Proċedura : 2016/0378(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0040/2018

Testi mressqa :

A8-0040/2018

Dibattiti :

PV 25/03/2019 - 16
CRE 25/03/2019 - 16

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 7.8

Testi adottati :

P8_TA(2019)0228

RAPPORT     ***I
PDF 1238kWORD 131k
26.2.2018
PE 605.917v02-00 A8-0040/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (riformulazzjoni)

(COM(2016)0863 – C8-0494/2016 – 2016/0378(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Morten Helveg Petersen

(Riformulazzjoni – Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIETLI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA INPUT
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
 ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (riformulazzjoni)

(COM(2016)0863 – C8-0494/2016 – 2016/0378(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0863),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0494/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Bundestag Ġermaniż, is-Senat Franċiż u s-Senat Rumen, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Lulju 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(3),

–  wara li kkunsidra l-ittra tas-17 ta' Lulju 2017 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0040/2018),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Minkejja l-progress sinifikanti fl-integrazzjoni u fl-interkonnessjoni tas-suq intern tal-elettriku, xi Stati Membri jew reġjuni xorta għadhom iżolati jew mhumiex interkonnessi biżżejjed. Dan huwa b'mod partikolari l-każ fir-rigward ta' Stati Membri insulari u Stati Membri li jinsabu fil-periferija. Jenħtieġ li fil-ħidma tagħha, l-Aġenzija tqis is-sitwazzjoni speċifika ta' dawk l-Istati Membri jew reġjuni kif xieraq.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Minħabba l-interkonnessjoni mill-qrib tal-grilja elettrika tal-Unjoni u l-ħtieġa dejjem ikbar għal kooperazzjoni ma' pajjiżi ġirien biex tinżamm l-istabbiltà tal-grilja u biex jiġu integrati volumi kbar ta' enerġiji rinnovabbli, iċ-ċentri operattivi reġjonali se jaqdu rwol importanti fil-koordinazzjoni ta' operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni Għalhekk, fejn meħtieġ l-Aġenzija għandha tiggarantixxi s-sorveljanza regolatorja taċ-ċentri operattivi reġjonali.

(7)  Minħabba l-interkonnessjoni mill-qrib tal-grilja elettrika tal-Unjoni u l-ħtieġa dejjem ikbar għal kooperazzjoni ma' pajjiżi ġirien biex tinżamm l-istabbiltà tal-grilja u biex jiġu integrati volumi kbar ta' enerġiji rinnovabbli, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali se jaqdu rwol importanti fil-koordinazzjoni tal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni L-Aġenzija jenħtieġ li tiggarantixxi s-sorveljanza regolatorja taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali u tissorvelja l-prestazzjoni u l-konformità tagħhom mal-liġi rilevanti tal-Unjoni.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Billi partijiet kbar ta' ġenerazzjoni ġdida tal-elettriku se jiġu konnessi f'livell lokali, l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni se jaqdu rwol importanti fit-tħaddim b'mod flessibbli u effiċjenti tas-sistema Ewropea tal-elettriku.

(8)  Billi partijiet kbar ta' ġenerazzjoni ġdida tal-elettriku se jiġu konnessi f'livell lokali, l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni se jaqdu rwol importanti fit-tħaddim b'mod flessibbli u effiċjenti tas-sistema Ewropea tal-elettriku. Peress li l-Kummissjoni qed tikkunsidra t-twaqqif ta' korp ġdid fil-livell tal-Unjoni bil-ħsieb li ttejjeb il-kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni (DSOs) kif ukoll tiżviluppa aktar gwida u kodiċijiet dwar kwistjonijiet tad-DSOs, jeħtieġ jiġi żgurat li l-Aġenzija tingħata ċerta setgħat ta' sorveljanza regolartorja fuq dak il-korp.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  L-Aġenzija għandha tiżgura li l-funzjonijiet regolatorji nazzjonali li jitwettqu mill-awtoritajiet regolatorji skont [id-Direttiva dwar l-Elettriku mfassla mill-ġdid kif proposta minn COM(2016) 864/2] u d-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30 ikunu kkoordinati sewwa, u fejn meħtieġ, jiġu kkompletati fil-livell tal-Unjoni . Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu garantiti l-indipendenza tal-Aġenzija mill-produtturi tal-gass u tal-elettriku u l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, kemm jekk pubbliċi jew privati, u l-konsumaturi u li tiġi żgurata l-konformità tal-attività tagħha mal-liġi tal-Unjoni , il-kapaċità teknika u regolatorja tagħha, kif ukoll it-trasparenza tagħha, is-soġġettibilità tagħha għall-kontroll demokratiku u l-effiċjenza tagħha.

(10)  L-Aġenzija jenħtieġ li tiżgura li l-funzjonijiet regolatorji nazzjonali li jitwettqu mill-awtoritajiet regolatorji skont [id-Direttiva dwar l-Elettriku riformulata kif proposta minn COM(2016) 864/2] u d-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30 ikunu kkoordinati sewwa, u fejn meħtieġ, jiġu kkompletati fil-livell tal-Unjoni. Għal dan il-għan, jeħtieġ li tiġi garantita l-indipendenza tal-Aġenzija mill-produtturi tal-gass u tal-elettriku u l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, kemm jekk pubbliċi jew privati, u mill-konsumaturi u li tiġi żgurata l-konformità tal-attività tagħha mal-liġi tal-Unjoni, il-kapaċità teknika u regolatorja tagħha, kif ukoll it-trasparenza tagħha, is-soġġettibilità tagħha għall-kontroll demokratiku, inkluż id-dover ta' rendikont lill-Parlament Ewropew u l-effiċjenza tagħha.

__________________

__________________

30 Ara paġna 94 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

30 Ara paġna 94 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-Aġenzija għandha tissorvelja l-koperazzjoni reġjonali bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fis-setturi tal-elettriku u tal-gass kif ukoll fl-eżekuzzjoni tal-kompiti tan-Network Ewropew għall-Operaturi ta' Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Elettriku ("l-ENTSO tal-Elettriku"), u n-Network Ewropew għall-Operaturi ta' Sistemi ta' Trasżmissjoni tal-Gass ("ENTSO tal-Gass"). L-Aġenzija għandha wkoll tissorvelja l-implimentazzjoni tal-kompiti ta' entitajiet oħra b'funzjonijiet regolati li jkopru l-Unjoni kollha, bħalma huma l-iskambji tal-enerġija. L-involviment tal-Aġenzija huwa essenzjali sabiex jiġi żgurat li l-kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u l-operat ta' entitajiet oħra b'funzjonijiet fl-Unjoni kollha tipproċedi b'mod effiċjenti u trasparenti għall-benefiċċju tas-suq intern tal-elettriku u l-gass naturali.

(11)  L-Aġenzija jenħtieġ li tissorvelja l-koperazzjoni reġjonali bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fis-setturi tal-elettriku u tal-gass kif ukoll l-eżekuzzjoni tal-kompiti tan-Network Ewropew għall-Operaturi ta' Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Elettriku ("l-ENTSO tal-Elettriku"), u n-Network Ewropew għall-Operaturi ta' Sistemi ta' Trasżmissjoni tal-Gass ("ENTSO tal-Gass") u taqdi rwol fl-iżgurar tal-konformità mal-liġi tal-Unjoni. L-Aġenzija jenħtieġ li wkoll tissorvelja l-implimentazzjoni tal-kompiti ta' entitajiet oħra b'funzjonijiet regolati li jkopru l-Unjoni kollha, bħalma huma l-iskambji tal-enerġija. L-involviment tal-Aġenzija huwa essenzjali sabiex jiġi żgurat li l-kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u l-operat ta' entitajiet oħra b'funzjonijiet fl-Unjoni kollha tipproċedi b'mod effiċjenti u trasparenti għall-benefiċċju tas-suq intern tal-elettriku u l-gass naturali. L-Aġenzija jenħtieġ li tkun tista' titlob u tirċievi mill-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Bl-espansjoni tar-responsabbiltajiet operattivi tal-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass, l-entità tal-UE tal-Operaturi tas-Sistemi ta' Distribuzzjoni ("l-entità DSO tal-UE") u ċ-ċentri ta' kooperazzjoni reġjonali, jeħtieġ li tittejjeb is-superviżjoni ta' tali entitajiet li joperaw fil-livell reġjonali jew tal-Unjoni kollha. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, sabiex tissalvagwardja l-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-enerġija, l-ACER jenħtieġ li tkun kapaċi tadotta deċiżjonijiet indirizzati lil dawn l-entitajiet sabiex tiżgura li huma jikkonformaw mal-obbligi tagħhom tal-liġi dwar l-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-Aġenzija tipprovdi qafas integrat li jippermetti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jipparteċipaw u jikkooperaw. Dak il-qafas jiffaċilita l-applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern tal-elettriku u tal-gass naturali madwar l-Unjoni kollha. Fir-rigward tas-sitwazzjonijiet li jikkonċernaw aktar minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija ngħatat is-setgħa li tadotta deċiżjonijiet individwali. Dik is-setgħa għandha, taħt kondizzjonijiet speċifikati b'mod ċar , tkopri kwistjonijiet tekniċi u regolatorji li jeħtieġu koordinazzjoni reġjonali b'mod partikolari b'rabta mal-implimentazzjoni ta' kodiċijiet tan-netwerk u linji gwida, il-kooperazzjoni fi ħdan ċentri operattivi reġjonali , id-deċiżjonijiet regolatorji meħtieġa għas-sorveljanza b'mod effettiv tal-integrità u t-trasparenza tas-suq tal-operaturi, id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-infrastruttura tal-elettriku u tal-gass naturali li tikkonnettja jew li tista' tikkonnettja tal-anqas żewġ Stati Membri, u, bħala l-aħħar rimedju, eżenzjonijiet mir-regoli tas-suq intern għal interkonnetturi ġodda tal-elettriku u għall-infrastrutturi ġodda tal-gass li jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed.

(13)  L-Aġenzija tipprovdi qafas integrat li jippermetti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jipparteċipaw u jikkooperaw. Dak il-qafas jiffaċilita l-applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern tal-elettriku u tal-gass naturali madwar l-Unjoni kollha. Fir-rigward tas-sitwazzjonijiet li jikkonċernaw aktar minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija ngħatat is-setgħa li tadotta deċiżjonijiet individwali. Dik is-setgħa jenħtieġ li, taħt kondizzjonijiet speċifikati b'mod ċar, tkopri kwistjonijiet tekniċi u regolatorji li jeħtieġu koordinazzjoni reġjonali b'mod partikolari b'rabta mal-implimentazzjoni ta' kodiċijiet u linji gwida tan-netwerk, il-kooperazzjoni fi ħdan iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali, id-deċiżjonijiet regolatorji meħtieġa għas-sorveljanza b'mod effettiv tal-integrità u t-trasparenza tas-suq tal-operaturi, id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-infrastruttura tal-elettriku u tal-gass naturali li tikkonnettja jew li tista' tikkonnettja tal-anqas żewġ Stati Membri, u, bħala l-aħħar rimedju, eżenzjonijiet mir-regoli tas-suq intern għal interkonnetturi ġodda tal-elettriku u għall-infrastrutturi ġodda tal-gass li jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed. L-Aġenzija jenħtieġ li jkollha wkoll il-kapaċità li tagħti assistenza operattiva lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li wkoll jgħaddu lill-Aġenzija l-informazzjoni rilevanti għall-attivitajiet ta' sorveljanza tal-Aġenzija.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Aġenzija għandha rwol importanti fl-iżvilupp ta' Linji Gwida ta' qafas li mhumiex vinkolanti min-natura tagħhom ("linji gwida ta' qafas"). Il-kodiċijiet tan-network. għandhom ikunu konformi ma' dawk il-linji gwida . Huwa wkoll meqjus adegwat u konsistenti mal-fini tagħha, li l-Aġenzija jkollha rwol fir-reviżjoni ta' abbozzi ta' kodiċijiet tan-network sabiex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mal-linji gwida ta' qafas u tipprevedi l-grad meħtieġ ta' armonizzazzjoni , qabel ma tippreżentahom lill-Kummissjoni għall-adozzjoni.

