Proċedura : 2017/0111(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0010/2018

Testi mressqa :

A8-0010/2018

Dibattiti :

PV 11/06/2018 - 17
CRE 11/06/2018 - 17

Votazzjonijiet :

PV 08/02/2018 - 12.5
CRE 08/02/2018 - 12.5
PV 12/06/2018 - 5.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0246

RAPPORT     ***I
PDF 1040kWORD 112k
30.1.2018
PE 612.142v02-00 A8-0010/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom

(COM(2017)0279 - C8-0168/2017 – 2017/0111(COD)

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Damiano Zoffoli

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom

(COM(2017)0279 - C8-0168/2017 – 2017/0111(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0279),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0168/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2017(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0010/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Sabiex jiġi żgurat li dan l-għan jintlaħaq, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru flimkien l-aħjar prattiki fit-taħriġ tas-sewqan effiċjenti fl-enerġija u jippromwovu l-użu ta' dan it-taħriġ. L-użu ta' teknoloġiji ġodda biex titjieb l-effiċjenza u jitnaqqsu l-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li jiġi promoss ukoll, flimkien mal-użu ta' disinji aktar ajrudinamiċi u l-ottimizzazzjoni tal-pjanijiet tat-tagħbija. Biex inaqqsu l-konsum tal-fjuwil, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw l-użu ta' fondi għall-modernizzazzjoni tal-flotta tal-vetturi heavy-duty u t-titjib u l-manutenzjoni tal-awtostradi, u jippromwovu l-użu ta' tajers b'reżistenza baxxa għat-tidwir u karrijiet eħfef, u l-użu ta' fjuwils alternattivi bħall-idroġenu jew fjuwil miksub mir-riċiklaġġ u l-ipproċessar tal-plastik.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)  Sabiex ikun jista' jitwettaq il-Ftehim ta' Pariġi, l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mit-trasport jeħtieġ li jkunu qrib iż-żero sal-2050;

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-emissjonijiet ta' gass serra mit-trakkijiet, mix-xarabankijiet u mill-kowċis, jiġifieri l-vetturi heavy-duty, bħalissa jirrappreżentaw madwar kwart tat-trasport bit-triq fl-Unjoni u huma mistennija li jiżdiedu iktar sal-2030. Iridu jiġu introdotti miżuri effettivi biex jitrażżnu l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty biex jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet neċessarju fis-settur tat-trasport.

(4)  L-emissjonijiet ta' gass serra mit-trakkijiet, mix-xarabankijiet u mill-kowċis, jiġifieri l-vetturi heavy-duty, bħalissa jirrappreżentaw madwar kwart tal-emissjonijiet tat-trasport bit-triq fl-Unjoni u, jekk ma tittieħed l-ebda miżura addizzjonali, huma mistennija li jammontaw għal 30 % tat-total tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-trasport bit-triq sal-2030. L-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty ser jiżdiedu b'10 % bejn l-2010 u l-2030, u bi 17 % bejn l-2010 u l-2050. Iridu jiġu introdotti miżuri effettivi biex jitrażżnu l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty biex jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet neċessarju fis-settur tat-trasport, u fl-istess ħin tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija u tiġi pprovduta informazzjoni lill-operaturi tat-trasport li tiggwidahom fl-għażliet tagħhom. Barra minn hekk, it-tnaqqis fl-emissjonijiet jista' wkoll jinkiseb billi jiġu żviluppati soluzzjonijiet għal inċentivi u biex jinħolqu inċentivi għall-ottimizzazzjoni tat-tagħbija, il-platooning, it-taħriġ tas-sewwieqa, it-tiġdid tal-flotta, it-tnaqqis tal-konġestjoni u l-investimenti fil-manutenzjoni tal-infrastruttura.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2014 dwar l-Istrateġija għat-Tnaqqis tal-Konsum tal-Fjuwil u tal-Emissjonijiet tas-CO2 mill-Vetturi Heavy Duty13, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li prerekwiżit għall-introduzzjoni ta' tali miżuri hu proċedura għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil.

(5)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2014 dwar l-Istrateġija għat-Tnaqqis tal-Konsum tal-Fjuwil u tal-Emissjonijiet tas-CO2 mill-Vetturi Heavy Duty13, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li prerekwiżit għall-introduzzjoni ta' tali miżuri hu proċedura għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil. Fil-Pakkett tagħha dwar il-Mobilità tal-2017 bit-titolu "L-Ewropa attiva", il-Kummissjoni pprevediet proposta għall-istandards għall-vetturi heavy-duty fl-ewwel nofs tal-2018. Il-pubblikazzjoni fil-ħin ta' dik il-proposta hija kruċjali biex tippermetti l-adozzjoni rapida ta' tali standards ġodda.

__________________

__________________

13 COM(2014) 285 final.

13 COM(2014) 285 final.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Fil-biċċa l-kbira, il-kumpaniji tat-trasport huma intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Barra minn hekk, huma għad m'għandhomx aċċess għal informazzjoni standardizzata biex jevalwaw it-teknoloġiji dwar l-effiċjenza tal-fjuwil jew iqabblu l-vetturi b'tali mod li jagħmlu deċiżjonijiet infurmati sew dwar ix-xiri u jnaqqsu l-kontijiet tal-fjuwil tagħhom, li jammontaw għal aktar minn kwart tal-ispejjeż operattivi tagħhom.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-informazzjoni dwar ir-rendiment ta' vettura f'termini tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil għandhom jitpoġġew disponibbli pubblikament biex l-operaturi tal-vetturi kollha jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati sewwa dwar ix-xiri. Il-manifatturi tal-vetturi kollha jkunu jistgħu jikkumparaw ir-rendimenti tal-vetturi tagħhom ma' dawk ta' għamliet differenti. Dan se jżid l-inċentivi għall-innovazzjoni u għalhekk se jżid il-kompetittività. Din l-informazzjoni se tipprovdi wkoll lil min ifassal il-politika fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri b'bażi soda għall-iżvilupp ta' politiki biex jippromwovu l-użu ta' iktar vetturi effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Għalhekk, huwa xieraq li l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati għal kull vettura heavy-duty ġdida skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) […/…]15 [Ir-referenza t-tajba trid tiġi inkluża mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet] huma mmonitorjati, rrapportati lill-Kummissjoni u jitpoġġew disponibbli għall-pubbliku.

(7)  L-informazzjoni dwar ir-rendiment ta' vettura f'termini tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil jenħtieġ li jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-pubbliku biex l-operaturi tal-vetturi kollha jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati sewwa dwar ix-xiri, filwaqt li jiżguraw l-ogħla livelli ta' trasparenza. Il-manifatturi tal-vetturi kollha jkunu jistgħu jikkumparaw ir-rendimenti tal-vetturi tagħhom ma' dawk ta' għamliet differenti. Dan se jżid l-inċentivi għall-innovazzjoni, jixpruna l-iżvilupp ta' vetturi aktar effiċjenti fl-enerġija u għalhekk se jżid il-kompetittività. Din l-informazzjoni se tipprovdi wkoll lil min ifassal il-politika fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri b'bażi soda għall-iżvilupp ta' politiki biex jippromwovu l-użu ta' iktar vetturi effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Għalhekk, huwa xieraq li l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati għal kull vettura heavy-duty ġdida skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) […/…]15 [Ir-referenza t-tajba trid tiġi inkluża mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet] huma mmonitorjati, rrapportati lill-Kummissjoni u jitpoġġew disponibbli għall-pubbliku.

_________________

_________________

15Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) […/…] li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi heavy-duty u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L…,..,..).

15Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) […/…] li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi heavy-duty u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L…,..,..).

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Biex jinkiseb għarfien komplet dwar il-konfigurazzjoni tal-flotta ta' vetturi heavy-duty fl-Unjoni, dwar l-iżvilupp tagħha matul iż-żmien u dwar l-impatt potenzjali tal-emissjonijiet tas-CO2, hu xieraq li tiġi mmonitorjata u rapportata d-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi heavy-duty ġodda kollha u tal-karrijiet ġodda kollha, inkluż id-data dwar is-sistemi tal-motopropulsjoni kif ukoll dwar il-karozzerija relevanti.

(8)  Biex jinkiseb għarfien komplet dwar il-konfigurazzjoni tal-flotta ta' vetturi heavy-duty fl-Unjoni, dwar l-iżvilupp tagħha matul iż-żmien u dwar l-impatt potenzjali tal-emissjonijiet tas-CO2, hu xieraq li tiġi mmonitorjata u rapportata d-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi heavy-duty ġodda kollha u tal-karrijiet ġodda kollha, inkluż id-data dwar is-sistemi tal-motopropulsjoni kif ukoll dwar il-karozzerija rilevanti. Ir-responsabbiltajiet speċifiċi għall-monitoraġġ u r-rapportar tad-data huma deskritti fl-Artikoli 4 u 5 rispettivament.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Huwa meħtieġ li s-sistema ta' monitoraġġ u rapportar tkun faċli biex tintuża mill-kumpaniji kollha li joperaw fis-settur tat-trasport, irrispettivament mid-daqs u mir-riżorsi tagħhom.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil se tkun disponibbli għal ċerti vetturi heavy-duty ġodda li huma rreġistrati fl-[2019]. Għalhekk, minn dik id-data, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu data dwar ir-reġistrazzjonijiet ġodda u l-manifatturi għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu d-data teknika rigward dawk il-vetturi.

(9)  Id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil se tkun disponibbli għal ċerti vetturi heavy-duty ġodda li huma rreġistrati fl-[2019]. Għalhekk, minn dik id-data, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jipprovdu data dwar ir-reġistrazzjonijiet ġodda, u l-manifatturi jenħtieġ li jkunu obbligati jipprovdu d-data teknika rigward dawk il-vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE)[…/…] 1a+.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) […/…] li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi heavy-duty u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L…,..,..).

