Proċedura : 2017/2233(ACI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0006/2018

Testi mressqa :

A8-0006/2018

Dibattiti :

PV 07/02/2018 - 5
CRE 07/02/2018 - 5

Votazzjonijiet :

PV 07/02/2018 - 7.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0030

RAPPORT     
PDF 697kWORD 56k
25.1.2018
PE 615.323v01-00 A8-0006/2018

dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea

(2017/2233(ACI))

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Rapporteur: Esteban González Pons

ERRATA/ADDENDA
PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: Abbozz ta' ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea LI JEMENDA L-PUNT 4 TAL-FTEHIM QAFAS DWAR IR-RELAZZJONIJIET BEJN IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUMMISSJONI EWROPEA
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea

(2017/2233(ACI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-5 ta' Ottubru 2017,

–  wara li kkunsidra l-iskambju ta' ittri bejn il-President tiegħu u l-President tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-ittra datata 2 ta' Ottubru 2017 mingħand dan tal-aħħar, li permezz tagħha jaqbel mal-abbozz ta' proposti ppreżentat mill-President tiegħu fis-7 ta' Settembru 2017,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' emendi għall-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 10(1) u 4 u l-Artikolu 17(3) u (7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 245 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 295 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2015 dwar ir-riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-Kummissarji - linji gwida(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-14 ta' Settembru 2017 dwar it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità tal-istituzzjonijiet tal-UE(6),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2017 dwar Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu dwar il-parteċipazzjoni fil-politika Ewropea matul il-mandat,

–  wara li kkunsidra l-aġġornament tal-istudju tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni bit-titolu "Il-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji – titjib fl-effikaċja u l-effiċjenza",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 140(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0006/2018),

A.  billi l-Artikolu 10(1) tat-TUE jgħid li l-funzjonament tal-Unjoni huwa msejjes fuq id-demokrazija rappreżentattiva u billi l-Kummissjoni, bħala l-eżekuttiv tal-Unjoni, tiżvolġi rwol deċiżiv fil-funzjonament tal-Unjoni;

B.   billi l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 11 tat-TUE jikkonferixxu fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni d-dritt li jipparteċipaw fil-ħajja demokratika tal-Unjoni;

C.  billi l-Artikolu 17(3) tat-TUE jiddikjara li fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħha il-Kummissjoni għandha tkun kompletament indipendenti u li l-membri tal-Kummissjoni għandhom jintgħażlu abbażi tal-kompetenza ġenerali tagħhom u l-impenn Ewropew minn persuni li l-indipendenza tagħhom tkun mingħajr dubju u li la ma għandhom ifittxu u lanqas ma għandhom jieħdu istruzzjonijiet minn ebda Gvern jew istituzzjoni, korp, uffiċċju jew entità oħra;

D.  billi l-għan tal-abbozz ta' emendi huwa li jiġu implimentati l-prinċipji demokratiċi meta jiġi elett il-President tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 17(7) tat-TUE;

E.  billi, bl-abbozz ta' emendi, il-Membri tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jikkandidaw ruħhom għall-elezzjonijiet Ewropej mingħajr ma jkollhom għalfejn jirriżenjaw;

F.  billi hija prattika komuni fl-Istati Membri li l-membri tal-Gvern joħorġu għall-elezzjonijiet parlamentari nazzjonali mingħajr ma jkollhom jirriżenjaw;

G.  billi, bl-abbozz ta' emendi, il-Membri tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jinħatru mill-partiti politiċi Ewropej bħala kandidati prinċipali ("Spitzenkandidaten") għall-kariga ta' President tal-Kummissjoni;

H.  billi l-Parlament diġà talab li l-proċess ta' "Spitzenkandidaten" jiġi kkodifikat fir-reviżjoni tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett(7);

I.  billi, b'konformità mal-Artikolu 10(4) tat-TUE, il-partiti politiċi f'livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-kuxjenza politika Ewropea; u billi l-Artikoli 10(3) u 11(1) tat-TUE jestenduha liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi,

J.  billi l-abbozz ta' emendi jipprevedi wkoll is-salvagwardji meħtieġa biex jipproteġu t-trasparenza, l-imparzjalità, il-kunfidenzjalità u l-kulleġġjalità, li t-tnejn li huma jibqgħu japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni waqt il-kampanja;

