ma setgħetx teżerċita d-drittijiet tagħha matul il-proċedimenti fl-Istat Membru emittenti, minħabba li din ma tkunx parti għal dawk il-proċedimenti. Għalhekk, l-awtorità ta' eżekuzzjoni jenħtieġ li jkollha d-dritt li tirrifjuta li tirrikonoxxi jew tinforza ordni ta' konfiska jew ta' ffriżar meta dik id-deċiżjoni tikkonċerna proprjetà partikolari li la tkun il-proprjetà tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun inħarġet kontriha l-ordni tal-konfiska fl-Istat emittenti u lanqas tkun ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li kienet parti fil-proċedimenti fl-Istat emittenti.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li jitqiesu, f'dan ir-regolament, id-drittijiet ta' partijiet terzi bona fide jew ta' partijiet terzi li jistgħu jiġu affettwati minn ordni ta' ffriżar jew konfiska.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Qabel ma tittieħed deċiżjoni għall-applikazzjoni ta' raġuni fir-rigward tan-nuqqas ta' rikonoxximent u n-nuqqas ta' eżekuzzjoni, jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tikkonsulta mal-awtorità emittenti, sabiex tikseb kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

(27)  Qabel ma tittieħed deċiżjoni għall-applikazzjoni ta' raġuni fir-rigward tan-nuqqas ta' rikonoxximent u n-nuqqas ta' eżekuzzjoni, jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tikkonsulta mal-awtorità emittenti mingħajr dewmien indebitu, sabiex tikseb informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Jenħtieġ li l-awtorità emittenti tiġi nnotifikata mingħajr dewmien dwar l-impossibbiltà tat-twettiq tal-ordni. Din l-impossibbiltà tista' tirriżulta minħabba li l-proprjetà tkun diġà ġiet konfiskata, tkun sparixxiet, ma tistax tinstab fil-post indikat mill-awtorità emittenti jew il-post fejn tinstab il-proprjetà ma ġiex indikat b'mod preċiż biżżejjed.

(29)  Jenħtieġ li l-awtorità emittenti tiġi nnotifikata mingħajr dewmien indebitu dwar ir-raġunijiet li għalihom l-eżekuzzjoni ta' ordni hija impossibbli. Din l-impossibbiltà tista' tirriżulta minħabba l-fatt li l-proprjetà tkun diġà ġiet konfiskata, tkun sparixxiet, ma tistax tinstab fil-post indikat mill-awtorità emittenti jew il-post fejn tinstab il-proprjetà ma ġiex indikat b'mod preċiż biżżejjed.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29 a)  Fejn hemm dubji dwar il-post tal-proprjetà li hija s-suġġett ta' ordni ta' konfiska, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw kull mezz disponibbli biex jidentifikaw il-post korrett ta' dik il-proprjetà, inkluż l-użu tas-sistemi informatiċi kollha disponibbli.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Jenħtieġ li l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' konfiska jew ta' ffriżar tkun regolata mil-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni u l-awtoritajiet tiegħu biss għandu jkollhom il-kompetenza biex jiddeċiedu dwar il-proċeduri għal eżekuzzjoni.

(30)  Jenħtieġ li l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska tkun regolata mil-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni u l-awtoritajiet tiegħu biss għandu jkollhom il-kompetenza biex jiddeċiedu dwar il-proċeduri għal eżekuzzjoni.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  L-operat prattiku xieraq ta' dan ir-Regolament jippresupponi li jkun hemm komunikazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti involuti, b'mod partikolari f'każijiet ta' eżekuzzjoni simultanja ta' ordni ta' konfiska f'iżjed minn Stat Membru wieħed. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jikkonsultaw ma' xulxin kull meta jkun meħtieġ.

(31)  L-operat prattiku xieraq ta' dan ir-Regolament jippresupponi li jkun hemm komunikazzjoni mill-qrib u l-aqwa kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti involuti, b'mod partikolari f'każijiet ta' eżekuzzjoni simultanja ta' ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska f'iżjed minn Stat Membru wieħed. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jikkonsultaw ma' xulxin u jirrikorru għat-teknoloġiji moderni ta' komunikazzjoni aċċettati fis-sens tar-regoli proċedurali tal-Istati Membri kkonċernati.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Jenħtieġ li d-drittijiet tal-vittmi għall-kumpens u r-restituzzjoni ma jiġux ippreġudikati f'każijiet transfruntiera. Ir-regoli għall-allokazzjoni ta' proprjetà kkonfiskata għandhom jagħtu prijorità lill-kumpens u r-restituzzjoni tal-proprjetà lill-vittmi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw ukoll l-obbligi tagħhom biex jassistu fl-irkupru ta' talbiet tat-taxxa minn Stati Membri oħrajn skont id-Direttiva 2010/24/UE36.

(32)  Jenħtieġ li d-drittijiet tal-vittmi għall-kumpens u r-restituzzjoni ma jiġux ippreġudikati f'każijiet transfruntiera. Jenħtieġ li r-regoli għall-allokazzjoni ta' proprjetà kkonfiskata jagħtu prijorità lill-kumpens u r-restituzzjoni tal-proprjetà lill-vittmi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw ukoll l-obbligi tagħhom biex jassistu fl-irkupru ta' talbiet tat-taxxa minn Stati Membri oħrajn skont id-Direttiva 2010/24/UE36.

_________________

_________________

36 Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta' Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' talbiet relatati ma' taxxi, dazji u miżuri oħra (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1).

36 Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta' Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' talbiet relatati ma' taxxi, dazji u miżuri oħra (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1).

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 32a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a)  Il-proprjetà ffriżata bil-ħsieb li tiġi kkonfiskata u l-proprjetà kkonfiskata sussegwentement jenħtieġ li tkun ġestita b'mod adegwat sabiex ma titlifx il-valur ekonomiku tagħha, biex jiġi mħeġġeġ l-użu soċjali mill-ġdid tagħha u jiġi evitat ir-riskju ta' aktar infiltrazzjoni kriminali. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-miżuri meħtieġa, inkluż il-bejgħ jew it-trasferiment tal-proprjetà, biex jimminimizzaw dan it-telf u jiffavorixxu l-għanijiet soċjali. Dawn jenħtieġ li jieħdu l-miżuri xierqa kollha, leġiżlattivi jew le, bħall-ħolqien ta' uffiċċji nazzjonali ċentralizzati għall-ġestjoni tal-assi jew arranġamenti ekwivalenti, bil-għan li l-proprjetà ffriżata jew konfiskata tkun amministrata b'mod xieraq. Għal dan il-għan ikun utli li tiġi kkunsidrata l-formazzjoni ta' fond tal-Unjoni li jiġbor parti mill-assi kkonfiskati mill-Istati Membri. Fond bħal dan għandu jkun disponibbli għall-proġetti pilota taċ-ċittadini tal-UE, tal-assoċjazzjonijiet, tal-gruppi tal-NGOs u ta' kull organizzazzjoni oħra tas-soċjetà ċivili, sabiex jitħeġġeġ l-użu mill-ġdid effettiv tal-assi kkonfiskati għal finijiet soċjali.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li ssir promozzjoni fil-livell tal-UE u fl-Istati Membri ta' ġestjoni ottimali tal-proprjetà ffriżata jew ikkonfiskata u tal-użu mill-ġdid tagħha għal finijiet soċjali, għal finijiet ta' kumpens tal-vittmi, tal-familji tal-vittmi u tal-impriżi li jkunu sfaw vittmi tal-kriminalità organizzata jew għall-fini tal-ġlieda kontra din il-kriminalità organizzata.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 32b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32b)  Ir-regoli dwar id-destinazzjoni tal-proprjetà kkonfiskata jenħtieġ li jqisu forom xierqa ta' kumpens lill-familji tal-uffiċjali tal-pulizija u tal-uffiċjali pubbliċi li tilfu ħajjithom huma u jwettqu d-dover tagħhom, u tal-uffiċjali tal-pulizija jew tal-uffiċjali pubbliċi li ġarrbu diżabilità permanenti huma u jwettqu d-dover tagħhom. F'dan ir-rigward, kull Stat Membru għandu jiżgura l-istabbiliment ta' fond biex dawn il-persuni jingħataw kumpens u biex parti mill-proprjetà kkonfiskata tiġi allokata għal dan il-fond.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 32c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32c)  Il-prattika li jintużaw l-assi konfiskati għal skopijiet soċjali tippromwovi u tappoġġa t-tixrid tal-kultura ta' legalità, l-assistenza lill-vittmi ta' reat u l-infurzar tal-liġi kontra l-kriminalità organizzata, u b'hekk jiġu attivati mekkaniżmi 'virtużi' għall-benefiċċju tal-komunità u għall-iżvilupp soċjoekonomiku ta' territorju, li jistgħu jiġu implimentati wkoll permezz ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi permezz ta' kriterji oġġettivi. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jitħeġġu jiżviluppaw prattiki bħal dawn.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li ssir promozzjoni, fil-livell tal-UE u fl-Istati Membri, ta' ġestjoni ottimali tal-proprjetà ffriżata jew ikkonfiskata u tal-użu mill-ġdid tagħha għal finijiet soċjali, għal finijiet ta' kumpens tal-vittmi, tal-familji tal-vittmi u tal-impriżi li jkunu sfaw vittmi tal-kriminalità organizzata jew għall-fini tal-ġlieda kontra din il-kriminalità organizzata.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 1d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32d)  Sabiex is-soċjetà ċivili tkun tista' tipperċepixxi b'mod konkret l-effikaċja tal-azzjoni tal-Istati Membri kontra l-kriminalità organizzata, inkluża l-kriminalità tat-tip tal-mafja, u li r-rikavat jittieħed effettivament mill-kriminali, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri komuni biex ikun evitat li l-organizzazzjonijiet kriminali jirkupraw il-pussess ta' proprjetà miksuba b'mod illeċitu. Prattiki tajba f'diversi Stati Membri wrew li dawn li ġejjin huma għodod effikaċi: il-ġestjoni u l-amministrazzjoni minn Uffiċċji tal-Immaniġġjar tal-Assi (AMO) jew mekkaniżmi simili, kif ukoll l-użu tal-proprjetà kkonfiskata għal proġetti intiżi sabiex tiġi miġġielda u impedita l-kriminalità u għal għanijiet oħra istituzzjonali jew pubbliċi jew użu soċjali.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li ssir promozzjoni, fil-livell tal-UE u fl-Istati Membri, ta' ġestjoni ottimali tal-proprjetà ffriżata jew ikkonfiskata u tal-użu mill-ġdid tagħha għal finijiet soċjali, għal finijiet ta' kumpens tal-vittmi, tal-familji tal-vittmi u tal-impriżi li jkunu sfaw vittmi tal-kriminalità organizzata jew għall-fini tal-ġlieda kontra din il-kriminalità organizzata.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 1e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32e)  Il-proprjetà kkonfiskata jenħtieġ li tiġi mmaniġġjata kif xieraq b'mod li jafferma mill-ġdid u jippromwovi r-rispett tal-legalità, fejn din il-proprjetà tintuża mill-ġdid fl-interess soċjali u ekonomiku tal-komunitajiet li jkunu ntlaqtu direttament mill-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet kriminali u terroristiċi.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Jenħtieġ li kwalunkwe parti interessata, inklużi partijiet terzi bona fide, jkollha rimedji legali kontra r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska sabiex iżżomm id-drittijiet tagħha, inkluża l-possibbiltà effettiva li tikkontesta l-ordni quddiem qorti jew titlob it-titolu tas-sjieda jew drittijiet ta' proprjetà oħrajn skont id-Direttiva 2014/42/UE. L-azzjoni għandha titressaq quddiem qorti fl-Istat ta' eżekuzzjoni.

(34)  Jenħtieġ li kwalunkwe parti interessata, inklużi partijiet terzi bona fide, jkollha rimedji legali kontra r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska sabiex iżżomm id-drittijiet tagħha, inklużi d-dritt ta' aċċess għall-fajl u l-possibbiltà effettiva li tikkontesta l-ordni quddiem qorti jew titlob it-titolu tas-sjieda jew drittijiet ta' proprjetà oħrajn skont id-Direttiva 2014/42/UE. L-azzjoni għandha titressaq quddiem qorti fl-Istat ta' eżekuzzjoni.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Sabiex jiġu emendati ċ-ċertifikat u l-formola stabbiliti fl-Annessi I u II għal dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha għal atti delegati, inkluż fil-livell tal-esperti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Minħabba raġunijiet ta' ċertezza legali, jenħtieġ li l-elementi kollha li jidhru fiż-żewġ ċertifikati (fl-Annessi I u II) jiġu stabbiliti u ffissati mil-leġiżlatur. F'din il-kwistjoni d-delega tas-setgħa mhijiex meħtieġa jew xierqa.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Sabiex jiġu emendati ċ-ċertifikat u l-formola stabbiliti fl-Annessi I u II għal dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha għal atti delegati, inkluż fil-livell tal-esperti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(35)  Sabiex jiġu emendati ċ-ċertifikat u l-formola stabbiliti fl-Annessi I u II għal dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha għal atti delegati mal-awtoritajiet speċjalizzati fl-Istati Membri u l-aġenziji Ewropej korrispondenti, inkluż fil-livell tal-esperti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li taħthom Stat Membru għandu jirrikonoxxi u jwettaq fit-territorju tiegħu ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska maħruġa minn Stat Membru ieħor fil-qafas tal-proċedimenti kriminali.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li taħthom Stat Membru għandu jirrikonoxxi u jwettaq fit-territorju tiegħu ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska maħruġa minn Stat Membru ieħor fil-qafas tal-proċedimenti fi kwistjonijiet kriminali.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-Regolament ma għandux ikollu l-effett li jemenda l-obbligu għar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tat-TUE.

