Proċedura : 2016/0377(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0039/2018

Testi mressqa :

A8-0039/2018

Dibattiti :

PV 25/03/2019 - 16
CRE 25/03/2019 - 16

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 7.9

Testi adottati :

P8_TA(2019)0229

RAPPORT     ***I
PDF 962kWORD 114k
26.2.2018
PE 606.138v01-00 A8-0039/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE

(COM(2016)0862 – C8-0493/2016 – 2016/0377(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Flavio Zanonato

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA INPUT MINGĦANDHOM
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE

(COM(2016)0862 – C8-0493/2016 – 2016/0377(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0862),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0493/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017(1),

  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Lulju 2017(2)

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0039/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Is-settur tal-elettriku fl-Unjoni għaddej minn trasformazzjoni profonda, ikkaratterizzata minn swieq aktar deċentralizzati b'aktar atturi, sistemi interkonnessi aħjar u sehem ogħla ta' enerġija rinnovabbli. Bi tweġiba, id-Direttiva xxx/ ir-Regolament xxx [Referenza għad-Direttiva dwar l-Elettriku u r-Regolament dwar l-Elettriku proposti] għandhom l-għan li jtejbu l-qafas legali li jirregola s-suq intern tal-Unjoni dwar l-elettriku, sabiex jiżguraw li s-swieq u n-netwerks jaħdmu b'mod ottimali, għall-benefiċċju tan-negozji u tal-konsumaturi.

(1)  Is-settur tal-elettriku fl-Unjoni għaddej minn trasformazzjoni profonda, ikkaratterizzata minn swieq aktar deċentralizzati b'aktar atturi, sehem ogħla ta' enerġija rinnovabbli u sistemi interkonnessi aħjar li, madankollu, għadhom mhux biżżejjed. Bi tweġiba, id-Direttiva xxx/ ir-Regolament xxx [Referenza għad-Direttiva dwar l-Elettriku u r-Regolament dwar l-Elettriku proposti] għandhom l-għan li jtejbu l-qafas legali li jirregola s-suq intern tal-Unjoni dwar l-elettriku, sabiex jiżguraw li s-swieq u n-netwerks jaħdmu b'mod ottimali, għall-benefiċċju tan-negozji u taċ-ċittadini tal-Unjoni. L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija, li tistrieħ fuq is-solidarjetà, prinċipju minqux fl-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Swieq u sistemi li jaħdmu sew huma l-aħjar garanzija ta' sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Madankollu, anki meta s-swieq u s-sistemi jkunu jaħdmu sew, ir-riskju ta' kriżi tal-elettriku (bħala riżultat ta' kundizzjonijiet ta' temp estrem, attakki malizzjużi jew nuqqas ta' fjuwil) ma jistax jiġi eskluż. Il-konsegwenzi tas-sitwazzjonijiet ta' kriżi spiss jinfirxu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Anki meta l-inċidenti jibdew f'livell lokali, l-effett tagħhom malajr jista' jinfirex lil hinn mill-fruntieri. Ċerti ċirkustanzi estremi, bħal perjodu twil ta' kesħa, mewġa ta' sħana jew ċiberattakk, jistgħu jaffettwaw lil reġjuni sħaħ fl-istess ħin.

(2)  Is-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni tkun iggarantita bl-aħjar mod permezz ta' swieq u sistemi li jaħdmu sew b'interkonnessjonijiet tal-elettriku żviluppati u moderni mil-lat teknoloġiku, li jiżugraw fluss ħieles tal-enerġija lil hinn mill-fruntieri, miżuri ta' effiċjenza enerġetika u żvilupp ulterjuri tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Madankollu, anki meta s-swieq u s-sistemi jkunu jaħdmu sew u huma interkonnessi, ir-riskju ta' kriżi tal-elettriku (speċjalment bħala riżultat ta' kundizzjonijiet ta' temp estrem, attakki malizzjużi jew nuqqas ta' fjuwil) ma jistax jiġi eskluż. Il-konsegwenzi tas-sitwazzjonijiet ta' kriżi spiss jinfirxu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Anki inċidenti li jibdew f'livell lokali, l-effett tagħhom malajr jista' jkollu effett transfruntier. Ċerti ċirkustanzi estremi, bħal perjodu twil ta' kesħa, mewġa ta' sħana jew ċiberattakk, jistgħu jaffettwaw lil reġjuni sħaħ fl-istess ħin.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  F'kuntest ta' swieq u ta' sistemi tal-elettriku interkonnessi, il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kriżijiet ma jistgħux jitqiesu li huma responsabbiltà purament nazzjonali. Jeħtieġu qafas komuni ta' regoli u proċeduri kkoordinati sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri u atturi oħrajn jikkooperaw b'mod effettiv b'mod transfruntier fi spirtu ta' trasparenza u ta' solidarjetà.

(3)  F'kuntest ta' swieq u ta' sistemi tal-elettriku interkonnessi, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet ma jistgħux jitqiesu li huma responsabbiltà purament nazzjonali u jenħtieġ li l-potenzjal ta' miżuri aktar effiċjenti u b'inqas spejjeż permezz tal-kooperazzjoni fil-livell reġjonali jiġi sfruttat aħjar. Jeħtieġu qafas komuni ta' regoli u proċeduri kkoordinati aħjar sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri u atturi oħrajn jikkooperaw b'mod effettiv lil hinn mill-fruntieri u jiżdiedu t-trasparenza, il-fiduċja u s-solidarjetà fost l-Istati Membri.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-Linji gwida dwar l-operazzjoni tas-sistema24 u l-Kodiċi tan-netwerk dwar l-emerġenza u r-restawr25 jikkostitwixxu ġabra tar-regoli ddettaljata li tirregola kif l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u atturi rilevanti oħrajn għandhom jaġixxu u jikkooperaw sabiex jiżguraw is-sigurtà tas-sistema. Dawn ir-rekwiżiti tekniċi għandhom jiżguraw li ħafna mill-inċidenti relatati mal-elettriku jiġu indirizzati b'mod effettiv f'livell operazzjonali. Dan ir-Regolament jiffoka fuq is-sitwazzjonijiet ta' kriżi tal-elettriku li jista' jkollhom skala u impatt akbar. Jistabbilixxi x'għandhom jagħmlu l-Istati Membri sabiex jevitaw it-tali sitwazzjonijiet u x'miżuri jistgħu jieħdu jekk ir-regoli operazzjonali tas-sistema ma jkunux biżżejjed. Madankollu, anki f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, ir-regoli operazzjonali tas-sistema għandhom ikomplu jiġu rrispettati bis-sħiħ.

(5)  Il-Linji gwida dwar l-operazzjoni tas-sistema24 u l-Kodiċi tan-netwerk dwar l-emerġenza u r-restawr25 jikkostitwixxu ġabra tar-regoli ddettaljata li tirregola kif l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u atturi rilevanti oħrajn jentħieġ li jaġixxu u jikkooperaw sabiex jiżguraw is-sigurtà tas-sistema. Dawn ir-rekwiżiti tekniċi jentħieġ li jiżguraw li l-inċidenti relatati mal-elettriku jiġu indirizzati b'mod effettiv f'livell operazzjonali. Dan ir-Regolament jiffoka fuq is-sitwazzjonijiet ta' kriżi tal-elettriku li jista' jkollhom skala u impatt akbar. Jistabbilixxi x'jenħtieġ li jagħmlu l-Istati Membri sabiex jevitaw it-tali sitwazzjonijiet u x'miżuri jistgħu jieħdu jekk ir-regoli operazzjonali tas-sistema ma jkunux biżżejjed. Madankollu, anki f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, jenħtieġ li r-regoli operazzjonali tas-sistema jkomplu jiġu rrispettati bis-sħiħ u li tiġi żgurata l-konsistenza bejn id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament u l-Kodiċi tan-Netwerk dwar l-Emerġenza u r-Restawr.

_________________

_________________

24 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) …/…ta' XXX li jistabbilixxi linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku, ĠU [...]

24 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) …/…ta' XXX li jistabbilixxi linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku, ĠU [...]

25 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) …/… ta' XXX li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar l-emerġenza u r-restawr tal-elettriku, ĠU [...].

25 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) …/… ta' XXX li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar l-emerġenza u r-restawr tal-elettriku, ĠU [...].

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni ta' regoli dwar kif tipprevjeni u timmaniġġa sitwazzjonijiet ta' kriżi tal-elettriku u kif tħejji għalihom, sabiex b'hekk tinkiseb aktar trasparenza fil-fażi ta' tħejjija u matul kriżi tal-elettriku u jiġi żgurat li, anki fi kriżi, l-elettriku jiġi fornit fejn huwa l-aktar meħtieġ. Jeħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw f'livell reġjonali, fi spirtu ta' solidarjetà. Huwa jistabbilixxi wkoll monitoraġġ effettiv tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Ewropa permezz tal-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elettriku. Dan għandu jirriżulta fi tħejjija aħjar għar-riskju b'anqas spejjeż. Għandu jsaħħaħ ukoll is-suq intern tal-enerġija billi jsaħħaħ il-fiduċja u l-kunfidenza bejn l-Istati Membri u jelimina interventi żejda mill-istat f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, b'mod partikolari jevita tnaqqis għalxejn tal-flussi transfruntiera.