(14)  L-Aġenzija għandha rwol importanti fl-iżvilupp ta' Linji Gwida ta' qafas li mhumiex vinkolanti min-natura tagħhom ("linji gwida ta' qafas"). Il-kodiċijiet tan-network jenħtieġ li jkunu konformi ma' dawk il-linji gwida. Huwa wkoll meqjus adegwat u konsistenti mal-fini tagħha, li l-Aġenzija jkollha rwol fir-reviżjoni u l-emendar ta' abbozzi ta' kodiċijiet tan-network sabiex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mal-linji gwida ta' qafas u tipprevedi l-grad meħtieġ ta' armonizzazzjoni, qabel ma tippreżentahom lill-Kummissjoni għall-adozzjoni.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Bl-adozzjoni ta' sett ta' linji gwida u kodiċijiet tan-netwerk li jipprevedu implimentazzjoni gradwali u raffinar ulterjuri tar-regoli komuni reġjonali u għall-Unjoni kollha, ir-rwol tal-Aġenzija fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u tal-linji gwida żdied. Il-monitoraġġ effettiv ta' linji gwida u kodiċijiet tan-netwerk huwa funzjoni ewlenija tal-Aġenzija, u għandu funzjoni kruċjali għall-implimentazzjoni tar-regoli tas-suq intern.

(15)  Bl-adozzjoni ta' sett ta' linji gwida u kodiċijiet tan-netwerk li jipprevedu implimentazzjoni gradwali u raffinar ulterjuri tar-regoli komuni reġjonali u għall-Unjoni kollha, ir-rwol tal-Aġenzija fil-monitoraġġ u fl-iżgurar tal-implimentazzjoni tal-kodiċijiet u tal-linji gwida tan-netwerk żdied. Il-monitoraġġ effettiv ta' linji gwida u kodiċijiet tan-netwerk huwa funzjoni ewlenija tal-Aġenzija, u għandu funzjoni kruċjali għall-implimentazzjoni tar-regoli tas-suq intern.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Billi l-armonizzazzjoni gradwali tas-swieq tal-enerġija tal-Unjoni tinvolvi s-sejba ta' soluzzjonijiet reġjonali fuq bażi regolari bħala pass temporanju, huwa xieraq li tiġi riflessa d-dimensjoni reġjonali tas-suq intern u li jiġu previsti mekkaniżmi ta' governanza xierqa. Ir-regolaturi responsabbli għal approvazzjonijiet reġjonali koordinati għandhom ikunu jistgħu jħejju deċiżjonijiet tal-Bord tar-Regolaturi fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' rilevanza reġjonali f'sottokumitat reġjonali tal-Bord tar-Regolaturi, sakemm dawk il-kwistjonijiet ma jkunux ta' importanza ġenerali għall-Unjoni.

(17)  Billi l-armonizzazzjoni gradwali tas-swieq tal-enerġija tal-Unjoni tinvolvi s-sejba ta' soluzzjonijiet reġjonali fuq bażi regolari bħala pass temporanju, huwa xieraq li tiġi riflessa d-dimensjoni reġjonali tas-suq intern u li jiġu previsti mekkaniżmi ta' governanza xierqa. Għalhekk l-awtoritajiet regolatorji kompetenti tar-reġjun ikkonċernat jenħtieġ li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-proposti għal termini u kundizzjonijiet jew metodoloġiji reġjonali konġunti, sakemm dawn id-deċiżjonijiet ma jkollhomx impatt tanġibbli fuq is-suq intern tal-enerġija. Id-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet li għandhom rilevanza sinifikanti lil hinn mir-reġjun ikkonċernat jenħtieġ li jittieħdu mill-Aġenzija.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  L-Aġenzija għandha, meta jkun xieraq, tikkonsulta lill-partijiet interessati u tipprovdilhom okkażjoni raġonevoli biex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti, bħalma huwa l-abbozz tal-kodiċijiet u r-regoli tan-networks.

(20)  L-Aġenzija jeħtiġilha, meta jkun xieraq, tikkonsulta lill-partijiet interessati u tipprovdilhom okkażjoni raġonevoli biex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti kollha.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-isforzi sabiex tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija.

(22)  L-Aġenzija jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-isforzi sabiex tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija u sabiex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni. Jenħtieġ li bħala korp eżekuttiv, hi tirrispetta l-aġenda strateġika dwar l-enerġija u l-klima ddeterminata mill-istituzzjonijiet li jfasslu l-politika tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  L-Aġenzija għandu jkollha s-setgħat meħtieġa biex twettaq il-funzjonijiet regolatorji tagħha b'mod effiċjenti, trasparenti, raġunat u fuq kollox indipendenti. L-indipendenza tal-Aġenzija mill-produtturi tal-elettriku u l-gass u l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u distribuzzjoni mhux biss huwa prinċipju ewlieni ta' governanza tajba, iżda wkoll kundizzjoni fundamentali biex tiġi żgurata l-fiduċja fis-suq. Mingħajr preġudizzju għall-membri tiegħu li jaġixxu f'isem l-awtoritajiet nazzjonali rispettivi tagħhom, il-Bord tar-Regolaturi għandu għalhekk jaġixxi indipendentement minn kull interess tas-suq, jevita konflitti ta' interess u m'għandux ifittex jew isegwi istruzzjonijiet jew jaċċetta rakkomandazzjonijiet minn gvern ta' xi Stat Membru, minn istituzzjonijiet tal-Unjoni jew minn entità jew persuna pubblika jew privata oħra. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tar-Regolaturi għandhom, fl-istess ħin, jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni li tirrigwarda l-enerġija, bħas-suq intern tal-enerġija, l-ambjent u l-kompetizzjoni. lI-Bord tar-Regolaturi għandu jirrapporta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tiegħu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni .

(26)  L-Aġenzija jenħtieġ li jkollha s-setgħat meħtieġa biex twettaq il-funzjonijiet regolatorji tagħha b'mod effiċjenti, trasparenti, raġunat u fuq kollox indipendenti. L-indipendenza tal-Aġenzija mill-produtturi tal-elettriku u l-gass u l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u distribuzzjoni kif ukoll minn organizzazzjonijiet oħra li jippromwovu l-interessi tar-regolaturi nazzjonali mhux biss hija prinċipju ewlieni ta' governanza tajba, iżda wkoll kundizzjoni fundamentali biex tiġi żgurata l-fiduċja fis-suq. Mingħajr preġudizzju għall-membri tiegħu li jaġixxu f'isem l-awtoritajiet nazzjonali rispettivi tagħhom, il-Bord tar-Regolaturi għandu għalhekk jaġixxi indipendentement minn kull interess tas-suq, jevita konflitti ta' interess u m'għandux ifittex jew isegwi istruzzjonijiet jew jaċċetta rakkomandazzjonijiet minn gvern ta' xi Stat Membru, minn istituzzjonijiet tal-Unjoni jew minn entità jew persuna pubblika jew privata oħra. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tar-Regolaturi jenħtieġ li, fl-istess ħin, jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni li tirrigwarda l-enerġija, bħas-suq intern tal-enerġija, l-ambjent u l-kompetizzjoni. Il-Bord tar-Regolaturi jenħtieġ li jirrapporta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tiegħu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Jenħtieġ li d-deċiżjonijiet tal-Aġenzija jkunu vinkolanti, filwaqt li l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha jenħtieġ li jitqiesu bis-sħiħ mill-ENTSO tal-Elettriku, mill-ENTSO tal-gass, mill-entità DSO tal-UE, mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, miċ-ċentri operattivi reġjonali u mill-operaturi nnominati tas-suq tal-elettriku.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  L-Aġenzija għandha teżerċita s-setgħat tagħha ta' teħid ta' deċiżjonijiet f'konformità mal-prinċipji ta' teħid ta' deċiżjonijiet ġusti, trasparenti u raġonevoli. Ir-regoli proċedurali kollha tal-Aġenzija għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli ta' proċeduri tagħha.

(28)  L-Aġenzija jenħtieġ li teżerċita s-setgħat tagħha ta' teħid ta' deċiżjonijiet f'konformità mal-prinċipji ta' teħid ta' deċiżjonijiet ġusti, trasparenti u raġonevoli. Il-proċeduri kollha tal-Aġenzija jenħtieġ li jsegwu regoli ta' proċeduri adegwati. Ir-regoli proċedurali kollha tal-Aġenzija jenħtieġ li jiġu stabbiliti fir-regoli ta' proċeduri tagħha.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  L-Aġenzija għandha tkun iffinanzjata prinċipalment mill-baġit ġenerali tal-Unjoni , minn tariffi u minn kontributi volontarji. B'mod partikolari, ir-riżorsi li attwalment joffru l-awtoritajiet regolatorji għall-kooperazzjoni tagħhom fil-livell tal-Unjoni għandhom jibqgħu disponibbli għall-Aġenzija. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tibqa' applikabbli sakemm tikkonċerna kwalunkwe sussidju li għandu jitħallas mill-baġit ġenerali tal-Unjoni . Barra minn hekk, l-ivverifikar tal-kontijiet għandu jsir minn awditur estern indipendenti konformement mal-Artikolu 107 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/201333.

(29)  L-Aġenzija jenħtieġ li jkollha r-riżorsi xierqa biex twettaq il-kompiti tagħha. L-Aġenzija jenħtieġ li tkun iffinanzjata prinċipalment mill-baġit ġenerali tal-Unjoni , minn tariffi u minn kontributi volontarji. B'mod partikolari, ir-riżorsi li attwalment joffru l-awtoritajiet regolatorji għall-kooperazzjoni tagħhom fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jibqgħu disponibbli għall-Aġenzija. L-Aġenzija jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tiġbor tariffi għal uħud mill-attivitajiet tagħha. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni jenħtieġ li tibqa' applikabbli sakemm tikkonċerna kwalunkwe sussidju li għandu jitħallas mill-baġit ġenerali tal-Unjoni . Barra minn hekk, l-ivverifikar tal-kontijiet jenħtieġ li jsir minn awditur estern indipendenti konformement mal-Artikolu 107 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/201333.

__________________

__________________

33 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

33 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a)  Il-baġit tal-Aġenzija jenħtieġ li jitħejja bi qbil mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet u r-riżultati mistennija tal-kompiti tagħha.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Il-baġit tal-Aġenzija għandu jiġi evalwat mill-awtorità baġitarja fuq bażi kontinwa, b'referenza għall-ammont ta' xogħol tal-Aġenzija u l-prestazzjoni tagħha. L-awtorità baġitarja għandha tiżgura li jintlaħqu l-aħjar standards ta' effiċjenza.

(30)  Il-baġit tal-Aġenzija jenħtieġ li jiġi evalwat mill-awtorità baġitarja fuq bażi kontinwa, b'referenza għall-ammont ta' xogħol tal-Aġenzija, għall-prestazzjoni tagħha u għall-objettiv li taħdem favur suq intern tal-enerġija u tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-enerġija għall-benefiċċju tal-konsumaturi fl-Unjoni. L-awtorità baġitarja jenħtieġ li tiżgura li jintlaħqu l-aħjar standards ta' effiċjenza.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Permezz tal-kooperazzjoni bejn ir-regolaturi nazzjonali fi ħdan l-Aġenzija, jidher b'mod evidenti li d-deċiżjonijiet ta' maġġornaza huma prerekwiżit ewlieni għall-ksib ta' progress fi kwistjonijiet li jikkonċernaw is-suq intern tal-enerġija u li għandhom effetti ekonomiċi sinifikanti f'diversi Stati Membri. Għalhekk, ir-regolaturi nazzjonali għandhom jivvutaw b'maġġoranza sempliċi fil-Bord tar-Regolaturi.

(34)  Permezz tal-kooperazzjoni bejn ir-regolaturi nazzjonali fi ħdan l-Aġenzija, jidher b'mod evidenti li d-deċiżjonijiet ta' maġġornaza huma prerekwiżit ewlieni għall-ksib ta' progress fi kwistjonijiet li jikkonċernaw is-suq intern tal-enerġija u li għandhom effetti ekonomiċi sinifikanti f'diversi Stati Membri. Għalhekk, ir-regolaturi nazzjonali jenħtieġ li jivvutaw b'maġġoranza ta' żewġ terzi fil-Bord tar-Regolaturi. Jenħtieġ li l-Aġenzija tinżamm responabbli għad-deċiżjonijiet li tieħu fil-konfront tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, kif xieraq.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 37a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(37a)  Id-Deċiżjoni 2009/913/UE meħuda bi ftehim komuni bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri1a tipprevedi li l-Aġenzija għandu jkollha s-sede f'Ljubljana, is-Slovenja. Is-sede tal-Aġenzija hija ċ-ċentru tal-attivitajiet tagħha u tal-funzjonijiet statutorji tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li l-laqgħat tal-organi statutorji jsiru fis-sede.

 

__________________

 

1aId-Deċiżjoni 2009/913/UE meħuda bi ftehim komuni bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri fis-7 ta' Diċembru 2009 dwar il-post tas-sede tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 322, 9.12.2009, p. 39).