K.  billi l-abbozz ta' emendi jobbliga lill-President tal-Kummissjoni jinforma lill-Parlament dwar il-miżuri meħuda biex jiżguraw ir-rispett tal-prinċipji tal-indipendenza, l-integrità u d-diskrezzjoni minquxa fl-Artikolu 245 tat-TFUE u fil-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea meta l-Kummissarji jikkandidaw ruħhom fil-kampanji elettorali tal-elezzjonijiet Ewropej;

L.  billi l-abbozz ta' emendi jistipula li l-Membri tal-Kummissjoni ma għandhomx jużaw ir-riżorsi umani jew materjali tal-Kummissjoni għal attivitajiet marbuta ma' kampanja elettorali;

1.  Ifakkar li l-President tal-Kummissjoni se jiġi elett mill-Parlament Ewropew fuq proposta tal-Kunsill Ewropew, filwaqt li jitqies l-eżitu tal-elezzjonijiet Ewropej u wara li jkunu saru konsultazzjonijiet xierqa, u li għaldaqstant, kif kien il-każ fl-2014, il-partiti politiċi Ewropej għandhom jippreżentaw kandidati prinċipali ("Spitzenkandidaten") sabiex jagħtu liċ-ċittadini Ewropej l-għażla dwar min jiġi elett bħala President tal-Kummissjoni fl-elezzjonijiet Ewropej;

2.  Ifakkar li l-proċess ta' "Spitzenkandidaten" jixhed il-bilanċ interistituzzjonali bejn il-Parlament u l-Kunsill Ewropew kif previst fit-Trattati; barra minn hekk jenfasizza li dan il-pass ulterjuri fit-tisħiħ tad-dimensjoni parlamentari tal-Unjoni huwa prinċipju li ma jistax jitħassar;

3.  Jenfasizza li billi ma jimxix mal-proċess "Spitzenkandidaten", il-Kunsill Ewropew jirriskja wkoll li jippreżenta kandidat għal President tal-Kummissjoni għall-approvazzjoni tal-Parlament li ma jkollux maġġoranza parlamentari suffiċjenti;

4.  Iwissi li l-Parlament Ewropew se jkun lest li jiċħad kwalunkwe kandidat fil-proċedura ta' investitura tal-President tal-Kummissjoni li ma jkunx ġie appuntat bħala "Spitzenkandidat" fil-kampanja tal-elezzjonijiet Ewropej;

5.  Iqis li l-proċess ta' "Spitzenkandidaten" huwa wkoll kontribut għat-trasparenza peress li l-kandidati għall-President tal-Kummissjoni jingħarfu qabel l-elezzjonijiet Ewropej pjuttost milli warajhom bħal ma kien jiġri qabel;

6.  Jissottolinja li l-proċess ta' "Spitzenkandidaten" irawwem is-sensibilizzazzjoni politika taċ-ċittadini Ewropej matul il-kampanja tal-elezzjonijiet Ewropej u jirrinforza l-leġittimità politika kemm tal-Parlament kif ukoll tal-Kummissjoni billi jorbot l-elezzjonijiet rispettivi tagħhom b'mod aktar dirett mal-għażla tal-votanti; jirrikonoxxi għalhekk il-valur miżjud importanti tal-prinċipju ta' "Spitzenkandidat" bil-għan li tissaħħaħ in-natura politika tal-Kummissjoni;

7.  Huwa tal-fehma li l-leġittimità politika tal-Kummissjoni tissaħħaħ aktar li kieku aktar Membri eletti tal-Parlament Ewropew ikunu nominati bħala Membri tal-Kummissjoni;

8.  Ifakkar li, fil-kampanja tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2014, il-partiti politiċi Ewropej ewlenin kollha ħaddnu l-proċess ta' "Spitzenkandidaten" billi indikaw il-kandidat tagħhom għal President tal-Kummissjoni u li saru dibattiti pubbliċi fost il-kandidati u dan ġab fis-seħħ prattika kostituzzjonali u politika li tirrifletti l-bilanċ interistituzzjonali previst fit-Trattati;