(6)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni ta' regoli dwar kif tipprevjeni u timmaniġġa sitwazzjonijiet ta' kriżi tal-elettriku u kif tħejji għalihom, sabiex b'hekk tinkiseb aktar trasparenza fil-fażi ta' tħejjija u matul kriżi tal-elettriku u jiġi żgurat li, anki fi kriżi, jittieħdu miżuri b'mod koordinat u effettiv u l-elettriku jiġi fornit fejn huwa l-aktar meħtieġ. Jeħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw f'livell reġjonali, fi spirtu ta' solidarjetà. Huwa jistabbilixxi wkoll il-monitoraġġ effettiv tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Ewropa permezz tal-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elettriku. Dan jentħieġ li jirriżulta fi tħejjija aħjar għar-riskju b'anqas spejjeż, l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi u l-impatt mitigat fuq iċ-ċittadini u l-kumpaniji fi żmien ta' kriżi. Jentħieġ li jsaħħaħ ukoll is-suq intern tal-enerġija billi jsaħħaħ il-fiduċja u l-kunfidenza fost l-Istati Membri u jelimina interventi żejda mill-istat f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, b'mod partikolari billi jevita l-applikazzjoni bla bżonn ta' miżuri mhux tas-suq u tnaqqis għalxejn tal-flussi transfruntiera u kapaċitajiet ta' trażmissjoni transżonali, b'tali mod li jitnaqqas ir-riskju ta' effetti kollaterali negattivi fuq l-Istati Membri ġirien.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Sabiex jiffaċilitaw il-prevenzjoni, l-iskambju ta' informazzjoni u l-evalwazzjoni "ex post" tal-kriżijiet tal-elettriku, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti waħda bħala punt ta' kuntatt. Dan jista' jkun entità eżistenti jew waħda ġdida.

(10)  Is-sigurtà tal-provvista hija responsabbiltà kondiviża minn ħafna atturi, li kull wieħed minnhom, b'mod ċar, għandu rwol definit x'jiżvolġi fil-ġestjoni tas-sistemi tal-elettriku. Operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni u operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom rwol ewlieni f'li jiżguraw sistema tal-elettriku sigura, affidabbli u effiċjenti skont l-Artikoli 31 u 40 tad-Direttiva (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [id-Direttiva dwar l-Elettriku proposta, COD 2016/380]. L-awtoritajiet regolatorji u awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra għandhom ukoll rwol importanti f'li jiżguraw u jissorveljaw is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku, bħala parti mill-kompiti tagħhom attribwiti mill-Artikolu 59 tad-Direttiva (UE) .../... [id-Direttiva dwar l-Elettriku proposta]. Bil-għan li tiġi żgurata trasparenza u parteċipazzjoni inklużiva tal-atturi kollha involuti, tħejjija effiċjenti u implimentazzjoni korretta tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji u l-ftehimiet reġjonali, kif ukoll biex jiġu ffaċilitati l-prevenzjoni, l-iskambju ta' informazzjoni u l-evalwazzjoni ex post tal-kriżijiet tal-elettriku, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnominaw awtorità nazzjonali governattiva u regolatorja kompetenti unika bħala punt ta' kuntatt. Din tista' tkun entità eżistenti jew waħda ġdida.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Approċċ komuni għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżi jeħtieġ definizzjoni komuni għall-kriżi tal-elettriku. Sabiex jingħelbu l-approċċi diverġenti attwali madwar l-Unjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiddefinixxi kriżi tal-elettriku, f'termini ġenerali, bħala sitwazzjoni li fiha hemm nuqqas sinifikanti tal-elettriku, jew impossibbiltà li jiġi pprovdut l-elettriku, hija preżenti jew imminenti. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jidentifikaw xenarji ta' kriżi tal-elettriku konkreti fil-livell reġjonali u nazzjonali u sussegwentement jidentifikaw miżuri konkreti biex jindirizzaw sitwazzjonijiet bħal dawn fil-pjanijiet tagħhom ta' tħejjija għar-riskji. Dan l-approċċ jenħtieġ li jiżgura li s-sitwazzjonijiet ta' kriżi kollha possibbli jkunu koperti, filwaqt li jqis l-ispeċifitajiet reġjonali u nazzjonali bħat-topografija tal-grilja, it-taħlita tal-elettriku, id-daqs tal-produzzjoni u l-konsum u d-dispersjoni tal-popolazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Bħalissa, ma hemm l-ebda opinjoni komuni madwar l-Ewropa dwar xi tfisser u x'tinvolvi sitwazzjoni ta' kriżi. Għalhekk, u bl-għan li tippermetti lill-Istati Membri li jiddefinixxu/jikkwantifikaw fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom ta' tħejjija għar-riskji xi jfissru "nuqqas sinifikanti ta' elettriku" jew "impossibbiltà li jiġi pprovdut" b'mod konkret, id-definizzjoni ta' "sitwazzjoni ta' kriżi" jeħtieġ tkun wiesgħa sabiex tkopri s-sitwazzjonijiet ta' kriżi kollha possibbli madwar l-Ewropa.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Approċċ komuni għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tal-kriżi jeħtieġ, fuq kollox, li l-Istati Membri jużaw l-istess metodi u definizzjonijiet sabiex jidentifikaw riskji relatati mas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku u huma f'pożizzjoni li jqabblu b'mod effettiv kemm huma u l-ġirien tagħhom sejrin tajjeb f'dak il-qasam. Ir-Regolament jidentifika żewġ indikaturi għas-sorveljanza tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fl-Unjoni: "enerġija mistennija mhux servita" (EENS), espressa f'GWh/sena, u "telf bit-tagħbija mistenni" (LOLE), espress f'sigħat/sena. Dawn l-indikaturi huma parti mill-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi mwettqa min-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO-E), skont l-[Artikolu 19 tar-Regolament propost dwar l-Elettriku]. Il-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elettriku għandu jwettaq monitoraġġ regolari tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fuq il-bażi tar-riżultati ta' dawn l-indikaturi. L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għandha tuża dawn l-indikaturi anki meta tirrapporta dwar il-prestazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fir-rapporti annwali tagħha ta' monitoraġġ tas-suq tal-elettriku, skont [l-Artikolu 16 tar-Regolament propost tal-ACER].

(11)  Jeħtieġ li l-Istati Membri jużaw metodi komuni u definizzjonijiet sabiex jidentifikaw riskji relatati mas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku, li jippermettulhom iqabblu b'mod effettiv kemm huma u l-ġirien tagħhom sejrin tajjeb f'dak il-qasam. Ir-Regolament jidentifika żewġ indikaturi għas-sorveljanza tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fl-Unjoni: "enerġija mistennija mhux servita" (EENS), espressa f'GWh/sena, u "telf bit-tagħbija mistenni" (LOLE), espress f'sigħat/sena. Dawn l-indikaturi huma parti mill-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi mwettqa min-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO-E), skont l-[Artikolu 19 tar-Regolament propost dwar l-Elettriku]. Il-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elettriku għandu jwettaq monitoraġġ regolari tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fuq il-bażi tar-riżultati ta' dawn l-indikaturi. L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) jenħtieġ li tuża dawn l-indikaturi anki meta tirrapporta dwar il-prestazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fir-rapporti annwali tagħha ta' monitoraġġ tas-suq tal-elettriku, skont [l-Artikolu 16 tar-Regolament propost tal-ACER].

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-valutazzjonijiet tar-riskju li tibni l-fiduċja bejn l-Istati Membri f'sitwazzjoni ta' kriżi, hemm bżonn ta' approċċ komuni għall-identifikazzjoni tax-xenarji ta' riskju. Għaldaqstant, l-ENTSO-E għandu jiżviluppa metodoloġija komuni għall-identifikazzjoni tar-riskju f'kooperazzjoni mal-Aġenzija, bl-ENTSO-E li jipproponi l-metodoloġija u bl-Aġenzija li tapprovaha.

(12)  Sabiex tiġi żgurata l-koerenza fil-valutazzjoni tar-riskju u fil-bini tal-fiduċja bejn l-Istati Membri f'sitwazzjoni ta' kriżi, hemm bżonn ta' approċċ komuni għall-identifikazzjoni tax-xenarji ta' riskju. Għaldaqstant, wara li jikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kemm tal-enerġija konvenzjonali kif ukoll dik rinnovabbli, l-ENTSO-E għandu jiżviluppa u jaġġorna b'mod regolari metodoloġija komuni għall-identifikazzjoni tar-riskju f'kooperazzjoni mal-Aġenzija, bl-ENTSO-E li jipproponi l-metodoloġija u l-aġġornamenti tagħha, u bl-Aġenzija li tapprovaha.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Fuq il-bażi ta' din il-metodoloġija komuni, l-ENTSO-E għandu jfassal u jaġġorna b'mod regolari xenarji ta' kriżi reġjonali u jidentifika l-aktar riskji rilevanti għal kull reġjun bħal kundizzjonijiet ta' temp estrem, diżastri naturali, nuqqas ta' fjuwil jew attakki malizzjużi. Fid-dawl tax-xenarju tal-kriżi ta' nuqqas ta' fjuwil tal-gass, ir-riskju ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi tax-xenarji ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass u tal-infrastruttura żviluppati min-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Gass skont l-Artikolu 6.6 tar-Regolament dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass [ir-Regolament propost dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass]. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw ix-xenarji ta' kriżi nazzjonali tagħhom fuq din il-bażi, fil-prinċipju kull tliet snin. Ix-xenarji għandhom jipprovdu l-bażi għall-pjanijiet tat-tħejjija għar-riskji. Meta jidentifikaw ir-riskji f'livell nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu wkoll ir-riskji possibbli li jaraw b'rabta mas-sjieda tal-infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista, u l-miżuri possibbli meħudin, jekk jeżistu, sabiex jiġu indirizzati t-tali riskji (bħal liġijiet ġenerali jew speċifiċi għas-settur dwar l-analiżi ta' investimenti, id-drittijiet speċjali għal ċerti azzjonisti, eċċ.), b'indikazzjoni dwar għaliex jaħsbu li huma ġġustifikati t-tali miżuri.