 

+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal ir-referenza korretta.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Sabiex jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jippreparaw aħjar għat-tibdil regolatorju, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika, mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2018, kalendarju għall-applikazzjoni ppjanata tas-softwer tal-Għodda għall-Kalkolu tal-Konsum tal-Enerġija tal-Vetturi ("VECTO") żviluppat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 għal teknoloġiji u innovazzjonijiet ewlenin li jnaqqsu l-emissjonijiet tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Il-Kummissjoni jenħtieġ li taġġorna wkoll, mingħajr dewmien, il-proċedura tat-test VECTO stabbilita skont ir-Regolament (KE) 595/2009 b'tali mod li tinkludi l-kategoriji kollha ta' vetturi heavy-duty, inklużi s-sistemi kollha alternattivi tal-motopropulsjoni, il-karrijiet u kwalunkwe tip ġdid ta' fjuwil alternattiv li ser jtiqiegħed għad-dispożizzjoni fuq is-suq, sabiex tkopri l-firxa wiesgħa ta' vetturi heavy-duty possibbli. Għalhekk huwa importanti li l-Kummissjoni teżamina regolarment l-ambitu tal-obbligi ta' monitoraġġ u rapportar skont dan ir-Regolament u, kif xieraq, tippreżenta proposti leġiżlattivi.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  Huwa meħtieġ li s-sistema ta' monitoraġġ u rapportar tkun waħda faċli biex tintuża għall-operaturi tat-trasport kollha irrispettivament mid-daqs u r-riżorsi tagħhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippromwovi b'mod attiv tali sistema biex tiżgura li jkollha impatt sinifikattiv fuq is-settur u biex tqajjem kuxjenza dwar id-disponibbiltà tad-data rrapportata.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Ir-riżultati tal-konformità tal-ittestjar ta' produzzjoni tal-fajls tal-input tal-VECTO jenħtieġ li jkunu wkoll immonitorjati u rrapportati lill-Kummissjoni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b)  L-analiżi tal-Kummissjoni tad-data trażmessa mill-Istati Membri u l-manifatturi għas-sena kalendarja preċedenti jenħtieġ li tiġi ppreżentata lill-pubbliku b'mod li turi ċar ir-rendiment tal-flotta tal-vetturi heavy-duty tal-Unjoni u ta' kull Stat Membru kif ukoll dik ta' kull manifattur b'mod komparabbli f'termini tal-medja tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2, filwaqt li titqies kwalunkwe differenza fil-portafoll tal-prodott tal-manifatturi u l-profil tal-missjoni ddikjarat.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)   Huwa importanti li d-data mmonitorjata u rapportata tkun robusta u affidabbli. Għalhekk, il-Kummissjoni għandu jkollha l-mezzi biex tivverifika, u fejn ikun hemm bżonn, tikkoreġi d-data finali. Għalhekk, il-parametri li jippermettu li d-data tkun traċċata u vverifikata b'mod adegwat għandhom ikunu previsti fir-rekwiżiti tal-monitoraġġ.

(11)  Huwa importanti li d-data mmonitorjata u rapportata tkun robusta u affidabbli. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-mezzi biex tivverifika, u fejn ikun hemm bżonn, tikkoreġi d-data finali. Fejn il-verifika mill-Kummissjoni dwar il-korrettezza u l-kwalità tad-data rrapportata tikxef nuqqas ta' konformità intenzjonali jew negliġenti ma' kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha timponi multa amministrattiva fuq il-manifattur ikkonċernat għall-ksur ta' dan ir-Regolament. Il-multa amministrattiva jenħtieġ li tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva. Għalhekk, il-parametri li jippermettu li d-data tkun traċċata u vverifikata b'mod adegwat għandhom ikunu previsti fir-rekwiżiti tal-monitoraġġ.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Skont l-esperjenza miksuba mill-monitoraġġ u r-rapportar ta' data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal karozzi tal-passiġġiera ġodda u r-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda, huwa xieraq li r-responsabbiltà għall-iskambju ta' data mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-manifatturi, kif ukoll għall-ġestjoni tal-bażi tad-data finali għan-nom tal-Kummissjoni tingħata lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Huwa wkoll xieraq li sa fejn hu possibbli, il-proċeduri ta' monitoraġġ u ta' rapportar għal vetturi heavy-duty jiġu allineati ma' dawk diġà eżistenti għal vetturi light-duty.

(12)  Skont l-esperjenza miksuba mill-monitoraġġ u r-rapportar ta' data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal karozzi tal-passiġġiera ġodda u r-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda, huwa xieraq li r-responsabbiltà għall-iskambju ta' data mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-manifatturi, kif ukoll għall-ġestjoni tal-bażi tad-data finali, li jenħtieġ li tkun aċċessibbli għall-operaturi tat-trasport u l-partijiet terzi mingħajr ħlas u f'format riċerkabbli b'mod diġitali, għan-nom tal-Kummissjoni tingħata lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Huwa wkoll xieraq li sa fejn hu possibbli, il-proċeduri ta' monitoraġġ u ta' rapportar għal vetturi heavy-duty jiġu allinjati ma' dawk diġà eżistenti għal vetturi light-duty.

__________________

__________________

16 Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tat-23 ta' April 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief, ĠU L 140, 5.2.2009, p. 1.

16 Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tat-23 ta' April 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief, ĠU L 140, 5.2.2009, p. 1.

17 Ir-Regolament (KE) Nru 510/2011 tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief, ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.

17 Ir-Regolament (KE) Nru 510/2011 tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief, ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Fil-Pakkett tagħha dwar il-Mobilità tal-2017 bit-titolu "L-Ewropa attiva", il-Kummissjoni pprevediet proposta għall-istandards tas-CO2 għall-vetturi heavy-duty fl-ewwel nofs tal-2018. Il-miri ambizzjużi tas-CO2 fir-rigward ta' vetturi heavy-duty jenħtieġ li jitqiesu bħala l-għan aħħari ta' dan il-perkors leġiżlattiv u jenħtieġ li jitressqu mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2018.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa, mingħajr dewmien, test ta' verifika fit-triq, imwettaq mill-manifatturi tat-tagħmir oriġinali (OEMs) fuq bażi obbligatorja, taħt is-superviżjoni ta' korpi indipendenti u akkreditati, sabiex jiġu identifikati diskrepanzi li jista' jkun hemm bejn il-valuri simulati u reali tas-CO2 ta' vettura heavy-duty sħiħa. Jenħtieġ li l-partijiet terzi indipendenti jitħallew iwettqu ttestjar indipendenti fis-servizzi tekniċi jew f'laboratorji akkreditati u jkollhom aċċess għad-data meħtieġa. Jenħtieġ li r-riżultati ta' tali testijiet jiġu mmonitorjati u rrapportati skont dan ir-Regolament u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c)  L-iskandlu "Dieselgate", b'rabta mal-approvazzjoni tal-vetturi light-duty, wera l-importanza tar-rwol tal-korpi indipendenti għas-superviżjoni tat-testijiet ta' verifika li jsiru mill-manifatturi u wera wkoll kemm huwa importanti, fl-istess waqt, li jiġi żgurat li l-partijiet terzi jkollhom il-possibbiltà li jwettqu testijiet indipendenti, peress li din is-superviżjoni ssaħħaħ it-trasparenza, il-kredibbiltà u ż-żamma tas-sistemi ta' verifika, monitoraġġ u komunikazzjoni.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-verifika u l-korrezzjoni tad-data mmonitorjata, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat tal-implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18.

imħassar

__________________

 

18 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tad-data u l-proċedura ta' monitoraġġ u rapportar jibqgħu relevanti tul iż-żmien għall-valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-flotta ta' vetturi heavy-duty għall-emissjonijiet tas-CO2, kif ukoll biex jiġi żgurat li d-disponibilità tad-data dwar teknoloġiji ġodda u avvanzati li jnaqqsu s-CO2, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat ta' Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi tar-rekwiżiti tad-data u l-proċedura ta' monitoraġġ u rapportar stabbilita fl-Annessi. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jindirizzaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(14)  Biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tad-data u l-proċedura ta' monitoraġġ u rapportar jibqgħu relevanti tul iż-żmien għall-valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-flotta ta' vetturi heavy-duty għall-emissjonijiet tas-CO2, kif ukoll biex jiġi żgurat li d-disponibilità tad-data dwar teknoloġiji ġodda u avvanzati li jnaqqsu s-CO2 u biex jiġu żgurati l-verifika u l-korrezzjoni xierqa tad-data mmonitorjata u rrapportata, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat ta' Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi tar-rekwiżiti tad-data u l-proċedura ta' monitoraġġ u rapportar stabbilita fl-Annessi, tat-testijiet ta' verifika fit-triq u tal-istabbiliment tal-verifika u l-miżuri ta' korrezzjoni għad-data rrapportata mill-Istati Membri u l-manifatturi skont dan ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jindirizzaw it-tħejjija tal-atti delegati.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti ħafna li jiġi żgurat li l-Kummissjoni jkollha l-mezzi, il-proċeduri u l-miżuri xierqa biex twettaq il-kompitu tagħha li tivverifika l-kwalità tad-data mmonitorjata u rrapportata u biex tikkorreġihom. Dawn il-miżuri, għalhekk, għandhom jiġu adottati permezz ta' atti delegati.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi heavy-duty ġodda rreġistrati fl-Unjoni Ewropea u l-konsum tal-fjuwil tagħhom.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi heavy-duty ġodda rreġistrati fl-Unjoni Ewropea u l-konsum tal-fjuwil tagħhom u għar-riżultati tal-konformità tal-ittestjar tal-produzzjoni tal-fajls tal-input tal-VECTO.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-data tal-produzzjoni għandha tkun id-data tal-firma taċ-ċertifikat ta' konformità jew, fejn applikabbli, id-data tal-firma taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni individwali.

