Proċedura : 2017/2071(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0013/2018

Testi mressqa :

A8-0013/2018

Dibattiti :

PV 07/02/2018 - 17
CRE 07/02/2018 - 17

Votazzjonijiet :

Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0039

RAPPORT     
PDF 785kWORD 85k
31.1.2018
PE 612.063v02-00 A8-0013/2018

dwar ir-Rapport Annwali dwar l-Attivitajiet Finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment

(2017/2071(INI))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur għal opinjoni: Eider Gardiazabal Rubial

Rapporteur għal opinjoni (*):

Ludek Niedermayer, Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-Rapport Annwali dwar l-Attivitajiet Finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment

(2017/2071(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 126, 175, 177, 208, 209, 271, 308 u 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Protokoll Nru 5 dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) anness miegħu,

–  wara li kkunsidra l-Pjan Operattiv tal-Grupp tal-BEI għall-2017-2019 ippubblikat fuq is-sit web tal-BEI,

  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Attività 2016 tal-BEI,

  wara li kkunsidra r-Rapport Finanzjarju 2016 u r-Rapport Statistiku 2016 tal-BEI,

  wara li kkunsidra l-Evalwazzjoni tal-Funzjonament tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) ta' Settembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-ftehim milħuq f'Mejju 2017 mill-Parlament Ewropew u l-BEI rigward l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata skont ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi(1),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew Konsulenza għall-Investimenti (COM(2016)0597),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea (COM(2016)0583),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni (COM(2016)0582),

–  wara li kkunsidra l-Inizjattiva ta' Reżiljenza Ekonomika tal-BEI,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Settembru 2017 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta' Garanzija tal-EFSD(2),

–  wara li kkunsidra l-ewwel laqgħa tal-Bord Strateġiku tal-EFSD li saret fi Brussell fit-28 ta' Settembru 2017,

–  wara li kkunsidra s-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir li sar f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru 2017 u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Grupp tal-BEI dwar l-Ugwaljanza bejn is-sessi u l-awtonomizzazzjoni ekonomika tan-nisa,

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Trasparenza tal-BEI fl-2015 u r-Rapport tal-BEI tal-2016 dwar il-Governanza Korporattiva,

–  wara li kkunsidra l-Manwal Ambjentali u Soċjali tal-BEI,

–  wara li kkunsidra r-reviżjoni li għaddejja tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti tal-BEI –Prinċipji, Termini ta' Referenza u Regoli tal-Proċedura 2010,

–  wara li kkunsidra l-politika tal-BEI favur ġurisdizzjonijiet irregolati b'mod dgħajjef, mhux trasparenti u mhux kooperattivi (il-Politika NCJ) tal-15 ta' Diċembru 2010 u l-addendum għaliha tat-8 ta' April 2014,

–  wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-BEI tar-ratifika tal-Ftehim ta' Pariġi mill-UE tal-4 ta' Ottubru 2016,

  wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU,

–  wara li kkunsidra d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-President Juncker mogħti fit-13 ta' Settembru 2017 fis-sessjoni plenarja tal-Parlament fi Strasburgu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0013/2018),

A.  billi l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) huwa meqjus bħala d-"driegħ finanzjarju tal-UE" u l-istituzzjoni ewlenija fis-sostenn tal-investimenti pubbliċi u privati fl-UE, filwaqt li għandu wkoll rwol importanti barra l-UE permezz tal-attivitajiet ta' self estern tiegħu;

B.  billi l-attivitajiet finanzjarji tal-Grupp tal-BEI jinkludu kemm is-self ta' riżorsi proprji kif ukoll l-issodisfar tad-diversi mandati mogħtija lilu bl-appoġġ tal-baġit tal-UE u ta' partijiet terzi bħalma huma l-Istati Membri tal-UE;

C.  billi jenħtieġ li tingħata attenzjoni kontinwa fuq l-iżvilupp tal-aħjar prattiki relatati mal-politika tal-prestazzjoni u l-ġestjoni, il-governanza u t-trasparenza tal-Grupp tal-BEI;

D.  billi l-BEI żamm kapaċità finanzjarja soda fl-2016 skont il-previżjoni għal dik is-sena, b'bilanċ favorevoli annwali ta' EUR 2,8 biljun;

E.  billi l-BEI jenħtieġ li jkompli jsaħħaħ l-isforzi tiegħu biex jespandi l-attivitajiet ta' self tiegħu b'mod effikaċi billi jipprovdi assistenza teknika u sostenn konsultattiv, speċjalment f'reġjuni b'livelli baxxi ta' investiment, sabiex jindirizza diskrepanzi reġjonali, filwaqt li jnaqqas il-piżijiet amministrattivi għall-applikanti;

F.  billi l-BEI, bħala l-istituzzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), jenħtieġ li jkompli jfittex portafoll tal-assi ta' kwalità għolja li huwa ġeografikament ibbilanċjat, b'benefiċċji ekonomiċi fuq terminu twil li jiġġeneraw impjiegi ta' kwalità, u jenħtieġ jagħmel dan il-prijorità ewlenija tiegħu fit-territorju kollu tal-UE;

G.  billi l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) jenħtieġ li jkollu rwol ewlieni billi jikkomplementa l-interventi tal-BEI bħala l-veikolu speċjalizzat tal-UE għall-kapital ta' riskju u garanziji mmirati primarjament lejn l-appoġġ lill-SMEs, u b'hekk iwassal għal aktar integrazzjoni Ewropea u koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

H.  billi d-dispożizzjonijiet kuntrattwali tal-Grupp tal-BEI inklużi fil-kuntratti ffirmati bejn il-Grupp tal-BEI u l-kontropartijiet tiegħu fihom salvagwardji kontra l-frodi, li jinkludu l-frodi fiskali u l-ħasil tal-flus, u r-riskji tal-finanzjament tat-terroriżmu; billi l-Grupp tal-BEI jenħtieġ li jesiġi li l-kontropartijiet tiegħu jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli kollha; billi jenħtieġ li l-Grupp tal-BEI jimponi dispożizzjonijiet kuntrattwali addizzjonali li jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi ta' trasparenza u integrità abbażi tar-riżultati tad-diliġenza dovuta;

I.  billi l-Grupp tal-BEI huwa marbut bit-trattati li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni, il-koeżjoni ekonomika u soċjali u l-iżvilupp reġjonali tal-UE permezz ta' strumenti ta' investiment iddedikati bħal self, ekwitajiet, garanziji, faċilitajiet tal-kondiviżjoni tar-riskju u servizzi ta' konsulenza;

J.  billi l-Grupp tal-BEI jenħtieġ li jżomm livell għoli ta' affidabbiltà kreditarja bħala assi fundamentali tal-mudell ta' negozju tiegħu u portafoll tal-assi ta' kwalità għolja u solidu bi proġetti ta' investiment sodi skont il-FEIS u l-istrumenti finanzjarji kollha fil-portafoll tiegħu;

Sfidi globali u politiki ewlenin

1.  Jenfasizza li l-kriżi ekonomika dgħajfet b'mod sinifikanti t-tkabbir tal-ekonomija fl-UE u li wieħed mill-konsegwenzi negattivi huwa t-tnaqqis fl-investiment fl-UE; jissottolinja li t-tnaqqis fl-investiment pubbliku u privat laħaq livelli allarmanti f'dawk il-pajjiżi l-aktar milquta mill-kriżi, kif jixhdu s-sejbiet tal-Eurostat; jesprimi tħassib dwar l-iżbilanċi makroekonomiċi u r-rati tal-qgħad li għadhom sinifikanti f'xi Stati Membri;

2.  Jistenna li l-BEI jkompli jaħdem mal-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet sistemiċi li jimpedixxu lil ċerti reġjuni jew pajjiżi milli jieħdu vantaġġ sħiħ tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI;

3.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rieda tal-Grupp tal-BEI biex isaħħaħ il-kompetittività tal-UE, jipprovdi appoġġ reali għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, u jikkontribwixxi biex tinstab soluzzjoni għall-isfidi soċjoekonomiċi fi ħdan l-UE u lil hinn minnha, billi jsegwi l-għanijiet ta' politika pubblika globali tagħha relatata mal-innovazzjoni, l-SMEs u l-finanzjament għall-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja, l-infrastruttura, l-ambjent, il-koeżjoni ekonomika u soċjali, u l-klima; ifakkar li dawn l-objettivi jeħtieġu wkoll il-provvista ta' beni pubbliċi; jinsisti li, sabiex jintlaħqu b'suċċess l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, l-attivitajiet kollha tal-Grupp tal-BEI mhux biss jenħtieġ li jkunu ekonomikament sostenibbli, iżda jikkontribwixxu wkoll għal UE aktar intelliġenti, aktar ekoloġika u aktar inklużiva; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-BEI biex jaħdem ma' parteċipanti żgħar fis-suq u ma' kooperattivi tal-komunità biex iwettaq pakkett ta' proġetti tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira sabiex dawn ikunu jistgħu jkunu eliġibbli għal finanzjament tal-BEI;jenfasizza l-ħtieġa għal koerenza bejn l-istrumenti neċessarji biex jintlaħqu dawn l-objettivi;

4.  Jilqa' f'dan ir-rigward il-linja ta' ħidma tal-Kummissjoni li tikkombina sorsi ta' finanzjament differenti, inklużi l-FEIS, strumenti finanzjarji ġestiti ċentralment fil-livell tal-UE u riżorsi minn programm tal-fondi SIE, kif ukoll ir-riżorsi tal-Istati Membri u tal-banek u l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali, li ppermettiet li proġetti riskjużi u proġetti b'aċċess limitat għall-finanzjament jiġu ġestiti għall-benefiċċju tal-SMEs;

5.  Jilqa' l-fatt li l-BEI ddikjara l-impenn tiegħu li jappoġġa t-twettiq tal-Ftehim ta' Pariġi; jemmen li r-rieżami tal-kriterji dwar is-self għall-enerġija tal-BEI previst għall-2018 se jkun opportunità biex il-bank jieħu kont tal-appoġġ li jagħti lis-settur tal-karburanti fossili u li huwa jippubblika d-data komprensiva, rilevanti u relata; iħeġġeġ lill-bank, f'dan il-kuntest, jippubblika l-pjanijiet ta' azzjoni konkreti li jirriżultaw mill-Istrateġija tal-Klima għall-2015, u biex jallinja l-portafoll tiegħu mal-mira ta' żieda fit-temperatura medja globali ta' 1,5 gradi skont il-Ftehim ta' Pariġi, permezz tal-eliminazzjoni rapida u kompleta tal-proġetti tal-karburanti fossili u l-prijoritizzazzjoni ta' proġetti rinnovabbli u ta' effiċjenza enerġetika; jilqa' l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2017 dwar il-finanzjament għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima,(3) u jenfasizza l-importanza li finanzjament suffiċjenti jkun disponibbli għal investimenti ekoloġiċi sostenibbli, inkluż għall-industriji b'bażi bijoloġika(4); jistieden lill-BEI jkompli l-appoġġ finanzjarju tiegħu għas-sorsi tal-enerġija sostenibbli lokali sabiex jingħeleb il-livell għoli ta' dipendenza enerġetika tal-Ewropa fuq sorsi esterni u tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista; jistieden lill-BEI jqis l-adozzjoni tal-indikaturi tal-klima ta' Rio tal-OECD, użati biex jirrintraċċaw u jimmonitorjaw l-infiq fuq il-klima minn Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE), sabiex jittieħed kont aħjar tal-attivitajiet tal-BEI relatati mal-politika ta' koeżjoni fil-valutazzjoni tar-rwol tal-Fondi SIE fl-indirizzar tat-tibdil fil-klima;

6.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-BEI kellu riżultati mħallta ħafna fil-qasam tal-azzjoni klimatika, minkejja li laħaq il-mira tiegħu ta' 25 % b'marġni żgħir f'termini globali; jinsab imħasseb li, f'16-il Stat Membru, l-appoġġ tal-BEI għall-azzjoni klimatika lanqas biss laħaq il-livell ta' 20 % u li l-azzjoni klimatika tal-investiment fl-2016 kienet fil-biċċa l-kbira fl-ekonomiji l-aktar b'saħħithom tal-UE, b'70 % tal-appoġġ tal-FEIS għall-enerġija rinnovabbli kienet ikkonċentrata f'pajjiż wieħed biss – il-Belġju – u 80 % tal-investiment fl-effiċjenza enerġetika permezz tal-FEIS ġiet allokata lill-Franza, lill-Finlandja u lill-Ġermanja;

