Proċedura : 2017/0144(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0018/2018

Testi mressqa :

A8-0018/2018

Dibattiti :

PV 11/03/2019 - 17
CRE 11/03/2019 - 17

Votazzjonijiet :

PV 12/03/2019 - 9.15
CRE 12/03/2019 - 9.15

Testi adottati :

P8_TA(2019)0149

RAPPORT     ***I
PDF 1090kWORD 117k
1.2.2018
PE 612.310v01-00 A8-0018/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (is-sistema ECRIS-TCN) u tkun ta' sostenn għaliha u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011

(COM(2017)0344 – C8-0217/2017 – 2017/0144(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Daniel Dalton

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (is-sistema ECRIS-TCN) u tkun ta' sostenn għaliha u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011

(COM(2017)0344 – C8-0217/2017 – 2017/0144(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0344),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 82(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (d), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0217/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0018/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Unjoni Ewropea stabbiliet għaliha nnifisha l-objettiv li tipprovdi liċ-ċittadini tagħha spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fiha jkun assigurat il-moviment liberu tal-persuni, flimkien ma' miżuri xierqa fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha.

(1)  L-Unjoni Ewropea stabbiliet għaliha nnifisha l-objettiv li tipprovdi liċ-ċittadini tagħha spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fiha jkun assigurat il-moviment liberu tal-persuni, flimkien ma' miżuri xierqa fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kriminalità – li tinkludi t-terroriżmu – u l-ġlieda kontriha.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Dan l-objettiv jirrikjedi li informazzjoni dwar kundanni mogħtija fl-Istati Membri tkun ikkunsidrata barra mill-Istat Membru tal-kundanna, kemm waqt proċedimenti kriminali ġodda, kif stabbilit fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/675/ĠAI19, kif ukoll biex jiġu prevenuti reati ġodda.

(2)  Dan l-objettiv jirrikjedi li informazzjoni dwar kundanni mogħtija fl-Istati Membri tkun ikkunsidrata barra mill-Istat Membru tal-kundanna, kemm waqt proċedimenti kriminali ġodda, kif stabbilit fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/675/ĠAI19, kif ukoll għall-finijiet ta' reklutaġġ għal pożizzjonijiet li jinvolvu kuntatt dirett u regolari mat-tfal skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19a u għal kwalunkwe fini ieħor skont il-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistinkaw biex jipprovdu salvagwardji simili fir-rigward tal-persuni li jkollhom l-intenzjoni li jaħdmu ma' persuni b'diżabilità jew ma' persuni anzjani. L-għan huwa li jiġi żgurat li persuna kkundannata għal reat sesswali jew vjolenti kontra tifel jew tifla jew kontra persuna vulnerabbli ma tkunx tista' taħbi aktar din il-kundanna jew skwalifika bil-ħsieb li taħdem f'kuntatt ma' persuni bħal dawn fi Stat Membru ieħor.

_________________

_________________

19 Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta' Lulju 2008 dwar it-teħid inkonsiderazzjoni ta' kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda (ĠU L 220, 15.8.2008, p. 32).

19 Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta' Lulju 2008 dwar it-teħid inkonsiderazzjoni ta' kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda (ĠU L 220, 15.8.2008, p. 32).

 

19a Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1).

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Madankollu, dan il-qafas legali tal-ECRIS ma jkoprix b'mod suffiċjenti l-partikolaritajiet tat-talbiet li jirrigwardaw ċittadini ta' pajjiż terz. Għalkemm attwalment huwa possibbli li tiġi skambjata informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiż terz permezz tal-ECRIS, ma hemm l-ebda proċedura jew mekkaniżmu mħaddem biex dan isir b'mod effiċjenti.

(4)  Madankollu, il-qafas legali eżistenti tal-ECRIS ma jindirizzax b'mod suffiċjenti l-partikolaritajiet tat-talbiet li jirrigwardaw ċittadini ta' pajjiż terz. Għalkemm diġà huwa possibbli li tiġi skambjata informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiż terz permezz tal-ECRIS, ma teżisti l-ebda proċedura jew mekkaniżmu komuni tal-Unjoni biex dan isir b'mod effiċjenti, rapidu u preċiż.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "Talbiet ġenerali" bħal dawn jimponu piż amministrattiv fuq l-Istati Membri kollha, inkluż fuq dawk li ma jkollhomx fil-pussess tagħhom informazzjoni dwar dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz inkwistjoni. Fil-prattika, dan il-piż inaffar lill-Istati Membri milli jitolbu informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiż terz u jwassal biex l-Istati Membri jillimitaw l-informazzjoni ta' rekords kriminali għal informazzjoni maħżuna fir-reġistru nazzjonali tagħhom.

(6)  "Talbiet ġenerali" bħal dawn jimponu piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-Istati Membri kollha, inkluż fuq dawk li ma jkollhomx fil-pussess tagħhom informazzjoni dwar dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz inkwistjoni. Fil-prattika, dan il-piż inaffar lill-Istati Membri milli jitolbu informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiż terz mingħand Stati Membri oħra, li jxekkel serjament l-iskambju ta' din l-informazzjoni fost l-Istati Membri u jillimita l-informazzjoni ta' rekords kriminali għal informazzjoni maħżuna fir-reġistru nazzjonali tagħhom. B'konsegwenza ta' dan, jiżdied ir-riskju li l-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri jkun ineffiċjenti u inkomplet, u dan min-naħa tiegħu jaffettwa l-livell ta' sigurtà u sikurezza pprovdut liċ-ċittadini u r-residenti tal-Unjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni, jenħtieġ li tkun stabbilita sistema li permezz tagħha l-awtorità ċentrali ta' Stat Membru ssib f'qasir żmien u b'mod effiċjenti f'liema Stat(i) Membru/i ieħor/oħra tkun maħżuna l-informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadin ta' pajjiż terz sabiex imbagħad ikun jista' jintuża l-qafas eżistenti tal-ECRIS biex issir talba għall-informazzjoni ta' rekords kriminali mingħand dak/dawk l-Istat(i) Membru/i f'konformità mad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI.

(7)  Biex tittejjeb is-sitwazzjoni, jenħtieġ li tkun stabbilita sistema li biha l-awtorità ċentrali ta' Stat Membru tkun tista' ssib fil-pront u b'mod effiċjenti liema Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħra jkollhom fil-pussess tagħhom informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadin ta' pajjiż terz.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jistipula regoli dwar il-ħolqien ta' sistema ċentralizzata li tinkludi data personali fil-livell tal-Unjoni, il-qsim tar-responsabbiltajiet bejn l-Istat Membru u l-organizzazzjoni responsabbli għall-iżvilupp u għall-manutenzjoni tagħha, kif ukoll kull dispożizzjoni speċifika meħtieġa dwar il-protezzjoni tad-data biex tissupplimenta l-arranġamenti dwar il-protezzjoni tad-data li diġà jeżistu u tipprovdi għal livell kumplessiv adegwat ta' protezzjoni tad-data u sigurtà tad-data. Jenħtieġ li d-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati jiġu protetti wkoll.

(8)  Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jistipula regoli dwar il-ħolqien ta' sistema ċentralizzata li tinkludi u tipproteġi d-data personali fil-livell tal-Unjoni, il-qsim tar-responsabbiltajiet bejn l-Istat Membru u l-organizzazzjoni responsabbli għall-iżvilupp u għall-manutenzjoni tagħha, kif ukoll kull dispożizzjoni speċifika meħtieġa dwar il-protezzjoni tad-data biex tissupplimenta l-arranġamenti dwar il-protezzjoni tad-data li diġà jeżistu u tipprovdi għal livell kumplessiv adegwat ta' protezzjoni tad-data u sigurtà tad-data u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Is-sistema ECRIS-TCN tippermetti l-ipproċessar tad-data tal-marki tas-swaba' għall-fini tal-identifikazzjoni tal-Istat Membru jew l-Istati Membri fil-pussess ta' informazzjoni ta' rekords kriminali ta' ċittadin ta' pajjiż terz u ta' immaġnijiet tal-wiċċ sabiex tiġi kkonfermata l-identità tiegħu. L-introduzzjoni u l-użu tad-data tal-marki tas-swaba' u tal-immaġnijiet tal-wiċċ ma jridu qatt jeċċedu dak li hu strettament neċessarju biex jintlaħaq l-għan, iridu jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, fosthom l-aħjar interessi tat-tfal, u jeħtieġ ikunu f'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

____________________

 

1a Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Jenħtieġ li eu-LISA tingħata l-finanzjament u l-persunal adegwati biex teżerċita r-responsabbiltajiet previsti f'dan ir-Regolament.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Fl-eventwalità ta' korrispondenza bejn id-data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali u dik użata għat-tiftix minn Stat Membru (hit), tingħata l-informazzjoni dwar l-identità li fil-konfront tagħha tkun ġiet irreġistrata "hit", flimkien mal-"hit". Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tintuża biss biex tassisti fl-ikkonfermar tal-identità taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat. Dan jista' jinkludi l-irreġistrar ta' data fil-bażi tad-data nazzjonali ta' rekords kriminali tal-Istat Membru tat-talba għal tfittxija bħal l-psewdonimu taċ-ċittadin ta' pajjiż terz.

(12)  Fl-eventwalità ta' korrispondenza bejn id-data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali u dik użata għat-tiftix minn Stat Membru (hit), tingħata l-informazzjoni dwar l-identità li fil-konfront tagħha tkun ġiet irreġistrata "hit", flimkien mal-"hit". Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tintuża biss biex tassisti fl-ikkonfermar tal-identità taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat sabiex jiġi vverifikat li d-data rreġistrata tkun assenjata preċiżament lill-persuna korretta li għaliha tirreferi l-hit. Dan jista' jinkludi l-irreġistrar ta' data fil-bażi tad-data nazzjonali ta' rekords kriminali tal-Istat Membru tat-talba għal tfittxija bħal l-psewdonimu taċ-ċittadin ta' pajjiż terz.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Jenħtieġ li għall-ewwel, l-immaġnijiet tal-wiċċ inklużi fis-sistema ECRIS-TCN jintużaw biss għall-fini ta' verifikazzjoni tal-identità ta' ċittadin ta' pajjiż terz. Fil-futur, huwa possibbli li, wara l-iżvilupp ta' softwer li jagħraf l-uċuħ, jintużaw immaġnijiet tal-wiċċ għal tqabbil bijometriku awtomatizzat, dment li jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti tekniċi biex dan isir.

(13)  Jenħtieġ li għall-ewwel, l-immaġnijiet tal-wiċċ inklużi fis-sistema ECRIS-TCN jintużaw biss għall-fini ta' verifikazzjoni tal-identità ta' ċittadin ta' pajjiż terz. Fil-futur, huwa possibbli li, wara l-iżvilupp ta' softwer li jagħraf l-uċuħ u abbażi ta' valutazzjoni mill-Kummissjoni dwar id-disponibbiltà u l-istat ta' tħejjija tat-teknoloġija meħtieġa, jintużaw immaġnijiet tal-wiċċ għal tqabbil bijometriku awtomatizzat, dment li dan ikun meħtieġ u proporzjonat.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-użu tal-bijometrika huwa neċessarju għaliex huwa l-aktar metodu affidabbli ta' identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiż terzi fit-territorju tal-Istati Membri, li ta' sikwit ma jkollhomx dokumenti jew xi mezz ieħor ta' identifikazzjoni fil-pussess tagħhom, kif ukoll għal tqabbil aktar affidabbli ta' data ta' ċittadini ta' pajjiż terz.

imħassar

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li, f'qasir żmien, l-Istati Membri joħolqu rekords fis-sistema ECRIS-TCN fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiż terz ikkundannati hekk kif il-kundanna tagħhom tiddaħħal fir-rekord kriminali nazzjonali.