Id-data tal-produzzjoni għandha tkun id-data tas-simulazzjoni rreġistrata fil-fajl ta' informazzjoni tal-klijent kif speċifikat fl-Appendiċi 2 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) .../...[ĠU: Jekk jogħġbok żid in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument Ares (2017)1900557].

Ġustifikazzjoni

Id-data tal-produzzjoni kif propost mill-Kummissjoni sseħħ fi proċess fejn il-manifatturi ftit li xejn għandhom kontroll. L-Approvazzjoni Individwali ssir min-negozjanti u mid-distributuri fil-mument tar-reġistrazzjoni tal-vettura. Għalhekk, dan jista' jseħħ ħafna żmien wara li l-vettura tkun ħalliet il-kontroll tal-manifattur u għalhekk, fiha nnifisha, id-data ma tkunx magħrufa mill-manifattur. L-użu tad-data tal-fajl tas-CO2 tal-klijent jikkorrispondi għad-data tal-konformità tal-produzzjoni għall-vetturi taħt l-Approvazzjoni tat-Tip tal-Vettura.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.   Il-manifatturi għandhom jirrapportaw id-data teknika relatata mal-vetturi heavy-duty li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament Nru [.../...]+.

 

_____________

 

+  OJ: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) […/…] li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi heavy-duty u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L…,..,..).

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ċentrali għad-data rapportata skont l-Artikoli 4 u 5. Ir-Reġistru għandu jkun disponibbili pubblikament bl-eċċezzjoni tal-entrati tad-data 1, 24, 25, 32, 33, 39 u 40 speċifikati f'Parti B tal-Anness I.

1.  Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ċentrali għad-data rapportata skont l-Artikoli 4 u 5. Ir-Reġistru għandu jkun disponibbili pubblikament bl-eċċezzjoni tal-entrati tad-data 1, 21a, 21b, 24, 25, 26a, 32, 33, 34a, 39, 40, 73a u 73b, speċifikati f'Parti B tal-Anness I, li għalihom il-Kummissjoni għandha tipprovdi aċċess għall-partijiet terzi fuq talba u skont ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

___________________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni tista' tagħmel il-verifiki tagħha stess tal-kwalità tad-data rapportata skont l-Artikoli 4 u 5.

2.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-verifiki tagħha stess tal-korrettezza u tal-kwalità tad-data rapportata skont l-Artikoli 4 u 5. Dan il-proċess jista' jitwettaq fi djalogu mal-awtoritajiet kompetenti u mal-manifatturi u jista' jiġi ssupplimentat ukoll b'appoġġ addizzjonali minn partijiet terzi.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn il-Kummissjoni tkun infurmata bl-iżbalji fid-data jew bis-saħħa tal-verifika tagħha stess, issib diskrepanzi fis-sett tad-data, hi għandha, fejn xieraq, tieħu l-miżuri neċessarji biex tikkoreġi d-data ppubblikata fir-Reġistru Ċentrali msemmi fl-Artikolu 6.

3.  Fejn il-Kummissjoni tkun infurmata bl-iżbalji fid-data jew bis-saħħa tal-verifika tagħha stess, issib diskrepanzi fis-sett tad-data, hi għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tikkoreġi d-data ppubblikata fir-Reġistru Ċentrali msemmi fl-Artikolu 6. L-Istati Membri u l-manifatturi għandu jkollhom l-opportunità li jikkoreġu kwalunkwe żball fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika tagħhom.

 

Fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi li manifattur ikun iffalsifika data deliberatament, hija għandha mingħajr dewmien titlob lill-awtoritajiet kompetenti jikkoreġu d-data u jieħdu miżuri adegwati skont id-Direttiva 2007/46/KE.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Fejn il-verifika mill-Kummissjoni dwar il-korrettezza u l-kwalità tad-data rrapportata skont l-Artikolu 5 tikxef nuqqas ta' konformità intenzjonali jew negliġenti ma' kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha timponi multa amministrattiva fuq il-manifattur ikkonċernat għall-ksur ta' dan ir-Regolament. Il-multa amministrattiva għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva.

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament fir-rigward ta' nuqqas ta' konformità, il-kalkolu tal-multi amministrattivi u l-metodu li permezz tiegħu jinġabru l-multi.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-analiżi għandha tindika, bħala minimu, ir-rendiment tal-flotta tal-vetturi heavy-duty tal-Unjoni kif ukoll dik ta' kull manifattur f'termini tal-medja tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2. Din għandha wkoll, fejn disponibbli,tqis id-data dwar it-teħid ta' teknoloġiji ġodda u avvanzati ta' tnaqqis tas-CO2.

2.  L-analiżi għandha tindika, bħala minimu, ir-rendiment tal-flotta tal-vetturi heavy-duty tal-Unjoni, ta' kull Stat Membru kif ukoll dik ta' kull manifattur b'mod komparabbli f'termini tal-medja tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2, b'kunsiderazzjoni wkoll tad-differenzi fil-portafoll tal-prodott tal-manifatturi u l-profil tal-missjoni ddikjarat. Din għandha wkoll, fejn disponibbli, tqis id-data dwar it-teħid ta' teknoloġiji ġodda u avvanzati ta' tnaqqis tas-CO2 u s-sistemi kollha alternattivi tal-motopropulsjoni. L-analiżi ppubblikata mill-Kummissjoni għandha wkoll tqis il-varjetà wiesgħa ta' profili tal-missjoni assoċjati mal-flotta tal-vetturi heavy-duty.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tippubblika kalendarju tal-applikazzjoni ppjanata tal-għodda ta' simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 (jiġifieri l-VECTO) għal teknoloġiji u innovazzjonijiet ewlenin li jnaqqsu l-emissjonijiet tat-trasport tal-merkanzija bit-triq.

 

Il-Kummissjoni għandha teżamina dan ir-Regolament b'mod regolari u, kif xieraq, għandha tressaq proposti leġiżlattivi bil-għan li testendi l-obbligi ta' monitoraġġ u ta' rapportar għal kategoriji kollha ta' vetturi heavy-duty, inklużi s-sistemi alternattivi kollha tal-motopropulsjoni, il-karrijiet u kwalunkwe tip ġdid ta' magni mħaddma bi fjuwils alternattivi.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

L-istandards tas-CO2 għal vetturi heavy-duty u test ta' verifika fit-triq

 

Sat-30 ta' April 2018, il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva dwar standards għall-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty sal-2025, f'konformità mal-miri klimatiċi tal-Unjoni Ewropea.

 

Il-proposta leġiżlattiva għandha tkun akkumpanjata bi studju dwar miżuri oħra li jkomplu jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 fil-merkanzija bit-triq, inkluż taħriġ għas-sewwieqa, platooning, is-Sistema Modulari Ewropea (EMS), tajers b'reżistenza baxxa għat-tidwir u konsolidazzjoni tal-merkanzija.

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12 li jissupplimentaw dan ir-Regolament. Dawn l-atti delegati għandhom jistabbilixxu dan li ġej:

 

(a)  test ta' verifika fit-triq għandu jitwettaq mill-OEMs fuq bażi obbligatorja, taħt is-sorveljanza ta' korp indipendenti u akkreditat, li għandu jiġi implimentat sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020;

 

(b)  partijiet terzi indipendenti għandhom jitħallew iwettqu ttestjar indipendenti fis-servizzi tekniċi u f'laboratorji akkreditati;

 

(c)  it-test u r-riżultati tiegħu għandhom ikunu mmonitorjati u rrapportati f'konformità ma dan ir-Regolament, u l-Kummissjoni għandha tiżgura li, fuq talba, ir-riżultati jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' partijiet terzi; u

 

(d)  il-Kummissjoni għandha, fuq bażi tar-Rapporti tal-Istati Membri, kull sena tirrapporta kwalunkwe diskrepanza bejn it-test fit-triq u l-konsum tal-fjuwil fid-dinja reali.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għoti tas-setgħat ta' implimentazzjoni

imħassar

Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddetermina l-miżuri ta' verifika u korrezzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 7. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11.

 

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 bil-għan li jiġi ssupplimentat dan ir-Regolament bl-iskop li jiġu ddeterminati l-miżuri ta' verifika u ta' korrezzjoni msemmija fl-Artikolu 7(2) u (3).

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

imħassar

Il-proċedura tal-kumitat

 

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit bl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

_________________

 

Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ tal-emissjonijiet ta' gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta' Kyoto (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1).

 

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li jiġu adottati atti delgati msemmija fl-Artikolu 10 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 7(3a), 8a u 10 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    35

Proposta għal regolament

Anness 1 – Parti B – Intestatura – Kolonna 3 ("Sors")

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sors

Sors

Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

 

Emenda    36

Proposta għal regolament

Anness I – Parti B – tabella - ringiela 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

Deskrizzjoni

17

il-potenza nominali tal-magna

1.2.2.