7.  Jilqa' l-fatt li l-BEI wieġeb għall-kriżi billi espanda l-attivitajiet tiegħu b'mod sinifikanti, inkluż fil-pajjiżi li ntlaqtu l-agħar; jistieden lill-BEI jkompli jappoġġa lill-pajjiżi tal-UE sabiex jikkontribwixxu għall-irkupru ekonomiku tagħhom;

8.  Ifakkar fil-ħtieġa urġenti li jiġi kkjarifikat l-impatt tal-Brexit fuq il-baġit attwali tal-BEI u fuq l-attivitajiet tiegħu sabiex l-istituzzjoni tkun tista' tkompli twettaq ir-rwol tagħha; jinnota li r-Renju Unit ipprovda 16,11 % tal-kapital tal-BEI, li jammonta għal EUR 3,5 biljun tal-kapital imħallas u EUR 35,7 biljun tal-kapital eżegwibbli tal-Bank; jenfasizza l-importanza li jiġi ċċarat l-ammont tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għall-baġit tal-BEI kif ukoll il-parteċipazzjoni ekonomika fil-ġejjieni tar-Renju Unit; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-ħruġ tar-Renju Unit ma jwassalx biex il-BEI jitlef il-kapaċità tiegħu li jappoġġa l-ekonomija tal-UE; jissottolinja, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li tiġi stabbilita ċ-ċertezza legali mill-aktar fis possibbli fir-rigward tal-proġetti li għaddejjin u li huma kofinanzjati mill-BEI fir-Renju Unit; jemmen li, filwaqt li r-Renju Unit, f'termini ta' investiment, għandu jiġi ttrattat bl-istess mod bħal kwalunkwe Stat Membru ieħor qabel il-ħruġ formali tiegħu mill-Unjoni, il-BEI għandu raġun jikkundizzjona l-investiment fuq assigurazzjonijiet li l-kriterji tal-eliġibbiltà tal-investiment, b'mod partikolari dwar l-istandards ambjentali, jiġu rrispettati tul l-eżistenza kollha ta' dawn l-investimenti;

9.  Jenfasizza l-importanza tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI fil-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar sabiex jappoġġa lil dawk il-pajjiżi li qegħdin jimplimentaw riformi ekonomiċi u demokratiċi diffiċli fi triqthom lejn l-UE; ifakkar li l-attivitajiet ta' finanzjament ewlenin għandhom jimmiraw ukoll biex jindirizzaw kemm il-ħtiġijiet urġenti u kemm l-isfidi aktar fit-tul bħall-bini mill-ġdid tal-infrastruttura, filwaqt li jiżguraw akkomodazzjoni adegwata u infrastruttura ta' emerġenza u jiġi miġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ; jenfasizza l-ħtieġa li l-BEI jwettaq operazzjonijiet esterni sabiex l-attivitajiet tiegħu jiffokaw speċifikament fuq oqsma ta' importanza kbira għall-UE; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-espansjoni tal-Mandat ta' Self Estern (ELM) tal-BEI biex jintensifika l-attivitajiet fil-viċinat tan-Nofsinhar, fir-reġjun tal-Mediterran, fl-Amerika Latina u fl-Asja; jenfasizza, barra minn hekk, il-potenzjal kbir li l-operazzjonijiet tal-BEI għandhom biex itejbu l-qagħda ekonomika fir-reġjuni ta' rilevanza ġeopolitika ewlenija, b'mod partikolari fl-Ukrajna, li qiegħed tiffaċċja stress ekonomiku kbir minħabba l-kunflitt armat li għaddej fil-Lvant tal-Ukrajna;

10.  Jikkunsidra li l-BEI, bħala "l-bank tal-UE" inkorporat u rregolat mit-Trattati u l-Protokoll rilevanti anness magħhom, irid jonora dan l-istatus uniku, li jġib miegħu drittijiet u responsabbiltajiet uniċi; josserva li l-BEI jiżvolġi rwol kruċjali fl-implimentazzjoni ta' għadd dejjem ikbar ta' strumenti finanzjarji li jiddependu fuq il-fondi baġitarji tal-UE;

11.  Jinnota li skont il-Pjan Operattiv 2017-2019 il-valur tas-self tal-BEI ffirmat huwa mbassar li jiżdied għal darb'oħra fl-2019 (għal EUR 76 biljun, wara li naqas minn EUR 77 biljun fl-2014 għal EUR 73 biljun fl-2016); jirrimarka li l-kuntest attwali għandu jinkoraġġixxi lill-bank jadotta objettivi aktar ambizzjużi u jżid is-self iffirmat mill-BEI; ifakkar li l-BEI għandu jiżvolġi rwol fundamentali fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 permezz ta' strumenti bħal Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

12.  Jilqa' l-impenn tal-BEI li jindirizza l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni u jieħu azzjoni fil-pajjiżi li huma partikolarment milquta mill-kriżi tal-migrazzjoni, inkluż billi jsaħħaħ u jikkomplementa l-azzjoni umanitarja u jipprovdi appoġġ għat-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp u l-investimenti meħtieġa kemm fl-infrastruttura urbana, tas-saħħa u edukattiva, soċjali, moderna u sostenibbli, billi jagħti spinta lill-attivitajiet ekonomiċi għall-ħolqien tal-impjiegi u jippromwovi kooperazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi; jistenna li, għal dan il-għan, il-Grupp tal-BEI jintensifika l-isforzi tiegħu biex jikkoordina l-Inizjattiva ta' Reżiljenza Ekonomika tiegħu u l-Mandat ta' Self Estern rivedut mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD); jappella għal żieda fl-għajnuna finanzjarja għal proġetti li jgħinu biex jitnaqqsu l-kosti ekonomiċi marbuta mal-kriżi tal-migrazzjoni filwaqt li jkollhom impatt pożittiv fuq iċ-ċittadini, ir-rifuġjati u migranti oħrajn fl-Istati Membri li jirċievu l-akbar flussi ta' rifuġjati u migranti;

13.  Jilqa', f'dan ir-rigward, l-Inizjattiva ta' Reżiljenza u ta' Rispons għall-Kriżjiet tal-BEI, li għandha l-għan li żżid il-volum tal-għajnuna mogħtija lill-pajjiżi fil-viċinat tan-Nofsinhar tal-Ewropa u l-Balkani b'EUR 6 biljun; jitlob li din l-inizjattiva tiġġenera addizzjonalità reali fir-rigward tal-attivitajiet attwali tal-BEI fir-reġjun;

14.  Jieħu nota tal-proposta tal-BEI biex, flimkien mal-Grupp, iwaqqaf sussidjarju – billi jintuża l-FEI bħala mudell – iddedikat lill-finanzjament barra mill-Ewropa; jistenna li jkun infurmat dwar kwalunkwe żvilupp dwar din il-kwistjoni fi żmien debitu;

15.  Jilqa' l-Istrateġija ta' Grupp tal-BEI dwar l-Ugwaljanza bejn is-sessi u l-awtonomizzazzjoni ekonomika tan-nisa ppubblikata fl-2017; jemmen li perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi għandha tiġi applikata għall-operazzjonijiet finanzjarji kollha tal-Grupp tal-BEI; jistenna Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi li jiżviluppa miri ambizzjużi u li jkun akkumpanjat minn indikaturi konkreti, li għandhom jiġu implimentati dalwaqt;

16.  Jilqa' l-fehim li ntlaħaq dwar l-estensjoni u l-aġġustament tal-FEIS, u jistenna li l-fond rivedut u ċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti msaħħaħ jippermettu li jingħelbu l-problemi identifikati fl-iskema attwali, b'mod partikolari fir-rigward tal-addizzjonalità, is-sostenibbiltà, l-azzjoni klimatika, il-bilanċ ġeografiku u l-attivitajiet ta' konsulenza; jenfasizza l-importanza li jiġu evitati żbilanċi ġeografiċi fl-attività ta' self tal-BEI sabiex tiġi żgurata allokazzjoni usa' mil-lat ġeografiku u settorjali mingħajr ma tiġi kompromessa l-kwalità għolja tal-proġetti; jistieden lill-BEI jsaħħaħ aktar l-ħidma tiegħu ma' banek promozzjonali nazzjonali sabiex itejjeb l-ilħiq, jiżviluppa aktar l-attività ta' konsulenza u l-assistenza teknika biex jindirizza l-kwistjoni tal-bilanċ ġeografiku fit-tul; jinnota varjetà wiesgħa ta' esperjenzi f'termini tal-proġetti tal-EFSI; jappoġġa u jinkoraġġixxi l-iskambju ulterjuri tal-aħjar prattiki bejn il-BEI u l-Istati Membri sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza ekonomika u effett ta' lieva adegwat tal-Pjan Juncker, b'mod li jagħmlu differenza fil-ħajja taċ-ċittadini tal-UE;

17.  Jinnota li fis-settur soċjali, il-BEI jsellef medja ta' EUR 1 biljun fis-sena għal proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali (li raw żieda qawwija f'dawn l-aħħar snin u d-diversifikazzjoni ulterjuri ta' promoturi u mutwatarji), EUR 1,5 biljun għal infrastruttura tas-saħħa, u EUR 2,4 biljun għal proġetti tal-infrastruttura tal-edukazzjoni; jissottolinja li l-iżvilupp ulterjuri ta' finanzjament tal-BEI f'dan is-settur ikun jirrifletti l-progress attwali lejn il-ħarsien tal-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali tal-UE u jiżgura, f'konformità ma' dak li kien mistenni, li l-Grupp tal-BEI jagħti prijorità lil dawk il-proġetti li l-aktar għandhom impatt fuq il-ħolqien ta' impjiegi lokali sostenibbli;

18.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, skont in-nota ta' informazzjoni tat-28 ta' Settembru 2017 mid-Dipartiment tal-Ekonomija tal-BEI, l-investimenti kumulattivi approvati mill-Grupp tal-BEI fl-2015 u l-2016 se jkabbru bi 2,3 % il-PDG tal-UE sal-2020 u se jżidu 2,25 miljun impjieg, u dan juri l-impatt makroekonomiku sostanzjali tal-BEI; iħeġġeġ lill-BEI jkompli jespandi l-kapaċità tiegħu ta' analiżi makroekonomika, inkluża r-riċerka dwar l-impatt makroekonomiku tal-attivitajiet tiegħu, kif ukoll il-ħidma analitika ġenerali tiegħu u l-istudji settorjali, kif ukoll il-firxa ta' pubblikazzjonijiet u dokumenti empiriċi, u b'hekk isir ukoll "bank tal-għarfien"; jistieden lill-BEI jkompli jtejjeb il-valutazzjoni tal-proġetti, bl-użu ta' indikaturi tal-impatt aktar għanja, aktar preċiżi u rfinuti;

19.  Jagħraf l-importanza tar-rwol antiċikliku li l-BEI kellu f'dawn l-aħħar snin; jemmen li waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-BEI ladarba l-ekonomija terġa' lura għal-livelli ta' investiment ta' qabel il-kriżi għandha tkun li jiffoka fuq il-fatt li jgħin sabiex jitnaqqas id-distakk fl-investiment f'oqsma fejn is-swieq ma jirnexxilhomx, pereżempju minħabba l-perspettiva fuq żmien fil-qosor persistenti tagħhom u l-inkapaċità tagħhom li jiffissaw b'mod korrett il-prezz tal-esternalitajiet fit-tul, sabiex tingħata spinta lill-investimenti sostenibbli, lill-progress teknoloġiku u lill-innovazzjoni li jwasslu għal tkabbir sostenibbli; jissottolinja l-ħtieġa li l-proġetti bbażati fuq l-innovazzjoni b'valur miżjud ċar għall-UE jingħataw prijorità, kif ukoll il-proġetti li jappoġġaw l-iżvilupp reġjonali bħall-għoti ta' ħajja ġdida lil żoni rurali u żoni oħra li huma anqas aċċessibbli u sottożviluppati;

20.  Jenfasizza li l-BEI kellu u qed ikompli jkollu rwol pożittiv fit-tnaqqis tad-distakk fl-investiment pubbliku; jenfasizza li l-investiment, ir-riformi strutturali responsabbli u sostenibbli u l-politiki baġitarji tajba jridu jkunu parti integrali minn strateġija globali; jappella għall-koordinazzjoni bejn l-attivitajiet tal-BEI fl-Istati Membri u l-attivitajiet, il-politiki u l-objettivi tal-gvernijiet, stabbiliti fil-programmi ta' riforma nazzjonali, kif ukoll fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż kull fejn din il-koordinazzjoni tkun possibbli;