(15)  Jenħtieġ li l-Istati Membri awtomatikament joħolqu rekords fis-sistema ECRIS-TCN fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiż terz ikkundannati minnufih hekk kif il-kundanna tagħhom tiddaħħal fir-rekord kriminali nazzjonali.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  It-titjib taċ-ċirkolazzjoni tal-informazzjoni dwar il-kundanni huwa mistenni li jassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2009/675/ĠAI, li tobbliga lill-Istati Membri biex jieħdu inkonsiderazzjoni l-kundanni preċedenti waqt proċedimenti kriminali ġodda.

(17)  It-titjib taċ-ċirkolazzjoni tal-informazzjoni dwar il-kundanni huwa mistenni li jassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2008/675/ĠAI, li tobbliga lill-Istati Membri biex jieħdu inkonsiderazzjoni l-kundanni preċedenti fi Stati Membri oħra waqt proċedimenti kriminali ġodda, sa fejn il-kundanni nazzjonali preċedenti jkunu tqiesu skont il-liġi nazzjonali.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Hit li tiġi indikata mis-sistema ECRIS-TCN mhijiex mistennija li tfisser awtomatikament li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat ingħata kundanna fl-Istat(i) Membru/i indikat(i), u lanqas li l-Istat(i) Membru/i indikat(i) għandu/hom informazzjoni ta' rekords kriminali dwar dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz. Jenħtieġ li l-eżistenza ta' kundanni preċedenti tkun ikkonfermata biss abbażi tal-informazzjoni riċevuta mir-rekords kriminali tal-Istati Membri kkonċernati.

(19)  Hit li tiġi indikata mis-sistema ECRIS-TCN mhijiex mistennija li tfisser awtomatikament li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat ingħata kundanna fl-Istat(i) Membru/i indikat(i). Jenħtieġ li l-eżistenza ta' kundanni preċedenti tkun ikkonfermata biss abbażi tal-informazzjoni riċevuta mir-rekords kriminali tal-Istati Membri kkonċernati. Għaldaqstant, jenħtieġ li hit fis-sistema ECRIS-TCN waħedha ma tintużax biex timmina l-prinċipju tal-ugwaljanza quddiem il-liġi, id-dritt għal proċess ġust, il-preżunzjoni tal-innoċenza u l-projbizzjoni ġenerali tad-diskriminazzjoni.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli stretti ta' aċċess għas-sistema ECRIS-TCN u s-salvagwardji neċessarji, inkluża r-responsabbiltà tal-Istati Membri biex jiġbru u jużaw id-data. Jistabbilixxi wkoll id-drittijiet tal-individwi għal kumpens, aċċess, rettifika, tħassir u rimedju, b'mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv u s-superviżjoni ta' operazzjonijiet ta' pproċessar minn awtoritajiet pubbliċi indipendenti. Għaldaqstant dan jirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt għall-protezzjoni ta' data personali, il-prinċipju tal-ugwaljanza quddiem il-liġi u l-projbizzjoni ġenerali tad-diskriminazzjoni.

(22)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli stretti ta' aċċess għas-sistema ECRIS-TCN u s-salvagwardji neċessarji, inkluża r-responsabbiltà tal-Istati Membri biex jiġbru u jużaw id-data. Jistabbilixxi wkoll kif l-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għal kumpens, aċċess, rettifika, tħassir u rimedju, b'mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv u s-superviżjoni ta' operazzjonijiet ta' pproċessar minn awtoritajiet pubbliċi indipendenti. Għaldaqstant dan jirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt għall-protezzjoni ta' data personali, il-prinċipju tal-ugwaljanza quddiem il-liġi u l-projbizzjoni ġenerali tad-diskriminazzjoni. F'dan ir-rigward, ir-Regolament iqis ukoll il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif ukoll il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u obbligi oħra dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-ambitu tad-dritt internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Id-drittijiet huma stabbiliti mid-Direttiva 2016/680 – dan ir-Regolament jiċċara biss kif dawn id-drittijiet jistgħu jaħdmu mal-ECRIS-TCN.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  Jenħtieġ li ċittadini ta' pajjiż terz ikunu jistgħu jindirizzaw lill-awtorità ċentrali ta' kwalunkwe Stat Membru talbiet relatati mad-drittijiet tagħhom ta' aċċess għad-data, u għall-korrezzjoni jew it-tħassir tagħha. Jekk it-talba ssir lil Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-kundanna, jenħtieġ li dik il-konferma bil-miktub dwar l-azzjoni meħuda tintbagħat lill-persuna kkonċernata min-naħa tal-Istat Membru tal-kundanna. Jenħtieġ li l-konferma tispeċifika wkoll ir-raġunijiet għaliex it-talba tkun ġiet trattata mill-Istat Membru tal-kundanna.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 tapplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inklużi s-salvagwardji kontra theddid għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tiegħu. Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27 japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dment li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680 ma jkunux japplikaw. Jenħtieġ li tkun żgurata superviżjoni koordinata f'konformità mal-Artikolu 62 ta' [ir-regolament il-ġdid dwar il-protezzjoni tad-data għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni].

(23)  Jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 tapplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inklużi s-salvagwardji kontra theddid għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tiegħu. Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27 japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet nazzjonali. Jenħtieġ li tkun żgurata superviżjoni koordinata f'konformità mal-Artikolu 62 ta' [ir-regolament il-ġdid dwar il-protezzjoni tad-data għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni]. Jenħtieġ li r-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27a+ japplika għall-ipproċessar ta' data personali minn eu-LISA.

_________________

_________________

26 Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

26 Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

27 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

27 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

 

27a Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L …, …, p. …).

 

+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument 2017/0002 (COD) u imla n-nota f'qiegħ il-paġna.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Jenħtieġ li jiġu stipulati regoli dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward ta' dannu li jirriżulta minn kwalunkwe ksur ta' dan ir-Regolament.

(24)  Jenħtieġ li jiġu stipulati regoli dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-aġenziji tal-Unjoni li jużaw is-sistema ECRIS-TCN fir-rigward ta' dannu li jirriżulta minn kwalunkwe ksur ta' dan ir-Regolament.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a)  Jenħtieġ li eu-LISA tipprovdi statistika regolari dwar ir-reġistrazzjoni, iż-żamma u l-iskambju ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali permezz tas-sistema ECRIS-TCN, inkluż bl-użu tal-istatistika pprovduta mill-Istati Membri dwar l-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi kkundannati. Madankollu jenħtieġ li din l-istatistika tqis id-distorsjoni statistika kkawżata mill-użu ta' kampjuni mhux rappreżentattivi tal-popolazzjoni, f'dan il-każ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, u li ma tinsilet l-ebda konklużjoni fl-analiżijiet komparattivi.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa twissi dwar ir-riskju ta' distorsjoni statistika fl-użu ta' statistika dwar iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi kkundannati biss. It-tqabbil tal-għadd ta' ċittadini ta' pajjiż terzi kkundannati mal-għadd ta' ċittadini tal-UE kkundannati m'għandux iwassal għall-konklużjoni li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għandhom tendenza akbar li jwettqu delitti, peress li dan ma jirriflettix ir-realtà.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jagħti lok għal skambju rapidu u effiċjenti ta' informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadini ta' pajjiż terz, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista' pjuttost jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, permezz tas-sinerġija u l-interoperabilità neċessarji, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jinkiseb dak l-objettiv.

(25)  Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jagħti lok għal skambju rapidu, effiċjenti u preċiż kemm jista' jkun ta' informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadini ta' pajjiż terz, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista' pjuttost jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, bl-introduzzjoni ta' regoli komuni tal-Unjoni u sistemi interoperabbli, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jinkiseb dak l-objettiv.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fil-qasam tas-softwer għar-rikonoxximent tal-wiċċ u sabiex ikun hemm regoli speċifiċi dwar ċerti aspetti tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni teknika tas-sistema ECRIS-TCN, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendar ta' dan ir-Regolament billi jiġi previst l-użu ta' immaġnijiet tal-wiċċ għal skopijiet ta' identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi abbażi ta' dan l-identifikatur bijometriku u billi dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat permezz ta' regoli dwar id-dħul, l-aċċess, l-emendar u t-tħassir tad-data u ż-żamma u l-aċċess fir-rigward tar-reġistri. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 20161a. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni inkarigati mit-tħejjija tal-atti delegati.

 

_______________________

 

1a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29 u ta opinjoni fi …30,

imħassar

_________________

 

29 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 008, 12.1.2001, p. 1).

 

30 ĠU C …

 

Ġustifikazzjoni

Il-KEPD esprima l-opinjoni tiegħu dwar id-Direttiva ECRIS-TCN tal-2016 biss, u mhux dwar din il-proposta għal ECRIS-TCN ċentralizzata.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  "ċittadin ta' pajjiż terz" tfisser ċittadin ta' pajjiż ieħor li mhux Stat Membru irrispettivament minn jekk il-persuna għandiex ukoll in-nazzjonalità ta' Stat Membru, jew persuna mingħajr Stat jew persuna li n-nazzjonalità tagħha ma tkunx magħrufa mill-Istat Membru ta' kundanna;

(g)  "ċittadin ta' pajjiż terz" tfisser persuna li mhix ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 20(1) tat-TFUE, jew persuna mingħajr Stat jew persuna li n-nazzjonalità tagħha ma tkunx magħrufa mill-Istat Membru tal-kundanna;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  "data tal-marki tas-swaba'" tfisser id-data relatata mal-impressjonijiet lixxi jew ruljati tal-marki tas-swaba' tal-għaxart iswaba' kollha;

(l)  "data tal-marki tas-swaba'" tfisser id-data relatata mal-impressjonijiet lixxi jew ruljati tal-marki tas-swaba' miġbura mill-Istati Membri matul proċedimenti kriminali skont il-liġi nazzjonali;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-Sistema Ċentrali għandha tkun ospitata minn eu-LISA fiż-żewġ siti tekniċi tagħha.

2.  Is-Sistema Ċentrali għandha tkun ospitata minn eu-LISA fis-siti tekniċi tagħha.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għal kull ċittadini ta' pajjiż terz ikkundannat, l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru ta' kundanna għandha toħloq rekord tad-data fis-Sistema Ċentrali. Ir-rekord tad-data għandu jinkludi d-data segwenti:

1.  Għal kull ċittadin ta' pajjiż terz ikkundannat, li d-data tiegħu tkun iddaħħlet fir-rekord kriminali tal-Istat Membru tal-kundanna, l-awtorità ċentrali ta' dak l-Istat Membru għandha toħloq rekord tad-data fis-Sistema Ċentrali. Ir-rekord tad-data għandu jinkludi d-data segwenti:

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  kunjom (isem tal-familja); l-ewwel isem/ismijiet (ismijiet mogħtija); id-data tat-twelid; il-post tat-twelid (belt u pajjiż); in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet; is-sess; l-ismijiet tal-ġenituri; jekk applikabbli, ismijiet preċedenti, laqam/laqmijiet jew psewdonimu/i; il-kodiċi tal-Istati Membru tal-kundanna;

(a)  kunjom (isem tal-familja); l-ewwel isem/ismijiet (ismijiet mogħtija); id-data tat-twelid; il-post tat-twelid (belt u pajjiż); in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet; is-sess; jekk applikabbli, ismijiet preċedenti, laqam/laqmijiet jew psewdonimu/i; il-kodiċi tal-Istati Membru tal-kundanna;

Ġustifikazzjoni

L-ismijiet tal-ġenituri la huma neċessarji u lanqas proporzjonati biex tiġi vverifikata l-identità taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat. L-ismijiet tal-ġenituri għandhom jiġu trażmessi biss mal-informazzjoni tar-rekord kriminali skont l-FD 2009/315, ladarba jkun ġie identifikat l-Istat Membru li jkollu l-informazzjoni dwar il-kundanna.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  id-data tal-marki tas-swaba' f'konformità mad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI31 u bl-ispeċifikazzjonijiet għar-riżoluzzjoni u għall-użu tal-marki tas-swaba' msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 10(1); in-numru ta' referenza tad-data tal-marki tas-swaba' tal-persuna kkundannata inkluż il-kodiċi tal-Istat Membru tal-kundanna.