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  L-Istat Membru ospitanti tal-Aġenzija għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex ikun żgurat it-tħaddim bla xkiel u effiċjenti tal-Aġenzija, inklużi edukazzjoni multilingwi orjentata lejn l-Ewropa u konnessjonijiet ta' trasport xierqa.

(38)  Il-Ftehim dwar is-Sede bejn il-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja u l-Aġenzija ġie konkluż fis-26 ta' Novembru 2010 u daħal fis-seħħ fl-10 ta' Jannar 2011 u arranġamenti speċifiċi oħra jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 713/2009 u 863/2016.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 38a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tħeġġeġ u tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fis-setturi kollha fejn ikun rilevanti, b'mod speċjali fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta u tal-privatezza.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-għan tal-Aġenzija għandu jkun li tgħin lill-awtoritajiet regolatorji msemmija fl-Artikolu 57 tad-[id-Direttiva dwar l-Elettriku mfassla mill-ġdid kif proposta minn COM(2016) 864/2] u l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fl-eżerċizzju fil-livell tal-Unjoni tal-kompiti regolatorji mwettqa fl-Istati Membri u, fejn ikun meħtieġ, li tikkoordina l-azzjonijiet tagħhom.

2.  L-għan tal-Aġenzija għandu jkun li tgħin lill-awtoritajiet regolatorji msemmija fl-Artikolu 57 tad-[id-Direttiva dwar l-Elettriku riformulata kif proposta minn COM(2016) 864/2] u l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fl-eżerċizzju fil-livell tal-Unjoni tal-kompiti regolatorji mwettqa fl-Istati Membri u, fejn ikun meħtieġ, li tikkoordina l-azzjonijiet tagħhom, tagħmilha ta' medjatriċi u ssolvi n-nuqqas ta' qbil bejniethom kif ukoll tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' prattiki regolatorji u superviżorji komuni bi kwalità għolja u li tiżgura l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effettiva tal-atti legali tal-Unjoni sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE dwar il-klima u l-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, jenħtieġ li l-Aġenzija taġixxi b'mod indipendenti u oġġettiv u fl-interess uniku tal-Unjoni. L-Aġenzija għandha tieħu deċiżjonijiet awtonomi, b'mod indipendenti minn interessi privati u korporattivi, u għandu jkollha allokazzjonijiet baġitarji annwali separati, b'awtonomija fl-implimentazzjoni tal-baġit allokat, u riżorsi umani u finanzjarji adegwati biex twettaq il-kompiti tagħha b'mod effettiv.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tagħti opinjonijiet u tagħmel rakkomandazzjonijiet indirizzati lil operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, lil ċentri operattivi reġjonali u lil operaturi nominati tas-suq tal-elettriku ;

(a)  tagħti opinjonijiet u tagħmel rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, lill-ENTSO tal-Elettriku, lill-ENTSO tal-gass, lill-entità DSO tal-UE, liċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali u lill-operaturi nominati tas-suq tal-elettriku;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  tieħu d-deċiżjonijiet individwali f'każijiet speċifiċi kif jissemma fl-Artikoli 6, 8, u 11 ta' dan ir-Regolament ,

(d)  tieħu d-deċiżjonijiet f'każijiet speċifiċi kif jissemma f'dan ir-Regolament;

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-gass, l-entità DSO tal-UE, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali u l-operaturi nnominati tas-suq elettriku għandhom jagħtu l-akbar konsiderazzjoni u jagħmlu kull sforz biex jikkonformaw mal-opinjonijiet u mar-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija indirizzati lilhom skont dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kompiti  tal-Aġenzija fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni

Kompiti tal-Aġenzija fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-abbozz ta' statuti, il-lista ta' membri u l-abbozz tar-regoli ta' proċedura tal-ENTSO tal-Elettriku b'konformità mal-Artikolu 26 (2) tar-[OP: ir-Regolament dwar l-Elettriku mfassal mill-ġdid kif propost minn COM(2016) 861/2] u l-Artikoli tal-ENTSO tal-Gass b'konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

1.  L-Aġenzija għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-abbozz ta' statuti, il-lista ta' membri u l-abbozz tar-regoli ta' proċedura tal-ENTSO tal-Elettriku b'konformità mal-Artikolu 26(2) tar-[OP: ir-Regolament dwar l-Elettriku riformulat kif propost minn COM(2016) 861/2], u dwar l-entità DSO tal-UE bi qbil mal-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) .... [OP: ir-Regolament dwar l-Elettriku riformulat kif propost minn COM(2016) 861/2] u l-Artikoli tal-ENTSO tal-Gass b'konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  lill-ENTSO tal-Elettriku skont l-Artikolu 27(1)(a) tar-[ir-Regolament dwar l-Elettriku mfassal mill-ġdid kif propost minn COM(2016) 861/2] kif ukoll lill-ENTSO tal-Gass skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 dwar il-kodiċijiet tan-network; kif ukoll

(a)  lill-ENTSO tal-Elettriku skont l-Artikolu 27(1)(a) tar-[ir-Regolament dwar l-Elettriku riformulat kif propost minn COM(2016) 861/2] kif ukoll lill-ENTSO tal-Gass skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 dwar il-kodiċijiet tan-network;

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  lill-ENTSO tal-Elettriku skont l-Artikolu 27(1) (b) u (h) tar-[ir-Regolament dwar l-Elettriku mfassal mill-ġdid kif propost minn COM(2016) 861/2] kif ukoll lill-ENTSO tal-Gass skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 dwar l-abbozz ta' programm annwali ta' xogħol, dwar l-abbozz tal-pjan ta' żvilupp tan-network għall- Unjoni kollha u d-dokumenti relevanti l-oħra li jirreferi għalihom l-Artikolu 27(1) tar-[ir-Regolament dwar l-Elettriku mfassal mill-ġdid kif propost minn COM(2016) 861/2] u l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet ta' non-diskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament effiċjenti u sikur tas-suq intern tal-elettriku u tal-gass naturali.

(b)  lill-ENTSO tal-Elettriku skont l-Artikolu 27(1) (b) u (h) tar-[ir-Regolament dwar l-Elettriku riformulat kif propost minn COM(2016) 861/2] kif ukoll lill-ENTSO tal-Gass skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 dwar l-abbozz ta' programm annwali ta' xogħol, dwar l-abbozz tal-pjan ta' żvilupp tan-network għall-Unjoni kollha u d-dokumenti relevanti l-oħra li jirreferi għalihom l-Artikolu 27(1) tar-[ir-Regolament dwar l-Elettriku riformulat kif propost minn COM(2016) 861/2] u l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet tan-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament effiċjenti u sikur tas-suq intern tal-elettriku u tal-gass naturali; kif ukoll

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  lill-entità tal-UE għad-DSO dwar l-abbozz tal-programm ta' ħidma annwali u dokumenti rilevanti oħra msemmija fl-Artikolu 51(1) u (2) tar-Regolament (UE) .... [ir-Regolament dwar l-Elettriku riformulat kif propost minn COM(2016) 861/2], filwaqt li tqis l-għanijiet tan-nondiskriminazzjoni, tal-kompetizzjoni effettiva u tal-funzjonament effiċjenti u sikur tas-swieq interni tal-elettriku u tal-gass naturali.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-Aġenzija tista' toħroġ deċiżjonijiet indirizzati lill-ENTSO tal-Elettriku, lill-ENTSO tal-Gass u l-entità DSO tal-UE sabiex tesiġi li dawn jikkonformaw mal-obbligi tagħhom kif speċifikat

 

(a)   f'dan ir-Regolament;

 

(b)   fir-Regolament (KE) Nru 715/2009 u r-Regolament (UE) .../... [riformulazzjoni proposta tar-Regolament dwar l-Elettriku, COD(2016)0379];

 

(c)   fil-kodiċijiet tan-netwerk adottati skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 u l-Artikoli 54 u 55 tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar l-Elettriku propost, COD(2016)0379];

 

(d)   fil-linji gwida adottati skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 u l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar l-Elettriku propost, COD(2016)0379];

 

(e)   fir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

 

(f)   fir-Regolament (UE) ... [ir-Regolament dwar it-Tħejjija għar-Riskji kif propost minn COM(2016) 862]

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  L-Aġenzija għandha toħroġ deċiżjoni skont il-paragrafu 4a biss fejn:

 

(a)   in-nuqqas ta' konformità jaffettwa t-tħaddim effiċjenti tas-suq intern tal-enerġija; kif ukoll

 

(b)   l-ebda awtorità kompetenti ma tkun ħadet miżuri, jew il-miżuri meħudin minn awtorità kompetenti waħda jew aktar ma kinux biżżejjed biex jiżguraw il-konformità.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4c.  Wara talba mill-Aġenzija, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass u l-entità DSO tal-UE għandhom jagħtu lill-Aġenzija l-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  tissorvelja u tanalizza l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network u tal- linji gwida adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 55(12) tar-[ir-Regolament dwar l-Elettriku mfassal mill-ġdid kif propost minn COM(2016) 861/2] u l-Artikolu 6(11) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 u l-effett tagħhom fuq l-armonizzazzjoni ta' regoli applikabbli maħsuba sabiex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tas-suq kif ukoll fuq in-nondiskriminazzjoni, fuq il-kompetizzjoni effettiva u fuq il-funzjonament effiċjenti tas-suq, u tirrapporta lill-Kummissjoni.

(e)  tissorvelja u tanalizza l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u tal- linji gwida adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 55(12) tar-[ir-Regolament dwar l-Elettriku riformulat kif propost minn COM(2016) 861/2] u l-Artikolu 6(11) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 u l-effett tagħhom fuq l-armonizzazzjoni ta' regoli applikabbli maħsuba sabiex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tas-suq kif ukoll fuq in-nondiskriminazzjoni, fuq il-kompetizzjoni effettiva u fuq il-funzjonament effiċjenti tas-suq, u tirrapporta lill-Kummissjoni. L-Aġenzija tista' wkoll toħroġ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 4(4a) ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'każijiet fejn il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida żviluppati skont il-Kapitolu VII tar-[ir-Regolament dwar l-Elettriku mfassal mill-ġdid kif propost minn COM(2016) 861/2] jipprevedu l-iżvilupp ta' proposti għal termini u kundizzjonijiet jew metodoloġiji għall-implimentazzjoni ta' dawk il-kodiċijiet tan-netwerk u linji gwida li jeħtieġu approvazzjoni regolatorja mill-awtoritajiet regolatorji kollha jew mir-regolaturi kollha tar-reġjun ikkonċernat, it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija għal reviżjoni u approvazzjoni. Qabel tapprova t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji, l-Aġenzija għandha tirrevedihom u temendahom fejn meħtieġ sabiex jiġi żgurat li jkunu konformi mal-għan tal-kodiċijiet tan-netwerk jew tal-linji gwida u li jikkontribwixxu lejn l-integrazzjoni tas-suq, lejn in-nondiskriminazzjoni u lejn il-funzjonament effiċjenti tas-suq. Għandha tapplika l-proċedura għall-koordinazzjoni tal-kompiti reġjonali skont l-Artikolu 7.

2.  F'każijiet fejn il-kodiċijiet u l-linji gwida tan-netwerk żviluppati skont il-Kapitolu VII tar-[ir-Regolament dwar l-Elettriku riformulat kif propost minn COM(2016) 861/2] jipprevedu l-iżvilupp ta' proposti għal termini u kundizzjonijiet jew metodoloġiji għall-implimentazzjoni ta' dawk il-kodiċijiet u linji gwida tan-netwerk li jeħtieġu approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri kollha, it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji proposti għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija għal reviżjoni u approvazzjoni.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  F'każijiet fejn il-kodiċijiet u l-linji gwida tan-netwerk żviluppati skont il-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) .../... [riformulazzjoni proposta tar-Regolament dwar l-Elettriku, COD(2016)0379] jipprevedu l-iżvilupp ta' proposti għal termini u kundizzjonijiet reġjonali konġunti jew metodoloġiji għall-implimentazzjoni tal-kodiċijiet u linji gwida tan-netwerk li jirrikjedu approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji kollha tar-reġjun ikkonċernat, it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji proposti għandhom jiġu nnotifikati lill-Aġenzija.

 

Fi żmien xahar minn tali notifika, id-Direttur jista', fuq inizjattiva tiegħu jew tagħha, wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tar-Regolaturi, jew fuq talba tal-Bord tar-Regolaturi, jirrikjedi lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ikkonċernat jirreferu l-proposta lill-Aġenzija għall-approvazzjoni fejn il-proposta jkollha impatt tanġibbli fuq is-suq intern tal-enerġija.