L-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-magna

 

Emenda

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

Deskrizzjoni

17

il-potenza nominali tal-magna

1.2.2

L-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-magna

Emenda    37

Proposta għal regolament

Anness I – Parti B – linja 21a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

Deskrizzjoni

 

 

 

 

Emenda

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

Deskrizzjoni

21a

WHSC g/kWh u CO2

 

L-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-magna

Emenda    38

Proposta għal regolament

Anness I – Parti B – linja 21b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

Deskrizzjoni

 

 

 

 

Emenda

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

Deskrizzjoni

21b

WHSC g/kWh u CO2

 

L-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-magna

Emenda    39

Proposta għal regolament

Anness I – Parti B – linja 26a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

Deskrizzjoni

 

 

 

 

Emenda

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

Deskrizzjoni

26a

L-effiċjenza tat-trażmissjoni

 

L-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-gerijiet

Emenda    40

Proposta għal regolament

Anness I – Parti B – linja 34a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

Deskrizzjoni

 

 

 

 

Emenda

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

Deskrizzjoni

34a

L-effiċjenza tal-fus

 

L-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-fus

Emenda    41

Proposta għal regolament

Anness I – Parti B – linja 56

 

Test propost mill-Kummissjoni

56

profil tal-missjoni (trasport fit-tul, reġjonali, urban, kostruzzjoni)

2.1.1

Il-parametri ta' simulazzjoni (għal kull profil/tagħbija/kombinazzjoni tal-fjuwil tal-missjoni)

 

Emenda

56

profil tal-missjoni (trasport fit-tul, trasport fit-tul (EMS), reġjonali, reġjonali (EMS), urban, kostruzzjoni)

2.1.1

Il-parametri ta' simulazzjoni (għal kull profil/tagħbija/kombinazzjoni tal-fjuwil tal-missjoni)

Emenda    42

Proposta għal regolament

Anness I – Parti B – tabella – ringiela 57a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

Deskrizzjoni

 

 

 

 

Emenda

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

Deskrizzjoni

57a

Fjuwil (diżil/petrol/LPG/CNG/...)

2.1.3

Il-parametri ta' simulazzjoni (għal kull profil/tagħbija/kombinazzjoni tal-fjuwil tal-missjoni)

Emenda    43

Proposta għal regolament

Anness I – Parti B – tabella - ringiela 67

 

Test propost mill-Kummissjoni

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

Deskrizzjoni

67

l-emissjonijiet ta' CO2 (espressi fi g/km, g/t-km, g/p-km, g/m³-km)

2.3.13-2.3.16

l-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil (għal kull profil/tagħbija/kombinazzjoni tal-fjuwil tal-missjoni)

Emenda

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

Deskrizzjoni

67

l-emissjonijiet ta' CO2 (espressi fi g/km, g/t-km, g/p-km, g/m2-km, g/m³-km)

2.3.13-2.3.16

l-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil (għal kull profil/tagħbija/kombinazzjoni tal-fjuwil tal-missjoni)

Emenda    44

Proposta għal regolament

Anness I – Parti B – linja 73a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

Deskrizzjoni

 

 

 

 

Emenda

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

Deskrizzjoni

73a

Riżultati tat-testijiet tal-konformità tal-produzzjoni

 

Konformità tal-produzzjoni

Emenda    45

Proposta għal regolament

Anness I – Parti B – linja 73b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

Deskrizzjoni

 

 

 

 

Emenda

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

Deskrizzjoni

73b

Riżultati tat-testijiet tas-sewqan tat-triq/reali

 

 

Emenda    46

Proposta għal regolament

Anness I – Parti B – linja 74a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

Deskrizzjoni

 

 

 

 

Emenda

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…]

Deskrizzjoni

74a

Riżultati tat-testijiet tal-verifika ex post

 

 

(1)

  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

It-tisħin globali huwa problema reali li għandha tiġi affrontata b'deċiżjonijiet ċari u kuraġġużi. L-Unjoni Ewropea, fl-okkażjoni tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014, stabbiliet objettiv vinkolanti u ambizzjuż biex tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi kollha tal-ekonomija b'tal-inqas 40 % sal-2030.

Anke s-settur tat-trasport għandu jikkontribwixxi b'mod sinifikattiv u jilħaq dan l-objettiv, meta wieħed iqis li, fl-2014, 25 % tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mis-settur tat-trasport bit-triq – jiġifieri 5 % tal-emissjonijiet totali tad-diossidu tal-karbonju tal-Unjoni Ewropea – ġew minn vetturi heavy-duty.

L-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda mqiegħda fis-suq tal-Unjoni Ewropea, sa issa għadhom la ġew iċċertifikati, la mmonitorjati u lanqas irrapportati b'mod oġġettiv u komparabbli, bħalma jiġri fil-każ tal-karozzi u l-vannijiet. Minħabba dan in-nuqqas leġiżlattiv, sa issa, għad m'għandniex disponibbli data affidabbli fir-rigward tal-konfigurazzjoni tal-flotta ta' vetturi heavy-duty irreġistrati fl-Unjoni, dwar l-iżvilupp tagħha matul iż-żmien u dwar l-impatt potenzjali tal-emissjonijiet tas-CO2.

Dan in-nuqqas ta' informazzjoni ċara primarjament jirrestrinġi lit-trasportaturi – il-biċċa l-kbira minnhom intrapriżi żgħar u ta' daqs medju – peress li l-fjuwil jirrappreżenta aktar minn kwart tal-ispejjeż operattivi tagħhom. Fl-istess ħin, din hija problema għall-amministraturi tat-trasport pubbliku lokali, li ma jkollhomx l-informazzjoni meħtieġa dwar l-aktar mudelli effiċjenti fuq is-suq meta jiġu biex jixtru vetturi ġodda.

In-nuqqas ta' trasparenza jnaqqas ukoll il-kompetizzjoni bejn il-produtturi, li mhumiex inċentivati biex ikunu innovattivi, u jagħmilha diffiċli li jitnedew azzjonijiet konġunti, fil-livell nazzjonali jew dak Ewropew, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-vetturi heavy-duty.

Fl-Istrateġija tal-Vetturi Heavy-Duty tal-2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li tieħu azzjonijiet speċifiċi biex tindirizza dawn il-lakuni fl-informazzjoni, tikseb trasparenza sħiħa fis-suq u jkollha data ppruvata u verifikabbli dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u dwar il-konsum tal-vetturi heavy-duty biex b'hekk tkun tista', fl-aħħar mill-aħħar, tistabbilixxi standards tas-CO2 għall-emissjonijiet ta' dawn il-vetturi

L-ewwel, il-Kummissjoni żviluppat l-istrument ta' simulazzjoni "VECTO" biex tikkalkula l-konsum ta' fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2 ta' vetturi heavy-duty ġodda b'mod komparabbli u kosteffikaċi.

It-tieni, il-Kummissjoni pproponiet regolament ġdid dwar id-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil għal vetturi heavy-duty ġodda (l-hekk imsejjaħ Regolament dwar iċ-Ċertifikazzjoni) skont il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-approvazzjoni tat-tip, li għandha tidħol fis-seħħ fi Frar 2018.

Skont ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikazzjoni, huwa meħtieġ issir simulazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil bl-użu tal-VECTO għal kull vettura heavy-duty li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu u li ser titqiegħed fis-suq tal-UE.

Ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikazzjoni jindirizza biss parzjalment il-lakuni evidenzjati fil-livell ta' trasparenza peress li l-informazzjoni dwar ir-rendiment ta' vettura speċifika tkun disponibbli biss għax-xerrej individwali ta' din il-vettura u għall-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiż fejn tkun reġistrata l-vettura.

It-tielet, il-Kummissjoni, bil-proposta ta' dan ir-Regolament, tistabbilixxi li jsir monitoraġġ u rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 u d-data relattiva għall-konsum tal-vetturi heavy-duty ġodda, soġġetti għall-proċedura ta' ċertifikazzjoni, biex jitnaqqsu l-lakuni fl-informazzjoni u jkun hemm trasparenza sħiħa fis-suq. F'din it-tielet fażi, id-data taċ-ċertifikazzjoni miksuba mill-manifatturi ser tkun immonitorjata. Bl-eċċezzjoni ta' data riżervata għall-Kummissjoni biss, din imbagħad titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. L-Istati Membri jkunu mitluba jressqu data dwar il-vetturi ġodda kollha rreġistrati għall-ewwel darba fl-Unjoni.

L-aħħar pass ikun dak li jiġu stabbiliti standards ambizzjużi tas-CO2 għall-emissjonijiet ta' vetturi heavy-duty, proposta li r-rapporteur jittama li l-Kummissjoni tippreżenta matul l-ewwel tliet xhur tal-2018 b'tali mod li tkun tista' tiġi approvata qabel it-tmiem ta' din il-leġiżlatura.

Ir-rapport jikkondividi l-approċċ tal-Kummissjoni u t-triq li ttieħdet sa issa biex ikunu jistgħu jiġu definiti standards ta' emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi heavy-duty iżda jqis bħala meħtieġ li jsiru ċerti modifiki bl-iskop li tissaħħaħ ulterjorment il-proposta ta' dan ir-regolament.

L-ewwel, huwa meħtieġ li tiġi ċċarata aktar ir-relazzjoni bejn il-proposta tar-Regolament dwar il-monitoraġġ u r-rapportar u dik dwar iċ-ċertifikazzjoni, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-kampijiet ta' applikazzjoni rispettivi.

L-emendi mressqa mir-rapporteur jiċċaraw li l-produtturi ser ikunu meħtieġa jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data rigward it-tipoloġiji tal-vetturi soġġetti għar-Regolament dwar iċ-Ċertifikazzjoni biss.

Min-naħa l-oħra, l-Istati Membri jridu jirrapportaw id-data rigward il-vetturi ġodda kollha rreġistrati għall-ewwel darba fl-Unjoni.