(b)  id-data tal-marki tas-swaba', esklużivament meta l-liġi nazzjonali ta' Stat Membru li fih tkun ingħatat kundanna tippermetti l-ġbir u l-ħżin tal-marki tas-swaba' ta' persuna kkundannata, u f'konformità mad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI31 u bl-ispeċifikazzjonijiet għar-riżoluzzjoni u għall-użu tal-marki tas-swaba' msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 10(1); in-numru ta' referenza tad-data tal-marki tas-swaba' tal-persuna kkundannata inkluż il-kodiċi tal-Istat Membru tal-kundanna.

_________________

_________________

31 Kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward l-iskambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiż terz u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI (….).

31 Kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward l-iskambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiż terz u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI (….).

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-emenda 17 fir-rapport adottat tal-Kumitat LIBE dwar id-Direttiva ECRIS-TCN.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-rekord tad-data jista' jinkludi wkoll immaġnijiet tal-wiċċ taċ-ċittadini ta' pajjiż terz ikkundannat.

2.  Ir-rekord tad-data jista' jinkludi wkoll immaġnijiet tal-wiċċ taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkundannat jekk il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru fejn tingħata kundanna tippermetti l-ġbir u ż-żamma tal-immaġnijiet tal-wiċċ ta' persuna kkundannata.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istat Membru tal-kundanna għandu mill-aktar fis possibbli joħloq rekord tad-data wara li l-kundanna tiddaħħal fir-reġistru nazzjonali tar-rekords kriminali.

3.  L-Istat Membru tal-kundanna għandu joħloq rekord tad-data awtomatikament, jekk jista' jkun, u – ikun xi jkun il-każ – fi żmien 24 siegħa li tkun iddaħħlet il-kundanna fir-reġistru nazzjonali tar-rekords kriminali.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istat Membru tal-kundanna għandu joħloq ukoll rekords tad-data għall-kundanni li jkunu ngħataw qabel [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] sa fejn tali data tkun maħżuna fir-rekords kriminali nazzjonali jew fil-bażi tad-data nazzjonali tal-marki tas-swaba' tiegħu.

4.  L-Istat Membru tal-kundanna għandu joħloq ukoll rekords tad-data għall-kundanni li jkunu ngħataw sa [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] sa fejn tali data tkun maħżuna fir-rekords kriminali nazzjonali jew fil-bażi tad-data nazzjonali tal-marki tas-swaba' tiegħu.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-immaġnijiet tal-wiċċ kif imsemmija fl-Artikolu 5(2) għandhom jintużaw biss biex jikkonfermaw l-identità ta' ċittadin ta' pajjiż terz li jkun ġie identifikat b'konsegwenza ta' tiftixa alfanumerika jew tiftixa bl-użu tal-marki tas-swaba'.

1.  L-immaġnijiet tal-wiċċ kif imsemmija fl-Artikolu 5(2) jistgħu jintużaw biss biex jikkonfermaw l-identità ta' ċittadin ta' pajjiż terz li jkun ġie identifikat b'konsegwenza ta' tiftixa alfanumerika jew tiftixa bl-użu tal-marki tas-swaba'.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Hekk kif ikun teknikament possibbli, l-immaġnijiet tal-wiċċ jistgħu jintużaw ukoll għall-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz abbażi ta' dan l-identifikatur bijometriku. Qabel ma din il-funzjonalità tiġi implimentata fis-sistema ECRIS-TCN, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar id-disponibbiltà u t-tlestija tat-teknoloġija meħtieġa, li dwaru għandu jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew.

2.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34a biex temenda dan ir-Regolament billi tipprevedi, hekk kif ikun teknikament possibbli u abbażi ta' valutazzjoni mill-Kummissjoni dwar id-disponibbiltà u l-istat ta' tħejjija tat-teknoloġija meħtieġa, li l-immaġnijiet tal-wiċċ ikunu jistgħu jintużaw ukoll għall-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz abbażi ta' dan l-identifikatur bijometriku.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta fi Stat Membru tintalab informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadin ta' pajjiż terz għall-finijiet ta' proċedimenti kriminali kontra dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew għal kull fini oħra li mhuwiex dak ta' proċedimenti kriminali f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, l-awtorità ċentrali ta' dak l-Istat Membru għandha tuża s-sistema ECRIS-TCN biex tidentifika l-Istat(i) Membru/i fil-pussess ta' informazzjoni ta' rekords kriminali dwar dak iċ-ċittadini ta' pajjiż terz sabiex tikseb informazzjoni dwar kundanni preċedenti permezz tal-ECRIS.

1.  Meta tintalab informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadin ta' pajjiż terz għall-finijiet ta' proċedimenti kriminali kontra dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz, l-awtorità ċentrali ta' dak l-Istat Membru għandha tuża s-sistema ECRIS-TCN biex tidentifika l-Istat(i) Membru/i fil-pussess ta' informazzjoni ta' rekords kriminali dwar dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz sabiex tikseb informazzjoni dwar kundanni preċedenti permezz tal-ECRIS.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull rekord tad-data individwali għandu jinħażen fis-Sistema Ċentrali sakemm id-data marbuta mal-kundanna/i tal-persuna kkonċernata tkun maħżuna fir-reġistru nazzjonali tar-rekords kriminali.

1.  Kull rekord tad-data għandu jinħażen fis-Sistema Ċentrali dment li d-data marbuta mal-kundanna/i tal-persuna kkonċernata tkun maħżuna fir-reġistru nazzjonali tar-rekords kriminali.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Hekk kif il-perjodu ta' żamma msemmi fil-paragrafu 1 jiskadi, l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna għandha tħassar ir-rekord tad-data individwali mis-Sistema Ċentrali mingħajr dewmien, u f'kull każ mhux aktar tard minn xahar wara l-iskadenza tal-perjodu ta' żamma.

2.  Hekk kif il-perjodu ta' żamma msemmi fil-paragrafu 1 jiskadi, l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna għandha tħassar ir-rekord tad-data individwali mis-Sistema Ċentrali b'mod permanenti u, jekk jista' jkun, awtomatikament, u – ikun xi jkun il-każ – fi żmien 24 siegħa wara l-iskadenza tal-perjodu ta' żamma.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk Stat Membru jkollu għal xiex jifhem li d-data rreġistrata minnu fis-Sistema Ċentrali mhijiex preċiża jew li ġiet ipproċessata data fis-Sistema Ċentrali fi ksur ta' dan ir-Regolament, għandu jivverifika d-data kkonċernata u, jekk ikun hemm bżonn, jemendaha jew iħassarha mill-aktar fis mis-Sistema Ċentrali.

3.  Jekk Stat Membru jkollu għal xiex jifhem li d-data rreġistrata minnu fis-Sistema Ċentrali mhijiex preċiża jew li ġiet ipproċessata data fis-Sistema Ċentrali fi ksur ta' dan ir-Regolament, għandu jivverifika d-data kkonċernata u, jekk ikun hemm bżonn, jemendaha jew iħassarha immedjatament mis-Sistema Ċentrali.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Jekk Stat Membru li ma jkunx dak l-Istat Membru li inserixxa d-data, ikollu għal xiex jifhem li d-data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali mhijiex preċiża jew li ġiet ipproċessata data fis-Sistema Ċentrali fi ksur ta' dan ir-Regolament, għandu jikkuntattja mill-aktar fis lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna. L-Istat Membru tal-kundanna għandu jivverifika l-preċiżjoni tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tagħha fi żmien xahar.

4.  Jekk Stat Membru li ma jkunx dak l-Istat Membru li inserixxa d-data, ikollu għal xiex jifhem li d-data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali mhijiex preċiża jew li ġiet ipproċessata data fis-Sistema Ċentrali fi ksur ta' dan ir-Regolament, għandu jikkuntattja mill-aktar fis lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna. L-Istat Membru tal-kundanna għandu jivverifika l-preċiżjoni tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tagħha mingħajr dewmien, u – ikun xi jkun il-każ – fi żmien ġimgħa wara li jirċievi l-informazzjoni.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti neċessarji għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni teknika tas-sistema ECRIS-TCN, u b'mod partikolari regoli dwar:

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, qabel [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-atti neċessarji għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni teknika tas-sistema ECRIS-TCN, u b'mod partikolari regoli dwar:

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa sabiex tiġi ffissata data konkreta għall-bidu tas-sistema ECRIS-TCN imsemmi fl-Artikolu 11.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-kwalità tad-data, inklużi mekkaniżmu u proċeduri għat-twettiq tal-kontrolli tal-kwalità tad-data;

(e)  l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kwalità tad-data, inklużi mekkaniżmu u proċeduri għat-twettiq tal-kontrolli tal-kwalità tad-data;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  l-inseriment tad-data f'konformità mal-Artikolu 5;

imħassar

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  l-aċċess għad-data f'konformità mal-Artikolu 7;

imħassar

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  l-emendar u t-tħassir tad-data f'konformità mal-Artikoli 8 u 9;

imħassar

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  iż-żamma tal-logs u l-aċċess għalihom f'konformità mal-Artikolu 29;

imħassar

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  il-forniment ta' statistika f'konformità mal-Artikolu 30;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Test imċaqlaq għall-Artikolu 10a (ġdid) li jmiss għax jirrigwarda att delegat aktar milli att ta' implimentazzjoni.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni u d-disponibbiltà tas-sistema ECRIS-TCN.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Test imċaqlaq għall-Artikolu 10a (ġdid) li jmiss għax jirrigwarda att delegat aktar milli att ta' implimentazzjoni.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

L-adozzjoni ta' atti delegati mill-Kummissjoni

 

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 34a, biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula regoli dwar:

 

(a)  l-inseriment tad-data f'konformità mal-Artikolu 5;

 

(b)  l-aċċess għad-data f'konformità mal-Artikolu 7;

 

(c)  l-emendar u t-tħassir tad-data f'konformità mal-Artikoli 8 u 9;

 

(d)  iż-żamma ta' logs u l-aċċess għalihom f'konformità mal-Artikolu 29;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  eu-LISA għandha tkun inkarigata mill-iżvilupp u mit-tmexxija operattiva tas-sistema ECRIS-TCN. L-iżvilupp għandu jikkonsisti mill-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, ittestjar u koordinazzjoni kumplessiva tal-proġett.

1.  eu-LISA għandha tkun inkarigata mill-iżvilupp tas-sistema ECRIS-TCN skont il-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b'mod awtomatiku. Barra minn hekk, eu-LISA għandha tkun responsabbli mit-tmexxija operattiva tas-sistema ECRIS-TCN. L-iżvilupp għandu jikkonsisti mill-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, ittestjar u koordinazzjoni kumplessiva tal-proġett.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  eu-LISA għandha tiżviluppa u timplimenta s-sistema ECRIS-TCN qabel [sentejn qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament] u wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri stipulati fl-Artikolu 10.