21.  Jissottolinja li fil-livell tal-UE hemm raġunijiet strutturali ewlenin li minħabba fihom qed jiżdied id-distakk fl-investiment bejn l-Istati Membri; jistieden lill-BEI jsaħħaħ l-assistenza teknika tiegħu sabiex jindirizza l-kapaċità baxxa ta' ġenerazzjoni ta' proġetti f'xi Stati Membri; jistieden lill-BEI jipprovdi informazzjoni aktar dettaljata dwar l-impjiegi diretti u indiretti maħluqa minn kull proġett iffinanzjat;

22.  Jissottolinja li l-BEI huwa marbut bit-trattati biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp ibbilanċjat u kostanti tas-suq intern permezz tal-attività primarja ta' self tiegħu, sabiex jappoġġa proġetti għall-iżvilupp ta' reġjuni inqas żviluppati u proġetti li għandhom natura transfruntiera, b'sinerġija mal-Fondi SIE; jenfasizza għalhekk il-potenzjal tar-rwol komplementari importanti tal-BEI fl-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni, li għandu jibqa' dejjem ibbażat fuq il-prestazzjoni u orjentat lejn ir-riżultati, inkluż permezz ta' attivitajiet immirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċitajiet għat-tħejjija tal-proġetti, konsulenza u servizzi ta' analiżi u ta' self għall-kofinanzjament nazzjonali tal-Fondi SIE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI jikkoordinaw aħjar l-isforzi tagħhom bil-għan li jippromwovu aktar l-iskambju tal-aħjar prattiki u t-tixrid ta' opportunitajiet ta' investiment fir-reġjuni kollha Ewropej, inklużi dawk li mhumiex koperti mill-Fond ta' Koeżjoni, bil-ħsieb li jintlaħqu aħjar l-objettivi ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

23.  Jenfasizza li l-BEI, bħala istituzzjoni finanzjarja pubblika li tiffinanzja proġetti li jimmiraw li jissodisfaw il-politiki u l-prijoritajiet tal-UE, għandu jikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, inkluż fir-reġjuni anqas żviluppati, kif previst fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jinnota bi tħassib, madankollu, li, skont il-klassifikazzjoni ġeografika tas-self skont il-pajjiż fejn il-proġetti huma lokalizzati, ħames Stati Membri, l-akbar ekonomiji tal-UE, irċevew 54,11 % tat-total tas-self mogħti fl-2016; jistieden lill-BEI u lill-Kummissjoni jeżaminaw ir-raġunijiet li wasslu għal din is-sitwazzjoni u jirrapportaw lura lill-Parlament sa nofs l-2018; jenfasizza l-ħtieġa għal distribuzzjoni territorjali usa' ta' fondi, inkluż fir-rigward tal-FEIS, li dejjem għandha tkun komplementari għall-Fondi SIE, sabiex jintlaħaq l-objettiv li jitnaqqsu d-disparitajiet reġjonali; jenfasizza l-ħtieġa għal rwol imsaħħaħ tal-BEI fil-finanzjament tal-intraprenditorija soċjali u n-negozji ġodda, l-aċċelerazzjoni tat-tkabbir tal-infrastruttura soċjali, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-proġetti tal-ekonomija ċirkolari; ifakkar, f'dan il-kuntest, li l-BEI huwa wkoll investitur kbir f'pajjiżi li mhumiex fl-UE;

24.  Jieħu nota tal-evalwazzjoni interim ta' nofs it-terminu tal-istrumenti finanzjarji kollha tal-Orizzont 2020 (InnovFin) ġestita mill-Grupp tal-BEI u l-15 -il rakkomandazzjoni li jinsabu fiha; jistenna li l-Grupp tal-BEI jifformula strateġija dettaljata fit-triq li beħsiebu jsegwi biex jimplimenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

Konformità

25.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-qafas legali Ewropew, inkluż l-Istatut tal-BEI, ir-Regolament dwar il-FEIS, l-erba' Regolamenti dwar il-Politika Agrikola Komuni (PAK), u l-ħames Fondi SIE (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd) għandu jipprojbixxi l-użu tal-fondi tal-UE li fl-aħħar mill-aħħar qed imorru għand benefiċjarji jew intermedjarji finanzjarji li jkollhom rekord ippruvat ta' involviment f'evażjoni tat-taxxa jew fi frodi fiskali;

26.  Ifakkar li l-politika dwar il-ġurisdizzjoni mhux konformi tal-BEI teħtieġ tkun ambizzjuża; jinnota li l-fatt li wieħed jibbaża ruħu fuq lista komuni tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi li jonqsu milli jikkonformaw mal-istandards ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa, li kienet approvata mill-Kunsill tal-UE fil-5 ta' Diċembru 2017 u li se tipprevali fuq il-listi tal-organizzazzjonijiet ewlenin oħrajn fil-każ ta' kunflitt, huwa pass pożittiv iżda insuffiċjenti, u jitlob li jkun hemm rappurtar pajjiż b'pajjiż mingħajr eżenzjonijiet li jkun parti mill-istrateġija ta' responsabbiltà soċjali korporattiva tal-BEI; jistieden lill-BEI biex: jikkonforma mal-istandards rilevanti u mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa; ma jużax jew jieħu sehem fi strutturi għall-evitar tat-taxxa, b'mod partikolari skemi ta' pjanifikazzjoni fiskali aggressiva jew prattiki li ma jikkonformawx mal-kriterji ta' governanza fiskali tajba, kif stabbilit fl-atti ġuridiċi tal-Unjoni, fil-konklużjonijiet tal-Kunsill, fil-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew fi kwalunkwe avviż formali tal-Kummissjoni; u ma jkollux relazzjonijiet ta' negozju ma' entitajiet stabbiliti f'ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx mal-Unjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta' standards tat-taxxa miftiehma internazzjonalment dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni. jistieden lill-BEI, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-partijiet interessati, jirrevedi u jaġġorna l-politika tiegħu dwar il-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx fid-dawl tal-adozzjoni tal-lista tal-Unjoni msemmija hawn fuq ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx; jistieden lill-Kummissjoni sabiex, min-naħa tagħha, tippreżenta rapport lill-Parlament u lill-Kunsill kull sena dwar l-implimentazzjoni ta' dik il-politika;

27.  Jinnota li l-Kummissjoni fl-imgħoddi mblukkat ċerti proġetti ppreżentati minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (IFIs)(5) minħabba li dawn il-proġetti kienu jinvolvu arranġamenti fiskali kumplessi mingħajr ġustifikazzjoni bis-saħħa ta' reġimi fiskali dannużi jew assenti f'pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI biex fir-rapport annwali tagħhom jinkludu informazzjoni dwar proġetti fejn il-fondi jkunu ġew trasferiti lejn ġurisdizzjonijiet offshore; jenfasizza l-ħtieġa li l-IFIs jeliminaw ir-riskju li l-fondi tal-UE direttament jew indirettament jgħinu l-evitar tat-taxxa u l-frodi fiskali;

28.  Jinnota li tqajjem tħassib dwar proġetti ffinanzjati mill-BEI li jinvolvu strutturi offshore u ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika rapport pubbliku annwali dwar l-użu ta' fondi tal-UE b'rabta ma' strutturi offshore u trasferimenti monetarji tal-BEI u tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) lejn dawk l-istrutturi, inkluż l-għadd u n-natura ta' proġetti mblukkati, kummenti ta' spjegazzjoni dwar ir-raġunament għal proġetti mblukkati u azzjonijiet ta' segwitu meħuda biex jiżguraw li l-fondi tal-UE ma jkunux qed jgħinu direttament jew indirettament l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi fiskali;

29.  Jilqa' l-fatt li l-BEI jqis l-impatt tat-taxxa f'pajjiżi fejn isir l-investiment u kif dan l-investiment jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku, għall-ħolqien tal-impjiegi u għat-tnaqqis tal-inugwaljanza;

30.  Iqis li, bħala l-bank tal-Unjoni Ewropea, il-BEI għandu jsaħħaħ l-isforzi tiegħu biex jiżgura li l-intermedjarji finanzjarji li jinvolvi ruħu magħhom ma jagħmlux użu minn strutturi ta' evitar tat-taxxa, jew jidħlu fihom, b'mod partikolari skemi jew prattiki ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa li ma jikkonformawx ma' kriterji ta' governanza tajba tat-taxxa, kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-UE, inklużi r-rakkomandazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni; jenfasizza li l-BEI għandu wkoll jiżgura li l-intermedjarji finanzjarji ma jkunux involuti f'każijiet ta' korruzzjoni, ħasil tal-flus, kriminalità organizzata jew terroriżmu;

31.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-BEI jkollu informazzjoni affidabbli u kompluta dwar is-sjieda benefiċjarja tal-benefiċjarji finali tal-fondi tal-BEI, inkluż f'każijiet fejn il-finanzjament jiddependi fuq fondi tal-ekwità privata; iħeġġeġ għalhekk lill-BEI jsaħħaħ il-proċedura tad-diliġenza dovuta u t-trasparenza tiegħu meta jaħdem ma' intermedjarji finanzjarji; iqis li l-użu ta' kriterji għall-għażla ta' intermedjarji finanzjarji u l-pussess ta' informazzjoni aġġornata dwar is-sjieda benefiċjarja tal-kumpaniji, inklużi fondi fiduċjarji, fondazzjonijiet u rifuġji fiskali, huma l-aħjar prattiki li jridu jiġu segwiti b'mod permanenti; jinnota l-fatt li l-BEI jidentifika matul il-proċess ta' diliġenza dovuta s-sidien benefiċjarji ta' tali kumpaniji; jistieden lill-Grupp tal-BEI jkompli jsaħħaħ il-kundizzjonijiet kuntrattwali tiegħu billi jintegra klawsola jew referenza għall-governanza tajba sabiex itaffi r-riskji għall-integrità u r-reputazzjoni; jinsisti fuq il-ħtieġa li l-BEI jistabbilixxi lista pubblika dettaljata dwar il-kriterji għall-għażla ta' intermedjarji finanzjarji, sabiex isaħħaħ l-impenn tal-UE li tiġġieled kontra abbużi fiskali u li tipprevjeni b'mod aktar effikaċi r-riskji ta' korruzzjoni u ta' infiltrazzjoni minn gruppi kriminali;

32.  Jilqa' l-isforzi tal-BEI biex iwettaq diliġenza dovuta fuq il-kontrapartijiet u l-operazzjonijiet tal-Grupp tal-BEI, inklużi l-attivitajiet u l-kontrolli ta' monitoraġġ kontinwi, sabiex jiġi żgurat li l-BEI ma jiffaċilitax mingħajr ma jkun jaf il-korruzzjoni, il-frodi, il-kollużjoni, il-koerċizzjoni, il-ħasil tal-flus, il-frodi fiskali, il-prattiki dwar it-taxxa dannużi, jew il-finanzjament tat-terroriżmu, b'mod partikolari permezz tal-pubblikazzjoni ta' rapporti regolari tal-attività tal-Uffiċċju tal-Uffiċjal Ewlieni għall-Konformità (OCCO) u l-kooperazzjoni mill-qrib tiegħu mal-Ispettorat Ġenerali tal-BEI; jistieden lill-BEI jallinja ruħu mas-sistema l-ġdida ta' twissija rapida u esklużjoni ppjanata mill-Kummissjoni Ewropea;

33.  Jilqa' l-kooperazzjoni u l-iskambji tal-Grupp tal-BEI mas-servizzi differenti tal-Kummissjoni dwar il-miżuri li jinsabu fil-pakkett kontra l-evitar tat-taxxa, bil-għan li jiġu ċċarati l-ambitu u l-elementi ewlenin tal-pakkett leġiżlattiv, ir-rwol u l-involviment tal-Grupp tal-BEI, kif ukoll l-impenn tiegħu fid-djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar dawn il-kwistjonijiet, kemm fil-livell tal-Bord tad-Diretturi tal-Grupp tal-BEI kif ukoll f'dak tas-servizzi tal-BEI, bħalma hu l-Uffiċċju tal-Uffiċjal Ewlieni għall-Konformità (OCCO); jistieden lill-BEI jindirizza aħjar l-evitar tat-taxxa fil-kontrolli ta' diliġenza dovuta tiegħu;

L-obbligu ta' rendikont

34.  Jemmen li r-rwol ekonomiku msaħħaħ tal-BEI, iż-żieda fil-kapaċità tal-investiment tiegħu u l-użu tal-baġit tal-UE biex jiġu garantiti l-operazzjonijiet tiegħu jridu jiġu akkumpanjati minn trasparenza akbar u aktar responsabbiltà sabiex jiġi żgurat skrutinju pubbliku ġenwin tal-attivitajiet, l-għażla tal-proġetti u l-prijoritajiet ta' finanzjament tiegħu;