Peress li r-Regolament dwar iċ-Ċertifikazzjoni jiżviluppa f'fażijiet, huwa importanti li l-Kummissjoni telabora kemm jista' jkun malajr kalendarju li jistabbilixxi b'mod ċar l-iskeda ta' żmien u l-modalitajiet li fihom ser ikun applikat is-softwer VECTO fid-diversi tipoloġiji tal-vetturi heavy-duty li sa issa għadhom mhumiex regolamentati, fosthom ix-xarabankijiet, uħud mit-tipoloġiji ta' trakkijiet u ta' karrijiet, il-vetturi heavy-duty elettriċi u ibridi u dawk bi fjuwils alternattivi li ser ikunu disponibbli fis-suq u li l-proċedura ta' prova u l-funzjonament tas-softwer VECTO għal dawn id-diversi tipoloġiji ta' vetturi tkun aġġornata.

Punt ieħor fundamentali li dwaru r-rapporteur iddeċieda li jintervjeni jirrigwarda t-trasparenza tas-sistema.

L-emendi mressqa mir-rapporteur jipproponu li joħolqu trasparenza sħiħa tas-suq bit-tnaqqis tal-lakuni ta' informazzjoni eżistenti b'tali mod li jippermettu lill-operaturi tas-settur li jieħdu deċiżjonijiet ta' akkwist aktar infurmati, li jfornu lill-manifatturi inċentiv akbar għall-innovazzjoni u li jippermettu lill-awtoritajiet pubbliċi jkollhom aċċess għad-data sħiħa għall-elaborazzjoni u l-attwazzjoni ta' politiki intiżi li jippromwovu l-użu ta' vetturi heavy-duty aktar effiċjenti u li jniġġsu inqas, pereżempju permezz ta' taxxi u pedaġġi stradali.

Biex jintlaħaq dan l-objettiv ir-rapporteur ikkunsidra li jkun xieraq li l-Parti B tal-Anness I – li fiha hija mniżżla d-data li l-manifatturi jridu jimmonitorjaw u jinnotifikaw lill-Kummissjoni – tinkludi wkoll ir-riżultati tat-test tal-konformità tal-produzzjoni.

Id-data mniżżla fl-Anness I, il-Parti B, ser tkun maqsuma f'żewġ kategoriji prinċipali: dik li trid tkun irrapportata lill-Kummissjoni u titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u dik li trid tkun irrapportata lill-Kummissjoni li, skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006, tista' tinnotifikaha lill-partijiet terzi li jkunu qed jagħmlu t-talba għal din l-informazzjoni.

Dawn il-partijiet terzi, bħall-universitajiet, iċ-ċentri ta' riċerka, l-NGOs, l-awtoritajiet reġjonali, eċċ., ser ikunu għalhekk f'pożizzjoni li jwettqu verifiki indipendenti dwar l-awtentiċità tad-data pprovduta mill-manifatturi, b'tali mod li jevitaw kwalunkwe rikorrenza ta' skandli bħal dak dwar l-emissjonijiet tad-diżil fil-karozzi (il-każ "dieselgate") u l-ħolqien ta' kartelli ġodda, bħal dak reċentement sanzjonat mill-Kummissjoni, li kien jinvolvi l-manifatturi ewlenin tat-trakkijiet.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jistieden lill-Kummissjoni biex kemm jista' jkun malajr tiżviluppa test ta' verifika fit-triq tal-emissjonijiet tas-CO2, li għandu jsir taħt is-superviżjoni ta' korpi indipendenti, li jrid jiġu mmonitorjat u rrapportat taħt dan ir-regolament, sabiex jiġu identifikati diskrepanzi possibbli bejn il-valuri simulati u attwali.

F'dak li għandu x'jaqsam mar-rapport li l-Kummissjoni trid tippubblika kull sena, ir-rapporteur iqis importanti li d-data trażmessa tkun aggregata mhux biss skont l-Istat Membru u l-manifattur, iżda jiġu kkunsidrati anke diversi portafolli ta' prodotti tal-produtturi u l-profili tal-missjoni tad-diversi vetturi b'tali mod li jiġi evitat qari parzjali u mhux preċiż tad-data u tiġi riflessa r-realtà b'mod aktar ġust.

Ir-rapporteur iqis ukoll li, fir-rigward tal-verifiki dwar il-kwalità tad-data li l-Istati Membri u l-manifatturi jridu jittrażmettu lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament, jeħtieġ jiġu previsti penali amministrattivi f'każ li jinstabu irregolaritajiet jew diskrepanzi, bħal pereżempju t-trażmissjoni ta' data differenti fir-rigward ta' dawk iċ-ċertifikati jew it-trażmissjoni parzjali tagħha.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur iqis li, bil-għan li jiġi żgurat li l-Kummissjoni jkollha l-mezzi, il-proċeduri u l-miżuri xierqa biex twettaq il-kompitu tagħha li tivverifika l-kwalità tad-data mmonitorjata u rrapportata u biex tikkorreġihom, dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati permezz ta' atti delegati.


OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (8.12.2017)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom

(COM(2017)0279 – C8-0168/2017 – 2017/0111(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Nicola Caputo

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-UE stabbiliet għaliha nnifisha miri ambizzjużi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-2030, li s-settur tat-trasport għandu jikkontribwixxi għalihom. Is-settur tal-vetturi heavy-duty (HDV) huwa sors sinifikanti ta' emissjonijiet, li jirrappreżenta 5 % tal-emissjonijiet totali tal-UE, madwar 20 % tal-emissjonijiet kollha mit-trasport, u kważi 25 % tal-emissjonijiet tat-trasport bit-triq. Mingħajr azzjoni ulterjuri dawn tal-aħħar mistennija jiżdiedu għal madwar 30 % fl-2050.

Fl-istess waqt, l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil minn HDVs ġodda, s'issa, għadhom ma ġewx immonitorjati b'mod oġġettiv u paragunabbli, u għalhekk mhi disponibbli ebda data affidabbli rigward l-ammont tagħhom fil-livell tal-flotta u tal-vettura. Bħalissa, l-informazzjoni disponibbli għax-xerrejja ta' HDVs ġodda dwar il-konsum tagħhom tal-fjuwil hija bbażata fuq metodoloġiji differenti ta' ttestjar u ta' simulazzjoni li jiddependu fuq il-manifattur tal-HDV u għalhekk mhumiex direttament paragunabbli. Dan id-distakk fit-tagħrif wassal: 1) għal inqas pressjoni kompetittiva fuq il-manifatturi tal-HDVs biex tingħata spinta lill-innovazzjoni u l-applikazzjoni ta' teknoloġiji effiċjenti fl-enerġija; 2) sabiex l-operaturi tat-trasport, li huma prinċipalment SMEs, ma jkunux kapaċi jagħżlu l-aktar vetturi effiċjenti fl-użu tal-fjuwil u jiffrankaw l-ispejjeż tal-fjuwil; u 3) għal ostakli fl-azzjoni fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO2 mill-HDVs.

Biex jiġi indirizzat dan in-nuqqas ta' tagħrif, il-Kummissjoni ssuġġeriet fl-Istrateġija tagħha dwar l-HDVs l-approċċ fi tliet stadji li ġej: l-ewwel miżura kienet li tiġi żviluppata pjattaforma ta' simulazzjoni tal-IT, l-hekk imsejħa VECTO (Vehicle Energy Consumption Calculation Tool - Għodda għall-Kalkolu tal-Konsum tal-Enerġija tal-Vetturi), biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil b'mod paragunabbli fost HDVs differenti bejn il-manufatturi kollha. It-tieni pass kien l-iżvilupp ta' metodoloġija ta' ċertifikazzjoni għall-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' HDVs ġodda qabel ma jitqiegħdu fis-suq tal-UE, fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip.

L-aħħar pass - li huwa l-proposta attwali - jagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-partijiet interessati kollha, b'tali mod li d-data rilevanti kollha kkalkulata mill-manifatturi skont il-metodoloġija ta' ċertifikazzjoni tkun monitorjata, irrappurtata u ppubblikata fil-livell tal-UE u tkun disponibbli għall-awtoritajiet pubbliċi, l-operaturi tat-trasport u l-manifatturi tal-vetturi.

Din il-proposta għal regolament tistabbilixxi rekwiżiti preċiżi għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi heavy-duty ġodda fl-UE u l-konsum tal-fjuwil tagħhom. Mill-2020 'il quddiem, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-manifatturi tal-HDVs jeħtiġilhom jissottomettu lista ta' parametri (bħal, pereżempju, il-konsum tal-fjuwil għal diversi ċikli tas-sewqan u sistemi metriċi differenti, l-emissjonijiet tas-CO2 u l-ispeċifikazzjonijiet tal-vetturi u t-teknoloġiji użati) tal-vetturi l-ġodda kollha li tqiegħdu fis-suq. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent se tamministra, fil-livell Ewropew, bażi ta' data ċentrali tad-data sottomessa li tkun disponibbli għall-pubbliku (għajr għal ċerta data sensittiva). Il-manifatturi u l-awtoritajiet kompetenti jkunu responsabbli għall-preċiżjoni u l-kwalità tad-data li jissottomettu. Madankollu, il-Kummissjoni tista' twettaq il-verifika tagħha stess tal-kwalità tad-data ppreżentata u, fejn xieraq, tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkoreġi d-data ppubblikata fir-reġistru ċentrali. Il-Kummissjoni se tipproduċi rapport annwali bl-analiżi tad-data mibgħuta mill-Istati Membri u l-manifatturi. L-analiżi tinkludi ċifri dwar il-medja tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tad-CO2 tal-flotta tal-HDVs tal-Unjoni kollha kemm hi, kif ukoll dik ta' kull manifattur. Hija għandha wkoll tieħu kont ta' data dwar l-applikazzjoni ta' teknoloġiji ġodda u avvanzati li jnaqqsu s-CO2.