 

Proposta għandha titqies li jkollha impatt tanġibbli fuq is-suq intern tal-enerġija fejn din:

 

(i)   ikollha impatt tanġibli fuq il-konsumaturi finali lil hinn mir-reġjun ikkonċernat, jew

 

(ii)   taffettwa b'mod sinifikanti l-interessi tal-enerġija tal-Unjoni lil hinn mir-reġjun ikkonċernat.

 

F'dawn il-każijiet, jew f'każijiet imsemmija fl-Artikolu 6(8)(a) u (b) l-Aġenzija għandha tieħu deċiżjoni fil-perjodu speċifikat fil-kodiċijiet u fil-linji gwida rilevanti tan-netwerk. Dak il-perjodu għandu jibda fil-jum ta' wara dak li fih il-proposta tkun ġiet notifikata.

 

Qabel tapprova t-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji, l-Aġenzija għandha tirrevedihom u temendahom fejn meħtieġ sabiex jiġi żgurat li jkunu konformi mal-għan tal-kodiċi jew tal-linja gwida tan-netwerk u li jikkontribwixxu lejn l-integrazzjoni tas-suq, lejn in-nondiskriminazzjoni u lejn il-funzjonament xieraq tas-suq.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fil-kuntest tar-rieżami taż-żona tal-offerti, l-Aġenzija għandha tapprova u tista' titlob emendi fil-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet li jkunu se jintużaw fil-proċess ta' rieżami taż-żona tal-offerti skont l-Artikolu 13(3) tar-[ir-Regolament dwar l-Elettriku mfassal mill-ġdid kif propost minn COM(2016) 861/2].

3.  Il-proċess ta' rieżami taż-żona tal-offerti għandu jitwettaq skont l-Artikolu 13(3) ta' [ir-Regolament dwar l-Elettriku riformulat kif propost minn COM(2016) 861/2].

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Skont il-programm ta' ħidma tagħha, fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea jew fuq inizjattiva tagħha stess , l-Aġenzija tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jgħinu lill-awtoritajiet regolatorji u l-atturi fis-suq jaqsmu bejniethom prassi tajba.

2.  Skont il-programm ta' ħidma tagħha, fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea jew fuq inizjattiva tagħha stess, l-Aġenzija tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex tgħin lill-awtoritajiet regolatorji u l-atturi fis-suq jaqsmu bejniethom prassi tajba u jiżguraw konformità sħiħa mar-regolamentazzjoni eżistenti.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Aġenzija tista' tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-indipendenza jew in-nuqqas ta' riżorsi u kapaċitajiet tekniċi ta' xi awtorità regolatorja nazzjonali partikolari bl-inizjattiva tagħha stess.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija għandha tipprovdi qafas li fih ikunu jistgħu jikkoperaw l-awtoritajiet regolaturi nazzjonali. Hija għandha tippromwovi kooperazzjoni fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u fost l-awtoritajiet regolatorji fil-livell reġjonali u tal-Unjoni sabiex tiżgura l-interoperabbiltà, il-komunikazzjoni u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni reġjonali f'dawk l-oqsma li għadhom mhumiex armonizzati fil-livell tal-Unjoni , u għandha tqis l-eżitu ta' din il-kooperazzjoni meta tkun qed tifformula l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħha. Fejn tqis li jkunu meħtieġa regoli li jorbtu dwar tali kooperazzjoni, l-Aġenzija għandha tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kummissjoni.

3.  L-Aġenzija għandha tipprovdi qafas li fih ikunu jistgħu jikkoperaw l-awtoritajiet regolaturi nazzjonali sabiex tiżgura teħid tad-deċiżjonijiet effiċjenti dwar kwistjonijiet b'rilevanza transkonfinali. Hija għandha tippromwovi kooperazzjoni fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u fost l-awtoritajiet regolatorji fil-livell reġjonali u tal-Unjoni sabiex tiżgura l-interoperabbiltà, il-komunikazzjoni u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni reġjonali f'dawk l-oqsma li għadhom mhumiex armonizzati fil-livell tal-Unjoni, u għandha tqis l-eżitu ta' din il-kooperazzjoni meta tkun qed tifformula l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħha. Fejn tqis li jkunu meħtieġa regoli li jorbtu dwar tali kooperazzjoni, l-Aġenzija għandha tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fuq talba ta' kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali jew fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tagħti opinjoni fattwali rigward il-konformità ta' deċiżjoni meħuda minn awtorità regolatorja mal-Linji Gwida msemmija fid-[id-Direttiva dwar l-Elettriku mfassla mill-ġdid kif propost minn COM(2016) 864/2], fid-Direttiva 2009/73/KE, fir-[ir-Regolament dwar l-Elettriku mfassal mill-ġdid kif propost minn COM(2016) 861/2] jew fir-Regolament (KE) Nru 715/2009 jew f'dispożizzjonijiet relevanti oħrajn ta' dawn id-Direttivi jew Regolamenti.

4.  Fuq talba ta' awtorità regolatorja nazzjonali waħda jew aktar jew fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tagħti opinjoni fattwali rigward il-konformità ta' deċiżjoni meħuda minn awtorità regolatorja mal-Linji Gwida msemmija fid-[id-Direttiva dwar l-Elettriku riformulata kif propost minn COM(2016) 864/2], fid-Direttiva 2009/73/KE, fir-[ir-Regolament dwar l-Elettriku riformulat kif propost minn COM(2016) 861/2] jew fir-Regolament (KE) Nru 715/2009 jew f'dispożizzjonijiet relevanti oħrajn ta' dawn id-Direttivi jew Regolamenti.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Fuq talba ta' awtorità regolatorja nazzjonali, l-Aġenzija tista' tiddeċiedi li tagħti assistenza operattiva lil awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata fl-investigazzjoni, inkluż għall-iskop ta' infurzar fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità mar-regoli relatati mal-abbuż tas-suq, mal-manipulalazzjoni tas-suq u ma' informazzjoni privileġġjata, skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa, ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1;

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Aġenzija għandha tiddeċiedi dwar it-termini u l-kondizzjonijiet għal aċċess u s-sigurtà operattiva għall-infrastruttura tal-elettriku u tal-gass li tikkollega jew li tista' tikkollega tal-anqas żewġ Stati Membri, ("infrastruttura transkonfinali"), konformement mal-paragrafu 8.

7.  L-Aġenzija għandha tiddeċiedi dwar it-termini u l-kondizzjonijiet għal aċċess u s-sigurtà operattiva għall-infrastruttura tal-elettriku u tal-gass li tikkollega jew li tista' tikkollega tal-anqas żewġ Stati Membri, ("infrastruttura transkonfinali"), konformement mal-paragrafi 8, 9 u 10.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10a.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[…]

imħassar

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kompiti tal-Aġenzija fir-rigward taċ-ċentri operattivi reġjonali

Il-kompiti tal-Aġenzija fir-rigward taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mal-ENTSO, għandha tissorvelja u tanalizza l-prestazzjoni taċ-ċentri operattivi reġjonali, filwaqt li tqis ir-rapporti previsti fl- [l-Artikolu 43(4) tar-Regolament dwar l-Elettriku mfassal mill-ġdid kif propost minn COM(2016) 861/2].

1.  L-Aġenzija, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mal-ENTSO, għandha tissorvelja u tanalizza l-prestazzjoni u l konformità taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali, filwaqt li tqis ir-rapporti previsti fl-[Artikolu 43(4) tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar l-Elettriku riformulat kif propost minn COM(2016) 861/2 u l-konformità tagħhom skont l-obbligi tar-Regolament (UE) .../...]. [ir-Regolament dwar l-Elettriku riformulat kif propost mill-COM(2016) 861/2], il-kodiċijiet tan-netwerk adottati skont l-Artikoli 54 u 55 tiegħu u l-linji gwida adottati skont l-Artikolu 57 tiegħu.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  titlob, fejn xieraq, informazzjoni minn ċentri operattivi reġjonali skont l-Artikolu 43 tar-[ir-Regolament dwar l-Elettriku mfassal mill-ġdid kif propost minn COM(2016) 861/2];

(b)  titlob, fejn xieraq, informazzjoni minn ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 43 tar-[ir-Regolament dwar l-Elettriku riformulat kif propost minn COM(2016) 861/2];

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  toħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet lil ċentri operattivi reġjonali.

(d)  toħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet lil ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Aġenzija tista' toħroġ deċiżjonijiet indirizzati liċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali li fihom tesiġi li dawn jikkonformaw mal-obbligi tagħhom kif speċifikat

 

(a)   fir-Regolament (UE) ... [riformulazzjoni proposta tar-Regolament dwar l-Elettriku, COD(2016)0379];

 

(b)   fil-kodiċijiet tan-netwerk adottati skont l-Artikoli 54 u 55 tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar l-Elettriku propost, COD(2016)0379];

 

(c)   fil-linji gwida adottati skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar l-Elettriku propost, COD(2016) 0379].

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  L-Aġenzija għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 2a biss fejn:

 

(a)   in-nuqqas ta' konformità jaffettwa t-tħaddim effiċjenti tas-suq intern tal-enerġija; kif ukoll

 

(b)   l-ebda awtorità kompetenti ma tkun ħadet miżuri, jew il-miżuri meħudin minn awtorità kompetenti waħda jew aktar ma kinux biżżejjed biex jiżguraw il-konformità.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-proposti għal metodoloġiji u kalkoli relatati mal-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi skont l-Artikolu 19(2), (3) u (5) tar-[ir-Regolament dwar l-Elettriku mfassal mill-ġdid kif propost minn COM(2016) 861/2].

(a)  il-proposti għal metodoloġiji u kalkoli relatati mal-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi skont l-Artikolu 19(2), (3) u (5) tar-[ir-Regolament dwar l-Elettriku riformulat kif propost minn COM(2016) 861/2] kif ukoll ir-riżultati tal-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi skont l-Artikolu 19(6) tar-Regolament (UE) .... [ir-Regolament dwar l-Elettriku riformulat kif propost minn COM(2016) 861/2]

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jissorveljaw is-swieq tal-operaturi, jiġbru dejta u jirreġistraw lill-parteċipanti fis-suq skont l-Artikoli 7 sa 9 tar-Regolament (UE) Nru 1227/201137;

(a)  jissorveljaw is-swieq tal-operaturi, inklużi s-swieq reġjonali, jiġbru u jikkondividu dejta u jistabbilixxu reġistru Ewropew ta' parteċipanti fis-suq skont l-Artikoli 7 sa 12 tar-Regolament (UE) Nru 1227/201137;

__________________

__________________

37Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1–16).

37Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1–16).

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Salvagwardji proċedurali għal destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija

 

1.  Qabel ma tieħu d-deċiżjonijiet previsti f'dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjonijiet u għandha tistedinhom iressqu osservazzjonijiet sa skadenza partikolari, filwaqt li titqies bis-sħiħ l-urġenza, il-kumplessità u l-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni.

 

2.   Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija għandhom ikunu kompletament motivati sabiex ikun jista' jsir appell fuq il-merti.

 

3.  Il-partijiet ikkonċernati għandhom jiġu infurmati dwar ir-rimedji legali disponibbli biex jikkontestaw id-deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament.

 

4.  L-Aġenzija għandha tadotta u tippubblika regoli ta' proċedura adegwati u proporzjonati dwar il-kompiti tal-Aġenzija kif stipulat fil-Kapitolu 1. Għad-deċiżjonijiet kollha tal-Aġenzija, ir-regoli ta' proċedura għandhom tal-anqas jistabbilixxu l-istandards speċifikati fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu u għandhom jiżguraw proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet trasparenti u raġonevoli, li jiggarantixxi d-drittijiet proċedurali fundamentali bbażati fuq l-istat tad-dritt. Għall-kompiti l-oħra kollha tal-Aġenzija skont il-Kapitolu I, ir-regoli ta' proċedura għandhom tal-anqas jiżguraw li d-drittijiet proċedurali fundamentali jiġu ggarantiti.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija, b'kopereazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, mal-Istati Membri u mal-awtoritajiet nazzjonali relevanti, inklużi l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u bla ħsara għall-kompetenzi tal-awtoritajiet għall-kompetizzjoni, għandha timmonitorja s-swieq tal-operaturi u tal-konsumaturi tal-elettriku u tal-gass naturali, b'mod partikulari l-prezzijiet bl-imnut tal-elettriku u tal-gass naturali, il-konformità mad-drittijiet tal-konsumaturi stabbiliti fid-[id-Direttiva dwar l-Elettriku mfassla mill-ġdid kif propost minn COM(2016) 864/2] u d-Direttiva 2009/73/KE, aċċess għan-networks inkluż l-aċċess għal elettriku li jkun prodott minn sorsi ta' enerġija li jiġġeddu, ostakoli potenzjali għall-kummerċ transkonfinali, interventi mill-istat li jipprevjenu l-prezzijiet milli jirriflettu l-iskarsezza proprja, il-prestazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi kif imsemmi fl-Artikolu 19 tar-[ir-Regolament dwar l-Elettriku mfassal mill-ġdid], b'mod partikolari b'kont meħud tal-evalwazzjoni ex-post imsemmija fl-Artikolu 16 tar-[ir-Regolament dwar it-Tħejjija għar-Riskji kif propost minn COM(2016) 862]. .