9.  Iqis li fl-2014 il-proċess ta' "Spitzenkandidaten" wera li rnexxa u jenfasizza li l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019 se jkunu okkażjoni li tikkonsolida l-użu ta' din il-prattika;

10.  Iħeġġeġ lill-partiti politiċi Ewropej jinnominaw il-kandidati prinċipali tagħhom permezz ta' kompetizzjoni miftuħa, trasparenti u demokratika;

11.  Iqis li l-abbozz ta' emendi huwa konformi mal-Artikolu 10(1) u mal-Artikolu 17(7) tat-TUE u jilqagħhom bħala titjib li jikkonsolida l-proċess demokratiku tal-elezzjonijiet tal-President tal-Kummissjoni Ewropea;

12.  Jistenna b'ħerqa t-tlestija tar-reviżjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea, li l-għan tagħha huwa li tikkjarifika l-obbligi applikabbli għall-Membri tal-Kummissjoni kemm fil-mandat kif ukoll barra mill-mandat; f'dan ir-rigward, jitlob lill-Kummissjoni tallinja l-abbozz ta' deċiżjoni tagħha tat-12 ta' Settembru 2017 dwar Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni mal-fehmiet diġà espressi mill-Parlament Ewropew u mill-kumitati rilevanti tiegħu f'termini ta', inter alia, perjodu ta' preklużjoni applikabbli għall-ex Membri tal-Kummissjoni wara li jieqfu mill-kariga, it-trasparenza, il-ħatra ta' Kumitat tal-Etika Indipendenti u l-parteċipazzjoni fil-kampanji elettorali Ewropej;

13.  Iqis li huwa importanti li jiġu previsti fil-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni standards għoljin ta' trasparenza, imparzjalità u salvagwardji sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess possibbli tal-Membri tal-Kummissjoni fil-kampanja elettorali;

14.  Ifakkar b'mod partikolari t-talba tiegħu għal perjodu ta' preklużjoni ta' tliet snin applikabbli għall-ex Membri tal-Kummissjoni wara li jieqfu mill-kariga;

15.  Japprova l-emendi tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, annessi ma' din id-deċiżjoni;

16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-emendi flimkien mal-President tal-Kummissjoni u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi, għal skopijiet ta' informazzjoni, din id-deċiżjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)

ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.

(2)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ottubru 2017 bit-titolu "Il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2017 – It-twettiq bil-fatti ta' Ewropa li tipproteġi, li tagħti s-setgħa u li tiddefendi" (COM(2016)0710).

(3)

ĠU C 366, 27.10.2017, p. 7.

(4)

Testi adottati, P8_TA(2016)0477.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2017)0049.

(6)

Testi adottati, P8_TA(2017)0358.

(7)

  L-att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/ECSC, KEE, Euratom (ĠU L 278, 8.10.1976, p. 1.) kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/81/Euratom, KEFA, KEE, (ĠU L 33, 9.2.1993, p. 15.) u b'Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom (ĠU L 283, 21.10.2002, p. 1).


ANNESS: Abbozz ta' ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea LI JEMENDA L-PUNT 4 TAL-FTEHIM QAFAS DWAR IR-RELAZZJONIJIET BEJN IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUMMISSJONI EWROPEA

Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea

Emendi miftiehma tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea

Test fis-seħħ

Bidliet proposti

...

...

4. Kull Kummissarju għandu jerfa' responsabbiltà politika għal azzjoni fl-oqsma li jkun responsabbli għalihom, bla ma jagħmel ħsara lill-prinċipju tal-kulleġġjalità tal-Kummissjoni.

Hija r-responsabbiltà sħiħa tal-President tal-Kummissjoni li jidentifika kull kunflitt ta' interess li jimpedixxi Kummissarju milli jaqdi dmirijietu.

Il-President tal-Kummissjoni huwa wkoll responsabbli għal kull azzjoni sussegwenti meħuda f'tali ċirkustanzi u għandu immedjatament javża bil-miktub lill-President tal-Parlament.

Il-parteċipazzjoni tal-Membri tal-Kummissjoni fil-kampanji elettorali hija rregolata mill-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji.