2.  Dan ir-Regolament ma għandux ikollu l-effett li jemenda l-obbligu għar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tat-TUE u fil-Karta, b'mod partikolari d-dritt għal difiża, id-dritt għal proċess ġust u d-dritt għal proprjetà.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-awtorità emittenti għandha, meta toħroġ ordni ta' ffriżar jew konfiska, tiżgura l-konformità mal-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "ordni ta' konfiska" tfisser penali jew miżura finali imposta minn qorti b'segwitu għal proċedimenti fir-rigward ta' reat kriminali, li tirriżulta fl-ipprivar definittiv ta' proprjetà minn persuna fiżika jew ġuridika;

(1)  "ordni ta' konfiska" tfisser miżura imposta minn qorti b'segwitu għal proċedimenti fir-rigward ta' reat kriminali, li tirriżulta fl-ipprivar definittiv ta' proprjetà minn persuna fiżika jew ġuridika;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "proprjetà" tfisser proprjetà ta' kwalunkwe deskrizzjoni, kemm jekk materjali kif ukoll jekk immaterjali, mobbli jew immobbli, u d-dokumenti jew l-istrumenti legali li jixhdu dritt jew interess fi proprjetà bħal din, li l-awtorità emittenti tikkunsidra li:

(3)  "proprjetà" tfisser flus jew assi ta' kwalunkwe tip, kemm jekk materjali kif ukoll jekk immaterjali, mobbli jew immobbli, kif ukoll id-drittijiet ta' proprjetà limitati u d-dokumenti jew l-istrumenti legali li jixhdu dritt jew interess f'assi bħal dawn, li l-awtorità emittenti tikkunsidra li:

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "Stat emittenti" tfisser l-Istat Membru li fih ħarġet ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska fil-qafas ta' proċedimenti kriminali;

(6)  "Stat emittenti" tfisser l-Istat Membru li fih ħarġet ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska fil-qafas ta' proċedimenti f'materji kriminali;

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kif definit mill-Istat emittenti li għandha l-kompetenza fi proċedimenti kriminali biex tordna l-iffriżar ta' proprjetà jew li teżegwixxi ordni ta' ffriżar skont il-liġi nazzjonali. Barra minn hekk, qabel ma tiġi trażmessa lill-awtorità ta' eżekuzzjoni, l-ordni ta' ffriżar għandha tiġi vvalidata, wara l-eżaminazzjoni tal-konformità tagħha mal-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' tali ordni taħt dan ir-Regolament, partikolarment il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1), minn imħallef, qorti, imħallef inkwirenti jew prosekutur pubbliku fl-Istat emittenti. Fejn l-ordni tkun ġiet ivvalidata minn tali awtorità, dik l-awtorità tista' titqies ukoll bħala awtorità emittenti għall-finijiet tat-trażmissjoni tal-ordni;

(2)  kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kif definit mill-Istat emittenti li għandha l-kompetenza f'materji kriminali; biex tordna l-iffriżar ta' proprjetà jew li teżegwixxi ordni ta' ffriżar skont il-liġi nazzjonali. Barra minn hekk, qabel ma tiġi trażmessa lill-awtorità ta' eżekuzzjoni, l-ordni ta' ffriżar għandha tiġi vvalidata, wara l-eżaminazzjoni tal-konformità tagħha mal-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' tali ordni taħt dan ir-Regolament, partikolarment il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1), minn imħallef, qorti, imħallef inkwirenti jew prosekutur pubbliku fl-Istat emittenti. Fejn l-ordni tkun ġiet ivvalidata minn tali awtorità, dik l-awtorità tista' titqies ukoll bħala awtorità emittenti għall-finijiet tat-trażmissjoni tal-ordni;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fir-rigward ta' ordni ta' konfiska, awtorità kompetenti kif definit mill-Istat emittenti li, fi proċedimenti kriminali, għandha l-kompetenza li tinforza ordni ta' konfiska maħruġa minn qorti skont il-liġi nazzjonali;

(b)  fir-rigward ta' ordni ta' konfiska, awtorità kompetenti kif definit mill-Istat emittenti li, f'materji kriminali, għandha l-kompetenza li tinforza ordni ta' konfiska maħruġa minn qorti skont il-liġi nazzjonali;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  "parti interessata" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi partijiet terzi bona fide, li hija milquta minn dan ir-Regolament skont il-liġi nazzjonali tal-Istat ta' eżekuzzjoni;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska għandha tagħti lok għal eżekuzzjoni mingħajr verifika tal-kriminalità doppja tal-aġir jekk l-aġir li ta lok għall-ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska jikkostitwixxi wieħed jew aktar mir-reati li ġejjin, kif definit mil-liġi tal-Istat emittenti, u huwa punibbli fl-Istat emittenti b'sentenza ta' kustodja ta' massimu ta' mill-inqas tliet snin: :

1.  Ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska għandha tagħti lok għal eżekuzzjoni mingħajr verifika tal-kriminalità doppja tal-aġir jekk l-aġir li ta lok għall-ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska jikkostitwixxi wieħed jew aktar mir-reati msemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI tal-Kunsill dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri1a.

-  parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali,

 

-  terroriżmu,

 

-  traffikar tal-bnedmin,

 

-  sfruttament sesswali ta' tfal u pornografija tat-tfal,

 

-  traffikar illeċitu fid-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi,

 

-  traffikar illeċitu ta' armi, munizzjon u splussivi,

 

-  korruzzjoni,

 

-  frodi u reati kriminali relatati mal-frodi kif definit fid-Direttiva 2017/xxx/UE dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali,

 

-  frodi, inkluża dik li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej fis-sens tal-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej,

 

-  ħasil ta' flus ta' rikavat minn attività kriminali,

 

-  falsifikazzjoni ta' munita, inkluż tal-euro,

 

-  attività kriminali relatata mal-informatika,

 

-  attività kriminali ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta' speċijiet ta' annimali fil-periklu u ta' speċijiet u varjetajiet ta' pjanti fil-periklu,

 

-  faċilitazzjoni tad-dħul u tar-residenza mhux awtorizzati,

 

-  qtil, offiżi fiżiċi gravi fuq il-persuna,

 

-  kummerċ illeċitu ta' organi u tessuti tal-bniedem,

 

-  ħtif ta' persuni, żamma illegali u teħid ta' ostaġġi,

 

-  razziżmu u ksenofobija,

 

-  serq organizzat jew bl-użu ta' armi,

 

-  traffikar illeċitu f'beni kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti,

 

-  qligħ b'qerq,

 

-  rikattar organizzat u estorsjoni,

 

-  falsifikazzjoni ta' flus u piraterija ta' prodotti,

 

-  falsifikazzjoni ta' dokumenti amministrattivi u t-traffikar tagħhom,

 

-  frodi u falsifikazzjoni ta' mezzi ta' ħlas mhux bi flus kontanti,

 

-  traffikar illeċitu f'sustanzi ormonali u fi promoturi oħrajn ta' tkabbir,

 

-  traffikar illeċitu ta' materjali nukleari jew radjuattivi,

 

-  traffikar ta' vetturi misruqa,

 

-  stupru,

 

-  ħruq,

 

-  reati fil-kompetenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

 

-  qbid illegali ta' inġenji tal-ajru jew ta' bastimenti,

 

-  sabotaġġ.

 

 

__________________

 

1a Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ordni ta' konfiska, jew kopja ċertifikata tagħha, għandha tiġi trażmessa flimkien maċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 7 mill-awtorità emittenti direttament lill-awtorità ta' eżekuzzjoni jew, fejn applikabbli, lill-awtorità ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(2) permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, taħt kundizzjonijiet li jippermettu lill-awtorità ta' eżekuzzjoni li tistabbilixxi l-awtentiċità.

1.  Ordni ta' konfiska, jew kopja ċertifikata tagħha, għandha tiġi trażmessa flimkien maċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 7 mill-awtorità emittenti direttament lill-awtorità ta' eżekuzzjoni u tiġi komunikata lill-awtorità ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(2) permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, taħt kundizzjonijiet li jippermettu lill-awtorità ta' eżekuzzjoni li tistabbilixxi l-awtentiċità tagħha.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta l-awtorità fl-Istat ta' eżekuzzjoni li tirċievi ordni ta' konfiska, ma għandhiex il-ġurisdizzjoni biex tirrikonoxxiha u tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tagħha, għandha, b'mod immedjat, tittrażmetti l-ordni ta' konfiska lill-awtorità ta' eżekuzzjoni kompetenti fl-Istat Membru tagħha u għandha tinforma lill-awtorità emittenti kif meħtieġ.

6.  Meta l-awtorità fl-Istat ta' eżekuzzjoni li tirċievi ordni ta' konfiska, ma għandhiex il-ġurisdizzjoni biex tirrikonoxxiha u tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tagħha, għandha, b'mod immedjat, u mhux aktar tard minn jumejn ta' xogħol, tittrażmetti l-ordni ta' konfiska lill-awtorità ta' eżekuzzjoni kompetenti fl-Istat Membru tagħha u għandha tinforma lill-awtorità emittenti kif meħtieġ.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ordni ta' konfiska tista' tiġi trażmessa biss skont l-Artikolu 4 lil Stat wieħed ta' eżekuzzjoni fi kwalunkwe mument speċifiku.

1.  Fil-prinċipju, ordni ta' konfiska tista' tiġi trażmessa biss skont l-Artikolu 4 lil Stat wieħed ta' eżekuzzjoni fi kwalunkwe mument speċifiku.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ordni ta' konfiska li tikkonċerna partiti speċifiċi ta' proprjetà tista' tiġi trażmessa lil iżjed minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed fl-istess ħin meta:

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, ordni ta' konfiska li tikkonċerna partiti speċifiċi ta' proprjetà tista' tiġi trażmessa lil iżjed minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed fl-istess ħin meta:

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ordni ta' konfiska li tikkonċerna ammont ta' flus tista' tiġi trażmessa lil iżjed minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed fl-istess ħin, meta l-awtorità emittenti tikkunsidra li hemm bżonn speċifiku li jsir hekk, b'mod partikolari fejn:

3.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, ordni ta' konfiska li tikkonċerna ammont ta' flus tista' tiġi trażmessa lil iżjed minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed fl-istess ħin, meta l-awtorità emittenti tikkunsidra li hemm bżonn speċifiku li jsir hekk, b'mod partikolari fejn:

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta ordni ta' konfiska li tikkonċerna ammont ta' flus tiġi trażmessa lil Stat ta' eżekuzzjoni wieħed jew aktar, il-valur totali miksub mill-eżekuzzjoni tagħha ma jistax jeċċedi l-ammont massimu speċifikat fl-ordni ta' konfiska.

2.  Meta ordni ta' konfiska li tikkonċerna ammont ta' flus tiġi trażmessa lil Stat ta' eżekuzzjoni wieħed jew aktar, il-valur totali miksub mill-eżekuzzjoni tagħha ma jistax jeċċedi l-ammont massimu speċifikat fl-ordni ta' konfiska. F'każijiet fejn il-konfiska tkun diġà twettqet parzjalment, dan l-ammont għandu jitnaqqas kompletament mill-ammont konfiskat fl-Istat ta' eżekuzzjoni.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità emittenti għandha tinforma b'mod immedjat lill-awtorità ta' eżekuzzjoni permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub:

L-awtorità emittenti għandha tinforma b'mod immedjat u mhux aktar tard minn ġurnata ta' xogħol waħda lill-awtorità ta' eżekuzzjoni permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub:

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk l-ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska tkun ġiet eżegwita kompletament jew parzjalment fl-Istat emittenti jew fi Stat ta' eżekuzzjoni ieħor, fejn tispeċifika l-ammont li għalih l-ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska għadha ma ġietx eżegwita;

(b)  jekk l-ordni ta' konfiska tkun ġiet eżegwita kompletament jew parzjalment fl-Istat emittenti jew fi Stat ta' eżekuzzjoni ieħor, fejn tispeċifika l-ammont li għalih l-ordni ta' konfiska għadha ma ġietx eżegwita;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta l-Istat emittenti jindika li jixtieq jirtira l-ordni mill-Istat ta' eżekuzzjoni għal kwalunkwe raġuni, l-Istat ta' eżekuzzjoni għandu jtemm l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska b'mod immedjat.

4.  Meta l-Istat emittenti jindika li jixtieq jirtira l-ordni mill-Istat ta' eżekuzzjoni għal kwalunkwe raġuni, l-Istat ta' eżekuzzjoni għandu jtemm l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska b'mod immedjat u mhux aktar tard minn tlett ijiem ta' xogħol.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ċertifikat standard

Ċertifikat standard għall-ħruġ ta' ordni ta' konfiska

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Hekk kif tiġi eżegwita l-ordni, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tinforma lill-awtorità emittenti permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub.

4.  Hekk kif tiġi eżegwita l-ordni, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha b'mod immedjat u mhux aktar tard minn tnax-il siegħa tinnotifika lill-awtorità emittenti permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-raġunijiet għal nuqqas ta' rikonoxximent u għal nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' konfiska

Ir-raġunijiet obbligatorji u fakultattivi għal nuqqas ta' rikonoxximent u għal nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' konfiska

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix u ma twettaqx ordnijiet ta' konfiska biss jekk:

L-awtorità ta' eżekuzzjoni m'għandhiex tirrikonoxxi jew twettaq ordnijiet ta' konfiska jekk:

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 7 ma jkunx komplet, b'mod evidenti jkun żbaljat jew b'mod evidenti ma jkunx jikkorrispondi mal-ordni ta' konfiska, u ma jkunx tlesta wara l-konsultazzjoni skont il-paragrafu 2;

imħassar

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-ordni ta' konfiska hija bbażata fuq reat kriminali mwettaq barra mit-territorju tal-Istat emittenti u totalment jew parzjalment fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni, u l-kondotta li fir-rigward tagħha tkun inħarġet l-ordni ta' konfiska ma tkunx reat fl-Istat ta' eżekuzzjoni;

imħassar

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  l-ordni ta' konfiska tikkonċerna proprjetà partikolari li la tkun il-proprjetà tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun inħarġet kontriha l-ordni tal-konfiska fl-Istat Membru emittenti u lanqas tkun ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tkun parti fil-proċedimenti fl-Istat emittenti;

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  jekk, f'każ imsemmi fl-Artikolu 3(2), il-kondotta li fuqha tkun ibbażata l-ordni ta' konfiska ma tikkostitwixxix reat taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni; madankollu, fir-rigward ta' taxxi jew dazji, dazji doganali u kambju, l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska ma tistax tiġi rifjutata għar-raġuni li l-liġi fl-Istat ta' eżekuzzjoni ma timponix l-istess xorta ta' taxxa jew dazju jew ma fihiex l-istess tip ta' regoli għal dak li għandu x'jaqsam ma' taxxi, dazji, dazji doganali u regolamenti ta' kambju bħal-liġi tal-Istat emittenti;

imħassar

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  ikun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' konfiska tkun inkompatibbli mal-obbligi tal-Istat ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 6 tat-TUE u l-Karta.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix u ma twettaqx ordnijiet ta' konfiska biss jekk:

 

(a)  iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 7 ma jkunx komplet, b'mod evidenti jkun żbaljat jew b'mod evidenti ma jkunx jikkorrispondi mal-ordni ta' konfiska, u ma jkunx tlesta wara l-konsultazzjoni skont il-paragrafu 2 jew jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(2) ma jkunux ġew rispettati;

 

(b)  l-ordni ta' konfiska hija bbażata fuq reat kriminali mwettaq barra mit-territorju tal-Istat emittenti u totalment jew parzjalment fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni, u l-kondotta li fir-rigward tagħha tkun inħarġet l-ordni ta' konfiska ma tkunx reat fl-Istat ta' eżekuzzjoni;

 

(c)  jekk, f'każ imsemmi fl-Artikolu 3(2), il-kondotta li fuqha tkun ibbażata l-ordni ta' konfiska ma tikkostitwixxix reat taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni; madankollu, fir-rigward ta' taxxi jew dazji, dazji doganali u kambju, l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska ma tistax tiġi rifjutata għar-raġuni li l-liġi fl-Istat ta' eżekuzzjoni ma timponix l-istess xorta ta' taxxa jew dazju jew ma fihiex l-istess tip ta' regoli jew reati għal dak li għandu x'jaqsam ma' taxxi, dazji, dazji doganali u regolamenti ta' kambju bħal-liġi tal-Istat emittenti.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Meta l-awtorità emittenti jkollha raġunijiet leġittimi biex temmen li l-assi inkwistjoni jkunu ser jiġu ttrasferiti jew meqruda b'mod imminenti u li jkun hemm il-ħtieġa ta' konfiska urġenti, din għandha tindika fl-ordni ta' konfiska li l-miżura trid titwettaq f'data speċifika. L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tqis bis-sħiħ dan ir-rekwiżit u twettaq l-ordni ta' konfiska fl-iskadenza stabbilita.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska mingħajr dewmien u, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, mhux aktar tard minn 30 jum wara li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tkun irċeviet l-ordni ta' konfiska.