4.  eu-LISA għandha tiżviluppa u timplimenta s-sistema ECRIS-TCN kemm jista' jkun malajr wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri stipulati fl-Artikoli 10 u 10a.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Qabel il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, mill-Bord tat-Tmexxija ta' eu-LISA għandu jitwaqqaf Bord tat-Tmexxija tal-Programm li jkun magħmul minn massimu ta' għaxar membri. Għandu jkun magħmul minn tmien rappreżentanti appuntati mill-Bord tat-Tmexxija, mill-President tal-Grupp Konsultattiv tas-sistema ECRIS-TCN imsemmi fl-Artikolu 36 u membru wieħed appuntat mill-Kummissjoni. Il-membri appuntati mill-Bord tat-Tmexxija għandhom jiġu eletti biss minn dawk l-Istati Membri li huma marbuta kompletament skont il-liġi tal-Unjoni bl-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-ECRIS u li se jipparteċipaw fis-sistema ECRIS-TCN. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura li r-rappreżentanti li jappunta għandu jkollhom l-esperjenza u l-għarfien espert neċessarji fl-iżvilupp u fil-ġestjoni tas-sistemi tal-IT ta' sostenn għall-awtoritajiet ġudizzjarji u għall-awtoritajiet tar-rekords kriminali. Il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jiltaqa' minn tal-anqas darba kull tliet xhur, u aktar ta' spiss meta jkun hemm il-bżonn. Għandu jiżgura l-ġestjoni adegwata tal-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp tas-sistema ECRIS-TCN. Kull xahar il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jippreżenta rapporti bil-miktub lill-Bord tat-Tmexxija ta' eu-LISA dwar il-progress tal-proġett. Ma għandu jkollu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet u lanqas mandat biex jirrappreżenta lill-membri tal-Bord tat-Tmexxija.

5.  Qabel il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, mill-Bord tat-Tmexxija ta' eu-LISA għandu jitwaqqaf Bord tat-Tmexxija tal-Programm li jkun magħmul minn massimu ta' għaxar membri. Għandu jkun magħmul minn seba' rappreżentanti appuntati mill-Bord tat-Tmexxija minn fost il-membri jew is-sostituti tiegħu, il-President tal-Grupp Konsultattiv tas-sistema ECRIS-TCN imsemmi fl-Artikolu 36, membru li jirrappreżenta lil eu-LISA appuntat mid-Direttur Eżekuttiv tagħha u membru appuntat mill-Kummissjoni. Il-membri appuntati mill-Bord tat-Tmexxija għandhom jiġu eletti biss minn dawk l-Istati Membri li huma marbuta kompletament skont il-liġi tal-Unjoni bl-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-ECRIS u li se jipparteċipaw fis-sistema ECRIS-TCN. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura li r-rappreżentanti li jappunta għandu jkollhom l-esperjenza u l-għarfien espert neċessarji fl-iżvilupp u fil-ġestjoni tas-sistemi tal-IT ta' sostenn għall-awtoritajiet ġudizzjarji u għall-awtoritajiet tar-rekords kriminali. Il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jiltaqa' minn tal-anqas darba kull tliet xhur, u aktar ta' spiss meta jkun hemm il-bżonn. Għandu jiżgura l-ġestjoni adegwata tal-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp tas-sistema ECRIS-TCN. Kull xahar il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jippreżenta rapporti bil-miktub lill-Bord tat-Tmexxija ta' eu-LISA dwar il-progress tal-proġett. Ma għandu jkollu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet u lanqas mandat biex jirrappreżenta lill-membri tal-Bord tat-Tmexxija.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-Presidenza għandha tinżamm mill-Istat Membru li jkollu f'idejh il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, dment li jkun marbut kompletament skont il-liġi tal-Unjoni bl-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-ECRIS u dment li jkun se jipparteċipa fis-sistema ECRIS. Jekk dan ir-rekwiżit ma jkunx issodisfat, il-Presidenza għandha tinżamm mill-Istat Membru li jkun imissu jieħu l-Presidenza f’idejh u li jissodisfa dak ir-rekwiżit.

7.  Il-presidenza għandha tinżamm minn Stat Membru li jkun marbut kompletament skont il-liġi tal-Unjoni bl-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-ECRIS u li jkun se jipparteċipa fis-sistema ECRIS-TCN.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, il-Grupp Konsultattiv tas-sistema ECRIS-TCN imsemmi fl-Artikolu 36 għandu jkun magħmul mill-maniġers tal-proġett nazzjonali tas-sistema ECRIS-TCN. Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, għandu jiltaqa' minn tal-anqas darba fix-xahar sakemm tibda topera s-sistema ECRIS-TCN. Wara kull laqgħa għandu jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija ta' eu-LISA. Għandu jipprovdi l-għarfien espert tekniku biex isostni l-kompiti tal-Bord tat-Tmexxija u għandu jwettaq segwitu fir-rigward tal-istat ta' tħejjija tal-Istati Membri.

9.  Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, il-Grupp Konsultattiv tas-sistema ECRIS-TCN imsemmi fl-Artikolu 36 għandu jkun magħmul mill-maniġers tal-proġett nazzjonali tas-sistema ECRIS-TCN u ppresedut minn eu-LISA. Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, għandu jiltaqa' minn tal-anqas darba fix-xahar sakemm tibda topera s-sistema ECRIS-TCN. Wara kull laqgħa għandu jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija ta' eu-LISA. Għandu jipprovdi l-għarfien espert tekniku biex isostni l-kompiti tal-Bord tat-Tmexxija u għandu jwettaq segwitu fir-rigward tal-istat ta' tħejjija tal-Istati Membri.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi taħriġ xieraq lill-persunal tal-awtoritajiet tiegħu li għandu dritt għall-aċċess tas-sistema ECRIS-TCN, b'mod partikolari taħriġ dwar ir-regoli tal-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tad-data u dwar id-drittijiet fundamentali rilevanti, qabel ma jawtorizzawhom biex jipproċessaw data maħżuna fis-Sistema Ċentrali.

2.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi taħriġ xieraq lill-persunal tal-awtoritajiet tiegħu li għandu dritt għall-aċċess tas-sistema ECRIS-TCN, b'mod partikolari taħriġ dwar ir-regoli tal-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tad-data u dwar id-drittijiet fundamentali, qabel ma jawtorizzawhom biex jipproċessaw data maħżuna fis-Sistema Ċentrali.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/680, kull Stat Membru għandu jiżgura li d-data rreġistrata fis-sistema ECRIS-TCN tkun ipproċessata legalment, u b'mod partikolari li:

1.  F'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, kull Stat Membru għandu jiżgura li d-data rreġistrata fis-sistema ECRIS-TCN tkun ipproċessata legalment, u b'mod partikolari li:

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  id-data tinġabar legalment u b'rispett sħiħ lejn id-dinjità tal-bniedem taċ-ċittadin ta' pajjiż terz;

(b)  id-data tinġabar legalment u b'rispett sħiħ lejn id-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadin ta' pajjiż terz;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  eu-LISA għandha tiżgura li s-sistema ECRIS-TCN tkun operata f'konformità ma' dan ir-Regolament u mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 10, kif ukoll f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 [jew ir-Regolament suċċessur tiegħu]. B'mod partikolari, eu-LISA għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiżgura s-sigurtà tas-Sistema Ċentrali u tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-punt ta' aċċess ċentrali nazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-responsabiltajiet ta' kull Stat Membru.

2.  eu-LISA għandha tiżgura li s-sistema ECRIS-TCN tkun operata f'konformità ma' dan ir-Regolament, mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 u mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10a, kif ukoll f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 [jew ir-Regolament suċċessur tiegħu]. B'mod partikolari, eu-LISA għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiżgura s-sigurtà tas-Sistema Ċentrali u tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-punt ta' aċċess ċentrali nazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-responsabiltajiet ta' kull Stat Membru.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  eu-LISA għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-miżuri li tieħu skont il-paragrafu 2 biex is-sistema ĊECRIS-TCN tibda topera.

3.  eu-LISA għandha tinforma, malajr kemm jista' jkun, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-miżuri li tieħu skont il-paragrafu 2 biex is-sistema ECRIS-TCN tibda topera.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jindirizzaw it-talbiet tagħhom għal informazzjoni dwar kundanni preċedenti ta' ċittadini ta' pajjiż terz lill-Eurojust.

1.  Il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jindirizzaw it-talbiet tagħhom għal informazzjoni dwar kundanni preċedenti ta' ċittadini ta' pajjiż terz lill-Eurojust għall-istess skopijiet li għalihom l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom aċċess għas-sistema ECRIS-TCN skont l-Artikolu 7(1).

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi ċċarat għal liema skopijiet il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jitolbu informazzjoni dwar is-sistema ECRIS-TCN.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-Eurojust tirċievi talba kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandha tuża s-sistema ECRIS-TCN biex tiddetermina liema Stat(i) Membru/i jkun(u) fil-pussess ta' informazzjoni dwar iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat, u fil-każijiet li fihom l-Istat(i) Membru/i jkun(u) identifikat(i), għandha tittrażmetti immedjatament it-talba lill-awtoritajiet ċentrali tal' dak/dawk l-Istat(i) Membru/i. L-Istati Membri kkonċernati għandhom ikunu responsabbli għat-trattament ulterjuri ta' talbiet bħal dawn f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.

2.  Meta l-Eurojust tirċievi talba kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandha tuża s-sistema ECRIS-TCN biex tiddetermina liema Stat(i) Membru/i jkun(u) fil-pussess ta' informazzjoni ta' rekords kriminali dwar iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat, u fil-każijiet li fihom l-Istat(i) Membru/i jkun(u) identifikat(i), għandha tittrażmetti immedjatament it-talba lill-awtoritajiet ċentrali ta' dak/dawk l-Istat(i) Membru/i. L-Istati Membri kkonċernati għandhom ikunu responsabbli għat-trattament ulterjuri ta' talbiet bħal dawn f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom. Il-Eurojust għandha tibgħat tikkonferma li tkun irċieviet it-talba lill-pajjiż terz jew lill-organizzazzjoni internazzjonali li jkunu talbu l-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  La l-Eurojust u lanqas il-Europol, [l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew] jew kull awtorità ċentrali ta' Stat Membru ma jista' jittrasferixxi jew iqiegħed għad-disponibbiltà ta' pajjiż terz, xi organizzazzjoni internazzjonali u lanqas ta' xi terz privat, informazzjoni miksuba mis-sistema ECRIS-TCN dwar il-kundanni preċedenti ta' ċittadin ta' pajjiż terz, jew informazzjoni dwar l-Istat(i) Membru/i li jaf ikun fil-pussess ta' tali informazzjoni.

3.  La l-Eurojust u lanqas il-Europol, [l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew] jew kull awtorità ċentrali ta' Stat Membru ma għandhom jitħallew jittrasferixxu jew iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' pajjiż terz, xi organizzazzjoni internazzjonali u lanqas ta' xi terz privat, kwalunkwe informazzjoni miksuba mis-sistema ECRIS-TCN dwar il-kundanni preċedenti ta' ċittadin ta' pajjiż terz, jew informazzjoni dwar l-Istat(i) Membru/i li jaf ikun fil-pussess ta' tali informazzjoni.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Eurojust għandu jkollu aċċess dirett għas-sistema ECRIS-TCN għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 14, kif ukoll għat-twettiq tal-kompiti statutorji tiegħu.

1.  Il-persunal awtorizzat tal-Eurojust għandu jkollu aċċess dirett għas-sistema ECRIS-TCN għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 14, kif ukoll għat-twettiq tal-kompiti statutorji tiegħu.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  [Il-persunal awtorizzat tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jkollu aċċess dirett għas-sistema ECRIS-TCN għall-fini tat-twettiq tal-kompiti statutorji tiegħu].

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Europol [u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew] għandu jkollu[/hom] aċċess dirett għas-sistema ECRIS-TCN għall-fini li jwettqu l-kompiti statutorji tagħhom.

2.  Il-persunal awtorizzat tal-Europol għandu jkollu aċċess dirett għas-sistema ECRIS-TCN għall-fini tal-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali fit-twettiq tal-kompiti statutorji tiegħu.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Wara hit li tindika l-Istat(i) Membru/i li jkun fil-pussess ta' informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadin ta' pajjiż terz, il-Eurojust, il-Europol[, u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew] jistgħu jużaw il-kuntatti tagħhom mal-awtoritajiet nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri stabbiliti f'konformità mal-istrumenti legali rispettivi li jikkostitwuwhom biex jitolbu l-informazzjoni dwar il-kundanna.