35.  Jirrikonoxxi li l-BEI jippreżenta tliet rapporti kull sena dwar l-attivitajiet tiegħu lill-Parlament u li l-President u l-persunal tal-BEI jattendu regolarment seduti ta' smigħ fuq talba tal-Parlament u tal-kumitati tiegħu; ifakkar, madankollu, it-talba tiegħu għal livell ogħla ta' responsabbiltà parlamentari u ta' trasparenza tal-BEI; itenni s-sejħa tiegħu, f'dan ir-rigward, li jiġi ffirmat ftehim interistituzzjonali bejn il-BEI u l-Parlament dwar l-iskambju ta' informazzjoni, inkluża l-possibbiltà li l-Membri jindirizzaw mistoqsijiet bil-miktub lill-President tal-BEI;

36.  Ifakkar li t-trasparenza fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE ma twassalx biss għat-tisħiħ tar-responsabbiltà korporattiva globali u l-kredibbiltà tal-Grupp tal-BEI, b'ħarsa ġenerali ċara lejn it-tip ta' intermedjarji finanzjarji u benefiċjarji finali, iżda tikkontribwixxi wkoll lejn it-tisħiħ tal-effikaċja u s-sostenibbiltà tal-proġetti ffinanzjati u tiżgura approċċ ta' tolleranza żero għall-frodi u l-korruzzjoni fil-portafoll tas-self tiegħu;

37.  Jilqa' l-fatt li l-politika ta' trasparenza tal-Grupp tal-BEI hija bbażata fuq preżunzjoni ta' divulgazzjoni u li kulħadd jista' jikseb aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni tal-Grupp tal-BEI; ifakkar fir-rakkomandazzjoni tiegħu għall-pubblikazzjoni ta' dokumenti mhux kunfidenzjali fis-sit web tal-Grupp tal-BEI, bħal ftehimiet interistituzzjonali u memoranda, u jħeġġeġ lill-Grupp tal-BEI biex ma jiqafx hemm iżda jkompli ifittex modi għal titjib;

38.  Jissuġġerixxi li, il-Grupp tal-BEI għandu jsegwi l-eżempju mogħti mill-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali (IFC) tal-Grupp tal-Bank Dinji, u jibda jiddivulga informazzjoni dwar is-sottoproġetti b'riskju għoli li jiffinanzja permezz ta' banek kummerċjali (l-intermedjarji/il-veikoli finanzjarji prinċipali ewlenin użati mill-Grupp tal-BEI għall-finanzjament tal-SMEs);

39.  Jilqa' l-fatt li d-dokumenti kollha tal-proġetti miżmuma mill-Grupp tal-BEI huma divulgati fuq talba; jitlob lill-Grupp tal-BEI jiddefinixxi linji gwida għal informazzjoni bażika u li mhijiex sensittiva li tista' tiġi divulgata fir-rigward ta' talbiet għal divulgazzjoni proattiva fil-livell tal-proġett;

40.  Jappella għal politika tad-divulgazzjoni tal-Grupp tal-BEI biex jiżgura livell dejjem ogħla ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-prinċipji li jirregolaw il-politika tal-ipprezzar u l-korpi ta' governanza tiegħu; jilqa', f'dan ir-rigward, id-divulgazzjoni tal-minuti tal-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi tal-Grupp tal-BEI ta' Jannar 2017, ir-reġistru pubbliku ta' dokumenti, u l-pubblikazzjoni tad-data tal-proġett permezz tal-Inizjattiva Internazzjonali għat-Trasparenza tal-Għajnuna(6); jappella għall-pubblikazzjoni tal-minuti tal-laqgħat tal-kumitat ta' ġestjoni;

41.  Jieħu nota tar-reviżjonijiet li għaddejjin bħalissa tal-politika dwar id-divulgazzjoni tal-informazzjoni protetta tal-Grupp tal-BEI; iħeġġeġ lill-Grupp tal-BEI jsaħħaħ l-indipendenza, il-leġittimità, l-aċċessibbiltà, il-prevedibbiltà, l-ekwitabbiltà u t-trasparenza tal-mekkaniżmu għall-ilmenti tiegħu, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tad-diretturi u t-titjib tal-protezzjoni tal-ilmentaturi; jemmen li dawn il-miżuri b'mod ċar huma fl-interess tal-bank, tal-partijiet interessati u tal-istituzzjonijiet tal-UE;

42.  Jinnota li mill-120 każ irrappurtati lid-Diviżjoni tal-Ispettorat Ġenerali tal-Investigazzjonijiet tal-Frodi (IG/IN) fl-2016, 53 % kienu referuti mill-persunal tal-Grupp tal-BEI; jilqa' l-fatt li l-mekkaniżmu ta' rappurtar tal-frodi fis-sit web tal-BEI issa huwa disponibbli fi 30 lingwa(7); jemmen li l-BEI għandu jsegwi bir-reqqa x-xogħol li għaddej bħalissa dwar il-protezzjoni tal-informaturi fil-livell tal-UE u b'hekk ikompli jtejjeb il-possibilitajiet ta' rappurtar tiegħu;

43.  Jistieden lill-Grupp tal-BEI jenfasizza kontinwament l-iskrutinju tal-prestazzjoni permezz ta' valutazzjonijiet tal-prestazzjoni u impatt ippruvat; iħeġġeġ lill-Grupp ikompli jirfina l-indikaturi ta' monitoraġġ tiegħu, b'mod aktar speċifiku l-indikaturi tiegħu ta' addizzjonalità, bil-għan li jiġi evalwat l-impatt kmieni kemm jista' jkun fil-fażi tal-ġenerazzjoni ta' proġett u jipprovdi lill-Bord b'informazzjoni suffiċjenti dwar l-impatt previst, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontribut ta' proġetti għall-politiki tal-UE, pereżempju l-effett tagħhom fuq l-impjiegi (kemm matul l-implimentazzjoni kif ukoll matul it-tħaddim); jirrimarka, barra minn hekk, li t-twettiq tal-finanzjament tal-Grupp tal-BEI ma jistax jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tal-impatt finanzjarju tiegħu biss, u jappella, għalhekk, għall-bilanċ ġust li għandu jinżamm bejn il-miri operattivi definiti f'termini tal-volum tan-negozju u l-objettivi tal-persunal mhux finanzjarji tal-Grupp tal-BEI; iħeġġeġ, pereżempju, li l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni jindikaw liema objettivi speċifiċi fi ħdan il-qafas tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) huma fil-mira tal-proġett u sa liema punt ikkontribwixxa biex dawn jintlaħqu; iqis fundamentali li n-nies li jgħixu fil-viċinat tal-proġetti ffinanzjati relatati mal-infrastruttura għandhom ikunu involuti b'mod attiv fil-valutazzjoni tagħhom;

44.  Jilqa' l-fatt li l-BEI qed ikompli jaħdem biex jirfina l-metodoloġija tiegħu rigward ir-rappurtar tal-impatt, pereżempju sabiex jirrifletti b'mod preċiż l-investiment mobilizzat permezz ta' bosta strutturi ta' self permezz ta' intermedjarji u prodotti ġodda, u l-passi konġunti meħuda flimkien ma' banek multilaterali oħra tal-iżvilupp fl-armonizzazzjoni ta' aspetti ewlenin tar-rappurtar tal-impatt, bħal fir-rapport imfassal reċentement dwar ir-rappurtar rigward il-finanzjament għall-klima u r-rapport li qed jiġi mħejji fir-rigward tas-self fis-setturi kollha;

45.  Jilqa' l-fatt li l-kejl tar-riżultati (ReM+) gradwalment qed iwassal għal "bidla kulturali" fil-Grupp tal-BEI; jitlob li jkun hemm armonizzazzjoni u ġeneralizzazzjoni ta' dan l-eżerċizzju, li jintegra wkoll kemm jista' jkun l-indikaturi ta' Addis Ababa u ta' Pariġi; jemmen li l-aġġustament ulterjuri ta' dawn l-indikaturi permezz tal-integrazzjoni tal-fehmiet lokali jista' jdgħajjef il-pożizzjoni mbiegħda tagħhom mingħajr ma jaffettwa l-indipendenza tagħhom;

46.  Jistieden lill-BEI jqis il-kuntest lokali meta jinvesti f'pajjiżi terzi; ifakkar li l-investiment f'pajjiżi terzi ma jistax ikun ibbażat biss fuq approċċ li jimmassimizza l-profitti iżda jrid ikollu wkoll l-għan li jiġġenera tkabbir ekonomiku fit-tul, sostenibbli u mmexxi mis-settur privat, u li jnaqqas il-faqar permezz tal-ħolqien tal-impjiegi u t-titjib fl-aċċess għar-riżorsi produttivi;

47.  Jinnota li f'ħafna mill-pajjiżi fejn jopera l-BEI, id-drittijiet tal-bniedem, u b'mod partikolari l-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni huma mhedda f'diversi modi, minn azzjonijiet ripressivi kontra protesti u l-kriminalizzazzjoni tal-libertà tal-espressjoni, għal arresti arbitrarji, id-detenzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll restrizzjonijiet fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-BEI jadotta Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għall-iskop ta' implimentazzjoni tal-objettivi tal-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, u tal-Prinċipji ta' Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, sabiex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv tal-proġetti tal-BEI fuq id-drittijiet tal-bniedem, jiġi żgurat li l-proġetti tiegħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ u t-twettiq tad-drittijiet tal-bniedem, u jipprovdu rimedji f'każ ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

48.  Jilqa' l-pubblikazzjoni tal-metodoloġija qafas ReM, iżda jemmen li r-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet għandhom jiġu divulgati fi kwalunkwe operazzjoni, inkluż l-impatt ambjentali u soċjali fil-livell tal-proġetti jew tas-sottoproġetti; jilqa' r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Mandat ta' Self Estern u, b'konsegwenza ta' dan, il-BEI issa, fuq talba, se jikkomunika l-iskedi ReM lill-Parlament għal proġetti koperti mill-garanzija tal-baġit tal-UE; jistieden lill-BEI, madankollu, biex jippubblika aktar skedi ReM għall-proġetti individwali barra mill-UE u skedi ta' valutazzjoni tat-Tliet Pilastri għall-proġetti fl-UE sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tal-Bank;

49.  Jilqa' l-adozzjoni mill-Grupp tal-BEI ta' standards ta' trasparenza u ta' obbligu ta' rendikont għolja għall-attivitajiet tiegħu ta' self lill-SMEs, u l-fatt li r-rappurtar obbligatorju mill-intermedjarji finanzjarji għal kull SME li bbenefika mill-appoġġ tal-Grupp tal-BEI se jieħu kont ta' dawn ir-riżultati meta jitqiesu tranżazzjonijiet sussegwenti mal-istess intermedjarju;

50.  Jissottolinja li, wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali(8), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE")(9), l-UPPE għandu jeżamina l-operazzjonijiet tal-BEI fl-Istati Membri kull meta l-awtoritajiet nazzjonali jew l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) ikollhom raġuni biex jissuspettaw li jkun sar reat kriminali f'dan il-kuntest;

51.  Jinnota l-informazzjoni limitata eżistenti dwar il-punt sa fejn l-attivitajiet ta' self tal-BEI jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-politika ta' koeżjoni; jistieden, għalhekk, lill-BEI jippreżenta kapitoli speċjali, kif xieraq, fir-rapport annwali tiegħu, iddedikat għall-valutazzjoni tal-impatt tal-attivitajiet tal-BEI mmirati lejn l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni, inklużi l-attivitajiet relatati mal-Interreg u biex jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-użu tas-self fil-proġetti u l-programmi tal-politika ta' koeżjoni, b'referenza wkoll għad-distribuzzjoni ġeografika tal-appoġġ, il-kontribut effettiv tiegħu għall-objettivi tal-politika ta' koeżjoni, inklużi l-prinċipji orizzontali u l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020, u l-kapaċità konkreta biex jiġi mobilizzat l-investiment privat; jissottolinja, f'dan il-kuntest, ir-responsabbiltà tal-BEI li jipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Qorti tal-Awdituri u oħrajn b'data suffiċjenti, inkluż dwar l-ispejjeż u l-ġestjoni tal-prodotti tiegħu, u jqis ukoll il-valur miżjud tad-data aggregata fil-livell tal-UE dwar il-kombinazzjoni tal-politika ta' koeżjoni u investimenti relatati mal-BEI;