1.  L-Aġenzija, b'kopereazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, mal-Istati Membri u mal-awtoritajiet nazzjonali relevanti, inklużi l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u bla ħsara għall-kompetenzi tal-awtoritajiet għall-kompetizzjoni, għandha timmonitorja s-swieq tal-operaturi u tal-konsumaturi tal-elettriku u tal-gass naturali, b'mod partikulari l-prezzijiet bl-imnut tal-elettriku u tal-gass naturali, il-konformità mad-drittijiet tal-konsumaturi stabbiliti fid-[id-Direttiva dwar l-Elettriku riformulata kif propost minn COM(2016) 864/2] u d-Direttiva 2009/73/KE, l-impatt tal-iżviluppi tas-suq fuq l-aċċess tal-klijenti domestiċi għan-networks inkluż l-aċċess għal elettriku li jkun prodott minn sorsi ta' enerġija li jiġġeddu, il-progress li sar fir-rigward tal-interkonnessjonijiet, l-ostakoli potenzjali għall-kummerċ transkonfinali, l-ostakli regolatorji għal parteċipanti ġodda u parteċpanti żgħar fis-suq inklużi komunitajiet tal-enerġija, interventi mill-istat li jipprevjenu l-prezzijiet milli jirriflettu l-iskarsezza proprja, il-prestazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi kif imsemmi fl-Artikolu 19 tar-[ir-Regolament dwar l-Elettriku riformulat], b'mod partikolari b'kont meħud tal-evalwazzjoni ex post imsemmija fl-Artikolu 16 tar-[ir-Regolament dwar it-Tħejjija għar-Riskji kif propost minn COM(2016) 862].

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Aġenzija tista' titlob lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, lill-ENTSO tal-Elettriku, lill-ENTSO tal-Gass, liċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali, lill-entità DSO tal-UE u lill-operaturi nominati tas-suq tal-elettriku biex jagħmlu disponibbli kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-fini tat-twettiq tal-monitoraġġ skont dan l-Artikolu. Għal dak il-għan l-Aġenzija għandu jkollha s-setgħa li toħroġ deċiżjonijiet. Fid-deċiżjonijiet tagħha l-Aġenzija għandha tagħmel referenza għall-bażi legali li permezz tagħha l-informazzjoni hija mitluba, it-terminu ta' żmien li fih l-informazzjoni għandha tiġi provduta, u l-għan tat-talba. L-Aġenzija għandha tuża l-informazzjoni kunfidenzjali li tirċievi skont dan l-Artikolu għall-finijiet biss li twettaq il-kompiti assenjati lilha f'dan ir-Regolament. L-Aġenzija għandha tiżgura protezzjoni xierqa tad-dejta tal-informazzjoni kollha skont l-Artikolu 41.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija tista' tistabbilixxi uffiċċji lokali fl-Istati Membri, soġġett għall-kunsens tagħhom u skont l-Artikolu 25(j).

L-Aġenzija tista' tistabbilixxi uffiċċji lokali fl-Istati Membri, skont l-Artikolu 25(k).

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Amministrazzjoni għandhom ikunu adottati fuq il-bażi ta' maġġoranza sempliċi tal-membri preżenti, sakemm dan ir-Regolament ma jipprevedix mod ieħor. Kull membru tal-Bord Amministrattiv jew is-supplenti tiegħu għandu jkollu vot wieħed.

5.  Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Amministrazzjoni għandhom ikunu adottati fuq il-bażi ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti, sakemm dan ir-Regolament ma jipprevedix mod ieħor. Kull membru tal-Bord tal-Amministrazzjoni jew, fin-nuqqas tiegħu jew tagħha, is-supplenti għandu jkollu vot wieħed.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni għandhom jintrabtu li jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess pubbliku Għal dan il-għan, kull membru għandu jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-impenji u dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-interessi li jindikaw jew in-nuqqas ta' kull interess li jista' jiġi meqjus li jippreġudika l-indipendenza tiegħu jew kull interess dirett jew indirett li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tiegħu. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi ta' kull sena.

8.  Il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni għandhom jintrabtu li jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess tal-Unjoni kollha kemm hi u la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew l-entitajiet tal-Unjoni, jew minn xi gvern ta' Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra. Għal dan il-għan, kull membru għandu jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-impenji u dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-interessi li jindikaw jew in-nuqqas ta' kull interess li jista' jiġi meqjus li jippreġudika l-indipendenza tiegħu jew kull interess dirett jew indirett li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tiegħu. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi ta' kull sena.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jadotta, kull sena, l-abbozz ta' dokument ta' programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 21 qabel jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni għall-opinjoni tagħha, u għandu, wara li toħroġ l-opinjoni tal-Kummissjoni u wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Bord tar-Regolaturi, b'konformità mal-Artikolu 23(5)(c), jadotta id-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija b'maġġornaza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu , u għandu jgħaddih lill-Parlament Ewopew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Il- dokument ta' programmazzjoni għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku;

(e)  jadotta, kull sena sal-31 ta' Jannar, l-abbozz ta' dokument ta' programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 21 u jippreżentah lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Huwa għandu, wara li toħroġ l-opinjoni tal-Kummissjoni, u fir-rigward tal-programmazzjoni pluriennali wara li jkun ippreżentaha lill-Parlament Ewropew, u wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Bord tar-Regolaturi, b'konformità mal-Artikolu 23(5)(c), jadotta d-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, u għandu jgħaddih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru. Id-dokument ta' programmazzjoni għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' aġenti oħra tal-Unjoni, filwaqt li jiddelega s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra rilevanti lid-Direttur u jiddefinixxi l-kundizzjonijiet skont liema dik id-delega ta' setgħat tista' tiġi sospiża. Id-Direttur għandu jkun awtorizzat li jissottodelega dawk is-setgħat.

2.  Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jadotta, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni, filwaqt li jiddelega s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra rilevanti lid-Direttur. Id-Direttur għandu jkun awtorizzat li jissottodelega dawk is-setgħat.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn ċirkustanzi eċċezzjonali jitolbu li jsir hekk, il-Bord Amministrattiv jista', permezz ta' deċiżjoni, jissospendi b'mod temporanju d-delega tas-setgħat ta' awtorità tal-ħatra lid-Direttur u lil dawk li jkunu ġew sottodelegati minn dan tal-aħħar, favur tiegħu stess, jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal, għajr lid-Direttur.

imħassar

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull sena, il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jadotta dokument ta' programmazzjoni li jinkludi programmazzjoni pluriennali u annwali u li jkun ibbażat fuq abbozz imressaq mid-Direttur, li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni u b'rabta mal-programmazzjoni pluriennali wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Għandu jgħaddih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kull sena, mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar.

Kull sena, il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jadotta abbozz ta' dokument ta' programmazzjoni li jinkludi programmazzjoni annwali u pluriennali f'konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 u li jkun ibbażat fuq abbozz imressaq mid-Direttur. Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jadotta d-dokument ta' programmazzjoni filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni, wara l-approvazzjoni tal-Bord tar-Regolaturi għall-programm ta' ħidma annwali tal-Aġenzija u b'rabta mal-programmazzjoni pluriennali wara li jkun ippreżentah lill-Parlament Ewropew. Huwa għandu jgħaddih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kull sena, mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  rappreżentant wieħed tal-Parlament Ewropew mingħajr dritt għall-vot;

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Bord tar-Regolaturi u s-sottokumitati tiegħu skont l-Artikolu 7 għandhom jaġixxu b'maġġoranza sempliċi tal-membri preżenti tiegħu b'vot għal kull membru, ħlief għall-opinjoni skont il-paragrafu 5(b) ta' dan l-Artikolu li għandha titwassal fuq il-bażi ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti .

1.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaġixxi b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti tiegħu b'vot għal kull membru.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  fejn iqis xieraq, jipprovdi kummenti, inkluż proposti għal emendi lid-Direttur dwar l-abbozz ta' opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 sa 11 u l-Artikolu 14. Id-Direttur għandu jqis dawk il-kummenti qabel iressaq l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet lill-Bord tar-Regolaturi għal opinjoni u għandu jippreżenta ġustifikazzjoni bil-miktub jekk ma jimxix mal-pożizzjoni maħruġa mill-Bord tar-Regolaturi.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jipprovdi opinjoni lid-Direttur dwar l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 4 sa 14, li huma kkunsidrati għall-adozzjoni. Barra minn hekk, il-Bord tar-Regolaturi, fl-ambitu tal-kompetenza tiegħu, għandu jservi ta' gwida lid-Direttur fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, bl-eċċezzjoni ta' deċiżjonijiet skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament Nru 1227/200138.

(a)  jipprovdi opinjoni lid-Direttur dwar l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 sa 11 u l-Artikolu 14, li huma kkunsidrati għall-adozzjoni. Barra minn hekk, il-Bord tar-Regolaturi, fl-ambitu tal-kompetenza tiegħu, għandu jservi ta' gwida lid-Direttur fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-attivitajiet tal-Aġenzija skont ir-Regolament 1227/2011 u jservi ta' gwida lill-gruppi ta' ħidma tal-Aġenzija stabbiliti skont l-Artikolu 30.

__________________

__________________

38 Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1).

38 Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  b'konformità mal-Artikolu 20(1)(e) u l-Artikolu 25(f) u mal-abbozz preliminari tal-estimi stabbilit skont l-Artikolu 33(1) sa 33(3)(1), japprova l-programm ta' ħidma għall-Aġenzija għas-sena li ġejja u qabel l-1 ta' Settembru ta' kull sena, jippreżentah għall-adozzjoni mill-Bord tal-Amministrazzjoni.

(c)  b'konformità mal-Artikolu 20(1)(e) u l-Artikolu 25(f) u mal-abbozz proviżorju tal-estimi stabbilit skont l-Artikolu 33(1) sa (3), japprova l-abbozz ta' dokument ta' programmazzjoni inkluż il-programm ta' ħidma annwali tal-Aġenzija u jippreżentah sat-30 ta' Settembru ta' kull sena għall-adozzjoni mill-Bord tal-Amministrazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha titmexxa mid-Direttur tagħha, li għandu jaġixxi skont il-gwida msemmija fl-Artikolu 23(5)(a) (1) u, fejn previst f'dan ir-Regolament, l-opinjonijiet tal-Bord tar-Regolaturi. Mingħajr preġudizzju għall-irwoli rispettivi tal-Bord tal-Amministrazzjoni u tal-Bord tar-Regolaturi fir-rigward tal-kompiti tad-Direttur, id-Direttur m'għandu jfittex jew jaċċetta istruzzjonijiet minn ebda gvern, mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, jew minn xi entità jew persuna pubblika jew privata oħra. Id-Direttur għandu jkun il-persuna responsabbli quddiem il-Bord tal-Amministrazzjoni. Id-Direttur jista' jattendi l-laqgħat tal-Bord tar-Regolaturi bħala osservatur.

1.  L-Aġenzija għandha titmexxa mid-Direttur tagħha, li għandu jaġixxi skont il-gwida msemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 23(5)(a) u, fejn previst f'dan ir-Regolament, l-opinjonijiet tal-Bord tar-Regolaturi. Mingħajr preġudizzju għall-irwoli rispettivi tal-Bord tal-Amministrazzjoni u tal-Bord tar-Regolaturi fir-rigward tal-kompiti tad-Direttur, id-Direttur m'għandu jfittex jew jaċċetta istruzzjonijiet minn ebda gvern, istituzzjoni tal-Unjoni, jew minn xi entità jew persuna pubblika jew privata oħra. Id-Direttur għandu jirrapporta lill-Bord tal-Amministrazzjoni. Id-Direttur jista' jattendi l-laqgħat tal-Bord tar-Regolaturi bħala osservatur.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-Direttur għandu jinħatar mill-Bord tal-Amministrazzjoni wara l-opinjoni favorevoli tal-Bord tar-Regolaturi, abbażi tal-mertu kif ukoll tal-ħiliet u tal-esperjenza relevanti mis-settur tal-enerġija minn lista ta' mill-anqas tliet kandidati proposti mill-Kummissjoni, u wara li tkun saret proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti . Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord tal-Amministrazzjoni jista' jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu. Għall-għan tal-konklużjoni tal-kuntratt mad-Direttur, l-Aġenzija għandha tiġi rappreżentata mill-President tal-Bord Amministrattiv.