3.  Wara hit li tindika l-Istat(i) Membru/i li jkun fil-pussess ta' informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadin ta' pajjiż terz, il-Eurojust, il-Europol[, u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew] jistgħu jużaw il-kuntatti tagħhom mal-awtoritajiet nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri stabbiliti f'konformità mal-istrumenti legali rispettivi li jikkostitwuwhom biex jitolbu l-informazzjoni dwar il-kundanna. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ma għandux jiġi mċaħħad aċċess għal informazzjoni bħal din dwar il-kundanni sempliċement għax l-Istat Membru li jiċħad l-aċċess ma jkunx parti mill-proċedura ta' kooperazzjoni msaħħa li tistabbilixxi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn l-UPPE u dawk l-Istati Membri li mhumiex fost l-20 li attwalment qed jistabbilixxu l-UPPE, meta wieħed jiġi biex jitlob informazzjoni dwar rekords kriminali.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fiżikament jipproteġi d-dejta, inkluż billi jagħmel pjanijiet ta' kontinġenza għall-protezzjoni ta' infrastruttura kritika;

(a)  fiżikament jipproteġi d-data, inkluż billi jagħmel pjanijiet ta' kontinġenza għall-protezzjoni tal-infrastruttura;

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  jiżgura li persuni awtorizzati li jaċċessaw is-sistema ECRIS-TCN ikollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta' identitajiet tal-utent individwali u modi għal aċċess kunfidenzjali biss;

(f)  jivverifika u jiżgura li persuni awtorizzati li jaċċessaw is-sistema ECRIS-TCN ikollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta' identitajiet tal-utent individwali u modi għal aċċess kunfidenzjali biss;

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  jiżgura li l-awtoritajiet kollha bi dritt għal aċċess għas-sistema ECRIS-TCN joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li huma awtorizzati li jinserixxu, jemendaw, iħassru, jikkonsultaw u jfittxu d-data, u jqiegħdu l-profili tagħhom għad-disponibbiltà tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 25 mingħajr dewmien fuq talba tagħhom;

(g)  jiżgura li l-awtoritajiet kollha bi dritt għal aċċess għas-sistema ECRIS-TCN joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li huma awtorizzati li jinserixxu, jemendaw, iħassru, jikkonsultaw u jfittxu d-data, u jqiegħdu l-profili tagħhom għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 25;

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  iwettaq monitoraġġ tal-effettività tal-miżuri tas-sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u jieħu l-miżuri organizzazzjonali neċessarji relatati mal-monitoraġġ intern biex tkun żgurata konformità ma' dan ir-Regolament.

(k)  iwettaq monitoraġġ tal-effettività tal-miżuri tas-sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u jieħu l-miżuri organizzazzjonali neċessarji relatati mal-monitoraġġ intern u s-superviżjoni biex tkun żgurata konformità ma' dan ir-Regolament.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  eu-LISA u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw approċċ armonizzat għas-sigurtà tad-data msejjes fuq proċess ta' ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà li jinkludi s-sistema ECRIS-TCN kollha.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li kull użu tad-data inserita fis-sistema ECRIS-TCN bi ksur ta' dan ir-Regolament ikun punibbli permezz ta' penali f'konformità mal-liġi nazzjonali, li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li kull użu tad-data inserita fis-sistema ECRIS-TCN bi ksur ta' dan ir-Regolament ikun punibbli permezz ta' penali f'konformità mal-liġi nazzjonali, l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 57 tad-Direttiva (UE) 2016/680 – li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Europol, il-Eurojust [u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew] għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-membri tal-persunal tagħhom li jkunu awtorizzati jidħlu fis-sistema ECRIS-TCN ikunu soġġetti għal miżuri dixxiplinari interni jekk jagħmlu użu minn data mis-sistema ECRIS-TCN b'mod li ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull awtorità ċentrali tal-Istat Membru trid titqies bħala kontrullur f'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/680 għall-ipproċessar tad-data personali minn dak l-Istat Membru skont dan ir-Regolament.

1.  Kull awtorità ċentrali tal-Istat Membru trid titqies bħala kontrollur f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 għall-ipproċessar tad-data personali minn dak l-Istat Membru skont dan ir-Regolament.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  eu-LISA għandha titqies bħala proċessur tad-data f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001/UE fir-rigward tad-data personali inserita mill-Istati Membri fis-Sistema Ċentrali.

2.  eu-LISA għandha titqies bħala proċessur tad-data f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001/UE [jew is-suċċessur tiegħu] fir-rigward tad-data personali inserita mill-Istati Membri fis-Sistema Ċentrali.

Ġustifikazzjoni

Emenda teknika.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-aċċess għas-sistema ECRIS-TCN għall-inseriment, emendar, tħassir u kkonsultar tad-data msemmija fl-Artikolu 5 għandu jkun riżervat esklużivament għall-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet ċentrali, u għall-persunal debitament awtorizzat tal-korpi msemmija fl-Artikolu 15 biex jikkonsulta d-data. Dak l-aċċess għandu jkun limitat sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti konformement mal-iskop imsemmi fil-paragrafu 1, u b'mod proporzjonat mal-objettivi li jridu jintlaħqu.

2.  L-aċċess għas-sistema ECRIS-TCN għall-inseriment, emendar, tħassir u kkonsultar tad-data msemmija fl-Artikolu 5 għandu jkun riżervat esklużivament għall-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet ċentrali, u għall-persunal debitament awtorizzat tal-korpi msemmija fl-Artikolu 15 biex jikkonsulta d-data. Dak l-aċċess għandu jkun limitat sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti konformement mal-iskop imsemmi fil-paragrafu 1, u sa fejn ikun meħtieġ u proporzjonat mal-objettivi li jridu jintlaħqu.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk issir talba lil Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-kundanna, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandhom jivverifikaw il-preċiżjoni tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tad-data fis-sistema ECRIS-TCN fi żmien limitu ta' xahar jekk dik il-verifika tkun tista' ssir mingħajr ma jiġi kkonsultat l-Istat Membru tal-kundanna. Inkella, l-Istat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-kundanna għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-kundanna fi żmien 14-il jum u l-Istat Membru tal-kundanna għandu jivverifika l-preċiżjoni tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tad-data fi żmien xahar minn meta jkun ġie stabbilit il-kuntatt.

2.  Jekk issir talba lil Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-kundanna, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandhom jikkuntattjaw lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-kundanna mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ, fi żmien sebat ijiem wara li jkunu rċevew it-talba. L-Istat Membru tal-kundanna għandu jivverifika l-preċiżjoni tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tagħha u jwieġeb fi żmien ġimgħa minn meta jkun ġie stabbilit il-kuntatt.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fil-każ li d-data rreġistrata fis-sistema ECRIS-TCN ma tkunx fattwalment preċiża jew tkun ġiet irreġistrata b'mod illegali, l-Istat Membru tal-kundanna għandu jirrettifika jew iħassar id-data f'konformità mal-Artikolu 9. L-Istat Membru tal-kundanna jew, meta applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu mingħajr dewmien jikkonferma bil-miktub lill-persuna kkonċernata li ttieħdet azzjoni biex jirrettifika jew iħassar id-data li tirrigwardaha.

3.  Fil-każ li d-data rreġistrata fis-sistema ECRIS-TCN ma tkunx fattwalment preċiża jew tkun ġiet irreġistrata b'mod illegali, l-Istat Membru tal-kundanna għandu jirrettifika jew iħassar id-data f'konformità mal-Artikolu 9. L-Istat Membru tal-kundanna għandu mingħajr dewmien jikkonferma bil-miktub lill-persuna kkonċernata li ttieħdet azzjoni biex jirrettifika jew iħassar id-data li tirrigwardaha. L-Istat Membru tal-kundanna għandu wkoll jikkomunika mingħajr dewmien x'azzjoni tkun ittieħdet lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li jkun irċieva informazzjoni dwar kundanni b'rabta ma' dawn ir-rekords.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Jekk l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba ma jaqbilx li d-data rreġistrata fis-sistema ECRIS-TCN mhijiex fattwalment preċiża jew li ġiet irreġistrata b'mod illegali, dak l-Istat Membru għandu jadotta deċiżjoni amministrattiva li fiha, mingħajr dewmien, jispjega bil-miktub lill-persuna kkonċernata r-raġuni għaliex mhux lest li jirrettifika jew iħassar id-data li tirrigwardaha.

4.  Jekk l-Istat Membru tal-kundanna ma jaqbilx li d-data rreġistrata fis-sistema ECRIS-TCN mhijiex fattwalment preċiża jew li ġiet irreġistrata b'mod illegali, dak l-Istat Membru għandu jadotta deċiżjoni amministrattiva li fiha, mingħajr dewmien, jispjega bil-miktub lill-persuna kkonċernata r-raġuni għaliex mhux lest li jirrettifika jew iħassar id-data li tirrigwardaha. Każijiet bħal dawn għandhom jiġu kkomunikati lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-awtorità superviżorja nazzjonali għall-protezzjoni tad-data.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Kull meta persuna titlob data li tirrigwardaha f'konformità mal-paragrafu 2, l-awtorità ċentrali għandha żżomm rekord, f'għamla ta' dokument bil-miktub, li tkun saret din it-talba u kif din tkun ġiet indirizzata, u mingħand liema awtorità u għandha tqiegħed dak id-dokument għad-disponibbiltà tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali mingħajr dewmien.

7.  Kull meta persuna titlob data li tirrigwardaha f'konformità mal-paragrafu 2, l-awtorità ċentrali għandha żżomm rekord, f'għamla ta' dokument bil-miktub, li tkun saret din it-talba u kif din tkun ġiet indirizzata, u mingħand liema awtorità u għandha tqiegħed dak id-dokument għad-disponibbiltà tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali mingħajr dewmien. Dak ir-rekord għandu jitħassar wara tliet snin.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn perjodu massimu li fih jista' jinżamm rekord tat-talbiet; tliet snin huwa ammont ta' żmien raġonevoli.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  Fejn ikun applikabbli, jekk tfittxija fis-Sistema Ċentrali ma tagħti l-ebda hit, iċ-ċittadin ta' pajjiż terz li jkun qed jitlob informazzjoni dwar ir-rekord kriminali tiegħu stess għandu jirċievi dikjarazzjoni li tiċċertifika li t-tfittxija fis-Sistema Ċentrali ma tkun tat l-ebda hit.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jitolbu estratt tar-rekords kriminali jirċievu, jekk ma jkunu wettqu l-ebda offiża, ċertifikat li ma tkun telgħet l-ebda hit fuq l-ECRIS, fatt li jagħti prova li m'għandhom rekord kriminali fl-ebda Stat Membru. Dan jista' jkun estremament utli għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' impjieg.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'kull Stat Membru, l-awtorità superviżorja għandha, fuq talba, tassisti, u tagħti parir lill-persuna kkonċernata fl-eżerċitar tad-drittijiet tagħha biex issir rettifika jew titħassar data li tirrigwardaha.

2.  F'kull Stat Membru, l-awtorità superviżorja għandha tkun tista' tagħmel awditu tal-awtoritajiet ċentrali, tkun infurmata dwar l-inċidenti kollha msemmija fl-Artikolu 9(3) u (4) u l-Artikolu 23(4), u, fuq talba, tassisti, u tagħti parir lill-persuna kkonċernata fl-eżerċitar tad-drittijiet tagħha biex issir rettifika jew titħassar data li tirrigwardaha.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F'kull Stat Membru kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tressaq azzjoni jew ilment fl-Istat Membru li jkun irrifjuta d-dritt ta' aċċess għad-data li tirrigwardaha jew id-dritt għar-rettifika jew għat-tħassir tagħha, stipulati fl-Artikolu 23.