Attivitajiet finanzjarji tal-Grupp tal-BEI

52.  Jistieden lill-Grupp tal-BEI jikkollabora b'mod attiv mal-Kummissjoni fi proċess ta' razzjonalizzazzjoni tan-numru u t-tipi ta' strumenti finanzjarji taħt il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss u biex jantiċipa l-proċess billi jiġbed l-attenzjoni, bħala l-ewwel pass, għal kwalunkwe duplikazzjoni jew trikkib, abbażi tal-esperjenza tiegħu stess;

53.  Jemmen li l-istrumenti finanzjarji tal-Grupp tal-BEI għandhom iservu proġetti magħżula fuq il-bażi tal-merti tagħhom, il-potenzjal tagħhom biex jiġġeneraw valur miżjud għall-UE kollha kemm hi, u addizzjonalità effikaċi, speċjalment f'oqsma fejn is-swieq ma jirnexxilhomx jiffinanzjaw u jappoġġaw proġetti, li jsibu l-bilanċ ġust bejn profil ta' riskju potenzjalment ogħla u l-ħtieġa fundamentali li tinżamm l-affidabbiltà kreditarja għolja;

54.  Iwissi, f'dan ir-rigward, li l-istrumenti bbażati fuq is-suq jirriskjaw jibdlu l-attenzjoni tal-baġit tal-UE mill-beni komuni pubbliċi tal-UE, u jħeġġeġ lill-Grupp tal-BEI jsaħħaħ r-rappurtar tiegħu lill-Kummissjoni dwar il-kwalità u mhux il-kwantità tal-finanzjament tiegħu fil-kuntest tal-istrumenti finanzjarji;

55.  Jinnota li sabiex isir użu sħiħ mill-kapaċità li jinġarru riskji addizzjonali, il-Grupp tal-BEI qed jiżviluppa diversi prodotti ġodda li jippermettu teħid tar-riskju ogħla (pereżempju, dejn subordinat, tip ta' ekwità, kondiviżjoni tar-riskju mal-banek), u eżamina mill-ġdid il-politika tar-riskju tal-kreditu u l-eliġibbiltajiet tiegħu sabiex jippermetti aktar flessibbiltà;

56.  Jistieden lill-Grupp tal-BEI jkompli jiżviluppa l-kultura tar-riskju tiegħu sabiex itejjeb l-effikaċja tiegħu u l-komplementarjetà u s-sinerġiji bejn l-interventi tiegħu u diversi politiki tal-UE, b'mod partikolari billi jappoġġa kumpaniji innovattivi, proġetti ta' infrastruttura u SMEs li qed jieħdu riskji jew jevolvu f'reġjuni ekonomikament żvantaġġati jew reġjuni li m'għandhomx stabbiltà, f'konformità mal-objettiv rikorrenti u fit-tul ta' aċċess aktar faċli għall-finanzjament għall-SMEs, iżda mingħajr ma jiġu kompromessi l-prinċipji ta' ġestjoni tajba jew jiġi mhedded il-livell għoli ta' affidabbiltà kreditarja tal-BEI; ifakkar li sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku tal-UE kif ukoll għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, l-istrumenti tat-trasferiment tar-riskju ta' kreditu ma jistgħux ikunu mingħajr riskju; jenfasizza li l-BEI u l-azzjonisti tiegħu jeħtiġilhom ikunu konxji bis-sħiħ dwar dan; iħeġġeġ lill-BEI jivvaluta l-possibbiltà li joffri bonds tal-BEI għax-xiri dirett;

57.  Jinnota li l-appoġġ tal-Grupp tal-BEI lill-SMEs u lil kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja jammonta għal rekord ta' EUR 33,6 biljun u jappoġġa l-ħolqien ta' 4,4 miljun impjieg fl-2016; jenfasizza l-importanza li l-Grupp tal-BEI jipprovdi appoġġ kontinwu lill-SMEs u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja billi jsaħħaħ l-aċċess tagħhom għall-finanzjament; jenfasizza li l-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea u għandhom jibqgħu fil-mira prinċipali tal-attivitajiet ta' self tal-Grupp tal-BEI billi jissaħħu ulterjorment l-istrumenti ta' finanzjament għall-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja;

58.  Ifakkar li aktar minn 90 % tal-SMEs fl-UE huma mikrointrapriżi li jipprovdu kważi 30 % tal-impjiegi fis-settur privat; jirrimarka li l-mikrointrapriżi huma aktar vulnerabbli għax-xokkijiet ekonomiċi mill-kumpaniji akbar u jistgħu jibqgħu mhux moqdija biżżejjed fil-forniment tal-kreditu partikolarment meta dawn ikunu bbażati f'reġjun fejn il-kuntest ekonomiku u bankarju ma jkunx favorevoli; jistieden lill-BEI jfassal strateġija biex jirrimedja l-fatt li dawn l-SMEs għandhom diffikultajiet f'dawn iċ-ċirkustanzi biex jiksbu aċċess għall-finanzjament tal-proġetti;

59.  Jirrikonoxxi li l-aċċess għall-finanzjament għadu ostaklu ewlieni għat-tkabbir tal-industriji kulturali u kreattivi (CCIs); jenfasizza l-ħtieġa urġenti ta' inizjattivi ta' finanzjament li jsaħħu dawn l-industriji; jenfasizza l-potenzjal tal-BEI u l-FEIS li jappoġġaw is-settur kreattiv, prinċipalment permezz tal-finanzjament tal-SMEs; jistieden lill-BEI jindirizza n-nuqqas ta' finanzjament tal-FEIS lis-CCIs billi jinvestiga l-possibbiltà ta' interazzjonijiet mal-Ewropa Kreattiva;

60.  Jistieden lill-Grupp tal-BEI jistrieħ aktar fuq intermedjarji finanzjarjament sodi, bħall-banek u istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u reġjonali (NPBIs), għall-istruzzjoni ta' ċerti tipi ta' proġetti, li ma jipperikolawx il-livell għoli ta' affidabbiltà kreditarja tiegħu;

61.  Iqis li bosta mir-regoli ta' governanza tal-Grupp tal-BEI huma mfassla biex jissalvagwardjaw il-livell għoli ta' affidabbiltà kreditarja tiegħu, iżda li hemm ftit li xejn informazzjoni disponibbli dwar kemm il-Grupp tal-BEI huwa qrib ta' rata iktar baxx;

62.  Jissottolinja li d-diliġenza dovuta tal-proġetti ta' investiment finanzjati mill-Grupp tal-BEI għandhom ikunu bbażati kemm fuq fatturi li għandhom x'jaqsmu mad-dħul finanzjarju kif ukoll ma' fatturi mhux relatati mad-dħul finanzjarju, iżda minflok mal-kisba ta' tipi oħra ta' objettivi, bħal pereżempju il-kontribut tal-proġett għal konverġenza ekonomika 'l fuq u għall-koeżjoni fl-UE, jew biex jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020 jew l-SDGs; iqis li l-Grupp tal-BEI għandu jispjega dawn il-kriterji mhux finanzjarji lil investituri istituzzjonali u privati (pereżempju, il-fondi tal-pensjonijiet u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni) b'mod xieraq, biex b'hekk jippromwovi żieda fl-enfasi dwar l-impatt soċjoekonomiku u ambjentali fis-settur finanzjarju kollu;

63.  Jemmen li f'każijiet fejn il-kundizzjonijiet diffiċli tas-suq finanzjarju jwaqqfu r-realizzazzjoni ta' proġett vijabbli jew fejn ikun meħtieġ li jiġi ffaċilitat l-istabbiliment ta' pjattaformi ta' investiment jew il-finanzjament ta' proġetti f'setturi jew oqsma li qed jesperjenzaw tnaqqis sinifikanti tas-suq jew sitwazzjoni ta' investiment subottimali, il-Grupp tal-BEI għandu jimplimenta u jiddokumenta bidliet, b'mod partikolari għar-remunerazzjoni tal-garanzija tal-UE lill-BEI, sabiex jikkontribwixxi għal tnaqqis fl-ispejjeż ta' finanzjament sostnuti mill-benefiċjarju ta' finanzjament tal-Grupp tal-BEI permezz ta' strumenti finanzjarji, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-proġett; jemmen li għandhom isiru sforzi simili, fejn meħtieġ, sabiex jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji jappoġġaw proġetti żgħar, u li meta l-użu ta' intermedjarji lokali jew reġjonali jippermetti tnaqqis fl-ispejjeż ta' strument finanzjarju għall-finanzjament ta' proġetti żgħar, din il-forma ta' użu għandha tiġi kkunsidrata wkoll;

64.  Jilqa' l-istrateġija ta' ekwità approvata dan l-aħħar li tinvolvi aktar evalwazzjoni ta' operazzjonijiet ta' titoli tat-tip ta' ekwità biex jiġi indirizzat id-distakk fil-finanzjament tal-ekwità fl-innovazzjoni u oqsma ta' prijorità tal-infrastruttura fl-UE, b'mod partikolari fiż-żewġ oqsma tas-suq: finanzjament indirett ta' ekwità (investiment ta' ekwità fil-fondi għall-infrastruttura u għal programmi ta' koinvestiment) u finanzjament dirett tat-tip ta' ekwità (self ta' kważi ekwità lil korporattivi u self ta' kważi ekwità lil kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja) b'taħlita ta' strumenti diretti u indiretti (fondi ta' ekwità u self ta' parteċipazzjoni);

65.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-appoġġ tal-FEI li diġà ta lil pjattaformi ta' finanzjament kollettiv fi ħdan l-ambitu tal-attivitajiet eżistenti, ir-rieda li jitkompla l-appoġġ ta' pjattaformi b'mod selettiv fi ħdan l-ambitu, jew permezz ta' espansjoni ta' programmi eżistenti, u l-ħidma mwettqa b'mod konġunt mal-Kummissjoni dwar proġett pilota rigward id-dejn potenzjali u l-finanzjament kollettiv tal-ekwità; jissuġġerixxi li l-FEI jsib modi biex jidentifika u jilħaq l-intermedjarji finanzjarji gwidati mis-settur FinTech u li jeħtieġu appoġġ;

66.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa u timmonitorja bir-reqqa l-kost assoċjat mal-għadd ta' mandati mogħtija lill-BEI; ifakkar li l-kost amministrattiv assoċjat jista' jkollu impatt fuq il-prestazzjoni ġenerali tiegħu minħabba l-livell attwali ta' riżorsi finanzjarji u umani;

67.  Jenfasizza li r-rwol tal-BEI fil-politika ta' koeżjoni qed jiżdied, speċjalment minħabba ż-żieda fl-użu tal-istrumenti finanzjarji fil-kombinazzjoni ma' għotjiet; jenfasizza, madankollu, li l-aċċessibbiltà tagħhom għal riċevituri finali għadha baxxa ħafna u li l-Istati Membri u r-reġjuni jenfasizzaw il-kumplessità tal-proċeduri, stabbiliti kemm fir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR), inklużi l-ispejjeż u t-tariffi sproporzjonati, kif ukoll il-kompetizzjoni ma' strumenti nazzjonali u reġjonali aktar attraenti; jilqa', f'dan il-kuntest, l-istabbiliment tal-pjattaforma fi-compass bħala punt ċentrali għal servizzi konsultattivi dwar strumenti finanzjarji fl-ambitu tal-politika ta' koeżjoni; jitlob, madankollu, aktar assistenza teknika u simplifikazzjoni tal-proċeduri eżistenti, kif ukoll konċentrazzjoni akbar fuq il-bini tal-kapaċità fir-rigward ta' intermedjarji finanzjarji, u jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa għal rabta aħjar bejn l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni mal-prestazzjoni tal-maniġer tal-fondi tal-istrumenti finanzjarji fl-ambitu tal-Fondi SIE; ifakkar, madankollu, li l-għotjiet, li huma forma effikaċi ta' sostenn f'bosta oqsma ta' intervent pubbliku, iridu jinżammu bħala l-għodda ewlenija għall-politika ta' koeżjoni u li l-istrumenti finanzjarji għandhom ikunu kkonċentrati f'dawk is-setturi fejn dawn għandhom valur miżjud ogħla minn għotjiet, filwaqt li l-użu tagħhom jibqa' fid-diskrezzjoni tal-awtoritajiet ta' ġestjoni; jirrimarka li qafas aktar b'saħħtu tal-impenn tal-BEI mal-Parlament Ewropew jeħtieġ jiġi promoss sabiex ikun jista' jsir skrutinju aħjar tal-attivitajiet tal-BEI;