Ir-rapporteur jilqa' din il-proposta biex tiġi mmonitorjata u mxerrda data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u dwar il-konsum tal-fjuwil ta' HDVs reġistrati ġodda fl-UE abbażi ta' metodoloġija miftiehma komunement. Filwaqt li l-effiċjenza tal-fjuwil mill-HDVs tjiebet matul dawn l-aħħar għexieren ta' snin, il-kumpaniji tat-trasport Ewropej, li fil-biċċa l-kbira huma SMEs u li joperaw biss ftit vetturi, għad m'għandhomx aċċess għal informazzjoni standardizzata biex jevalwaw teknoloġiji tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u jipparagunaw it-trakkijiet sabiex jieħdu l-aħjar deċiżjonijiet infurmati meta jixtru l-vetturi, skont il-bżonnijiet tagħhom u jnaqqsu l-kontijiet tal-fjuwil, li jammontaw għal madwar kwart tal-ispejjeż operattivi tagħhom.

Din il-proposta timplimenta wkoll l-Istrateġija Ewropea tal-2016 għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi, li l-għanijiet tagħha jinkludu t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass serra fit-trasport tat-triq b'tal-inqas 60 % fl-2050 u t-tnaqqis b'mod drastiku tal-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu l-arja. Għal dan l-għan, l-ebda miżura raġonevoli sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-HDVs ma tista' tiġi injorata. F'dawn l-aħħar 20 sena, ġew introdotti limiti vinkolanti tas-CO2 għall-karozzi privati u għall-vannijiet fl-UE. Sadanittant, il-vetturi heavy-duty sa issa ma kinux suġġetti għal limiti ta' CO2 paragunabbli. Il-Kummissjoni qed tippjana li tressaq proposti biex possibilment tinkludi standards ta' emissjonijiet għall-vetturi heavy-duty. Madankollu, dan jista' jsir biss fuq il-bażi ta' emissjonijiet tas-CO2 mmonitorjati u rrappurtati b'mod xieraq abbażi ta' metodoloġija miftiehma komunement.

Ir-rapporteur jemmen li huwa importanti li jiġi ggarantit li d-data uffiċjali VECTO dwar il-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2 jiġu magħmula pubblikament disponibbli. Barra minn hekk, wara li jittieħed kont tal-esperjenza bis-sistema VECTO, il-Kummissjoni jenħtieġ li tressaq proposti biex timplimenta testijiet ta' emissjoni f'sewqan reali (real driving emissions (RDE)) għall-HDVs.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Sabiex jiġi żgurat li dan l-għan jintlaħaq, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru flimkien l-aħjar prattiki fit-taħriġ tas-sewqan effiċjenti fl-enerġija u jippromwovu l-użu ta' dan it-taħriġ. L-użu ta' teknoloġiji ġodda biex titjieb l-effiċjenza u jitnaqqsu l-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2 għandu jiġi promoss ukoll, flimkien mal-użu ta' disinji aktar ajrudinamiċi u l-ottimizzazzjoni tal-pjanijiet ta' tagħbija. Biex inaqqsu l-konsum tal-fjuwil, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw l-użu ta' fondi għall-modernizzazzjoni tal-flotta tal-HDVs u t-titjib u l-manutenzjoni tal-motorways, u jippromwovu l-użu ta' tajers b'reżistenza baxxa għat-tidwir u karrijiet eħfef, u l-użu ta' fjuwils alternattivi bħall-idroġenu jew fjuwil miksub mir-riċiklaġġ u l-ipproċessar tal-plastik.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)  Sabiex ikun jista' jitwettaq il-Ftehim ta' Pariġi, l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra mit-trasport jeħtieġ li jkunu qrib iż-żero sal-2050;

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c)  Minħabba l-objettiv li nimxu lejn tnaqqis ta' 60 % fl-emissjonijiet mit-trasport sal-2050 meta mqabbel mal-livelli tal-1990, huwa importanti li l-Kummissjoni tirrieżamina u taġġorna l-VECTO (Vehicle Energy Consumption Calculation Tool - Għodda għall-Kalkolu tal-Konsum tal-Enerġija tal-Vetturi ) sabiex tiżgura l-effiċjenza kontinwa u l-komparabbiltà tar-riżultati meta jiġi kkalkulat il-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2 ta' vetturi heavy-duty.

Ġustifikazzjoni

Il-metodoloġija VECTO, pereżempju, ma tinkorporax l-ajrudinamika tal-karrijiet, li għandhom potenzjal sinifikanti ta' tnaqqis. Il-verżjoni attwali ta' VECTO ma tkoprix titjib fuq il-karrijiet għaliex il-karru definit fil-metodoloġija VECTO hija ta' karru "standard" biss; l-istess hija s-sitwazzjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil li ġej minn sistemi tal-motopropulsjoni ibridi - l-għodda VECTO attwali mhijiex maħsuba biex tieħu kont ta' din il-kategorija ta' titjib teknoloġiku.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-emissjonijiet ta' gass serra mit-trakkijiet, mix-xarabankijiet u mill-kowċis, jiġifieri l-vetturi heavy-duty, bħalissa jirrappreżentaw madwar kwart tat-trasport bit-triq fl-Unjoni u huma mistennija li jiżdiedu iktar sal-2030. Iridu jiġu introdotti miżuri effettivi biex jitrażżnu l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty biex jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet neċessarju fis-settur tat-trasport.

(4)  L-emissjonijiet ta' gass serra mit-trakkijiet, mix-xarabankijiet u mill-kowċis, jiġifieri l-vetturi heavy-duty, bħalissa jirrappreżentaw madwar kwart tat-trasport bit-triq u parti minn kull ħamsa tal-emissjonijiet kollha mit-trasport fl-Unjoni u huma mistennija li jiżdiedu iktar u b'mod aktar rapidu sal-2030. Iridu jiġu introdotti bosta miżuri effettivi fil-ħin biex jitrażżnu l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty fil-produzzjoni u fl-użu biex jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet neċessarju fis-settur tat-trasport.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Il-kontribut ta' bosta miżuri li jinvolvu l-effiċjenza tat-trasport, il-fjuwils alternattivi, l-infrastruttura tat-toroq, it-teknoloġija tal-vetturi u l-intermodalità huwa meħtieġ biex jinħoloq approċċ komprensiv biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-settur tat-trasport. Fil-każ ta' vetturi heavy-duty, it-tnaqqis fl-emissjonijiet jista' wkoll jinkiseb billi jiġu żviluppati soluzzjonijiet għal inċentivi u biex jinħolqu inċentivi għall-ottimizzazzjoni tat-tagħbija, il-platooning, it-taħriġ tas-sewwieqa, it-tiġdid tal-flotta, it-tnaqqis tal-konġestjoni u l-investimenti fil-manutenzjoni tal-infrastruttura.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2014 dwar l-Istrateġija għat-Tnaqqis tal-Konsum tal-Fjuwil u tal-Emissjonijiet tas-CO2 mill-Vetturi Heavy Duty13, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li prerekwiżit għall-introduzzjoni ta' tali miżuri hu proċedura għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil.

(5)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2014 dwar l-Istrateġija għat-Tnaqqis tal-Konsum tal-Fjuwil u tal-Emissjonijiet tas-CO2 mill-Vetturi Heavy Duty13, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li prerekwiżit għall-introduzzjoni ta' tali miżuri hu proċedura għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil. Fil-Pakkett tagħha dwar il-Mobilità tal-2017 bit-titolu "L-Ewropa attiva", il-Kummissjoni pprevediet proposta għall-istandards għall-vetturi heavy-duty fl-ewwel nofs tal-2018. Il-pubblikazzjoni fil-ħin ta' dik il-proposta hija kruċjali biex tippermetti l-adozzjoni rapida ta' tali standards ġodda.

__________________

__________________

13 COM(2014) 285 final.

13 COM(2014) 285 final.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Filwaqt li l-effiċjenza tal-fjuwil ta' vetturi heavy-duty tjiebet matul dawn l-aħħar deċennji, il-kumpaniji tat-trasport, li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma SMEs u joperaw biss ftit vetturi, għad m'għandhomx aċċess għal informazzjoni standardizzata biex jevalwaw teknoloġiji tal-effiċjenza tal-fjuwil u jqabblu l-vetturi biex jieħdu l-aħjar deċiżjonijiet infurmati dwar ix-xiri ta' vetturi u jnaqqsu l-kontijiet tal-fjuwil tagħhom, li jkopru madwar kwart tal-ispejjeż operattivi tagħhom.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-informazzjoni dwar ir-rendiment ta' vettura f'termini tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil għandhom jitpoġġew disponibbli pubblikament biex l-operaturi tal-vetturi kollha jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati sewwa dwar ix-xiri. Il-manifatturi tal-vetturi kollha jkunu jistgħu jikkumparaw ir-rendimenti tal-vetturi tagħhom ma' dawk ta' għamliet differenti. Dan se jżid l-inċentivi għall-innovazzjoni u għalhekk se jżid il-kompetittività. Din l-informazzjoni se tipprovdi wkoll lil min ifassal il-politika fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri b'bażi soda għall-iżvilupp ta' politiki biex jippromwovu l-użu ta' iktar vetturi effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Għalhekk, huwa xieraq li l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati għal kull vettura heavy-duty ġdida skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) […/…]15 [Ir-referenza t-tajba trid tiġi inkluża mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet] huma mmonitorjati, rrapportati lill-Kummissjoni u jitpoġġew disponibbli għall-pubbliku.