1.  F'konformità mal-Kapitolu VIII tad-Direttiva (UE) 2016/680, f'kull Stat Membru kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tressaq azzjoni quddiem qorti u d-dritt li tressaq ilment fl-Istat Membru li jkun irrifjuta d-dritt ta' aċċess għad-data li tirrigwardaha jew id-dritt għar-rettifika jew għat-tħassir tagħha, stipulati fl-Artikolu 23.

Ġustifikazzjoni

Kjarifiki meħtieġa sabiex issir konnessjoni mal-bażi ġuridika rilevanti (id-Direttiva 2016/680) u biex jiġi evitat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprevedu biss id-dritt li jitressaq ilment.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità/awtoritajiet superviżorja/i maħtura f'konformità mal-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/680 għandha twettaq/għandhom iwettqu monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data personali, imsemmi fl-Artikolu 6, mill-Istat Membru kkonċernat, inkluża t-trażmissjoni tagħha lejn u mis-sistema ECRIS-TCN.

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità/awtoritajiet superviżorja/i maħtura f'konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha twettaq/għandhom iwettqu monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data personali, imsemmi fl-Artikolu 6, mill-Istat Membru kkonċernat, inkluża t-trażmissjoni tagħha lejn u mis-sistema ECRIS-TCN.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità superviżorja għandha tiżgura li jsir awditu tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data fil-bażijiet tad-data tar-rekords kriminali nazzjonali u tal-marki tas-swaba' f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti minn tal-anqas kull erba' snin minn meta s-sistema ECRIS-TCN tibda topera.

2.  L-awtorità superviżorja għandha tiżgura li jsir awditu tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data fil-bażijiet tad-data tar-rekords kriminali nazzjonali u tal-marki tas-swaba' f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti minn tal-anqas kull tliet snin minn meta s-sistema ECRIS-TCN tibda topera.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità superviżorja tagħhom ikollha biżżejjed riżorsi biex twettaq il-kompiti mogħtija lilha skont dan ir-Regolament.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità superviżorja tagħhom ikollha biżżejjed riżorsi u taħriġ biex twettaq il-kompiti mogħtija lilha skont dan ir-Regolament.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi kull informazzjoni mitluba mill-awtoritajiet superviżorji u għandu, b'mod partikolari, jipprovdilhom informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa f'konformità mal-Artikoli 12, 13 u 17. Kull Stat Membru għandu jagħti aċċess lill-awtoritajiet superviżorji għar-rekords tiegħu skont l-Artikolu 29 u jippermettilhom aċċess f'kull ħin għall-bini kollu tagħhom relatat mas-sistema ECRIS-TCN.

4.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi kull informazzjoni mitluba mill-awtoritajiet superviżorji u għandu, b'mod partikolari, jipprovdilhom informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa f'konformità mal-Artikoli 12, 13 u 17. Kull Stat Membru għandu jagħti aċċess lill-awtoritajiet superviżorji għar-rekords tiegħu skont l-Artikoli 23(7) u 29 u jippermettilhom aċċess f'kull ħin għall-bini kollu tagħhom relatat mas-sistema ECRIS-TCN.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li jsir awditu tal-attivitajiet ta' pproċessar tad-data personali tal-Aġenzija f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti minn tal-anqas kull erba' snin. Għandu jintbagħat rapport ta' dak l-awditu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lil eu-LISA, lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet superviżorji u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. eu-LISA għandha tingħata opportunità li tikkummenta qabel ma jkun adottat ir-rapport.

2.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li jsir awditu tal-attivitajiet ta' pproċessar tad-data personali tal-Aġenzija f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti minn tal-anqas kull tliet snin. Għandu jintbagħat rapport ta' dak l-awditu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lil eu-LISA, lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet superviżorji u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. eu-LISA għandha tingħata opportunità li tikkummenta qabel ma jkun adottat ir-rapport.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha tkun żgurata superviżjoni koordinata f'konformità mal-Artikolu 62 ta' [ir-Regolament il-ġdid dwar il-protezzjoni tad-data għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni].

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

Emenda teknika – allinjament mal-Artikolu 62 tar-Regolament 45/2001 il-ġdid.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-logs u d-dokumentazzjoni għandhom jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u sabiex tkun żgurata l-integrità u s-sigurtà tad-data. Għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 jistgħu jintużaw biss logs li ma jkunx fihom data personali. Dawk il-logs għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru wara perjodu ta' sena, jekk ma jibqgħux meħtieġa aktar għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew.

4.  Il-logs u d-dokumentazzjoni għandhom jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u sabiex tkun żgurata l-integrità u s-sigurtà tad-data. Għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 jistgħu jintużaw biss logs li ma jkunx fihom data personali. Dawk il-logs għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru wara perjodu ta' tliet snin, jekk ma jibqgħux meħtieġa aktar għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew.

Ġustifikazzjoni

Huma meħtieġa perjodi itwal ta' żamma tal-logs biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jkunu jistgħu jagħtu bidu għal ilmenti b'mod xieraq.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-persunal debitament awtorizzat ta' eu-LISA, l-awtoritajiet kompetenti, u l-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess għad-data pproċessata fis-sistema ECRIS-TCN, unikament għall-finijiet ta' rappurtar u għoti ta' statistika mingħajr ma jippermettu l-identifikazzjoni ta' individwi.

1.  Il-persunal debitament awtorizzat ta' eu-LISA u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għad-data pproċessata fis-sistema ECRIS-TCN, unikament għall-finijiet ta' rappurtar u għoti ta' statistika mingħajr ma jippermettu l-identifikazzjoni ta' individwi.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni m'għandux bżonn ikollha aċċess għas-sistema ECRIS-TCN għall-istatistika; eu-LISA xorta waħda qed tibgħat statistika lill-Kummissjoni kull xahar.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-fini tal-paragrafu 1, eu-LISA għandha tistabbilixxi, timplimenta u tospita repożitorju ċentrali fis-sit(i) tekniku/tekniċi tagħha li jkun fih id-data msemmija fil-paragrafu 1 li ma jippermettix l-identifikazzjoni ta' individwi u li jippermetti l-ksib ta' rapporti li jistgħu jkunu personalizzati u ta' statistika. L-aċċess għar-repożitorju ċentrali għandu jingħata permezz ta' aċċess sigur b'kontroll tal-aċċess u profili speċifiċi tal-utent unikament għall-fini ta' rappurtar u ta' statistika.

imħassar

Ġustifikazzjoni

M'għadux jgħodd – Ir-repożitorju ċentrali m'għadux hemm u ma ġiex diskuss fis-sessjonijiet ta' ħidma organizzati dan l-aħħar mill-Kummissjoni dwar is-Sistemi ta' Informazzjoni u tal-Interoperabbiltà. Ara wkoll l-Inception Impact Assessment Ares (2017)3765711 dwar l-Interoperabbiltà tas-sistemi ta' informazzjoni għall-migrazzjoni u s-sigurtà.

Fl-Opinjoni 9/2017 dwar ir-Regolament il-ġdid dwar eu-LISA, l-EDPS jirrimarka li l-istabbiliment ta' repożitorju ċentrali la ma huwa meħtieġ u lanqas mixtieq.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati dwar l-operat tar-repożitorju ċentrali u regoli dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-data applikabbli għar-repożitorju f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 35(2).

imħassar

Ġustifikazzjoni

M'għadux jgħodd – Ir-repożitorju ċentrali m'għadux hemm u ma ġiex diskuss fis-sessjonijiet ta' ħidma organizzati dan l-aħħar mill-Kummissjoni dwar is-Sistemi ta' Informazzjoni u tal-Interoperabbiltà. Ara wkoll l-Inception Impact Assessment Ares (2017)3765711 dwar l-Interoperabbiltà tas-sistemi ta' informazzjoni għall-migrazzjoni u s-sigurtà.

Fl-Opinjoni 9/2017 dwar ir-Regolament il-ġdid dwar eu-LISA, l-EDPS jirrimarka li l-istabbiliment ta' repożitorju ċentrali la ma huwa meħtieġ u lanqas mixtieq.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-kostijiet imġarrba b'rabta mat-twaqqif u mal-operat tas-Sistema Ċentrali, l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, l-Interfaċċa tas-Softwer u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

1.  Il-kostijiet imġarrba b'rabta mat-twaqqif u mal-operat tas-Sistema Ċentrali, l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, l-Interfaċċa tas-Softwer u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali u fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali.

Emenda ta' kompromess li tissostitwixxi l-Emendi: 46 (Rapporteur), 307 (Mlinar, Deprez, Michel), 308 (Albrecht, Sargentini)

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lil eu-LISA dwar l-awtoritajiet ċentrali tagħhom li għandhom aċċess li jinserixxu, jemendaw, iħassru, jikkonsultaw jew ifittxu d-data ta' dawn l-awtoritajiet ċentrali..

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lil eu-LISA dwar l-awtoritajiet ċentrali tagħhom li għandhom aċċess li jdaħħlu, jemendaw, iħassru, jikkonsultaw jew ifittxu d-data ta' dawn l-awtoritajiet ċentrali fuq is-sit web tagħhom. F'każ li jkun hemm bidla fl-awtorità ċentrali tal-Istat Membru, l-eu-LISA għandha taġġorna l-lista mingħajr dewmien.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 10;

(a)  ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 10 u 10a;

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull sitt xhur minn dakinhar 'il quddiem matul il-fażi tal-iżvilupp tal-EES, eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat tal-ħidma tal-iżvilupp tas-sistema ECRIS-TCN. Ġaladarba l-iżvilupp ikun iffinalizzat, għandu jkun ippreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jispjega kif ikunu ntlaħqu l-objettivi, b’mod partikolari dawk marbuta mal-ippjanar u mal-kostijiet, kif ukoll li jiġġustifika kwalunkwe diverġenza.

3.  Sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull sitt xhur minn dakinhar 'il quddiem matul il-fażi tal-iżvilupp tal-EES, eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat tal-ħidma tal-iżvilupp tas-sistema ECRIS-TCN. Dan ir-rapport għandu jinkludi ħarsa ġenerali lejn il-kostijiet u l-progress attwali tal-proġett, valutazzjoni tal-impatt finanzjarju, kif ukoll informazzjoni dwar il-problemi u r-riskji tekniċi li jistgħu jaffettwaw il-kostijiet kumplessivi tas-sistema li għandhom jinġarru mill-baġit ġenerali tal-Unjoni skont l-Artikolu 31.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  F'każ ta' dewmien fil-proċess ta' żvilupp, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati kemm jista' jkun malajr bir-raġunijiet għad-dewmien, kif ukoll dwar l-impatt tiegħu f'termini ta' żmien u finanzi.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Ladarba jintemm l-iżvilupp, għandu jitressaq rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jiddeskrivi l-implimentazzjoni tal-proġett u kwalunkwe diffikultà esperjenzata biex jinkisbu l-istadji importanti tal-proġett, kif ukoll valutazzjoni dettaljata tal-kostijiet li kien hemm u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c.  F'każ ta' aġġornament tas-sistema għandu jiġi ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u l-kostijiet relatati mal-aġġornament għandhom jiġu esposti kif xieraq.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sentejn wara l-bidu tal-operat tas-sistema ECRIS-TCN u kull sena minn dakinhar 'il quddiem, eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar it-tħaddim tekniku tas-sistema ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, inkluż dwar is-sigurtà tagħhom, abbażi, b'mod partikolari, tal-istatistika dwar it-tħaddim u l-użu tas-sistema ECRIS-TCN u dwar l-iskambju, permezz tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, tal-informazzjoni misluta mir-rekords kriminali.