2.  Id-Direttur għandu jinħatar mill-Bord tal-Amministrazzjoni wara l-opinjoni favorevoli tal-Bord tar-Regolaturi u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, abbażi tal-mertu kif ukoll tal-ħiliet u tal-esperjenza relevanti mis-settur tal-enerġija minn lista ta' mill-anqas tliet kandidati proposti mill-Kummissjoni, u wara li tkun saret proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti . Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu. Għall-għan tal-konklużjoni tal-kuntratt mad-Direttur, l-Aġenzija għandha tiġi rappreżentata mill-President tal-Bord tal-Amministrazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jabbozza , jadotta u jippubblika opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet. Opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 sa 11 u 14 , għandhom jiġu adottati biss jekk ikunu kisbu l-opinjoni favorevoli tal-Bord tar-Regolaturi;

(c)  jabbozza, jadotta u jippubblika opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet. Opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 sa 11 u l-Artikolu 14 , għandhom jiġu adottati biss jekk ikunu kisbu l-opinjoni favorevoli tal-Bord tar-Regolaturi;

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  iħejji kull sena l-abbozz tal-programm ta' ħidma tal-Aġenzija għas-sena ta' wara, u , wara l-adozzjoni tal-abbozz mill-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jippreżentah lill-Bord tar-Regolaturi, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar ta' kull sena . Id-Direttur għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dokument ta' programmazzjoni u għar-rappurtar lill-Bord Amministrattiv rigward l-implimentazzjoni tiegħu;

(f)  iħejji kull sena l-abbozz ta' dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija, li jkun fih il-programmazzjoni pluriennali u l-programm ta' ħidma annwali għas-sena ta' wara skont l-Artikolu 21. Id-Direttur għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dokument ta' programmazzjoni u għar-rappurtar lill-Bord tal-Amministrazzjoni rigward l-implimentazzjoni tiegħu;

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  ikun responsabbli biex jiddeċiedi jekk ikunx neċessarju għall-fini li jitwettqu l-kompiti tal-Aġenzija b'mod effiċjenti u effettiv li jiġi lokalizzat il-persunal wieħed jew aktar fi Stat Membru wieħed jew aktar għall-fini li jitwettqu l-kompiti tal-Aġenzija b'mod effiċjenti u effettiv. Id-deċiżjoni għat-twaqqif ta' uffiċċju lokali teħtieġ il-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni, tal-Bord Amministrattiv u tal-Istat Membru jew Stati Membri kkonċernati. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet li għandhom jitwettqu f'dak l-uffiċċju lokali b'mod li jiġu evitati spejjeż bla bżonn u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Aġenzija.

(k)  ikun responsabbli biex jiddeċiedi jekk ikunx neċessarju għall-fini li jitwettqu l-kompiti tal-Aġenzija b'mod effiċjenti u effettiv li jiġi lokalizzat il-persunal wieħed jew aktar fi Stat Membru wieħed jew aktar għall-fini li jitwettqu l-kompiti tal-Aġenzija b'mod effiċjenti u effettiv. Id-deċiżjoni għat-twaqqif ta' uffiċċju lokali teħtieġ il-kunsens minn qabel tal-Bord tal-Amministrazzjoni. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet li għandhom jitwettqu f'dak l-uffiċċju lokali b'mod li jiġu evitati spejjeż bla bżonn u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Aġenzija.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt ka (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka)  fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, jeżerċita s-setgħat imsemmija fl-Artikolu 39(3).

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Bord tal-Appell jista' jeżerċita kull setgħa li taqa' fil-kompetenza tal-Aġenzija, jew jista' jgħaddi l-każ lill-entità kompetenti tal-Aġenzija. Dan tal-aħħar għandu jkun marbut bid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell.

5.  Il-Bord tal-Appell jista' jikkonferma d-deċiżjoni, jew jista' jgħaddi l-każ lill-entità kompetenti tal-Aġenzija. Din tal-aħħar għandha tkun marbuta bid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 29a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 29a

 

Kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

 

Kawżi dwar l-annullament ta' deċiżjoni meħuda mill-Aġenzija skont dan ir-Regolament u minħabba li ma tkunx ittieħdet azzjoni fil-limiti ta' żmien applikabbli, jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss wara li tkun intemmet il-proċedura tal-appell imsemmija fl-Artikolu 29. L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta jkun ġustifikat, u b'mod partikolari biex tiġi appoġġata l-ħidma regolatorja tad-Direttur u tal-Bord tar-Regolaturi fir-rigward ta' kwistjonijiet regolatorji, il-Bord Amministrattiv jista' jistabbilixxi gruppi ta' ħidma.

1.  Meta jkun ġustifikat, u b'mod partikolari biex tiġi appoġġata l-ħidma regolatorja tad-Direttur u tal-Bord tar-Regolaturi fir-rigward ta' kwistjonijiet regolatorji, id-Direttur u l-Bord tar-Regolaturi jistgħu, b'mod konġunt, jistabbilixxu gruppi ta' ħidma.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-gruppi ta' ħidma għandhom ikunu magħmula minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija, mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mill-Kummissjoni, kif meħtieġ. L-Aġenzija m'għandhiex tkun responsabbli għall-ispejjeż għall-parteċipazzjoni ta' esperti mill-persunal ta' awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-gruppi ta' ħidma tal-Aġenzija.

2.  Il-gruppi ta' ħidma għandhom ikunu magħmula minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija u mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-esperti mill-Kummissjoni għandhom jieħdu sehem bħala osservaturi, jekk meħtieġ. L-Aġenzija m'għandhiex tkun responsabbli għall-ispejjeż għall-parteċipazzjoni ta' esperti mill-persunal ta' awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-gruppi ta' ħidma tal-Aġenzija.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jadotta u jippubblika regoli ta' proċedura interni għall-funzjonament tal-gruppi ta' ħidma.

3.  Id-Direttur, wara li jikkonsulta l-Bord tar-Regolaturi, għandu jadotta u jippubblika regoli ta' proċedura interni għall-funzjonament tal-gruppi ta' ħidma.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-gruppi ta' ħidma għandhom iwettqu l-attivitajiet assenjati lilhom fid-dokument ta' programmazzjoni adottat skont l-Artikolu 21.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  kwalunkwe kontributi volontarji mill-Istati Membri jew mill-awtoritajiet regolatorji taħt l-Artikolu 20(1)(g); ;

(c)  kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri jew mill-awtoritajiet regolatorji skont l-Artikolu 20(1)(g), mingħajr ma jiġu kompromessi l-indipendenza u n-newtralità tal-Aġenzija;

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Id-dħul li tirċievi l-Aġenzija ma għandux jikkomprometti l-indipendenza jew l-oġġettività tagħha.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-drittijiet għandhom ikunu dovuti lill-Aġenzija biex tintalab deċiżjoni dwar eżenzjoni skont l-Artikolu 11(1) u għad-deċiżjonijiet dwar allokazzjoni tal-ispejjeż transkonfinali li tipprovdi l-Aġenzija skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 347/201339.

1.  Id-drittijiet għandhom ikunu dovuti lill-Aġenzija għal dawn li ġejjin:

 

(a)   deċiżjonijiet dwar eżenzjoni skont l-Artikolu 11(1) u għad-deċiżjonijiet dwar allokazzjoni tal-ispejjeż transkonfinali li tipprovdi l-Aġenzija skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 347/201339;

 

(b)   reġistrazzjonijiet bħala l-parti li qed tirraporta skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011;

 

(c)   is-sorveljanza tal-attivitajiet u l-kooperazzjoni tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni, inkluż permezz tal-ENTSO tal-Elettriku l-ENTSO tal-Gass, u l-entità DSO tal-UE.

__________________

__________________

39 ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39.

39 ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni.

2.  Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta lill-Bord tal-Amministrazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-livell tat-tariffi u l-ħlasijiet u l-mod ta' kif għandhom jitħallsu. Il-livell tat-tariffi u l-ħlasijiet għandu jiġi stabbilit b'mod li jassigura li d-dħul fir-rigward tagħhom ikun suffiċjenti sabiex ikopri l-kost sħiħ tas-servizzi pprovduti. Il-Kummissjoni għandha tevalwa, meta meħtieġ, il-livell tat-tariffi u l-ħlasijiet fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu imposti tali tariffi u ħlasijiet.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-abbozz preliminari tal-estimi għandu jiġi bbażat fuq l-objettivi u r-riżultati mistennija tad-dokument ta' programmazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 21(1), u għandu jqis ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex jinkisbu dawn l-objettivi u r-riżultati mistennija, bi qbil mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.  Sa ... [Tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tevalwa l-baġit assenjat tal-Aġenzija bil-għan li tiżgura finanzjament u riżorsi umani adegwati li jippermettu lill-Aġenzija twettaq ir-rwol tagħha li taħdem lejn suq intern tal-enerġija u tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-enerġija għall-benefiċċju tal-konsumaturi fl-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tressaq proposti biex temenda l-baġit tal-Aġenzija.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

3.  Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea jew minn fornituri oħra ta' servizzi ta' traduzzjoni bi qbil mar-regoli dwar l-akkwist u bi qbil mar-regoli finanzjarji rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test jew hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni, bl-assistenza ta’ espert estern indipendenti, għandha twettaq evalwazzjoni biex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija b’rabta mal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha. B’mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jsiru modifiki fil-mandat tal-Aġenzija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunwe waħda minn dawn il-modifiki.

1.  Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni, bl-assistenza ta’ espert estern indipendenti, għandha twettaq evalwazzjoni biex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija b’rabta mal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jsiru modifiki fil-mandat tal-Aġenzija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunwe waħda minn dawn il-modifiki, bi qbil mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni tal-Aġenzija ma tkunx ġustifikata aktar fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilha, tista' tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat kif xieraq, jew li jitħassar.

2.  Meta l-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni tal-Aġenzija ma tkunx ġustifikata aktar fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilha, għandha tikkonsulta mal-Bord tar-Regolaturi. Il-Bord tar-Regolaturi għandu joħroġ opinjoni dwar ir-rwol futur tal-Aġenzija fi żmien 12-il xahar minn meta jirċievi t-talba tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis kif xieraq l-opinjoni tal-Bord tar-Regolaturi, tista' tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat kif xieraq, jew jitħassar.

(1)

ĠU C 288, 31.8.2017, p. 91.

(2)

ĠU C 342, 12.10.2017, p. 79.

(3)

ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Fit-30 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-pakkett ta' miżuri proposti bl-isem "Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha" biex iżżomm l-Unjoni Ewropea kompetittiva, għaliex it-tranżizzjoni lejn l-enerġija nadifa qed tibdel ix-xenarju globali tal-enerġija. Bħala parti minn dan il-pakkett, il-Kummissjoni pproponiet riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER).

Il-proposta għandha l-għan li tadatta l-qafas legali tal-ACER għal tibdil fis-swieq tal-enerġija u li tindirizza l-ħtieġa ta' kooperazzjoni reġjonali msaħħa. Din tagħti lill-ACER rwol aktar b'saħħtu fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-netwerk u fil-koordinazzjoni tat-teħid tad-deċiżjonijiet reġjonali. Barra minn hekk tassenja lill-ACER numru ta' kompiti ġodda relatati maċ-Ċentri tal-Operazzjonijiet Reġjonali (ROCs) li jridu jiġu stabbiliti, mas-superviżjoni tal-Operaturi Nominati tas-Suq tal-Elettriku (NEMOs) u mal-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni u tat-tħejjija għar-riskji.

Ir-rapporteur jemmen li l-ACER se jkollha rwol ċentrali fl-implimentazzjoni tal-pakkett tal-enerġija nadifa u biex tiżgura suq tal-enerġija li jiffunzjona tajjeb għall-benefiċċju tal-konsumaturi kollha tal-enerġija fl-UE (unitajiet domestiċi privati, SMEs, negozji fuq skala kbira u industriji). Għalhekk huwa jilqa' b'mod ġenerali l-proposta tal-Kummissjoni u l-kamp ta' applikazzjoni usa' tar-responsabbiltajiet li tipprevedi għall-Aġenzija.