2.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska mingħajr dewmien u, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, mhux aktar tard minn 10 ijiem ta' xogħol wara li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tkun irċeviet l-ordni ta' konfiska.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Jekk l-awtorità ta' eżekuzzjoni tikkonsulta mal-awtorità emittenti skont l-Artikolu 9(2), l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara l-konsultazzjoni.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni dwar ordni ta' konfiska lill-awtorità emittenti mingħajr dewmien permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub.

3.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni dwar ordni ta' konfiska lill-awtorità emittenti b'mod immedjat u mhux aktar minn 12-il siegħa permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sakemm ma jeżistux raġunijiet għal posponiment skont l-Artikolu 11, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha twettaq il-konfiska mingħajr dewmien u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, mhux aktar tard minn 30 jum wara t-teħid tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

4.  Sakemm ma jeżistux raġunijiet għal posponiment skont l-Artikolu 11, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha twettaq il-konfiska mingħajr dewmien u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, mhux aktar tard minn 10 ijiem ta' xogħol wara t-teħid tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fejn mhux possibbli f'każ speċifiku li jiġu ssodisfati l-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 2 jew 4, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtorità emittenti, bi kwalunkwe mezz, fejn tagħti r-raġunijiet għad-dewmien u għandha tikkonsulta mal-awtorità emittenti dwar il-ħin xieraq biex titwettaq il-konfiska. F'tali każ, il-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafi 2 jew 4, jista' jiġi estiż b'massimu ta' 30 jum.

5.  Fejn mhux possibbli f'każ speċifiku li jiġu ssodisfati l-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 2 jew 4, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha, mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn jumejn ta' xogħol, tinforma lill-awtorità emittenti, bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub fejn tagħti r-raġunijiet għad-dewmien u għandha tikkonsulta mal-awtorità emittenti dwar il-ħin xieraq biex titwettaq il-konfiska. F'tali każ, il-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafi 2 jew 4, jista' jiġi estiż b'massimu ta' 20 jum ta' xogħol.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha mingħajr dewmien tagħmel rapport lill-awtorità emittenti permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub dwar il-posponiment tal-eżekuzzjoni tal-ordni, inklużi r-raġunijiet għall-posponiment u, jekk possibbli, iż-żmien kemm mistenni jdum il-posponiment.

2.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha b'mod immedjat u mhux aktar tard minn 48 siegħa tagħmel rapport lill-awtorità emittenti permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub dwar il-posponiment tal-eżekuzzjoni tal-ordni, inklużi r-raġunijiet għall-posponiment u, jekk possibbli, iż-żmien kemm mistenni jdum il-posponiment. Fil-każ li jsir posponiment skont id-dispożizzjonijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità emittenti għandha, fil-każijiet ta' eżekuzzjoni ta' ordni ta' konfiska f'aktar minn Stat Membru wieħed, toħroġ struzzjonijiet ġodda dwar l-ammont preċiż ta' flus soġġett għall-konfiska.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Hekk kif ir-raġuni għal posponiment ma tibqax teżisti, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha mingħajr dewmien tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-ordni u tinforma lill-awtorità emittenti tagħha permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub.

3.  Hekk kif ir-raġuni għal posponiment ma tibqax teżisti, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha b'mod immedjat u mhux aktar tard minn għaxart ijiem ta' xogħol tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-ordni u tinforma lill-awtorità emittenti tagħha permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska tkun impossibbli, minħabba li l-proprjetà li għandha tiġi kkonfiskata tkun diġà ġiet konfiskata, sparixxiet, ġiet distrutta, jew ma tistax tinstab fil-post indikat fiċ-ċertifikat jew minħabba li l-post fejn tinstab il-proprjetà ma ġiex indikat b'mod preċiż biżżejjed, anki wara konsultazzjoni mal-awtorità emittenti, l-awtorità emittenti għandha tiġi nnotifikata minnufih. Fejn huwa possibbli, l-ordni tista' tiġi eżegwita fuq proprjetà oħra skont l-Artikolu 8(2) jew (3).

Meta l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska tkun impossibbli, minħabba li l-proprjetà li għandha tiġi kkonfiskata tkun diġà ġiet konfiskata, sparixxiet, ġiet distrutta, jew ma tistax tinstab fil-post indikat fiċ-ċertifikat jew minħabba li l-post fejn tinstab il-proprjetà ma ġiex indikat b'mod preċiż biżżejjed, anki wara konsultazzjoni mal-awtorità emittenti, l-awtorità emittenti għandha tiġi nnotifikata b'mod immedjat u mhux aktar tard minn 48 siegħa. Fejn huwa possibbli, l-ordni tista' tiġi eżegwita fuq proprjetà oħra skont l-Artikolu 8(2) jew (3).

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

L-obbligu li tingħata informazzjoni lill-partijiet interessati

 

1.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni, wara li tkun wettqet l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara l-eżekuzzjoni tagħha, għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-persuna li tkun inħarġet kontriha l-ordni ta' konfiska u lill-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-partijiet terzi bona fide.

 

2.  In-notifika għandha tindika r-raġunijiet tal-ordni ta' konfiska, l-awtorità li ħarġet l-ordni u r-rimedji legali eżistenti skont id-dritt nazzjonali tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

 

3.  In-notifika għandha tinkludi informazzjoni rilevanti, b'tali mod li l-persuna tkun tista' tressaq rimedji legali effettivi, dwar ir-raġunijiet tal-ordni ta' konfiska, dwar l-awtorità li ħarġet l-ordni u dwar ir-rimedji legali eżistenti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-ħruġ tal-ordni hija meħtieġa u proporzjonata sabiex jiġi evitat b'mod proviżorju l-qerda, it-trasformazzjoni, il-moviment, it-trasferiment jew l-allokazzjoni ta' proprjetà fid-dawl tal-possibbiltà li tiġi kkonfiskata sussegwentement wara li jiġu kkunsidrati d-drittijiet tal-persuna kkonċernata;

(a)  il-ħruġ tal-ordni hija meħtieġa u proporzjonata sabiex jiġi evitat b'mod proviżorju l-qerda, it-trasformazzjoni, il-moviment, it-trasferiment jew l-allokazzjoni ta' proprjetà fid-dawl tal-possibbiltà li tiġi kkonfiskata sussegwentement wara li jiġu kkunsidrati d-drittijiet tal-persuna kkonċernata u kwalunkwe parti terza in bona fide;

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-ordni setgħet tiġi ordnata taħt l-istess kundizzjonijiet f'każ domestiku simili; kif ukoll

(b)  l-ordni setgħet tiġi ordnata taħt l-istess kundizzjonijiet f'każ domestiku simili; kif ukoll ir-raġuni jew ir-raġunijiet għall-ordni huma indikati b'mod xieraq.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  ir-raġuni jew ir-raġunijiet għall-ordni huma indikati b'mod xieraq, tal-inqas fil-qosor.

imħassar

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ordni ta' ffriżar għandha tiġi trażmessa fil-forma prevista fl-Artikolu 16 mill-awtorità emittenti direttament lill-awtorità ta' eżekuzzjoni jew, fejn applikabbli, lill-awtorità ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(2), permezz ta' kwalunkwe mezz li kapaċi jħalli rekord bil-miktub, taħt kundizzjonijiet li jippermettu lill-awtorità ta' eżekuzzjoni tistabbilixxi l-awtentiċità.

1.  Ordni ta' ffriżar għandha tiġi trażmessa fiċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 16 mill-awtorità emittenti direttament lill-awtorità ta' eżekuzzjoni u kkomunikat lill-awtorità ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(2), permezz ta' kwalunkwe mezz li kapaċi jħalli rekord bil-miktub, taħt kundizzjonijiet li jippermettu lill-awtorità ta' eżekuzzjoni tistabbilixxi l-awtentiċità tiegħu.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għandu jkun fiha struzzjoni li l-proprjetà għandha tibqa' fl-Istat ta' eżekuzzjoni sakemm tintbagħat ordni ta' konfiska skont l-Artikolu 4. L-awtorità emittenti għandha tindika d-data stmata għal din it-trażmissjoni fil-formola msemmija fl-Artikolu 16.

(b)  għandu jkun fiha struzzjoni li l-proprjetà għandha tibqa' fl-Istat ta' eżekuzzjoni sakemm tintbagħat ordni ta' konfiska skont l-Artikolu 4. L-awtorità emittenti għandha tindika d-data stmata għal din it-trażmissjoni fiċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 16.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Fejn l-awtorità ta' eżekuzzjoni li tirċievi ordni ta' ffriżar, ma għandha l-ebda kompetenza biex tirrikonoxxiha u tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tagħha, din għandha, b'mod immedjat, tittrażmetti l-ordni ta' ffriżar lill-awtorità ta' eżekuzzjoni kompetenti fl-Istat Membru tagħha u għandha tinforma lill-awtorità emittenti kif xieraq.

8.  Fejn l-awtorità ta' eżekuzzjoni li tirċievi ordni ta' ffriżar, ma għandha l-ebda kompetenza biex tirrikonoxxiha u tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tagħha, din għandha, b'mod immedjat u mhux aktar tard minn jumejn ta' xogħol, tittrażmetti l-ordni ta' ffriżar lill-awtorità ta' eżekuzzjoni kompetenti fl-Istat Membru tagħha u għandha tinforma lill-awtorità emittenti.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ordni ta' ffriżar tista' tiġi trażmessa biss skont l-Artikolu 14 lil Stat wieħed ta' eżekuzzjoni fi kwalunkwe mument speċifiku.

1.  Fil-prinċipju, ordni ta' ffriżar tista' tiġi trażmessa biss skont l-Artikolu 14 lil Stat wieħed ta' eżekuzzjoni fi kwalunkwe mument speċifiku.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ordni ta' ffriżar li tikkonċerna partiti speċifiċi ta' proprjetà tista' tiġi trażmessa lil iżjed minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed fl-istess ħin meta:

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, ordni ta' ffriżar li tikkonċerna partiti speċifiċi ta' proprjetà tista' tiġi trażmessa lil iżjed minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed fl-istess ħin meta:

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ordni ta' ffriżar li tikkonċerna ammont ta' flus tista' tiġi trażmessa lil iżjed minn Stat wieħed ta' eżekuzzjoni fl-istess ħin, meta l-awtorità emittenti tikkunsidra li hemm bżonn speċifiku li jsir hekk, b'mod partikolari meta l-valur stmat tal-proprjetà li tista' tiġi ffriżata fl-Istat emittenti u fi kwalunkwe Stat wieħed ta' eżekuzzjoni probabbilment ma jkunx biżżejjed għall-eżekuzzjoni tal-ammont sħiħ kopert mill-ordni ta' ffriżar.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, ordni ta' ffriżar li tikkonċerna ammont ta' flus tista' tiġi trażmessa lil iżjed minn Stat wieħed ta' eżekuzzjoni fl-istess ħin, meta l-awtorità emittenti tikkunsidra li hemm bżonn speċifiku li jsir hekk, b'mod partikolari meta l-valur stmat tal-proprjetà li tista' tiġi ffriżata fl-Istat emittenti u fi kwalunkwe Stat wieħed ta' eżekuzzjoni probabbilment ma jkunx biżżejjed għall-eżekuzzjoni tal-ammont sħiħ kopert mill-ordni ta' ffriżar.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Formola tal-ordni ta' ffriżar

Ċertifikat standard għall-ħruġ tal-ordni ta' ffriżar

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-ordni ta' ffriżar għandha tinħareġ fil-forma stabbilita fl-Anness II.

imħassar

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità emittenti għandha timla l-formola, tiffirmaha u tiċċertifika l-kontenut tagħha bħala preċiż u korrett.

2.  L-awtorità emittenti għandha timla ċ-ċertifikat li jinsab fl-Anness II, tiffirmah u tiċċertifika l-kontenut tiegħu bħala preċiż u korrett.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Hekk kif tiġi eżegwita l-ordni, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha b'mod immedjat u mhux aktar tard minn 12-il siegħa tinnotifika lill-awtorità emittenti permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rapport bil-miktub.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Barra minn hekk, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tirrapporta dwar il-miżuri meħuda għall-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar u r-riżultati tagħhom, inkluża deskrizzjoni tal-assi ffriżati u stima tal-valur tagħhom, lill-awtorità emittenti fi żmien tlett ijiem ta' xogħol mill-eżekuzzjoni tal-ordni permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-raġunijiet għal nuqqas ta' rikonoxximent u għal nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' ffriżar

Ir-raġunijiet obbligatorji u fakultattivi għal nuqqas ta' rikonoxximent u għal nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' ffriżar

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix u ma twettaqx ordnijiet ta' ffriżar biss jekk:

1.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni m'għandhiex tirrikonoxxi jew twettaq ordnijiet ta' ffriżar jekk:

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-formola prevista fl-Artikolu 16 ma tkunx kompleta jew b'mod evidenti tkun żbaljata, u ma tkunx tlestiet wara l-konsultazzjoni skont il-paragrafu 2;

imħassar

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-ordni hija bbażata fuq reat kriminali li jkun sar barra mit-territorju tal-Istat emittenti u totalment jew parzjalment fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni, u l-kondotta li fir-rigward tagħha tkun inħarġet l-ordni ta' ffriżar ma tkunx reat fl-Istat ta' eżekuzzjoni;

imħassar

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  l-ordni ta' ffriżar tikkonċerna proprjetà partikolari li la tkun il-proprjetà tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun inħarġet kontriha l-ordni tal-konfiska fl-Istat Membru emittenti u lanqas tkun ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tkun parti fil-proċedimenti fl-Istat emittenti;

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  f'każ imsemmi fl-Artikolu 3(2), il-kondotta li fuqha tkun ibbażata l-ordni ta' ffriżar ma tikkostitwixxix reat taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni; madankollu, fir-rigward ta' taxxi jew dazji, dazji doganali u skambju, l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar ma għandhiex tiġi rrifjutata fuq ir-raġuni li l-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni ma timponix l-istess tip taxxa jew dazju jew ma jkunx fiha l-istess tip ta' regoli fir-rigward ta' taxxi, dazji u r-regolamenti tad-dazji doganali u tal-iskambju bħal-liġi tal-Istat emittenti;

imħassar

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  ikun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar tkun inkompatibbli mal-obbligi tal-Istat ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 6 tat-TUE u l-Karta.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix u ma twettaqx ordnijiet ta' ffriżar jekk:

 

(a)  iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 16 ma jkunx komplet jew b'mod evidenti jkun żbaljat, u ma jkunx tlesta wara l-konsultazzjoni skont il-paragrafu 2 jew jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(3) ma jkunux ġew rispettati;

 

(b)  l-ordni hija bbażata fuq reat kriminali li jkun sar barra mit-territorju tal-Istat emittenti u totalment jew parzjalment fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni, u l-kondotta li fir-rigward tagħha tkun inħarġet l-ordni ta' ffriżar ma tkunx reat fl-Istat ta' eżekuzzjoni;

 

(c)  f'każ imsemmi fl-Artikolu 3(2), il-kondotta li fuqha tkun ibbażata l-ordni ta' ffriżar ma tikkostitwixxix reat taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni; madankollu, fir-rigward ta' taxxi jew dazji, dazji doganali u kambju, l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar ma tistax tiġi rifjutata għar-raġuni li l-liġi fl-Istat ta' eżekuzzjoni ma timponix l-istess xorta ta' taxxa jew dazju jew ma fihiex l-istess tip ta' regoli jew reati għal dak li għandu x'jaqsam ma' taxxi, dazji, dazji doganali u regolamenti ta' kambju bħal-liġi tal-Istat emittenti.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' tiddeċiedi li tneħħi l-ordni ta' ffriżar, jekk, matul l-eżekuzzjoni, issir konxja li tapplika waħda mir-raġunijiet għal nuqqas ta' rikonoxximent u nuqqas ta' eżekuzzjoni.

3.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' tiddeċiedi li tneħħi l-ordni ta' ffriżar, jekk, matul l-eżekuzzjoni, issir konxja li tapplika waħda mir-raġunijiet għal nuqqas ta' rikonoxximent u nuqqas ta' eżekuzzjoni. L-awtorità ta' eżekuzzjoni, permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, għandha tikkomunika lill-awtorità emittenti r-raġunijiet tad-deċiżjoni ta' revoka tal-ordni ta' ffriżar.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-awtorità emittenti tkun indikat fl-ordni ta' ffriżar li hemm raġunijiet leġittimi biex wieħed jemmen li l-proprjetà kkonċernata tkun ser tiġi mċaqalqa jew meqruda b'mod imminenti u li hemm il-ħtieġa għall-iffriżar immedjat, jew jekk l-awtorità emittenti tkun indikat fl-ordni ta' ffriżar li l-miżura ta' ffriżar trid titwettaq f'data speċifika, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tikkunsidra b'mod sħiħ dan ir-rekwiżit.

2.  Meta l-awtorità emittenti tkun indikat fl-ordni ta' ffriżar li hemm raġunijiet leġittimi biex wieħed jemmen li l-proprjetà kkonċernata tkun ser tiġi mċaqalqa jew meqruda b'mod imminenti u li hemm il-ħtieġa għall-iffriżar immedjat, jew jekk l-awtorità emittenti tkun indikat fl-ordni ta' ffriżar li l-miżura ta' ffriżar trid titwettaq f'data speċifika, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tikkunsidra b'mod sħiħ dan ir-rekwiżit u twettaq l-ordni ta' ffriżar sal-iskadenza stabbilita.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar, jew li tikkonsulta mal-awtorità emittenti skont l-Artikolu 18(2), kemm jista' jkun malajr u, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tkun irċeviet l-ordni ta' ffriżar.

3.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar, jew li tikkonsulta mal-awtorità emittenti skont l-Artikolu 18(2), kemm jista' jkun malajr u, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tkun irċeviet l-ordni ta' ffriżar.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Jekk l-awtorità ta' eżekuzzjoni tikkonsulta mal-awtorità emittenti skont l-Artikolu 18(2), l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar mingħajr dewmien.

4.  Jekk l-awtorità ta' eżekuzzjoni tikkonsulta mal-awtorità emittenti skont l-Artikolu 18(2), l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara l-konsultazzjoni.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni dwar ordni ta' ffriżar lill-awtorità emittenti mingħajr dewmien permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub.

5.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni dwar ordni ta' ffriżar lill-awtorità emittenti b'mod immedjat u mhux aktar minn 12-il siegħa permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Fejn mhux possibbli f'każ speċifiku li jiġu ssodisfati l-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 3 jew 6, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha, b'mod immedjat u bi kwalunkwe mezz, tinforma lill-awtorità emittenti bir-raġunijiet għad-dewmien u għandha tikkonsulta mal-awtorità emittenti dwar iż-żmien xieraq biex jitwettaq l-iffriżar.

7.  Fejn mhux possibbli f'każ speċifiku li jiġu ssodisfati l-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 3, 4, 5 jew 6, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha, b'mod immedjat u mhux aktar tard minn jumejn ta' xogħol tinforma lill-awtorità emittenti, bi kwalunkwe mezz li jħalli rapport bil-miktub, bir-raġunijiet għad-dewmien u għandha tikkonsulta mal-awtorità emittenti dwar iż-żmien xieraq biex jitwettaq l-iffriżar.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha b'mod immedjat tagħmel rapport lill-awtorità emittenti permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub dwar il-posponiment tal-eżekuzzjoni tal-ordni, inklużi r-raġunijiet għall-posponiment u, jekk possibbli, iż-żmien kemm mistenni jdum il-posponiment. Hekk kif ir-raġuni għal posponiment ma tibqax teżisti, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha minnufih tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-ordni u tinforma lill-awtorità emittenti tagħha permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub.

2.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha b'mod immedjat u mhux aktar tard minn 48 siegħa tagħmel rapport lill-awtorità emittenti permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub dwar il-posponiment tal-eżekuzzjoni tal-ordni, inklużi r-raġunijiet għall-posponiment u, jekk possibbli, iż-żmien kemm mistenni jdum il-posponiment.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Hekk kif ir-raġuni għal posponiment ma tibqax teżisti, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha minnufih tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-ordni u tinforma lill-awtorità emittenti tagħha permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22, wara l-eżekuzzjoni, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-persuna li kontriha nħarġet ordni ta' ffriżar u lil kwalunkwe parti interessata, inklużi partijiet terzi bona fede li bihom tkun ġiet informata l-awtorità ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 14(6).

1.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-persuna li kontriha nħarġet ordni ta' ffriżar u lil kwalunkwe parti interessata, inklużi partijiet terzi bona fede li bihom tkun ġiet informata l-awtorità ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 14(6).

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  In-notifika għandha tinkludi informazzjoni, għall-inqas fil-qosor, dwar ir-raġunijiet tal-ordni ta' ffriżar, dwar l-awtorità li ħarġet l-ordni u dwar ir-rimedji legali eżistenti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

2.  In-notifika għandha tindika r-raġunijiet tal-ordni ta' ffriżar, dwar l-awtorità li ħarġet l-ordni u dwar ir-rimedji legali eżistenti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  In-notifika għandha tinkludi informazzjoni rilevanti, b'tali mod li l-persuna tkun tista' tressaq rimedji legali effettivi, dwar ir-raġunijiet tal-ordni ta' ffriżar, dwar l-awtorità li ħarġet l-ordni u dwar ir-rimedji legali eżistenti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha, skont il-liġi nazzjonali tagħha, tiggarantixxi l-kunfidenzjalità tal-fatti u s-sustanza tal-ordni ta' ffriżar, bl-eċċezzjoni ta' dak li jkun meħtieġ biex twettaqha. Jekk l-awtorità ta' eżekuzzjoni ma tkunx tista' tikkonforma mar-rekwiżit ta' kunfidenzjalità, hija għandha tinnotifika lill-awtorità emittenti b'mod immedjat.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-informazzjoni ta' kull persuna kkonċernata, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha, skont il-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali tagħha, tiggarantixxi l-kunfidenzjalità tal-fatti u s-sustanza tal-ordni ta' ffriżar, bl-eċċezzjoni ta' dak li jkun meħtieġ biex twettaqha. Jekk l-awtorità ta' eżekuzzjoni ma tkunx tista' tikkonforma mar-rekwiżit ta' kunfidenzjalità, hija għandha tinnotifika lill-awtorità emittenti b'mod immedjat u mhux aktar tard minn tlett ijiem ta' xogħol u tindika r-raġunijiet għal dan permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sabiex jiġu salvagwardjati investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin, l-awtorità emittenti tista' titlob lill-awtorità ta' eżekuzzjoni sabiex iżżomm l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar kunfidenzjali għal perjodu limitat ta' żmien.

3.  Sabiex jiġu salvagwardjati investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin, l-awtorità emittenti tista' titlob lill-awtorità ta' eżekuzzjoni sabiex iżżomm l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar kunfidenzjali għal perjodu limitat ta' żmien, li ma jistax jiskorri d-data tal-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Wara li tikkonsulta mal-awtorità emittenti, l-awtorità ta' eżekuzzjoni, waqt li tikkunsidra ċ-ċirkostanzi tal-każ, tista' tagħmel talba motivata lill-awtorità emittenti biex jiġi limitat il-perjodu li għalih għandha tkun iffriżata l-proprjetà. Jekk l-awtorità emittenti ma taqbilx ma' din il-limitazzjoni, hija għandha tinforma lill-awtorità ta' eżekuzzjoni b'dan billi tiddikjara r-raġunijiet tagħha. Jekk l-awtorità emittenti ma tagħmilx dan fi żmien sitt ġimgħat mill-wasla tat-talba, l-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' tneħħi l-ordni ta' ffriżar.

2.  Wara li tikkonsulta mal-awtorità emittenti, l-awtorità ta' eżekuzzjoni, waqt li tikkunsidra ċ-ċirkostanzi tal-każ, tista' tagħmel talba motivata li tinkludi kull evidenza rilevanti ta' appoġġ, permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, lill-awtorità emittenti biex jiġi limitat il-perjodu li għalih għandha tkun iffriżata l-proprjetà. Jekk l-awtorità emittenti ma taqbilx ma' din il-limitazzjoni, hija għandha tinforma lill-awtorità ta' eżekuzzjoni b'dan billi tiddikjara r-raġunijiet tagħha. Jekk l-awtorità emittenti ma tagħmilx dan fi żmien erba' ġimgħat mill-wasla tat-talba, l-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' tneħħi l-ordni ta' ffriżar.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 25

imħassar

Ir-rapportar

 

L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tirrapporta dwar il-miżuri meħuda għall-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar u r-riżultati tagħhom, inkluża deskrizzjoni tal-proprjetà ffriżata u stima tal-valur tagħha, lill-awtorità emittenti fi żmien tlett ijiem mill-eżekuzzjoni tal-ordni permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub.

 

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull Stat Membru jista' jaħtar, jekk ikun neċessarju minħabba l-organizzazzjoni tas-sistema interna tiegħu, awtorità ċentrali waħda jew aktar responsabbli għat-trażmissjoni u r-riċezzjoni amministrattivi tal-ordnijiet ta' ffriżar jew ta' konfiska u biex jassistu lill-awtoritajiet kompetenti. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan.

2.  Kull Stat Membru għandu jaħtar, awtorità ċentrali waħda responsabbli biex tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fit-trażmissjoni u r-riċezzjoni amministrattivi u r-reġistrazzjoni tal-ordnijiet ta' ffriżar jew ta' konfiska. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn meħtieġ, l-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandhom jikkonsultaw ma' xulxin, bi kwalunkwe mezz xieraq, sabiex jassiguraw l-applikazzjoni effiċjenti ta' dan ir-Regolament.

1.  Fejn meħtieġ, l-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandhom rapidament jikkonsultaw ma' xulxin, bi kwalunkwe mezz xieraq, sabiex jassiguraw l-applikazzjoni effiċjenti ta' dan ir-Regolament.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-komunikazzjonijiet kollha, inklużi dawk maħsuba biex jindirizzaw diffikultajiet li jikkonċernaw it-trażmissjoni jew l-awtentiċità ta' kwalunkwe dokument meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska, għandhom jitwettqu permezz ta' kuntatt dirett bejn l-Istat emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni involuta jew, meta l-Istat Membru jkun ħatar awtorità ċentrali skont l-Artikolu 27(2), bl-involviment ta' din l-awtorità ċentrali.

2.  Il-komunikazzjonijiet kollha, inklużi dawk maħsuba biex jindirizzaw diffikultajiet li jikkonċernaw it-trażmissjoni jew l-awtentiċità ta' kwalunkwe dokument meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska, għandhom jitwettqu permezz ta' kuntatt dirett bejn l-Istat emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni involuta, bl-assistenza tal-awtorità ċentrali skont l-Artikolu 27(2).

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità emittenti għandha tinforma b'mod immedjat lill-awtorità ta' eżekuzzjoni permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, dwar kwalunkwe deċiżjoni jew miżura li bħala riżultat tagħha l-ordni tieqaf milli tkun tista' tiġi infurzata jew tiġi rtirata għal kwalunkwe raġuni oħra.

L-awtorità emittenti għandha tinforma b'mod immedjat u mhux aktar tard minn 48 siegħa lill-awtorità ta' eżekuzzjoni permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, dwar kwalunkwe deċiżjoni jew miżura li bħala riżultat tagħha l-ordni tieqaf milli tkun tista' tiġi infurzata jew tiġi rtirata għal kwalunkwe raġuni oħra.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat ta' eżekuzzjoni għandu jtemm l-eżekuzzjoni tal-ordni malli jiġi infurmat mill-awtorità emittenti b'din id-deċiżjoni jew miżura.

L-Istat ta' eżekuzzjoni għandu jtemm l-eżekuzzjoni tal-ordni malli jiġi infurmat mill-awtorità emittenti b'din id-deċiżjoni jew miżura u għandu b'mod immedjat jinnotifika t-terminazzjoni lill-Istat emittenti permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk l-ammont miksub mill-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska huwa aktar minn EUR 10 000, 50 % tal-ammont għandu jiġi ttrasferit mill-Istat ta' eżekuzzjoni lill-Istat emittenti.

(b)  jekk l-ammont miksub mill-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska huwa aktar minn EUR 10 000, 30 % tal-ammont għandu jmur għand l-Istat ta' eżekuzzjoni u 70 % tal-ammont għandu jiġi ttrasferit mill-Istat ta' eżekuzzjoni lill-Istat emittenti.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta awtorità ġudizzjarja tal-Istat emittenti tkun ħarġet deċiżjoni għall-kumpens jew għar-restituzzjoni tal-vittma, is-somma korrispondenti, sakemm ma teċċedix is-somma kkonfiskata, għandha tmur għand l-Istat emittenti għall-iskopijiet ta' kumpens jew ta' restituzzjoni tal-vittma. Kwalunkwe proprjetà li jkun fadal għandha tiġi allokata skont il-paragrafu 2.

3.  Meta awtorità ġudizzjarja tal-Istat emittenti tkun ħarġet deċiżjoni għall-kumpens jew għar-restituzzjoni tal-vittma, is-somma korrispondenti, sakemm ma teċċedix is-somma kkonfiskata, għandha tmur għand l-Istat emittenti biss għall-iskopijiet ta' kumpens jew ta' restituzzjoni tal-vittma. Kwalunkwe proprjetà li jkun fadal għandha tiġi allokata skont il-paragrafu 2.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Il-proprjetà tista' tintuża għall-interess pubbliku jew għal skopijiet soċjali fl-Istat ta' eżekuzzjoni skont il-liġijiet tagħha, soġġett għall-qbil tal-Istat emittenti.

(c)  Il-proprjetà tista' tintuża għall-interess pubbliku jew għal skopijiet soċjali fl-Istat ta' eżekuzzjoni skont il-liġijiet tagħha.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi uffiċċju nazzjonali ċentralizzat responsabbli għall-ġestjoni tal-proprjetà ffriżata fid-dawl tal-possibbiltà ta' konfiska ulterjuri u assi u proprjetajiet ikkonfiskati. Għandha tkun prijorità li tali proprjetà tiġi identifikata għall-proġetti ta' infurzar tal-liġi u ta' prevenzjoni tal-kriminalità organizzata kif ukoll għal proġetti oħra ta' interess pubbliku u utilità soċjali.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  Kull Stat Membru għandu jadotta l-miżuri meħtieġa, b'mod partikolari bl-istabbiliment ta' fond nazzjonali, sabiex jiġi garantit kumpens adegwat lill-familji tal-uffiċjali tal-pulizija u tal-uffiċjali pubbliċi li tilfu ħajjithom huma u jwettqu d-dover tagħhom, u lill-uffiċjali tal-pulizija jew lill-uffiċjali pubbliċi li ġarrbu diżabilità permanenti huma u jwettqu d-dover tagħhom. Kull Stat Membru għandu jiżgura li parti mill-proprjetà kkonfiskata tiġi allokata għal dan il-fond.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4c.  Il-proprjetà ffriżata li ma tiġix sussegwentement ikkonfiskata għandha tintradd lura b'mod immedjat. Il-kundizzjonijiet jew regoli ta' proċedura li jistipulaw li tali proprjetà tintradd lura għandhom jiġu stabbiliti mil-liġi nazzjonali.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtorità emittenti għandha tikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4(d) lill-awtorità ta' eżekuzzjoni. Jekk proċedura biex tiġi kumpensata jew restitwita vittma hija pendenti fl-Istat emittenti, l-Istat ta' eżekuzzjoni għandu jżomm id-dispożizzjoni tal-proprjetà kkonfiskata sakemm id-deċiżjoni tiġi kkomunikata lill-awtorità ta' eżekuzzjoni.

5.  L-awtorità emittenti għandha tikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4(d) lill-awtorità ta' eżekuzzjoni permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub. Jekk proċedura biex tiġi kumpensata jew restitwita vittma hija pendenti fl-Istat emittenti, l-Istat ta' eżekuzzjoni għandu jżomm id-dispożizzjoni tal-proprjetà kkonfiskata sakemm id-deċiżjoni tiġi kkomunikata lill-awtorità ta' eżekuzzjoni.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn l-Istat ta' eżekuzzjoni kellu spejjeż li jikkunsidra kbar jew eċċezzjonali, l-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' tipproponi lill-awtorità emittenti li l-ispejjeż jinqasmu. L-awtorità emittenti għandha tikkunsidra kwalunkwe proposta bħal din abbażi ta' speċifikazzjonijiet dettaljati mogħtija mill-awtorità ta' eżekuzzjoni.

2.  Fejn l-Istat ta' eżekuzzjoni kellu spejjeż li jikkunsidra kbar jew eċċezzjonali, l-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' tipproponi lill-awtorità emittenti li l-ispejjeż jinqasmu. L-awtorità emittenti għandha tikkunsidra kwalunkwe proposta bħal din abbażi ta' speċifikazzjonijiet dettaljati mogħtija mill-awtorità ta' eżekuzzjoni u tinforma, permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, lill-awtorità ta' eżekuzzjoni dwar il-konklużjonijiet tagħha.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 32a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 32a

 

Salvagwardji

 

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni affettwati mill-miżuri previsti skont dan ir-Regolament ikollhom id-dritt għal rimedju effettiv u proċess ġust sabiex jitħarsu d-drittijiet tagħhom.

 

2.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu l-possibbiltà effettiva li l-persuna li l-proprjetà tagħha tkun ġiet affettwata tikkontesta l-ordni ta' ffriżar jew konfiska quddiem qorti, f'konformità mal-proċeduri stipulati fil-liġi nazzjonali. Tali proċeduri jistgħu jipprevedu li meta l-ordni ta' ffriżar jew konfiska inizjali tkun ittieħdet minn awtorità kompetenti li ma tkunx awtorità ġudizzjarja, tali ordni l-ewwel għandha tintbagħat għall-validazzjoni jew ir-rieżami lill-awtorità ġudizzjarja qabel ma tkun tista' tiġi kkontestata quddiem qorti.

 

3.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2012/13/UE u għad-Direttiva 2013/48/UE, il-persuni li l-proprjetà tagħhom tkun ġiet affettwata mill-ordni ta' ffriżar jew konfiska għandu jkollhom id-dritt ta' aċċess għal avukat matul il-proċedimenti ta' ffriżar jew konfiska relatati mal-istabbiliment tar-rikavat u l-mezzi strumentali sabiex iħarsu d-drittijiet tagħhom. Il-persuni kkonċernati għandhom jiġu infurmati b'dak id-dritt.

 

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskadenzi għat-tfittxija ta' rimedju legali jkunu l-istess bħal dawk previsti f'kawżi domestiċi simili u li jiġu applikati b'mod li jiggarantixxi l-possibbiltà tal-eżerċizzju effettiv ta' dawn ir-rimedji legali għall-partijiet kkonċernati.

 

5.  Fil-qafas tar-rimedji msemmija fil-paragrafu 2, il-persuna affettwata għandu jkollha l-possibbiltà effettiva li tikkontesta ċ-ċirkostanzi tal-każ, inklużi l-fatti speċifiċi u l-evidenza disponibbli li abbażi tagħhom il-proprjetà inkwistjoni titqies bħala proprjetà rikavata minn attivitajiet kriminali.

 

6.  Il-persuni terzi għandhom ikunu intitolati jitolbu t-titolu tas-sjieda jew drittijiet ta' proprjetà oħrajn.

 

7.  Meta, b'konsegwenza ta' reat kriminali, il-vittmi jagħmlu talbiet kontra l-persuna li tkun soġġetta għal miżura ta' konfiska prevista skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-miżura ta' konfiska ma żżommx lil dawk il-vittmi milli jitolbu kumpens għat-talbiet tagħhom.

 

8.  L-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar ir-rimedji legali mitluba kontra l-ħruġ, ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kwalunkwe parti interessata, inklużi partijiet terzi bona fide, għandu jkollha rimedji legali, inkluż dawk previsti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/42/UE, kontra r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' ordni skont l-Artikoli 8 u 17, sabiex jiġu ppreservati d-drittijiet tagħha. Ir-rimedju legali għandu jitressaq quddiem qorti fl-Istat ta' eżekuzzjoni skont il-liġi nazzjonali tiegħu. L-azzjoni jista' jkollha effett ta' sospiża taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

1.  Kwalunkwe parti interessata, inklużi partijiet terzi bona fide, għandu jkollha rimedji legali, inkluż dawk previsti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/42/UE, kontra r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' ordni skont l-Artikoli 8 u 17, sabiex jiġu ppreservati d-drittijiet tagħha. Ir-rimedju legali kontra r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew konfiska għandu jitressaq quddiem qorti fl-Istat ta' eżekuzzjoni skont il-liġi nazzjonali tiegħu. L-azzjoni jista' jkollha effett ta' sospiża taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-raġunijiet sostantivi għall-ħruġ tal-ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska ma jistgħux jiġu kkontestati quddiem qorti fl-Istat ta' eżekuzzjoni.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-garanziji u d-drittijiet fundamentali fis-seħħ fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni, ir-raġunijiet sostantivi għall-ħruġ tal-ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska ma jistgħux jiġu kkontestati quddiem qorti fl-Istat ta' eżekuzzjoni.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiġbru u jżommu b'mod regolari statistika komprensiva mill-awtoritajiet rilevanti. L-istatistika miġbura għandha tintbagħat lill-Kummissjoni kull sena u għandha tinkludi, flimkien ma' dawk previsti fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2014/42/UE:

L-Istati Membri għandhom jiġbru u jżommu b'mod regolari statistika komprensiva mill-awtoritajiet rilevanti u mill-awtorità ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(2). L-istatistika miġbura għandha tintbagħat lill-Kummissjoni kull sena u għandha tinkludi, flimkien ma' dawk previsti fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2014/42/UE:

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew b'kumpilazzjoni tal-istatistika rċevuta u akkumpanjat minn analiżi komparattiva.

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 36

imħassar

Emendi liċ-ċertifikat u lill-formola

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 37 li jikkonċernaw kwalunkwe emenda għaċ-ċertifikat u għall-formola stabbiliti fl-Annessi I u II.

 

Ġustifikazzjoni

Minħabba raġunijiet ta' ċertezza legali, jenħtieġ li l-elementi kollha li jidhru fiż-żewġ ċertifikati (fl-Annessi I u II) jiġu stabbiliti u ffissati mil-leġiżlatur. F'din il-kwistjoni d-delega tas-setgħa mhijiex meħtieġa jew xierqa.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 37

imħassar

Eżerċizzju ta' delega

 

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 36 għandha tingħata għal perjodu ta' żmien indeterminat mill-[Data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament].

 

3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 36 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

 

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 36 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jqajmu oġġezzjoni għalih fi żmien xahrejn (2) minn meta dak l-att jiġi mgħarraf lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn (2)] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

Ġustifikazzjoni

Minħabba raġunijiet ta' ċertezza legali, jenħtieġ li l-elementi kollha li jidhru fiż-żewġ ċertifikati (fl-Annessi I u II) jiġu stabbiliti u ffissati mil-leġiżlatur. F'din il-kwistjoni d-delega tas-setgħa mhijiex meħtieġa jew xierqa.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Klawżola ta' reviżjoni

Klawżola ta' rapportar u ta' reviżjoni

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard minn [ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jekk ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti għal adattament ta' dan ir-Regolament.

Mhux aktar tard minn [tliet snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi, fost l-oħrajn, l-elementi li ġejjin:

 

(a)  ħarsa ġenerali lejn l-istatistika pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 35; kif ukoll 

 

(b)   valutazzjoni tal-impatt possibbli ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska transfruntiera fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u fuq l-istat tad-dritt.

 

Jekk ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti għal adattament ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni jenħtieġ li b'mod regolari tirrapporta dwar l-istatistika u dwar l-impatt possibbli fuq id-drittijiet fundamentali, sabiex tippreżenta reviżjoni ta' dan ir-Regolament jekk meħtieġ.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima M – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn awtorità ċentrali ġiet mogħtija r-responsabbiltà għat-trasmissjoni amministrattiva u r-riċeviment ta' ordnijiet ta' konfiska fl-Istat emittenti:

Awtorità ċentrali responsabbli biex tassisti lill-awtoritajiet kompetenti, tirreġistra l-ordnijiet kollha ta' konfiska trażmessi u rċevuti fil-livell nazzjonali u tissemplifika t-trażmissjoni u r-riċeviment ta' ordnijiet ta' konfiska skont l-Artikolu 27(2):

Emenda    143

Proposta għal regolament

Anness II – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ORDNI TA' FFRIŻAR

ĊERTIFIKAT

kif hemm provvediment għalih fl-Artikolu 16

kif hemm provvediment għalih fl-Artikolu 16 għall-ħruġ ta' ordni ta' konfiska

Ġustifikazzjoni

Għal finijiet ta' semplifikazzjoni, jenħtieġ li l-proċeduri għar-rikonoxximent tal-ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska jkunu iktar armonizzati; għalhekk, jenħtieġ li dawn iż-żewġ deċiżjonijiet ikunu akkumpanjati minn ċertifikat (stabbilit fl-Annessi I u II).

Emenda    144

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima M – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn awtorità ċentrali ġiet mogħtija r-responsabbiltà għat-trasmissjoni amministrattiva u r-riċeviment ta' ordnijiet ta' ffriżar fl-Istat emittenti:

L-awtorità ċentrali responsabbli biex tassisti lill-awtoritajiet kompetenti, tirreġistra l-ordnijiet kollha ta' ffriżar trażmessi u rċevuti fil-livell nazzjonali u tissemplifika t-trażmissjoni u r-riċeviment ta' ordnijiet ta' ffriżar skont l-Artikolu 27(2):


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-rapporteur tilqa' l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea, fil-21 ta' Diċembru 2016, ta' sensiela ta' miżuri maħsuba biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tiġġieled il-finanzjament tal-kriminalità organizzata u tat-terroriżmu. It-tliet proposti leġiżlattivi li jinsabu f'dan il-pakkett leġiżlattiv ser jippermettu l-ikkompletar u t-tisħiħ tal-qafas legali tal-UE fl-oqsma tal-ħasil tal-flus, il-movimenti ta' flus kontanti illegali u l-iffriżar u l-konfiska tal-assi, li jikkostitwixxu rispons Ewropew iżjed b'saħħtu u aktar ikkoordinat f'dan il-qasam.

Għaldaqstant ir-rapporteur tilqa' l-proposta mill-Kummissjoni għal regolament dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska. L-iffriżar u l-konfiska tar-rikavati minn attività kriminali huma fost l-aktar mezzi effettivi fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Jenħtieġ li l-flus li jiġu u jmorru għand organizzazzjonijiet kriminali jiġu mblokkati. Strument ta' rikonoxximent reċiproku huwa element fundamentali, minħabba li l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji huwa pedament tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali fl-UE. U dan aktar u aktar ġaladarba r-rapporti ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar deċiżjonijiet qafas eżistenti f'dan il-qasam juru li s-sistema eżistenti mhix effettiva.

L-ewwel nett, l-għażla tal-Kummissjoni tal-forma ta' Regolament għal dan l-istrument ta' rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska hija, skont ir-Rapporteur, waħda mill-fatturi ewlenin tal-proposta tagħha. Regolament bla dubju jipprovdi aktar ċarezza u ċertezza legali, jelimina l-problemi ta' traspożizzjoni fis-sistemi nazzjonali, u b'hekk jippermetti li l-infurzar tal-ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska jsiru b'mod aktar rapidu u effettiv. Għaldaqstant, din hija l-aktar forma xierqa u effettiva għal tali strument ta' rikonoxximent reċiproku.

It-tieni kwistjoni ewlenija fil-kuntest ta' dan ir-Regolament hija l-importanza tar-rispett għad-drittijiet fundamentali u għall-garanziji proċedurali. Għaldaqstant, ir-Rapporteur tipproponi l-inklużjoni ta' klawżola ta' nuqqas ta' rikonoxximent u ta' nuqqas ta' infurzar għall-ordnijiet ta' ffriżar jew ta' konfiska minħabba n-nuqqas ta' rispett għad-drittijiet fundamentali – rekwiżit li l-Parlament Ewropew ilu jappoġġa għal bosta snin. Qiegħed jiġi ssuġġerit ukoll li l-biċċa l-kbira tar-raġunijiet għan-nuqqas ta' rikonoxximent u għan-nuqqas ta' infurzar isiru obbligatorji. Fl-aħħar nett, ir-rapporteur qiegħda tipproponi li jiżdiedu jew jissaħħu d-dispożizzjonijiet dwar il-garanziji proċedurali. Dawn ser jikkonċernaw id-dritt għal rimedju effettiv għal dawk kollha kkonċernati kif ukoll id-dritt tagħhom għall-informazzjoni, u d-drittijiet proċedurali ta' persuni terzi li jistgħu jiġu affettwati minn tali ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska.

Fil-ħidma tagħha fuq din il-proposta tal-Kummissjoni, ir-rapporteur għaldaqstant kellha l-objettivi tas-semplifikazzjoni u ċ-ċarezza. F'dan is-sens, huwa partikolarment xieraq li jiġu ċċarati ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, li l-proċeduri u l-arranġamenti għar-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska jiġu allinjati u l-armonizzazzjoni tal-istrument il-ġdid mal-istrumenti leġiżlattivi Ewropej oħra diġà eżistenti f'dan il-qasam.

Huwa essenzjali li l-proċeduri ta' rikonoxximent għall-ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska ta' assi u rikavat mill-kriminalità jitħaffu u jsiru aktar effettivi permezz ta': proċeduri ffaċilitati għat-trażmissjonijiet tal-ordnijiet; rwol imsaħħaħ għall-awtoritajiet ċentrali nazzjonali, li r-rwol tagħhom ta' appoġġ huwa importanti; u skadenzi aktar stretti sabiex l-awtoritajiet jikkomunikaw bejniethom, jiddeċiedu jekk iwettqux (jew le) l-ordnijiet trażmessi mill-istati emittenti u jinnotifikaw minnufih li tali deċiżjonijiet ittieħdu u l-ordnijiet ġew eżegwiti. Dawn huma kollha dispożizzjonijiet li r-rapporteur tixtieq tara li jissaħħu.

