RAPPORT dwar riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea

26.2.2018 - (2017/2053(INI))

Kumitat għall-Baġits
Korapporteurs: Gérard Deprez, Janusz Lewandowski


Proċedura : 2017/2053(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0041/2018
Testi mressqa :
A8-0041/2018
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea

(2017/2053(INI))

Il-Parlament Ewropew,

  wara li kkunsidra l-Artikoli 311 u 332(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

  wara li kkunsidra l-Artikoli 106a u 171 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[1],

  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[2],

  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti[3],

  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-21 ta' Settembru 2017 bit-titolu "Sistema tat-Taxxa Ġusta u Effiċjenti fl-Unjoni Ewropea għas-Suq Uniku Diġitali" (COM(2017)0547),

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-futur tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[4],

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 intitolata "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFP) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva"[5],

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2014 intitolata "Negozjati dwar il-QFP 2014-2020: it-tagħlimiet li għandhom jittieħdu u t-triq 'il quddiem"[6],

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[7],

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej[8],

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar it-tħejjija tar-reviżjoni postelettorali tal-QFP 2014-2020[9],

  wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu "Future financing of the EU – Final report and recommendations of the High Level Group on Own Resources (Il-finanzjament futur tal-UE - rapport u rakkomandazzjonijiet finali tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji), ta' Diċembru 2016,

  wara li kkunsidra l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew,

  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0041/2018),

A.  billi, skont it-Trattat ta' Ruma tal-25 ta' Marzu 1957, il-Komunità Ekonomika Ewropea kellha tkun iffinanzjata b'kontribuzzjonijiet nazzjonali għal perjodu tranżitorju biss li kellu jiġi segwit minn bidla għal sistema ta' riżorsi proprji;

B.  billi l-Kunsill Ewropew ta' Lussemburgu ta' April 1970 iddeċieda dwar sistema ta' riżorsi proprji, li kellha ġġib fi tmiem il-kontribuzzjonijiet nazzjonali u tintroduċi żewġ riżorsi proprji ġenwini, jiġifieri imposti agrikoli u dazji doganali, ikkomplementati b'tielet riżorsa bbażata fuq il-valur miżjud (VAT);

C.  billi f'Ġunju 1988, il-Kunsill Ewropew introduċa riżorsa proprja bbażata fuq l-introjtu nazzjonali gross (ING) tal-Istati Membri, peress li d-dħul iġġenerat mir-riżorsi proprji eżistenti ma kinux biżżejjed biex ikopru n-nefqa totali tal-baġit tal-UE;

D.  billi s-sehem tar-riżorsa bbażata fuq l-ING żdied b'mod sinifikanti, minn madwar 11 % fl-1988 għal 69 % fl-2014, hekk li din ir-riżorsa "residwa" u "ta' bilanċ" inbidlet de facto biex illum saret l-akbar sors ta' dħul għall-baġit tal-UE; billi r-riżorsa tal-VAT bħalissa tammonta għal madwar 12 % tal-baġit tal-UE, ir-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, dazji agrikoli u imposti fuq iz-zokkor u l-isoglukożju ) għal madwar 13 %, u l-bqija tal-perċentwal huwa kopert minn dħul ieħor, inkluż it-taxxi li jitħallsu mill-persunal tal-UE jew multi li jitħallsu minn kumpaniji li jiksru d-dritt tal-kompetizzjoni;

E.  billi, sa mill-introduzzjoni fl-1984 fil-Kunsill Ewropew ta' Fontainebleau, tar-rifużjoni tal-Gran Brittanja, fejn jiġi rimborżat 66 % tal-kontribuzzjoni netta tar-Renju Unit, diversi rifużjonijiet u mekkaniżmi ta' korrezzjoni oħra ġew introdotti b'mod progressiv sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet tal-hekk imsejħa "bilanċi baġitarji operattivi" ta' ċerti Stati Membri; billi tali korrezzjonijiet bħalissa primarjament jikkonċernaw jew tnaqqis mill-finanzjament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit, jew inkella tnaqqis gross mill-kontribuzzjoni annwali tal-VAT jew tal-ING;

F.  billi l-Parlament enfasizza, f'għadd ta' riżoluzzjonijiet matul dawn l-aħħar għaxar snin, il-problemi u l-kumplessità tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE, u talab ripetutament għal riforma approfondita sabiex is-sistema ssir aktar sempliċi, trasparenti u demokratika, inkluż bl-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda u ġenwini li għandhom, b'mod progressiv u safejn huwa possibbli, jissostitwixxu l-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING;

G.  billi fl-2011, il-Kummissjoni ppreżentat pakkett leġiżlattiv ambizzjuż dwar ir-riżorsi proprji (COM(2011)0510), ippreżentat b'mod konġunt mal-proposti għall-QFP 2014-2020, bl-għan li tissimplifika l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri, l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda – VAT riformata u Taxxa fuq it-Transazzjonijiet Finanzjarji (TTF) – u r-riforma tal-mekkaniżmi ta' korrezzjoni; billi dawn il-proposti ġew injorati mill-Kunsill;

H.  billi, b'riżultat tan-negozjati dwar il-QFP 2014-2020, ġie stabbilit Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji (HLGOR), li jinkludi rappreżentanti mit-tliet istituzzjonijiet ewlenin tal-UE u huwa ppresedut minn Mario Monti; billi f'Diċembru 2016, l-HLGOR ippreżenta r-rapport finali u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, li jirrappreżentaw il-bażi għall-elaborazzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament kif stabbilita f'dan ir-rapport; jenfasizza li dan ir-rapport ġie adottat b'mod unanimu mill-membri tiegħu kollha, inklużi l-membri maħtura mill-Kunsill;

1.  Jinnota li l-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta l-proposti tagħha għall-QFP ta' wara l-2020 sa Mejju 2018; jesiġi li l-QFP futur propost mill-Kummissjoni jkun jinkludi proposti ambizzjużi biex jiġu riveduti d-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji u l-atti leġiżlattivi relatati kollha, kif ukoll biex jiġu introdotti riżorsi proprji ġodda; jissottolinja li kemm in-naħa tan-nefqa kif ukoll tad-dħul tal-QFP li jmiss se jiġu ttrattati bħala pakkett uniku fin-negozjati li ġejjin bejn il-Kunsill u l-Parlament; jiddikjara li l-ebda ftehim mhu se jintlaħaq dwar il-QFP mingħajr ma jsiru passi korrispondenti 'l quddiem fir-rigward tar-riżorsi proprji;

2.  Jippreżenta dan ir-rapport sabiex jesprimi l-pożizzjoni tiegħu dwar l-elementi ewlenin tar-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE, inkluż il-kompożizzjoni tal-basket ta' riżorsi proprji ġodda, kif ukoll dwar l-elementi tas-sistema attwali li għandhom jibqgħu fis-seħħ; jistieden lill-Kummissjoni tieħu kont debitu tal-pożizzjoni tal-Parlament fit-tħejjija tal-proposti leġiżlattivi dwar ir-riżorsi proprji tal-UE, li għandhom ikunu ambizzjużi fil-portata u ppreżentati flimkien mal-proposti dwar il-QFP ta' wara l-2020; jinsab konvint dwar il-ħtieġa urġenti li jsir progress sinifikanti fuq in-naħa tad-dħul tal-baġit tal-UE, sabiex jiġi ffaċilitat ftehim dwar il-QFP li jmiss;

I.  Qafas legali u l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet

3.  Ifakkar li l-Artikolu 311 tat-TFUE jipprevedi li: "L-Unjoni għandha tipprovdi għaliha nnifisha l-mezzi meħtieġa sabiex tikseb l-għanijiet tagħha u twettaq b'suċċess il-politika tagħha. Salv kull dħul ieħor, l-estimi għandhom ikunu ffinanzjati kompletament minn riżorsi proprji"; jenfasizza, għalhekk, li r-rekwiżit legali biex il-baġit tal-UE jiġi pprovdut b'riżorsi proprji ġenwini jirriżulta direttament mit-Trattat;

4.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 310 tat-TFUE, "id-dħul u l-ħruġ murija fl-estimi finanzjarji għandhom ikunu jaqblu"; jinnota, għaldaqstant, li d-dħul għandu jkopri t-totalità tal-infiq, kif adottat kull sena mill-awtorità baġitarja; jenfasizza li l-baġit tal-UE ma jistax iġarrab defiċit annwali jew jiġi ffinanzjat permezz ta' self mis-swieq finanzjarji;

5.  Jinnota li l-att leġiżlattiv ewlieni li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet relatati mas-sistema tar-riżorsi proprji, l-hekk imsejħa Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji, huwa adottat mill-Kunsill li jaġixxi b'mod unanimu wara li jikkonsulta lill-Parlament, u li din id-deċiżjoni hija soġġetta għar-ratifika mill-Istati Membri kollha; jissottolinja li din hija waħda mill-aktar proċeduri leġiżlattivi inkrepattivi previsti fit-Trattat;

6.  Jinnota li, f'dan l-att leġiżlattiv, il-Kunsill jistabbilixxi inter alia l-limitu massimu tar-riżorsi proprji, u jista' jistabbilixxi kategoriji ġodda ta' riżorsi proprji jew jabolixxi kategorija eżistenti; jissottolinja li anke jekk id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji ma għandhiex data ta' skadenza, hija marbuta direttament mal-QFP rispettiv li jistabbilixxi l-livell massimu ta' infiq għall-istess perjodu li huwa jkopri;

7.  Ifakkar li t-Trattat ta' Lisbona introduċa dispożizzjonijiet ġodda rigward l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar ir-riżorsi proprji, li jipprevedu l-possibbiltà li l-Kunsill jadotta regolament permezz ta' maġġoranza kwalifikata wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament; jiddispjaċih, madankollu, li bosta dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni, b'mod partikolari dawk relatati mal-kalkolu tar-riżorsi bbażati fuq l-ING, xorta waħda għadhom jinsabu fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji; jappella, għalhekk, għal proċedura ta' adozzjoni b'inqas xkiel tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji, li għandha tiġi adottata skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, li tfisser votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill u kodeċiżjoni mal-Parlament; ifakkar li skont l-Artikolu 48(7) tat-TUE, il-Kunsill Ewropew jista' jadotta deċiżjoni li tippermetti li atti li ma jaqgħux taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja jiġu xorta waħda proċessati skont din il-proċedura, li hija ħafna aktar demokratika u miftuħa; jistieden lill-Kunsill Ewropew biex jiskatta dan il-mekkaniżmu mingħajr dewmien;

8.  Ifakkar li l-Istati Membri huma responsabbli għall-politiki fiskali tagħhom, u jissottolinja li s-setgħa li jimponu taxxi tinsab fil-qalba tas-sovranità tal-Istati Membri; jissottolinja li r-riforma tar-riżorsi proprji tal-UE ma tirrappreżentax trasferiment tas-sovranità nazzjonali f'dan il-qasam, iżda, tallinja s-sistema tal-lum mal-ispirtu u l-ittra tat-Trattati tal-UE;

II.  Raġunijiet għar-riforma tas-sistema attwali tar-riżorsi proprji

i.  Il-ħtieġa li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-sistema attwali

9.  Jenfasizza li s-sistema attwali tar-riżorsi proprji hija kumplessa ħafna, mhijiex ġusta u lanqas trasparenti, u hija totalment inkomprensibbli għaċ-ċittadini tal-UE; jirrimarka b'mod partikolari l-opaċità tal-kalkoli dwar ir-rifużjonijiet nazzjonali u l-mekkaniżmi ta' korrezzjoni li japplikaw għas-sistema tar-riżorsi proprji jew għar-riżorsa statistika bbażata fuq il-VAT; jenfasizza, barra minn hekk, li s-sistema mhijiex soġġetta għall-ebda kontroll parlamentari effettiv fil-livell tal-UE, u essenzjalment hija nieqsa mil-leġittimità u r-responsabbiltà demokratika;

10.  Jissottolinja li l-mod kif evolviet is-sistema tar-riżorsi proprji, li gradwalment issostitwiet ir-riżorsi proprji ġenwini bl-hekk imsejħa "kontribuzzjonijiet nazzjonali", tqiegħed enfasi sproporzjonata fuq il-bilanċi netti bejn l-Istati Membri, hekk li l-kontribut tal-baġit tal-UE fl-ilħiq tal-objettivi komuni Ewropej għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha tal-UE b'mod ġenerali safa injorat ; jiddispjaċih, għalhekk, li s-sehem totali tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-baġit tal-UE, ikkalkulat jew abbażi tal-ING jew bħala perċentwal tar-riżorsa statistika bbażata fuq il-VAT, jirrappreżenta madwar 83 % tad-dħul totali tal-UE;