4.  Sena wara l-bidu tal-operat tas-sistema ECRIS-TCN u kull sena minn dakinhar 'il quddiem, eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar it-tħaddim tekniku tas-sistema ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, inkluż dwar is-sigurtà u l-kostijiet tagħhom, abbażi, b'mod partikolari, tal-istatistika dwar it-tħaddim u l-użu tas-sistema ECRIS-TCN u dwar l-iskambju, permezz tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, tal-informazzjoni misluta mir-rekords kriminali.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri, il-Eurojust, il-Europol[, u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew] għandhom jipprovdu lil eu-LISA u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni neċessarja għat-tfassil tar-rapporti msemmija f'dan l-Artikolu skont l-indikaturi kwantitattivi definiti minn qabel mill-Kummissjoni u/jew minn eu-LISA. Dik l-informazzjoni ma għandhiex tippreġudika l-metodi ta' ħidma u lanqas ma għandha tinkludi informazzjoni li tiżvela s-sorsi, il-membri tal-persunal jew l-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet maħtura.

6.  L-Istati Membri, il-Eurojust, il-Europol[, u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew], Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżjorji nazzjonali għall-protezzjoni tad-data għandhom jipprovdu lil eu-LISA u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni neċessarja għat-tfassil tar-rapporti msemmija f'dan l-Artikolu skont l-indikaturi kwantitattivi definiti minn qabel mill-Kummissjoni u/jew minn eu-LISA. Dik l-informazzjoni ma għandhiex tippreġudika l-metodi ta' ħidma u lanqas ma għandha tinkludi informazzjoni li tiżvela s-sorsi, il-membri tal-persunal jew l-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet maħtura.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  eu-LISA għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni neċessarja sabiex tipproduċi l-evalwazzjonijiet kumplessivi msemmija fil-paragrafu 5.

7.  eu-LISA għandha tipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja sabiex tipproduċi l-evalwazzjonijiet kumplessivi msemmija f'dan l-Artikolu.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 34a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 34a

 

L-eżerċizzju tad-delega

 

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 10 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

 

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 10a tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

 

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 10 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel tmiem dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jitwaqqaf Grupp Konsultattiv minn eu-LISA u jipprovdiha bl-għarfien espert relatat mas-sistema ECRIS-TCN u mal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, b'mod partikolari fil-kuntest tat-tħejjija tal-programm ta' ħidma annwali tagħha u tar-rapport annwali tal-attività tagħha. Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, japplika l-Artikolu 11.

Grupp Konsultattiv, li għandu jinkludi l-kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u rappreżentant tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, għandu jitwaqqaf minn eu-LISA u jipprovdiha bl-għarfien espert relatat mas-sistema ECRIS-TCN u mal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, b'mod partikolari fil-kuntest tat-tħejjija tal-programm ta' ħidma annwali tagħha u tar-rapport annwali tal-attività tagħha. Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, japplika l-Artikolu 11.


NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

Is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) ilha topera mill-2012 u tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiksbu informazzjoni kompluta dwar kundanni preċedenti ta' ċittadin tal-UE mingħand l-Istat Membru tan-nazzjonalità ta' dak iċ-ċittadin.

Għalkemm dan wera li huwa għodda utli ħafna għall-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri, ġiet identifikata wkoll lakuna fis-sistema. L-użu tas-sistema biex jiġu ċċekkjati r-rekords kriminali preċedenti ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi huwa oneruż u ineffiċjenti. Wara bosta sejħiet mill-Kunsill Ewropew u l-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni biex tittejjeb is-sistema preżenti, fid-19 ta' Jannar 2016 il-Kummissjoni ppubblikat Direttiva (COM(2016) 07 final) li stabbiliet sistema deċentralizzata b'indiċi ta' hit/no hit li kellha tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw malajr liema Stati Membri għandhom informazzjoni dwar ir-rekords kriminali relatati ma' ċittadin ta' pajjiż terz.

Madankollu, żviluppi minn dak iż-żmien 'l hawn urew li indiċi hit/no hit deċentralizzat ma jkunx strument xieraq għall-iskambju tekniku tal-għadd kbir ta' data psewdonimizzata ta' marki tas-swaba' li jkun hemm bżonn biex is-sistema tkun effikaċi. Din il-problema hija indirizzata f'dan ir-Regolament dwar l-ECRIS-TCN li jistabbilixxi bażi tad-data ċentralizzata li jkun fiha biss informazzjoni dwar l-identità meħtieġa għall-identifikazzjoni, bħal marki tas-swaba', data alfanumerika u immaġnijiet tal-wiċċ. Din il-bażi tad-data tkun immaniġġjata minn eu-LISA u ssorveljata mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Id-Direttiva dwar l-ECRIS, li tistabbilixxi l-prinċipju tal-bidliet tas-sistema ECRIS, hija miżmuma. Dan ir-Regolament dwar l-ECRIS-TCN jistabbilixxi l-ħolqien u t-tmexxija ta' sistema ċentralizzata, ir-responsabbiltajiet tal-kontrolluri tad-data u d-drittijiet ta' aċċess għal din il-bażi tad-data ċentralizzata.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur:

F'dan l-abbozz ta' rapport ir-Rapporteur xtaq iżomm dan ir-Regolament konformi mad-deċiżjonijiet politiċi meħuda preċedentement dwar id-Direttiva, li għalihom il-Parlament diġà għandu mandat.

Madankollu, huwa importanti li tkun magħmula ċara d-distinzjoni bejn is-sistema ECRIS u s-sistema ċentralizzata, magħrufa bħala s-sistema ECRIS-TCN. Is-sistema ECRIS-TCN tippermetti biss li awtorità kompetenti tistabbilixxi fejn tinżamm informazzjoni dwar rekords kriminali, u mhux l-informazzjoni x'inhi. Sabiex jinkisbu d-dettalji ta' x'attwalment tkun il-kundanna kriminali, l-awtorità kompetenti xorta trid tuża s-sistema tradizzjonali ECRIS biex tagħmel talba lill-Istat Membru rilevanti.

Għalhekk, ir-rapporteur inkluda emenda biex jiċċara li hit fis-sistema ECRIS-TCN waħidha ma għandhiex tintuża biex taffettwa l-eżitu ġudizzjarju billi timmina l-prinċipju tal-ugwaljanza quddiem il-liġi, id-dritt għal proċess ġust, il-preżunzjoni tal-innoċenza u l-projbizzjoni ġenerali tad-diskriminazzjoni.

Sabiex id-Direttiva u r-Regolament jinżammu kompatibbli, ir-Rapporteur żamm il-pożizzjoni tal-Parlament li għandna nimxu 'l quddiem fir-rigward tal-interoperabilità, li l-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkollhom aċċess dirett għas-sistema ECRIS-TCN għat-twettiq tal-kompiti statutorji tagħhom, u li meta l-Istati Membri jkollhom informazzjoni pprovduta minn pajjiżi terzi abbażi ta' ftehimiet bilaterali li jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni dwar il-kundanni, jistgħu jinkluduhom fis-sistema ċentrali taħt ċerti salvagwardji.

Rigward l-aċċess għall-Europol, l-abbozz ta' rapport jiċċara li r-restrizzjoni fuq l-Europol f'dan ir-Regolament ma tipprevjenix lill-Europol milli jiskambja informazzjoni li jkun irċieva mill-Istati Membri permezz tas-sistema ECRIS normali (koperta mid-Direttiva) ma' pajjiżi terzi, fejn dan huwa konformi mal-kompiti statutorji tagħhom, u biss bil-kunsens tal-Istati Membri rilevanti.

Ir-Rapporteur jemmen li l-immaġnijiet tal-wiċċ għandhom jiġu inklużi, kull meta jinġabru mill-Istati Membri għal dawn il-finijiet, mill-mument li fih tibda topera s-sistema ECRIS-TCN. Dan huwa minħabba li ladarba tiftix ta' immaġnijiet tal-wiċċ ikunu possibbli fis-sistema, dan se jkun biss utli u tabilħaqq possibbli jekk diġà jkun hemm id-data tal-immaġni tal-wiċċ preċedenti inkluża għal kundanni passati. Dan l-abbozz ta' rapport jitlob lill-Kummissjoni tħejji rapport dwar il-prontezza tat-teknoloġija meħtieġa biex jintużaw dawn l-immaġnijiet tal-wiċċ għal funzjonalità tat-tfittxija sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament.

L-abbozz ta' rapport jinkludi l-istess estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni misjuba f'din id-Direttiva biex tippermetti kontrolli tal-kundanni kriminali preċedenti dwar persuni li se jaħdmu mat-tfal jew ma' persuni vulnerabbli (jiġifieri l-anzjani). Huwa jippermetti wkoll lill-individwi jagħmlu talba għal aċċess għas-sistema ECRIS-TCN, jirċievu dikjarazzjoni li tiċċertifika li t-tfittxija fuq is-sistema ċentrali ma tat ebda hit (dan ikun tassew utli għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' impjieg).

Huma inklużi wkoll emendi għar-reġim tal-protezzjoni tad-data, li għandhom l-għan li jiżguraw li jkun hemm livelli xierqa ta' taħriġ, u li meta jsiru talbiet għal korrezzjoni u tħassir dawn it-talbiet jiġu ttrattati malajr.

L-ECRIS-TCN mhijiex bażi ta' data ta' informazzjoni tradizzjonali, iżda hija għodda li tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri. Sabiex is-sistema ECRIS-TCN tkun riflessjoni utli u preċiża tal-informazzjoni dwar ir-rekords kriminali miżmuma mill-Istati Membri, iż-żamma tad-data ta' informazzjoni ta' identifikazzjoni fis-sistema ECRIS-TCN trid tkun konformi maż-żamma tar-rekords kriminali nazzjonali. Jekk dan ma jkunx il-każ, jaf nispiċċaw b'diskrepanza bejn kemm idumu rekords kriminali dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi u ċittadini tal-UE biex ikunu jistgħu jiġu identifikati faċilment u mitluba minn Stat Membru ieħor. Dan jimmina l-iskop innifsu tal-ECRIS-TCN u fil-prattika joħloq differenza inġusta bejn ċittadini tal-UE u ċittadini ta' pajjiżi terzi.

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur iqis li kwalunkwe referenza għall-ħruġ potenzjali tar-Renju Unit mill-UE dwar atti leġiżlattivi speċifiċi jqajjem tħassib legali u għandu jitħassar, peress li l-konsegwenzi għandhom jirriżultaw direttament mill-applikazzjoni tal-liġi primarja u l-ftehim ta' rtirar.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (6.12.2017)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (is-sistema ECRIS-TCN) u tkun ta' sostenn għaliha u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011

(COM(2017)0344 – C8-0217/2017 – 2017/0144(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Bernd Kölmel

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) ġiet stabbilita b'suċċess f'April 2012 u tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni dwar kundanni kriminali kontra individwi fil-qrati kriminali fl-UE. L-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom jrid jaħżen din l-informazzjoni. L-informazzjoni ta' rekords kriminali tiġi skambjata bejn l-Istati Membri fuq talba, kemm għal ċittadini tal-UE u kemm għal ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (TCN). Madankollu, attwalment l-informazzjoni fir-rigward ta' TCN bilkemm tiġi skambjata permezz tal-ECRIS minħabba n-nuqqas ta' proċedura effiċjenti u dedikata. Sa issa, l-Istati Membri kellhom jibagħtu ''talbiet ġenerali'' lill-Istati Membri kollha, u b'hekk jinħoloq piż amministrattiv kunsiderevoli għal dawk l-awtoritajiet li ma jkollhomx l-informazzjoni mitluba (stima ta' EUR 78 miljun fis-sena). Dan jikkostitwixxi deterrent importanti milli wieħed juża l-ECRIS fir-rigward ta' TCN, li qed iwassal sabiex is-sistema tintuża biss f'5 % ta' dawn il-każijiet.