Fl-aħħar nett, huwa importanti li ssir promozzjoni, fil-livell Ewropew u fl-Istati Membri, tal-aħjar ġestjoni possibbli tal-assi ffriżati u kkonfiskati u l-użu mill-ġdid tagħhom għal finijiet soċjali, għall-kumpens tal-vittmi, il-familji tal-vittmi, u l-impriżi li jkunu sfaw vittmi tal-kriminalità organizzata, jew għall-fini tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (8.11.2017)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska

(COM(2016)0819 – C8-0002/2017 – 2016/0412(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Fulvio Martusciello

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, diversi atti legali tal-Unjoni dwar is-swieq finanzjarji jipprovdu għal ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska bħala sanzjonijiet għall-istituzzjonijiet finanzjarji. Il-kooperazzjoni transfruntiera effettiva tal-qrati kriminali u bejn awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra hija kruċjali għall-istabilità, u l-fiduċja fis-sistema finanzjarja tal-Unjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Billi r-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska fl-Unjoni huwa pass importanti fil-ġlieda kontra l-kriminalità, ammont konsiderevoli ta' assi qed jinżammu f'pajjiżi terzi barra mill-Unjoni, mingħajr ma jiġu rappurtati jew intaxxati. L-introduzzjoni ta' pjan komprensiv li jiskoraġġixxi trasferimenti ta' assi lejn pajjiżi terzi u l-fatt li jinstab mod effettiv biex jiġu rkuprati jirrappreżenta pass kbir 'il quddiem.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Huwa importanti li jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku u l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska ta' proprjetà billi jiġu stabbiliti regoli li jobbligaw lil Stat Membru jirrikonoxxi u jeżegwixxi fit-territorju tiegħu ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska maħruġa minn Stat Membru ieħor fil-qafas tal-proċedimenti kriminali.

(12)  Huwa importanti li jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku u l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska ta' proprjetà billi jiġu stabbiliti regoli li jobbligaw lil Stat Membru jirrikonoxxi u jeżegwixxi fit-territorju tiegħu ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska maħruġa minn Stat Membru ieħor fil-qafas tal-proċedimenti kriminali, ċivili u amministrattivi.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament għandu japplika għall-ordnijiet kollha ta' konfiska imposti minn qorti b'segwitu għal proċedimenti fir-rigward ta' reat kriminali u għall-ordnijiet kollha ta' ffriżar maħruġa fid-dawl tal-possibbiltà ta' konfiska sussegwenti. Għalhekk jenħtieġ li dan ikopri t-tipi kollha ta' ordnijiet koperti mid-Direttiva 2014/42/UE, kif ukoll tipi oħrajn ta' ordnijiet maħruġa mingħajr kundanna definittiva fi ħdan il-qafas tal-proċedimenti kriminali. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx japplika għal ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska maħruġa fil-qafas tal-proċedimenti ċivili jew amministrattivi.

(13)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-ordnijiet kollha ta' konfiska imposti minn qorti jew minn awtorità kompetenti b'segwitu għal proċedimenti fir-rigward ta' reat kriminali, ċivili jew amministrattiv u għall-ordnijiet kollha ta' ffriżar maħruġa fid-dawl tal-possibbiltà ta' konfiska sussegwenti. Għalhekk jenħtieġ li dan ikopri t-tipi kollha ta' ordnijiet koperti mid-Direttiva 2014/42/UE, kif ukoll tipi oħrajn ta' ordnijiet maħruġa mingħajr kundanna definittiva fi ħdan il-qafas tal-proċedimenti kriminali, ċivili u amministrattivi.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament għandu jkopri ordnijiet ta' konfiska u ta' ffriżar relatati ma' reati koperti mid-Direttiva 2014/42/UE, kif ukoll ordnijiet relatati ma' reati oħrajn. Għaldaqstant, ir-reati ma għandhomx ikunu limitati għall-oqsma ta' attività kriminali partikolarment gravi b'dimensjoni transfruntiera, peress li l-Artikolu 82 tat-TFUE ma jimponix tali limitazzjoni għal miżuri li jistabbilixxu regoli u proċeduri biex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali.

(14)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikopri ordnijiet ta' konfiska u ta' ffriżar relatati ma' reati koperti mid-Direttiva 2014/42/UE, kif ukoll ordnijiet relatati ma' reati oħrajn. Għaldaqstant, ir-reati ma għandhomx ikunu limitati għall-oqsma ta' attivitajiet kriminali partikolarment gravi b'dimensjoni transfruntiera, peress li l-Artikolu 82 tat-TFUE ma jimponix tali limitazzjoni għal miżuri li jistabbilixxu regoli u proċeduri biex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali. Frodi tat-taxxa, frodi tat-taxxa aggravata u evażjoni tat-taxxa, pereżempju, jikkostitwixxu b'mod partikolari reati transfruntiera serji li għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' reati koperti minn dan ir-Regolament. Madankollu, minħabba li f'ċertu Stati Membri tali reati mhumiex punibbli b'sentenza ta' kustodja ta' massimu ta' mill-inqas tliet snin, l-ammont massimu ta' kustodja għandu jitnaqqas għal sentejn għal dawk ir-reati speċifiċi.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat b'kunsiderazzjoni għad-Direttivi 2010/64/EU30, 2012/13/EU31, 2013/48/EU32, 2016/34333, 2016/80034 u 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, li jikkonċernaw drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali.

(18)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat b'kunsiderazzjoni għad-Direttivi 2010/64/EU30, 2012/13/EU31, 2013/48/EU32, 2016/34333, 2016/80034 u 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, li jikkonċernaw drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali, u atti legali tal-Unjoni dwar is-swieq finanzjarji. Fejn konfiski mingħajr kundanna jikkostitwixxu konfiski preventivi b'segwitu għal proċedimenti b'rabta ma' attivitajiet kriminali, huwa ferm importanti li jkun żgurat li jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet stretti: konfiski li ma jkunux ibbażati fuq kundanna jenħtieġ li jkunu imposti biss kontra lista finita ta' miri possibbli identifikati mil-liġi, bħal persuni ssuspettati fuq kriminalità organizzata jew terroriżmu; il-prosekuzzjoni se jkollha tagħti prova li l-provenjenza tal-proprjetà ma tistax tiġi ġġustifikata u li l-proprjetà li għandha tiġi konfiskata hija jew sproporzjonata fir-rigward tad-dħul iddikjarat jew tal-attività mwettqa jew hija ta' oriġini illeċita jew ir-riżultat ta' investiment mill-ġdid ta' rikavati minn attività kriminali; u għandhom ikunu fis-seħħ salvagwardji proċedurali effettivi sabiex jiġi żgurat li l-miri ta' konfiski mhux ibbażati fuq kundanna kriminali jkollhom id-dritt għal proċess ġust u d-dritt għal rimedju effettiv u li l-preżunzjoni ta' innoċenza tagħhom tiġi rispettata.

__________________

__________________

30 Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1).

30 Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1).

31 Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1).

31 Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1).

32 Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma' partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1).

32 Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma' partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1).

33 Id-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta' ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 1).

33 Id-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta' ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 1).

34 Id-Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma ssuspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 1).

34 Id-Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma ssuspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 1).

35 Id-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew (ĠU L 297, 4.11.2016, p.1).

35 Id-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew (ĠU L 297, 4.11.2016, p.1).

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li taħthom Stat Membru għandu jirrikonoxxi u jwettaq fit-territorju tiegħu ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska maħruġa minn Stat Membru ieħor fil-qafas tal-proċedimenti kriminali.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li taħthom Stat Membru għandu jirrikonoxxi u jwettaq fit-territorju tiegħu ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska maħruġa minn Stat Membru ieħor fil-qafas tal-proċedimenti kriminali, ċivili u amministrattivi.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu  2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "ordni ta' konfiska" tfisser penali jew miżura finali imposta minn qorti b'segwitu għal proċedimenti fir-rigward ta' reat kriminali, li tirriżulta fl-ipprivar definittiv ta' proprjetà minn persuna fiżika jew ġuridika;

(1)  "ordni ta' konfiska" tfisser penali jew miżura finali imposta minn qorti jew awtorità kompetenti b'segwitu għal proċedimenti fir-rigward ta' reat kriminali, ċivili jew amministrattiv, li tirriżulta fl-ipprivar definittiv ta' proprjetà minn persuna fiżika jew ġuridika;

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "rikavat" tfisser kwalunkwe vantaġġ ekonomiku li jirriżulta, direttament jew indirettament, minn reat kriminali; dan jista' jikkonsisti minn kwalunkwe forma ta' proprjetà u jinkludi kwalunkwe investiment mill-ġdid jew kwalunkwe trasformazzjoni ta' rikavat dirett u kwalunkwe benefiċċju ta' valur li jsiru sussegwentement;

(4)  "rikavat" tfisser kwalunkwe vantaġġ ekonomiku li jirriżulta, direttament jew indirettament, minn reat kriminali, ċivili jew amministrattiv; dan jista' jikkonsisti minn kwalunkwe forma ta' proprjetà u jinkludi kwalunkwe investiment mill-ġdid jew kwalunkwe trasformazzjoni ta' rikavat dirett u kwalunkwe benefiċċju ta' valur li jsiru sussegwentement;

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  "mezzi strumentali" tfisser kwalunkwe proprjetà użata jew maħsuba biex tintuża, bi kwalunkwe mod, kompletament jew parzjalment, biex jitwettaq reat kriminali jew reati kriminali;

(5)  "mezzi strumentali" tfisser kwalunkwe proprjetà użata jew maħsuba biex tintuża, bi kwalunkwe mod, kompletament jew parzjalment, biex jitwettaq reat kriminali, ċivili jew amministrattiv;

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "Stat emittenti" tfisser l-Istat Membru li fih ħarġet ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska fil-qafas ta' proċedimenti kriminali;

(6)  "Stat emittenti" tfisser l-Istat Membru li fih ħarġet ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska fil-qafas ta' proċedimenti kriminali, ċivili u amministrattivi;

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kif definit mill-Istat emittenti li għandha l-kompetenza fi proċedimenti kriminali biex tordna l-iffriżar ta' proprjetà jew li teżegwixxi ordni ta' ffriżar skont il-liġi nazzjonali. Barra minn hekk, qabel ma tiġi trażmessa lill-awtorità ta' eżekuzzjoni, l-ordni ta' ffriżar għandha tiġi vvalidata, wara l-eżaminazzjoni tal-konformità tagħha mal-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' tali ordni taħt dan ir-Regolament, partikolarment il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1), minn imħallef, qorti, imħallef inkwirenti jew prosekutur pubbliku fl-Istat emittenti. Fejn l-ordni tkun ġiet ivvalidata minn tali awtorità, dik l-awtorità tista' titqies ukoll bħala awtorità emittenti għall-finijiet tat-trażmissjoni tal-ordni;

(2)  kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kif definit mill-Istat emittenti li għandha l-kompetenza fi proċedimenti kriminali, ċivili u amministrattivi biex tordna l-iffriżar ta' proprjetà jew li teżegwixxi ordni ta' ffriżar skont il-liġi nazzjonali. Barra minn hekk, qabel ma tiġi trażmessa lill-awtorità ta' eżekuzzjoni, l-ordni ta' ffriżar għandha tiġi vvalidata, wara l-eżaminazzjoni tal-konformità tagħha mal-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' tali ordni taħt dan ir-Regolament, partikolarment il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1), minn imħallef, qorti, imħallef inkwirenti jew prosekutur pubbliku fl-Istat emittenti. Fejn l-ordni tkun ġiet ivvalidata minn tali awtorità, dik l-awtorità tista' titqies ukoll bħala awtorità emittenti għall-finijiet tat-trażmissjoni tal-ordni;

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fir-rigward ta' ordni ta' konfiska, awtorità kompetenti kif definit mill-Istat emittenti li, fi proċedimenti kriminali, għandha l-kompetenza li tinforza ordni ta' konfiska maħruġa minn qorti skont il-liġi nazzjonali;

(b)  fir-rigward ta' ordni ta' konfiska, awtorità kompetenti kif definita mill-Istat emittenti li, fi proċedimenti kriminali, ċivili jew amministrattivi, għandha l-kompetenza li tinforza ordni ta' konfiska maħruġa minn qorti skont il-liġi nazzjonali;

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  attività kriminali relatata mal-informatika,

–  ċiberkriminalità;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  razziżmu u ksenofobija,

-  razziżmu, ksenofobija u antisemitiżmu,

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  abbuż tas-suq,

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 21b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  manipulazzjoni tal-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u f'kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment,

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 21c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  manipulazzjoni tas-swieq fi strumenti finanzjarji,

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska għandha tagħti lok għal eżekuzzjoni mingħajr verifika tal-kriminalità doppja tal-aġir jekk l-aġir li ta lok għall-ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska jikkostitwixxi wieħed jew aktar mir-reati li ġejjin, kif definit mil-liġi tal-Istat emittenti, u huwa punibbli fl-Istat emittenti b'sentenza ta' kustodja ta' massimu ta' mill-inqas sentejn:

 

  frodi tat-taxxa,

 

  frodi tat-taxxa aggravata,

 

  evażjoni tat-taxxa.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 37 dwar l-aġġornament regolari tal-lista ta' reati fil-paragrafu 1.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  jekk, f'każ imsemmi fl-Artikolu 3(2), il-kondotta li fuqha tkun ibbażata l-ordni ta' konfiska ma tikkostitwixxix reat taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni; madankollu, fir-rigward ta' taxxi jew dazji, dazji doganali u kambju, l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska ma tistax tiġi rifjutata għar-raġuni li l-liġi fl-Istat ta' eżekuzzjoni ma timponix l-istess xorta ta' taxxa jew dazju jew ma fihiex l-istess tip ta' regoli għal dak li għandu x'jaqsam ma' taxxi, dazji, dazji doganali u regolamenti ta' kambju bħal-liġi tal-Istat emittenti;

(f)  jekk, f'każ imsemmi fl-Artikolu 3(2), il-kondotta li fuqha tkun ibbażata l-ordni ta' konfiska ma tikkostitwixxix reat taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni; madankollu, fir-rigward ta' taxxi jew dazji, dazji doganali u kambju, l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska ma tistax tiġi rifjutata għar-raġuni li l-liġi fl-Istat ta' eżekuzzjoni ma timponix l-istess xorta ta' taxxa jew dazju jew ma fihiex l-istess tip ta' regoli jew reati għal dak li għandu x'jaqsam ma' taxxi, dazji, dazji doganali u regolamenti ta' kambju bħal-liġi tal-Istat emittenti;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, qabel tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix jew ma twettaqx l-ordni ta' konfiska, kompletament jew parzjalment, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tikkonsulta mal-awtorità emittenti, bi kwalunkwe mezz xieraq, u għandha, meta jkun il-każ, titlob biex l-awtorità emittenti tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mingħajr dewmien.

2.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, qabel tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix jew ma twettaqx l-ordni ta' konfiska, kompletament jew parzjalment, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tikkonsulta mal-awtorità emittenti, bi kwalunkwe mezz xieraq li jkun jista' jipproduċi rekord bil-miktub, u għandha, meta jkun il-każ, titlob biex l-awtorità emittenti tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mingħajr dewmien.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Madankollu, dan il-punt għandu japplika biss meta dan il-mandat ikollu l-prijorità fuq mandati oħra sussegwenti għall-iffriżar fi proċedimenti kriminali skont il-liġijiet nazzjonali.