Komunikazzjoni u attivitajiet konsultatttivi tal-Grupp tal-BEI

68.  Jiddispjaċih li l-benefiċjarji potenzjali ta' finanzjament tal-Grupp tal-BEI ma jkunux ġeneralment konxji biżżejjed tal-prodotti żviluppati mill-Grupp tal-BEI; jistaqsi jekk il-katina tal-provvista tal-Grupp tal-BEI hijiex biżżejjed differenti u inklużiva;

69.  Jemmen li l-komunikazzjoni tal-grupp tal-BEI, f'kooperazzjoni mas-sħab nazzjonali rilevanti tiegħu, għandha tittejjeb sabiex jiżdied l-għarfien tal-SMEs dwar il-possibbiltajiet ta' finanzjament tagħhom u biex iċ-ċittadini jkunu infurmati aħjar dwar proġetti lokali u konkreti ffinanzjati mill-UE;

70.  Jilqa', f'dan ir-rigward, is-sħubijiet li qed jiġu konklużi ma' istituzzjonijiet internazzjonali u nazzjonali sabiex tiġi żgurata komplementarjetà fis-servizzi konsultattivi tal-BEI;

71.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' data disponibbli dwar ir-rwol tal-BEI f'kull stadju taċ-ċiklu tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni u l-informazzjoni limitata dwar kemm l-attivitajiet ta' self tal-BEI jikkontribwixxu għall-objettivi tal-politika ta' koeżjoni; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar sforzi, u jitlob biex isiru aktar sforzi biex tinkiseb aktar trasparenza u komunikazzjoni aħjar bil-ħsieb li jiżguraw li l-informazzjoni tasal għand benefiċjarji finali fil-livell reġjonali u lokali u li tiżdied l-viżibbiltà tal-proġetti;

72.  Jistenna li l-Kummissjoni, il-Grupp tal-BEI u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jkomplu jaħdmu u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom, fl-ispirtu tal-komplementarjetà, ma' banek u istituzzjonijiet nazzjonali promozzjonali biex joħolqu aktar sinerġiji mal-Fondi SIE u mas-self u strumenti ta' finanzjament tal-BEI kif ukoll biex inaqqsu l-piż amministrattiv, jissimplifikaw l-proċeduri, iżidu l-kapaċità amministrattiva, jagħtu spinta lill-iżvilupp territorjali u l-koeżjoni u jtejbu l-ftehim tal-Fondi SIE u tal-finanzjament tal-BEI peress li l-banek u istituzzjonijiet nazzjonali promozzjonali għandhom għarfien sod fit-territorji rispettivi tagħhom u l-kapaċità li jimplimentaw strumenti finanzjarji mfassla apposta fil-livell lokali;

o

o  o

73.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-BEI u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)

ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.

(2)

ĠU L 249, 27.9.2017, p. 1.

(3)

http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2017/10/10/conclusions-climate-change/pdf

(4)

Pereżempju, proġetti validi u kklassifikati tajjeb li ma jirċivux finanzjament mill-Impriża Konġunta tal-Industriji b'Bażi Bijoloġika.

(5)

Il-BEI, il-FEI u l-Fond Globali għall-Effiċjenza Enerġetika u l-Enerġija Rinnovabbli.

(6)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) – Rapport Annwali 2014. Testi adottati, P8_TA(2016)0200.

(7)

http://www.eib.org/attachments/general/reports/ig_fraud_investigations_activity_report_2016_en.pdf

(8)

ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29.

(9)

ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (23.11.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar ir-Rapport Annwali dwar l-Attivitajiet Finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment

(2017/2071(INI))

Rapporteur (*): Ludek Niedermayer

(*)  Kumitat assoċjat – l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirrikonoxxi l-kontribuzzjoni tal-BEI għall-irkupru tal-attività ta' investiment fl-UE wara l-kriżi ekonomika u finanzjarja; jenfasizza li l-attivitajiet tal-BEI matul il-perjodu ta' rkupru attwali u t-titjib tad-disponibbiltà tal-kreditu fil-maġġoranza tal-pajjiżi u tas-setturi għandhom jiġu diretti bir-reqqa lejn prodotti u proġetti li jiżguraw valur miżjud għoli filwaqt li b'mod partikolari jqisu r-reġjuni li għandhom livell baxx ta' attività ta' investiment u l-pajjiżi b'lakuni sottostanti tal-investiment kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fil-privat; jenfasizza li s-servizzi ta' konsulenza u ta' finanzjament tal-BEI f'oqsma ewlenin bħall-finanzjament tal-infrastruttura, il-mitigazzjoni tat-tibdil tal-klima u l-adattament għalih, l-iżvilupp urban u l-appoġġ għall-SMEs għandhom jitkomplew; jenfasizza li l-espansjoni tal-attivitajiet ta' finanzjament tal-BEI ma tistax tissostitwixxi r-riformi strutturali sostenibbli u bbilanċjati mil-lat soċjali u politika fiskali sostenibbli fl-Istati Membri;

2.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, skont in-nota ta' informazzjoni tat-28 ta' Settembru 2017 mid-Dipartiment tal-Ekonomija tal-BEI, l-investimenti kumulattivi approvati mill-Grupp tal-BEI fl-2015 u l-2016 se jkabbru bi 2,3 % l-PDG tal-UE sal-2020 u se jżidu 2,25 miljun impjieg, u dan juri l-impatt makroekonomiku sostanzjali tal-BEI; iħeġġeġ lill-BEI jkompli jespandi l-kapaċità tiegħu ta' analiżi makroekonomika, inkluża r-riċerka dwar l-impatt makroekonomiku tal-attivitajiet tiegħu, kif ukoll il-ħidma analitika ġenerali tiegħu u l-istudji settorjali, kif ukoll il-firxa ta' pubblikazzjonijiet u dokumenti empiriċi, u b'hekk isir ukoll "bank tal-għarfien"; jistieden lill-BEI jkompli jtejjeb il-valutazzjoni tal-proġetti, bl-użu ta' indikaturi tal-impatt aktar għanja, aktar preċiżi u rfinuti;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi minimizzat ir-riskju li s-settur privat jiġi eskluż billi ssir enfażi fuq il-finanzjament fit-tul li b'mod ieħor ma jkunx disponibbli fis-swieq għall-klijenti tal-BEI, jew billi jittieħdu aktar riskji, filwaqt li tiġi ppreservata l-klassifikazzjoni ta' kreditu għolja, billi jiġi appoġġjat il-finanzjament tal-proġetti li inkella ma jiġux iffinanzjati, partikolarment bħala appoġġ għal negozji ġodda u SMEs innovattivi; jappoġġja l-approċċ tal-BEI li jgħin biex jimmobilizza l-kapital privat permezz ta' self u garanziji; jirrimarka wkoll li l-valur miżjud tal-finanzjamenti tal-BEI jikkonsisti wkoll fl-għoti ta' konsulenza teknika u l-bini tal-kapaċità bil-ħsieb li l-proġetti jiġu megħjuna jkunu mħejjija għall-investiment u fil-mobilizzazzjoni b'ħeffa tar-riżorsi, li ta' spiss tkun aktar mgħaġġla minn tas-settur privat;

4.  Jagħraf l-importanza tar-rwol antiċikliku li l-BEI kellu f'dawn l-aħħar snin; jemmen li waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-BEI ladarba l-ekonomija terġa' lura għal-livelli ta' investiment ta' qabel il-kriżi għandha tkun li jiffoka fuq li jgħin sabiex jitnaqqas id-distakk fl-investiment f'oqsma fejn is-swieq ma jirnexxilhomx, pereżempju minħabba l-perspettiva fuq żmien fil-qosor persistenti tagħhom u l-inkapaċità tagħhom li jiffissaw b'mod korrett il-prezz tal-esternalitajiet fit-tul, sabiex tingħata spinta lill-investimenti sostenibbli, lill-progress teknoloġiku u lill-innovazzjoni li jwasslu għal tkabbir sostenibbli; jenfasizza l-ħtieġa li l-proġetti bbażati fuq l-innovazzjoni b'valur miżjud ċar għall-UE jingħataw prijorità, kif ukoll il-proġetti li jappoġġaw l-iżvilupp reġjonali bħall-għoti ta' ħajja ġdida lil żoni rurali u żoni oħra li huma anqas aċċessibbli u sottożviluppati; ifakkar li l-BEI jenħtieġ li jkollu rwol fundamentali fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 permezz tal-programm Orizzont 2020;

5.  Jistieden lill-BEI ikompli l-appoġġ finanzjarju tiegħu għas-sorsi tal-enerġija sostenibbli lokali sabiex jingħeleb il-livell għoli ta' dipendenza enerġetika tal-Ewropa fuq sorsi esterni u tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista;

6.  Ifakkar li aktar minn 90 % tal-SMEs fl-UE huma mikrointrapriżi li jipprovdu kważi 30 % tal-impjiegi fis-settur privat; jirrimarka li l-mikrointrapriżi huma aktar vulnerabbli għax-xokkijiet ekonomiċi mill-kumpaniji akbar u jistgħu jibqgħu mhux moqdija biżżejjed fil-forniment tal-kreditu partikolarment meta dawn ikunu bbażati f'reġjun fejn il-kuntest ekonomiku u bankarju ma jkunx favorevoli; jistieden lill-BEI jikkunsidra strateġija biex jirrimedja l-fatt li dawn l-SMEs għandhom diffikultajiet biex jiksbu aċċess għall-finanzjament tal-proġetti;

7.  Jenfasizza li l-BEI kellu u qed ikompli jkollu rwol pożittiv fit-tnaqqis tad-distakk fl-investiment pubbliku; jenfasizza li l-investiment, ir-riformi strutturali responsabbli u sostenibbli u l-politiki baġitarji tajba jridu jkunu parti integrali minn strateġija globali; jappella għall-koordinazzjoni bejn l-attivitajiet tal-BEI fl-Istati Membri u l-attivitajiet, politiki u l-objettivi tal-gvernijiet, stabbiliti fil-programmi ta' riforma nazzjonali, kif ukoll fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż kull fejn din il-koordinazzjoni tkun possibbli;

8.  Jenfasizza li fil-livell tal-UE hemm raġunijiet strutturali maġġuri li minħabba fihom qed jiżdied id-distakk fl-investiment bejn l-Istati Membri; jistieden lill-BEI issaħħaħ l-assistenza teknika tiegħu sabiex jindirizza l-kapaċità baxxa ta' ġenerazzjoni ta' proġetti f'xi Stati Membri; jistieden lill-BEI jipprovdi informazzjoni aktar dettaljata dwar l-impjiegi diretti u indiretti maħluqa minn kull proġett iffinanzjat;

9.  Ifakkar il-ħtieġa urġenti li jiġi kkjarifikat l-impatt tal-Brexit fuq il-baġit attwali tal-BEI u fuq l-attivitajiet tiegħu sabiex l-istituzzjoni tkun tista' tkompli twettaq ir-rwol tagħha; jinnota li r-Renju Unit ipprovda 16,11 % tal-kapital tal-BEI, li jammonta għal EUR 3,5 biljun tal-kapital imħallas u EUR 35,7 biljun tal-kapital eżegwibbli tal-Bank; jenfasizza l-importanza li jiġi ċċarat l-ammont tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għall-baġit tal-BEI kif ukoll il-parteċipazzjoni ekonomika fil-ġejjieni tar-Renju Unit; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-ħruġ tar-Renju Unit ma jwassalx li l-BEI jitlef il-kapaċità tiegħu li jappoġġa l-ekonomija tal-UE; jissottolinja, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li tiġi stabbilita ċ-ċertezza legali mill-aktar fis possibbli fir-rigward tal-proġetti li għaddejjin u li huma kofinanzjati mill-BEI fir-Renju Unit. jemmen li, filwaqt li r-Renju Unit, f'termini ta' investiment, għandu jiġi ttrattat bl-istess mod bħal kwalunkwe Stat Membru ieħor qabel il-ħruġ formali tiegħu mill-Unjoni, il-BEI għandu raġun jikkundizzjona l-investiment fuq assigurazzjonijiet li l-kriterji tal-eliġibbiltà tal-investiment, b'mod partikolari dwar l-istandards ambjentali, jiġu rrispettati tul l-eżistenza kollha ta' dawn l-investimenti;

10.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2017 dwar il-finanzjament għall-klima(1) u l-impenn tal-BEI li jappoġġja l-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi; jenfasizza l-importanza li jkun hemm disponibbli biżżejjed finanzjament għal investimenti ekoloġiċi sostenibbli, inkluż għall-industriji b'bażi bijoloġika(2); jemmen li r-reviżjoni tal-politika tal-enerġija tal-BEI prevista għall-2018 għandha tirriżulta fi pjan ta' azzjoni ambizzjuż biex l-investimenti tagħha jiġu allinjati mal-mira ta' 1,5 gradi li tnaqqas b'mod sinifikanti r-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima permezz tat-tnaqqis gradwali tal-proġetti tal-fjuwils fossili u l-prijoritizzazzjoni ta' proġetti li jżidu l-enerġija disponibbli permezz tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika;