11.  Jinsab konvint li d-dominanza tar-riżorsa tal-ING saħħet il-loġika baġitarja ta' "juste retour" (redditu ġust), li mmonopolizzat id-dibattiti fil-Kunsill, kemm fir-rigward tad-dħul kif ukoll tal-infiq tal-baġit tal-UE; jirrimarka, f'dan il-kuntest, l-introduzzjoni tar-rifużjoni tal-Gran Brittanja u s-serje ta' rifużjonijiet u mekkanizmi ta' korrezzjoni oħrajn fir-rigward tad-dħul, min-naħa waħda, kif ukoll l-impossibbiltà li jintlaħaq ftehim fuq livell suffiċjenti dwar l-approprjazzjonijiet għall-baġit tal-UE fil-proċedura baġitarja annwali, min-naħa l-oħra; huwa tal-fehma li l-UE trid titbiegħed mill-kunċett ta' bilanċ operatorju nett, peress li fil-prattika l-Istati Membri kollha huma benefiċjarji tal-baġit tal-UE;

12.  Iqis, b'mod partikolari, li d-deċiżjoni dwar id-daqs tal-baġit annwali tal-UE hija affettwata minn kunsiderazzjonijiet politiċi u finanzjarji fil-livell nazzjonali, li jimponu restrizzjonijiet fuq in-negozjati baġitarji li ta' spiss jirriżultaw f'logħba fejn il-gwadann ta' naħa jissarraf f'telf għan-naħa l-oħra ('zero-sum game') bejn il-kontributuri netti u l-benefiċjarji netti fil-Kunsill; li jinjoraw l-impenji tal-Unjoni, inkluż dawk li saru mill-Kunsill; iqis li, b'riżultat ta' dan, għadd ta' politiki tal-UE li għandhom l-ogħla valur miżjud Ewropew ħafna drabi huma l-oqsma fejn jiġi propost l-iffrankar tal-ispejjeż, u li b'konsegwenza jiddgħajjef il-proġett Ewropew;

13.  Jinnota li l-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-baġit tal-UE huma identifikati b'mod ċar fuq in-naħa tan-nefqa tal-baġit nazzjonali, u li ta' spiss huma meqjusa bħala piż finanzjarju li jisboq il-benefiċċji li jirriżultaw minn oqsma tan-nefqa tal-UE li ħafna drabi huma inqas viżibbli; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġi indirizzat in-nuqqas ta' sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji tal-baġit tal-UE;

14.  Jinsab konvint, għalhekk, li s-sistema attwali tar-riżorsi proprji tikser, fis-sustanza, l-ittra u l-ispirtu tat-Trattat; itenni l-pożizzjoni li ilu jħaddan, li riforma fil-fond tar-riżorsi tal-UE hija indispensabbli sabiex il-finanzjament tal-baġit tal-UE jiġi riallinjat mar-rekwiżiti tat-Trattat u mal-ħtiġijiet tal-Unjoni kollha;

ii.  Il-ħtieġa li l-Unjoni tiffinanzja l-politiki tagħha u twieġeb għall-isfidi l-ġodda

15.  Jissottolinja li l-QFP ta' wara l-2020 jeħtieġ li jiżgura l-finanzjament adegwat tal-politiki u l-programmi tal-UE b'valur miżjud ċar Ewropew, iżda wkoll li jipprovdi mezzi addizzjonali biex jiġu indirizzati sfidi li diġà ġew identifikati f'oqsma bħalma huma t-tkabbir u l-impjiegi, it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni ambjentali, il-kompetittività, il-koeżjoni, l-innovazzjoni, il-migrazzjoni, il-kontroll tal-fruntieri esterni tal-UE, is-sigurtà u d-difiża;

16.  Jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jiġu evitati n-nuqqasijiet tal-QFP attwali, u li mill-bidu nett jiġi previst livell ta' riżorsi biex l-Unjoni tkun tista' ssegwi l-aġenda tal-politika tagħha b'finanzjament adegwat, u biex tirrispondi b'mod effettiv għall-avvenimenti jew kriżijiet mhux previsti li jistgħu jseħħu matul il-perjodu tal-qafas finanzjarju li jmiss; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi solvuta l-problema rikorrenti tan-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament suffiċjenti fil-proċedura baġitarja annwali; ifakkar fil-mobilizzazzjoni sostanzjali tad-dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà tal-QFP li kienet meħtieġa biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni u r-rifuġjati waħedha;

17.  Jistenna li, mingħajr preġudizzju għas-saldu finanzjarju, il-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE se jirrappreżenta sfida importanti għall-QFP li jmiss u għad-deċiżjonijiet baġitarji kollha relatati; huwa konvint li, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar il-QFP ta' wara l-2020, "id-disktakk li jirriżulta mill-Brexit" għandu jitnaqqas sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi tal-UE ma jitnaqqsux u li l-programmi tal-UE ma jiġux milquta b'mod negattiv;

18.  Jilqa' l-proposta li għamel il-President tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker, fid-diskors tiegħu fil-Parlament Ewropew dwar l-Istat tal-Unjoni, dwar il-ħolqien ta' intestatura baġitarja speċifika għaż-żona tal-euro fi ħdan il-baġit tal-UE, u li ġiet żviluppata aktar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2017 dwar strumenti baġitarji ġodda għal żona tal-euro stabbli fi ħdan il-qafas tal-Unjoni (COM(2017)0822); jappella, għal dan l-għan, li jkun hemm kapaċità baġitarja fi ħdan il-baġit tal-UE 'il fuq mil-limiti massimi attwali;

III.  Lejn sistema ta' riżorsi proprji li tkun aċċettabbli u bbilanċjata

Prinċipji u suppożizzjonijiet li jirregolaw l-istabbiliment ta' sistema ġdida ta' riżorsi proprji

19.  Huwa favur l-istabbiliment ta' sistema ġdida tar-riżorsi proprji li tkun trasparenti, aktar sempliċi u ekwa, li tibni fuq l-elementi tas-sistema attwali fejn dawn urew li kienu effettivi, sabiex ikun hemm finanzi stabbli fil-livell tal-UE; iqis li r-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji għandha tkun ibbażata fuq serje ta' prinċipji gwida;

20.  Jenfasizza l-ħtieġa li d-dħul ikun marbut mal-objettivi tal-politika, b'mod partikolari fir-rigward tas-suq uniku, l-unjoni tal-enerġija, u l-politiki dwar l-ambjent, il-klima u t-trasport; jinsab konvint, f'dan ir-rigward, li l-baġit tal-UE għandu jiffoka fuq politiki b'valur miżjud Ewropew kif definit fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar id-Dokument ta' riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE[10];

21.  Jissottolinja, mil-lat operattiv, li r-riżorsi proprji ġodda ma jistgħux jiġu introdotti kollha fl-istess żmien, u jirrimarka l-ħtieġa li jkun hemm implimentazzjoni progressiva; iqis għalhekk li r-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji tista' tinkiseb permezz ta' approċċ f'żewġ stadji: fl-ewwel stadju jiġu introdotti r-riżorsi proprji li huma l-inqas kumplessi teknikament, li l-ġabra tagħhom tkun ġestita b'mod faċli u bi spiża raġonevoli, u fit-tieni stadju tiġi introdotta b'mod gradwali kull riżorsa proprja ġdida, abbażi ta' skeda ta' żmien fissa sakemm ir-riżorsi kollha jkunu qabdu pass kostanti;

22.  Iqis li l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda għandu jkollha għan doppju, jiġifieri, l-ewwel nett li twassal għal tnaqqis sostanzjali (bil-mira ta' 40 %) fil-perċentwal tal-kontribuzzjonijiet bbażati fuq l-ING, li b'hekk jirriżulta fi ffrankar għall-bagits tal-Istati Membri; u t-tieni, li tippermetti l-iffinanzjar ta' nfiq tal-UE ta' livell ogħla taħt il-QFP ta' wara l-2020, kif ukoll li tkopri d-diskrepanza li tirriżulta wara l-ħruġ tar-Renju Unit; ifakkar, f'dan il-kuntest, li r-riżorsi proprji ġodda ma għandux ikollhom l-għan li jżidu l-piż fiskali ġenerali għall-kontribwenti tal-UE, li ma għandhomx ikunu milquta bl-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda;

23.  Jappella għall-abolizzjoni tar-rifużjonijiet u l-korrezzjonijiet kollha, filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust fost l-Istati Membri; jissottolinja f'dan il-kuntest li l-Brexit se jfisser li r-rifużjoni tar-Renju Unit u "r-rifużjonijiet fuq ir-rifużjoni" relatati se jiġu obsoleti u ma jibqgħux fis-seħħ, filwaqt li riforma tar-riżorsi proprji statistiċi bbażati fuq il-VAT se tkun inevitabbli;

24.  Iqis li r-riżorsi proprji tradizzjonali, jiġifieri d-dazji doganali, id-dazji agrikoli u l-imposti fuq iz-zokkor u l-isoglukożju, jikkostitwixxu sors affidabbli u ġenwin ta' dħul tal-UE, peress li huma jirriżultaw mill-fatt li l-UE hija unjoni doganali u mill-kompetenzi legali u mill-politika kummerċjali komuni marbuta magħhom; huwa tal-fehma, għalhekk, li r-riżorsi proprji tradizzjonali għandhom jinżammu bħala sors ta' dħul għall-baġit tal-UE; iqis li jekk jitnaqqas il-perċentwal tal-ispejjeż tal-ġbir li jinżamm mill-Istati Membri, sehem akbar ta' dan id-dħul jista' jiġi ggarantit għall-baġit tal-UE;

25.  Jirrikonoxxi li l-kontribuzzjoni bbażata fuq l-ING tipprovdi sors ta' dħul affidabbli, stabbli u ekwu għall-baġit tal-UE, u li din għandha l-appoġġ qawwi tal-parti l-kbira tal-Istati Membri; jemmen, għalhekk, li hija għandha tinżamm biss bħala riżorsa ta' bilanċ u residwali għall-baġit tal-UE, li għandha ttemm il-loġika baġitarja ta' "redditu ġust"; jenfasizza l-ħtieġa, f'dan il-kuntest, li jiġi żgurat li l-kontribuzzjoni tal-ING tiġi kklassifikata bl-istess mod fil-baġits nazzjonali kollha, jiġifieri bħala dħul attribwit lill-UE u mhux bħala nefqa tal-gvernijiet nazzjonali;

Kriterji użati għall-identifikazzjoni ta' riżorsi proprji ġodda

26.  Jaqbel mar-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji (HLGOR), li jsostni li l-kriterji li ġejjin għandhom jitqiesu għall-identifikazzjoni tar-riżorsi proprji ġodda possibbli: ekwità/ġustizzja; effiċjenza; suffiċjenza u stabbiltà; trasparenza u sempliċità; responsabbiltà demokratika u dixxiplina baġitarja; enfasi fuq il-valur miżjud Ewropew; prinċipju tas-sussidjarjetà u s-sovranità fiskali tal-Istati Membri; u limitu fuq l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet politiċi;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni, abbażi ta' dak imsemmi hawn fuq, teżamina l-introduzzjoni tas-segwenti basket ta' riżorsi proprji ġodda;

Basket ta' riżorsi proprji ġodda possibbli

a.  Objettiv: Konsolidazzjoni tas-suq uniku, żieda fit-trasparenza tiegħu u titjib tal-kundizzjonijiet ekwi

•  Taxxa fuq il-valur miżjud

28.  Ifakkar li, sa mill-bidu tagħha kważi 50 sena ilu, il-VAT kienet użata bħala l-bażi għall-kalkolu ta' waħda mir-riżorsi proprji tal-baġit tal-UE, u li din ir-riżorsa bħalissa tirrappreżenta madwar 12 % tad-dħul tal-UE;

29.  Jinnota, madankollu, li s-sistema attwali għandha nuqqasijiet serji: ir-riżorsa hija kkalkulata fuq bażi ta' statistika; hija kumplessa għalxejn u ma għandha l-ebda rabta diretta maċ-ċittadini; hija tirrappreżenta biss it-trasferiment ta' parti mid-dħul miġbur mill-Istati Membri, u b'hekk ma għandha l-ebda valur miżjud meta mqabbla mar-riżorsa tal-ING; u l-bażi tal-kontribuzzjoni mhijiex trasparenti u ma hemmx ugwaljanza fost il-kontribwenti;

30. Jiddeplora l-fatt li l-OLAF ripetutament sab każijiet serji ta' frodi doganali fl-Istati Membri, li rriżultaw f'telf sinifikanti ta' dħul għall-baġit tal-Unjoni; jiġbed l-attenzjoni għar-Rapport Speċjali 19/2017 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu "Proċeduri ta' importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE", u jinsab imħasseb dwar il-fatt li dawk li jwettqu frodi se jkomplu jsibu l-"aktar ħolqa dgħajfa" fost l-Istati Membri bħala l-punt ta' dħul tagħhom fl-unjoni doganali, u li se jibqa' jkun hemm telf għall-baġit tal-Unjoni anke matul il-QFP li jmiss; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex iwaqqfu dawn l-attivitajiet li huma ta' ħsara għall-baġit tal-Unjoni;