(4)  Madankollu, dan il-punt għandu japplika biss meta dan il-mandat ikollu l-prijorità fuq mandati oħra sussegwenti għall-iffriżar fi proċedimenti kriminali, ċivili jew amministrattivi skont il-liġijiet nazzjonali.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istat ta' eżekuzzjoni għandu jamministra l-proprjetà ffriżata jew ikkonfiskata bil-ħsieb li jiġi evitat id-deprezzament tagħha fil-valur, u skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/42/UE.

1.  L-Istat ta' eżekuzzjoni għandu jamministra l-proprjetà ffriżata jew ikkonfiskata bil-ħsieb li jiġi evitat id-deprezzament tagħha fil-valur, u skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/42/UE. Valutazzjoni xierqa tal-merkanzija kollha kkonfiskata għandha titwettaq mill-Istat Membru ta' eżekuzzjoni. Sabiex tiġi garantita s-sigurtà ta' assi soġġetti għal qbid jew konfiska, l-awtorità ġudizzjarja tista' tuża professjonisti legali fdati b'funzjonijiet pubbliċi, bħan-nutara.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk l-ammont miksub mill-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska huwa aktar minn EUR 10 000, 50 % tal-ammont għandu jiġi ttrasferit mill-Istat ta' eżekuzzjoni lill-Istat emittenti.

(b)  jekk l-ammont miksub mill-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska huwa aktar minn EUR 10 000, 75 % tal-ammont għandu jiġi ttrasferit mill-Istat ta' eżekuzzjoni lill-Istat emittenti, bi tnaqqis tal-ispejjeż tal-eżekuzzjoni tal-ordni tal-konfiska mingħajr ma jinqabżu l-50 % tal-ammont.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew b'kumpilazzjoni tal-istatistika miġbura u akkumpanjat b'analiżi komparattiva.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Sa ... [sena mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta valutazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-istatistika li tirrigwarda, u l-impatt ta', ordnijiet ta' konfiska preventiva u l-konsegwenzi fuq il-kooperazzjoni transfruntiera fil-każ tal-estensjoni ta' tali ordnijiet għall-Istati Membri kollha.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima H – punt 3 – inċiż 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  attività kriminali relatata mal-informatika,

–  ċiberkriminalità;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima H – punt 3 – inċiż 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  razziżmu u ksenofobija

  razziżmu, ksenofobija u antisemitiżmu

Emenda    30

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima H – punt 3 – inċiż 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  abbuż tas-suq,

Emenda    31

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima H – punt 3 – inċiż 21b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  manipulazzjoni tal-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u f'kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment,

Emenda    32

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima H – punt 3 – inċiż 21c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  manipulazzjoni tas-swieq fi strumenti finanzjarji,

Emenda    33

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima H – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Ir-reat li għalih inħarġet l-ordni ta' konfiska huwa punibbli fl-Istat emittenti b'sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni ta' massimu ta' mill-inqas sentejn kif definit mil-liġi tal-Istat emittenti u inkluż fil-lista ta' reati li tinsab hawn taħt? (jekk jogħġbok immarka l-kaxxa rilevanti)

 

-  frodi tat-taxxa,

 

-  frodi tat-taxxa aggravata,

 

-  evażjoni tat-taxxa.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Ir-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska

Referenzi

COM(2016)0819 – C8-0002/2017 – 2016/0412(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

13.2.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

13.2.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Fulvio Martusciello

11.4.2017

Eżami fil-kumitat

4.9.2017

9.10.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

6.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Wajid Khan, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Anne Sander, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, Mady Delvaux, Eva Joly, Jan Keller, Alain Lamassoure, Thomas Mann, Miguel Urbán Crespo, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Durand, Maria Heubuch, Carlos Iturgaiz, Gabriele Preuß

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Petr Ježek, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Miguel Urbán Crespo

PPE

Esther de Lange, Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Carlos Iturgaiz, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Werner Langen, Thomas Mann, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Anne Sander, Theodor Dumitru Stolojan

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Mady Delvaux, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Jan Keller, Wajid Khan, Olle Ludvigsson, Gabriele Preuß, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang

VERTS/ALE

Pascal Durand, Maria Heubuch, Eva Joly, Molly Scott Cato

1

-

ENF

Bernard Monot

2

0

ECR

Bernd Lucke, Kay Swinburne

Key to symbols:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (6.12.2017)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska

(COM(2016)0819 – C8-0002/2017 – 2016/0412(COD))

Rapporteur għal opinjoni:Pavel Svoboda

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Skont l-aħħar riċerki, is-swieq illeċiti fl-Unjoni Ewropea jiġġeneraw madwar EUR 110 biljun, jiġifieri madwar 1% tal-PDG tal-UE fl-2010. Għaldaqstant it-tneħħija tal-profitt mill-attività kriminali u l-iżgurar li "l-kriminalità ma tħallix qligħ" jikkostitwixxu mekkaniżmu effettiv ħafna fil-ġlieda kontra l-kriminalità. Il-qbid tal-assi ġġenerati minn attivitajiet kriminali għandu l-għan li jipprevjeni u jiġġieled il-kriminalità, inkluża l-kriminalità organizzata, jagħti kumpens lill-vittmi u jipprovdi fondi addizzjonali biex jerġa' jsir investiment fl-attivitajiet ta' infurzar tal-liġi jew f'inizjattivi oħra relatati mal-prevenzjoni tal-kriminalità.

Madankollu, u għalkemm l-istatistika eżistenti hija limitata, l-ammont ta' flus li attwalment qed jiġi rkuprat minn rikavat tal-kriminalità fl-UE huwa biss proporzjon żgħir: 98.9% tal-profitti kriminali stmati ma jiġux ikkonfiskati u jibqgħu għad-dispożizzjoni tal-kriminali. Reġim ta' rkupru tal-assi li jiffunzjona huwa prerekwiżit jekk aktar assi kriminali jridu jiġu maqbuda. Dan jinkludi qafas ta' rikonoxximent reċiproku effiċjenti għal ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  L-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi ta' strumenti u r-rikavat minn attività kriminali huma fost l-aktar mezzi effettivi fil-ġlieda kontra l-kriminalità. L-Unjoni Ewropea hija impenjata li tiżgura b'mod aktar effettiv l-identifikazzjoni, il-konfiska u l-użu mill-ġdid ta' assi kriminali24.

(3)  L-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali huma fost l-aktar mezzi effettivi fil-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ksur tal-liġi, b'mod partikolari minn kriminali organizzati, u t-terroriżmu, peress li jċaħħdu lill-kriminali mir-rikavat tal-attivitajiet illegali tagħhom u lit-terroristi mill-organizzazzjoni ta' attakk. L-Unjoni Ewropea hija impenjata li tiżgura b'mod aktar effettiv l-identifikazzjoni, il-konfiska u l-użu mill-ġdid ta' assi kriminali24. Assi kriminali konfiskati jistgħu jiġu ridirezzjonati fl-infurzar tal-liġi, il-prevenzjoni tal-kriminalità jew il-kumpens tal-vittmi.

_________________

_________________

24 "Il-Programm ta' Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini", ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

24 "Il-Programm ta' Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini", ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Peress li l-attività kriminali ta' spiss hija transnazzjonali fin-natura, il-kooperazzjoni transfruntiera effettiva hija essenzjali sabiex jinqabdu u jiġu kkonfiskati r-rikavat u l-mezzi strumentali tal-kriminalità.

(4)  Peress li l-attività kriminali ta' spiss hija transnazzjonali fin-natura, il-kooperazzjoni transfruntiera effettiva hija essenzjali sabiex jinqabdu u jiġu kkonfiskati r-rikavat u l-mezzi strumentali tal-kriminalità. It-titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jinkiseb permezz ta' miżuri deċiżivi, rapidi u koerenti għall-modernizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-atti leġali tal-Unjoni rilevanti.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Il-ħasil tar-rikavat illegali tad-delitti mwettqa minn organizzazzjonijiet kriminali jsir fuq skala kbira billi dan ir-rikavat jiġi investit fl-ekonomija legali fl-Ewropa u tali kapital, ladarba investit mill-ġdid fl-ekonomija regolari, jikkostitwixxi theddida serja għall-intrapriża u l-kompetizzjoni ħielsa, peress li għandu impatt ta' distorsjoni serju;

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus jikkostitwixxu theddida serja għall-ekonomija tal-Unjoni, pereżempju billi jnaqqsu b'mod sinifikanti d-dħul mit-taxxa tal-Istati Membri u tal-UE kollha, kif ukoll għall-obbligu ta' rendikont tal-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni peress li l-organizzazzjonijiet kriminali joperaw f'bosta setturi, li ħafna minnhom huma suġġetti għall-kontroll tal-gvern.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku effettiv ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska, jenħtieġ li r-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' dawn l-ordnijiet jiġu stabbiliti minn att legali tal-Unjoni legalment vinkolanti u direttament applikabbli.

(11)  Sabiex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku effettiv ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska, jenħtieġ li r-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' dawn l-ordnijiet jiġu stabbiliti minn att legali tal-Unjoni li jkun legalment vinkolanti u direttament applikabbli f'kamp usa' minn dak ta' atti ġuridiċi oħra s'issa u jkun fih dispożizzjonijiet ċari għall-ordni tal-iffriżar u l-konfiska tal-assi. Strument wieħed għar-rikonoxximent reċiproku kemm tal-ordni ta' ffriżar kif ukoll tal-ordni ta' konfiska li jkun fih ċertifikat u formola standard, flimkien mar-regoli u l-iskadenzi applikabbli, se jiżgura li l-ordnijiet jiġu rikonoxxuti u eżegwiti mingħajr dewmien fl-Unjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Huwa importanti li jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku u l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska ta' proprjetà billi jiġu stabbiliti regoli li jobbligaw lil Stat Membru jirrikonoxxi u jeżegwixxi fit-territorju tiegħu ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska maħruġa minn Stat Membru ieħor fil-qafas tal-proċedimenti kriminali.

(12)  Huwa importanti li jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku u l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska ta' proprjetà billi jiġu stabbiliti regoli li jobbligaw lil Stat Membru, mingħajr dewmien indebitu jew formalitajiet addizzjonali, jirrikonoxxi u jeżegwixxi fit-territorju tiegħu ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska maħruġa minn Stat Membru ieħor fil-qafas tal-proċedimenti kriminali.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Dan ir-Regolament ma għandux l-effett li jimmodifika l-obbligu għar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tat-TUE.

(16)  Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu għar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tat-TUE.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) u fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (il-KEDB). Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat skont dawk id-drittijiet u prinċipji.

(17)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u proċedurali u josserva l-prinċipji rilevanti rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) u fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (il-KEDB). Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat skont dawk id-drittijiet u prinċipji.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat b'kunsiderazzjoni għad-Direttivi 2010/64/UE30, 2012/13/UE31, 2013/48/UE32, 2016/34333, 2016/80034 u 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, li jikkonċernaw drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali.

(18)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat b'mod konformi mad-Direttivi 2010/64/UE30 , 2012/13/UE31 , 2013/48/UE32 , 2016/34333, 2016/80034 u 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, li jikkonċernaw drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali.

_________________

_________________

30 Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1).

30 Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1).

31 Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1).

31 Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1).

32 Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma' partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1).

32 Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma' partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1).

33 Id-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta' ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 1).

33 Id-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta' ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 1).

34 Id-Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma ssuspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 1).

34 Id-Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma ssuspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 1).

35 Id-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew (ĠU L 297, 4.11.2016, p. 1).

35 Id-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew (ĠU L 297, 4.11.2016, p. 1).

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tirrikonoxxi ordni ta' konfiska mingħajr formalità ulterjuri u għandha tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tagħha. Hu meħtieġ li d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska tittieħed u l-konfiska titwettaq bl-istess rapidità u prijorità bħal fir-rigward ta' każ domestiku simili. Hu meħtieġ li jiġu stabbiliti limiti ta' żmien sabiex tiġi żgurata deċiżjoni u eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska rapidi u effiċjenti.

(22)  Jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tirrikonoxxi ordni ta' konfiska mingħajr formalitajiet ulterjuri jew dewmien indebitu u tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tiegħu. Jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska tittieħed mingħajr dewmien indebitu u l-konfiska titwettaq bl-istess veloċità u prijorità bħal fir-rigward ta' każ nazzjonali simili. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-limiti ta' żmien sa meta l-istadji differenti tal-proċedura jridu jitlestew biex jiġu żgurati deċiżjoni u eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska rapidi u effiċjenti.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tirrikonoxxi ordni ta' ffriżar mingħajr formalitajiet ulterjuri u li tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tagħha b'mod immedjat. Jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar tittieħed u l-iffriżar jitwettaq bl-istess rapidità u prijorità bħal fir-rigward ta' każ domestiku simili. Għandhom jiġu stabbiliti limiti ta' żmien sabiex jiġu żgurati deċiżjoni u eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar rapidi u effiċjenti.

(24)  Jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tirrikonoxxi ordni ta' ffriżar mingħajr formalitajiet ulterjuri jew dewmien indebitu u tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tiegħu. Jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar tittieħed mingħajr dewmien indebitu u l-iffriżar jitwettaq bl-istess veloċità u prijorità bħal fir-rigward ta' każ nazzjonali simili. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-limiti ta' żmien stretti sa meta l-istadji differenti tal-proċedura jridu jitlestew biex jiġu żgurati deċiżjoni u eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar rapidi u effiċjenti.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Jenħtieġ li r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew ta' ordni ta' konfiska ma jiġux irrifjutati fuq raġunijiet differenti minn dawk iddikjarati f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, għandu jkun possibbli għall-awtorità ta' eżekuzzjoni li ma tirrikonoxxix u ma teżegwix ordni ta' konfiska abbażi tal-prinċipju ne bis in idem, tad-drittijiet ta' kwalunkwe parti interessata, jew tad-dritt li persuna tkun preżenti waqt il-proċess.

(26)  Ir-rifjut tar-rikonoxximent u tal-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska jenħtieġ li jkun possibbli biss għar-raġunijiet imsemmija f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix u ma teżegwix ordni ta' konfiska abbażi tal-prinċipju ne bis in idem, tad-drittijiet ta' kwalunkwe parti interessata, jew tad-dritt li persuna tkun preżenti waqt il-proċess.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Qabel ma tittieħed deċiżjoni għall-applikazzjoni ta' raġuni fir-rigward tan-nuqqas ta' rikonoxximent u n-nuqqas ta' eżekuzzjoni, jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tikkonsulta mal-awtorità emittenti, sabiex tikseb kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

(27)  Qabel ma tittieħed deċiżjoni għall-applikazzjoni ta' raġuni fir-rigward tan-nuqqas ta' rikonoxximent u n-nuqqas ta' eżekuzzjoni, jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tikkonsulta mal-awtorità emittenti mingħajr dewmien indebitu, sabiex tikseb kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Jenħtieġ li l-awtorità emittenti tiġi nnotifikata mingħajr dewmien dwar l-impossibbiltà tat-twettiq tal-ordni. Din l-impossibbiltà tista' tirriżulta minħabba li l-proprjetà tkun diġà ġiet konfiskata, tkun sparixxiet, ma tistax tinstab fil-post indikat mill-awtorità emittenti jew il-post fejn tinstab il-proprjetà ma ġiex indikat b'mod preċiż biżżejjed.