(7)  L-informazzjoni dwar ir-rendiment ta' vettura f'termini tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil għandhom jiġu magħmula disponibbli pubblikament biex l-operaturi tal-vetturi kollha jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati sewwa dwar ix-xiri u biex partijiet terzi jkunu jistgħu jimmonitorjaw l-isforzi magħmula biex jillimitaw l-emissjonijiet CO2. Il-manifatturi tal-vetturi kollha jkunu jistgħu jikkumparaw ir-rendimenti tal-vetturi tagħhom ma' dawk ta' għamliet differenti. Dan se jżid l-inċentivi għall-innovazzjoni u għalhekk se jżid il-kompetittività. Din l-informazzjoni se tipprovdi wkoll lil min ifassal il-politika fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri b'bażi soda għall-iżvilupp ta' politiki biex jippromwovu l-użu ta' iktar vetturi effiċjenti fl-użu tal-enerġija u se żżid l-affidabbiltà tal-għodda VECTO, ittejjeb it-trasparenza, kif ukoll tagħti spinta lill-innovazzjoni u l-kompetittività. Sabiex tiġi ffaċilitata l-komparabbiltà tad-data u tiġi żgurata l-kwalità tad-data u t-trasparenza, huwa xieraq għalhekk li l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati għal kull vettura heavy-duty ġdida skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) […/…]15 [Ir-referenza t-tajba trid tiġi inkluża mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet] ikunu mmonitorjati, irrapportati lill-Kummissjoni u magħmula disponibbli għall-pubbliku fil-pront, abbażi ta' metodoloġija armonizzata u b'manjiera unifikata.

__________________

__________________

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) […/…] li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi heavy-duty u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L…,..,..).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) […/…] li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi heavy-duty u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L…,..,..).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Biex jinkiseb għarfien komplet dwar il-konfigurazzjoni tal-flotta ta' vetturi heavy-duty fl-Unjoni, dwar l-iżvilupp tagħha matul iż-żmien u dwar l-impatt potenzjali tal-emissjonijiet tas-CO2, hu xieraq li tiġi mmonitorjata u rapportata d-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi heavy-duty ġodda kollha u tal-karrijiet ġodda kollha, inkluż id-data dwar is-sistemi tal-motopropulsjoni kif ukoll dwar il-karozzerija relevanti.

(8)  Biex jinkiseb għarfien komplet dwar il-konfigurazzjoni tal-flotta ta' vetturi heavy-duty fl-Unjoni, dwar l-iżvilupp tagħha matul iż-żmien u dwar l-impatt potenzjali tal-emissjonijiet tas-CO2, hu xieraq li tiġi mmonitorjata u rapportata d-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi heavy-duty ġodda kollha u tal-karrijiet ġodda kollha, inkluż id-data dwar l-effiċjenza tas-sistemi tal-motopropulsjoni u tal-magni kif ukoll dwar il-karozzerija u l-komponenti l-aktar relevanti. Huwa importanti li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-manifatturi tal-vetturi tal-Istati Membri fil-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil se tkun disponibbli għal ċerti vetturi heavy-duty ġodda li huma rreġistrati fl-[2019]. Għalhekk, minn dik id-data, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu data dwar ir-reġistrazzjonijiet ġodda u l-manifatturi għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu d-data teknika rigward dawk il-vetturi.

(9)  Id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil se tkun disponibbli għal ċerti vetturi heavy-duty ġodda li huma rreġistrati fl-[2019]. Għalhekk, minn dik id-data, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jipprovdu data dwar ir-reġistrazzjonijiet ġodda, u l-manifatturi għandhom ikunu obbligati jipprovdu d-data teknika rigward il-vetturi li għalihom id-data rikjesta hija disponibbli.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Id-data teknika essenzjali għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tar-rendiment tal-konsum tal-fjuwil ta' vettura għandha tkun disponibbli pubblikament biex tiżdied it-trasparenza tal-ispeċifikazzjonijiet tal-vettura u tar-rendiment relatat u biex titrawwem kompetizzjoni fost il-manifatturi. Data li hi sensittiva għal raġunijiet ta' protezzjoni ta' data personali u ta' kompetizzjoni ġusta biss m'għandhiex tiġi ppubblikata. Madankollu, huwa ċertament fl-interess pubbliku li d-data teknika essenzjali biex jiġi ddeterminat ir-rendiment tal-vetturi tkun disponibbli. Għalhekk, tali data m'għandhiex tkun eżentata mill-aċċess pubbliku.

(10)  Id-data teknika rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tar-rendiment tal-konsum tal-fjuwil ta' vettura għandha tkun disponibbli pubblikament biex tiżdied it-trasparenza tal-ispeċifikazzjonijiet tal-vettura u tar-rendiment relatat u biex titrawwem kompetizzjoni fost il-manifatturi. Data li hi sensittiva għal raġunijiet ta' protezzjoni ta' data personali u ta' kompetizzjoni ġusta biss m'għandhiex tiġi ppubblikata. Peress li huwa ċar li huwa fl-interess pubbliku li d-data teknika relevanti biex jiġi ddeterminat u evalwat ir-rendiment tal-vetturi tkun disponibbli, id-data kollha rrappurtata jenħtieġ li tkun pubblikament disponibbli bl-eċċezzjoni ta' data personali jew kummerċjalment sensittiva.

 

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-adegwatezza li tagħmel it-tali data aċċessibbli b'mod anonimizzat fuq talba lil partijiet terzi rikonoxxuti u l-kondizzjonijiet li bihom dan jenħtieġ li jsir mingħajr ma tiġi pperikolata l-kompetizzjoni u, jekk ikun xieraq, titressaq proposta leġiżlattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat f'dan ir-rigward.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Huwa importanti li d-data mmonitorjata u rapportata tkun robusta u affidabbli. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-mezzi biex tivverifika, u fejn ikun hemm bżonn, tikkoreġi d-data finali. Għalhekk, il-parametri li jippermettu li d-data tkun traċċata u vverifikata b'mod adegwat għandhom ikunu previsti fir-rekwiżiti tal-monitoraġġ.

(11)  Fid-dawl tal-fatt li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri flimkien mal-manifatturi tal-vetturi għandhom ikunu responsabbli għall-preċiżjoni u l-kwalità tad-data ppreżentata (lista ta' parametri: il-konsum tal-fjuwil matul iċ-ċikli varji tas-sewqan, l-emissjonijiet tas-CO2, l-ispeċifikazzjonijiet u t-teknoloġiji tal-vetturi użati), huwa importanti li d-data mmonitorjata u rapportata tkun robusta u affidabbli. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-mezzi biex tivverifika, u fejn ikun hemm bżonn, tikkoreġi d-data finali. Għalhekk, il-parametri li jippermettu li d-data tkun traċċata u vverifikata b'mod adegwat għandhom ikunu previsti fir-rekwiżiti tal-monitoraġġ, filwaqt li dejjem jittieħed kont tal-leġiżlazzjoni dwar il-privatezza.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Il-Kummissjoni, wara li tkun għamlet rendikont tal-esperjenza miksuba bl-Għodda għall-Kalkolu tal-Konsum tal-Enerġija tal-Vetturi (VECTO), jenħtieġ li tressaq proposti leġiżlattivi għal testijiet ta' emissjonijiet f'sewqan reali (RDE) għal vetturi heavy-duty;

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-verifika u l-korrezzjoni tad-data mmonitorjata, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat tal-implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti ħafna li jiġi żgurat li l-Kummissjoni jkollha l-mezzi, il-proċeduri u l-miżuri xierqa biex twettaq il-kompitu tagħha li tivverifika l-kwalità tad-data mmonitorjata u rrapportata u biex tikkorreġihom. Dawn il-miżuri, għalhekk, għandhom jiġu adottati permezz ta' atti delegati.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tad-data u l-proċedura ta' monitoraġġ u rapportar jibqgħu relevanti tul iż-żmien għall-valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-flotta ta' vetturi heavy-duty għall-emissjonijiet tas-CO2, kif ukoll biex jiġi żgurat li d-disponibilità tad-data dwar teknoloġiji ġodda u avvanzati li jnaqqsu s-CO2, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat ta' Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi tar-rekwiżiti tad-data u l-proċedura ta' monitoraġġ u rapportar stabbilita fl-Annessi. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jindirizzaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(14)  Biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tad-data u l-proċedura ta' monitoraġġ u rapportar jibqgħu relevanti tul iż-żmien għall-valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-flotta ta' vetturi heavy-duty għall-emissjonijiet tas-CO2, kif ukoll biex jiġi żgurat li d-disponibilità tad-data dwar teknoloġiji ġodda u avvanzati li jnaqqsu s-CO2 u biex jiġu żgurati l-verifika u l-korrezzjoni xierqa tad-data mmonitorjata u rrappurtata, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat ta' Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi tar-rekwiżiti tad-data u l-proċedura ta' monitoraġġ u rapportar stabbilita fl-Annessi. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jindirizzaw it-tħejjija tal-atti delegati.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti ħafna li jiġi żgurat li l-Kummissjoni jkollha l-mezzi, il-proċeduri u l-miżuri xierqa biex twettaq il-kompitu tagħha li tivverifika l-kwalità tad-data mmonitorjata u rrapportata u biex tikkorreġihom. Dawn il-miżuri, għalhekk, għandhom jiġu adottati permezz ta' atti delegati.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Reġistru Ċentrali għad-data dwar il-vetturi heavy-duty

Bażi tad-Data Ċentrali għad-data dwar il-vetturi heavy-duty

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ċentrali għad-data rapportata skont l-Artikoli 4 u 5. Ir-Reġistru għandu jkun disponibbili pubblikament bl-eċċezzjoni tal-entrati tad-data 1, 24, 25, 32, 33, 39 u 40 speċifikati f'Parti B tal-Anness I.