31.  Ifakkar fil-proposta leġiżlattiva tal-2011 dwar riżorsa ġdida tal-VAT, li kellha tirriżulta fl-applikazzjoni ta' rata fissa għall-UE kollha bbażata fuq il-valur nett ta' provvisti ta' prodotti u servizzi jew fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti li fuqhom kellha tiġi applikata rata ta' VAT standard u komuni; jinnota li għalkemm din il-proposta ma ġietx approvata, il-Kunsill Ewropew ta' Frar 2013 ħeġġeġ lill-Kunsill biex ikompli jaħdem fuq dan il-fajl; jemmen li l-kuntest attwali joffri opportunità biex jittieħed pass kbir 'il quddiem f'dan ir-rigward;

32. Jilqa' l-proposta tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-viżjoni tiegħu tar-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT bl-għan li tkun iktar sempliċi, jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi u tissaħħaħ ir-rabta mal-politika tal-VAT tal-UE u l-irċevuti reali tal-VAT;

33.  Jieħu nota tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-VAT ("Lejn żona unika tal-VAT fl-UE - Iż-żmien biex niddeċiedu") ippubblikat fis-7 ta' April 2016 (COM(2016)0148), u l-proposta sussegwenti tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar sensiela ta' prinċipji fundamentali u riformi ewlenin għall-qasam tal-VAT tal-UE; jappoġġa riforma fil-fond tas-sistema tal-VAT fl-UE, li għandu jkollha l-għan li twessa' l-bażi tat-taxxa, tnaqqas l-ambitu għal frodi u l-ispejjeż tal-konformità, u li tiġġenera dħul ġdid; iqis li parti minn dan id-dħul il-ġdid għandu jiġi allokat għall-baġit tal-UE;

34.  Iqis li riżorsa tal-VAT semplifikata għandha tinbena fuq id-denominatur komuni ta' sistemi tal-VAT madwar l-UE, u jinnota li, b'konsegwenza ta' dan, ma jiġux eliminati l-ispeċifiċitajiet nazzjonali kollha li huma ġġustifikati għal diversi raġunijiet;

35.  Huwa favur l-istabbiliment ta' rata ta' taxxa uniformi (1 % għal 2 %) fuq id-dħul mill-VAT riformata li tinġabar kompletament mill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri bħala riżorsa proprja tal-Unjoni; jemmen li tali sistema tista' tipprovdi riċevuti sinifikanti u stabbli għall-UE bi spejjeż amministrattivi limitati;

36.  Jissottolinja li l-Kummissjoni diġà ressqet proposti leġiżlattivi għal riforma maġġuri tar-regoli tal-UE dwar il-VAT, u li fl-2018 huma mistennija inizjattivi addizzjonali; jinsisti fuq il-ħtieġa li titlesta r-riforma tal-VAT mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-bidu tal-QFP li jmiss;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni, sakemm tiġi adottata l-leġiżlazzjoni tal-VAT rilevanti, tippreżenta proposta ta' riżorsa proprja riformata bbażata fuq il-VAT bħala parti mill-pakkett leġiżlattiv li jmiss dwar ir-riżorsi proprji tal-UE; jemmen li tali proposta għandha tqis l-eżiti ewlenin tar-riforma tal-VAT, li bħalissa qiegħda tiġi diskussa;

•  Taxxa korporattiva

38.  Ifakkar li fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili[11], il-Parlament ħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposta għal bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva (BKKTK), "li tkun akkumpanjata minn skema ta' distribuzzjoni xierqa u ġusta li tkun tista' toffri soluzzjoni komprensiva fir-rigward ta' prattiki dwar it-taxxa dannużi fl-Unjoni, tipprovdi ċarezza u sempliċità għan-negozji, u tiffaċilita l-attivitajiet ekonomiċi transfruntiera fi ħdan l-Unjoni";

39.  Jieħu nota tal-proposti tal-Kummissjoni dwar il-BKKTK, filwaqt li jfakkar l-appell tiegħu li din il-bażi konsolidata tiġi estiża għall-kumpaniji kollha wara l-perjodu ta' tranżizzjoni; jenfasizza li l-proposti attwali għall-BKKTK għandhom ikopru wkoll l-ekonomija diġitali; jissuġġerixxi, abbażi ta' dawn il-proposti, li l-preżenza diġitali ta' kumpanija għandha tiġi ttrattata bl-istess mod bħall-istabbiliment fiżiku, billi jiġi definit u identifikat stabbiliment diġitali permanenti;

40.  Jaqbel mal-valutazzjoni tal-HLGOR li jqis il-BKKTK bħala l-bażi għal riżorsa proprja ġdida, li tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti mill-Grupp; jissottolinja li l-BKKTK hija wkoll element ewlieni fl-iżvilupp tas-suq uniku, li huwa beni pubbliku Ewropew, peress li hija timpedixxi li jkun hemm kompetizzjoni fiskali mhux xierqa bejn l-Istati Membri u l-ottimizzazzjoni fiskali li hija ta' ħsara għal kundizzjonijiet ekwi;

41.  Ifakkar li l-evażjoni tat-taxxa fil-forom kollha tagħha twassal biex l-UE titlef ammont li l-Kummissjoni tistma li jlaħħaq it-EUR 1 triljun kull sena; jenfasizza l-ħtieġa li jinġabar lura d-dħul mit-taxxa mhux imħallas permezz ta' politika kkoordinata li tiġġieled l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa permezz ta' qafas ibbażat fuq it-trasparenza, il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni;

42.  Jitlob lill-Kummissjoni, abbażi tal-konklużjonijiet tar-rieżami tad-Direttiva dwar il-BKKTK, tipproponi l-istabbiliment ta' riżorsa proprja ġdida għall-baġit tal-Unjoni, li tkun ikkalkulata abbażi tad-dħul tal-Istati Membri ġġenerat mill-BKKTK; huwa favur l-istabbiliment ta' rata ta' taxxa uniformi fuq id-dħul mill-BKKTK, li tinġabar bħala riżorsa proprja; jemmen li tali sistema tista' tipprovdi riċevuti sinifikanti u stabbli għall-UE bi spejjeż amministrattivi limitati;

•  Sinjoraġġ

43.  Huwa tal-fehma li l-introjtu li ġej mill-profitti tal-Bank Ċentrali Ewropew (id-dħul tal-BĊE magħmul mill-ħruġ tal-munita), u b'hekk għandu rabta diretta mal-unjoni monetarja tal-UE, għandu jifforma l-bażi ta' riżorsa proprja ġdida minflok ma jingħata lit-teżori nazzjonali;

b.  Objettiv: Tnaqqis tal-ispekulazzjoni finanzjarja u tisħiħ tal-ġustizzja fiskali fis-setturi li jużaw strumenti ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa jew ottimizzazzjoni fiskali aggressiva

•  Taxxa fuq it-Transazzjonijiet Finanzjarji (FTT) fil-livell Ewropew

44.  Jinkoraġġixxi l-isforzi li ttieħdu fil-qafas tal-kooperazzjoni msaħħa minn grupp ta' 11-il Stat Membru bl-għan li tiġi stabbilita taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (FTT), wara l-proposta tal-Kummissjoni tal-2011; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha l-oħra biex jingħaqdu mal-grupp imsemmi hawn fuq bl-għan li jimpedixxu t-tfixkil tas-swieq finanzjarji u jiżguraw l-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku;

45.  Jaqbel mal-valutazzjoni tal-HLGOR li jikkunsidra l-FTT bħala bażi potenzjali għal riżorsa proprja ġdida għall-baġit tal-Unjoni, filwaqt li jitqies ukoll li għandhom jiġu esplorati mezzi oħra ta' tassazzjoni fuq l-attivitajiet finanzjarji;

46.  Jappella, għaldaqstant, għall-istabbiliment ta' riżorsa proprja ġdida għall-baġit tal-Unjoni, li tkun ikkalkulata abbażi ta' metodi magħżula ta' tassazzjoni fuq l-attivitajiet finanzjarji;

•  Tassazzjoni ta' kumpaniji fis-settur diġitali

47.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-laqgħa infomali tal-Kunsill tal-ministri tal-finanzi, tas-16 ta' Settembru 2017, li jitolbu li jiġu żviluppati regoli ġodda ta' tassazzjoni diġitali, bi tweġiba għall-ittra tal-Erba' Ministri tal-Finanzi li talbu lill-Kummissjoni teżamina "soluzzjonijiet effettivi msejsa fuq il-kunċett tal-istabbiliment tal-hekk imsejħa taxxa ta' ugwalizzazzjoni" fuq il-fatturat iġġenerat fl-Ewropa mill-kumpaniji diġitali; jenfasizza li fil-komunikazzjoni tagħha tal-21 ta' Settembru 2017 intitolata "Sistema tat-Taxxa Ġusta u Effiċjenti fl-Unjoni Ewropea għas-Suq Uniku Diġitali", il-Kummissjoni ttenni li l-BKKTK tipprovdi qafas li jiffavorixxi reviżjoni tar-regoli favur ftehimiet moderni u stabbli dwar it-tassazzjoni tal-kumpaniji diġitali u li jindirizza l-isfidi mqajma mill-ekonomija diġitali fil-qasam tat-taxxa; jappella għal approċċ ikkoordinat fil-livell tal-UE, anke għal soluzzjonijiet fuq terminu qasir, li jipprevjeni distorsjonijiet fis-suq uniku kkawżati minn azzjoni unilaterali u jevita l-ħolqien ta' rifuġji tat-taxxa għall-kumpaniji diġitali;

48.  Jaqbel li l-ekonomija diġitali għandu jkollha qafas fiskali modern u stabbli, li jistimola l-innovazzjoni, jindirizza l-frammentazzjoni tas-suq u l-kompetizzjoni inġusta, u li jħalli li l-parteċipanti kollha jkunu jistgħu jieħdu vantaġġ mill-kundizzjonijiet ġodda, ekwi u bilanċjati, filwaqt li jiżgura li l-kumpaniji u l-pjattaformi diġitali jħallsu s-sehem dovut tagħhom tat-taxxa fejn jiġġeneraw il-profitti tagħhom; jirrimarka, barra minn hekk, li huwa fundamentali li tiġi żgurata ċ-ċertezza tat-taxxa għall-investiment kummerċjali sabiex jingħalqu d-diskrepanzi tal-lum u jiġi evitat il-ħolqien ta' lakuni fiskali ġodda fi ħdan is-suq uniku;

49.  Iqis li huwa kruċjali li jittieħdu miżuri fiskali għas-suq diġitali sabiex jillimitaw l-evażjoni u d-distorsjonijiet tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa jew skemi għall-ottimizzazzjoni fiskali, u l-użu ħażin ta' mekkaniżmi Ewropej biex tiġi evitata t-taxxa; iqis li dawn il-prattiki jfixklu l-kompetizzjoni fis-suq uniku u jċaħħdu lill-Istati Membri mid-dħul mit-taxxa dovut;

50.  Jitlob, fil-prinċipju, li tinħoloq riżorsa proprja ġdida għall-baġit tal-Unjoni li tiġi imposta fuq tranżazzjonijiet fl-ekonomija diġitali; iqis, madankollu, li fid-dawl tan-negozjati importanti li għaddejjin kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak tal-OECD, huwa kmieni wisq biex wieħed jiddeċiedi dwar l-arranġamenti eżatti għall-istabbiliment ta' din ir-riżorsa;

51.  Jemmen, madankollu, li kwalunkwe arranġament li jsir mill-awtoritajiet tal-UE, bħal sistemi ta' reġistrazzjoni jew monitoraġġ, jew mekkaniżmi regolatorji, għandhom minnufih jippermettu l-ġbir ta' dazji jew imposti għall-benefiċċju tal-baġit tal-Unjoni abbażi tal-valur miżjud Ewropew tagħhom; iqis li dawn huma beni pubbliċi tal-UE li, kif iddikjara l-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji (HLGOR), jipprovdu bażi għall-istabbiliment ta' imposta li tikkostitwixxi "dħul ieħor" li jirriżulta mill-politiki tal-Unjoni;

c.  Objettiv: Promozzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija u l-ġlieda kontra t-tisħin globali

•  Tassazzjoni u imposti ambjentali

52.  Jikkonferma li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, ċirkolari u b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija, maqbula b'mod komuni, huma objettiv maġġuri tal-politiki tal-UE;

53.  Itenni l-konvinzjoni tiegħu li biss taxxi komuni tal-enerġija jew ambjentali fil-livell tal-UE jistgħu jiżguraw kompetizzjoni ġusta fost in-negozji u l-funzjonament tajjeb tas-suq uniku, u b'hekk iservu ta' mutur biex nersqu lejn mudell ta' żvilupp aktar progressiv u sostenibbli;