(13)  Fuq il-bażi ta' din il-metodoloġija komuni, l-ENTSO-E jenħtieġ li jfassal u jaġġorna b'mod regolari xenarji ta' kriżi reġjonali u jidentifika l-aktar riskji rilevanti għal kull reġjun bħal kundizzjonijiet ta' temp estrem, diżastri naturali, nuqqas ta' fjuwil jew attakki malizzjużi. Fid-dawl tax-xenarju tal-kriżi ta' nuqqas ta' fjuwil tal-gass, ir-riskju ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass jenħtieġ li jiġi vvalutat fuq il-bażi tax-xenarji ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass u tal-infrastruttura żviluppati min-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Gass skont l-Artikolu 6.6 tar-Regolament dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass [ir-Regolament propost dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass].Sabiex jissaħħaħ l-approċċ reġjonali għall-valutazzjoni tar-riskji, jenħtieġ li l-ENTSO-E jkun jista' jiddelega kompiti relatati mal-identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi reġjonali liċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri, abbażi ta' dawk ix-xenarji ta' kriżi reġjonali, jistabbilixxu u jaġġornaw ix-xenarji ta' kriżi nazzjonali tagħhom fuq din il-bażi, fil-prinċipju kull tliet snin. Imbagħad jenħtieġ li x-xenarji jipprovdu l-bażi għall-pjanijiet tat-tħejjija għar-riskji. Meta jidentifikaw ir-riskji f'livell nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeskrivu wkoll ir-riskji possibbli li jaraw b'rabta mas-sjieda tal-infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista, u kwalunkwe miżura meħuda, sabiex jiġu indirizzati t-tali riskji (bħal liġijiet ġenerali jew speċifiċi għas-settur dwar l-analiżi ta' investimenti, id-drittijiet speċjali għal ċerti azzjonisti, eċċ.), b'indikazzjoni dwar għaliex jaħsbu li tali miżuri huma kkunsidrati meħtieġa u proporzjonati.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Kif iddikjarat fir-[Regolament propost dwar l-Elettriku], iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jivvalutaw b'mod regolari r-riskji rilevanti peress li huma inkarigati bl-immaniġġjar operazzjonali tat-tali sitwazzjonijiet. Sabiex jiġi żgurat li jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv u jaġixxu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti bl-għan li jiġu evitati u mmitigati inċidenti fuq skala akbar, il-kooperazzjoni reġjonali meħtieġa skont dan ir-Regolament għandha tibni fuq l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali użati f'livell tekniku, jiġifieri l-gruppi ta' Stati Membri li jaqsmu l-istess ċentru operazzjonali reġjonali.

(15)  Kif iddikjarat fir-[Regolament propost dwar l-Elettriku], iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jivvalutaw b'mod regolari r-riskji rilevanti peress li huma inkarigati bl-immaniġġjar operazzjonali tat-tali sitwazzjonijiet. Sabiex jiġi żgurat li jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv u jaġixxu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti bl-għan li jiġu evitati u mmitigati inċidenti fuq skala akbar, il-kooperazzjoni reġjonali meħtieġa skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tibni fuq l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali użati f'livell tekniku, jiġifieri l-gruppi ta' Stati Membri li jaqsmu l-istess ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha se teħtieġ bidliet korrispondenti fit-test kollu.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Ir-[Regolament propost dwar l-Elettriku] jippreskrivi l-użu ta' metodoloġija komuni għall-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi fit-terminu medju sa fit-tul (minn 10 snin bil-quddiem sa sena bil-quddiem), bl-għan li jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet tal-Istati Membri rigward il-ħtiġijiet ta' investiment possibbli jsiru fuq bażi trasparenti u maqbula b'mod komuni. Din il-valutazzjoni għandha skop differenti mill-valutazzjonijiet tal-adegwatezza ta' terminu qasir li jintużaw għall-identifikazzjoni ta' problemi possibbli relatati mal-adegwatezza f'perjodi qosra, jiġifieri rapporti ta' prospettiva staġjonali (sitt xhur minn qabel) u valutazzjonijiet tal-adegwatezza ta' ġimgħa bil-quddiem u tal-istess ġurnata. Rigward il-valutazzjonijiet ta' terminu qasir, hemm bżonn ta' approċċ komuni għall-mod kif jiġu identifikati l-problemi possibbli relatati mal-adegwatezza. L-ENTSO-E jrid joħroġ rapporti ta' prospettiva għax-xitwa u għas-sajf sabiex iwissi lill-Istati Membri u lil operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni dwar riskji relatati mas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija li jistgħu jinqalgħu fis-sitt xhur li jmiss. Sabiex jitjiebu dawn ir-rapporti ta' prospettiva, dawn għandhom ikunu bbażati fuq metodoloġija probabilistika komuni proposta mill-ENTSO-E u approvata mill-Aġenzija. Sabiex jissaħħaħ l-approċċ reġjonali għall-valutazzjoni tar-riskji, l-ENTSO-E għandu jkun kapaċi jiddelega kompiti relatati mar-rapporti ta' prospettiva staġjonali lil ċentri operazzjonali reġjonali.

(16)  Ir-[Regolament propost dwar l-Elettriku] jippreskrivi l-użu ta' metodoloġija komuni għall-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi fit-terminu medju sa fit-tul (minn 10 snin bil-quddiem sa sena bil-quddiem), bl-għan li jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet tal-Istati Membri rigward il-ħtiġijiet ta' investiment possibbli jsiru fuq bażi trasparenti u maqbula b'mod komuni. Din il-valutazzjoni għandha skop differenti mill-valutazzjonijiet tal-adegwatezza ta' terminu qasir li jintużaw għall-identifikazzjoni ta' problemi possibbli relatati mal-adegwatezza f'perjodi qosra, jiġifieri rapporti ta' prospettiva staġjonali (sitt xhur minn qabel) u valutazzjonijiet tal-adegwatezza ta' ġimgħa bil-quddiem u tal-istess ġurnata. Rigward il-valutazzjonijiet ta' terminu qasir, hemm bżonn ta' approċċ komuni għall-mod kif jiġu identifikati l-problemi possibbli relatati mal-adegwatezza. L-ENTSO-E jrid joħroġ rapporti ta' prospettiva għax-xitwa u għas-sajf sabiex iwissi lill-Istati Membri u lil operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni dwar riskji relatati mas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija li jistgħu jinqalgħu fis-sitt xhur li jmiss. Sabiex jitjiebu dawn ir-rapporti ta' prospettiva, dawn jenħtieġ li jkunu bbażati fuq metodoloġija probabilistika komuni proposta mill-ENTSO-E, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż l-organizzazzjonijiet ambjentali u l-akkademja, u approvata mill-Aġenzija u aġġornata b'mod regolari. Sabiex jissaħħaħ l-approċċ reġjonali għall-valutazzjoni tar-riskji, l-ENTSO-E jenħtieġ li jkun kapaċi jiddelega kompiti relatati mar-rapporti ta' prospettiva staġjonali lil ċentri operazzjonali reġjonali.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex jiġi żgurat approċċ komuni għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tal-kriżijiet, l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tfassal pjan tat-tħejjija għar-riskji, wara li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati. Il-pjanijiet għandhom jiddeskrivu miżuri effettivi, proporzjonati u nondiskriminatorji li jindirizzaw ix-xenarji tal-kriżi kollha identifikati. Il-pjanijiet għandhom jipprovdu trasparenza speċjalment fir-rigward tal-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jittieħdu miżuri mhux tas-suq sabiex jiġu mmitigati sitwazzjonijiet ta' kriżi. Il-miżuri previsti kollha mhux tas-suq għandhom jikkonformaw mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(18)  Sabiex jiġi żgurat approċċ komuni għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tal-kriżijiet, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru, abbażi tax-xenarji ta' kriżi tal-elettriku reġjonali u nazzjonali identifikati, tfassal pjan tat-tħejjija għar-riskji, wara li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti. Il-pjanijiet jenħtieġ li jiddeskrivu miżuri effettivi, proporzjonati u nondiskriminatorji li jindirizzaw ix-xenarji tal-kriżi kollha identifikati. Jenħtieġ li l-pjanijiet jipprovdu trasparenza speċjalment fir-rigward tal-kundizzjonijiet li, fihom, miżuri mhux tas-suq huma meqjusa meħtieġa sabiex jiġu mmitigati sitwazzjonijiet ta' kriżi. Il-miżuri previsti kollha mhux tas-suq jenħtieġ li jikkonformaw mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Il-pjanijiet għandhom jiġu aġġornati b'mod regolari. Sabiex jiżguraw li l-pjanijiet dejjem ikunu aġġornati u effettivi, l-awtoritajiet kompetenti ta' kull reġjun għandhom jorganizzaw simulazzjonijiet annwali f'kooperazzjoni ma' ċentri operazzjonali reġjonali sabiex jittestjaw l-adegwatezza tagħhom.

(20)  Jenħtieġ li l-pjanijiet jiġu ppubblikati u aġġornati b'mod regolari, filwaqt li tiġi żgurata l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni sensittiva. Sabiex jiżguraw li l-pjanijiet dejjem ikunu aġġornati u effettivi, l-awtoritajiet kompetenti ta' kull reġjun jenħtieġ li jorganizzaw simulazzjonijiet annwali f'kooperazzjoni ma' ċentri operazzjonali reġjonali sabiex jittestjaw l-adegwatezza tagħhom.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Fl-2012, inħoloq il-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elettriku bħala forum għall-iskambju ta' informazzjoni u għat-trawwim tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, speċjalment fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija29. Permezz ta' dan ir-Regolament, jissaħħaħ ir-rwol tiegħu. Għandu jwettaq kompiti speċifiċi, speċjalment b'rabta mat-tħejjija tal-pjanijiet tat-tħejjija għar-riskji, u ser ikollu rwol prominenti fil-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku, u fl-iżvilupp tal-aħjar prattika fuq din il-bażi.