Fl-2016, il-Kummissjoni għamlet proposta għal direttiva li temenda d-Deċiżjoni Qafas dwar l-ECRIS biex ittejjeb din is-sitwazzjoni. Sistema deċentralizzata biex jiġi/u identifikat/i l-Istat/i Membru/i li għandu/għandhom informazzjoni ta' rekords kriminali permezz ta' mekkaniżmu ta' tfittxija (''hit/no hit'') ġiet ikkunsidrata bħala l-iktar soluzzjoni proporzjonata u kosteffikaċi. Madankollu, sadanittant, b'reazzjoni għas-sitwazzjoni tas-sigurtà attwali u l-attakki terroristiċi reċenti f'diversi Stati Membri, il-Kunsill ta prijorità lill-iskambju ta' informazzjoni dwar kundanni kriminali bħala strateġija għall-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu, u talab lill-Kummissjoni tippreżenta proposta ambizzjuża għall-estensjoni tal-ECRIS fir-rigward ta' TCN, sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal kollu tal-ECRIS.

Il-proposta l-ġdida tiffoka fuq sistema ċentralizzata, imwaqqfa u mmexxija minn eu-LISA (l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja), fejn id-data alfanumerika, il-marki tas-swaba' u, fejn disponibbli, l-immaġni tal-wiċċ tat-TCN jinħażnu fil-livell tal-UE. Ir-rapporteur jilqa' din il-proposta, li jqis li hija strutturata tajjeb, u jirrikonoxxi li dan il-format għandu l-vantaġġ li jiffaċilita l-aċċess dirett mill-Eurojust, il-Europol u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) futur, b'appoġġ għall-kompiti statutorji tagħhom.

Ir-rapporteur jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni li tafda l-iżvilupp, il-ġestjoni operattiva u l-manutenzjoni tal-ECRIS-TCN lil eu-LISA, li hija f'qagħda tajba biex tagħmel dan fid-dawl tal-esperjenza estensiva tagħha fil-ġestjoni ta' bażijiet ta' data ċentralizzati kbar fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni.

Il-Kummissjoni tistma li l-ispiża totali għall-iżvilupp u l-operat tal-ECRIS-TCN fil-perjodu 2018-2020 se jkun ta' madwar EUR 13-il miljun (spiża ta' darba), inklużi l-ispejjeż għal eu-LISA biex timpjega ħames aġenti kuntrattwali matul il-fażi ta' żvilupp. L-istima tal-ispiża kontinwa għall-baġit tal-UE biex tinżamm is-sistema hija ta' EUR 2.1 miljun fis-sena. L-ispiża ta' darba mill-Istati Membri hija stmata li tammonta għal EUR 13.3 miljun, bl-ispiża rikorrenti annwali għall-Istati Membri mistennija li tikber maż-żmien (minn madwar EUR 6 miljuni mad-dħul fis-seħħ għal massimu ta' EUR 15.4 miljun), hekk kif jiżdied l-għadd ta' tfittxijiet.

L-ispiża għall-baġit tal-UE, li għandha tiġi koperta mill-programm Ġustizzja għall-perjodu 2018-2020 u fil-parti l-kbira trasferita lil-linja baġitarja ta' eu-LISA, hija kompatibbli mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali (QFP). Mill-2021 'il quddiem, l-impatt baġitarju mistenni li jkun limitat għall-ispejjeż rikorrenti għall-manutenzjoni tas-sistema, li għandhom jiġu inklużi fil-baġit ta' eu-LISA taħt il-QFP li jmiss. Kull Stat Membru għandu jerfa' l-ispejjeż tiegħu stess għall-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni kemm tal-ECRIS-TCN kif ukoll tar-rekords kriminali nazzjonali u l-bażijiet ta' data tal-marki tas-swaba' tiegħu.

Ir-rapporteur iqis li l-ispiża stmata għall-baġit tal-UE ta' din il-proposta hija raġonevoli u proporzjonata. Għalkemm il-prezz tal-proposta l-ġdida huwa ferm ogħla minn dak tal-proposta tal-2016, kemm għall-baġit tal-UE u kemm għall-Istati Membri, għandu jitqies ukoll l-iffrankar sinifikanti f'termini ta' piż amministrattiv minn fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri (stmat għal massimu ta' EUR 78 miljun). Madankollu, ir-rapporteur iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lil eu-LISA u lill-Istati Membri jiżguraw l-ogħla grad ta' kosteffiċjenza possibbli tul l-introduzzjoni gradwali u l-implimentazzjoni tal-ECRIS-TCN.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jenfasizza li l-ECRIS-TCN għandha tkun imfassla b'mod li jiffaċilita l-parteċipazzjoni futura f'servizz ta' tqabbil bijometriku kondiviż awtomatizzat, bl-użu ta' softwer għar-rikonoxximent tal-wiċċ għal identifikazzjoni aktar effettiva fi stadju aktar tard. Huwa jissottolinja wkoll il-ħtieġa li s-sistema tibqa' valida għall-futur biex b'hekk ikun hemm interoperabbiltà akbar ma' bażijiet ta' data oħra fil-livell tal-UE.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur isaħħaħ għadd ta' dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar u l-evalwazzjoni, sabiex jippermetti lill-awtorità baġitarja ssegwi mill-qrib l-iżvilupp u l-funzjonament bikri tal-ECRIS-TCN il-ġdida fid-dawl ta' deċiżjonijiet baġitarji futuri.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

16a.  eu-LISA għandha tiġi pprovduta b'finanzjament xieraq u persunal li jeżerċita r-responsabbiltajiet imsemmija fl-Artikolu 11.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-kostijiet imġarrba b'rabta mat-twaqqif u mal-operat tas-Sistema Ċentrali, l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, l-Interfaċċa tas-Softwer u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

1.  Il-kostijiet imġarrba b'rabta mat-twaqqif u mal-operat tas-Sistema Ċentrali, l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, l-Interfaċċa tas-Softwer u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali u fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull sitt xhur minn dakinhar 'il quddiem matul il-fażi tal-iżvilupp tal-EES, eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat tal-ħidma tal-iżvilupp tas-sistema ECRIS-TCN. Ġaladarba l-iżvilupp ikun iffinalizzat, għandu jkun ippreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jispjega kif ikunu ntlaħqu l-objettivi, b'mod partikolari dawk marbuta mal-ippjanar u mal-kostijiet, kif ukoll li jiġġustifika kwalunkwe diverġenza.

3.  Sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull sitt xhur minn dakinhar 'il quddiem matul il-fażi tal-iżvilupp, eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat tal-ħidma tal-iżvilupp tas-sistema ECRIS-TCN. Dan ir-rapport għandu jinkludi ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi attwali mil-lat ta' kostijiet u l-progress tal-proġett, valutazzjoni tal-impatt finanzjarju, kif ukoll informazzjoni dwar problemi u riskji tekniċi possibbli li jistgħu jaffettwaw il-kostijiet kumplessivi tas-sistema li għandhom jinġarru mill-baġit ġenerali tal-Unjoni skont l-Artikolu 31.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  F'każ ta' dewmien fil-proċess ta' żvilupp, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati kemm jista' jkun malajr dwar ir-raġunijiet għad-dewmien, kif ukoll dwar l-implikazzjonijiet tagħhom f'termini kalendarji u finanzjarji.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Ladarba jintemm l-iżvilupp, għandu jitressaq rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jippreżenta l-iżvilupp tal-proġett u kwalunkwe diskrepanza f'kull waħda mill-fażijiet u l-istadji importanti tal-proġett, kif ukoll valutazzjoni konklużiva tal-kostijiet li kien hemm u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c.  F'każ ta' aġġornament tas-sistema għandu jiġi ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u l-kostijiet relatati mal-aġġornament għandhom jiġu ppubblikati kif xieraq.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sentejn wara l-bidu tal-operat tas-sistema ECRIS-TCN u kull sena minn dakinhar 'il quddiem, eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar it-tħaddim tekniku tas-sistema ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, inkluż dwar is-sigurtà tagħhom, abbażi, b'mod partikolari, tal-istatistika dwar it-tħaddim u l-użu tas-sistema ECRIS-TCN u dwar l-iskambju, permezz tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, tal-informazzjoni misluta mir-rekords kriminali.

4.  Sentejn wara l-bidu tal-operat tas-sistema ECRIS-TCN u kull sena minn dakinhar 'il quddiem, eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar it-tħaddim tekniku tas-sistema ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, inkluż dwar is-sigurtà u l-kostijiet tagħhom, abbażi, b'mod partikolari, tal-istatistika dwar it-tħaddim u l-użu tas-sistema ECRIS-TCN u dwar l-iskambju, permezz tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, tal-informazzjoni misluta mir-rekords kriminali.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Tliet snin wara li l-bidu tal-operat tas-sistema ECRIS-TCN u kull erba' snin minn dakinhar 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tipproduċi evalwazzjoni kumplessiva tas-sistema ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS. Dik l-evalwazzjoni kumplessiva għandha tinkludi valutazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament, eżaminazzjoni tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi u l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali, u valutazzjoni ta' kemm għadu validu r-raġunament sottostanti kif ukoll l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-sigurtà tas-sistema u kwalunkwe implikazzjoni għal operazzjonijiet fil-futur, u għandha tagħmel kull rakkomandazzjoni neċessarja. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Sentejn wara li l-bidu tal-operat tas-sistema ECRIS-TCN u kull sentejn minn dakinhar 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tipproduċi evalwazzjoni kumplessiva tas-sistema ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS. Dik l-evalwazzjoni kumplessiva għandha tinkludi valutazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament, eżaminazzjoni tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi u l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali u l-kostijiet tagħhom, valutazzjoni ta' kemm għadu validu r-raġunament sottostanti kif ukoll l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-sigurtà tas-sistema u kwalunkwe implikazzjoni għal operazzjonijiet fil-futur, u għandha tagħmel kull rakkomandazzjoni neċessarja. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment ta' sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (is-sistema ECRIS-TCN)

Referenzi

COM(2017)0344 – C8-0217/2017 – 2017/0144(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

11.9.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

11.9.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Bernd Kölmel

11.7.2017

Data tal-adozzjoni

4.12.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

3

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Esteban González Pons, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Paul Rübig, Jordi Solé, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Howarth, Joachim Zeller

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bernd Kölmel

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Esteban González Pons, Siegfried Mureşan Paul Rübig, Joachim Zeller

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, John Howarth, Vladimír Maňka, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Manuel dos Santos

3

-

EFDD

Jonathan Arnott

ENF

André Elissen

NI

Eleftherios Synadinos

4

0

ENF

Marco Zanni

VERTS/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment ta’ sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (is-sistema ECRIS-TCN) u tkun ta’ sostenn għaliha

Referenzi

COM(2017)0344 – C8-0217/2017 – 2017/0144(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.6.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

11.9.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

11.9.2017

CONT

11.9.2017

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

CONT

12.10.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Daniel Dalton

31.8.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.11.2017

11.1.2018

25.1.2018

 

Data tal-adozzjoni

25.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Jan Philipp Albrecht, Michał Boni, Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Rachida Dati, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Pál Csáky, Dennis de Jong, Maria Grapini, Anna Hedh, Lívia Járóka, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Ska Keller, Jean Lambert, Gilles Lebreton, Jeroen Lenaers, Sander Loones, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, John Procter, Emil Radev, Barbara Spinelli, Jaromír Štětina, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Záborská

Data tat-tressiq

1.2.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

47

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Cecilia Wikström

ECR

Daniel Dalton, Jussi Halla-aho, Sander Loones, Monica Macovei, John Procter

EFDD

Ignazio Corrao

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Asim Ademov, Michał Boni, Pál Csáky, Rachida Dati, Frank Engel, Lívia Járóka, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Emil Radev, Csaba Sógor, Jaromír Štětina, Traian Ungureanu, Axel Voss, Anna Záborská, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Ana Gomes, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Jan Philipp Albrecht, Ska Keller, Jean Lambert, Bodil Valero

6

-

ENF

Gilles Lebreton, Auke Zijlstra

GUE/NGL

Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

NI

Udo Voigt

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Frar 2018Avviż legali