54. Jenfasizza l-importanza tat-tassazzjoni ekoloġika bħala mekkaniżmu partikolarment adattat biex jikkontribwixxi għar-riżorsi proprji Ewropej; jitlob li l-Kummissjoni tinkorpora aktar il-proposti għal riżorsi proprji ekoloġiċi addizzjonali, kif deskritt fir-Rapport tal-HLGOR u mill-Kummissarju għall-baġit Ewropew, li huma konformi ma' ċerti politiki tal-Unjoni bħal dawk tal-enerġija (taxxa fuq l-enerġija), tal-ambjent u tal-klima (mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera, taxxa fuq il-plastik u l-Iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (ETS)) u tat-trasport (taxxi fuq il-fjuwil għat-trasport bit-triq u fuq il-biljetti tal-ajru), biex jippromwovu riżorsi proprji futuri addizzjonali tal-Unjoni;

55. Jitlob li proporzjon sinifikanti tad-dħul mill-irkantar tal-ETS mill-Fażi 4 (2021) 'il quddiem titqies bħala riżorsa proprja ġdida tal-UE; ifakkar li din l-għażla ġiet diskussa fl-HLGOR, u hija espliċitament issuġġerita mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tal-14 ta' Frar 2018 intitolata "Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għall-Unjoni Ewropea għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020" (COM(2018)0098); jitlob, b'mod parallel, li jiddaħħal mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera, bħala riżorsa proprja ġdida għall-baġit tal-UE, li għandu wkoll ikollu l-effett li jiżgura kundizzjonijiet ekwi fil-kummerċ internazzjonali u jnaqqas ir-rilokazzjoni tal-produzzjoni, filwaqt li jinternalizza l-ispejjeż tat-tibdil fil-klima fil-prezzijiet tal-prodotti importati;

56.  Jitlob li l-Kummissjoni tikkunsidra l-introduzzjoni fil-livell tal-UE ta' taxxa fuq il-plastik u fuq oġġetti li jintużaw darba, bil-għan li tinkoraġġixxi l-użu ta' alternattivi aktar sostenibbli;

57.  Jemmen li riżorsi proprji bbażati fuq taxxa fuq l-elettriku jitrikkbu fuq l-ambitu tas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) u jqajmu tħassib dwar l-istabbiltà tal-kundizzjonijiet tal-investiment u dwar il-piż finanzjarju fuq l-unitajiet domestiċi;

58.  Iqis li, f'każ ta' piż eċċessiv fuq Stat Membru partikolari kkawżat minn xi riżorsa proprja, tali piż tkun jista' jitħaffef b'appoġġ addizzjonali permezz ta' programmi tal-UE, li jkollu limitu ta' żmien u ta' ammont, f'konformità mal-objettivi u mal-miri tal-Unjoni; jissottolinja li tali għajnuna ma tistax tingħata permezz tal-introduzzjoni ta' kwalunkwe rifużjoni ġdida jew korrezzjoni ġdida fuq in-naħa tad-dħul tal-baġit tal-UE;

59.  Jissottolinja li l-introduzzjoni ta' taxxi jew imposti relatati mal-ambjent ma għandhom jaffettwaw la d-dritt tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-isfruttament tar-riżorsi tal-enerġija tagħhom, la l-għażla tagħhom bejn riżorsi tal-enerġija differenti u lanqas l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija tagħhom;

Sorsi oħra ta' dħul

60.  Ifakkar li, għalkemm ir-riżorsi proprji għandhom ikunu l-komponent ewlieni tad-dħul għall-baġit tal-UE, huma madankollu ssupplimentati b'dak li l-Artikolu 311 tat-TFUE jiddefenixxi bħala "dħul ieħor", li jinkludi: taxxa mħallsa mill-persunal tal-UE fuq is-salarji tagħhom; dħul mill-funzjonament amministrattiv tal-istituzzjonijiet, bħal dħul minn bejgħ ta' oġġetti, kiri u lokazzjoni, il-provvista ta' servizzi u mgħax bankarju; kontribuzzjonijiet minn pajjiżi li mhumiex fl-UE għal ċerti programmi tal-UE; imgħax fuq ħlasijiet tardivi; multi mħallsa minn kumpaniji, li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet jirriżulta li jkunu kisru d-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE; u dħul minn operazzjonijiet ta' self mill-Unjoni u lill-Unjoni;

61.  Jinnota li l-bilanċ minn kull sena finanzjarja jiddaħħal fil-baġit għas-sena ta' wara bħala dħul fil-każ ta' bilanċ favorevoli, u li dħul ieħor, bilanċi u aġġustamenti tekniċi, inkluż il-bilanċ favorevoli tas-sena preċedenti, jammontaw għal madwar 6 % tad-dħul totali; jenfasizza li f'dawn l-aħħar snin id-"dħul ieħor" fil-parti l-kbira tiegħu kien jikkonsisti f'multi, li waħedhom jirrappreżentaw 2,5 % tad-dħul totali (minbarra d-dħul assenjat);

62.  Jiddispjaċih li l-potenzjal ta' tali dħul ieħor ġie injorat sal-lum fid-dibattitu dwar il-finanzjament tal-UE; jemmen li, anke jekk tali dħul ma jirrappreżentax alternattiva għal riżorsi proprji oħra minħabba l-livell, il-volatilità u l-imprevedibbiltà tiegħu, madankollu, xorta waħda jirrappreżenta mezz possibbli biex jiġu koperti l-ħtiġijiet finanzjarji akbar taħt il-QFP li jmiss;

63.  Ifakkar li l-proċeduri legali li jirregolaw dan id-dħul u emendi possibbli huma aktar flessibbli milli dawk għar-riżorsi proprji, peress li dawn mhumiex stabbiliti mid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji, iżda minn leġiżlazzjoni sekondarja, u għalhekk mhumiex soġġetti għar-rekwiżit tal-unanimità;

64.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu, adottata minn żmien ilu, li kwalunkwe dħul li jirriżulta minn multi imposti fuq il-kumpaniji għax ikunu kisru r-regoli dwar il-kompetizzjoni tal-UE, jew marbut ma' pagamenti tardivi tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali fil-baġit tal-UE, għandhom jikkostitwixxu dħul supplimentari għall-baġit tal-UE, mingħajr tnaqqis korrispondenti tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING;

65.  Jitlob, għal dan il-għan, li tiġi stabbilita riżerva speċjali fuq in-naħa tad-dħul tal-baġit tal-UE, li sejra timtela progressivament bit-tipi kollha ta' dħul imprevist ieħor; iqis li din ir-riżerva għandha tintuża biex tkopri bżonnijiet ta' pagament addizzjonali, b'mod partikolari dawk marbuta mal-mobilizzazzjoni tal-Marġni Globali għall-Impenji jew mal-istrumenti speċjali tal-QFP;

66.  Jissottolinja l-potenzjal għall-baġit tal-UE ta' tariffi mitluba għall-implimentazzjoni ta' skemi Ewropej, bħas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivjaġġar (ETIAS) tal-ġejjieni għal ċittadini ta' pajjiżi terzi; iqis li, f'ċerti każijiet, dan id-dħul jista' jkun allokat għall-istess politika jew għan; iqis li għall-ġenerazzjoni ta' programmi u politiki tal-UE ta' wara l-2020, dan it-tip ta' dħul prospettiv għandu jiġi kkunsidrat b'mod aktar sistematiku, bil-għan li jipprovdi lill-baġit tal-UE sors addizzjonali ta' dħul;

67. Jenfasizza li fl-2016 id-dħul assenjat lill-aġenziji deċentralizzati tal-UE, bħat-tariffi u l-ħlasijiet mill-industriji u l-kontribuzzjonijiet mill-baġits nazzjonali, ammontaw għal madwar EUR 1 biljun; jitlob li l-Kummissjoni tipproponi approċċ konsistenti f'dak li jirrigwarda l-finanzjament tal-aġenziji mit-tariffi fil-QFP li jmiss;

***

68.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (22.1.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea
(2017/2053(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Wim van de Camp

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jitlob li r-riformi dwar ir-riżorsi proprji jiffukaw fuq prijoritajiet moderni, joffru valur għall-flus u ġestjoni finanzjarja effiċjenti, jistabbilixxu, għall-baġit tal-UE, bażi prevedibbli u stabbli li hija indipendenti, trasparenti u bbilanċjata, jindirizzaw il-pressjoni li qed tikber u dik eżistenti fuq il-baġit tal-UE u jissimplifikaw l-arranġamenti kumplessi, attwali u opaki fir-rigward tat-tnaqqis, bil-għan li dawn jitneħħew, sabiex jiġu pprovduti mezzi finanzjarji li huma meħtieġa biex jiġu ssodisfatti l-eżiġenzi taċ-ċittadini tagħna;

2.  Jitlob biex titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq il-kontribuzzjonijiet nazzjonali bbażati fuq il-VAT u l-ING, meta wieħed iqis sistema li fiha r-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT huma sostitwiti bi trasferiment ta' kwota tal-VAT imposta fil-livell nazzjonali;

3.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizzjattivi għal riforma komprensiva tar-riżorsi proprji tal-UE, bil-għan li jiżdied l-appoġġ min-naħa tal-Istati Membri u taċ-ċittadini għal baġit tal-UE tassew kredibbli u indipendenti, li jrawwem l-ekonomija sostenibbli tal-UE u jiġġenera valur miżjud tal-UE;

4.  Jirrimarka li l-unjoni doganali hija pilastru bażiku tal-UE u hija essenzjali fin-negozjar ta' ftehimiet kummerċjali tal-UE bħala wieħed mill-akbar blokok kummerċjali fid-dinja; jirrimarka li l-kummerċ internazzjonali tal-UE hu direttament relatat mar-riżorsi proprji tradizzjonali tagħha, li jinkludu wkoll id-dazji doganali fuq importazzjonijiet minn barra l-UE u l-imposti fuq iz-zokkor u li fl-2015 dawn kienu jammontaw għal 12,8 % tad-dħul totali tal-UE;

5.  Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi analizzat l-impatt tal-konklużjoni ta' ftehimiet kummerċjali (ħielsa) mill-UE fuq ir-riżorsi proprji tradizzjonali kif ukoll li jiġu allokati sorsi ta' dħul sabiex jikkumpensaw għal tnaqqis possibbli f'dawn ir-riżorsi u l-instabbiltà potenzjali konsegwenti;

6.  Jitlob li titwettaq valutazzjoni legali bir-reqqa u tiġi verifikata l-fattibbiltà tal-possibbiltà li jinħolqu d-dazji u l-imposti fuq il-kummerċ fi prodotti u servizzi abbażi tal-iżvilupp sostenibbli u tal-emissjonijiet, kif ukoll l-inkorporazzjoni possibbli ta' dawn il-miżuri fil-politiki tal-kummerċ internazzjonali u fi ftehimiet tal-UE, bil-għan li s-sħab kummerċjali jiġu inċentivati li jipproduċu modi li jirrispettaw l-ambjent, iżda wkoll jikkostitwixxu sors ta' riżorsi proprji; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li dawn il-miżuri għandhom jiġu introdotti biss jekk huma inkontestabbilment kompatibbli mar-regoli tad-WTO u jissalvagwardjaw kundizzjonijiet ekwi fil-livell internazzjonali u l-kompetittività tan-negozji tal-UE, li l-SMEs huma element importanti minnhom;

7.  Ifakkar it-talbiet preċedenti tiegħu għal approċċ lejn regoli u proċeduri doganali tal-UE li jkunu aktar moderni, effettivi, effiċjenti u mhux ambigwi u inqas diverġenti, li jiffavorixxu sew l-ottimizzazzjoni u l-infurzar tas-sistema doganali attwali tal-UE, u tiġi stimulata l-kooperazzjoni bl-objettiv ċar li tiġi indirizzata l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u kull forma oħra ta' kompetizzjoni inġusta sabiex effettivament jinġabru d-dazji u l-imposti għar-riżorsi proprji tal-UE;

8.  Jinnota li l-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ (TDIs) huma sors ta' riżorsi proprji għall-UE, iżda li, minħabba n-natura tagħhom, ma jistgħux u ma għandhomx jintużaw bħala bażi stabbli u prevedibbli ta' kontribuzzjoni konsistenti għar-riżorsi proprji tal-UE; jenfasizza li t-TDIs m'għandhomx jintużaw primarjament bħala sors ta' riżorsi proprji tal-UE, peress li dawn għandhom biss jiġu stabbiliti b'mod xieraq u proporzjonali, f'konformità mar-regoli applikabbli.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

6

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Nadja Hirsch, Yannick Jadot, France Jamet, Bernd Lange, David Martin, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Seán Kelly, Sander Loones, Fernando Ruas, Lola Sánchez Caldentey, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Virginie Rozière

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

25

+

ALDE

Nadja Hirsch, Hannu Takkula

EFDD

Tiziana Beghin, David Borrelli

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Reimer Böge, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Seán Kelly, Sorin Moisă, Artis Pabriks, Fernando Ruas, Tokia Saïfi, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler

S&D

Maria Arena, Karoline Graswander-Hainz, Bernd Lange, David Martin, Alessia Maria Mosca, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Virginie Rozière, Joachim Schuster

VERTS/ALE

Yannick Jadot

6

-

ECR

David Campbell Bannerman, Sander Loones, Emma McClarkin, Joachim Starbatty

ENF

France Jamet, Franz Obermayr

4

0

EFDD

William (The Earl of) Dartmouth

GUE/NGL

Eleonora Forenza, Anne-Marie Mineur, Lola Sánchez Caldentey

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (27.11.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea
(2017/2053(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Nedzhmi Ali

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi, f'sitwazzjoni ta' riżorsi skarsi, għandha tiġġedded l-importanza li tingħata lill-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE meta jiżdied id-dħul fil-baġit tal-UE minn valur attribwit miżjud minn riżorsi proprji; billi t-tisħiħ fil-kooperazzjoni u l-ħidma konġunta bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, ukoll għandha tiġġeddilhom l-importanza;

B.  billi l-baġit tal-UE huwa primarjament baġit ta' investiment b'xi funzjonijiet ridistributtivi bejn l-Istati Membri, u jservi l-aktar biex jappoġġa politiki u objettivi komuni tal-UE, u jipprovdi flus inizjali għal investimenti medji u fit-tul;

C.  billi wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-baġit tal-UE għandu jkun l-għoti ta' appoġġ lil tkabbir aċċelerat u lill-impjiegi fir-reġjuni l-inqas żviluppati biex jintlaħaq livell ekwivalenti ta' żvilupp soċjali u ekonomiku fl-Istati Membri kollha; billi użu miżjud tar-riżorsi proprji għandu jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għal dan il-għan;

1.  Iqis li r-riżorsi proprji għandhom jiffukaw fuq proġetti li jistgħu jiġġeneraw l-ogħla valur miżjud Ewropew; jenfasizza li l-infiq għandu jkun iffukat fuq oqsma li għalihom il-finanzjament fil-livell Ewropew huwa indispensabbli, jew fejn il-finanzjament fil-livell nazzjonali ma jkunx biżżejjed sabiex jintlaħaq l-għan Ewropew;

2.  Jenfasizza li s-sistema attwali tar-riżorsi proprji hija kumplessa wisq u tenfasizza b'mod inugwali l-bilanċi netti bejn l-Istati Membri; jappoġġa l-introduzzjoni ta' sistema ġdida ta' riżorsi proprji, li se tnaqqas id-dipendenza tal-baġit tal-UE fuq kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING mill-Istati Membri u tippermetti allokazzjoni aħjar tal-finanzjament tal-UE għall-politiki u l-prijoritajiet tal-UE; huwa tal-fehma li s-sehem ta' riżorsi proprji ġenwini ġodda għandu jiżdied għal tal-anqas 50 % tal-lat tad-dħul tal-baġit tal-UE;

3.  Iqis li n-negozjati li ġejjin tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss (QFP), kif ukoll dwar il-Brexit, jipprovdu opportunità għall-UE biex tirriforma s-sistema ta' riżorsi proprji tagħha; jemmen li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iħejju riforma bbażata fuq prinċipji ċari miftiehma b'mod komuni; jistieden għaldaqstant lill-Istati Membri jwettqu riforma fil-fond tas-sistema, u biex jagħmlu l-finanzjament futur tal-UE aktar stabbli, sostenibbli u prevedibbli, kif ukoll aktar trasparenti u responsabbli lejn iċ-ċittadini tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex fir-rapport tagħha dwar il-futur tal-finanzjament tal-UE tqis ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw ir-riforma biex jintroduċu inċentivi u jinkoraġġixxu lill-Istati Membri biex jinvestu fil-proġett Ewropew, u biex ineħħu l-mekkaniżmi kollha ta' korrezzjonijiet u skontijiet, biex b'hekk tiġi pprovduta struttura aktar sempliċi, stabbli, ġusta u trasparenti; iqis, f'dan ir-rigward, li l-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-baġit tal-UE għandhom jiġu esklużi mill-kalkoli tad-defiċit taħt il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir;

5.  Jistieden lill-Istati Membri jqisu r-riskji li żieda fir-riżorsi proprji jista' jkollha fuq is-sistema tal-ġbir ta' dħul, li, b'riżultat ta' dan, se tkun teħtieġ l-introduzzjoni tas-salvagwardji neċessarji;

6.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li jissaħħu s-sistemi eżistenti ta' kontroll u li jiġu introdotti mekkaniżmi ġodda għall-prevenzjoni ta' frodi u irregolaritajiet li jistgħu jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-UE meta jinġabru riżorsi proprji ġodda; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tkun lesta li tipproponi miżuri rilevanti għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE jekk u meta jiġu introdotti riżorsi proprji ġodda għall-baġit tal-UE mill-Istati Membri;

7.  Jiddeplora d-differenzi fil-kontrolli tad-dwana mwettqa fi ħdan l-UE, u l-ammonti kbar involuti fi frodi li jaffettwaw is-sistema ta' ġbir tar-riżorsi proprji; jenfasizza l-importanza ta' kontrolli doganali u l-ġbir relatat tad-dazji tad-dwana; jiġbed l-attenzjoni lejn it-telf fid-dħul minħabba d-diskrepanza tal-VAT u l-frodi transfruntiera tal-VAT; jissottolinja l-fatt li l-kuntrabandu ta' prodotti intaxxati ħafna jissarraf f'telf ta' dħul serju għall-baġit tal-UE u l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-politika komuni dwar kontrolli doganali billi tipprovdi armonizzazzjoni ġenwina bil-ħsieb li jittejjeb il-ġbir ta' riżorsi proprji tradizzjonali;

8.  Ifakkar l-importanza li jiġi ffaċilitat u jitħaffef l-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet bħall-OLAF u l-Europol sabiex jiġu miġġielda l-frodi doganali u l-kriminalità transfruntiera tat-taxxa; jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għaż-żieda fil-każijiet transnazzjonali ta' frodi tal-VAT, magħruf ukoll bħala ''frodi karusell'', u jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ulterjorment il-miżuri għall-prevenzjoni u l-evitar tal-frodi ta' dan it-tip; iqis li huwa essenzjali li r-riżorsa tal-VAT tiġi ottimizzata f'livell prattiku mingħajr ma jiġi impost piż addizzjonali fuq iċ-ċittadini tal-UE u l-Istati Membri;

9.  Iqis li kwalunkwe riżorsa ġdida adottata għandha ssegwi tliet kriterji bażiċi: is-sempliċità, l-ekwità u l-kontroll demokratiku; ifakkar li għandhom jitqiesu l-prinċipji msemmija mill-Grupp ta' Livell Għoli dwar Riżorsi Proprji meta jiġu kkunsidrati sorsi ġodda ta' finanzjament; jirrimarka li sistema ġdida għandha tkun trasparenti u li tista' tinftiehem għall-kontribwenti Ewropej tat-taxxa, u jiddenunzja l-logħba politika li xi pajjiżi tal-UE qed japplikaw bħalissa, li fiha dak li jintrebaħ minn naħa jintilef mill-oħra; huwa tal-fehma li n-negozjati baġitarji mhumiex immexxija mill-prinċipju tal-valur miżjud Ewropew, iżda minn loġika ta' ''redditu ġust'' nazzjonali u bilanċi baġitarji;

10.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw ukoll riżorsi oħrajn ibbażati fuq it-taxxa disponibbli għall-UE li jistgħu jipprovdu aktar valur miżjud Ewropew f'ċerti oqsma ta' politika relatati mar-riskju, filwaqt li fl-istess ħin isaħħu l-baġit tal-UE u jnaqqsu r-riżorsi bbażati fuq l-ING u l-VAT tiegħu; iqis li s-sistema tar-riżorsi proprji attwali bbażati fuq il-VAT għandha tiġi sostitwita bi trasferiment adegwat ta' kwota tal-VAT imposta fil-livell nazzjonali; jemmen li jistgħu jinstabu wkoll riżorsi ġodda minn politiki Ewropej, bħall-ambjent, l-enerġija, il-klima jew il-politiki tat-trasport;

11.  Jirrimarka li l-użu ta' riżorsi proprji għandu jkun orjentat lejn beni pubbliċi Ewropej li jistgħu jibbenefikaw lill-Istati Membri kollha u li fil-każ tagħhom l-azzjoni fil-livell tal-UE mhux biss hija rilevanti, iżda indispensabbli, jew f'każijiet fejn il-possibilitajiet ta' finanzjament nazzjonali mhumiex biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-UE; jissottolinja, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-baġit tal-UE biex jappoġġa aktar integrazzjoni tal-UE u koeżjoni fost l-Istati Membri; jieħu nota ta' żewġ oqsma b'valur miżjud Ewropew għoli li wkoll igawdu minn approvazzjoni għolja fost iċ-ċittadini, jiġifieri r-riċerka u l-iżvilupp u s-sigurtà interna u esterna;

12.  Jirrimarka li l-UE għandha tikkunsidra tagħmel inqas f'oqsma li fihom hemm il-perċezzjoni li l-Unjoni għandha valur miżjud limitat, jew li mhijiex kapaċi twettaq il-wegħdiet tagħha; jenfasizza, madankollu, li meta jiġu stabbiliti miri Ewropej ambizzjużi, għandhom jiġu allokati biżżejjed fondi għal dan il-għan, u li meta jiġu stabbiliti għanijiet ġodda, għandhom jiġu ppreżentati riżorsi ġodda;

13.  Jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li l-infiq ta' riżorsi proprji fuq proġetti ta' sigurtà interna u esterna se jintlaqa' b'mod pożittiv fost iċ-ċittadini, u b'hekk jiżdied il-valur miżjud Ewropew tagħhom; jinsab imħasseb dwar il-livell baxx ta' nfiq f'xi oqsma ta' sigurtà ewlenin, bħal azzjonijiet preparatorji għall-kooperazzjoni u r-riċerka fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà;

14.  Jilqa' ż-żieda fl-użu ta' riżorsi proprji fi proġetti relatati mar-riċerka u l-iżvilupp, għalkemm għad hemm dubji fir-rigward tat-tipi ta' proġetti ffinanzjati; jenfasizza li l-infiq għandu jiffoka fuq proġetti li jkunu ta' profitt fuq perjodu ta' żmien twil u li jwasslu għal benefiċċji lill-UE, aktar milli fuq programmi ta' finanzjament li jipproduċu biss benefiċċji fuq medda qasira ta' żmien;

15.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sehem baxx mill-baġit tal-Unjoni ddedikat għall-infiq relatat mal-klima; isostni li d-dħul miksub minn riżorsi proprji għandu jintefaq fuq proġetti li jiġġeneraw valur miżjud Ewropew ogħla, inkluża l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

16.  Jappella għal dibattitu miftuħ dwar iż-żamma tal-livell ta' pagamenti għall-politika ta' koeżjoni u għall-politika agrikola komuni (PAK) fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, filwaqt li jitqiesu l-addizzjonalità u l-valur miżjud għoli offruti minn dawk il-politiki għall-istabilità Ewropea, il-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku;

17.  Jappella għal bini tal-kapaċità mmirat f'dawk l-Istati Membri li qed jesperjenzaw diffikultajiet bi programmi ġestiti b'mod ċentrali bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), Orizzont 2020 u l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS);

18.  Jistieden lill-Kummissjoni biex matul is-sena d-dieħla tressaq komunikazzjoni lill-Parlament li fiha tispjega kif beħsiebha tirrikonċilja l-objettivi politiċi fuq żmien twil, bħall-Istrateġija Ewropa 2020, mas-sitwazzjoni li se tiżviluppa wara l-QFP 2020; jemmen bis-sħiħ li aġenda tal-UE għad-deċennju li jmiss għandha taqdi rwol deċiżiv fil-proċess tal-iżvilupp tal-oqfsa finanzjarji pluriennali suċċessivi;

19.  Ifakkar li meta jiġu allokati riżorsi proprji għandhom jitqiesu l-proġetti fuq żmien twil, bħalma huma Orizzont 2020 u l-10 prijoritajiet stabbiliti mill-Kummissjoni Juncker; jistieden lill-Kummissjoni torjenta l-prijoritajiet tagħha lejn il-kisba b'suċċess ta' dawn il-proġetti fuq żmien twil;

20.  Jemmen li regoli aktar sempliċi u aktar ċari se jikkontribwixxu għal allokazzjoni rapida tar-riżorsi u se jżidu l-effiċjenza u t-trasparenza, u b'hekk isiru inqas żbalji; jitlob lill-Kummissjoni tfassal pjan ta' azzjoni skont dawn il-linji;