(28)  Fl-2012, inħoloq il-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elettriku bħala forum għall-iskambju ta' informazzjoni u għat-trawwim tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, speċjalment fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija29. Permezz ta' dan ir-Regolament, jissaħħaħ ir-rwol tiegħu. Jenħtieġ li jwettaq kompiti speċifiċi, speċjalment b'rabta mat-tħejjija tal-pjanijiet tat-tħejjija għar-riskji, u ser ikollu rwol prominenti fil-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku, u fl-iżvilupp tal-aħjar prattika fuq din il-bażi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiżgura li l-kompożizzjoni tal-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku jkun rivedut biex jinkludi partijiet ikkonċernati bħall-industrija, l-entità DSO tal-UE u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur.

_________________

_________________

29 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2012 li twaqqaf Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elettriku (2012/C 353/02), ĠU C 353, 17.11.2012, p. 2.

29 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2012 li twaqqaf Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elettriku (2012/C 353/02), ĠU C 353, 17.11.2012, p. 2.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Kriżi tal-elettriku tista' testendi lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni u tinvolvi wkoll lil pajjiżi tal-Komunità tal-Enerġija. Sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-kriżijiet fi fruntieri bejn l-Istati Membri u l-Partijiet Kontraenti, l-Unjoni għandha tikkoopera mill-qrib mal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija meta jipprevjenu u jikkontrollaw kriżi tal-elettriku u meta jħejju għaliha.

(29)  Kriżi tal-elettriku tista' testendi lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni u tinvolvi wkoll lil pajjiżi tal-Komunità tal-Enerġija. Bħala Parti għat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija, l-Unjoni jenħtieġ li tippromwovi emendi għal dak it-Trattat bl-għan li jinħoloq suq integrat u spazju regolatorju uniku billi tipprovdi qafas regolatorju xieraq u stabbli. Sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-kriżijiet fi fruntieri bejn l-Istati Membri u l-Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija, l-Unjoni jenħtieġ li tikkoopera mill-qrib mal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija meta jipprevjenu u jikkontrollaw kriżi tal-elettriku u meta jħejju għaliha.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-prevenzjoni u tal-ġestjoni ta' kriżijiet tal-elettriku u tat-tħejjija għalihom fi spirtu ta' solidarjetà u ta' trasparenza u b'kunsiderazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti ta' suq intern kompetittiv għall-elettriku.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-prevenzjoni u tal-ġestjoni ta' kriżijiet tal-elettriku u tat-tħejjija għalihom fi spirtu ta' solidarjetà u ta' trasparenza, b'kunsiderazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti ta' suq intern kompetittiv għall-elettriku u f'konformità mal-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Il-kuntest usa' għandu jinkludi referenzi għall-objettivi strateġiċi tal-Unjoni f'dan il-qasam.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "kriżi tal-elettriku" tfisser sitwazzjoni ta' nuqqas sinifikanti ta' elettriku jew impossibbiltà li jitwassal l-elettriku lill-konsumaturi finali, eżistenti jew imminenti;

(b)  "kriżi tal-elettriku" tfisser sitwazzjoni ta' nuqqas sinifikanti ta' elettriku jew impossibbiltà li jitwassal l-elettriku lill-konsumaturi finali, eżistenti jew imminenti, abbażi tal-parametri definiti fix-xenarji ta' kriżi nazzjonali u reġjonali;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  "awtorità kompetenti" tfisser awtorità governattiva nazzjonali jew awtorità regolatorja nominata minn Stat Membru biex tiżgura l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament;

Ġustifikazzjoni

Għandha tiżdied definizzjoni ta' "awtorità kompetenti", bi qbil mad-definizzjoni użata fir-Regolament għas-sigurtà tal-provvista tal-gass.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "miżura mhux tas-suq" tfisser kwalunkwe miżura fin-naħa tal-provvista jew tad-domanda li tiddevja mir-regoli tas-suq jew minn ftehimiet kummerċjali, bl-għan li timmitiga kriżi tal-elettriku;

(e)  "miżura mhux tas-suq" tfisser kwalunkwe miżura fin-naħa tal-provvista, tan-netwerk jew tad-domanda li tiddevja mir-regoli tas-suq jew minn ftehimiet kummerċjali, bl-għan li timmitiga kriżi tal-elettriku;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li f'din id-definizzjoni jiġu inklużi miżuri applikati fuq in-naħa tan-netwerk, biex jiġi ddikjarat li – pereżempju – it-tnaqqis tal-kapaċitajiet ta' interkonnessjoni disponibbli jew tal-kapaċità transżonali diġà allokata jikkostitwixxu miżura mhux ibbażata fuq is-suq u għandhom jiġu evitati.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  "makroreġjun" tfisser grupp ta' Stati Membri involuti fi sħubija makroreġjonali strutturata skont l-Artikolu 2(18)(a) tar-Regolament (UE) ... [ir-Regolament propost dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija].

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bl-isem u bid-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti, ladarba jinnominawha.

2.  Kull Stat Membru għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-Kummissjoni, u jippubblika, l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti tiegħu u kwalunkwe tibdil fihom.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jaraw li r-riskji kollha relatati mas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku huma vvalutati skont ir-regoli stipulati f'dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar l-Elettriku [ir-Regolament propost dwar l-Elettriku]. Għal dan l-għan, dawn għandhom jikkooperaw mal-ENTSO-E u maċ-ċentri operazzjonali reġjonali.

L-Istati Membri għandhom jaraw li r-riskji kollha relatati mas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku huma vvalutati skont ir-regoli stipulati f'dan ir-Regolament u l-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi stipulata fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) ... [ir-Regolament propost dwar l-Elettriku]. Is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku għandha timplika kooperazzjoni effettiva fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti, l-Istati Membri, primarjament permezz tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali, u l-Kummissjoni mal-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-Unjoni, ilkoll fi ħdan l-oqsma rispettivi tagħhom ta' attivitajiet u kompetenza. Għal dan l-għan, dawn għandhom jikkooperaw mal-ENTSO-E u maċ-ċentri operazzjonali reġjonali, mal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u partijiet ikkonċernati oħra.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda ta' Kompromess

1.  Sa [OPOCE jrid idaħħal id-data eżatta: xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ENTSO-E għandu jissottometti għand l-Aġenzija proposta għal metodoloġija għall-identifikazzjoni tal-aktar xenarji ta' kriżi tal-elettriku rilevanti f'kuntest reġjonali.

1.  Sa [OPOCE jrid idaħħal id-data eżatta: erba' xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ENTSO-E għandu jissottometti għand l-Aġenzija proposta għal metodoloġija għall-identifikazzjoni tal-aktar xenarji ta' kriżi tal-elettriku rilevanti f'kuntest reġjonali.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Qabel ma jissottometti l-metodoloġija proposta, l-ENTSO-E għandu jwettaq eżerċizzju ta' konsultazzjoni li jinvolvi tal-anqas l-organizzazzjonijiet industrijali u tal-konsumatur, l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali oħrajn. L-ENTSO-E għandu jikkunsidra kif xieraq ir-riżultati tal-konsultazzjoni.

4.  Qabel ma jissottometti l-metodoloġija proposta, l-ENTSO-E għandu jwettaq eżerċizzju ta' konsultazzjoni li jinvolvi tal-anqas iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali, l-organizzazzjonijiet industrijali u tal-konsumatur, il-ġeneraturi, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, awtoritajiet nazzjonali oħrajn u l-partijiet ikkonċernati rilevanti. L-ENTSO-E għandu jikkunsidra kif xieraq ir-riżultat tal-konsultazzjoni.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-ENTSO-E għandu jaġġorna u jtejjeb il-metodoloġija b'mod regolari skont il-paragrafi 1 sa 5. L-Aġenzija jew il-Kummissjoni tista' titlob it-tali aġġornamenti u titjib jekk dawn ikunu ġġustifikati. Fi żmien sitt xhur mit-talba, l-ENTSO-E għandu jissottometti abbozz tat-tibdiliet proposti lill-Aġenzija. Fi żmien perjodu ta' xahrejn minn mindu tirċievi l-abbozz, l-Aġenzija għandha temenda jew tapprova t-tibdiliet u tippubblikahom fuq is-sit web tagħha.

6.  L-ENTSO-E għandu jaġġorna u jtejjeb il-metodoloġija b'mod regolari skont il-paragrafi 1 sa 5. L-Aġenzija jew il-Kummissjoni tista' titlob it-tali aġġornamenti u titjib jekk dawn ikunu ġġustifikati. Fi żmien perjodu ta' xahrejn mit-talba, l-ENTSO-E għandu jissottometti abbozz tat-tibdiliet proposti lill-Aġenzija. Fi żmien perjodu ta' xahrejn minn mindu tirċievi l-abbozz, l-Aġenzija għandha tapprova jew temenda t-tibdiliet u tippubblikahom fuq is-sit web tagħha.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa [OPOCE jrid idaħħal id-data eżatta: għaxar xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u fuq il-bażi tal-metodoloġija adottata skont l-Artikolu 5, l-ENTSO-E għandu jidentifika l-aktar xenarji ta' kriżi tal-elettriku rilevanti għal kull reġjun. Jista' jiddelega kompiti relatati mal-identifikazzjoni ta' xenarji ta' kriżi reġjonali liċ-ċentri operazzjonali reġjonali.

1.  Sa [OPOCE jrid idaħħal id-data eżatta: għaxar xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u fuq il-bażi tal-metodoloġija adottata skont l-Artikolu 5, l-ENTSO-E għandu, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elettriku, jidentifika l-aktar xenarji ta' kriżi tal-elettriku rilevanti għal kull reġjun. Jista' jiddelega kompiti relatati mal-identifikazzjoni ta' xenarji ta' kriżi reġjonali liċ-ċentri ta' kooperazzjoni reġjonali. Iċ-ċentri ta' kooperazzjoni reġjonali għandhom jikkonsultaw il-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elettriku għal dak il-għan. Meta jkunu qed jiġu identifikati xenarji ta' riskju relatati ma' attakki malizzjużi, l-ENTSO-E u ċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jiżguraw li l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni sensittiva tiġi mħarsa.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa [OPOCE jrid idaħħal id-data eżatta: għaxar xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jidentifikaw l-aktar xenarji ta' kriżi tal-elettriku rilevanti fil-livell nazzjonali.