Il-Membri tal-Kummissjoni li jipparteċipaw attivament f'kampanji elettorali bħala kandidati fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandhom jieħdu liv mingħajr ħlas għall-elezzjonijiet b'effett mit-tmiem tal-aħħar sessjoni parzjali qabel l-elezzjonijiet.

Il-President tal-Kummissjoni għandu jgħarraf lill-Parlament f'ħin xieraq bid-deċiżjoni tiegħu li jagħti dan il-liv, filwaqt li jindika liema Membru tal-Kummissjoni se jassumi r-responsabbiltajiet rilevanti għal dak il-perjodu ta' liv.

 

4. Kull Kummissarju għandu jerfa' responsabbiltà politika għal azzjoni fl-oqsma li jkun responsabbli għalihom, bla ma jagħmel ħsara lill-prinċipju tal-kulleġġjalità tal-Kummissjoni.

Hija r-responsabbiltà sħiħa tal-President tal-Kummissjoni li jidentifika kull kunflitt ta' interess li jimpedixxi Kummissarju milli jaqdi dmirijietu.

Il-President tal-Kummissjoni huwa wkoll responsabbli għal kull azzjoni sussegwenti meħuda f'tali ċirkustanzi u għandu immedjatament javża bil-miktub lill-President tal-Parlament.

Il-parteċipazzjoni tal-Membri tal-Kummissjoni fil-kampanji elettorali hija rregolata mill-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji.

Il-Membri tal-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw f'kampanji elettorali bħala kandidati fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. Jistgħu jintgħażlu wkoll mill-partiti politiċi Ewropej bħala kandidati prinċipali għall-kariga ta' President tal-Kummissjoni ("Spitzenkandidat").

Il-President tal-Kummissjoni għandu jgħarraf lill-Parlament f'ħin xieraq jekk Membru wieħed jew diversi Membri tal-Kummissjoni humiex se jikkandidaw ruħhom fil-kampanji elettorali tal-elezzjonijiet tal-Parlament, kif ukoll dwar il-miżuri meħuda biex jiżguraw ir-rispett tal-prinċipji tal-indipendenza, l-integrità u d-diskrezzjoni previsti fl-Artikolu 245 tat-TFUE u fil-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji.

Kwalunkwe Membru tal-Kummissjoni li jikkandida ruħu jew jipparteċipa f'kampanji elettorali tal-elezzjonijiet tal-Parlament iwiegħed li ma jaċċettax kariga, matul il-kampanja elettorali, li ma tkunx konformi mad-dmir tiegħu ta' kunfidenzjalità jew li tikser il-prinċipju tal-kulleġġjalità.

Kwalunkwe Membru tal-Kummissjoni li jikkandida ruħu jew jipparteċipa f'kampanji elettorali tal-elezzjonijiet tal-Parlament ma jistax juża r-riżorsi umani jew materjali tal-Kummissjoni għal attivitajiet marbuta mal-kampanja elettorali.

...

...


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

23.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michał Boni, Mercedes Bresso, Elmar Brok, Fabio Massimo Castaldo, Pascal Durand, Esteban González Pons, Danuta Maria Hübner, Diane James, Ramón Jáuregui Atondo, Alain Lamassoure, Jo Leinen, Morten Messerschmidt, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Markus Pieper, Paulo Rangel, Helmut Scholz, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Barbara Spinelli, Claudia Țapardel, Josep-Maria Terricabras, Kazimierz Michał Ujazdowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, Rainer Wieland


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

17

+

ALDE

Maite Pagazaurtundúa Ruiz

PPE

Michał Boni, Elmar Brok, Esteban González Pons, Danuta Maria Hübner, Alain Lamassoure, Markus Pieper, Paulo Rangel, György Schöpflin

S&D

Pervenche Berès, Mercedes Bresso, Ramón Jáuregui Atondo, Jo Leinen, Pedro Silva Pereira, Claudia Țapardel

VERTS/ALE

Pascal Durand, Josep-Maria Terricabras

6

-

ECR

Morten Messerschmidt, Kazimierz Michał Ujazdowski

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

GUE/NGL

Helmut Scholz, Barbara Spinelli

NI

Diane James

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Frar 2018Avviż legali