21.  Jinsab imħasseb dwar il-mod li bih titkejjel l-allokazzjoni tan-nefqa; huwa tal-fehma li s-sistema ta' bilanċ baġitarju mhijiex adegwata meta wieħed jittratta proġetti li jinkorporaw il-valur miżjud Ewropew, hekk kif dawn il-proġetti jistgħu jiġu implimentati biss fi Stat Membru wieħed, u b'hekk jingħata lok għal żbilanċ bejn il-kontijiet tal-pajjiż ikkonċernat u dawk ta' oħrajn;

22.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li politiki li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għaċ-ċittadini kollha tal-UE u jipprovdu aktar valur miżjud Ewropew, mhumiex attraenti f'termini ta' bilanċi netti; jemmen, għalhekk, li għandu jiġi żviluppat metodu ġdid biex jitkejjel il-valur tal-proġetti u li għandu jiġi introdott rappurtar semplifikat;

23.  Itenni li huwa kruċjali li jiġu allokati riżorsi proprji għal proġetti li għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw l-ogħla valur miżjud Ewropew aktar milli sempliċiment jiġu kkunsidrati l-kontijiet ta' kull Stat Membru; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintroduċi proposti ambizzjużi għal riżorsi proprji ġodda; jemmen li dan jista' jnaqqas is-sehem relattiv tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali bbażati fuq l-ING għall-baġit tal-UE, u b'hekk jgħin biex tintemm l-enfasi sempliċement fuq redditu ġust fuq il-bilanċi netti, li tmur kontra l-ispirtu Ewropew;

24.  Iqis li l-Kummissjoni għandha teżamina l-possibilità li tiġbor imposta tas-CO2 permezz tal-ipprezzar tal-karbonju, bl-użu jew ta' strumenti tat-tassazzjoni jew ta' dawk ibbażati fuq is-suq, bħala mezz kif jissaħħaħ il-baġit tal-UE; jemmen li tali strument ikun jista' jipprovdi valur miżjud Ewropew għoli, peress li l-imposta tkun tista' sservi ta' inċentiv biex tinbidel l-imġiba tal-konsumatur u tal-produttur favur futur b'anqas dipendenza mill-karbonju; iqis, madankollu li kwalunkwe soluzzjoni tal-UE bbażata fuq it-taxxa għandha tkun kemm jista' jkun newtrali fir-rigward tal-proporzjon fiskali totali ta' Stat Membru partikolari; jindika li tali imposta għandha tqis ukoll l-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet attwali, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u l-kunflitt ta' mezzi u objettivi;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

20.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Arndt Kohn, Monica Macovei, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Bart Staes, Hannu Takkula, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Brian Hayes, Karin Kadenbach, Younous Omarjee, Julia Pitera

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tiziana Beghin, Tiemo Wölken

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

17

+

ALDE

ECR

GUE/NGL

PPE

S&D

Greens

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Hannu Takkula

Monica Macovei

Younous Omarjee

Ingeborg Gräßle, Brian Hayes, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Arndt Kohn, Karin Kadenbach, Inés Ayala Sender, Tiemo Wölken

Bart Staes

1

-

EFDD

Tiziana Beghin

1

0

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (29.1.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar ir-riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea
(2017/2053(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Luigi Morgano

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi skont stħarriġ reċenti l-maġġoranza taċ-ċittadini Ewropej huma favur impenn ulterjuri min-naħa tal-UE f'oqsma bħalma huma dawk tad-difiża u s-sigurtà, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni, u l-politiki soċjali u ekonomiċi, u li dawn għandhom implikazzjonijiet baġitarji;

B.  billi l-Brexit se jkollu impatt sinifikanti mil-lat ta' dħul tal-baġit tal-UE;

C.  billi l-kontribuzzjoni bbażata fuq l-ING ġiet stabbilita biex tibbilanċja n-nefqa li ma tkunx koperta minn dħul ieħor fil-livell tal-UE u, għaldaqstant, tista' tkun ta' natura residwa; billi s-sehem tal-kontribuzzjoni bbażata fuq l-ING żdied minn 13,2 % fl-1991 għal 66,3 % fl-2016, u llum huwa s-sors ewlieni ta' finanzjament għall-baġit tal-UE;

1.  Jilqa' l-approċċ meħud fid-dokument ta' riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE, li skontu l-prinċipji bażiċi tal-baġit tal-UE jridu jkunu t-twassil ta' valur miżjud Ewropew apparagun tal-baġits nazzjonali, il-kisba ta' ekonomiji ta' skala, u l-iżgurar tal-iktar użu effiċjenti u mmirat tal-fondi tal-UE, sabiex "jikseb il-massimu lura minn kull euro minfuq";

2.  Jenfasizza li r-riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-UE m'għandhiex toħloq piż tat-taxxa addizzjonali fuq iċ-ċittadini tal-UE u għandha tevita l-espansjoni tan-natura rigressiva tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-UE;

3.  Jemmen li d-dipendenza eċċessiva fuq il-kontribuzzjoni bbażata fuq l-ING bħala s-sors ewlieni ta' finanzjament għall-baġit tal-UE tipperpetwa loġika ta' "juste retour"; jilqa' l-ħidma tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji, u b'mod partikolari dawk il-miżuri proposti li għandhom l-għan li jikkumpensaw is-sehem tal-kontribuzzjoni bbażata fuq l-ING; isostni li l-użu ta' riżorsi proprji ġenwini tradizzjonali u ġodda jista' tal-inqas jissostitwixxi parzjalment u b'hekk inaqqas il-kontribuzzjoni bbażata fuq l-ING;

4.  Iqis li r-riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji għandha tkun iggwidata mill-prinċipji ta' sempliċità, stabbiltà, flessibbiltà, trasparenza, ġustizzja, demokrazija u valur miżjud tal-UE, bl-għan li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jifhmu aħjar kif jiġi ffinanzjat il-baġit tal-UE;

5.  Iqis li, kif enfasizzat fir-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli, għandha tingħata preferenza għal riżorsi proprji ġenwini b'ambitu Ewropew ċar;

6.  Jilqa' l-proposta tal-Grupp ta' Livell Għoli għall-viżjoni tiegħu tar-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT bl-għan li tkun iktar sempliċi, jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi u tissaħħaħ ir-rabta mal-politika tal-VAT tal-UE u l-irċevuti reali tal-VAT; iqis li tali riforma tar-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-frodi, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa b'mod aktar effettiv; iqis, barra minn hekk, li sistema ġusta għaċ-ċittadini Ewropej fir-rigward tal-baġit tal-UE tiddependi esklużivament fuq sistema definittiva tal-VAT tal-UE, u r-riżorsi proprji relatati;

7.  Iqis li l-Kummissjoni, abbażi tal-konklużjonijiet tal-eżami mill-ġdid tad-Direttiva dwar bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva (BKKTK), għandha tipproponi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-allokazzjoni ta' parti mid-dħul fiskali li jiġi ġġenerat mill-BKKTK lill-baġit tal-Unjoni, sabiex il-kontribuzzjonijiet baġitarji tal-Istati Membri jitnaqqsu proporzjonalment;

8.  Jilqa' d-dibattitu dwar l-alternattivi possibbli fir-rigward ta' taxxi li jappoġġjaw l-isforzi tal-UE fl-indirizzar tal-isfidi ambjentali;

9.  Jenfasizza li għandu jiġi abolit kwalunke ribass mil-lat tad-dħul; iqis li l-proporzjon tal-ispejjeż ta' ġestjoni li l-aġenziji doganali nazzjonali jirċievu fuq it-tariffi u fuq il-miżati llikwidati m'għandhomx jaqbżu l-ispejjeż amministrattivi assoċjati;

10.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq proposta dwar il-ħolqien ta' linja baġitarja għaż-żona tal-euro dedikata fi ħdan il-baġit tal-UE;

11.  Jenfasizza li, minkejja l-ħtieġa ta' riżorsi finanzjarji suffiċjenti għall-UE, huwa importanti li l-piż tat-taxxa fuq iċ-ċittadini ma jiżdiedx;

12.  Jieħu nota tal-"pakkett dwar l-UEM" tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2017, li jelenka l-proposti biex tinħoloq il-kariga tal-hekk imsejjaħ "Ministru Ewropew għall-Ekonomija u l-Finanzi", biex il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà jinbidel f'Fond Monetarju Ewropew, u biex jiġu stabbiliti strumenti baġitarji ġodda għal żona tal-euro stabbli fi ħdan il-qafas tal-UE;

13.  Huwa tal-fehma li, sabiex jiġi żgurat li ż-żona tal-euro tkun ta' benefiċċju għaċ-ċittadini kollha, ikun tajjeb li tiġi stabbilita kapaċità baġitarja għaż-żona tal-euro b'linja baġitarja dedikata fil-baġit tal-UE, fi ħdan il-qafas tal-Unjoni iżda lil hinn mill-kalkoli tal-limitu massimu għall-impenji u l-pagamenti skont il-qafas finanzjarju pluriennali u fi ħdan il-limiti legali tat-Trattati, filwaqt li jiġi evitat li jkun hemm duplikazzjoni tal-politiki eżistenti u mingħajr ma tinħoloq frammentazzjoni fi ħdan il-baġit; huwa favur li din il-kapaċità baġitarja tkun mogħnija bil-mezzi u l-għodda li jippermettulha twettaq funzjonijiet ta' stabbilizzazzjoni makroekonomika; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li l-Istati Membri jikkonformaw mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, inkluż fir-rigward tal-klawżoli ta' flessibbiltà eżistenti tiegħu; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu salvagwardjati l-investimenti, jiġu evitati l-qgħad u n-nuqqas ta' sigurtà, jiġu pprovduti inċentivi għal riformi strutturali biex jiġu mmodernizzati l-ekonomiji tal-Istati Membri, ikun hemm konverġenza ekonomika u soċjali, u tissaħħaħ is-sistema finanzjarja fl-Ewropa kollha kemm hi;

14.  Iqis li, kif issuġġerit mill-Grupp ta' Livell Għoli, il-kapaċità baġitarja taż-żona tal-euro tista' tiġi ffinanzjata parzjalment permezz ta' riżorsi proprji li jkunu jistgħu jiġu implimentati faċilment fiż-żona tal-euro, bħal pereżempju sehem mid-dħul li jirriżulta minn taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji; jenfasizza madankollu li għandu jiġi evitat li fil-baġit ikun hemm rabta bejn tipi speċifiċi ta' dħul u nfiq;

15.  Iqis li għandha tiġi stabbilita rabta ċara bejn l-infiq tal-baġit u l-għanijiet strateġiċi, sabiex tiġi żgurata l-leġittimità demokratika tal-miżuri li jkun sar ftehim dwarhom fil-livell Ewropew; iqis li sabiex jiżdied l-appoġġ pubbliku favur ir-riżorsi proprji Ewropej, dawn għandu jkollhom komponent ċar ta' valur miżjud tal-UE;

16.  Iqis li d-demokrazija, it-trasparenza, u rabta ċara bejn it-teħid tad-deċiżjonijiet, l-akkontabilità u r-responsabbiltà jirfdu l-leġittimità tal-politika pubblika fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali, b'mod partikolari fil-każ tal-politika baġitarja u fiskali; jieħu nota tal-proposta magħmula mill-President tal-Kummissjoni għall-ħolqien tal-kariga, fi ħdan il-Kummissjoni, tal-hekk imsejjaħ "Ministru Ewropew għall-Ekonomija u l-Finanzi"; iqis li dan jista' jtejjeb l-akkontabilità demokratika tal-governanza ekonomika tal-UE, b'mod partikolari vis-à-vis il-Parlament Ewropew;

17.  Iqis li d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-riżorsi proprji għandha tittieħed abbażi ta' involviment ikbar tal-Parlament Ewropew.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGHTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

13

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, David Coburn, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Barbara Kappel, Wajid Khan, Wolf Klinz, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Kay Swinburne, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, Matt Carthy, Mady Delvaux, Herbert Dorfmann, Ramón Jáuregui Atondo, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Luigi Morgano, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edward Czesak, Manolis Kefalogiannis, Rainer Wieland

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

PPE

Burkhard Balz, Herbert Dorfmann, Markus Ferber, Brian Hayes, Danuta Maria Hübner, Manolis Kefalogiannis, Esther de Lange, Werner Langen, Verónica Lope Fontagné, Ivana Maletić, Thomas Mann, Fulvio Martusciello, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Anne Sander, Tom Vandenkendelaere, Rainer Wieland

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Mady Delvaux, Jonás Fernández, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Ramón Jáuregui Atondo, Wajid Khan, Olle Ludvigsson, Luigi Morgano, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Molly Scott Cato, Ernest Urtasun

13

-

ALDE

Caroline Nagtegaal

ECR

Edward Czesak, Sander Loones, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Kay Swinburne

EFDD

David Coburn, Marco Valli

ENF

Gerolf Annemans, Bernard Monot

GUE/NGL

Matt Carthy, Martin Schirdewan

3

0

ALDE

Wolf Klinz

ENF

Barbara Kappel

GUE/NGL

Dimitrios Papadimoulis

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (8.12.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea
(2017/2053(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Ivo Belet