1.  Sa [OPOCE jrid idaħħal id-data eżatta: tnax-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jidentifikaw l-aktar xenarji ta' kriżi tal-elettriku rilevanti fil-livell nazzjonali, mill-inqas l-involviment tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, l-operaturi u l-ġeneraturi tas-sistema ta' trażmissjoni, filwaqt li jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sensittiva.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Linji gwida għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kriżijiet

 

1.   Filwaqt li tqis il-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza kif ukoll regolamenti rilevanti oħra, l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għandha tfassal linji gwida applikabbli fl-UE kollha għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi, billi tidentifika miżuri kemm tas-suq kif ukoll mhux tas-suq u regoli operazzjonali tas-sistema. Fit-tħejjija tal-linji gwida, l-Aġenzija għandha tagħti preferenza, kemm jista' jkun, lil miżuri li jkollhom l-inqas impatt fuq l-ambjent.

 

2.   Il-linji gwida għandhom jinkludu wkoll il-prinċipji ta' skemi ta' kumpens u prinċipji għall-identifikazzjoni ta' klijenti protetti.

 

3.   L-Aġenzija għandha tirrevedi u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna dawn is-soluzzjonijiet kull tliet snin, sakemm iċ-ċirkustanzi ma jiġġustifikawx reviżjonijiet aktar spissi.

Ġustifikazzjoni

Is-soluzzjonijiet komuni dwar kif jiġu indirizzati l-kriżijiet għandhom ikunu ta' għajnuna fit-tfassil ta' pjanijiet nazzjonali. Dawn jiżguraw il-koerenza fost il-pjanijiet u jiffaċilitaw il-ftehimiet fost l-Istati Membri fin-negozjati dwar il-parti reġjonali tal-pjanijiet tagħhom. Hemm bżonn definizzjoni armonizzata ta' klijenti protetti biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-aktar elementi vulnerabbli u essenzjali tas-soċjetà kif ukoll biex jiġu ffaċilitati l-miżuri ta' solidarjetà transkonfinali, kif stipulat fl-Artikolu 14 ta' dan ir-regolament.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-metodoloġija għal valutazzjonijiet tal-adegwatezza ta' terminu qasir

Il-metodoloġija għal valutazzjonijiet tal-adegwatezza ta' terminu qasir u staġjonali

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa [OPOCE jrid idaħħal id-data eżatta: xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ENTSO-E għandu jissottometti lill-Aġenzija proposta għal metodoloġija għall-valutazzjoni tal-adegwatezza ta' terminu qasir, jiġifieri l-adegwatezza staġjonali kif ukoll l-adegwatezza ta' ġimgħa bil-quddiem sa tal-istess ġurnata, li għandha tkopri tal-anqas dawn li ġejjin:

Sa [OPOCE jrid idaħħal id-data eżatta: erba' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ENTSO-E għandu jissottometti lill-Aġenzija proposta għal metodoloġija għall-valutazzjoni tal-adegwatezza ta' terminu qasir u l-adegwatezza staġjonali, li għandha tkopri tal-anqas dawn li ġejjin:

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-inċertezza tal-inputs bħall-probabbiltà ta' indisponibilità tal-kapaċità ta' trażmissjoni, il-probabbiltà ta' indisponibilità mhux ippjanata ta' impjanti tal-enerġija, kundizzjonijiet serji tat-temp, il-varjabbiltà fid-domanda u l-varjabbiltà tal-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli;

(a)  l-inċertezza tal-inputs bħall-probabbiltà ta' indisponibilità tal-kapaċità ta' trażmissjoni, il-probabbiltà ta' indisponibilità mhux ippjanata ta' impjanti tal-enerġija, kundizzjonijiet serji tat-temp, domanda varjabbli, b'mod partikolari fejn tilħaq il-massimu tagħha skont il-kundizzjonijiet tat-temp, u l-varjabbiltà tal-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-probabbiltà tal-okkorrenza ta' sitwazzjoni kritika;

(b)  il-probabbiltà tal-okkorrenza ta' kriżi tal-elettriku;

Ġustifikazzjoni

Allinjament tat-test għad-definizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-metodoloġija għandha tipprovdi għal approċċ probabilistiku u tqis il-kuntest wiesa' reġjonali u tal-Unjoni, inkluż, kemm jista' jkun, pajjiżi mhux fl-UE li jinsabu fi ħdan żona sinkronika tal-Unjoni.

Il-metodoloġija għandha tipprovdi għal approċċ probabilistiku u tqis il-kuntest wiesa' reġjonali u tal-Unjoni, inkluż il-livell ta' interkonnessjoni bejn l-Istati Membri u, kemm jista' jkun, pajjiżi mhux fl-UE li jinsabu fi ħdan żona sinkronika tal-Unjoni.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Qabel ma jissottometti l-metodoloġija proposta, l-ENTSO-E għandu jwettaq konsultazzjoni li tinvolvi tal-anqas l-industrija u l-konsumaturi, l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali oħrajn. L-ENTSO-E għandu jikkunsidra kif xieraq ir-riżultati tal-konsultazzjoni.

2.  Qabel ma jissottometti l-metodoloġija proposta, l-ENTSO-E għandu jwettaq konsultazzjoni li tinvolvi tal-anqas iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali, l-organizzazzjonijiet tal-industrija u l-konsumaturi, il-ġeneraturi, l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, awtoritajiet nazzjonali oħrajn u l-partijiet ikkonċernati rilevanti. L-ENTSO-E għandu jikkunsidra kif xieraq ir-riżultat tal-konsultazzjoni.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-ENTSO-E għandu jaġġorna u jtejjeb il-metodoloġija b'mod regolari skont il-paragrafi 1sa 3. L-Aġenzija jew il-Kummissjoni tista' titlob it-tali aġġornamenti u titjib jekk dawn ikunu ġġustifikati. Fi żmien sitt xhur mit-talba, l-ENTSO-E għandu jissottometti abbozz tat-tibdiliet proposti lill-Aġenzija. Fi żmien perjodu ta' xahrejn minn mindu tirċievi l-abbozz, l-Aġenzija għandha temenda jew tapprova t-tibdiliet u tippubblikahom fuq is-sit web tagħha.

4.  L-ENTSO-E għandu jaġġorna u jtejjeb il-metodoloġija b'mod regolari skont il-paragrafi 1, 2 u 3. L-Aġenzija jew il-Kummissjoni tista' titlob it-tali aġġornamenti u titjib jekk dawn ikunu ġġustifikati. Fi żmien perjodu ta' xahrejn mit-talba, l-ENTSO-E għandu jissottometti abbozz tat-tibdiliet proposti lill-Aġenzija. Fi żmien perjodu ta' xahrejn minn mindu tirċievi l-abbozz, l-Aġenzija għandha tapprova jew temenda t-tibdiliet u tippubblikahom fuq is-sit web tagħha.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-valutazzjonijiet tal-adegwatezza ta' terminu qasir għandhom jitwettqu skont il-metodoloġija żviluppata skont l-Artikolu 8.

1.  Il-valutazzjonijiet tal-adegwatezza ta' terminu qasir, sew jekk imwettqa fil-livell nazzjonali, reġjonali jew tal-Unjoni, għandhom jitwettqu skont il-metodoloġija żviluppata skont l-Artikolu 8.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li l-proposta ta' tħejjija għar-riskji tappella għal valutazzjonijiet ta' riskji fuq terminu qasir reġjonali u madwar l-Ewropa, jenħtieġ li jiġi kkjarifikat li l-Istati Membri jżommu wkoll il-possibbiltà li jwettqu l-valutazzjonijiet tagħhom stess. Fil-fatt, skont il-Linji Gwida dwar l-Operazzjoni tas-Sistema (l-Artikolu 104), kull TSO għandu jwettaq valutazzjonijiet tal-adegwatezza fuq terminu qasir. Din iż-żieda tiċċara wkoll li l-valutazzjonijiet tal-adegwatezza kollha fuq terminu qasir għandhom isegwu metodoloġija definita skont l-Artikolu 8.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fuq il-bażi tax-xenarji ta' kriżi tal-elettriku reġjonali u nazzjonali identifikati skont l-Artikoli 6 u 7, l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tistabbilixxi pjan tat-tħejjija għar-riskji, wara li jikkonsulta lill-intrapriżi tal-elettriku u tal-gass, lill-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi residenzjali u industrijali tal-elettriku u lill-awtorità regolatorja nazzjonali (fejn din ma tkunx l-awtorità kompetenti).