11.  Jinnota li minkejja li jilħqu l-mira globali ta' 25 %, l-appoġġ tal-BEI għall-azzjoni dwar il-klima għadu jirrifletti kuntesti differenti tas-suq u, għaldaqstant, ma laħqux il-livell ta' 20 % f'16-il Stat Membru; jirrimarka li, fl-2016, l-investiment għall-azzjoni dwar il-klima kien jinsab b'mod predominanti fl-ekonomiji l-aktar b'saħħithom tal-UE;

12.  Jistieden lill-BEI jaħdem ma' parteċipanti żgħar fis-suq u ma' kooperattivi tal-komunità biex jgħaqqad proġetti tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira sabiex dawn ikunu jistgħu jkunu eliġibbli għal finanzjament tal-BEI;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa u timmonitorja bir-reqqa l-kost assoċjat mal-għadd ta' mandati mogħtija lill-BEI; ifakkar li l-kost amministrattiv assoċjat jista' jkollu impatt fuq il-prestazzjoni ġenerali tiegħu minħabba l-livell attwali ta' riżorsi finanzjarji u umani;

14.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-BEI jwettaq operazzjonijiet esterni sabiex l-attivitajiet tiegħu jiffukaw speċifikament fuq oqsma ta' importanza kbira għall-UE; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-espansjoni tal-Mandat ta' Self Estern tal-BEI (ELM) biex jintensifika l-attivitajiet fil-pajjiżi ta' qabel l-adeżjoni, fil-pajjiżi tal-viċinat tan-Nofsinhar, fir-reġjun tal-Mediterran, fl-Amerika Latina u fl-Asja; jenfasizza, barra minn hekk, il-potenzjal kbir li l-operazzjonijiet tal-BEI għandhom biex itejbu l-qagħda ekonomika fir-reġjuni ta' rilevanza ġeopolitika ewlenija, b'mod partikolari fl-Ukrajna, li qiegħed tiffaċċja stress ekonomiku kbir minħabba l-kunflitt armat li għaddej fil-Lvant tal-Ukrajna;

15.  Jitlob żieda fl-għajnuna finanzjarja għal proġetti li jgħinu biex jitnaqqsu l-kosti ekonomiċi marbuta mal-kriżi tal-migrazzjoni filwaqt li jkollhom impatt pożittiv fuq iċ-ċittadini, ir-refuġjati u migranti oħrajn fl-Istati Membri li jirċievu l-akbar flussi ta' rifuġjati u migranti;

16.  Jilqa' r-rieda tal-BEI li jadotta l-ogħla standards bil-ħsieb li jipprevjeni l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu(3); jemmen, madankollu, li għad hemm lok għal titjib; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-BEI itemm il-kooperazzjoni tiegħu mal-intermedjarji, il-pajjiżi u l-ġurisdizzjonijiet li ma jikkonformawx mal-istandards tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) tal-UE, inkluż dawk li joperaw f'pajjiżi li huma fuq il-lista tal-UE ta' pajjiżi terzi ta' riskju għoli fil-qasam tal-ħasil tal-flus u l-lista futura tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx fi kwistjonijiet ta' tassazzjoni;

17.  Jistieden lill-BEI iqis il-kuntest lokali meta jinvesti f'pajjiżi terzi; ifakkar li l-investiment f'pajjiżi terzi ma jistax ikun ibbażat biss fuq approċċ li jimmassimizza l-profitti iżda jrid ikollu wkoll l-għan li jiġġenera tkabbir ekonomiku fit-tul, sostenibbli u mmexxi mis-settur privat, u li jnaqqas il-faqar permezz tal-ħolqien tal-impjiegi u t-titjib fl-aċċess għar-riżorsi produttivi;

18.   Jenfasizza l-ħtieġa li l-BEI jkollu informazzjoni affidabbli u kompluta dwar is-sjieda benefiċjarja tal-benefiċjarji finali tal-fondi tal-BEI, inkluż f'każijiet fejn il-finanzjament jiddependi fuq fondi tal-ekwità privata; iħeġġeġ għalhekk lill-BEI isaħħaħ il-proċedura tad-diliġenza dovuta u t-trasparenza tiegħu meta jaħdem ma' intermedjarji finanzjarji;

19.  Jinnota li l-Kummissjoni fl-imgħoddi mblukkat ċerti proġetti ppreżentati minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (IFIs)(4) minħabba li dawn il-proġetti kienu jinvolvu arranġamenti fiskali kumplessi mingħajr ġustifikazzjoni bis-saħħa ta' reġimi fiskali dannużi jew assenti f'pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI biex fir-rapport annwali tiegħu jinkludi informazzjoni dwar proġetti fejn il-fondi jkunu ġew trasferiti lejn ġurisdizzjonijiet offshore; jenfasizza l-ħtieġa li l-IFIs jeliminaw ir-riskju li l-fondi tal-UE direttament jew indirettament jgħinu l-evitar tat-taxxa u l-frodi fiskali;

20.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex temenda l-leġiżlazzjoni Ewropea, inklużi dawk il-partijiet li jikkonċernaw l-Istatut tal-BEI, ir-Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), l-erba' Regolamenti dwar il-Politika Agrikola Komuni (PAK), u l-ħames Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd) ħalli tipprojbixxi li l-użu tal-fondi tal-UE jmur għand benefiċjarji finali jew intermedjarji finanzjarji li jkollhom rekord ippruvat ta' involviment f'evażjoni tat-taxxa jew fi frodi fiskali;

21.  Jinnota li mill-120 każ irrappurtati lid-Diviżjoni tal-Ispettorat Ġenerali tal-Investigazzjonijiet tal-Frodi (IG/IN) fl-2016, 53 % kienu rreferuti mill-persunal tal-grupp tal-BEI; jilqa' l-fatt li l-mekkaniżmu ta' rappurtar tal-frodi fis-sit web tal-BEI issa huwa disponibbli fi 30 lingwa(5); jemmen li l-BEI għandu jsegwi bir-reqqa x-xogħol li għaddej bħalissa dwar il-protezzjoni tal-informaturi fil-livell tal-UE u b'hekk ikompli jtejjeb il-possibilitajiet ta' rappurtar tiegħu;

22.  Jinnota varjetà wiesgħa ta' esperjenzi f'termini tal-proġetti tal-EFSI; jappoġġja u jinkoraġġixxi l-iskambju ulterjuri tal-aħjar prattiki bejn il-BEI u l-Istati Membri sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza ekonomika u effett ta' lieva adegwat tal-Pjan Juncker, b'mod li jagħmlu differenza fil-ħajja taċ-ċittadini tal-UE;

23.  Jirrikonoxxi li l-aċċess għall-finanzjament għadu ostaklu ewlieni għat-tkabbir tal-industriji kulturali u kreattivi (CCIs); jenfasizza l-ħtieġa urġenti ta' inizjattivi ta' finanzjament li jsaħħu dawn l-industriji; jenfasizza l-potenzjal tal-BEI u l-FEIS li jappoġġaw is-settur kreattiv, prinċipalment permezz tal-finanzjament tal-SMEs; jistieden lill-BEI jindirizza n-nuqqas ta' finanzjament tal-FEIS lis-CCIs billi jinvestiga l-possibilità ta' interazzjonijiet mal-Ewropa Kreattiva;

24.  Ifakkar li sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku tal-UE kif ukoll għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, l-istrumenti tat-trasferiment tar-riskju ta' kreditu ma jistgħux ikunu mingħajr riskju; jenfasizza li l-BEI u l-azzjonisti tiegħu jeħtiġilhom ikunu konxji bis-sħiħ dwar dan; iħeġġeġ lill-BEI jivvaluta l-possibbiltà li joffri bonds tal-BEI għax-xiri dirett;

25.  Jilqa' l-Istrateġija tal-grupp tal-BEI dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Awtonomizzazzjoni Ekonomika tan-Nisa mnedija fl-2017; jissuġġerixxi li l-Grupp tal-BEI jikkunsidra l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru fl-operazzjonijiet finanzjarji tiegħu; jitlob li jiġi implimentat malajr pjan ta' azzjoni dwar is-sessi, li jistabbilixxi miri ambizzjużi u li jkun akkumpanjat minn indikaturi konkreti;

26.  Jemmen li l-komunikazzjoni tal-grupp tal-BEI, f'kooperazzjoni mas-sħab nazzjonali rilevanti tiegħu, għandha tittejjeb sabiex jiżdied l-għarfien mill-SMEs tal-possibilitajiet ta' finanzjament tagħhom u biex iċ-ċittadini jkunu infurmati aħjar dwar proġetti lokali u konkreti ffinanzjati mill-UE;

27.  Jirrikonoxxi li l-BEI jippreżenta tliet rapporti kull sena dwar l-attivitajiet tiegħu lill-Parlament u li l-President u l-persunal tal-BEI jattendu regolarment seduti ta' smigħ fuq talba tal-Parlament u tal-kumitati tiegħu; ifakkar, madankollu, it-talba tiegħu għal livell ogħla ta' responsabbiltà parlamentari u tat-trasparenza tal-BEI; itenni s-sejħa tiegħu, f'dan ir-rigward, li jiġi ffirmat ftehim interistituzzjonali bejn il-BEI u l-Parlament dwar l-iskambju ta' informazzjoni, inkluża l-possibbiltà li l-Membri jindirizzaw mistoqsijiet bil-miktub lill-President tal-BEI;

28.  Jitlob li r-rappurtar pajjiż b'pajjiż mingħajr eżenzjonijiet isir parti ewlenija tal-istrateġija tar-responsabbiltà soċjali korporattiva tal-BEI;

29.  Jirrakkomanda li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO) jeżamina l-possibbiltà li jkopri l-operazzjonijiet tal-BEI fl-Istati Membri tal-UE kkonċernati bħala parti mill-attivitajiet tiegħu;

30.  Iħeġġeġ lill-grupp tal-BEI jadotta r-rieżami tal-politika tal-informaturi tiegħu malajr kemm jista' jkun u biex issaħħaħ l-indipendenza, il-leġittimità, l-aċċessibbiltà, il-prevedibbiltà u t-trasparenza tal-mekkaniżmu għall-ilmenti tiegħu, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tad-diretturi u bit-tisħiħ tal-protezzjoni ta' min jagħmel l-ilment. jemmen li dawn il-miżuri b'mod ċar huma fl-interess tal-bank, tal-partijiet interessati u tal-istituzzjonijiet tal-UE.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

21.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

4

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Thierry Cornillet, Markus Ferber, Jonás Fernández, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Barbara Kappel, Wajid Khan, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Sander Loones, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Matt Carthy, Andrea Cozzolino, Herbert Dorfmann, Frank Engel, Ashley Fox, Ramón Jáuregui Atondo, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Siegfried Mureşan

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bogdan Brunon Wenta, Sotirios Zarianopoulos, Wim van de Camp

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

44

+

ALDE

Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells, Thierry Cornillet

ECR

Ashley Fox, Kay Swinburne, Pirkko Ruohonen-Lerner, Stanisław Ożóg, Sander Loones

ENF

Barbara Kappel

PPE

Anne Sander, Bogdan Brunon Wenta, Brian Hayes, Frank Engel, Gabriel Mato, Georgios Kyrtsos, Gunnar Hökmark, Herbert Dorfmann, Ivana Maletić, Luděk Niedermayer, Markus Ferber, Siegfried Mureşan, Theodor Dumitru Stolojan, Thomas Mann, Tom Vandenkendelaere, Wim van de Camp

S&D

Alfred Sant, Andrea Cozzolino, Costas Mavrides, Hugues Bayet, Jakob von Weizsäcker, Jonás Fernández, Neena Gill, Olle Ludvigsson, Pedro Silva Pereira, Pervenche Berès, Peter Simon, Ramón Jáuregui Atondo, Roberto Gualtieri, Udo Bullmann, Wajid Khan

VERTS/ALE

Ernest Urtasun, Molly Scott Cato, Philippe Lamberts, Sven Giegold

4

-

ENF

Gerolf Annemans, Marco Zanni

GUE/NGL

Miguel Viegas

NI

Sotirios Zarianopoulos

5

0

EFDD

Marco Valli

ENF

Bernard Monot

GUE/NGL

Dimitrios Papadimoulis, Matt Carthy, Paloma López Bermejo

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

http://www.consilium.europa.eu/pressreleases-pdf/2017/10/47244665508_en.pdf

(2)

Pereżempju, proġetti validi u kklassifikati tajjeb li ma jirċivux finanzjament mill-Impriża Konġunta tal-Industriji b'Bażi Bijoloġika.

