Proċedura : 2016/0006(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0029/2018

Testi mressqa :

A8-0029/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2018 - 7.2

Testi adottati :

P8_TA(2018)0062

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 663kWORD 49k
22.2.2018
PE 578.797v01-00 A8-0029/2018

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni doganali u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali

(07712/2016 – C8-0237/2017 – 2016/0006(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Daniel Caspary

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni doganali u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali

(07712/2016 – C8-0237/2017 – 2016/0006(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07712/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni doganali u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali (07682/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8‑0237/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0029/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u ta' New Zealand.


NOTA SPJEGATTIVA

F'Ottubru 2017, il-Parlament Ewropew adotta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu għall-mandat ta' negozjar għal ftehim ta' kummerċ ħieles (FTA) bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand, li għandu l-għan li jkun hemm FTA modern, dettaljat, ambizzjuż, ibbilanċjat, ġust u komprensiv, bħala mezz li bih ir-relazzjoni kummerċjali u ta' investiment bilaterali eżistenti bejn iż-żewġt isħab, li diġà hija waħda matura, tiġi approfondita u msaħħa aktar.

Filwaqt li ma għandu l-ebda rabta diretta man-negozjati prospettivi għal FTA, il-Ftehim bejn l-UE u New Zealand dwar il-kooperazzjoni doganali u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali, li hu s-suġġett ta' dan ir-rapport, jista' jitqies bħala pass ieħor 'il quddiem lejn l-approfondiment tar-relazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn l-UE u New Zealand bil-ħolqien ta' ambjent doganali li jkun aktar favorevoli għall-kummerċ u ta' aktar sigurtà. Għaldaqstant, fil-fehma tar-rapporteur, il-konklużjoni ta' dan il-ftehim għandha titqies bħala pass mixtieq fit-tħejjija ta' FTA ġejjieni.

Dan il-ftehim partikolari ġie ffirmat fit-3 ta' Lulju 2017, filwaqt li n-negozjati oriġinarjament kienu ġew varati fl-2013, u l-Parlament Ewropew issa ġie mitlub jagħti l-approvazzjoni tiegħu qabel il-konklużjoni tal-ftehim.

L-għan ġenerali ta' dan il-ftehim huwa li jiżviluppa u jintensifika l-kooperazzjoni doganali u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali ma' New Zealand; B'mod partikolari, jistabbilixxi bażi legali għal qafas ta' kooperazzjoni, li għandu l-għan li jiżgura l-katina tal-provvista u li jiffaċilita l-kummerċ leġittimu, kif ukoll li jippermetti l-iskambju ta' informazzjoni li jiggarantixxi l-applikazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni doganali u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-ġlieda kontra l-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.

B'mod aktar speċifiku, dan il-ftehim għandu l-għan li:

- jibbenefika l-kummerċ leġittimu bil-ħolqien ta' skambju favorevoli u aktar prevedibbli għall-kummerċ;

- ikompli jippermetti l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali sabiex jiffaċilita l-użu ta' strumenti ġodda jew biex iżid l-effiċjenza tal-għodod eżistenti;

- jippromwovi proċeduri moderni u sempliċi sabiex jiffranka l-ħin u l-flus fit-trasport ta' prodotti mid-dwana, b'konformità sħiħa mal-impenji meħuda skont il-Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, biex b'hekk joħloq ambjent ekwu għal operaturi ekonomiċi fuq iż-żewġ naħat;

- jgħin fil-prevenzjoni, fl-investigazzjoni u fil-ġlieda kontra l-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali, u b'hekk jgħin fil-protezzjoni tal-konsumaturi billi jwaqqaf oġġetti perikolużi jew illegali milli jilħqu s-suq Ewropew.

L-UE diġà kkonkludiet bosta ftehimiet simili dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali, inter alia mal-Korea, il-Kanada, Hong Kong, l-Istati Uniti, l-Indja, iċ-Ċina u l-Ġappun. Ir-rapporteur jemmen li wasal iż-żmien li jiġi konkluż tali ftehim ma' sieħeb affidabbli u qarib bħal New Zealand, sabiex ikun hemm kooperazzjoni aktar effiċjenti bejn l-awtoritajiet doganali u biex tissaħħaħ u tiġi approfondita r-relazzjoni ma' New Zealand, u għaldaqstant jirrakkomanda li jingħata l-approvazzjoni.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim bejn l-UE u New Zealand dwar il-kooperazzjoni doganali u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali

Referenzi

07712/2016 – C8-0237/2017 – COM(2016)00172016/0006(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

19.7.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

11.9.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Daniel Caspary

15.2.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.11.2017

23.1.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

20.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Karoline Graswander-Hainz, Heidi Hautala, Nadja Hirsch, Patricia Lalonde, Bernd Lange, David Martin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Klaus Buchner, Nicola Danti, Agnes Jongerius, Sajjad Karim, Paul Rübig, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mario Borghezio, Jacques Colombier

Data tat-tressiq

23.2.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

32

+

ALDE

Nadja Hirsch, Patricia Lalonde, Marietje Schaake, Hannu Takkula

ECR

David Campbell Bannerman, Sajjad Karim, Joachim Starbatty, Jan Zahradil

EFDD

William (The Earl of) Dartmouth

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Bendt Bendtsen, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Sorin Moisă, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Paul Rübig, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler

S&D

Nicola Danti, Karoline Graswander-Hainz, Agnes Jongerius, Bernd Lange, David Martin, Alessia Maria Mosca, Joachim Schuster

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Heidi Hautala

2

-

ENF

Mario Borghezio, Jacques Colombier

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Marzu 2018Avviż legali