Madankollu, ir-rapporteur iqis li r-Regolament propost jeħtieġ li jittejjeb u jiġi ċċarat f'xi aspetti biex tissaħħaħ aktar il-kapaċità tal-Aġenzija li b'mod effettiv twettaq il-kompiti tagħha.

Il-governanza regolatorja reġjonali

Il-proposta tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 5(2) tipprovdi għall-iżvilupp ta' proposti għal termini u kundizzjonijiet jew metodoloġiji għall-implimentazzjoni ta' kodiċijiet u linji gwida tan-netwerk, li jirrikjedu approvazzjoni regolatorja mill-awtoritajiet regolatorji kollha jew mir-regolaturi kollha tar-reġjun ikkonċernat, biex jiġu ppreżentati lill-Aġenzija għal reviżjoni u approvazzjoni.

L-Aġenzija tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tittratta l-proposti għal termini u kundizzjonijiet jew metodoloġiji, li jridu jiġu applikati fl-UE kollha, jiġifieri dawk li jirrikjedu l-approvazzjoni regolatorja mill-awtoritajiet regolatorji kollha. Għat-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji reġjonali, ir-responsabbiltà primarja għandha tibqa' f'idejn l-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ikkonċernat u dawn għandhom jiġu riferuti għal deċiżjoni lill-Aġenzija biss meta l-kwistjoni involuta jkollha impatt tanġibbli fuq is-suq intern tal-enerġija, fejn l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati jonqsu milli jaqblu jew fuq talba konġunta tagħhom.

Għalhekk, l-emendi proposti mir-rapporteur huma maħsuba biex jiddifferenzjaw il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet. Dan jinkludi valutazzjoni tal-impatt tal-proposti reġjonali konġunti fuq is-suq intern tal-enerġija. Meta l-proposti ma jkollhomx impatt tanġibbli fuq is-suq intern tal-enerġija, id-deċiżjonijiet jittieħdu mir-regolaturi tar-reġjun ikkonċernat wara li jkunu kkonsultaw mad-Direttur tal-ACER. Sussegwentement, wara li l-Aġenzija tkun ġiet notifikata dwar il-ftehimiet konġunti, l-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjoni meta dawk il-ftehimiet ma jkunux konsistenti mal-objettivi u mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u tar-Regolament u mal-kodiċijiet u mal-linji gwida tan-netwerk.

Is-sorveljanza mill-ACER tal-entitajiet reġjonali u fl-UE kollha fis-setturi tal-elettriku u tal-gass

B'aktar enfasi mqiegħda fuq il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni reġjonali u pan-Ewropej, is-sorveljanza effettiva f'dan il-livell issir essenzjali biex tiżgura t-tlestija u l-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern tal-Enerġija.

L-attività ta' sorveljanza tal-Aġenzija, fil-passat, kienet iffukata prinċipalment fuq l-ENTSOs, imma dan l-aħħar ġiet estiża biex tinkludi l-Operaturi Nominati tas-Suq tal-Elettriku (NEMOs) u għandha tiġi estiża aktar taħt ir-riformulazzjoni proposta biex tkopri ċ-Ċentri tal-Operazzjonijiet Reġjonali (ROCs). Fil-fatt, dawn l-entitajiet se jkollhom responsabbiltajiet operazzjonali, li jagħmlu s-sorveljanza effettiva anke aktar rilevanti. Il-konformità ta' dawn l-entitajiet mal-obbligi tagħhom skont il-leġiżlazzjoni trid għalhekk tiġi żgurata. Barra minn hekk, is-sorveljanza effettiva tiddependi fuq l-Aġenzija li jkollha aċċess u li tkun kapaċi titlob l-informazzjoni meħtieġa.

Meta l-Aġenzija tidentifika li wieħed mill-ENTSOs, min-NEMOs, jew mir-ROCs – jew kwalunkwe entità oħra li taħdem fil-livell transkonfinali, reġjonali jew tal-UE, eż. l-entità DSO tal-UE tal-futur - mhux qed jikkonforma mal-objettivi u d-dispożizzjonijiet fid-Direttiva u r-Regolament dwar l-Elettriku u fil-Kodiċijiet u fil-Linji Gwida tan-Netwerk, biex b'hekk jipperikola l-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern tal-Enerġija, l-Aġenzija għandha tkun kapaċi tintervjeni b'deċiżjoni vinkolanti.

Il-kapaċità tal-ACER li tikseb l-informazzjoni li teħtieġ biex twettaq il-funzjoni ta' monitoraġġ tagħha

L-ACER diġà għandha responsabbiltajiet ta' monitoraġġ estensivi skont ir-Regolament 713/2009 eżistenti. Dawn qed jiġu estiżi aktar mir-riformulazzjoni proposta biex ikopru wkoll il-prestazzjoni tar-ROCs u tan-NEMOs. Madankollu, dawn ir-responsabbiltajiet ta' monitoraġġ mhumiex ikkumpensati b'setgħat ġenerali li bihom titlob u tikseb l-informazzjoni rilevanti.

Għalhekk, ir-rapporteur ressaq emendi li jagħtu lill-Aġenzija s-setgħa li titlob kwalunkwe informazzjoni li teħtieġ mingħand il-parteċipanti fis-suq u entitajiet oħra biex b'mod effettiv twettaq il-kompiti tagħha, jekk meħtieġ permezz ta' deċiżjonijiet vinkolanti. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-obbligi ta' rapportar għall-parteċipanti fis-suq tal-enerġija, dik l-informazzjoni normalment għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, mill-ENTSOs, mir-ROCs, mill-Entità DSO tal-UE u min-NEMOs, li jkunu l-eqreb għall-parteċipanti fis-suq tal-enerġija u għandhom iqisu l-istatistika li diġà teżisti. Madankollu, bħala l-aħħar rimedju, l-Aġenzija għandha tkun tista' tindirizza talba għall-informazzjoni li tkun debitament ġustifikata u motivata, direttament lil parteċipant fis-suq tal-enerġija fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tipprovdix jew ma tistax tipprovdi din l-informazzjoni f'waqtha. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jassistu lill-Aġenzija fl-infurzar ta' dawn it-talbiet diretti.

In-nuqqas ta' riżorsi finanzjarji u umani tal-ACER

Ir-rapporteur huwa estremament imħasseb dwar in-nuqqas persistenti ta' finanzjament għall-Aġenzija, li qed serjament jimmina l-kapaċità tagħha li twettaq il-mandat statutorju eżistenti tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tar-Regolament REMIT. Jekk din is-sitwazzjoni ma tiġix indirizzata fil-kuntest tal-baġit għall-2018, it-tlestija tas-suq intern tal-enerġija tista' tiddewwem u l-integrità u t-trasparenza tal-kummerċ tal-enerġija bl-ingrossa jitpoġġew f'riskju, bi spejjeż ogħla għall-konsumaturi tal-enerġija fl-UE. Barra minn hekk, il-kompiti u r-responsabbiltajiet addizzjonali għall-ACER jeħtieġ li jkunu akkumpanjati b'rinforz adegwat tar-riżorsi tal-ACER.

Fid-dawl tar-restrizzjonijiet kontinwi fil-Baġit tal-UE, mod kif jistgħu jingħelbu l-problemi baġitarji attwali tal-Aġenzija jkun billi titħalla timponi tariffi għal xi wħud mill-attivitajiet tagħha. Għalhekk, ir-rapporteur jipproponi emendi li jippermettu lill-ACER tiġbor tariffi għar-reġistrazzjoni ta' Mekkaniżmi ta' Rapportar Reġistrati, li jirrapportaw id-data kummerċjali u fundamentali skont ir-REMIT, u għas-sorveljanza tal-attivitajiet tat-TSOs, inkluża l-kooperazzjoni tagħhom permezz tal-ENTSOs.

Kwistjonijiet oħrajn

Ir-rapporteur jipproponi wkoll Artikolu li jispeċifika l-proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-ACER biex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet ikunu totalment motivati u ġustifikati biex jippermettu reviżjoni ġudizzjarja. Id-deċiżjonijiet iridu jsiru disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li jippreservaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Finalment, huma proposti numru ta' emendi fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-Aġenzija, li fosthom hemm emendi biex tiġi ppreservata s-setgħa tad-Direttur li jieħu ċerti deċiżjonijiet ta' ġestjoni, biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-ACER minn struzzjonijiet politiċi u biex jiġu aġġustati ċerti proċeduri.


ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIETLI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA INPUT

Il-lista li ġejja hija magħmula fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur. Ir-rapporteur irċieva input mingħand dawn l-entitajiet li ġejjin fit-tħejjija tal-abbozz ta' rapport:

ABB

ACER, Direttur

ACER, Bord tal-Amministrazzjoni

ACER, Bord tar-Regolaturi

Amprion

BEUC

Bundesnetzagentur

Business Europe

Climate Action Network (CAN) Europe

CEDEC - European federation of Local Energy Companies

CEER

Coalition France pour l'efficacité énergétique (CFEE)

Danish Energy

Danish Industry

Il-Ministeru Daniż għall-Enerġija, l-Utilitajiet u l-Klima

EDSO for Smart Grids

Energie-Control Austria

Energinet

Energitilsynet

ENGIE

ENTSO-E

EPEXSPOT

Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ ENER

Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ CLIMA

EVN

L-Assoċjazzjoni Ġermaniża dwar l-Utilitajiet Pubbliċi Lokali

Il-Ministeru Federali Ġermaniż għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Enerġija

IBERDROLA

L-Istitut għall-Iżvilupp Sostenibbli u r-Relazzjonijiet Internazzjonali (IDDRI)

Nordpool

Orgalime

PKA

Shell

SolarPower Europe

Statnett

Statoil

T&D Europe

WindEurope


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

D(2017)31009

Jerzy Buzek

President tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

PHS 08B046

Brussell

Suġġett:  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (Riformulazzjoni)

  (COM(2016)0863 – C8-0494/2016 – 2016/0378(COD))

Sur President,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 104 dwar ir-Riformulazzjoni, kif introdott fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

Il-paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jgħid dan li ġej:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli għas-suġġett b'dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 169 u 170, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli fi ħdan il-kumitat responsabbli għas-suġġett biss jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet.

Madankollu, emendi ta' partijiet tal-proposta li ma nbidlux jistgħu jiġu aċċettati, fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ, mill-president tal-kumitat responsabbli għas-suġġett inkwistjoni, jekk iqis/tqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra li jkunu ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet irid jitniżżlu f'ġustifikazzjoni bil-miktub tal-emendi."

Wara l-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li eżaminaw il-proposta riformulata, u biex iżomm mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwistjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u mill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv u li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali.

Bħala konklużjoni, fil-laqgħa tiegħu tat-13 ta' Lulju 2017, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b'20 vot favur u 3 astensjonijiet(1), qed jirrakkomanda li l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, jista' jipproċedi bl-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq bi qbil mal-Artikolu 104.

Dejjem tiegħek,

Pavel Svoboda

Mehmuż: Rapport iffirmat mill-President tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.

(1)

Il-Membri li ġejjin kienu preżenti: Isabella Adinolfi, Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Lynn Boylan, Daniel Buda, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Mady Delvaux, Angel Dzhambazki, Rosa Estaràs Ferragut, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Heidi Hautala, Mary Honeyball, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Angelika Niebler, Julia Reda, Evelyn Regner, Jens Rohde, Pavel Svoboda, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka.


ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, l-20 ta' Ġunju 2017

OPINJONI

  GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

    TAL-KUNSILL

    TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

COM(2016)0863 of 23.2.2017 – 2016/0378(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali, u b'mod partikulari l-punt 9 tiegħu, fil-25 ta' April u t-3 ta' Mejju 2017 il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, kellu laqgħat iddedikati għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq imressqa mill-Kummissjoni.