1.  Il-Kummissjoni għandha żżomm bażi tad-data ċentrali għad-data rapportata skont l-Artikoli 4 u 5. Il-bażi tad-data għandha tkun disponibbili pubblikament, aċċessibbli mingħajr ħlas u f'format li jista' jiġi mfittex diġitalment, bl-eċċezzjoni tal-entrati tad-data 1, 4, 5, 23, 24, 25, 32, 33, 39 u 40 speċifikati f'Parti B tal-Anness I. Qabel ma tiġi ppubblikata d-data, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u lill-manifatturi kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tevalwa kemm l-adegwatezza li tagħmel id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu aċċessibbli b'mod anonimizzat fuq talba lil partijiet terzi rikonoxxuti u l-kondizzjonijiet li bihom dan għandu jsir mingħajr ma jipperikola l-kompetizzjoni u, jekk ikun xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat f'dan ir-rigward.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni tista' tagħmel il-verifiki tagħha stess tal-kwalità tad-data rapportata skont l-Artikoli 4 u 5.

2.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-verifiki tagħha stess tal-kwalità tad-data rapportata skont l-Artikoli 4 u 5, fuq kampjun rappreżentattiv u fuq bażi regolari. Hija tista' twettaq spezzjonijiet biex tivverifika l-kwalità tal-metodi użati biex tinkiseb id-data, bl-użu tat-tekonoloġiji xierqa disponibbli kollha tal-ittestjar u tal-kalkolu.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn il-Kummissjoni tkun infurmata bl-iżbalji fid-data jew bis-saħħa tal-verifika tagħha stess, issib diskrepanzi fis-sett tad-data, hi għandha, fejn xieraq, tieħu l-miżuri neċessarji biex tikkoreġi d-data ppubblikata fir-Reġistru Ċentrali msemmi fl-Artikolu 6.

3.  Fejn il-Kummissjoni tkun infurmata bl-iżbalji fid-data jew bis-saħħa tal-verifika tagħha stess, issib diskrepanzi fis-sett tad-data, hi għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tikkoreġi d-data ppubblikata fil-Bażi tad-Data Ċentrali msemmija fl-Artikolu 6. L-Istati Membri u l-manifatturi għandu jkollhom l-opportunità li jikkoreġu l-iżbalji fi żmien tliet xhur minn notifiki.

 

Fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi li manifattur ikun iffalsifika data deliberatament, hija għandha mingħajr dewmien titlob lill-awtoritajiet kompetenti jikkoreġu d-data u tieħu miżuri adegwati f'konformità mad-Direttiva 2007/46/KE.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  F'każ li mġiba ħażina jew żbalji fl-informazzjoni u d-data mibgħuta lill-Kummissjoni jiġu rrappurtati, l-informaturi kkonċernati għandhom jirċievu status speċifiku u protezzjoni, fl-ambitu tal-qafas legali ġenerali għall-protezzjoni tal-informaturi, fid-dawl tar-riskji li jiffaċċjaw fir-rappurtar ta' mġiba ħażina u fl-interess ġenerali ta' dawn ir-rapporti. Jekk tali prattika ħażina tkun ġiet irrappurtata lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru u/jew mill-manifatturi tal-vetturi, u ma tkunx ġiet debitament innotifikata lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tieħu miżuri punittivi permezz tal-adozzjoni ta' atti delegati.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-analiżi għandha tindika, bħala minimu, ir-rendiment tal-flotta tal-vetturi heavy-duty tal-Unjoni kif ukoll dik ta' kull manifattur f'termini tal-medja tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2. Din għandha wkoll, fejn disponibbli,tqis id-data dwar it-teħid ta' teknoloġiji ġodda u avvanzati ta' tnaqqis tas-CO2.

2.  L-analiżi għandha tindika, bħala minimu, ir-rendiment tal-flotta tal-vetturi heavy-duty tal-Unjoni kif ukoll dik ta' kull manifattur f'termini tal-medja tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2 għaċ-ċikli varji tal-applikazzjoni tal-magna, abbażi tas-sistema ta' klassifikazzjoni VECTO. Din għandha wkoll, fejn disponibbli, tqis id-data dwar it-teħid ta' teknoloġiji ġodda u avvanzati ta' tnaqqis tas-CO2, inkluż magni alternattivi u/jew fjuwils alternattivi. It-tqabbil tal-manifatturi għandu jsir għal kull grupp ta' funzjonijiet tat-trasport sabiex jiġi żgurat li l-paraguni jkunu validi.

Ġustifikazzjoni

Il-fabbrikanti tal-vetturi ta' spiss joffru t-tagħmir tagħhom għall-iskop li jwettqu funzjonijiet tat-trasport kompletament differenti. B'mod korrispondenti, ir-rendiment tal-manifatturi ma jistax jitkejjel permezz ta' sempliċi paragun relatat mal-prestazzjoni, għaliex dak li għandu jitqabbel, pereżempju, huma vjaġġi qosra minn toroq prinċipali jew vjaġġi urbani qosra.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-proċedura tat-testijiet VECTO mingħajr dewmien bla bżonn biex tinkludi, b'mod teknoloġikament newtrali, il-kategoriji kollha ta' vetturi heavy duty, il-karrijiet u l-vetturi kollha mħaddma b'enerġija alternattiva, bħal vetturi ibridi u sistemi ta' motopropulsjoni b'emissjonijiet żero sa mhux aktar tard mill-2020 u tirrapporta d-data rilevanti kollha.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

imħassar

L-għoti tas-setgħat ta' implimentazzjoni

 

Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddetermina l-miżuri ta' verifika u korrezzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 7. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11.

 

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti ħafna li jiġi żgurat li l-Kummissjoni jkollha l-mezzi, il-proċeduri u l-miżuri xierqa biex twettaq il-kompitu tagħha li tivverifika l-kwalità tad-data mmonitorjata u rrapportata u biex tikkorreġihom. Dawn il-miżuri, għalhekk, għandhom jiġu adottati permezz ta' atti delegati.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12, sabiex jiġi ssuplementat dan ir-Regolament bil-ħsieb li jiġu determinati l-miżuri ta' verifika u ta' korrezzjoni msemmija fl-Artikolu 7(2) u (3).

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti ħafna li jiġi żgurat li l-Kummissjoni jkollha l-mezzi, il-proċeduri u l-miżuri xierqa biex twettaq il-kompitu tagħha li tivverifika l-kwalità tad-data mmonitorjata u rrapportata u biex tikkorreġihom. Dawn il-miżuri, għalhekk, għandhom jiġu adottati permezz ta' atti delegati.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

imħassar

Il-proċedura tal-kumitat

 

Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit bl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru182/2011.

 

Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti ħafna li jiġi żgurat li l-Kummissjoni jkollha l-mezzi, il-proċeduri u l-miżuri xierqa biex twettaq il-kompitu tagħha li tivverifika l-kwalità tad-data mmonitorjata u rrapportata u biex tikkorreġihom. Dawn il-miżuri, għalhekk, għandhom jiġu adottati permezz ta' atti delegati.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Anness I – parti B – tabella – numru 26a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

26a.  l-effiċjenza tat-trażmissjoni

Emenda    27

Proposta għal regolament

Anness I – parti B – tabella – numru 34a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

34a.  l-effiċjenza tal-fus

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom

Referenzi

COM(2017)0279 – C8-0168/2017 – 2017/0111(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.6.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.6.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Nicola Caputo

30.6.2017

Eżami fil-kumitat

11.10.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

4.12.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Miltiadis Kyrkos, Marian-Jean Marinescu, Jens Nilsson, Salvatore Domenico Pogliese, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Keith Taylor, Pavel Telička, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Jakop Dalunde, Mark Demesmaeker, Michael Gahler, Jozo Radoš, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mike Hookem, Claudiu Ciprian Tănăsescu

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

28

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Jozo Radoš, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Mark Demesmaeker, Jacqueline Foster, Roberts Zīle

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Michael Gahler, Dieter-Lebrecht Koch, Marian-Jean Marinescu, Salvatore Domenico Pogliese, Massimiliano Salini, Henna Virkkunen, Wim van de Camp

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Nicola Caputo, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Miltiadis Kyrkos, Jens Nilsson, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Janusz Zemke

4

-

EFDD

Mike Hookem

VERTS/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom

Referenzi

COM(2017)0279 – C8-0168/2017 – 2017/0111(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

31.5.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.6.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

15.6.2017

ITRE

15.6.2017

TRAN

15.6.2017

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

29.6.2017

ITRE

21.6.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Damiano Zoffoli

21.6.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

6.11.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

24

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, Seb Dance, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Joëlle Mélin, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Gilles Pargneaux, Bolesław G. Piecha, John Procter, Julia Reid, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nikos Androulakis, Eleonora Evi, Elena Gentile, Rebecca Harms, Martin Häusling, Norbert Lins, Nuno Melo, Ulrike Müller, Marijana Petir, Christel Schaldemose, Bart Staes, Keith Taylor, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

France Jamet, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Jiří Maštálka

Data tat-tressiq

30.1.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

36

+

ALDE

Catherine Bearder, Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Ulrike Müller, Frédérique Ries

ECR

Mark Demesmaeker, Arne Gericke, Julie Girling, John Procter

EFDD

Eleonora Evi

GUE/NGL

Stefan Eck, Kateřina Konečná, Jiří Maštálka

S&D

Nikos Androulakis, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Seb Dance, Elena Gentile, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Susanne Melior, Gilles Pargneaux, Christel Schaldemose, Daciana Octavia Sârbu, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho

Verts/ALE

Marco Affronte, Rebecca Harms, Martin Häusling, Bart Staes, Keith Taylor

24

-

ECR

Bolesław G. Piecha

EFDD:

Julia Reid

ENF :

France Jamet, Joëlle Mélin

PPE:

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Nuno Melo, Miroslav Mikolášik, Marijana Petir, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

3

0

ECR

Urszula Krupa, Jadwiga Wiśniewska

EPP

José Inácio Faria

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Frar 2018Avviż legali