(29)  Jenħtieġ li l-awtorità emittenti tiġi nnotifikata mingħajr dewmien indebitu dwar ir-raġunijiet li minħabba fihom l-eżekuzzjoni ta' ordni hija impossibbli. Din l-impossibbiltà tista' tirriżulta minħabba l-fatt li l-proprjetà tkun diġà ġiet konfiskata, tkun sparixxiet, ma tkunx tista' tinstab fil-post indikat mill-awtorità emittenti jew il-post fejn tinstab il-proprjetà ma ġiex indikat b'mod preċiż biżżejjed.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a)  Fejn hemm dubji dwar il-post tal-proprjetà li hija s-suġġett ta' ordni ta' konfiska, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw kull mezz disponibbli biex jidentifikaw il-post korrett ta' dik il-proprjetà, inkluż l-użu tas-sistemi informatiċi kollha disponibbli.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  L-operat prattiku xieraq ta' dan ir-Regolament jippresupponi li jkun hemm komunikazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti involuti, b'mod partikolari f'każijiet ta' eżekuzzjoni simultanja ta' ordni ta' konfiska f'iżjed minn Stat Membru wieħed. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jikkonsultaw ma' xulxin kull meta jkun meħtieġ.

(31)  L-operat prattiku xieraq ta' dan ir-Regolament jippresupponi li jkun hemm komunikazzjoni mill-qrib u l-aqwa kooperazjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti involuti, b'mod partikolari f'każijiet ta' eżekuzzjoni simultanja ta' ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska f'iżjed minn Stat Membru wieħed. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jikkonsultaw ma' xulxin u jirrikorru għat-teknoloġiji moderni ta' komunikazzjoni aċċettati fis-sens tar-regoli proċedurali tal-Istati Membri kkonċernati.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Jenħtieġ li kwalunkwe parti interessata, inklużi partijiet terzi bona fide, jkollha rimedji legali kontra r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska sabiex iżżomm id-drittijiet tagħha, inkluża l-possibbiltà effettiva li tikkontesta l-ordni quddiem qorti jew titlob it-titolu tas-sjieda jew drittijiet ta' proprjetà oħrajn skont id-Direttiva 2014/42/UE. L-azzjoni għandha titressaq quddiem qorti fl-Istat ta' eżekuzzjoni.

(34)  Jenħtieġ li kwalunkwe parti interessata, inklużi partijiet terzi bona fide, ikollha rimedji legali kontra r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska sabiex iżżomm id-drittijiet tagħha, inklużi d-dritt għall-aċċess għall-fajls u l-possibbiltà effettiva li tikkontesta l-ordni quddiem qorti jew tinvoka t-titolu tas-sjieda jew drittijiet ta' proprjetà oħrajn skont id-Direttiva 2014/42/UE. Jenħtieġ li l-azzjoni titressaq quddiem qorti fl-Istat ta' eżekuzzjoni.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li taħthom Stat Membru għandu jirrikonoxxi u jwettaq fit-territorju tiegħu ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska maħruġa minn Stat Membru ieħor fil-qafas tal-proċedimenti kriminali.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-kundizzjonijiet skont liema Stat Membru għandu jirrikonoxxi u jwettaq fit-territorju tiegħu ordni ta' ffriżar jew ta' konfiska maħruġa minn Stat Membru ieħor fil-qafas tal-proċedimenti kriminali.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-Regolament ma għandux ikollu l-effett li jemenda l-obbligu għar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tat-TUE.

2.  Ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu għar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tat-TUE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Kwalunkwe konfiska mhux ibbażata fuq kundanna għandha tirrispetta l-garanziji proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/42/UE.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "proprjetà" tfisser proprjetà ta' kwalunkwe deskrizzjoni, kemm jekk materjali kif ukoll jekk immaterjali, mobbli jew immobbli, u d-dokumenti jew l-istrumenti legali li jixhdu dritt jew interess fi proprjetà bħal din, li l-awtorità emittenti tikkunsidra li:

(3)  "proprjetà" tfisser flus jew assi ta' kwalunkwe tip, kemm jekk materjali kif ukoll jekk immaterjali, mobbli jew immobbli, kif ukoll drittijiet ta' proprjetà limitati u d-dokumenti jew l-istrumenti legali, fi kwalunkwe forma inkluż dik elettronika jew diġitali, li jixhdu s-sjieda jew dritt ieħor ta' tali assi jew interess fihom, li l-awtorità emittenti tikkunsidra li:

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ordni ta' konfiska, jew kopja ċertifikata tagħha, għandha tiġi trażmessa flimkien maċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 7 mill-awtorità emittenti direttament lill-awtorità ta' eżekuzzjoni jew, fejn applikabbli, lill-awtorità ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(2) permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, taħt kundizzjonijiet li jippermettu lill-awtorità ta' eżekuzzjoni li tistabbilixxi l-awtentiċità.

1.  Ordni ta' konfiska, jew kopja ċertifikata tagħha, għandha tiġi trażmessa flimkien maċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 7 mill-awtorità emittenti direttament lill-awtorità ta' eżekuzzjoni jew, fejn applikabbli, lill-awtorità ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(2) permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, taħt kundizzjonijiet li jippermettu lill-awtorità ta' eżekuzzjoni tistabbilixxi l-awtentiċità tagħha.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta japplika l-punt (b), l-awtorità emittenti għandha tinforma kemm jista' jkun malajr lill-awtorità ta' eżekuzzjoni dwar jekk ir-riskju msemmi spiċċax.

Meta japplika l-punt (b), l-awtorità emittenti għandha tinforma lill-awtorità ta' eżekuzzjoni mingħajr dewmien indebitudwar jekk ir-riskju msemmi jkunx baqa' jeżisti.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità emittenti għandha timla ċ-ċertifikat stabbilit fl-Anness I, tiffirmah u tiċċertifika l-kontenut tiegħu bħala preċiż u korrett.

1.  L-awtorità emittenti għandha timla mingħajr dewmien indebitu ċ-ċertifikat stabbilit fl-Anness I, tiffirmah u tiċċertifika l-kontenut tiegħu bħala preċiż u korrett.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità emittenti għandha tittraduċi ċ-ċertifikat f'lingwa uffiċjali tal-Istat ta' eżekuzzjoni jew fi kwalunkwe lingwa oħra indikata mill-Istat Membru skont il-paragrafu 3.

2.  L-awtorità emittenti għandha tittraduċi mingħajr dewmien indebitu ċ-ċertifikat f'lingwa uffiċjali tal-Istat ta' eżekuzzjoni jew fi kwalunkwe lingwa oħra indikata minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 3.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tirrikonoxxi mingħajr aktar formalitajiet ordni ta' konfiska li ġiet trażmessa skont l-Artikolu 4, u għandha tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tagħha bl-istess mod bħal ordni ta' konfiska magħmula minn awtorità tal-Istat ta' eżekuzzjoni, sakemm dik l-awtorità ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet għal nuqqas ta' rikonoxximent u nuqqas ta' eżekuzzjoni previsti fl-Artikolu 9, jew waħda mir-raġunijiet għal posponiment previsti fl-Artikolu 11.

1.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tirrikonoxxi, mingħajr aktar formalitajiet jew dewmien indebitu, ordni ta' konfiska li ġiet trażmessa skont l-Artikolu 4, u għandha tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tagħha bl-istess mod bħal ordni ta' konfiska magħmula minn awtorità tal-Istat ta' eżekuzzjoni, dment li dik l-awtorità ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet għal nuqqas ta' rikonoxximent u nuqqas ta' eżekuzzjoni previsti fl-Artikolu 9, jew waħda mir-raġunijiet għal posponiment previsti fl-Artikolu 11.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha mingħajr dewmien tagħmel rapport lill-awtorità emittenti permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub dwar il-posponiment tal-eżekuzzjoni tal-ordni, inklużi r-raġunijiet għall-posponiment u, jekk possibbli, iż-żmien kemm mistenni jdum il-posponiment.

2.  L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha, mingħajr dewmien, tagħmel rapport lill-awtorità emittenti, permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, dwar il-posponiment tal-eżekuzzjoni tal-ordni, inklużi r-raġunijiet għall-posponiment u, jekk possibbli, iż-żmien previst tal-posponiment. Fil-każ li jsir posponiment skont id-dispożizzjonijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità emittenti għandha, fil-każijiet ta' eżekuzzjonijiet simultanji ta' ordni ta' konfiska f'aktar minn Stat Membru wieħed, toħroġ istruzzjonijiet ġodda dwar l-ammont preċiż ta' flus soġġett għall-konfiska.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

L-obbligu li tinforma lill-partijiet interessati

 

L-awtorità ta' eżekuzzjoni, wara li tkun wettqet l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska, għandha tinnotifika, mingħajr dewmien, id-deċiżjoni tagħha lill-persuna li kontriha tkun inħarġet l-ordni ta' konfiska u lill-partijiet interessati kollha, inklużi l-partijiet terzi bona fide.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tirrikonoxxi ordni ta' ffriżar trażmessa skont l-Artikolu 14 mingħajr aktar formalitajiet, u għandha tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tagħha, sakemm l-awtorità ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet għal nuqqas ta' rikonoxximent jew nuqqas ta' eżekuzzjoni previsti fl-Artikolu 18, jew waħda mir-raġunijiet għal posponiment previsti fl-Artikolu 20.

L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tirrikonoxxi ordni ta' ffriżar trażmessa skont l-Artikolu 14 mingħajr formalitajiet ulterjuri jew dewmien indebitu, u għandha tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tagħha, dment li l-awtorità ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet għal nuqqas ta' rikonoxximent jew nuqqas ta' eżekuzzjoni previsti fl-Artikolu 18, jew waħda mir-raġunijiet għal posponiment previsti fl-Artikolu 20.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 18 - paragrafu 1 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-formola prevista fl-Artikolu 16 ma tkunx kompleta jew b'mod evidenti tkun żbaljata, u ma tkunx tlestiet wara l-konsultazzjoni skont il-paragrafu 2;

(a)  il-formola prevista fl-Artikolu 16 ma tkunx ġiet tradotta f'lingwa uffiċjali tal-Istat ta' eżekuzzjoni jew ma tkunx kompleta jew tkun żbaljata b'mod manifest u ma tkunx tlestiet wara l-konsultazzjoni skont il-paragrafu 2;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22, wara l-eżekuzzjoni, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-persuna li kontriha nħarġet ordni ta' ffriżar u lil kwalunkwe parti interessata, inklużi partijiet terzi bona fede li bihom tkun ġiet informata l-awtorità ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 14(6).

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22, wara l-eżekuzzjoni, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-persuna li kontriha nħarġet ordni ta' ffriżar u lil kwalunkwe parti interessata, inklużi partijiet terzi bona fede li bihom tkun ġiet informata l-awtorità ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 14(6).

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  In-notifika għandha tinkludi informazzjoni, għall-inqas fil-qosor, dwar ir-raġunijiet tal-ordni ta' ffriżar, dwar l-awtorità li ħarġet l-ordni u dwar ir-rimedji legali eżistenti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

2.  In-notifika għandha tinkludi informazzjoni suffiċjenti u li tinftiehem dwar ir-raġunijiet għall-ordni ta' ffriżar, dwar l-awtorità li tkun ħarġet l-ordni u dwar ir-rimedji legali eżistenti fil-liġi nazzjonali tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sabiex jiġu salvagwardjati investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin, l-awtorità emittenti tista' titlob lill-awtorità ta' eżekuzzjoni sabiex iżżomm l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar kunfidenzjali għal perjodu limitat ta' żmien.

3.  Sabiex jiġu salvagwardjati investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin, l-awtorità emittenti tista' titlob lill-awtorità ta' eżekuzzjoni sabiex iżżomm l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar kunfidenzjali għal perjodu limitat ta' żmien. L-awtorità emittenti għandha tinforma lill-awtorità ta' eżekuzzjoni meta r-raġunijiet għall-kunfidenzjalità tal-ordni ta' ffriżar ma jibqgħux japplikaw.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn meħtieġ, l-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandhom jikkonsultaw ma' xulxin, bi kwalunkwe mezz xieraq, sabiex jassiguraw l-applikazzjoni effiċjenti ta' dan ir-Regolament.

1.  Fejn meħtieġ, l-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandhom jikkonsultaw ma' xulxin, bi kwalunkwe mezz xieraq, inkluż permezz tat-teknoloġiji moderni ta' komunikazzjoni, sabiex jiżguraw l-applikazzjoni effiċjenti ta' dan ir-Regolament.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk l-ammont miksub mill-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska huwa aktar minn EUR 10 000, 50 % tal-ammont għandu jiġi ttrasferit mill-Istat ta' eżekuzzjoni lill-Istat emittenti.

(b)  jekk l-ammont miksub mill-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska huwa aktar minn EUR 10 000, 70 % tal-ammont għandu jiġi ttrasferit mill-Istat ta' eżekuzzjoni lill-Istat emittenti.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Ir-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska

Referenzi

COM(2016)0819 – C8-0002/2017 – 2016/0412(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

13.2.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

13.2.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Pavel Svoboda

2.2.2017

Eżami fil-kumitat

19.6.2017

7.9.2017

10.10.2017

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Jiří Maštálka, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Daniel Buda, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Flack, Emma McClarkin

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

24

+

ALDE

ECR

EFDD

ENF

GUE/NGL

PPE

S&D

VERTS/ALE

Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto

John Flack, Emma McClarkin

Isabella Adinolfi, Joëlle Bergeron

Marie-Christine Boutonnet, Gilles Lebreton

Jiří Maštálka

Daniel Buda, Rosa Estaràs Ferragut, Emil Radev, Pavel Svoboda, József Szájer, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Mady Delvaux, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner, Tiemo Wölken

Max Andersson, Julia Reda

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ir-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska

Referenzi

COM(2016)0819 – C8-0002/2017 – 2016/0412(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

22.12.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

13.2.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

13.2.2017

JURI

13.2.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Nathalie Griesbeck

9.3.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

30.3.2017

11.10.2017

21.11.2017

 

Data tal-adozzjoni

11.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Frank Engel, Cornelia Ernst, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Eva Joly, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Louis Michel, Ivari Padar, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Bodil Valero, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Kostas Chrysogonos, Ignazio Corrao, Anna Hedh, Miltiadis Kyrkos, Jeroen Lenaers, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Emilian Pavel, Salvatore Domenico Pogliese, Barbara Spinelli, Jaromír Štětina, Josep-Maria Terricabras, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Bocskor, Morten Løkkegaard, Georg Mayer, Julia Pitera

Data tat-tressiq

12.1.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

47

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Morten Løkkegaard, Louis Michel, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

ECR

Jussi Halla-aho, Monica Macovei, Helga Stevens

EFDD

Ignazio Corrao, Kristina Winberg

ENF

Georg Mayer

GUE/NGL

Kostas Chrysogonos, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli

PPE

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Andrea Bocskor, Michał Boni, Rachida Dati, Frank Engel, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Julia Pitera, Salvatore Domenico Pogliese, Jaromír Štětina, Axel Voss, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Miltiadis Kyrkos, Juan Fernando López Aguilar, Ivari Padar, Emilian Pavel, Soraya Post, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Eva Joly, Judith Sargentini, Josep-Maria Terricabras, Bodil Valero

2

-

ENF

Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

1

0

GUE/NGL

Malin Björk

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Jannar 2018Avviż legali