1.  Fuq il-bażi tax-xenarji ta' kriżi tal-elettriku reġjonali u nazzjonali identifikati skont l-Artikoli 6 u 7, l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tistabbilixxi pjan tat-tħejjija għar-riskji, wara li jikkonsulta lill-intrapriżi tal-elettriku u tal-gass, lill-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u distribuzzjoni, lill-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi residenzjali u industrijali tal-elettriku u lill-awtorità regolatorja nazzjonali (fejn din ma tkunx l-awtorità kompetenti). Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sensittiva relatata mal-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta' attakki għandha tiġi żgurata. Jekk awtorità kompetenti tqis li ċerta informazzjoni sensittiva ma għandhiex tiġi żvelata, hi għandha tipprovdi sommarju mhux kunfidenzjali tagħha.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-pjanijiet pubbliċi, filwaqt li jiżguraw li tinżamm il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni sensittiva, b'mod partikolari informazzjoni dwar miżuri relatati mal-prevenzjoni u mal-mitigazzjoni ta' attakki malizzjużi.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-Repubblika Ċeka hija konxja mill-importanza strateġika u s-sensittività tal-informazzjoni dwar is-settur tal-enerġija. Is-sikurezza u l-protezzjoni tal-informazzjoni jeħtieġ jitqiesu bħala prijorità kruċjali fil-mitigazzjoni ta' attakki malizzjużi. Il-firxa ta' informazzjoni ppubblikata jeħtieġ tkun dejjem ikkunsidrata serjament fid-dawl tal-vulnerabbiltà u l-importanza strateġika tas-settur tal-enerġija.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  jidentifika miżuri possibbli mhux tas-suq li għandhom jiġu implimentati f'sitwazzjonijiet ta' kriżi tal-elettriku, filwaqt li jispeċifika l-iskattatur, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tagħhom, u jindika kif jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 15;

(g)  jidentifika miżuri possibbli mhux tas-suq li għandhom jiġu implimentati f'sitwazzjonijiet ta' kriżi tal-elettriku, filwaqt li jispeċifika l-iskattatur, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-iskjerament tagħhom (inkluża kwalunkwe skema ta' kumpens), jivvalutaw kemm l-użu ta' tali miżuri huwa meħtieġ biex tiġi indirizzata l-kriżi u jindika kif jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 15;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  jipprovdi pjan iddettaljat ta' tneħħija tat-tagħbija, filwaqt li jistipula meta għandhom jitneħħew it-tagħbijiet, f'liema ċirkustanzi u x'valuri tat-tagħbija għandhom jitneħħew. Il-pjan għandu jispeċifika liema kategoriji ta' utenti tal-elettriku ser jirċievu protezzjoni speċjali kontra l-iskonnessjoni, u jiġġustifika l-bżonn ta' protezzjoni bħal din, b'mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza pubblika u tas-sigurtà personali;

(h)  jipprovdi pjan iddettaljat ta' tneħħija tat-tagħbija, filwaqt li jistipula meta għandhom jitneħħew it-tagħbijiet, f'liema ċirkustanzi u x'valuri tat-tagħbija għandhom jitneħħew. Il-pjan għandu jispeċifika liema kategoriji ta' utenti tal-elettriku ser jirċievu protezzjoni speċjali kontra l-iskonnessjoni, u jiġġustifika l-bżonn ta' protezzjoni bħal din, b'mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza pubblika, tas-sigurtà personali u tal-kontinwità tas-servizzi pubbliċi essenzjali;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  jiddeskrivi l-miżuri nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-miżuri reġjonali maqbula skont l-Artikolu 12;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1- punt ib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ib)  iqis l-impatt ambjentali tal-miżuri stabbiliti;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  in-nomina ta' maniġer jew ta' tim għal kriżijiet reġjonali;

(a)  in-nomina ta' koordinatur jew ta' tim għal kriżijiet reġjonali;

Ġustifikazzjoni

"Koordinatur" huwa terminu aħjar iżda r-rwol tiegħu jeħtieġ jiġi definit.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  miżuri li jimmitigaw l-impatt ta' kriżi inkluż sitwazzjoni ta' kriżi simultanja. Dawn għandhom jinkludu pjanijiet reġjonali ta' tneħħija tat-tagħbija u arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji rigward l-assistenza reċiproka sabiex jiġi żgurat li l-elettriku jista' jitwassal fejn l-aktar li jkun meħtieġ u b'mod ottimali. Dawn l-arranġamenti għandhom jistabbilixxu, fost l-oħrajn, l-iskattatur għall-assistenza, il-formula ta' kalkolu jew l-ammont, il-partijiet tal-pagamenti u dawk riċeventi u r-regoli ta' arbitraġġ;

(c)  miżuri li jimmitigaw l-impatt ta' kriżi inkluż sitwazzjoni ta' kriżi simultanja. Dawn għandhom jinkludu pjanijiet reġjonali ta' tneħħija tat-tagħbija u arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji rigward l-assistenza reċiproka sabiex jiġi żgurat li l-elettriku jista' jitwassal fejn l-aktar li jkun meħtieġ u b'mod ottimali. Dawn l-arranġamenti għandhom jistabbilixxu, fost l-oħrajn, l-iskattatur għall-assistenza, il-formula ta' kalkolu jew l-ammont, il-partijiet tal-pagamenti u dawk riċeventi u r-regoli ta' arbitraġġ. Għandu jiġi stabbilit ukoll mekkaniżmu ta' kumpens għall-entitajiet affettwati skont il-prinċipji identifikati f'konformità mal-Artikolu 7a;

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi evitat nuqqas ta' qbil fuq kumpens, il-prinċipji ta' tali kumpens għandhom jiġu stabbiliti minn aġenzija newtrali fil-livell tal-UE – ACER.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-miżuri reġjonali li jridu jiddaħħlu fil-pjan għandhom ikunu maqbulin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-reġjun ikkonċernat. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw mal-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elettriku dwar il-ftehimiet milħuqin tal-anqas tmien xhur qabel l-iskadenza għall-adozzjoni jew għall-aġġornar tal-pjan. Jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma rnexxilhomx jilħqu ftehim, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil. F'każijiet bħal dawn il-Kummissjoni tista' titlob lill-Aġenzija biex, b'konsultazzjoni mal-ENTSO-E, tiffaċilita l-konklużjoni ta' ftehim.

2.  Il-miżuri reġjonali li jridu jiddaħħlu fil-pjan għandhom ikunu maqbulin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-reġjun ikkonċernat, b'konsultazzjoni maċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali rilevanti, u qabel l-inkorporazzjoni tagħhom fil-pjanijiet nazzjonali rispettivi. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex teżerċita rwol ġenerali ta' faċilitazzjoni fit-tħejjija ta' tali ftehim. Il-Kummissjoni tista' titlob ukoll lill-Aġenzija u lill-ENTSO-E biex jipprovdu assistenza teknika lill-Istati Membri kkonċernati bl-għan li jiġi ffaċilitat ftehim. Tal-anqas tmien xhur qabel l-iskadenza għall-adozzjoni jew għall-aġġornar tal-pjan l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw mal-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elettriku dwar il-ftehimiet milħuqin, u kwalunkwe forma ta' kooperazzjoni makroreġjonali, skont ir-Regolament (UE) .... [ir-Regolament propost dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija]. Jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma rnexxilhomx jilħqu ftehim, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil. F'każ bħal dan il-Kummissjoni għandha tipproponi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għall-konklużjoni ta' ftehim dwar il-miżuri reġjonali.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  F'kooperazzjoni maċ-ċentri operazzjonali reġjonali u bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti ta' kull reġjun għandhom iwettqu simulazzjonijiet ta' kriżi annwali, b'mod partikolari testijiet fuq il-mekkaniżmi ta' komunikazzjoni msemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

3.  F'kooperazzjoni maċ-ċentri operazzjonali reġjonali u bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti ta' kull reġjun għandhom iwettqu simulazzjonijiet ta' rispons f'ħin reali annwali ta' sitwazzjonijiet fejn ikun hemm kriżi tal-elettriku, b'mod partikolari testijiet fuq il-mekkaniżmi ta' komunikazzjoni msemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Din il-kjarifika tallinja t-test ewlieni tal-proposta mal-anness.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Ir-rwol tal-Kummissjoni li temenda l-pjanijiet tat-tħejjija għar-riskji

 

1.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-pjanijiet adottati lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni li titlob li l-miżura tiġi emendata jew irtirata meta din:

 

(a)   x'aktarx tfixkel is-suq intern tal-Unjoni;

 

(b)   ma tkunx meħtieġa jew proporzjonata sabiex tiżgura s-sigurtà tal-provvista;

 

(c)   x'aktarx tipperikola s-sigurtà tal-provvista ta' Stati Membri oħrajn; or

 

(d)   tkun f'kontradizzjoni mal-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar il-klima.

 

Il-miżura adottata għandha tidħol fis-seħħ biss meta tiġi approvata mill-Kummissjoni jew tkun ġiet emendata skont deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Hemm il-ħtieġa ta' salvagwardja biex ikun żgurat li l-pjanijiet maqbula ma jfixklux is-suq intern u s-sigurtà tal-provvista. Il-Kummissjoni għandu jkollha mandat biex titlob emendi meta jkun meħtieġ.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta jkun hemm bżonn u meta jkun possibbli, l-Istati Membri għandhom joffru assistenza lil xulxin sabiex jipprevjenu jew jimmitigaw kriżi tal-elettriku. Tali assistenza għandha tkun soġġetta għal kumpens.

2.  Meta mitluba u teknikament fattibbli, l-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin sabiex jipprevjenu jew jimmitigaw kriżi tal-elettriku. Tali assistenza għandha tkun soġġetta għal kumpens li jkopri tal-anqas l-ispiża tal-elettriku mogħtija fit-territorju tal-Istat Membru li talab għall-assistenza u l-ispejjeż rilevanti l-oħra kollha mġarrba meta tiġi pprovduta assistenza, inkluż, jekk ikun xieraq, assistenza ppreparata mingħajr attivazzjoni effettiva, u r-rimborż ta' kwalunkwe kumpens li jirrizulta minn proċedimenti ġuridiċi, ta' arbitraġġ jew oħrajn simili u soluzzjonijiet u spejjeż relatati tal-assistenza mogħtija.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Miżuri mhux tas-suq jistgħu jiġu attivati f'sitwazzjoni ta' kriżi u jekk ikunu ġew eżawriti l-għażliet kollha pprovduti mis-suq biss. Ma għandhomx jgħawġu l-kompetizzjoni għalxejn u l-funzjonament effettiv tas-suq tal-elettriku. Għandhom ikunu neċessarji, proporzjonati, nondiskriminatorji u temporanji.

2.  Miżuri mhux tas-suq għandhom jiġu attivati f'sitwazzjoni ta' kriżi u biss bħala l-aħħar alternattiva, u biss wara li jkunu ġew eżawriti l-għażliet kollha pprovduti mis-suq, u meta hemm biżżejjed evidenza li l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tas-suq jistgħu jwasslu għal aktar deterjorament ta' sitwazzjoni ta' kriżi. Dawk il-miżuri ma għandhomx jgħawġu l-kompetizzjoni u l-funzjonament effettiv tas-suq tal-elettriku għalxejn. Għandhom ikunu proporzjonati, nondiskriminatorji u temporanji. Il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha għandhom jiġu infurmati minnufih dwar kwalunkwe applikazzjoni ta' miżuri mhux tas-suq.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Tnaqqis ta' tranżazzjoni inkluż it-tnaqqis ta' kapaċità transżonali diġà allokata, il-limitazzjoni tal-provvista ta' kapaċità transżonali għall-allokazzjoni tal-kapaċità jew il-limitazzjoni tal-provvista ta' skedi għandhom jitnedew biss f'konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament dwar l-Elettriku [ir-Regolament propost dwar l-Elettriku] u mar-regoli adottati sabiex tiġi speċifikata din id-dispożizzjoni.

3.  Tnaqqis ta' tranżazzjoni inkluż it-tnaqqis ta' kapaċità transżonali diġà allokata, il-limitazzjoni tal-provvista ta' kapaċità transżonali għall-allokazzjoni tal-kapaċità jew il-limitazzjoni tal-provvista ta' skedi għandhom jitnedew biss f'konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament dwar l-Elettriku [ir-Regolament propost dwar l-Elettriku], l-Artikolu 72 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/12221a u mar-regoli adottati sabiex tiġi speċifikata din id-dispożizzjoni.

 

_______________

 

1a Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (ĠU L 197, 25.7.2015, p. 24).

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi ċċarat li anke paragrafi oħra tal-Artikolu 14 jittrattaw mal-allokazzjoni tal-kapaċità, pereżempju l-paragrafu 3 jistipula li "Il-kapaċità massima tal-interkonnessjonijiet u/jew tan-netwerks ta’ trażmissjoni li taffettwa l-flussi transkonfinali għandha tkun disponibbli għall-parteċipanti fis-suq".Hi wkoll importanti biex iżżid nota għar-Regolament CACM.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara li jiddikjaraw sitwazzjoni ta' kriżi tal-elettriku, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, f'konsultazzjoni mal-awtorità regolatorja nazzjonali tagħhom (meta din ma tkunx l-awtorità kompetenti), għandhom jipprovdu rapport ta' evalwazzjoni lill-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elettriku u lill-Kummissjoni.

1.  Mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara li s-sitwazzjoni ta' kriżi tal-elettriku tkun intemmet, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, f'konsultazzjoni mal-awtorità regolatorja nazzjonali tagħhom (meta din ma tkunx l-awtorità kompetenti), għandhom jipprovdu rapport ta' evalwazzjoni dettaljat lill-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elettriku u lill-Kummissjoni.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  rendikont tal-assistenza pprovduta lill-Istati Membri ġirien u lill-pajjiżi mhux fl-UE jew riċevuta mingħandhom;

(d)  rendikont tal-assistenza imħejjija (bi u mingħajr attivazzjoni effettiva), ipprovduta lill-Istati Membri ġirien u lill-pajjiżi mhux fl-UE jew riċevuta mingħandhom;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-impatt ekonomiku tal-kriżi tal-elettriku u l-impatt tal-miżuri meħudin fuq is-settur tal-elettriku, b'mod partikolari l-volumi ta' enerġija mhux servita u l-livell ta' skonnessjoni manwali tad-domanda (inkluż paragun bejn il-livell ta' skonnessjoni tad-domanda volontarja u furzata);

(e)  l-impatt ekonomiku tal-kriżi tal-elettriku u l-impatt tal-miżuri meħudin fuq is-settur tal-elettriku, b'mod partikolari l-volumi ta' enerġija mhux servita, it-tnaqqis tal-kapaċitajiet transżonali disponibbli jew allokati, il-livell ta' skonnessjoni manwali tad-domanda (inkluż paragun bejn il-livell ta' skonnessjoni tad-domanda volontarja u furzata), u l-miżuri imposti fuq il-partijiet ikkonċernati bħal ġeneraturi tal-enerġija, fornituri u parteċipanti oħra rilevanti fis-suq;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  ġustifikazzjoni dettaljata tal-applikazzjoni ta' miżuri mhux tas-suq;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  deskrizzjoni ġenerali dwar kif il-grilja futura għandha tkun imfassla sabiex twieġeb għall-konsegwenzi li jirriżultaw minn sitwazzjonijiet ta' kriżi tal-elettriku identifikati, u deskrizzjoni tad-dgħufijiet strutturali tas-sistema, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva (UE) ... [dwar ir-Regoli Komuni għas-Suq Intern fil-Qasam tal-Elettriku, COM(2016)864] u li tistabbilixxi pjanijiet perjodiċi tal-iżvilupp ta' netwerks [it-test għandu jiġi allinjat mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-direttiva proposta dwar id-Disinn tas-Suq].

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jippreżentaw ir-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elettriku.

4.  L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jippreżentaw ir-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elettriku. Dawk ir-riżultati għandhom ikunu riflessi fl-aġġornamenti tal-pjanijiet tat-tħejjija għar-riskji.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Anness I – parti 3 – subparti 3.1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Iddeskrivi l-miżuri għall-mitigazzjoni tas-sitwazzjonijiet ta' kriżi tal-elettriku, b'mod partikolari miżuri fin-naħa tad-domanda u fin-naħa tal-provvista, filwaqt li tindika f'liema ċirkustanzi jistgħu jintużaw dawn il-miżuri, speċjalment l-iskattatur ta' kull miżura. Meta jiġu kkunsidrati miżuri mhux tas-suq, dawn iridu jiġu ġustifikati kif xieraq fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 15;

(c)  Iddeskrivi l-miżuri għall-mitigazzjoni tas-sitwazzjonijiet ta' kriżi tal-elettriku, b'mod partikolari miżuri fin-naħa tad-domanda, fin-naħa tan-netwerk u fin-naħa tal-provvista, filwaqt li tindika f'liema ċirkustanzi jistgħu jintużaw dawn il-miżuri, speċjalment l-iskattatur ta' kull miżura. Meta jiġu kkunsidrati miżuri mhux tas-suq, dawn iridu jiġu ġustifikati kif xieraq fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 15;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Anness I – parti 3 – subparti 3.1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  Iddeskrivi l-miżuri nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-miżuri reġjonali maqbula skont l-Artikolu 12.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Anness I – parti 3 – subparti 3.2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Iddeskrivi l-miżuri miftiehma li jridu jintużaw f'sitwazzjonijiet ta' kriżi simultanja, inkluż il-prijoritizzazzjoni tal-konsumaturi u l-pjanijiet reġjonali tat-tneħħija tat-tagħbija, kif ukoll l-arranġamenti finanzjarji għall-assistenza biex tiġi evitata jew mitigata l-kriżi tal-elettriku. Meta tiddeskrivi dawn l-arranġamenti, inkludi elementi bħad-definizzjoni tal-iskattatur tal-assistenza, il-formula tal-kalkolu jew l-ammont, il-partijiet tal-pagamenti u r-riċeventi u r-regoli għall-arbitraġġ. Speċifika meta u kif għandhom jiskattaw il-pjanijiet reġjonali tat-tneħħija tat-tagħbija;

(b)  Iddeskrivi l-miżuri miftiehma li jridu jintużaw fi kriżijiet simultanji, inkluż il-prijoritizzazzjoni tal-konsumaturi u l-pjanijiet reġjonali tat-tneħħija tat-tagħbija, kif ukoll l-arranġamenti finanzjarji għall-assistenza biex tiġi evitata jew mitigata l-kriżi tal-elettriku. Meta tiddeskrivi dawn l-arranġamenti, inkludi elementi bħad-definizzjoni tal-iskattatur tal-assistenza, il-formula tal-kalkolu jew l-ammont, il-partijiet tal-pagamenti u r-riċeventi u r-regoli għall-arbitraġġ. Speċifika meta u kif għandhom jiskattaw il-pjanijiet reġjonali tat-tneħħija tat-tagħbija;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Anness I – parti 5 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni.

(1)

ĠU C 288, 31.8.2017, p. 91.

(2)

ĠU C 342, 12.10.2017, p. 79.


NOTA SPJEGATTIVA

Mill-ħames dimensjonijiet li jappartjenu għall-istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, l-ewwel waħda għandha l-għan li ssaħħaħ is-sigurtà u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri, u t-tieni waħda tipprevedi suq tal-enerġija intern integrat b'mod sħiħ. Kuntrarju għal dawn il-prinċipji, illum ir-riskji marbutin mal-enerġija qed jiġu indirizzati kważi esklużivament mil-leġiżlazzjonijiet u r-regolamenti tekniċi rispettivi fis-seħħ fl-Istati Membri.

Peress li n-nuqqas ta' dispożizzjonijiet tal-UE jikkostitwixxi lakuna regolatorja, il-kriżi tal-elettriku, bħal pereżempju l-kriżi ta' Jannar 2017 li affettwat lill-Bulgarija, il-Greċja u r-Rumanija, toħloq dannu lill-ekonomija kkonċernata, tpoġġi fil-periklu s-sikurezza pubblika, tagħmel ħsara lill-konsumaturi esposti għaż-żieda fil-prezzijiet u xxekkel is-solidarjetà u l-kooperazzjoni bejn l-Istati ġirien. Sabiex tagħlaq din il-lakuna regolatorja, l-Unjoni Ewropea għandha bżonn taħdem fuq qafas ambizzjuż biex tidentifika, tivvaluta, tħejji, tiġġestixxi, tissorvelja u tikkondividi informazzjoni dwar il-kriżi tal-elettriku.