(3)

http://www.eib.org/about/compliance/tax-good-governance/index.htm u http://www.eib.org/infocentre/publications/all/eib-group-anti-money-laundering-policy-and-combating-finance-of-terrorism-framework.htm

(4)

Il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment u l-Fond Globali għall-Effiċjenza Enerġetika u l-Enerġija Rinnovabbli.

(5)

http://www.eib.org/attachments/general/reports/ig_fraud_investigations_activity_report_2016_en.pdf


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (24.11.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar ir-Rapport Annwali dwar l-Attivitajiet Finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment

(2017/2071(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Ivana Maletić

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jissottolinja li l-BEI huwa marbut bit-trattati biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp ibbilanċjat u kostanti tas-suq intern permezz tal-attività primarja ta' self tiegħu, sabiex jappoġġa proġetti għall-iżvilupp ta' reġjuni inqas żviluppati u proġetti li għandhom natura transfruntiera, b'sinerġija mal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (il-Fondi SIE); jenfasizza għalhekk il-potenzjal tar-rwol komplementari importanti tal-BEI fl-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni, li għandu jibqa' dejjem ibbażat fuq il-prestazzjoni u orjentat lejn ir-riżultati, inkluż permezz ta' attivitajiet immirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċitajiet għat-tħejjija tal-proġetti, konsulenza u servizzi ta' analiżi u ta' self għall-kofinanzjament nazzjonali tal-Fondi SIE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI jikkoordinaw aħjar l-isforzi tagħhom bil-għan li jippromwovu aktar l-iskambju tal-aħjar prattiki u t-tixrid ta' opportunitajiet ta' investiment fir-reġjuni kollha Ewropej, inklużi dawk li mhumiex koperti mill-Fond ta' Koeżjoni, bil-ħsieb li jintlaħqu aħjar l-objettivi ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

2.  Jinnota l-informazzjoni limitata eżistenti dwar il-punt sa fejn l-attivitajiet ta' self tal-BEI jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-politika ta' koeżjoni; jistieden, għalhekk, lill-BEI jippreżenta kapitoli speċjali, kif xieraq, fir-rapport annwali tiegħu, iddedikat għall-valutazzjoni tal-impatt tal-attivitajiet tal-BEI mmirati lejn l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni, inklużi l-attivitajiet relatati mal-Interreg u biex jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-użu tas-self fil-proġetti u l-programmi tal-politika ta' koeżjoni, b'referenza wkoll għad-distribuzzjoni ġeografika tal-appoġġ, il-kontribuzzjoni effettiva tiegħu għall-objettivi tal-politika ta' koeżjoni, inklużi l-prinċipji orizzontali u l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020, u l-kapaċità konkreta biex jiġi mobilizzat l-investiment privat; jenfasizza, f'dan il-kuntest, ir-responsabilità tal-BEI li jipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Qorti tal-Awdituri u oħrajn b'data suffiċjenti, inkluż dwar l-ispejjeż u l-ġestjoni tal-prodotti tiegħu, u jqis ukoll il-valur miżjud tad-data aggregata fil-livell tal-UE dwar il-kombinazzjoni tal-politika ta' koeżjoni u investimenti relatati mal-BEI;

3.  Jenfasizza li l-BEI, bħala istituzzjoni finanzjarja pubblika li tiffinanzja proġetti li jimmiraw li jissodisfaw il-politiki u l-prijoritajiet tal-UE, għandu jikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, inkluż fir-reġjuni anqas żviluppati, kif previst fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jinnota bi tħassib, madankollu, li, skont il-klassifikazzjoni ġeografika tas-self skont il-pajjiż fejn il-proġetti huma lokalizzati, ħames Stati Membri, l-akbar ekonomiji tal-UE, irċevew 54,11 % tat-total tas-self mogħti fl-2016; jistieden lill-BEI u lill-Kummissjoni jeżaminaw ir-raġunijiet li wasslu għal din is-sitwazzjoni u jirrapportaw lura lill-Parlament sa nofs l-2018; jenfasizza l-ħtieġa għal distribuzzjoni territorjali usa' ta' fondi, inkluż fir-rigward tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi, li dejjem għandha tkun komplementari għall-Fondi SIE, sabiex jintlaħaq l-objettiv li jitnaqqsu d-disparitajiet reġjonali; jenfasizza l-ħtieġa għal rwol imsaħħaħ tal-BEI fil-finanzjament l-intraprenditorija soċjali u n-negozji ġodda, l-aċċelerazzjoni tat-tkabbir tal-infrastruttura soċjali, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-proġetti tal-ekonomija ċirkolari; ifakkar, f'dan il-kuntest, li l-BEI huwa wkoll investitur kbir f'pajjiżi li mhumiex fl-UE;

4.  Jenfasizza li r-rwol tal-BEI fil-politika ta' koeżjoni qed jiżdied, speċjalment minħabba ż-żieda fl-użu tal-istrumenti finanzjarji fil-kombinazzjoni ma' għotjiet; jenfasizza, madankollu, li l-aċċessibilità tagħhom għal riċevituri finali għadha baxxa ħafna u li l-Istati Membri u r-reġjuni jenfasizzaw il-kumplessità tal-proċeduri, stabbiliti kemm fir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR), inklużi l-ispejjeż u t-tariffi sproporzjonati, kif ukoll il-kompetizzjoni ma' strumenti nazzjonali u reġjonali aktar attraenti; jilqa', f'dan il-kuntest, l-istabbiliment tal-pjattaforma fi-compass bħala punt ċentrali għal servizzi konsultattivi dwar strumenti finanzjarji fl-ambitu tal-politika ta' koeżjoni; jitlob, madankollu, aktar assistenza teknika u simplifikazzjoni tal-proċeduri eżistenti, kif ukoll konċentrazzjoni akbar fuq il-bini tal-kapaċità fir-rigward ta' intermedjarji finanzjarji, u jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa għal rabta aħjar bejn l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni mal-prestazzjoni tal-maniġer tal-fondi tal-istrumenti finanzjarji fl-ambitu tal-Fondi SIE; ifakkar, madankollu, li l-għotjiet, li huma forma effikaċi ta' sostenn f'bosta oqsma ta' intervent pubbliku, iridu jinżammu bħala l-għodda ewlenija għall-politika ta' koeżjoni u li l-istrumenti finanzjarji għandhom ikunu kkonċentrati f'dawk is-setturi fejn dawn għandhom valur miżjud ogħla minn għotjiet, filwaqt li l-użu tagħhom jibqa' fid-diskrezzjoni tal-awtoritajiet ta' ġestjoni; jirrimarka li qafas aktar b'saħħtu tal-impenn tal-BEI mal-Parlament Ewropew jeħtieġ jiġi promoss sabiex ikun jista' jsir skrutinju aħjar tal-attivitajiet tal-BEI;

5.  Iqis li, bħala l-bank tal-Unjoni Ewropea, il-BEI għandu jsaħħaħ l-isforzi tiegħu biex jiżgura li l-intermedjarji finanzjarji li jinvolvi ruħu magħhom ma jagħmlux użu minn strutturi ta' evitar tat-taxxa, jew jidħlu fihom, b'mod partikolari skemi jew prattiki ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa li mhumiex konformi ma' kriterji ta' governanza tajba tat-taxxa, kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-UE, inklużi r-rakkomandazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni; jenfasizza li l-BEI għandu wkoll jiżgura li l-intermedjarji finanzjarji ma jkunux involuti f'każijiet ta' korruzzjoni, ħasil tal-flus, kriminalità organizzata jew terroriżmu;

6.  Jinnota l-fatt li, fl-2016, aktar minn 50 % tat-total tas-self approvat, inkluż fl-ambitu tal-EFSI, ġie investit fit-trasport, l-enerġija, l-industrija, l-azzjoni dwar il-klima u s-setturi tal-ġestjoni tal-ilma u tal-iskart, li jindika konċentrazzjoni tematika xierqa; jitlob, madankollu, appoġġ addizzjonali għall-innovazzjoni b'enerġija nadifa, ir-riċerka xjentifika u l-iżvilupp xjentifiku fil-qasam tal-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti, u għal setturi bħal dak tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-infrastruttura soċjali; jissottolinja li proġetti li jappoġġaw l-SMEs u t-tiġdid ta' reġjuni transfruntieri, kif ukoll reġjuni oħra anqas popolati u rurali, flimkien ma' żoni inqas aċċessibbli, diżindustrijalizzati li jbatu minn qgħad fit-tul u dawk sottożviluppati, għandu jkollhom prijorità fis-setturi kollha; jinnota wkoll ir-rwol komplementari importanti li għandu l-BEI fl-appoġġ tal-Aġenda Urbana, u jinkoraġġixxi l-isforzi fir-rigward tar-riġenerazzjoni urbana, inklużi investimenti f'bini aktar effiċjenti fl-enerġija u strutturalment sod; itenni f'dan il-kuntest li kull reġjun għandu jkompli jibbenefika wkoll minn investimenti tal-politika ta' koeżjoni;

7.  Jistieden lill-BEI jqis l-adozzjoni tal-markers tal-klima tal-OECD ta' Rio użati biex jirrintraċċaw u jimmonitorjaw l-infiq fuq il-klima minn Fondi SIE sabiex jittieħed kont aħjar tal-attivitajiet tal-BEI relatati mal-politika ta' koeżjoni fil-valutazzjoni tar-rwol tal-Fondi SIE fl-indirizzar tat-tibdil fil-klima;

8.  Jenfasizza l-importanza tar-rwol komplementari tal-banek u l-istituzzjonijiet nazzjonali fil-promozzjoni tal-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji mfassla biex jissodisfaw il-ħtiġijiet lokali;

9.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' data disponibbli dwar ir-rwol tal-BEI f'kull stadju taċ-ċiklu tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni u l-informazzjoni limitata dwar kemm l-attivitajiet ta' self tal-BEI jikkontribwixxu għall-objettivi tal-politika ta' koeżjoni; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar sforzi, u jitlob biex isiru aktar sforzi biex tinkiseb aktar trasparenza u komunikazzjoni aħjar bil-ħsieb li jiżguraw li l-informazzjoni tasal għand benefiċjarji finali fil-livell reġjonali u lokali u li tiżdied l-viżibilità tal-proġetti.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGHTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Mercedes Bresso, Rosa D’Amato, John Flack, Krzysztof Hetman, Ivan Jakovčić, Constanze Krehl, Sławomir Kłosowski, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Konstantinos Papadakis, Stanislav Polčák, Monika Smolková, Ruža Tomašić, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andor Deli, John Howarth, Ivana Maletić, Jan Olbrycht, Bronis Ropė, Davor Škrlec, Damiano Zoffoli

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

23

+

ALDE

Ivan Jakovčić, Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

ECR

John Flack, Sławomir Kłosowski, Ruža Tomašić

GUE/NGL

Younous Omarjee

PPE

Pascal Arimont, Andor Deli, Krzysztof Hetman, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Stanislav Polčák, Joachim Zeller, Lambert van Nistelrooij

S&D

Mercedes Bresso, John Howarth, Constanze Krehl, Monika Smolková, Damiano Zoffoli

Verts/ALE

Bronis Ropė, Davor Škrlec

1

-

NI

Konstantinos Papadakis

1

0

EFDD

Rosa D’Amato

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

24.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Zbigniew Kuźmiuk, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Răzvan Popa, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Tiemo Wölken

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Heidi Hautala, Ivana Maletić, Stanisław Ożóg, Ivan Štefanec

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa Estaràs Ferragut, Dietmar Köster, Monika Smolková


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

30

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Richard Ashworth, Zbigniew Kuźmiuk, Stanisław Ożóg

PPE

Rosa Estaràs Ferragut, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Ivan Štefanec, Patricija Šulin, Inese Vaidere

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, John Howarth, Dietmar Köster, Răzvan Popa, Manuel dos Santos, Monika Smolková, Isabelle Thomas, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Heidi Hautala, Indrek Tarand, Monika Vana

3

-

ENF

André Elissen

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga

NI

Eleftherios Synadinos

1

0

GUE/NGL

Liadh Ní Riada

 

Corrections to votes

+

 

-

Liadh Ní Riada

0

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Frar 2018Avviż legali