F'dawk il-laqgħat(1), eżami tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirriformula r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, bi qbil komuni, stabbilixxa li dawn li ġejjin kellhom jiġu mmarkati b'tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu identifikati bidliet sostantivi:

- fl-Artikolu 2(d), ir-referenza għall-Artikolu 8;

- it-tħassir tal-paragrafi 7 u 8 u tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 713/2009;

- fl-Artikolu 20(1)(e), it-tħassir tal-kliem "qabel it-30 ta' Settembru";

- fl-Artikoli 23(5)(a) u 25(c), ir-referenza għall-Artikoli 3 sa 11;

- fl-Artikolu 26(3), is-sentenza "Il-Bord tal-Appell għandu jadotta u jippubblika r-regoli ta' proċedura tiegħu";

- fl-Artikolu 29(1), is-sostituzzjoni tar-referenza attwali għall-"Artikoli 7, 8 jew 9" b'referenza għall-"Artikoli 4 sa 14";

- fl-Artikolu 33(1), it-tħassir tal-kliem "mhux aktar tard mill-15 ta' Frar";

- fl-Artikolu 33(3), is-sostituzzjoni tal-kliem "mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu" bil-kliem "sal-31 ta' Jannar ta' kull sena";

- fl-Artikolu 33(6), iż-żieda tal-kliem "il-Kunsill fil- u "rwol";

- il-formulazzjoni kollha tal-Artikolu 33(8);

- il-forumlazzjoni kollha tal-Artikolu 35(1) u (2);

- fl-Artikolu 35(4), is-sostituzzjoni tal-kelma "Direttur" bil-kliem "uffiċjal tal-kontijiet";

- fl-Artikolu 35(6), is-sostituzzjoni tal-kelma "Direttur" bil-kliem "l-uffiċjal tal-kontajiet tal-Aġenzija";

- fl-Artikolu 35(7), iż-żieda tal-kliem "sal-15 ta' Novembru tas-sena N+1";

- fl-Artikolu 35(8), is-sostituzzjoni tal-kliem "15 ta' Ottubru" bil-kliem "sat-30 ta' Settembru tas-sena N+1";

- fl-Artikolu 43(1), it-tħassir tal-kliem "jekk rilevanti";

- fl-Artikolu 45(3), il-kliem "u l-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill".

Dan l-eżami tal-proposta b'hekk ippermetta li l-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi l-ebda emenda sostanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil sostantiv, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr tibdil sostanzjali.

F. DREXLER      H. LEGALI      L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult      Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2016)0863 – C8-0494/2016 – 2016/0378(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

19.1.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

19.1.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jens Geier

12.1.2017

Data tal-adozzjoni

30.8.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Urmas Paet, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Anneli Jäätteenmäki, Tomáš Zdechovský

(1)

  Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni lingwistika Ingliża tal-proposta, peress li kienet il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test diskuss.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (31.8.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (riformulazzjoni)

(COM(2016)0863 – C8-0494/2016 – 2016/0378(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jens Geier

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  L-Aġenzija għandha tkun iffinanzjata prinċipalment mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, minn tariffi u minn kontributi volontarji. B’mod partikolari, ir-riżorsi li attwalment joffru l-awtoritajiet regolatorji għall-kooperazzjoni tagħhom fil-livell tal-Unjoni għandhom jibqgħu disponibbli għall-Aġenzija. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tibqa’ applikabbli sakemm tikkonċerna kwalunkwe sussidju li għandu jitħallas mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-ivverifikar tal-kontijiet għandu jsir minn awditur estern indipendenti konformement mal-Artikolu 107 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/201333.

(29)  L-Aġenzija jenħtieġ li tiġi ffinanzjata prinċipalment mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, mill-ħlasijiet u mill-kontribuzzjonijiet volontarji, mingħajr ma jiġu kompromessi n-newtralità jew l-indipendenza tal-Aġenzija. B'mod partikolari, jenħtieġ li r-riżorsi li attwalment huma akkomunati mill-awtoritajiet regolatorji għall-kooperazzjoni tagħhom fil-livell tal-Unjoni jibqgħu disponibbli għall-Aġenzija. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni jenħtieġ li tibqa' applikabbli sa fejn tikkonċerna kwalunkwe sussidju li għandu jitħallas mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-awditjar tal-kontijiet jenħtieġ li jsir minn awditur estern indipendenti konformement mal-Artikolu 107 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/201333.

_________________

 

33 Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

33 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra li r-rapporteur issuġġerixxa għall-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tiffissa l-ħlasijiet għas-servizzi tagħha b'mod trasparenti, ġust, mhux diskriminatorju u uniformi. Il-ħlasijiet jenħtieġ li ma jipperikolawx il-kompetittività tal-industrija kkonċernata jew l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Aġenzija.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra li r-rapporteur issuġġerixxa għall-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 29b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29b)  Il-baġit tal-Aġenzija jenħtieġ li jitħejja bi qbil mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tagħha u r-riżultati mistennija tal-kompiti tagħha.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra li r-rapporteur issuġġerixxa għall-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Aġenzija għandha twettaq il-funzjonijiet tagħha b'mod indipendenti u oġġettiv.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra li r-rapporteur issuġġerixxa għall-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni għandhom jintrabtu li jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess pubbliku Għal dan il-għan, kull membru għandu jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-impenji u dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-interessi li jindikaw jew in-nuqqas ta’ kull interess li jista’ jiġi meqjus li jippreġudika l-indipendenza tiegħu jew kull interess dirett jew indirett li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tiegħu. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi ta’ kull sena.

8.  Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-membri maħtura mill-Kummissjoni, il-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni għandhom jintrabtu li jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess pubbliku, bla ma jfittxu jew isegwu kwalunkwe struzzjoni politika. Għal dan il-għan, kull membru għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-impenji bil-miktub u dikjarazzjoni tal-interessi bil-miktub li jindikaw jew in-nuqqas ta' kull interess li jista' jiġi meqjus li jippreġudika l-indipendenza tiegħu jew kull interess dirett jew indirett li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tiegħu. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi ta' kull sena.

Ġustifikazzjoni

Ikun xieraq li jinżamm il-ħarsien tal-membri tal-bord amministrattiv minn istruzzjonijiet politiċi filwaqt li jiġi rikonoxxut ir-rwol speċjali tal-membri maħtura mill-Kummissjoni. Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tal-governanza tal-Aġenzija.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-kuntest ta' emenda sostanzjali kif imsemmi fit-tieni subparagrafu, għandu dejjem jiġi kkunsidrat l-għoti ta' prijoritajiet ġodda lill-attivitajiet qabel jiġu assenjati riżorsi finanzjarji u umani addizzjonali.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  kwalunkwe kontributi volontarji mill-Istati Membri jew mill-awtoritajiet regolatorji taħt l-Artikolu 20(1)(g);

(c)  kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri jew mill-awtoritajiet regolatorji skont l-Artikolu 20(1)(g), mingħajr ma jiġu kompromessi l-indipendenza jew in-newtralità tal-Aġenzija;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra li r-rapporteur issuġġerixxa għall-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Id-dħul li tirċievi l-Aġenzija ma għandux jikkomprometti l-indipendenza jew l-oġġettività tagħha.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra li r-rapporteur issuġġerixxa għall-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-drittijiet għandhom ikunu dovuti lill-Aġenzija biex tintalab deċiżjoni dwar eżenzjoni skont l-Artikolu 11 u għad-deċiżjonijiet dwar allokazzjoni tal-ispejjeż transkonfinali li tipprovdi l-Aġenzija skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 347/201339.

1.  Il-ħlasijiet għandhom ikunu dovuti lill-Aġenzija għal kull servizz minn dawn li ġejjin:

 

(a)   biex tintalab deċiżjoni dwar eżenzjoni skont l-Artikolu 11(1) ta' dan ir-Regolament;

 

(b)   biex jintalbu deċiżjonijiet dwar allokazzjoni tal-ispejjeż transkonfinali li tipprovdi l-Aġenzija skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 347/201339;

 

(c)   biex jiġu reġistrati il-partijiet li jirrapportaw bi qbil mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/201439a;

 

(d)   biex tiġi sorveljata l-eżekuzzjoni tal-kompiti tal-ENTSO għall-Elettriku u tal-ENTSO għall-Gass skont l-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament.

__________________

__________________

39 ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39.

39 ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39.

 

39a Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar ir-rappurtar tad-dejta li jimplimenta l-Artikolu 8(2) u 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 121).

Ġustifikazzjoni

Il-possibbiltà li jintalbu ħlasijiet għall-Mekkaniżmi ta' Rapportar Reġistrati fl-ambitu tar-REMIT u għat-TSOs tkun mod effiċjenti biex jingħeleb in-nuqqas attwali ta' riżorsi finanzjarji u jmissha tingħata lill-Aġenzija. Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tal-kapaċità baġitarja tal-Aġenzija. Tista' tippermetti li l-Aġenzija twettaq kompletament il-kompiti ġodda assenjati lilha mir-REMIT u mir-Regolament (UE) Nru 347/2013.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-abbozz preliminari tal-estimi għandu jiġi bbażat fuq l-objettivi u r-riżultati mistennija tad-dokument ta' programmazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 21(1), u għandu jqis ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex jinkisbu dawn l-objettivi u r-riżultati mistennija, bi qbil mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi ammissibbli oħra li r-rapporteur issuġġerixxa għall-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-servizzi ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru ta’ Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

3.  Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea jew minn fornituri oħra ta' servizzi ta' traduzzjoni bi qbil mar-regoli dwar l-akkwist u fi ħdan il-limiti stabbiliti mir-regoli finanzjarji rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Is-CdT jista' jimponi dewmien fit-traduzzjonijiet li jipperikola l-ħidma tal-Aġenzija. Minħabba n-nuqqas attwali ta' riżorsi finanzjarji, l-Aġenzija jmissha titħalla tirrikorri għal alternattivi orħos biex twettaq l-attivitajiet tagħha, u għaldaqstant hemm bżonn li l-ACER tkun tista' testernalizza s-servizz ta' traduzzjoni.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mhux aktar tard minn [OP: ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, id-data għandha tiddaħħal mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet], u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni, bl-assistenza ta’ espert estern indipendenti, għandha twettaq evalwazzjoni biex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija b’rabta mal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha. B’mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jsiru modifiki fil-mandat tal-Aġenzija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-modifiki .

1.  Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni, bl-assistenza ta' espert estern indipendenti, għandha twettaq evalwazzjoni biex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija fir-rigward tal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jsiru modifiki fil-mandat tal-Aġenzija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika ta' dan it-tip, bi qbil mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni huwa wieħed mill-prijoritajiet politiċi żviluppati mill-Kummissjoni u approvati mill-Parlament. Ikun xieraq li din l-emenda tirrifletti l-loġika istituzzjonali kumplessiva ta' użu aħjar tal-Baġit tal-UE.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2016)0863 – C8-0494/2016 – 2016/0378(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

19.1.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

19.1.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jens Geier

12.1.2017

Data tal-adozzjoni

30.8.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Urmas Paet, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Anneli Jäätteenmäki, Tomáš Zdechovský

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

34

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez, Anneli Jäätteenmäki, Urmas Paet

ECR

Richard Ashworth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk

ENF

Marco Zanni

GUE/NGL

Younous Omarjee

PPE

Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský

S&D

Nicola Caputo, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, John Howarth, Vladimír Maňka, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Manuel dos Santos

Verts/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

2

-

EFDD

Jonathan Arnott

ENF

André Elissen

1

0

GUE/NGL

Liadh Ní Riada

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

34

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez, Anneli Jäätteenmäki, Urmas Paet

ECR

Richard Ashworth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk

ENF

Marco Zanni

GUE/NGL

Younous Omarjee

PPE

Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský

S&D

Nicola Caputo, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, John Howarth, Vladimír Maňka, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Manuel dos Santos

Verts/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

2

-

EFDD

Jonathan Arnott

ENF

André Elissen

1

0

GUE/NGL

Liadh Ní Riada

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (tfassil mill-ġdid)

Referenzi

COM(2016)0863 – C8-0494/2016 – 2016/0378(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.11.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

19.1.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

19.1.2017

ECON

19.1.2017

IMCO

19.1.2017

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

15.12.2016

IMCO

25.1.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Morten Helveg Petersen

25.1.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.4.2017

11.7.2017

12.10.2017

 

Data tal-adozzjoni

21.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, András Gyürk, Rebecca Harms, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cornelia Ernst, Gerben-Jan Gerbrandy, Françoise Grossetête, Werner Langen, Dominique Riquet, Davor Škrlec

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Keller

Data tat-tressiq

26.2.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

52

+

ALDE

Fredrick Federley, Gerben-Jan Gerbrandy, Kaja Kallas, Morten Helveg Petersen, Dominique Riquet, Lieve Wierinck

ECR

Edward Czesak, Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

EFDD

Dario Tamburrano

ENF

Barbara Kappel

PPE

Bendt Bendtsen, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Françoise Grossetête, András Gyürk, Krišjānis Kariņš, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Nadine Morano, Angelika Niebler, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Hermann Winkler, Anna Záborská

S&D

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Adam Gierek, Theresa Griffin, Eva Kaili, Jan Keller, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Dan Nica, Miroslav Poche, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Davor Škrlec, Claude Turmes

7

-

EFDD

Jonathan Bullock

ENF

Angelo Ciocca, Christelle Lechevalier

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Cornelia Ernst, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Marzu 2018Avviż legali