Meta wieħed jikkunsidra s-swieq u s-sistemi tal-elettriku tal-lum, li huma dejjem aktar marbutin ma' xulxin tul il-fruntieri u aktar ma jmur aktar qed isiru deċentralizzati, ir-rapporteur jikkondividi l-fehma li huwa meħtieġ livell għoli ta' kooperazzjoni u kooperazzjoni fost l-atturi kollha, fi ħdan l-Istati Membri u minn fruntiera għal oħra. Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi rilevanti kollha jenħtieġ li jiġu ċċarati, u jridu jiġu stabbiliti strutturi xierqa biex jiggarantixxu kooperazzjoni effettiva fost dawk kollha involuti.

Metodoloġija komuni u prinċipji

Element kruċjali biex tiġi żgurata tħejjija reġjonali fil-ġestjoni tal-kriżi tal-elettriku hija l-metodoloġija komuni għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' nuqqas sinifikanti ta' elettriku, jew l-impossibbiltà li jitwassal l-elettriku lill-konsumaturi finali.

Filwaqt li jfakkar li l-Istati Membri jżommu l-possibbiltà li jwettqu l-valutazzjonijiet tagħhom stess, ir-rapporteur jirrakkomanda li dawn jitwettqu skont metodoloġija komuni u reġjonali sabiex jiġu evitati inkonsistenzi, nuqqasijiet u lakuni. Jekk illum it-tħejjija għar-riskji tiffoka primarjament fuq l-adegwatezza tal-infrastruttura disponibbli, min-naħa l-oħra, metodoloġija komuni biex jiġu identifikati u vvalutati kriżijiet prospettivament se tippermetti li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-prevenzjoni u l-preparazzjoni tal-kriżi, il-ġestjoni tal-kriżi u l-evalwazzjoni ex post.

Solidarjetà, assistenza reċiproka u regoli tas-suq

F'każ ta' kriżi tal-elettriku, il-Kummissjoni tipproponi li l-Istati Membri joffru assistenza lil xulxin sabiex jipprevjenu jew jimmitigaw l-effetti tagħha. Ir-rapporteur jikkondividi bis-sħiħ din il-fehma, li tissuġġerixxi li l-valutazzjonijiet dwar il-fattibbiltà tal-assistenza ta' Stat Membru ġar jenħtieġ li tkun limitata għall-aspetti tekniċi, u li l-mekkaniżmi ta' kumpens għandhom possibbilment jiġu definiti ex ante, jew fl-istadji bikrin ta' kriżi, sabiex jiġi evitat nuqqas ta' ftehim ex post.

Fl-istess ħin, ir-rapporteur jemmen li r-Regolament jenħtieġ li jistqarr b'mod espliċitu li l-pjanijiet għat-tħejjija għar-riskji ma għandhomx jagħtu lok għal distorsjoni jew ottimazzjoni tas-suq. F'dan ir-rigward, ir-regoli mhux tas-suq jenħtieġ li jiġu ddikjarati ammissibbli biss meta r-regoli dwar is-suq jirriskjaw li jaggravaw aktar il-kriżi tal-elettriku.

Kunfidenzjalità

Filwaqt li l-proposta tal-Kummissjoni tiżgura t-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni, hemm bżonn li jiġi evitat li informazzjoni sensittiva dwar l-operazzjoni tas-sistema tal-elettriku, u dwar il-pjanijiet tat-tħejjija għar-riskji, tkun pubblikament iċċirkolata. Billi t-theddida ta' attakki malizzjużi fis-settur tal-enerġija u f'postijiet oħra hija fatt, dan ir-Regolament għandu jiżgura li l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sensittiva tkun żgurata meta jiġu identifikati r-riskji, u jiġu ppreparati, kondiviżi u riveduti l-abbozzi ta' pjanijiet permezz tal-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elettriku.

Governanza u parteċipazzjoni

Meta l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim, l-abbozz tar-Regolament jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tista' titlob lill-Aġenzija biex tiffaċilita l-konklużjoni ta' ftehim f'konsultazzjoni mal-ENTSO-E. B'konsistenza mar-Regolament tal-Gass SoS, ir-rapporteur jissuġġerixxi li f'dawn il-każijiet il-Kummissjoni għandha tkun intitolata tipproponi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għall-konklużjoni tal-ftehim reġjonali. Il-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni ma jistgħux jimponu soluzzjonijiet lill-Istati Membri kontra r-rieda tagħhom.

Ir-rapporteur iqis li minħabba li t-TSOs u d-DSOs huma fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-operazzjoni sikura u affidabbli tas-sistema, jenħtieġ li b'mod espliċitu l-awtoritajiet kompetenti jinvolvuhom fl-identifikazzjoni, it-tħejjija, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ex post tal-proċess. Fl-istess ħin, ir-rapporteur jissuġġerixxi li meta l-ACER temenda l-metodoloġija proposta jew taġġorna l-ENTSO-E, hi għandha tikkonsulta lill-ENTSO-E qabel tadotta l-verżjoni emendata.


ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA INPUT MINGĦANDHOM

Il-lista li ġejja hija mfassla fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabilità esklużiva tar-rapporteur għal opinjoni. Ir-rapporteur irċieva kontribut mingħand dawn l-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija ta' [l-abbozz ta' opinjoni / l-opinjoni, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat]:

Entità u/jew persuna

Ir-rapporteur u l-uffiċċju tiegħu rċieva input dirett minn:

ACER - Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

CEPS - Ċentru ghall-Istudju Politiku Ewropew

CEZ - České Energetické Závody

E3G - Third Generation Environmentalism

EDSO għall-Grilji Intelliġenti

ENEL

ENTSO-E

Eurelectric

Il-Kummissjoni Ewropea

Finnish Energy

Iberdrola

National Grid

RTE - Réseau de Transport d'Électricité

Snam

Terna

Ir-rapporteur u l-uffiċċju tiegħu kkonsultaw ukoll ma':

AEGE - Asociación de empresas con gran consumo de energía

Assoċjazzjoni għall-Provvista tas-Sħana

Il-Kamra Federali tax-Xogħol Awstrijaka

CEDEC

CEEP - Central European Energy Partners (Sħab tal-Enerġija għall-Ewropa Ċentrali)

Centrica

CEWEP - Confederation of European Waste-to-Energy Plants (Konfederazzjoni ta' Impjanti Ewropej tal-Enerġija mill-Iskart)

CIA - The Chemical Industries Association (l-Assoċjazzjoni tal-Industriji tal-Kimika)

Confindustria

CRE - Ċentru tal-Enerġija Rumen

Il-Kamra tal-Kummerċ Ċeka

EDF - Électricité de France

EDISON

EirGrid

Elering

Enedis - Électricité Réseau Distribution France

ENGIE

E-ON

EPPSA - European Power Plant Suppliers Association (Assoċjazzjoni tal-Fornituri Ewropej ta' Impjanti tal-Enerġija)

ESWET - European Suppliers of Waste to Energy Technology (Fornituri Ewropej tat-Teknoloġija tal-Enerġija mill-Iskart)

ETP SmartGrids

Eugine

Euracoal

Eurofuel

European Univeristy Instutute - Florence School Of Regulation

Europex

Fortia Energia S.L.

Fortum

Geode

Il-Gvern tar-Renju tan-Netherlands

Il-Gvern tar-Repubblika Ċeka

Il-Gvern tar-Repubblika Franċiża

Il-Gvern tar-Renju tan-Norveġja

Il-Gvern tar-Renju tal-Iżvezja

Il-Gvern tar-Repubblika tal-Latvja

Il-Gvern tar-Repubblika tas-Slovakkja

Il-Gvern tar-Renju Unit

IEA - The International Energy Agency (l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija)

Netz Burgenland

Oesterreichs Energie

Rappreżentazzjoni Permanenti tal-Estonja għall-UE

Rappreżentant Permanenti tal-Italja għall-UE

L-Assoċjazzjoni Pollakka tal-Elettriku

Schneider Electric

Stadtwerke München

Svenska kraftnät

Swissgrid

T&D Europe - The European Association of the Electricity Transmission and Distribution Equipment and Services Industry (l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Industrija tat-Tagħmir u s-Servizzi tat-Trażmissjoni u d-Distribuzzjoni tal-Elettriku)

Tempus Energy Technology

TenneT

TINETZ - Tiroler Netze

Utilitalia

Verband kommunaler Unternehmen

Verbund


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

It-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku

Referenzi

COM(2016)0862 – C8-0493/2016 – 2016/0377(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.11.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

16.1.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.1.2017

ENVI

16.1.2017

IMCO

16.1.2017

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

15.12.2016

ENVI

31.1.2017

IMCO

25.1.2017

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Flavio Zanonato

2.2.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.4.2017

11.7.2017

12.10.2017

 

Data tal-adozzjoni

21.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

3

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, András Gyürk, Rebecca Harms, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cornelia Ernst, Gerben-Jan Gerbrandy, Françoise Grossetête, Werner Langen, Florent Marcellesi, Dominique Riquet, Davor Škrlec

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Keller

Data tat-tressiq

26.2.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

55

+

ALDE

Fredrick Federley, Gerben-Jan Gerbrandy, Kaja Kallas, Morten Helveg Petersen, Dominique Riquet, Lieve Wierinck

ECR

Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Evžen Tošenovský

EFDD

Dario Tamburrano

ENF

Angelo Ciocca, Barbara Kappel, Christelle Lechevalier

PPE

Bendt Bendtsen, Jerzy Buzek, Cristian-Silviu Buşoi, Christian Ehler, Françoise Grossetête, András Gyürk, Krišjānis Kariņš, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Nadine Morano, Angelika Niebler, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Hermann Winkler, Anna Záborská, Pilar del Castillo Vera

S&D

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Adam Gierek, Theresa Griffin, Eva Kaili, Jan Keller, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Dan Nica, Miroslav Poche, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

VERT/ALE

Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Florent Marcellesi, Claude Turmes, Davor Škrlec

3

-

ECR

Edward Czesak, Zdzisław Krasnodębski

EFDD

Jonathan Bullock

4

0

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Cornelia Ernst, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Marzu 2018Avviż legali