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li sabiex tingħata spinta lit-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, ċirkolari u b'livell baxx ta' karbonju, jintlaħqu l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija miftiehma komunement u jkun hemm konsistenza mal-impenji magħmula skont il-Ftehim ta' Pariġi, hemm bżonn investimenti sinifikanti addizzjonali matul il-perjodu 2020-2030;

2.  Huwa konvint li sabiex isir progress tanġibbli dwar dawn il-politiki ewlenin tal-UE u jinkisbu emissjonijiet żero netti sa nofs is-seklu, is-simplifikazzjoni klimatika u riforma profonda tal-baġit tal-UE huma essenzjali; jinnota li l-Artikolu 2(c) tal-Ftehim ta' Pariġi jissottolinja l-ħtieġa li l-flussi finanzjarji jsiru konsistenti ma' pjan orjentat lejn żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta' gassijiet b'effett ta' serra u reżistenti għat-tibdil fil-klima;

3.  Jemmen li riforma tal-baġit tal-UE għandha tkun iggwidata mill-prinċipji tas-sussidjarjetà, is-solidarjetà u s-sostenibbiltà, bil-għan li jkun hemm baġit tal-UE aktar effikaċi bbażat fuq ġabra ta' riżorsi proprji ġodda u eżistenti, li direttament u b'mod trasparenti jikkontribwixxu għal investimenti fi proġetti b'valur miżjud ċar Ewropew għaċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-ambjent;

4.  Ifakkar li l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda jew tipi oħra ta' dħul tal-UE għandhom irendu l-baġit tal-UE inqas dipendenti fuq il-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-introjtu nazzjonali gross (ING) u jwasslu għal tnaqqis f'dawn il-kontribuzzjonijiet;

5.  Jemmen li riżorsi proprji bbażati fuq taxxa fuq l-elettriku jikkoinċidu mal-kamp ta' applikazzjoni tas-Sistema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (EU ETS) u jqajmu tħassib dwar l-istabbiltà tal-kundizzjonijiet tal-investiment u l-piż finanzjarju fuq l-unitajiet domestiċi;

6.  Jinnota li DĠ Ambjent jirrappreżenta t-tieni l-akbar volum ta' multi imposti għal nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE, li jammontaw għal EUR 284 miljun għall-perjodu 2014-2017; jappella għal dħul li jirriżulta direttament minn leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE u l-infurzar tagħha biex jiġu indirizzati lejn il-baġit tal-UE bħala "dħul ieħor" u allokati għal investimenti fi proġetti li jiġġeneraw l-ogħla valur miżjud Ewropew fil-qasam tal-ambjent; ifakkar, madankollu, li dħul minn multi ma jikkostitwixxix mezzi stabbli ta' dħul għall-baġit tal-UE;

7.  Jitlob li proporzjon tad-dħul mill-irkantar tal-ETS, mill-Fażi 4 (2021) 'il quddiem, ikun dirett lejn proġetti konkreti sostenibbli u b'livell baxx ta' karbonju tal-UE, bħal massimizzazzjoni tal-użu tal-infrastruttura transfruntiera tal-enerġija eżistenti u, fejn metħieġ, l-iżvilupp ta' infrastruttura tal-enerġija ġdida (biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-enerġiji rinnovabbli, pereżempju), il-ħżin tal-enerġija u l-investimenti f'innovazzjoni rivoluzzjonarja fl-industrija, biex ikun hemm kontribut għal tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju; jistieden lill-Kummissjoni telabora aktar dwar kif il-fondi u l-programmi eżistenti u futuri tal-UE jistgħu jintużaw biex jappoġġjaw it-tranżizzjoni ġusta bbażata f'reġjuni intensivi fl-użu tal-faħam u tal-karbonju; jinnota li d-dħul mill-irkant tal-kwoti tal-emissjonijiet huwa pproġettat li jiżdied mill-Fażi 4 'l quddiem;

8.  Jitlob li ssir analiżi dwar jekk id-dħul minn skemi ta' tariffi stradali nazzjonali miftiehma b'mod komuni, ibbażati fuq id-distanza, il-ħin tal-vjaġġ u l-emissjonijiet tat-trasport, jistax jikkontribwixxi biex jiffinanzja proġetti tal-UE li jippromwovu l-iżvilupp tal-mobbiltà b'emissjonijiet baxxi jew b'emissjonijiet żero, inklużi inċentivi għal vetturi b'emissjonijiet baxxi jew żero, sorsi alternattivi ta' enerġija b'emissjonijiet baxxi għat-trasport, u trasport multimodali sostenibbli, b'mod partikolari ferroviji b'veloċità għolja u navigazzjoni interna b'emissjonijiet baxxi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu s-sitwazzjoni speċifika ta' żoni remoti u rurali, li huma kkaratterizzati, pereżempju, minn distanzi twal u nuqqas ta' trasport pubbliku, meta jkunu qed jiġu żviluppati skemi ta' pedaġġ tat-toroq;

9.  Jemmen li għandu jintuża d-dħul addizzjonali ġġenerat minn kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-emissjonijiet minn avjazzjoni intra-UE biex, b'mod partikolari, tingħata spinta lir-riċerka u l-investiment fl-inġenji tal-ajru tal-UE b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u biex isir aktar titjib fl-użu effiċjenti tal-ispazju tal-ajru;

10.  Jemmen li, fin-nuqqas ta' miżuri internazzjonali armonizzati għal tassazzjoni fuq il-pitrolju, għandha tiġi kkunsidrata imposta bbażata fuq l-intensità tal-karbonju tat-titjiriet;

11.  Jemmen li kontribuzzjonijiet tat-tbaħħir possibbli futuri li huma bbażati fuq l-emissjonijiet għandhom jiġu investiti mill-ġdid fis-settur Ewropew tat-tbaħħir permezz ta' finanzjament għar-riċerka u l-iżvilupp għal teknoloġija aktar nadifa u bastimenti sostenibbli;

12.  Jemmen li d-dħul mis-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) għal ċittadini ta' pajjiżi terzi għandu jintuża biex isiru investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tat-trasport bl-ajru nadif u b'emissjonijiet baxxi u f'aktar titjib fl-użu effiċjenti tal-ispazju tal-ajru, u biex tingħata spinta lill-finanzjament għall-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta;

13.  Jitlob li ssir esplorazzjoni tal-possibbiltà li tiġi introdotta riżorsa proprja li tirrifletti l-kontenut ta' karbonju tal-oġġetti tal-konsumatur mibjugħa fis-suq uniku, inklużi l-oġġetti importati fis-suq uniku, bħal mekkaniżmu ta' aġġustament għal-fruntieri tal-karbonju jew taxxa miżjuda tal-karbonju (CAT) li eventwalment jissostitwixxu proporzjon tar-riżorsa proprja attwali bbażata fuq il-VAT.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGHTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

7.12.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

7

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Angélique Delahaye, Stefan Eck, Bas Eickhout, Karl-Heinz Florenz, Gerben-Jan Gerbrandy, Arne Gericke, Jens Gieseke, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Peter Liese, Norbert Lins, Susanne Melior, Rory Palmer, Piernicola Pedicini, Pavel Poc, John Procter, Julia Reid, Annie Schreijer-Pierik, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Luke Ming Flanagan, Martin Häusling, Krzysztof Hetman, Merja Kyllönen, Gesine Meissner, Nuno Melo, Ulrike Müller, Gabriele Preuß, Bart Staes, Claude Turmes

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Sven Schulze

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

37

+

ALDE

Gerben-Jan Gerbrandy, Gesine Meissner, Ulrike Müller

EFDD:

Piernicola Pedicini

GUE/NGL:

Stefan Eck, Merja Kyllönen

NI:

Zoltán Balczó

PPE:

Ivo Belet, Angélique Delahaye, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Karl-Heinz Florenz, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Krzysztof Hetman, Peter Liese, Norbert Lins, Nuno Melo, Annie Schreijer-Pierik, Sven Schulze

S&D:

Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Susanne Melior, Rory Palmer, Pavel Poc, Gabriele Preuß, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE:

Marco Affronte, Bas Eickhout, Martin Häusling, Bart Staes, Claude Turmes

7

-

ECR:

Jørn Dohrmann, Arne Gericke, Urszula Krupa, John Procter, Jadwiga Wiśniewska

EFDD:

Julia Reid

ENF:

Sylvie Goddyn

1

0

GUE/NGL:

Luke Ming Flanagan

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (24.1.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea
(2017/2053(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Nicola Caputo

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jitlob li ssir riforma profonda tas-sistema ta' riżorsi proprji mingħajr ma jiżdied il-piż fiskali għall-kontribwenti Ewropej, inklużi prijoritajiet sodi u riżorsi proprji ġodda li jistgħu jnaqqsu s-sehem tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING, li kienu jammontaw għal 65.4 % tad-dħul tal-Unjoni fl-2016; jirrimarka li għalkemm il-maġġoranza tad-dħul tal-UE għadu jiġi minn kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-ING u tal-VAT, dawn mhumiex meqjusa bħala riżorsi proprji ġenwini; jenfasizza li l-UE għandha bżonn ta' forma stabbli ta' riżorsi proprji, u jinnota li d-dazji punittivi, pereżempju, ma jistgħux għalhekk jiġu kkunsidrati bħala dħul u, għall-istess raġuni, m'humiex adatti bħala sorsi prevedibbli ta' dħul; jitlob ukoll it-tneħħija gradwali tal-forom kollha ta' tnaqqis; jenfasizza li s-sistema attwali tinkludi mekkaniżmi ta' korrezzjoni kumplessi u opaki li ta' kull sena jikkontribwixxu għan-nuqqas ta' approprjazzjonijiet suffiċjenti ta' pagament;

2.  Jindika li r-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji ippreżenta proposti ġodda, inklużi li jiġu riformati r-riżorsa proprja tal-VAT u l-iskema tal-UE ta' skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet, li ssir imposta fuq is-CO2, tassazzjoni fuq it-trasport, tassazzjoni fuq l-elettriku u dħul li ġej mis-suq uniku diġitali; jenfasizza li l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda tista' twassal għal koerenza politika akbar bejn il-lat tad-dħul u l-lat tal-infiq tal-baġit; jenfasizza li, minkejja dawn il-proposti, il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri jridu jibqgħu riżorsa proprja ewlenija f'sistema aktar sempliċi, aktar trasparenti u ekwa u demokratikament responsabbli, fejn id-dħul jintefaq b'mod għaqli;

3.  Jistieden lill-partijiet kollha jiġbdu l-konklużjonijiet xierqa mir-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji u janalizzaw il-fattibilità tar-rakkomandazzjonijiet biex il-baġit tal-Unjoni jsir aktar trasparenti, stabbli, sempliċi, koerenti, ġust u prevedibbli, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà u b'enfasi aktar qawwija fuq is-solidarjetà u r-ridistribuzzjoni bejn pajjiżi aktar sinjuri u pajjiżi aktar fqar; jirrimarka, f'dan ir-rigward, li s-sistema attwali tar-riżorsi proprji hija kkaratterizzata minn grad kunsiderevoli ta' kumplessità, li jinvolvi nuqqas ta' trasparenza li jeħtieġ li jiġi solvut permezz ta' sforz konġunt mill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri;

4.  Jirrimarka li dawn it-tipi ġodda ta' riżorsi proprji huma essenzjali biex jiġu ffinanzjati l-kompiti l-ġodda tal-Unjoni f'oqsma bħalma huma l-migrazzjoni, il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u s-sigurtà interna u d-difiża, u sabiex jiġi kkumpensat it-telf ta' dħul mistenni ta' bejn id-EUR 9 biljuni u t-EUR 12-il biljun fis-sena li jista' jirriżulta mill-Brexit; jinnota wkoll li sabiex jiġi ssalvagwardjat il-valur miżjud Ewropew tal-baġit tal-UE, huma meħtieġa riżorsi proprji ġodda biex jippermettu lill-UE tiffinanzja sew il-politiki tradizzjonali tagħha u l-prijoritajiet ġodda tagħha kif xieraq, filwaqt li jiġi evitat il-potenzjal ta' tnaqqis fl-infiq għall-Politika Agrikola Komuni (PAK), ippreżentat fid-Dokument ta' Riflessjoni tal-Kummissjoni dwar il-Futur tal-Finanzi tal-UE;

5.  Jenfasizza li d-dazji agrikoli huma kemm strument ta' politika kif ukoll għodda ta' finanzjament għall-PAK u li l-ftehimiet ta' kummerċ ħieles se jwasslu għal tnaqqis fid-dħul mid-dazji; jinnota li r-rapport tal-tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji jirrakkomanda li fil-futur dawn jinżammu fi ħdan il-baġit tal-PAK peress li huma riżorsi proprji sempliċi, effiċjenti u ġenwini għall-Unjoni; jinnota li s-sehem tar-riżorsi proprji tradizzjonali naqas b'mod kostanti matul is-snin, peress li t-tnaqqis fit-tariffi medji ma ġiex ikkumpensat biżżejjed minn żidiet fil-volumi tal-kummerċ;

6.  Jenfasizza li dħul addizzjonali, inklużi l-multi tal-kompetizzjoni u d-dazji doganali ogħla milli mistenni, ma jwasslux għal possibilitajiet ta' nfiq addizzjonali, iżda għal inqas kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING;

7.  Jirrimarka li riżorsa proprja tal-VAT riformata (li tissostitwixxi lil dik eżistenti), riżorsa proprja abbażi tat-taxxa korporattiva fuq id-dħul, taxxa fuq tranżazzjonijiet finanzjarji jew taxxi oħra fuq attivitajiet finanzjarji jkollhom il-vantaġġ li jtejbu l-funzjonament tas-suq uniku;

8.  Jenfasizza l-valur miżjud tal-PAK biex jiġu stimolati l-innovazzjoni, il-kompetittività u s-sostenibilità tas-settur agrikolu u biex jissaħħu fuq perjodu ta' żmien twil is-sigurtà tal-ikel u tal-ambjent tal-Unjoni u l-garanziji tal-istabilità tal-prezzijiet tal-ikel permezz ta' dħul tal-azjendi agrikoli aktar stabbli u miżuri ta' żvilupp rurali sostenibbli li jinvestu f'komunitajiet rurali u l-azjendi agrikoli u b'hekk tiġi pprevenuta d-depopolazzjoni rurali u jiġi sfruttat il-potenzjal taż-żoni rurali; jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' riforma tal-PAK sabiex jinbnew il-kredibilità u r-raġunament għal appoġġ kontinwu fost il-pubbliku li ma jagħmilx parti mill-qasam tal-biedja permezz ta' beni pubbliċi ambjentali u billi tiġi żgurata distribuzzjoni iktar ekwa tal-pagamenti bejn l-Istati Membri u fi ħdanhom; fl-aħħar nett, jenfasizza l-ħtieġa li jiġi ssalvagwardjat il-kontribut tad-dazji agrikoli għall-finanzi tal-UE;

9.  Jinnota li l-PAK primarjament jipprovdi lil madwar 500 miljun ċittadin Ewropew kuljum b'ikel ta' kwalità għolja u bi prezz raġonevoli; jirrimarka, barra minn hekk, li dan jiswa lil kull ċittadin tal-UE medja ta' 32 ċenteżmu kuljum bħala kontribuzzjoni biex jiġi żgurat ikel sikur u tajjeb għas-saħħa u pajsaġġ agrikolu varjat; jenfasizza li l-PAK, bħala l-unika politika totalment integrata fil-livell tal-UE, tikkontribwixxi l-ogħla valur miżjud Ewropew u li politika agrikola ffinanzjata fil-livell nazzjonali tkun konsiderevolment aktar għalja;

10.  Jenfasizza li spinta indiretta lid-dħul hija wkoll possibbli permezz tas-simplifikazzjoni tal-politika agrikola komuni u t-tnaqqis tal-burokrazija tagħha;

11.  Jitlob li, l-finanzjament li kien ġie allokat permezz tal-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja fis-settur agrikolu, iżda li ma ntużax, jiġi magħmul disponibbli fl-intier tiegħu bħala pagamenti diretti fis-sena baġitarja li ġejja;

12.  Huwa tal-fehma li l-PAK hija effettiva, u li jeħtieġ li terġa' tafferma l-leġittimità tagħha bħala waħda mill-għodod prinċipali għal azzjoni tal-UE fir-rigward taż-żamma u l-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni rurali, speċjalment fis-settur tal-biedja.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

7

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Richard Ashworth, José Bové, Daniel Buda, Nicola Caputo, Paolo De Castro, Jean-Paul Denanot, Albert Deß, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Edouard Ferrand, Luke Ming Flanagan, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Ivan Jakovčić, Jarosław Kalinowski, Zbigniew Kuźmiuk, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Laurenţiu Rebega, Bronis Ropė, Ricardo Serrão Santos, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi, Marc Tarabella, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Franc Bogovič, Stefan Eck, Jens Gieseke, Maria Heubuch, Karin Kadenbach, Momchil Nekov, Sofia Ribeiro, Annie Schreijer-Pierik, Hannu Takkula, Tom Vandenkendelaere, Thomas Waitz

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Stanisław Ożóg

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

28

+

ALDE

Ivan Jakovčić, Ulrike Müller, Hannu Takkula

EFDD

Marco Zullo

ENF

Rebega Laurentiu

PPE

Franc Bogovič, Daniel Buda, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Jens Gieseke, Esther Herranz García, Mairead McGuinness, Marijana Petir, Sofia Ribeiro, Annie Schreijer-Pierik, Czesław Adam Siekierski, Tom Vandenkendelaere

S & D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Nicola Caputo, Paolo De Castro, Jean-Paul Denanot, Karin Kadenbach, Maria Noichl, Ricardo Serrão Santos, Tibor Szanyi, Marc Tarabella

7

-

ECR

Jørn Dohrmann, Zbigniew Kuźmiuk, James Nicholson, Stanisław Ożóg

EFDD

John Stuart Agnew

GUE/NGL

Stefan Eck, Luke Ming Flanagan

5

0

ECR

Richard Ashworth

ENF

Philippe Loiseau

VERTS/ALE

José Bové, Martin Häusling, Bronis Ropė

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (11.10.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea
(2017/2053(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Mercedes Bresso

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għal riforma komprensiva tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea; ifakkar li s-sistema attwali ta' riżorsi proprji tmur kontra l-ispirtu tat-Trattati, hekk kif l-Artikolu 310(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistipula li l-Unjoni m'għandha tadotta l-ebda att li jista' jkollu implikazzjonijiet notevoli fuq il-baġit mingħajr ma tipprovdi assigurazzjoni li tali nefqa tista' tiġi ffinanzjata fil-limitu tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, u li l-Artikolu 311 tat-TFUE jistipula li l-baġit tal-Unjoni għandu jkun iffinanzjat kompletament minn riżorsi proprji; jissottolinja, madankollu, li fil-prattika l-parti l-kbira tad-dħul tal-UE ġej minn kontribuzzjonijiet nazzjonali fil-forma ta' perċentwal tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) (69.1 %) u tal-VAT (12.4 %), li mhumiex meqjusa bħala riżorsi proprji awtentiċi billi dawn wasslu għal logħba bejn l-Istati Membri li fiha l-gwadann ta' naħa jissarraf f'telf għan-naħa l-oħra (''zero-sum game'');

2.  Jenfasizza li s-sistema attwali ta' riżorsi proprji hija karatterizzata minn livell kunsiderevoli ta' kumplessità u nuqqas ta' trasparenza; jistieden, għaldaqstant, lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet b'mod effiċjenti u kostruttiv;

3.  Jikkunsidra li r-rwol tal-Parlament fi ħdan il-proċedura għall-adozzjoni tar-riżorsi proprji għandu jissaħħaħ; jemmen li bidla minn votazzjoni b'unanimità għal votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata, u l-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall-adozzjoni ta' riżorsi proprji jagħtu lill-Parlament u lill-Kunsill setgħat deċiżjonali ugwali kemm mil-lat ta' dħul u kemm mil-lat ta' nefqa tal-baġit tal-UE;

4.  Jissottolinja l-importanza li tiġi sfruttata l-opportunità ppreżentata mill-Brexit u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jeżaminaw bir-reqqa s-sistema attwali ta' ribassi u korrezzjonijiet, li mhux biss imorru kontra l-ispirtu tat-Trattati, iżda wrew ukoll li jitfgħu l-enfasi tad-diskussjonijiet mill-valur miżjud Ewropew tal-baġit tal-UE għall-effett ta' ''bilanċ nett'' fuq il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri;, mingħajr ma jitqiesu l-effetti katina tal-baġit tal-UE;

5.  Jenfasizza li l-baġit tal-UE għandu jkun mogħni b'sistema ġenwina ta' riżorsi proprji, b'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti bidu għal riflessjoni dwar kif fondi ġenerati direttament mill-politiki tal-UE jistgħu jsiru dħul għall-baġit tal-UE;

7.  Jemmen li kwalunkwe riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' ekwità, stabilità, unità, solidarjetà, sostenibilità, sussidjarjetà u komprensibilità għaċ-ċittadini Ewropej; ifakkar fil-prinċipji mniżżla fir-Rapport Monti u użati mill-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji biex jiġu vvalutati riżorsi proprji ġodda possibbli, u hu tal-fehma li dawn jikkostitwixxu gwida utli għar-riflessjoni dwar ir-riformi; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li jiġi żgurat biżżejjed dħul għall-baġit tal-UE sabiex il-politiki tal-UE jkunu ffinanzjati b'mod adegwat u kredibbli, b'mod partikolari wara l-Brexit;

8.  Iqis li riforma mil-lat tad-dħul għandha timxi id f'id ma' riforma mil-lat tal-infiq biex jiżdied il-valur miżjud Ewropew tan-nefqa tal-UE, billi tiġi żgurata rabta viżibbli bejn in-nefqa tal-UE u l-politiki u l-prijoritajiet tal-UE u jiġu appoġġati politiki tal-UE f'oqsma ewlenin ta' kompetenza tal-UE b'potenzjal għoli għal valur miżjud Ewropew, bħas-suq uniku, il-protezzjoni ambjentali u l-azzjoni klimatika, l-unjoni tal-enerġija, il-politika ta' difiża komuni, u t-tnaqqis fl-eteroġeneità fiskali fis-suq uniku, kif rakkomandat fir-rapport ta' Monti[1];

9.  Ifakkar fl-importanza, waqt it-twettiq tar-riformi futuri, li tinżamm l-għaqda tal-baġit tal-UE u jiġi limitat l-użu ta' programmi u mezzi li jimxu b'mod parallel għall-baġit tal-UE, u li dawn jiġu limitati strettament għal każijiet ġustifikati u li jkunu suġġetti għal skrutinju adegwat, kif rakkomandat mill-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji;

10.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li hemm bżonn riflessjoni bir-reqqa dwar l-effetti tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa, imniedi mill-Kummissjoni f'Marzu 2017, dwar ir-riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji; huwa tal-fehma li l-ħames xenarji kollha għall-futur tal-UE ppreżentati mill-Kummissjoni f'Marzu 2017 jeħtieġu finanzjament addizzjonali, li ġej minn riżorsi proprji ġenwini, sabiex jiġu segwiti l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li issa huma inklużi fi ħdan il-prijoritajiet il-ġodda tal-Unjoni; jinsisti fuq l-importanza li titħares l-għaqda tal-baġit u li titnaqqas, u mhux tiżdied, il-kumplessità tagħha, biex b'hekk tkun żgurata l-koerenza tal-politiki tal-UE kemm internament kif ukoll esternament.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

11.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mercedes Bresso, Richard Corbett, Pascal Durand, Danuta Maria Hübner, Diane James, Alain Lamassoure, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Markus Pieper, Paulo Rangel, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Claudia Țapardel, Kazimierz Michał Ujazdowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ashley Fox, Enrique Guerrero Salom, Jérôme Lavrilleux, Jasenko Selimovic

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tadeusz Zwiefka

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

14

+

ALDE

Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Jasenko Selimovic

PPE

Danuta Maria Hübner, Alain Lamassoure, Jérôme Lavrilleux, Paulo Rangel, György Schöpflin, Tadeusz Zwiefka

S&D

Mercedes Bresso, Richard Corbett, Enrique Guerrero Salom, Pedro Silva Pereira, Claudia Țapardel

VERTS/ALE

Pascal Durand

3

-

ECR

Ashley Fox, Kazimierz Michał Ujazdowski

NI

Diane James

0

0

 

 

Nota: Markus Pieper (PPE) ħabbar li vvota wkoll favur l-abbozz ta' opinjoni

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

  • [1]  Rapport finali u rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji dwar il-finanzjament tal-UE fil-ġejjieni, adottat f'Diċembru 2016.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Esteban González Pons, John Howarth, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Urmas Paet, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Jean-Paul Denanot, Janusz Lewandowski, Ivana Maletić, Stanisław Ożóg, Pavel Poc, Nils Torvalds, Helga Trüpel, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Anders Primdahl Vistisen

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

31

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Gérard Deprez, Urmas Paet, Nils Torvalds

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Stanisław Ożóg

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Esteban González Pons, Janusz Lewandowski, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský

S&D

Jean-Paul Denanot, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, John Howarth, Vladimír Maňka, Pavel Poc, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Manuel dos Santos

VERTS/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Helga Trüpel

4

-

ECR

Anders Primdahl Vistisen

ENF

André Elissen, Marco Zanni

NI

Eleftherios Synadinos

1

0

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Marzu 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza