Proċedura : 2016/0379(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0042/2018

Testi mressqa :

A8-0042/2018

Dibattiti :

PV 25/03/2019 - 16
CRE 25/03/2019 - 16

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 7.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0227

RAPPORT     ***I
PDF 2038kWORD 267k
27.2.2018
PE 597.757v02-00 A8-0042/2018

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni)

(COM(2016)0861 – C8-0492/2016 – 2016/0379(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Krišjānis Kariņš

(Riformulazzjoni – Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
 ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
 OPINJONI TAL-MINORANZA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni)

(COM(2016)0861 – C8-0492/2016 – 2016/0379(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0861),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0492/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, mill-Bundestag Ġermaniż, mill-Bundesrat Ġermaniż, mill-Parlament Spanjol, mis-Senat Franċiż, mill-Parlament Ungeriż, mill-Kunsill Federali Awstrijak, mis-Sejm Pollakk, mis-Senat Pollakk, mill-Kamra tad-Deputati Rumena, u mis-Senat Rumen, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017(2)

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Lulju 2017(3)

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0042/2018),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Fil-passat il-klijenti tal-elettriku kienu purament passivi, tant li ta' spiss kienu jixtru l-elettriku bi prezzijiet regolati li ma kellhom l-ebda relazzjoni diretta mas-suq. Fil-futur il-klijenti jridu jkunu f'pożizzjoni li jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq, fuq l-istess livell mal-parteċipanti l-oħra fis-suq. Sabiex jiġu integrati l-ishma dejjem akbar tal-enerġija rinnovabbli, jenħtieġ li s-sistema futura tal-elettriku tuża s-sorsi kollha disponibbli ta' flessibbiltà, b'mod partikolari r-rispons tad-domanda u l-ħżin. Biex tinkiseb id-dekarbonizzazzjoni effettiva bl-aktar prezz baxx, jeħtieġ ukoll li titħeġġeġ l-effiċjenza fl-enerġija.

(5)  Fil-passat il-klijenti tal-elettriku kienu purament passivi, tant li ta' spiss kienu jixtru l-elettriku bi prezzijiet regolati li ma kellhom l-ebda relazzjoni diretta mas-suq. Fil-futur il-klijenti jridu jkunu f'pożizzjoni li jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq, fuq l-istess livell mal-parteċipanti l-oħra fis-suq u jingħataw is-setgħa biex jimmaniġġjaw il-konsum tal-enerġija tagħhom. Sabiex jiġu integrati l-ishma dejjem akbar tal-enerġija rinnovabbli, jenħtieġ li s-sistema futura tal-elettriku tuża s-sorsi kollha disponibbli ta' flessibbiltà, b'mod partikolari soluzzjonijiet fin-naħa tad-domanda u l-ħżin, u tad-diġitalizzazzjoni permezz tal-integrazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi mas-sistema tal-elettriku. Biex tinkiseb id-dekarbonizzazzjoni effettiva bl-aktar prezz baxx, jeħtieġ ukoll li titħeġġeġ l-effiċjenza fl-enerġija. Il-kisba tas-suq intern tal-enerġija permezz tal-integrazzjoni effikaċi tal-enerġija rinnovabbli tista' tixpruna l-investimenti fit-tul u tista' tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u l-qafas tal-klima u l-enerġija tal-2030.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Is-swieq għal perjodu qasir se jtejbu l-likwidità u l-kompetizzjoni għax permezz tagħhom aktar riżorsi se jkunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq, speċjalment dawk li huma aktar flessibbli. L-ipprezzar tal-iskarsezza effettiv se jħeġġeġ lill-parteċipanti fis-suq biex ikunu disponibbli meta s-suq ikollu l-aktar bżonnhom u se jiżgura li dawn jistgħu jirkupraw il-kostijiet tagħhom fis-suq bl-ingrossa. Għalhekk huwa fundamentali li, kemm jista' jkun, jitneħħew il-limiti amministrattivi u impliċiti fuq il-prezzijiet biex b'hekk il-prezzijiet li jirriflettu n-nuqqas tad-domanda jkunu jistgħu jiżdiedu sal-valur tat-tagħbija mitlufa. Hekk kif ikunu integrati għalkollox fl-istruttura tas-suq, is-swieq integrati tul perjodu qasir u l-ipprezzar tal-iskarsezza se jikkontribwixxu għat-tneħħija ta' miżuri oħra, bħall-mekkaniżmi ta' kapaċità biex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Fl-istess ħin, l-ipprezzar tal-iskarsezza mingħajr limiti fuq il-prezzijiet tas-suq bl-ingrossa jenħtieġ li ma jipperikolax il-possibbiltà ta' prezzijiet affidabbli u stabbli għall-klijenti aħħarija, b'mod partikolari għall-unitajiet domestiċi u l-SMEs.

(10)  Is-swieq għal perjodu qasir se jtejbu l-likwidità u l-kompetizzjoni għax permezz tagħhom aktar riżorsi se jkunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq, speċjalment dawk li huma aktar flessibbli. L-ipprezzar tal-iskarsezza effettiv se jħeġġeġ lill-parteċipanti fis-suq biex jirreaġixxu għas-sinjali tas-suq u biex ikunu disponibbli meta s-suq ikollu l-aktar bżonnhom u se jiżgura li dawn jistgħu jirkupraw il-kostijiet tagħhom fis-suq bl-ingrossa. Għalhekk huwa fundamentali li jitneħħew il-limiti amministrattivi u impliċiti fuq il-prezzijiet biex ikun permess l-ipprezzar tal-iskarsezza. Hekk kif ikunu integrati għalkollox fl-istruttura tas-suq, is-swieq integrati tul perjodu qasir u l-ipprezzar tal-iskarsezza se jikkontribwixxu għat-tneħħija ta' miżuri oħra li jikkawżaw distorsjoni fis-suq, bħall-mekkaniżmi ta' kapaċità biex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Fl-istess ħin, l-ipprezzar tal-iskarsezza mingħajr limiti fuq il-prezzijiet tas-suq bl-ingrossa jenħtieġ li ma jipperikolax il-possibbiltà ta' prezzijiet affidabbli u stabbli għall-klijenti aħħarija, b'mod partikolari għall-unitajiet domestiċi, l-SMEs u l-konsumaturi industrijali.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-prekondizzjoni għal kompetizzjoni effettiva fis-suq intern tal-elettriku hija li jkun hemm tariffi trasparenti u mhux diskriminatorji għall-użu tan-netwerks, fosthom il-linji ta' interkonnessjoni fis-sistema ta' trażmissjoni. Il-kapaċità disponibbli ta' dawk il-linji jenħtieġ li tkun stabbilita fl-ogħla livelli konsistenti mal-istandards ta' sigurtà tat-tħaddim tan-netwerk bla periklu.

(12)  Il-prekondizzjoni għal kompetizzjoni effettiva fis-suq intern tal-elettriku hija li jkun hemm tariffi trasparenti, nondiskriminatorji u adegwati għall-użu tan-netwerks, fosthom il-linji ta' interkonnessjoni fis-sistema ta' trażmissjoni. Il-kapaċità disponibbli ta' dawk il-linji jenħtieġ li tkun stabbilita fl-ogħla livelli konsistenti mal-istandards ta' sigurtà tat-tħaddim tan-netwerk bla periklu.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Jenħtieġ li n-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni (ENTSO) tal-Elettriku jwettaq valutazzjoni soda fuq terminu medju u twil dwar l-adegwatezza tar-riżorsi fil-livell tal-Unjoni biex tipprovdi bażi oġġettiva għall-valutazzjoni tat-tħassib dwar l-adegwatezza. It-tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi jikkonċerna l-fatt li l-indirizzi tal-mekkaniżmi ta' kapaċità jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-valutazzjoni tal-UE.

(26)  Jenħtieġ li n-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni (ENTSO) tal-Elettriku jwettaq metodoloġija għall-valutazzjoni soda fuq terminu twil dwar l-adegwatezza tar-riżorsi fil-livell tal-Unjoni biex tipprovdi bażi oġġettiva għall-valutazzjoni tat-tħassib dwar l-adegwatezza fil-livell tal-Unjoni, reġjonali u tal-Istati Membri u l-livelli taż-żoni tal-offerti. It-tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi jikkonċerna l-fatt li l-indirizzi tal-mekkaniżmi ta' kapaċità jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-valutazzjoni tal-UE. Jenħtieġ li l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi ta' kapaċità titħalla biss jekk valutazzjoni dwar l-adegwatezza tar-riżorsi fil-livell tal-Unjoni, immexxija mill-ENTSO tal-Elettriku, tkun identifikat tħassib dwar l-adegwatezza jew jekk il-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni pożittiva dwar il-pjan ta' implimentazzjon.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Il-valutazzjoni fuq terminu medju u twil dwar l-adegwatezza tar-riżorsi (minn 10 snin sa sena bil-quddiem) stabbilita f'dan ir-Regolament għandha skop differenti mill-prospettivi staġjunali (ta' sitt xhur bil-quddiem) kif stabbiliti fl-Artikolu 9 [ir-Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji kif propost minn COM(2016) 862]. Il-valutazzjonijiet fuq terminu medju u twil jintużaw l-aktar biex jivvalutaw il-ħtieġa ta' mekkaniżmi ta' kapaċità billi l-prospettivi staġjunali jintużaw biex jinfurmaw dwar ir-riskji li jistgħu jinqalgħu fi żmien is-sitt xhur ta' wara, li x'aktarx jirriżultaw f'deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-elettriku. Barra minn hekk, iċ-Ċentri Operazzjonali Reġjonali jwettqu wkoll valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza tar-riżorsi kif definiti fil-leġiżlazzjoni Ewropea dwar it-tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku. Dawn huma valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza fuq terminu qasir ħafna (minn ġimgħa sa ġurnata bil-quddiem) użati fil-kuntest tat-tħaddim tas-sistema.

(27)  Il-metodoloġija għall-valutazzjoni fuq terminu twil dwar l-adegwatezza tar-riżorsi (minn 10 snin sa sena bil-quddiem) stabbilita f'dan ir-Regolament għandha skop differenti mill-prospettivi staġjunali (ta' sitt xhur bil-quddiem) kif stabbiliti fl-Artikolu 9 [ir-Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji kif propost minn COM(2016) 862]. Il-valutazzjonijiet fuq terminu medju u twil jintużaw l-aktar biex jidentifikaw tħassib dwar l-adegwatezza filwaqt li l-prospettivi staġjunali jintużaw biex jinfurmaw dwar ir-riskji fuq terminu qasir li jistgħu jinqalgħu fi żmien is-sitt xhur ta' wara, li x'aktarx jirriżultaw f'deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-elettriku. Barra minn hekk, iċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Reġjonali jwettqu wkoll valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza tar-riżorsi kif definiti fil-leġiżlazzjoni Ewropea dwar it-tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku. Dawn huma valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza fuq terminu qasir ħafna (minn ġimgħa sa ġurnata bil-quddiem) użati fil-kuntest tat-tħaddim tas-sistema.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jintroduċu mekkaniżmi ta' kapaċità bħala l-aħħar soluzzjoni biss, fejn it-tħassib dwar l-adegwatezza ma jkunx jista' jiġi indirizzat permezz tat-tneħħija tad-distorsjonijiet eżistenti tas-suq. Qabel l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ta' kapaċità li jopera fi ħdan is-suq tal-elettriku u għalhekk jikkawża distorsjoni fis-suq, jenħtieġ li l-Istati Membri jevalwaw jekk ir-riservi strateġiċi jkunux biżżejjed biex jindirizzaw it-tħassib tagħhom dwar l-adegwatezza. Ir-riservi strateġiċi jikkawżaw inqas distorsjoni peress li joperaw barra mis-suq biss u f'każijiet rari biss, meta s-swieq ma jkunux jistgħu jikklirjaw. Ir-riservi strateġiċi jistgħu jevitaw konsegwenzi finanzjarji għall-operaturi tas-suq li ma jkunux jistgħu jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tagħhom ta' bbilanċjar u li konsegwentement iwassal għal spejjeż sinifikanti.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Barra l-iskemi ta' riserva jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll regoli dettaljati li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni transkonfinali effettiva fil-mekkaniżmi ta' kapaċità. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni bejn il-fruntieri jenħtieġ li jiffaċilitaw il-ġeneraturi interessati li jixtiequ jipparteċipaw fil-mekkaniżmi ta' kapaċità fi Stati Membri oħra. Għalhekk jenħtieġ li jikkalkulaw il-kapaċitajiet sa fejn hu possibbli l-parteċipazzjoni bejn il-fruntieri, jippermettu l-parteċipazzjoni u jikkontrollaw id-disponibbiltajiet. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jinfurzaw ir-regoli transkonfinali fl-Istati Membri.

(31)  Barra r-riservi strateġiċi jenħtieġ li f'dan ir-Regolament jiġu stabbiliti wkoll regoli dettaljati li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni transkonfinali effettiva fil-mekkaniżmi ta' kapaċità. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni bejn il-fruntieri jenħtieġ li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-ġeneraturi interessati fil-mekkaniżmi ta' kapaċità fi Stati Membri oħra. Għalhekk jenħtieġ li jikkalkulaw il-kapaċitajiet sa fejn hu possibbli l-parteċipazzjoni bejn il-fruntieri, jippermettu l-parteċipazzjoni u jikkontrollaw id-disponibbiltajiet. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jinfurzaw ir-regoli transkonfinali fl-Istati Membri.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iċ-Ċentri Operazzjonali reġjonali jenħtieġ li jwettqu funzjonijiet li r-reġjonalizzazzjoni tagħhom iġġib valur miżjud meta titqabbel mal-funzjonijiet li jitwettqu fil-livell nazzjonali. Il-funzjonijiet taċ-Ċentri Operazzjonali reġjonali jenħtieġu li jkopru l-funzjonijiet imwettqa mill-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà kif ukoll it-tħaddim addizzjonali tas-sistema, it-tħaddim tas-suq u l-funzjonijiet tat-tħejjija għar-riskji. Il-funzjonijiet imwettqa miċ-Ċentri Operazzjonali reġjonali jenħtieġ li jeskludu it-tħaddim f'ħin reali tas-sistema tal-elettriku.

(35)  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jenħtieġ li jwettqu funzjonijiet li r-reġjonalizzazzjoni tagħhom iġġib valur miżjud meta titqabbel mal-funzjonijiet li jitwettqu fil-livell nazzjonali. Il-funzjonijiet taċ-Ċentri Operazzjonali reġjonali jenħtieġu li jkopru l-funzjonijiet imwettqa mill-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà kif ukoll il-funzjonijiet addizzjonali b'importanza reġjonali. Il-funzjonijiet imwettqa miċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jenħtieġ li jeskludu t-tħaddim f'ħin reali tas-sistema tal-elettriku.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a)  Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi għall-2030 u l-2050 stabbiliti fil-qafas ta' politika dwar il-klima u l-enerġija.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jistabbilixxi l-bażi biex jinkisbu b'mod effiċjenti l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija Ewropea u b'mod partikolari il-qafas għall-klima u l-enerġija għall-203030 bis-sinjali tas-suq li jwasslu għal aktar flessibbiltà, dekarbonizzazzjoni u innovazzjoni;

(a)  jistabbilixxi l-bażi biex jinkisbu b'mod effiċjenti l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija Ewropea u b'mod partikolari il-qafas għall-klima u l-enerġija għall-203030 bis-sinjali tas-suq li jwasslu għal aktar flessibbiltà, effiċjenza, dekarbonizzazzjoni, innovazzjoni u sehem ogħla ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

__________________

__________________

30 COM/2014/015 final.

30 COM/2014/015 final.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jistabbilixxi l-prinċipji fundamentali għal swieq tal-elettriku integrati u li jiffunzjonaw tajjeb, li jippermettu l-aċċess mhux diskriminatorju għas-suq għall-fornituri tar-riżorsi u għall-klijenti tal-elettriku kollha, jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi, jippermettu r-rispons tad-domanda u l-effiċjenza fl-enerġija, jiffaċilitaw l-aggregazzjoni tad-domanda u tal-provvista distribwiti u jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija billi jippermettu l-integrazzjoni tas-suq u r-remunerazzjoni bbażata fuq is-suq tal-elettriku ġġenerat minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

(b)  jistabbilixxi l-prinċipji fundamentali għal swieq tal-elettriku transkonfinali, integrati u likwidi li jiffunzjonaw tajjeb, u li jippermettu l-aċċess nondiskriminatorju għas-suq għall-fornituri tar-riżorsi u għall-klijenti tal-elettriku kollha, jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi, jippermettu l-kompetittività fis-suq globali, ir-rispons tad-domanda u l-effiċjenza fl-enerġija, jiffaċilitaw l-aggregazzjoni tad-domanda u tal-provvista distribwiti u jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija billi jippermettu l-integrazzjoni settorjali u tas-suq u r-remunerazzjoni bbażata fuq is-suq tal-elettriku ġġenerat minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jiffaċilita l-iżvilupp ta' suq bl-ingrossa li jiffunzjona tajjeb u li jkun trasparenti, b'livell għoli ta' sigurtà tal-provvista tal-elettriku. Huwa jipprovdi għal mekkaniżmi biex jarmonizza r-regoli għall-iskambji transkonfinali tal-elettriku.

(d)  jiffaċilita l-iżvilupp ta' suq bl-ingrossa li jiffunzjona tajjeb u li jkun likwidu, trasparenti u jikkontribwixxi għal livell għoli ta' sigurtà tal-provvista tal-elettriku. Huwa jipprovdi għal mekkaniżmi biex jarmonizza r-regoli għall-iskambji transkonfinali tal-elettriku.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "konġestjoni" tfisser sitwazzjoni fejn it-talbiet kollha mill-parteċipanti fis-suq biex isir kummerċ bejn żewġ żoni tal-offerti ma jistgħux jintlaqgħu peress li kieku jaffettwaw b'mod sinifikanti l-flussi fiżiċi tal-elementi tan-netwerk li ma jistgħux jakkomodaw dawk il-flussi ;

(c)  "konġestjoni" tfisser sitwazzjoni fejn it-talbiet kollha mill-parteċipanti fis-suq biex isir kummerċ ma jistgħux jintlaqgħu peress li kieku jaffettwaw b'mod sinifikanti l-flussi fiżiċi tal-elementi tan-netwerk li ma jistgħux jakkomodaw dawk il-flussi;

Ġustifikazzjoni

Skont il-fehim tad-definizzjoni oriġinali, il-konġestjoni tista' teżisti biss bejn żewġ żoni tal-offerti, li ma tirriflettix il-kundizzjonijiet reali tas-sistema ta' trażmissjoni u trid titqies ukoll (eżempju tipiku jkun il-każ tal-Ġermanja, b'konġestjonijiet interni f'żona waħda tal-offerti). Id-definizzjoni għandha tkun allinjata wkoll mad-definizzjonijiet użati fil-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "konġestjoni strutturali" tfisser konġestjoni fis-sistema ta' trażmissjoni li hija prevedibbli, ġeografikament stabbli tul iż-żmien u li terġa' sseħħ ta' spiss skont kundizzjonijiet normali tas-sistema tal-enerġija;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt u

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(u)  "mekkaniżmu ta' kapaċità" tfisser miżura amministrattiva biex tiġi żgurata l-kisba tal-livell ta' sigurtà tal-provvista tal-enerġija mixtieq mir-riżorsi għar-remunerazzjoni għad-disponibbiltà tagħhom u li teskludi l-miżuri relatati mas-servizzi anċillari;

(u)  "mekkaniżmu ta' kapaċità" tfisser miżuri amministrattivi temporanji meħuda mill-Istati Membri biex jimtela d-distakk tal-adegwatezza mistennija għall-provvista tal-elettriku biex tissodisfa d-domanda tal-elettriku billi joffru pagamenti addizzjonali lill-fornituri tal-kapaċità li joperaw fis-suq tal-elettriku, minbarra l-introjtu miksub bil-bejgħ tal-elettriku fis-suq inkambju għad-disponibbiltà tal-kapaċità eżistenti jew investiment f'kapaċità ġdida biex jiġi ggarantit il-livell neċessarju ta' sigurtà tal-provvista;

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v)  "riserva strateġika" tfisser mekkaniżmu ta' kapaċità li fih isir id-dispaċċ tar-riżorsi biss f'każ li s-swieq ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata jonqsu milli jikklirjaw, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jkunu eżawrew ir-riżorsi ta' bbilanċjar tagħhom biex jistabbilixxu ekwilibru bejn id-domanda u l-provvista u l-iżbilanċi fis-suq matul il-perjodu fejn ikun sar id-dispaċċ tar-riservi jiġu saldati skont il-valur tat-tagħbija mitlufa;

(v)  "riserva strateġika" tfisser mekkaniżmu ta' kapaċità li fih ir-riżorsi jinżammu barra mis-suq tal-elettriku u jsir id-dispaċċ tagħhom biss f'każ li s-swieq ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata jonqsu milli jikklirjaw, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jkunu eżawrew ir-riżorsi ta' bbilanċjar tagħhom biex jistabbilixxu ekwilibriju bejn id-domanda u l-provvista u l-iżbilanċi fis-suq matul il-perjodu fejn ikun sar id-dispaċċ tar-riservi jiġu saldati mill-inqas skont il-limiti tal-prezz tekniku jew skont il-valur tat-tagħbija mitlufa;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-operaturi tas-suq għandhom jiżguraw li s-swieq tal-elettriku jitħaddmu skont il-prinċipji li ġejjin:

1.  L-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, l-operaturi tas-suq u l-partijiet terzi li lilhom ikunu ġew iddelegati jew assenjati r-responsabbiltajiet, għandhom jiżguraw li s-swieq tal-elettriku jitħaddmu skont il-prinċipji li ġejjin:

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għandhom jiġu evitati l-azzjonijiet li jipprevjenu l-formazzjoni tal-prezzijiet abbażi tad-domanda u tal-provvista jew li jikkostitwixxu diżinċentiv għall-iżvilupp ta' ġenerazzjoni aktar flessibbli, ġenerazzjoni b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju jew domanda aktar flessibbli;

(b)  għandhom jiġu evitati l-azzjonijiet li jipprevjenu l-formazzjoni tal-prezzijiet abbażi tad-domanda u tal-provvista;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  għandu jiġi promoss l-iżvilupp ta' ġenerazzjoni aktar flessibbli, ġenerazzjoni sostenibbli b'livell baxx ta' karbonju u domanda aktar flessibbli;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-klijenti għandhom jitħallew jibbenefikaw minn opportunitajiet tas-suq u minn kompetizzjoni akbar tas-swieq tal-konsumaturi;

(c)  il-klijenti għandhom jitħallew jibbenefikaw minn opportunitajiet tas-suq u minn kompetizzjoni akbar tas-swieq tal-konsumaturi u jingħataw is-setgħa jaġixxu bħala parteċipanti fis-suq tal-enerġija u fit-tranżizzjoni tal-enerġija;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  ir-regoli tas-suq għandhom jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija billi jippermettu l-integrazzjoni tal-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u jipprovdu inċentivi għall-effiċjenza fl-enerġija;

(e)  ir-regoli tas-suq għandhom jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-elettriku u b'hekk tal-ekonomija billi jippermettu l-integrazzjoni tal-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli inkluż il-ħżin tal-enerġija u jipprovdu inċentivi għall-effiċjenza fl-enerġija;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  ir-regoli tas-suq għandhom iwasslu għal inċentivi xierqa ta' investiment għall-ġenerazzjoni, il-ħżin, l-effiċjenza fl-enerġija u r-rispons tad-domanda biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-suq u b'hekk jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija;

(f)  ir-regoli tas-suq għandhom jinkoraġġixxu l-formazzjoni libera tal-prezzijiet biex jitwasslu inċentivi xierqa ta' investiment għall-ġenerazzjoni, b'mod partikolari investimenti fit-tul għal sistema tal-elettriku dekarbonizzata u sostenibbli, il-ħżin, l-effiċjenza fl-enerġija, ir-rispons tad-domanda u l-iffaċilitar tal-kompetizzjoni ġusta u b'hekk jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  għandhom jiġu evitati l-ostakoli għall-flussi transkonfinali tal-elettriku u għat-tranżazzjonijiet transkonfinali dwar is-swieq tal-elettriku u s-servizzi relatati;

(g)  għandhom jitneħħew l-ostakli għall-flussi transkonfinali tal-elettriku u għat-tranżazzjonijiet transkonfinali dwar is-swieq tal-elettriku u s-servizzi relatati;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  ir-regoli tas-suq għandhom jipprovdu għall-kooperazzjoni reġjonali meta tkun effettiva;

(h)  ir-regoli tas-suq għandhom jipprovdu għal kooperazzjoni reġjonali b'saħħitha meta tkun effettiva;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  l-operaturi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku għandhom jassumu r-responsabbiltà finanzjarja u legali sħiħa li tirriżulta mill-assi tagħhom;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  ir-regoli tas-suq għandhom jippermettu li jsir progress fir-riċerka u fl-iżvilupp u li jintuża għall-benefiċċju tas-soċjetà;

(k)  ir-regoli tas-suq għandhom jippermettu li jsir progress fir-riċerka u fl-iżvilupp f'sorsi, teknoloġiji jew sistemi ta' enerġija sostenibbli, siguri u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju li jintuża għall-benefiċċju tas-soċjetà;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  ir-regoli tas-suq għandhom jippermettu d-dispaċċ effiċjenti tal-assi ta' ġenerazzjoni u tar-rispons tad-domanda;

(l)  ir-regoli tas-suq għandhom jippermettu d-dispaċċ effiċjenti tal-assi ta' ġenerazzjoni, tal-ħżin u tar-rispons tad-domanda;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m)  ir-regoli tas-suq għandhom jippermettu d-dħul u l-ħruġ tal-impriżi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u tal-provvista tal-elettriku skont il-valutazzjoni tagħhom tal-vijabbiltà finanzjarja u ekonomika tal-operazzjonijiet tagħhom;

(m)  ir-regoli tas-suq għandhom jippermettu d-dħul u l-ħruġ tal-impriżi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, tal-ħżin tal-enerġija, u tal-provvista tal-elettriku skont il-valutazzjoni tagħhom tal-vijabbiltà finanzjarja u ekonomika tal-operazzjonijiet tagħhom; il-kompetizzjoni effettiva u l-formazzjoni tal-prezzijiet;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt n

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n)  l-opportunitajiet tal-iħħeġġjar fit-tul li jippermettu lill-parteċipanti fis-suq biex jiħħeġġjaw kontra r-riskji ta' volatilità tal-prezzijiet abbażi tas-suq u li jeliminaw l-inċertezza fuq ir-redditu futur fuq l-investiment, għandhom ikunu kummerċjabbli fil-Borża b'mod trasparenti soġġetti għall-konformità mar-regoli tat-Trattat tal-UE dwar il-kompetizzjoni.

(n)  l-opportunitajiet tal-iħħeġġjar fit-tul li jippermettu lill-parteċipanti fis-suq biex jiħħeġġjaw kontra r-riskji ta' volatilità tal-prezzijiet abbażi tas-suq u li jtaffu l-inċertezza fuq ir-redditu futur fuq l-investiment, għandhom ikunu kummerċjabbli fil-Borża b'mod trasparenti soġġetti għall-konformità mar-regoli tat-Trattat tal-UE dwar il-kompetizzjoni filwaqt li l-prodotti attwali offruti fuq skambji għandhom jiġu estiżi u promossi aktar fil-livell tal-Unjoni; Il-bidliet regolatorji għandhom iqisu l-effetti fuq is-swieq u l-prodotti forward u tal-futuri kemm fuq terminu qasir kif ukoll fuq terminu twil.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Tranżizzjoni ġusta

 

Il-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri li jimplimentaw strateġija nazzjonali għat-tnaqqis progressiv tal-kapaċità installata ta' ġenerazzjoni tal-enerġija permezz tal-faħam u ta' fjuwils fossili solidi oħra u l-estrazzjoni bil-mezzi kollha disponibbli, inkluż appoġġ finanzjarju mmirat li jippermetti "tranżizzjoni ġusta" fir-reġjuni affettwati minn tibdil strutturali. Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri fl-indirizzar tal-impatti soċjali, fuq il-ħiliet u industrijali tat-tranżizzjoni għall-enerġija nadifa.

 

Il-Kummissjoni għandha taħdem fi sħubija mill-qrib mal-atturi tar-reġjuni b'intensità qawwija ta' faħam u ta' karbonju, tipprovdi gwida, b'mod partikolari għall-aċċess għall-fondi u l-programmi disponibbli u l-użu tagħhom, u tħeġġeġ skambju ta' prattiki tajba, inklużi diskussjonijiet dwar il-pjanijiet direzzjonali industrijali u l-ħtiġijiet ta' taħriġ mill-ġdid.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Meta Stat Membru jagħżel li jipprovdi deroga skont l-Artikolu 4(2), huwa għandu jiżgura li r-responsabbiltajiet finanzjarji tal-iżbilanċi jintrefgħu minn parti oħra.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-parteċipanti kollha fis-suq għandu jkollhom aċċess għas-suq tal-ibbilanċjar, sew jekk b'mod individwali u sew jekk b'mod aggregat. Ir-regoli u l-prodotti tas-suq tal-ibbilanċjar għandhom jirrispettaw il-ħtieġa li jakkomodaw l-ishma dejjem akbar ta' ġenerazzjoni varjabbli, iż-żieda fir-rispons tad-domanda u l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda.

1.  Il-parteċipanti kollha fis-suq, inklużi dawk li jipprovdu elettriku ġġenerat minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli varjabbli u servizzi ta' rispons fin-naħa tad-domanda u ta' ħżin għandu jkollhom aċċess sħiħ għas-suq tal-ibbilanċjar, sew jekk b'mod individwali u sew jekk b'mod aggregat. Ir-regoli u l-prodotti tas-suq tal-ibbilanċjar għandhom jirrispettaw il-ħtieġa li jakkomodaw l-ishma dejjem akbar ta' ġenerazzjoni varjabbli, iż-żieda fir-rispons tad-domanda u l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-swieq tal-ibbilanċjar għandhom jiġu organizzati b'tali mod li jiżguraw in-nondiskriminazzjoni effettiva bejn il-parteċipanti fis-suq filwaqt li jqisu l-kapaċità teknika differenti ta' ġenerazzjoni mis-sorsi ta' enerġija rinnovabbli varjabbli u mir-rispons fin-naħa tad-domanda u tal-ħżin.

2.  Is-swieq tal-ibbilanċjar għandhom jiġu organizzati b'tali mod li jiżguraw in-nondiskriminazzjoni effettiva bejn il-parteċipanti fis-suq. Kull ġenerazzjoni, inkluż minn sorsi rinnovabbli varjabbli, ir-rispons fin-naħa tad-domanda u l-ħżin għandha tkun tista' tipparteċipa fuq bażi ugwali fis-swieq tal-ibbilanċjar, filwaqt li jitqiesu l-kapaċitajiet tekniċi differenti.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-enerġija ta' bbilanċjar għandha tiġi akkwistata b'mod separat mill-kapaċità ta' bbilanċjar. Il-proċessi ta' akkwist għandhom ikunu trasparenti u fl-istess ħin jirrispettaw il-kunfidenzjalità.

3.  L-enerġija ta' bbilanċjar għandha tiġi akkwistata b'mod separat mill-kapaċità ta' bbilanċjar. Il-prezz tal-enerġija ta' bbilanċjar ma għandux ikun stabbilit minn qabel f'kuntratt ta' bbilanċjar ħlief fejn tiġi applikata eżenzjoni skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/21951a. Il-proċessi ta' akkwist għandhom ikunu trasparenti u fl-istess ħin jirrispettaw il-kunfidenzjalità.

 

_______________

 

1a Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2195 tat-23 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-ibbilanċjar tal-elettriku (ĠU L 312, 28.11.2017, p.  6).

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-ipprezzar marġinali għandu jintuża għas-saldu tal-enerġija ta' bbilanċjar. Il-parteċipanti fis-suq għandhom jitħallew jitfgħu l-offerti tagħhom kemm jista' jkun qrib tal-ħin reali, u mill-inqas wara l-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata stabbilit skont l-Artikolu 59 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/122234.

5.  Is-saldu tal-enerġija ta' bbilanċjar għandu jkun ibbażat fuq l-ipprezzar marġinali. Fi swieq tal-ibbilanċjar, il-parteċipanti fis-suq għandhom jitħallew jitfgħu l-offerti tagħhom kemm jista' jkun qrib tal-ħin reali, u l-ħin tal-għeluq tan-negozju għall-enerġija tal-ibbilanċjar ma għandux jippreċedi l-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata stabbilit skont l-Artikolu 59 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/122234

__________________

__________________

34 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (ĠU L 197, 25.7.2015, p. 24).

34 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (ĠU L 197, 25.7.2015, p. 24).

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Id-dimensjoni tal-kapaċità ta' riserva għandha titwettaq fuq livell reġjonali skont il-punt 7 tal-Anness I. Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jappoġġaw lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fl-istabbiliment tal-ammont ta' kapaċità ta' bbilanċjar li jrid jiġi akkwistat skont il-punt 8 tal-Anness I.

7.  Id-dimensjoni tal-kapaċità ta' riserva għandha titwettaq fuq livell reġjonali skont il-punt 7 tal-Anness I. Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jappoġġaw lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fl-istabbiliment tal-ammont ta' kapaċità ta' bbilanċjar li jrid jiġi akkwistat skont il-punt 8 tal-Anness I.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-akkwist tal-kapaċità ta' bbilanċjar għandu jiġi ffaċilitat fuq livell reġjonali skont il-punt 8 tal-Anness I. L-akkwist għandu jkun ibbażat fuq suq primarju u organizzat b'tali mod li ma jkunx diskriminatorju bejn il-parteċipanti fis-suq fil-proċess ta' prekwalifikazzjoni sew jekk b'mod individwali u sew jekk b'mod aggregat.

8.  L-akkwist tal-kapaċità ta' bbilanċjar għandu jitwettaq mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni. L-akkwist għandu jkun ibbażat fuq suq primarju u organizzat b'tali mod li ma jkunx diskriminatorju bejn il-parteċipanti fis-suq fil-proċess ta' prekwalifikazzjoni sew jekk il-parteċipanti tas-suq jipparteċipaw b'mod individwali u sew jekk b'mod aggregat soġġett għal-limitazzjonijiet tekniċi inerenti fil-ġestjoni tan-netwerks. Ir-riserva ta' kapaċità transżonali għall-iskambju ta' kapaċità ta' bbilanċjar għandha tkun limitata għal 5 % tal-kapaċità disponibbli għall-iskambju ta' enerġija tas-sena kalendarja rilevanti preċedenti bejn iż-żoni tal-offerti rispettivi.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-akkwist tal-kapaċità ta' bbilanċjar 'il fuq u tal-kapaċità ta' bbilanċjar 'l isfel għandu jitwettaq b'mod separat. L-ikkuntrattar għandu jsir biss sa ġurnata qabel l-għoti tal-kapaċità ta' bbilanċjar u l-perjodu ta' kkuntrattar għandu jkollu perjodu massimu ta' ġurnata.

9.  L-akkwist tal-kapaċità ta' bbilanċjar 'il fuq u tal-kapaċità ta' bbilanċjar 'l isfel għandu jitwettaq b'mod separat. L-akkwist ta' kapaċità ta' bbilanċjar għandu jsir biss sa ġurnata qabel l-għoti tal-kapaċità ta' bbilanċjar u l-perjodu ta' kkuntrattar għandu jkollu tul massimu ta' ġurnata.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jippubblikaw informazzjoni qrib il-ħin reali dwar l-istat attwali tal-ibbilanċjar taż-żoni ta' kontroll tagħhom, dwar il-prezz tal-iżbilanċ u l-prezz tal-enerġija ta' bbilanċjar.

10.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jew partijiet terzi li dawn ir-responsabbiltajiet ikunu ġew iddelegati lilhom mill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni rilevanti, mill-Istat Membru jew mill-awtorità regolatorja rilevanti, għandhom jippubblikaw informazzjoni qrib il-ħin reali dwar l-istat attwali tal-ibbilanċjar taż-żoni ta' kontroll tagħhom, dwar il-prezz tal-iżbilanċ stmat u l-prezz tal-enerġija ta' bbilanċjar stmat.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10a.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar il-funzjonament u t-trasparenza tas-swieq tal-ibbilanċjar, u l-aċċess għalihom, b'mod partikolari minn fornituri żgħar, b'mod partikolari għall-finijiet tal-Artikolu 4, permezz tal-proċedura ta' rapportar dwar is-suq intern tal-enerġija stabbilita fl-Artikolu 21 tar-Regolament .../... [Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija].

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikunu organizzati b'tali mod li ma jkunux diskriminatorji;

(a)  ma jkunux diskriminatorji;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-operaturi tas-suq għandhom ikunu liberi li jiżviluppaw prodotti u opportunitajiet ta' kummerċ xierqa għad-domanda u għall-ħtiġijiet tal-parteċipanti fis-suq u jiżguraw li l-parteċipanti kollha fis-suq ikunu jistgħu jaċċessaw is-suq b'mod individwali jew b'mod aggregat. Dawn għandhom jirrispettaw il-ħtieġa li jakkomodaw l-ishma dejjem akbar ta' ġenerazzjoni varjabbli kif ukoll iż-żieda fir-rispons tad-domanda u l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda.

3.  L-operaturi tas-suq għandhom ikunu liberi li jiżviluppaw prodotti u opportunitajiet ta' kummerċ xierqa għad-domanda u għall-ħtiġijiet tal-parteċipanti fis-suq u jiżguraw li l-parteċipanti kollha fis-suq ikunu jistgħu jaċċessaw is-suq b'mod individwali jew b'mod aggregat. Dawn għandhom jirrispettaw il-ħtieġa li jakkomodaw l-ishma dejjem akbar ta' ġenerazzjoni varjabbli u ħżin tal-enerġija kif ukoll iż-żieda fir-rispons tad-domanda u l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-operaturi tas-suq għandhom iħallu lill-parteċipanti fis-suq jikkumerċjalizzaw l-enerġija kemm jista' jkun qrib tal-ħin reali, u mill-inqas sal-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata stabbilit skont l-Artikolu 59 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222.

1.  L-operaturi tas-suq għandhom iħallu lill-parteċipanti fis-suq jikkummerċjalizzaw l-enerġija kemm jista' jkun qrib tal-ħin reali, u mill-inqas sa 15-il minuta qabel il-ħin reali fiż-żoni kollha tal-offerti.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-operaturi tas-suq għandhom jipprovdu lill-parteċipanti fis-suq bl-opportunità li jikkumerċjalizzaw fl-enerġija f'intervalli ta' żmien li jkunu qosra mill-inqas daqs il-perjodu ta' saldu tal-iżbilanċ kemm fis-suq ta' ġurnata bil-quddiem kif ukoll fis-suq tal-istess ġurnata.

2.  L-operaturi tas-suq għandhom jipprovdu lill-parteċipanti fis-suq bl-opportunità li jikkummerċjalizzaw fl-enerġija fi swieq nazzjonali u transkonfinali f'intervalli ta' żmien li jkunu qosra mill-inqas daqs il-perjodu ta' saldu tal-iżbilanċ kemm fis-suq ta' ġurnata bil-quddiem kif ukoll fis-suq tal-istess ġurnata.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-operaturi tas-suq għandhom jipprovdu għall-kummerċ fis-swieq ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata prodotti li huma ta' daqs żgħir biżżejjed, b'daqsijiet massimi tal-offerti ta' 1 Megawatt jew inqas, biex jippermettu l-parteċipazzjoni effettiva tar-rispons fin-naħa tad-domanda, tal-ħżin tal-enerġija u tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira.

3.  L-operaturi tas-suq għandhom jipprovdu għall-kummerċ fis-swieq ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata prodotti li huma ta' daqs żgħir biżżejjed, b'daqsijiet massimi tal-offerti ta' 500 Kilowatt, biex jippermettu l-parteċipazzjoni effettiva tar-rispons fin-naħa tad-domanda, tal-ħżin tal-enerġija u tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira, inkluż direttament mill-konsumaturi.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sal-1 ta' Jannar 2025, il-perjodu ta' saldu tal-iżbilanċ għandu jkun ta' 15-il minuta fiż-żoni kollha ta' kontroll.

4.  Sal-1 ta' Jannar 2021, il-perjodu ta' saldu tal-iżbilanċ għandu jkun ta' 15-il minuta fiż-żoni kollha ta' kontroll.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Soġġetti għall-konformità mar-regoli tat-Trattat dwar il-kompetizzjoni, l-operaturi tas-suq għandhom ikunu liberi li jiżviluppaw prodotti għall-iħħeġġjar forward, inklużi għal perjodu twil biex jipprovdu lill-parteċipanti fis-suq, b'mod partikolari lis-sidien ta' faċilitajiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli, b'possibbiltajiet xierqa ta' ħħeġġjar tar-riskji finanzjarji mill-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet. L-Istati Membri ma għandhomx jillimitaw dawn l-attivitajiet ta' ħħeġġjar għal kummerċ fl-Istat Membru jew fiż-żona tal-offerti.

3.  Soġġetti għall-konformità mar-regoli tat-Trattat dwar il-kompetizzjoni, l-operaturi tas-suq għandhom ikunu liberi li jiżviluppaw prodotti għall-iħħeġġjar forward, inklużi għal perjodu twil biex jipprovdu lill-parteċipanti fis-suq, b'mod partikolari lis-sidien ta' faċilitajiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli, b'possibbiltajiet xierqa ta' ħħeġġjar tar-riskji finanzjarji mill-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw il-likwidità ta' tali prodotti, b'mod partikolari ta' prodotti bbażati fuq l-iskambju li diġà ġew żviluppati, u għandhom jippermettu li dawn jiġu kkummerċjalizzati tul iż-żoni tal-offerti.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ma għandu jkun hemm l-ebda limitu massimu tal-prezz tal-elettriku bl-ingrossa sakemm ma jiġix stabbilit fil-valur tat-tagħbija mitlufa, kif stabbilit skont l-Artikolu 10. Ma għandu jkun hemm l-ebda limitu minimu tal-prezz tal-elettriku bl-ingrossa sakemm ma jiġix stabbilit fil-valur ta' - EUR 2000 jew inqas u, f'każ li jintlaħaq jew ikun previst li jintlaħaq, jiġi stabbilit f'valur iktar baxx għall-ġurnata ta' wara. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika, fost l-oħrajn, għall-offerti u l-ikklirjar fil-perjodi kollha ta' żmien u tinkludi l-enerġija ta' bbilanċjar u l-prezzijiet tal-iżbilanċ.

1.  Ma għandu jkun hemm l-ebda limitu massimu u l-ebda limitu minimu tal-prezz tal-elettriku bl-ingrossa. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika, fost l-oħrajn, għall-offerti u l-ikklirjar fil-perjodi kollha ta' żmien u tinkludi l-enerġija ta' bbilanċjar u l-prezzijiet tal-iżbilanċ.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, sa [OP: sentejn wara d-dħul fis-seħħ] l-operaturi tas-suq jistgħu japplikaw limiti dwar il-prezzijiet massimi ta' kklirjar għall-perjodi ta' żmien ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata skont l-Artikoli 41 u 54 tar-Regolament (UE) 2015/1222. F'każ li l-limiti jintlaħqu jew ikun previst li jintlaħqu, dawn għandhom jiżdiedu għall-ġurnata ta' wara.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-operaturi tas-suq jistgħu japplikaw limiti tekniċi dwar il-limiti massimi u minimi tal-offerti għall-perjodi ta' żmien ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata skont l-Artikoli 41 u 54 tar-Regolament (UE) 2015/1222 u għall-perjodu taż-żmien tal-ibbilanċjar skont ir-Regolament (UE) 2017/2195. F'każ li dawk il-limiti tekniċi jintlaħqu jew ikun previst li jintlaħqu, dawn għandhom jiġu aġġustati awtomatikament. Il-limiti tekniċi tal-prezz għandhom ikunu għoljin biżżejjed biex ma jirrestrinġux mingħajr ħtieġa il-kummerċ, u għandhom ikunu armonizzati għaż-żona tas-suq komuni. Dawn għandhom jiġu rritornati għall-valuri inizjali wara li s-sitwazzjoni tal-iskarsezza tkun għaddiet.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa [OP: sena wara d-dħul fis-seħħ] l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu stima unika tal-Valur tat-Tagħbija Mitlufa (VoLL) għat-territorju tagħhom espressa f'EUR/MWh. Dik l-istima għandha tiġi rrappurtata lill-Kummissjoni u titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Jekk ikollhom diversi żoni tal-offerti fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu VoLL differenti għal kull żona tal-offerti. Fl-istabbiliment tal-VoLL, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-metodoloġija żviluppata skont l-Artikolu 19(5).

1.  Sa [OP: sena wara d-dħul fis-seħħ] l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu stima unika tal-Valur tat-Tagħbija Mitlufa (VoLL) għat-territorju tagħhom espressa f'EUR/MWh. Dik l-istima għandha tiġi rrappurtata lill-Kummissjoni u titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Fil-każ ta' żoni tal-offerti transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu stima komuni tal-VoLL. Jekk ikollhom diversi żoni tal-offerti fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu VoLL differenti għal kull żona tal-offerti. Fl-istabbiliment tal-VoLL, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-metodoloġija żviluppata skont l-Artikolu 19(5).

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jiġġeneraw installazzjonijiet li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja b'kapaċità tal-elettriku installata ta' inqas minn 500 kW; jew

(a)  installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja b'kapaċità tal-elettriku installata ta' inqas minn 500 kW;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  proġetti ta' dimostrazzjoni għat-teknoloġiji innovattivi.

(b)  l-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li huma proġetti ta' dimostrazzjoni għat-teknoloġiji innovattivi;

 

L-Istati Membri jistgħu japplikaw limiti ogħla għall-komunitajiet tal-enerġija lokali kif stabbiliti fid-Direttiva (UE) ... [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE kif proposta mill-COM(2016) 864/2].

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Meta l-kapaċità totali tal-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni soġġetti għad-dispaċċ ta' prijorità skont il-paragrafu 2 tkun ogħla minn 15 % tal-kapaċità totali ta' ġenerazzjoni installata fi Stat Membru, il-punt (a) tal-paragrafu 2 għandu japplika biss għall-ġenerazzjoni ta' installazzjonijiet addizzjonali li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja b'kapaċità tal-elettriku installata ta' inqas minn 250 kW.

3.   Stat Membru li fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ma jagħtix dispaċċ ta' prijorità lil kwalunkwe installazzjoni ta' ġenerazzjoni jista' jitlob li jiġi eżentat mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 jekk jista' juri lill-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

 

(a) ma jkun jeżisti l-ebda dispaċċ ta' prijorità għal installazzjonijiet oħra minbarra dawk elenkati fil-paragrafu 2;

 

(b) is-swieq tal-istess ġurnata likwidi, bl-imnut u tal-ibbilanċjar tiegħu jkunu kompletament aċċessibbli għall-atturi kollha fis-suq skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;

 

(c) ir-regoli tat-tnaqqis tiegħu u l-ġestjoni tal-konġestjoni jkunu trasparenti għall-atturi kollha fis-suq u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;

 

(d) il-mira tiegħu għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 hija biżżejjed għall-kisba kollettiva tal-mira kumplessiva vinkolanti tal-Unjoni għal sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli skont l-Artikolu 3(2) tad-[Direttiva 2009/28/KE kif propost mill-COM(2016) 767] u l-Istat Membru jkun mistenni li jilħaq il-mira tiegħu.

 

Il-Kummissjoni għandha tapprova jew tiċħad talba għal eżenzjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi t-talba. Kull eżenzjoni mogħtija għandha tevita bidliet retroattivi għal installazzjonijiet li diġà jkunu jibbenefikaw minn rilaxx prijoritarju, minkejja kwalunkwe ftehim bejn Stat Membru u installazzjoni fuq bażi volontarja.

Mill-1 ta' Jannar 2026, il-punt (a) tal-paragrafu 2 għandu japplika biss għall-ġenerazzjoni ta' installazzjonijiet li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja b'kapaċità tal-elettriku installata ta' inqas minn 250 kW, jew jekk jintlaħaq il-livell limitu skont l-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu, il-kapaċità tkun inqas minn 125 kW.

Mill-1 ta' Jannar 2026, il-punt (a) tal-paragrafu 2 għandu japplika biss għall-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja b'kapaċità tal-elettriku installata ta' inqas minn 250 kW.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-ġenerazzjoni ta' installazzjonijiet li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja li ġew ikkummissjonati qabel [OP: id-dħul fis-seħħ] u, meta ġew ikkummissjonati, kienu soġġetti għal dispaċċ ta' prijorità skont l-Artikolu 15(5) tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35 għandhom jibqgħu soġġetti għad-dispaċċ ta' prijorità. Id-dispaċċ ta' prijorità ma għandux jibqa' japplika mid-data li fiha l-ġenerazzjoni ta' installazzjoni tkun soġġetta għal modifiki sinifikanti, f'każ li mill-inqas ikun meħtieġ ftehim ta' konnessjoni ġdid jew tiżdied il-kapaċità ta' ġenerazzjoni.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja li ġew ikkummissjonati qabel [OP: id-dħul fis-seħħ] u, meta ġew ikkummissjonati, kienu soġġetti għal dispaċċ ta' prijorità skont l-Artikolu 15(5) tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 għandhom jibqgħu soġġetti għad-dispaċċ ta' prijorità. Id-dispaċċ ta' prijorità ma għandux jibqa' japplika mid-data li fiha l-ġenerazzjoni ta' installazzjoni tkun soġġetta għal modifiki sinifikanti, f'każ li mill-inqas ikun meħtieġ ftehim ta' konnessjoni ġdid jew tiżdied il-kapaċità ta' ġenerazzjoni.

__________________

__________________

35 Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

35 Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-riżorsi mnaqqsa jew dispaċċati mill-ġdid għandhom jintgħażlu fost il-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni jew ta' domanda li jitfgħu l-offerti tagħhom għat-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid billi jintużaw mekkaniżmi bbażati fuq is-suq u jkunu kkumpensati finanzjarjament. It-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid ta' ġenerazzjoni jew id-dispaċċ mill-ġdid tar-rispons tad-domanda mhux ibbażati fuq is-suq għandhom jintużaw biss jekk ma tkun disponibbli l-ebda alternattiva oħra bbażata fuq is-suq, jekk ir-riżorsi bbażati fuq is-suq ikunu ntużaw kollha, jew jekk l-għadd ta' faċilitajiet ta' ġenerazzjoni jew ta' domanda disponibbli fiż-żona fejn ikunu qegħdin il-faċilitajiet xierqa ta' ġenerazzjoni jew ta' domanda għall-għoti tas-servizz ikun żgħir wisq biex jiżgura l-kompetizzjoni effettiva. Il-provvista ta' riżorsi bbażati fuq is-suq għandha tkun miftuħa għat-teknoloġiji kollha ta' ġenerazzjoni, għall-ħżin u għar-rispons tad-domanda, inklużi l-operaturi li jinsabu fi Stati Membri oħra sakemm ma jkunux teknikament vijabbli.

2.  Ir-riżorsi mnaqqsa jew dispaċċati mill-ġdid għandhom jintgħażlu fost il-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni, ta' ħżin tal-enerġija, u/jew ta' rispons tad-domanda li jitfgħu l-offerti tagħhom għat-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid billi jintużaw mekkaniżmi bbażati fuq is-suq u jkunu kkumpensati finanzjarjament. It-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid ta' ġenerazzjoni jew id-dispaċċ mill-ġdid tal-ħżin tal-enerġija u/jew tar-rispons tad-domanda mhux ibbażati fuq is-suq għandhom jintużaw biss għal raġunijiet ta' sigurtà operazzjonali u jekk ma tkun disponibbli l-ebda alternattiva oħra bbażata fuq is-suq jew jekk ir-riżorsi bbażati fuq is-suq ikunu ntużaw kollha, jew jekk l-għadd ta' faċilitajiet ta' ġenerazzjoni, ta' ħżin tal-enerġija jew ta' domanda disponibbli fiż-żona fejn ikunu qegħdin il-faċilitajiet xierqa ta' ġenerazzjoni, ta' ħżin tal-enerġija jew ta' domanda għall-għoti tas-servizz ikun żgħir wisq biex jiżgura l-kompetizzjoni effettiva. Il-provvista ta' riżorsi bbażati fuq is-suq għandha tkun miftuħa għat-teknoloġiji kollha ta' ġenerazzjoni, għall-ħżin u għar-rispons tad-domanda, inklużi l-operaturi li jinsabu fi Stati Membri oħra sakemm ma jkunux teknikament vijabbli.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-operaturi responsabbli mis-sistema għandhom jirrappurtaw mill-inqas darba fis-sena lill-awtorità regolatorja kompetenti dwar it-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel tal-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja u dwar il-miżuri meħuda biex fil-futur titnaqqas il-ħtieġa għal dan it-tnaqqis jew għad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel. It-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid ta' installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja għandhom ikunu soġġetti għal kumpens skont il-paragrafu 6.

3.  L-operaturi responsabbli mis-sistema għandhom jirrappurtaw mill-inqas darba fis-sena lill-awtorità regolatorja kompetenti, liema rapport għandu jiġi trażmess lill-Aġenzija, dwar:

 

(a) il-livell ta' żvilupp u effikaċja tal-mekkaniżmi tat-tnaqqis jew tad-dispaċċ mill-ġdid ibbażati fuq is-suq għall-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni u tad-domanda;

 

(b) ir-raġunijiet, il-volumi f'MWh u t-tip ta' sors tal-ġenerazzjoni soġġett għat-tnaqqis jew għad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel;

 

(c) il-miżuri meħuda biex jitnaqqas il-bżonn tat-tnaqqis jew tad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel tal-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja fil-futur, inklużi investimenti fid-diġitalizzazzjoni tal-infrastruttura tal-grilja u fis-servizzi li jżidu l-flessibbiltà;

 

(d) it-talbiet u l-arranġamenti kuntrattwali li jsiru ma' unitajiet ta' ġenerazzjoni sabiex ikunu jistgħu joperaw fuq livell speċifiku ta' forniment tal-elettriku, fejn l-operaturi tas-sistema għandhom jiġġustifikaw il-ħtieġa tagħhom, u jispeċifikaw għaliex dawn is-servizzi ma setgħux jiġu pprovduti minn unitajiet oħra;

 

L-awtorità regolatorja kompetenti għandha tippubblika d-dejta msemmija fil-paragrafi (a) sa (d) flimkien mar-rakkomandazzjonijiet għal titjib fejn meħtieġ.

 

It-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid ta' installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja għandhom ikunu soġġetti għal kumpens skont il-paragrafu 6.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jiżguraw il-kapaċità tan-netwerks ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni biex jittrażmettu l-elettriku prodott mis-sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew mill-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja bl-inqas tnaqqis jew dispaċċ mill-ġdid possibbli. Dan ma għandux iwaqqaf l-ippjanar tan-netwerk milli jqis it-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid limitat, meta dan ikun jidher ekonomikament aktar effiċjenti u ma jaqbiżx il-5 % tal-kapaċitajiet installati li jużaw is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew il-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja fiż-żona tagħhom;

(a)  jiżguraw il-kapaċità tan-netwerks ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni biex jittrażmettu l-elettriku prodott mis-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, mill-ħżin tal-enerġija, mir-rispons fin-naħa tad-domanda jew mill-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja bl-inqas tnaqqis jew dispaċċ mill-ġdid possibbli. Dan ma għandux iwaqqaf l-ippjanar tan-netwerk milli jqis it-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid limitat, meta jistgħu juru b'mod trasparenti li dan ikun ekonomikament aktar effiċjenti u ma jaqbiżx il-5 % tal-kapaċitajiet installati li jużaw is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, ħżin tal-enerġija, rispons fin-naħa tad-domanda jew il-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja fiż-żona tagħhom;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  jiġi żgurat li n-netwerks tagħhom huma flessibbli biżżejjed b'tali mod li jkunu f'pożizzjoni li jamministrawhom.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-ġenerazzjoni ta' installazzjonijiet li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli għandha tkun soġġetta biss għad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel jew għat-tnaqqis jekk ma tkun teżisti l-ebda alternattiva oħra jew jekk soluzzjonijiet oħra jirriżultaw f'kostijiet jew f'riskji sproporzjonati għas-sigurtà tan-netwerk;

(a)  l-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli għandhom ikunu soġġetti biss għad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel jew għat-tnaqqis jekk ma tkun teżisti l-ebda alternattiva oħra jew jekk soluzzjonijiet oħra jirriżultaw f'kostijiet sproporzjonati sinifikanti jew f'riskji sinifikanti għas-sigurtà tan-netwerk;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-ġenerazzjoni ta' installazzjonijiet li jużaw koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja għandhom ikunu soġġetti biss għad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel jew għat-tnaqqis jekk apparti t-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel tal-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli, ma tkun teżisti l-ebda alternattiva oħra jew jekk soluzzjonijiet oħra jirriżultaw f'kostijiet jew f'riskji sproporzjonati għas-sigurtà tan-netwerk;

(b)  l-elettriku ġġenerat fi proċess ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja għandu jkun soġġett biss għad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel jew għat-tnaqqis, jekk apparti t-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel tal-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli, ma tkun teżisti l-ebda alternattiva oħra jew jekk soluzzjonijiet oħra jirriżultaw f'kostijiet jew f'riskji sproporzjonati għas-sigurtà tan-netwerk;

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 12 - paragrafu 6 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Jekk ma jintuża l-ebda tnaqqis jew dispaċċ mill-ġdid ibbażat fuq is-suq, għandu jkun soġġett għal kumpens finanzjarju mill-operatur tas-sistema li jitlob it-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid lil sid il-faċilità ta' ġenerazzjoni jew ta' domanda ta' tnaqqis jew ta' dispaċċ mill-ġdid. Il-kumpens finanzjarju għandu mill-inqas ikun daqs l-ogħla valur tal-elementi li ġejjin:

6.  Jekk ma jintuża l-ebda tnaqqis jew dispaċċ mill-ġdid ibbażat fuq is-suq, għandu jkun soġġett għal kumpens finanzjarju mill-operatur tas-sistema li jitlob it-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid lil sid il-faċilità ta' ġenerazzjoni jew ta' domanda ta' tnaqqis, ta' ħżin tal-enerġija jew ta' dispaċċ mill-ġdid. Il-kumpens finanzjarju għandu mill-inqas ikun daqs l-ogħla valur tal-elementi li ġejjin:

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  90 % tad-dħul nett mill-bejgħ tal-elettriku fis-suq ta' ġurnata bil-quddiem li l-faċilità ta' ġenerazzjoni jew ta' domanda kieku tiġġenera mingħajr it-talba ta' tnaqqis jew ta' dispaċċ mill-ġdid. Meta jingħata l-appoġġ finanzjarju lill-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni jew ta' domanda abbażi tal-volum tal-elettriku ġġenerat jew ikkonsmat, l-appoġġ finanzjarju mitluf għandu jitqies bħala parti mid-dħul nett.

(b)  id-dħul nett mill-bejgħ tal-elettriku fis-suq ta' ġurnata bil-quddiem li l-faċilità ta' ġenerazzjoni jew ta' domanda kieku tiġġenera mingħajr it-talba ta' dispaċċ mill-ġdid inkluż l-appoġġ finanzjarju mitluf meta jingħata l-appoġġ finanzjarju lill-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni jew ta' domanda abbażi tal-volum tal-elettriku ġġenerat jew ikkonsmat.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-konfini taż-żona tal-offerti għandhom ikunu bbażati fuq il-konġestjonijiet strutturali u fuq terminu twil fin-netwerk ta' trażmissjoni, u ż-żoni tal-offerti ma għandhomx jinkludu dawn il-konġestjonijiet. Il-konfigurazzjoni taż-żoni tal-offerti fl-Unjoni għandha titfassal b'tali mod li timmassimizza l-effiċjenza ekonomika u l-opportunitajiet ta' kummerċ transkonfinali filwaqt li żżomm is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

1.  Il-konfigurazzjoni taż-żoni tal-offerti fl-Unjoni għandha titfassal b'tali mod li tiżgura l-likwidità tas-swieq ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata, u għalhekk timmassimizza l-effiċjenza ekonomika u l-opportunitajiet ta' kummerċ transkonfinali filwaqt li żżomm is-sigurtà tal-provvista. Il-konfini taż-żona tal-offerti għandhom ikunu bbażati fuq il-konġestjonijiet strutturali u fuq terminu twil fin-netwerk ta' trażmissjoni, u ż-żoni tal-offerti ma għandhomx jinkludu dawn il-konġestjonijiet dment li ma jkollhom l-ebda impatt fuq żoni tal-offerti ġirien, jew l-impatt tagħhom ikun mitigat permezz ta' azzjonijiet ta' rimedju.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull żona tal-offerti għandha tkun daqs iż-żona tal-prezz tal-iżbilanċ.

2.  Kull żona tal-offerti għandha tkun daqs iż-żona tal-prezz tal-iżbilanċ, għajr meta ż-żona tal-prezz tal-iżbilanċ tista' tikkostitwixxi parti miż-żona tal-offerti.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sabiex tiġi żgurata d-definizzjoni ottimali taż-żona tal-offerti f'oqsma interkonnessi mill-qrib, għandha titwettaq reviżjoni taż-żona tal-offerti. Dik ir-reviżjoni għandha tinkludi analiżi tal-konfigurazzjoni taż-żoni tal-offerti b'mod koordinat bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati affettwati mill-Istati Membri kollha affettwati, skont il-proċess stabbilit fl-Artikoli 32 sa 34 tar-Regolament (UE) 2015/1222. L-Aġenzija għandha tapprova u tista' titlob emendi fil-metodoloġija u fis-suppożizzjonijiet li se jintużaw fil-proċess ta' reviżjoni taż-żona tal-offerti kif ukoll li jitqiesu l-konfigurazzjonijiet taż-żona tal-offerti alternattivi.

3.  Sabiex tiġi żgurata d-definizzjoni ottimali taż-żona tal-offerti f'oqsma interkonnessi mill-qrib, għandha titwettaq reviżjoni taż-żona tal-offerti. Dik ir-reviżjoni għandha tinkludi analiżi tal-konfigurazzjoni taż-żoni tal-offerti b'mod koordinat bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati affettwati mill-Istati Membri kollha affettwati, skont il-proċess stabbilit fl-Artikoli 32 sa 34 tar-Regolament (UE) 2015/1222. Iż-żoni tal-offerti attwali għandhom jiġu vvalutati abbażi tal-kapaċità tagħhom li joħolqu ambjent tas-suq affidabbli u joħolqu biżżejjed ġenerazzjoni flessibbli u kapaċità tat-tagħbija, li huwa vitali biex jiġu evitati konġestjonijiet fil-grilja, għall-ibbilanċjar tad-domanda u tal-provvista tal-elettriku u biex tiġi żgurata s-sigurtà fit-tul tal-investimenti u tal-grilja. L-Aġenzija għandha tapprova u tista' titlob emendi fil-metodoloġija u fis-suppożizzjonijiet li se jintużaw fil-proċess ta' reviżjoni taż-żona tal-offerti kif ukoll li jitqiesu l-konfigurazzjonijiet taż-żona tal-offerti alternattivi. Il-metodoloġija għandha tieħu kont dovut tal-proġetti ta' żvilupp tal-infrastruttura li jkunu mistennija jitwettqu fil-5 snin li ġejjin.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni li jipparetċipaw fir-reviżjoni taż-żona tal-offerti għandhom jippreżentaw proposta lill-Kummissjoni dwar jekk għandhiex tinżamm jew tiġi emendata l-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti. Abbażi ta' dik il-proposta, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar jekk temendax jew iżżomx il-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti [sa mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, id-data speċifika trid tiddaħħal mill-OP] jew sa sitt xhur wara l-konklużjoni tal-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti mnedija skont il-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2015/1222, skont liema jkun l-aħħar.

4.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni li jipparteċipaw fir-reviżjoni taż-żona tal-offerti għandhom jippreżentaw proposta lill-Istati Membri rilevanti dwar jekk għandhiex tinżamm jew tiġi emendata l-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti. L-Istati Membri rilevanti għandhom ikunu dawk li jipparteċipaw fir-reviżjoni skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) 2015/1222 u dawk fl-istess Reġjun(i) bil-Kapaċità Kalkolata skont ir-Regolament (UE) 2015/1222. Abbażi tal-proposta, l-Istati Membri rilevanti għandhom jaslu għal deċiżjoni unanima fi żmien sitt xhur dwar jekk jemendawx jew iżommux il-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti. Stati Membri oħra, il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija, jew pajjiżi terzi oħrajn li jikkondividu l-istess żona sinkronika ma' kwalunkwe Stat Membru jistgħu jissottomettu kummenti. Id-deċiżjoni għandha tkun motivata, b'mod konformi mad-dritt rilevanti tal-Unjoni u għandha tqis l-osservazzjonijiet kollha ta' Stati Membri oħra li jikkondividu l-istess żona sinkronika ma' kwalunkwe Stat Membru, kif ukoll tal-impenji dwar l-indirizzar tal-konġestjoni eżistenti magħmula mill-Istati Membri rilevanti. L-Istati Membri rilevanti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija bid-deċiżjoni tagħhom u bi kwalunkwe ftehimiet transkonfinali li jkunu daħlu għalihom huma, l-awtoritajiet regolatorji jew l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni bil-għan li jintlaħaq kunsens. Il-ftehimiet li jkunu daħlu għalihom l-Istati Membri rilevanti ma għandhomx jiddevjaw mill-proċessi ta' kalkolu tal-kapaċità stabbiliti fl-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament u lanqas mid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2015/1222.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4 a.  Meta l-Istati Membri rilevanti jonqsu milli jaslu għal deċiżjoni unanima fil-perjodu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 4, jew meta l-Istati Membri jsiru konxji mill-fatt li l-impenji li fuqhom ġiet ibbażata deċiżjoni unanima preċedenti ma jkunux ġew imħarsa, huma għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni.

 

Il-Kummissjoni għandha tibda proċedura ta' konċiljazzjoni u għandha taġixxi bħala medjatur bejn l-Istati Membri rilevanti. Fil-proċedura ta' konċiljazzjoni, l-Istati Membri rilevanti għandhom, fi żmien sitt xhur minn meta tibda l-proċedura, jadottaw deċiżjoni unanima dwar jekk jemendawx jew iżommux il-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti.

 

Meta l-Istati Membri rilevanti fil-konċiljazzjoni jonqsu milli jadottaw deċiżjoni unanima fi żmien sitt xhur, l-Istat Membru bil-konġestjoni strutturali interna għandu jkollu l-għażla li jemenda ż-żona tal-offerti tiegħu jew jistabbilixxi pjan direzzjonali b'miżuri konkreti dwar kif jingħelbu l-konġestjonijiet fit-territorju nazzjonali tiegħu fi żmien debitu. Dak l-Istat Membru għandu jinnotifika immedjatament lill-Kummissjoni bl-għażla tiegħu.

 

Għal dawk l-Istati Membri li għażlu li jemendaw iż-żoni tal-offerti tagħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni fi żmien sitt xhur wara dik in-notifika, wara evalwazzjoni bir-reqqa tal-kwistjonijiet kollha involuti, flimkien ma' valutazzjoni tas-soluzzjonijiet kollha disponibbli.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultat tar-reviżjoni taż-żona tal-offerti u fuq il-proposta tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni li tikkonċerna ż-żamma jew l-emenda tagħha. Id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata, b'mod partikolari fir-rigward tad-devjazzjonijiet possibbli mir-riżultat tar-reviżjoni taż-żona tal-offerti.

5.  Meta l-Istat Membru rilevanti jagħżel li jistabbilixxi pjan direzzjonali dettaljat bi stadji importanti konkreti dwar kif se jiġu solvuti l-kwistjonijiet ta' konġestjoni, dak l-Istat Membru għandu, fi żmien sitt xhur mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, jippreżenta pjan direzzjonali lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra rilevanti. Matul l-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali rilevanti, l-Istat Membru rilevanti għandu jirrapporta b'mod regolari lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar.

 

Irrispettivament mill-progress konkret tal-pjan direzzjonali, l-Istat Membru li jkun qiegħed jimplimenta pjan direzzjonali għandu jiżgura li l-kapaċitajiet tal-kummerċ transkonfinali jiżdiedu kull sena sal-livell referenzjarju ta' mill-inqas 75 %, ikkalkolat skont il-paragrafu 7 tal-Artikolu 14, li għandu jinkiseb sa tmiem l-2025. Iż-żieda annwali għandha tinkiseb permezz ta' trajettorja lineari.

 

Il-bidu ta' din it-trajettorja għandu jkun jew il-kapaċità allokata f'din il-fruntiera fis-sena ta' qabel l-adozzjoni tal-pjan direzzjonali jew il-medja tal-aħħar tliet snin qabel l-adozzjoni tal-pjan direzzjonali, skont liema minnhom tkun l-ogħla.

 

L-Istati Membri għandhom jitqiesu li huma konformi mal-paragrafu 7 tal-Artikolu 14, jekk il-kapaċità disponibbli għan-negozjar transżonali tkun mill-inqas ugwali għall-valuri tat-trajettorja lineari.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom jivvalutaw kull sena jekk il-kapaċità transfruntiera disponibbli tkunx laħqet it-trajettorja lineari jew, sa tmiem l-2025, il-livell minimu deskritt fl-Artikolu 14(7).

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.  Għal dawk l-Istati Membri li għalihom il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5a turi li operatur tas-sistema ta' trażmissjoni ma kienx konformi mat-trajettorja lineari, jew sa tmiem l-2025, bil-livell deskritt fl-Artikolu 14(7), il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda miżuri addizzjonali u, bħala miżura tal-aħħar għażla, tadotta deċiżjoni dwar jekk għandhiex temenda jew iżomm il-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti f'dawk l-Istati Membri u bejniethom.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Jekk jitnedew aktar reviżjonijiet taż-żona tal-offerti skont l-Artikolu 32(1)(a), (b) jew (c) tar-Regolament (UE) 2015/1222, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni fi żmien sitt xhur mill-konklużjoni ta' dik ir-reviżjoni taż-żona tal-offerti.

imħassar

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Qabel ma jiġu adottati, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar id-deċiżjonijiet tagħha skont dan l-Artikolu.

7.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti qabel ma jadottaw deċiżjoni skont dan l-Artikolu.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tispeċifika d-data ta' implimentazzjoni ta' kwalunkwe bidla. Id-data ta' implimentazzjoni għandha tibbilanċja l-ħtieġa ta' effiċjenza b'kunsiderazzjonijet prattiċi, inkluż il-kummerċ forward tal-elettriku. Il-Kummissjoni tista' tiddefinixxi l-arranġamenti tranżitorji xierqa bħala parti mid-deċiżjoni tagħha.

8.  Id-deċiżjoni adottata skont dan l-Artikolu għandha tispeċifika d-data ta' implimentazzjoni ta' kwalunkwe bidla. Id-data ta' implimentazzjoni għandha tibbilanċja l-ħtieġa ta' effiċjenza b'kunsiderazzjonijiet prattiċi, inkluż il-kummerċ forward tal-elettriku. L-arranġamenti tranżitorji xierqa jistgħu jiġu definiti bħala parti mid-deċiżjoni.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.  Fejn jitniedu reviżjonijiet ulterjuri taż-żona tal-offerti skont il-punt (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2015/1222, għandhom japplikaw il-paragrafi 4 sa 8 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-kapaċità massima tal-interkonnessjonijiet u/jew tan-netwerks ta' trażmissjoni li taffettwa l-flussi transkonfinali għandha tkun disponibbli għall-parteċipanti fis-suq u tikkonforma mal-istandards ta' sikurezza tat-tħaddim sigur tan-netwerk. L-iskambju kompensatorju u d-dispaċċ mill-ġdid, li jinkludi d-dispaċċ mill-ġdid transkonfinali, għandhom jintużaw biex jimmassimizzaw l-kapaċitajiet disponibbli sakemm ma jintweriex li mhuwiex ta' benefiċċju għall-effiċjenza ekonomika fil-livell tal-Unjoni.

3.  Il-kapaċità massima tal-interkonnessjonijiet u/jew tan-netwerks ta' trażmissjoni li taffettwa l-flussi transkonfinali għandha tkun disponibbli għall-parteċipanti fis-suq u tikkonforma mal-istandards ta' sikurezza tat-tħaddim sigur tan-netwerk. L-iskambju kompensatorju u d-dispaċċ mill-ġdid, li jinkludi d-dispaċċ mill-ġdid transkonfinali, għandhom jintużaw biex jimmassimizzaw l-kapaċitajiet disponibbli sakemm ma jintweriex li mhuwiex ta' benefiċċju għall-effiċjenza ekonomika fil-livell tal-Unjoni.

 

Meta jkunu qed jallokaw il-kost ta' azzjonijiet ta' rimedju bejn l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni, ir-regolaturi għandhom janalizzaw sa liema punt, flussi mhux skedati li joħorġu u jerġgħu jidħlu f'żona tal-offerti, jikkontribwixxu għall-konġestjoni osservata bejn żewġ żoni tal-offerti u jallokaw il-kostijiet ta' skambju kompensatorju u ta' dispaċċ mill-ġdid fi proporzjon mal-kontribuzzjoni tagħhom għall-konġestjoni.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ma għandhomx jillimitaw il-volum tal-kapaċità ta' interkonnessjoni li jkun għad-dispożizzjoni ta' parteċipanti oħra fis-suq sabiex isolvi l-konġestjoni fiż-żona ta' kontroll tagħhom stess jew bħala mezz ta' ġestjoni tal-flussi fil-konfini bejn żewġ żoni ta' kontroll osservati anke mingħajr l-ebda tranżazzjoni, jiġifieri l-flussi fuq iż-żoni ta' kontroll ikkawżati mill-oriġini u mid-destinazzjoni f'żona waħda ta' kontroll.

7.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ma għandhomx jillimitaw il-volum tal-kapaċità ta' interkonnessjoni li jkun għad-dispożizzjoni ta' parteċipanti oħra fis-suq sabiex isolvi l-konġestjoni fiż-żona ta' kontroll tagħhom stess jew bħala mezz ta' ġestjoni tal-flussi fil-konfini bejn żewġ żoni ta' kontroll osservati anke mingħajr l-ebda tranżazzjoni, jiġifieri l-flussi fuq iż-żoni ta' kontroll ikkawżati mill-oriġini u mid-destinazzjoni f'żona waħda ta' kontroll.

 

Mingħajr preġudizzju għar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 13(5), għandu jitqies li hemm konformità ma' dan il-paragrafu jekk jintlaħqu l-livelli minimi segwenti ta' kapaċità disponibbli għall-kummerċ transżonali, li hi kkalkulata skont il-linja gwida dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 714/2009 b'kont meħud tal-kontinġenzi:

 

(i)   fir-rigward tal-fruntieri li jużaw approċċ koordinat tal-kapaċità netta ta' trasferiment, jekk mill-inqas 75 % ta' kapaċità netta ta' trasferiment skont l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-linja gwida tal-ġestjoni tal-konġestjoni jitqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-kummerċ transkonfinali;

 

(ii)   fir-rigward tal-fruntieri li jużaw l-approċċ abbażi tal-flussi, jekk f'elementi transżonali u elementi interni kritiċi tan-netwerk ikkunsidrati fil-kalkolu abbażi tal-flussi, mill-inqas 75 % tal-kapaċità termali wara t-tnaqqis tal-ammont meħtieġ biex jiġi żgurat il-prinċipju N-1 skont l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-linja gwida tal-ġestjoni tal-konġestjoni tintuża bħala input għall-allokazzjoni tal-kapaċità.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Imposti għall-aċċess għan-netwerks

Imposti għall-aċċess għan-netwerks, l-użu tan-netwerks u r-rinfurzar

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-imposti applikati minn operaturi tan-netwerks għall-aċċess għan-netwerks , inklużi l-imposti għall-konnessjoni man-netwerks, l-imposti għall-użu tan-netwerks u, fejn applikabbli, l-imposti għar-rinfurzar tan-netwerk, għandhom ikunu trasparenti, filwaqt li jqisu l-ħtieġa għas-sigurtà u l-flessibbltà tan-netwerk u jirriflettu l-kostijiet reali mġarrba sakemm jikkorrispondu għal dawk ta' operatur tan-netwerk effiċjenti u strutturalment komparabbli u jkunu applikati b'mod mhux diskriminatorju. B'mod partikolari, dawn għandhom jiġu applikati b'mod li ma jiddiskriminax bejn il-produzzjoni konnessa fil-livell ta' distribuzzjoni u l-produzzjoni konnessa fil-livell ta' trażmissjoni, kemm b'mod pożittiv kif ukoll b'mod negattiv. La għandhom jiddiskrimnaw kontra l-ħżin tal-enerġija u lanqas ma għandhom joħolqu diżinċentivi għall-parteċipazzjoni fir-rispons tad-domanda. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, dawk l-imposti ma għandhomx ikunu relatati mad-distanza.

1.  L-imposti applikati minn operaturi tan-netwerks għall-aċċess għan-netwerks, inklużi l-imposti għall-konnessjoni man-netwerks, l-imposti għall-użu tan-netwerks u, fejn applikabbli, l-imposti għar-rinfurzar tan-netwerk, għandhom ikunu ġusti, jirriflettu l-ispejjeż, trasparenti, filwaqt li jqisu l-ħtieġa għas-sigurtà u l-flessibbiltà tan-netwerk u jirriflettu l-kostijiet reali mġarrba sakemm jikkorrispondu għal dawk ta' operatur tan-netwerk effiċjenti u strutturalment komparabbli u jkunu applikati b'mod nondiskriminatorju. It-tariffi tal-grilja ma għandhomx jinkludu kostijiet mhux relatati li jappoġġaw objettivi oħra ta' politika, bħal taxxi u imposti, billi dan joħloq distorsjoni fil-produzzjoni, fil-konsum u fid-deċiżjonijiet dwar l-investiment. B'mod partikolari, dawn għandhom b'mod newtrali jappoġġaw l-effiċjenza globali tas-sistema fit-tul permezz ta' sinjali tal-prezzijiet lill-konsumaturi u lill-produtturi u għandhom kemm jista' jkun jiġu applikati b'mod li ma jiddiskriminax bejn il-produzzjoni konnessa fil-livell ta' distribuzzjoni u l-produzzjoni konnessa fil-livell ta' trażmissjoni, kemm b'mod pożittiv kif ukoll b'mod negattiv. La għandhom jiddiskriminaw kontra l-ħżin u l-aggregazzjoni tal-enerġija u lanqas ma għandhom joħolqu diżinċentivi għall-awtoġenerazzjoni, l-awtokonsum u għall-parteċipazzjoni fir-rispons tad-domanda. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, dawk l-imposti ma għandhomx ikunu relatati mad-distanza.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-tariffi għandhom jagħtu inċentivi xierqa lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni, kemm fuq perjodu qasir kif ukoll fuq perjodu twil, biex iżidu l-effiċjenzi, inkluża l-effiċjenza fl-enerġija, irawwmu l-integrazzjoni tas-suq u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, u jappoġġaw l-investimenti u l-attivitajiet ta' riċerka relatati.

2.  It-tariffi għandhom jagħtu inċentivi xierqa lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni, kemm fuq perjodu qasir kif ukoll fuq perjodu twil, biex iżidu l-effiċjenzi, inkluża l-effiċjenza fl-enerġija, irawmu l-integrazzjoni tas-suq u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, u l-kompetittività globali, u jappoġġaw l-investimenti effiċjenti, b'mod partikolari fid-diġitalizzazzjoni, fis-servizzi tal-flessibbiltà u fl-interkonnessjonijiet, u l-attivitajiet ta' riċerka relatati. It-tariffi ma għandhomx joħolqu diżinċentivi għall-ħżin tal-enerġija, għar-rispons fin-naħa tad-domanda jew għall-produzzjoni tal-awtoġenerazzjoni.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  It-tariffi ta' distribuzzjoni għandhom jirriflettu l-kost għall-użu tan-netwerk ta' distribuzzjoni mill-utenti tas-sistema inklużi l-klijenti attivi u jistgħu jkunu differenzjati abbażi tal-profili ta' konsum jew ta' ġenerazzjoni tal-utenti tas-sistema. Jekk l-Istati Membri jkunu introduċew sistemi ta' kejl intelliġenti, l-awtoritajiet regolatorji jistgħu jintroduċu tariffi tan-netwerk differenzjati skont il-ħin, li jirriflettu l-użu tan-netwerk b'mod trasparenti u prevedibbli għall-klijent.

7.  It-tariffi ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni għandhom jirriflettu l-kost billi jiġu kkunsidrati l-kost tal-investiment, il-valur miżjud tal-ġenerazzjoni distribwita, tal-flessibbiltà, tad-diġitalizzazzjoni, tar-rispons fin-naħa tad-domanda, tal-ħżin u tal-użu tan-netwerk ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni mill-utenti tas-sistema inklużi l-klijenti attivi, jistgħu jinkludu elementi tal-kapaċità ta' konnessjoni tal-grilja u jistgħu jkunu differenzjati abbażi tal-profili ta' konsum jew ta' ġenerazzjoni tal-utenti tas-sistema. Jekk l-Istati Membri jkunu introduċew sistemi ta' kejl intelliġenti, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jintroduċu tariffi tan-netwerk differenzjati skont il-ħin, li jirriflettu l-użu tan-netwerk b'mod trasparenti u prevedibbli u kosteffiċjenti għall-klijent. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffi ma jkunux diskriminatorji.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-awtoritajiet regolatorji għandhom jipprovdu inċentivi lill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni biex jakkwistaw servizzi għat-tħaddim u l-iżvilupp tan-netwerks tagħhom u jintegraw soluzzjonijiet fis-sistemi ta' distribuzzjoni. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jirrikonoxxu bħala eliġibbli u jinkludu l-kostijiet rilevanti kollha fit-tariffi ta' distribuzzjoni u jintroduċu miri ta' prestazzjoni sabiex jinċentivaw lill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni biex iżidu l-effiċjenzi fin-netwerks tagħhom, inkluża l-effiċjenza fl-enerġija.

8.  L-awtoritajiet regolatorji għandhom jipprovdu inċentivi lill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għall-aktar tħaddim u żvilupp effiċjenti tan-netwerks tagħhom u jintegraw soluzzjonijiet innovattivi fis-sistemi ta' distribuzzjoni, inkluż permezz tal-akkwist ta' servizzi. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jirrikonoxxu bħala eliġibbli u jinkludu l-kostijiet rilevanti kollha fit-tariffi ta' distribuzzjoni u jintroduċu miri ta' prestazzjoni sabiex jinċentivaw lill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni biex iżidu l-effiċjenzi, inkluża l-effiċjenza fl-enerġija, il-flessibbiltà u d-diġitalizzazzjoni tan-netwerks ta' distribuzzjoni inkluż l-iskjerament ta' grilji intelliġenti u kejl intelliġenti, fin-netwerks tagħhom.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 9 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Sa [OP: jekk jogħġbok speċifika d-data - tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ] l-Aġenzija għandha tipprovdi rakkomandazzjoni indirizzata lill-awtoritajiet regolatorji dwar il-konverġenza progressiva tal-metodoloġiji tat-tariffi ta' distribuzzjoni u ta' trażmissjoni. Dik ir-rakkomandazzjoni għandha mill-inqas tindirizza:

9.  Sa [OP: jekk jogħġbok speċifika d-data - tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ] l-Aġenzija għandha tevalwa l-fattibbiltà dwar il-konverġenza tal-metodoloġiji tat-tariffi ta' distribuzzjoni u ta' trażmissjoni. L-istudju dwar il-fattibbiltà għandu mill-inqas jindirizza:

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 9 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  il-gruppi tal-utenti tan-netwerk soġġetti għat-tariffi, inklużi l-eżenzjonijiet mit-tariffi.

(g)  il-gruppi tal-utenti tan-netwerk soġġetti għat-tariffi skont il-karatteristiċi u l-forom tal-konsum, inklużi l-eżenzjonijiet mit-tariffi.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a.  L-awtoritajiet regolatorji għandhom jadottaw sett ta' indikaturi għall-kalkolu tal-prestazzjoni tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni, li għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:

 

(a) il-volum tal-enerġija mnaqqsa f'MWh, diżaggregat skont it-tip ta' sors ta' ġenerazzjoni;

 

(b) il-perċentwal tat-tul ta' linji operati taħt gradazzjonijiet tal-linja dinamiċi;

 

(c) il-perċentwal ta' substazzjonijiet immonitorjati mill-bogħod u kkontrollati f'ħin reali;

 

(d) il-perċentwal tat-tul ta' linji operati taħt gradazzjonijiet tal-linja dinamiċi;

 

(e) it-telf fil-grilji ta' vultaġġ għoli, medju u baxx;

 

(f) il-frekwenza u d-dewmien tal-interruzzjonijiet fl-elettriku fuq il-grilja.

 

Sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jippubblikaw rapport dwar il-prestazzjoni tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni, flimkien ma' rakkomandazzjonijiet għal titjib fejn meħtieġ.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull dħul li jirriżulta mill-allokazzjoni ta' kapaċità ta' interkonnessjoni għandu jintuża għall-għanijiet li ġejjin:

2.  Kull dħul li jirriżulta mill-allokazzjoni ta' kapaċità ta' interkonnessjoni għandu jintuża għall-għanijiet li ġejjin:

(a)  biex jiggarantixxi d-disponibbilità attwali tal-kapaċità allokata;

(a)  biex jiggarantixxi d-disponibbilità attwali tal-kapaċità allokata; or

(b)  biex iżomm jew iżid il- kapaċitajiet ta' interkonnessjoni permezz ta' investimenti fin-netwerks, b'mod partikolari f'interkonnetturi ġodda.

(b)  biex iżomm jew iżid il-kapaċitajiet ta' interkonnessjoni permezz tal-ottimizzazzjoni tal-użu ta' interkonnetturi eżistenti permezz ta' azzjonijiet korrettivi u ta' skambju kumpensatorju koordinati jew investimenti fin-netwerks, sal-valur fil-mira għall-kapaċità ta' trasferiment fi fruntieri transkonfinali.

Jekk id-dħul ma jkunx jista' jintuża b'mod effiċjenti għall-finijiet stipulati fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu, dan għandu jitqiegħed f'linja ta' kont interna separata biex tintuża fil-futur għal dawn il-finijiet.

Meta jiġu ssodisfati l-objettivi stipulati fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, id-dħul residwu jista' jintuża bħala introjtu li jrid jitqies mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali meta japprovaw il-metodoloġija għall-kalkolu tat-tariffi tan-netwerk u/jew fl-iffissar tat-tariffi tan-netwerk.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-użu tad-dħul skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għandu jkun soġġett għall-metodoloġija proposta mill-Aġenzija u approvata mill-Kummissjoni. Il-proposta tal-Aġenzija għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sa [OP: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ] u tiġi approvata fi żmien sitt xhur.

3.  L-użu tad-dħul skont il-paragrafu 2 għandu jkun soġġett għall-metodoloġija proposta mill-Aġenzija u approvata mill-Kummissjoni. Il-proposta tal-Aġenzija għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sa [OP: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ] u tiġi approvata fi żmien sitt xhur.

L-Aġenzija tista', fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba mill-Kummissjoni, taġġorna l-metodoloġija u l-Kummissjoni għandha tapprova l-metodoloġija aġġornata sa mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta tiġi ppreżentata.

L-Aġenzija tista', fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba mill-Kummissjoni, taġġorna l-metodoloġija u l-Kummissjoni għandha tapprova l-metodoloġija aġġornata sa mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta tiġi ppreżentata.

Qabel tippreżentaha lill-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tikkonsulta dwar il-metodoloġija skont l-Artikolu 15 [riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 kif proposta mill-COM(2016) 863/2].

Qabel tippreżentaha lill-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tikkonsulta dwar il-metodoloġija skont l-Artikolu 15 [riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 kif proposta mill-COM(2016) 863/2].

Il-metodoloġija għandha mill-inqas tagħti d-dettalji dwar il-kundizzjonijiet li skonthom id-dħul jista' jintuża għall-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 u l-kundizzjonijiet li skonthom, u għal kemm żmien, dawn jistgħu jitqiegħdu f'linja ta' kont interna separata għall-użu futur għal dawk l-għanijiet.

Il-metodoloġija għandha mill-inqas tagħti d-dettalji dwar il-kundizzjonijiet li skonthom id-dħul jista' jintuża għall-paragrafu 2 u l-kundizzjonijiet li skonthom, u għal kemm żmien, dawn jistgħu jitqiegħdu f'linja ta' kont interna separata għall-użu futur għal dawk l-għanijiet.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu biċ-ċar minn qabel kif se jintuża kull introjtu mill-konġestjoni u jirrappurtaw dwar l-użu reali ta' dak l-introjtu. Fuq bażi annwali u sal-31 ta' Lulju ta' kull sena, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw rapport li jistabbilixxi l-ammont ta' dħul miġbur għall-perjodu ta' 12-il xahar li jispiċċa fit-30 ta' Ġunju tal-istess sena u kif intuża dak id-dħul, inklużi l-proġetti speċifiċi li l-introjtu ntuża għalihom jew l-ammont imqiegħed fuq linja ta' kont separata flimkien mal-verifika li dak l-użu jikkonforma ma' dan ir-Regolament u mal-metodoloġija żviluppata skont il-paragrafu 3.

4.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu biċ-ċar minn qabel kif se jintuża kull introjtu mill-konġestjoni u jirrappurtaw dwar l-użu reali ta' dak l-introjtu. Fuq bażi annwali u sal-31 ta' Lulju ta' kull sena, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw rapport li jistabbilixxi l-ammont ta' dħul miġbur għall-perjodu ta' 12-il xahar li jispiċċa fit-30 ta' Ġunju tal-istess sena u kif intuża dak id-dħul, inklużi l-proġetti speċifiċi li l-introjtu ntuża għalihom, l-ammont imqiegħed fuq linja ta' kont separata, jew l-ammont li jkun intuża meta jkunu ġew ikkalkulati t-tariffi tan-netwerk, flimkien mal-verifika li dak l-użu jikkonforma ma' dan ir-Regolament. Jekk xi ftit mid-dħul mill-konġestjoni jintuża meta jiġu kkalkulati t-tariffi tan-netwerk, ir-rapport jista' jistabbilixxi t-twettiq tal-impenn u tal-kriterji tal-karta bilanċjali min-naħa tal-operatur tas-sistemi ta' trażmissjoni skont il-paragrafu 2.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Kapitolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Adegwatezza tar-riżorsi

Adegwatezza tar-riżorsi u mekkaniżmi ta' kapaċità

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-adegwatezza tar-riżorsi fit-territorju tagħhom abbażi tal-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi skont l-Artikolu 19.

1.  L-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-adegwatezza tar-riżorsi fit-territorju tagħhom abbażi tal-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi skont l-Artikolu 19 u għandhom jippubblikaw rapport dwar ir-riżultati tal-monitoraġġ.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi tidentifika tħassib għall-adegwatezza tar-riżorsi, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw kwalunkwe distorsjoni regolatorja li kkawżat jew li kellha sehem fil-ħolqien ta' dak it-tħassib.

2.  Meta l-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi tidentifika tħassib għall-adegwatezza tar-riżorsi, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw kwalunkwe distorsjoni regolatorja u/jew fallimenti tas-suq li kkawżaw jew li kellhom sehem fil-ħolqien ta' dak it-tħassib.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw skeda ta' żmien għall-miżuri li jadottaw biex jeliminaw kull distorsjoni regolatorja identifikata. Meta jindirizzaw it-tħassib għall-adegwatezza tar-riżorsi l-Istati Membri għandhom iqisu b'mod partikolari li jeliminaw id-distorsjonijiet regolatorji, japplikaw prezzijiet li jirriflettu n-nuqqas tad-domanda, jiżviluppaw interkonnessjonijiet, ħżin tal-enerġija, miżuri min-naħa tad-domanda u effiċjenza fl-enerġija.

3.  Stat Membru bi tħassib identifikat dwar l-adegwatezza għandu jippubblika pjan ta' implimentazzjoni bi skeda ta' żmien għall-introduzzjoni ta' miżuri li jeliminaw kull distorsjoni regolatorja u/jew falliment tas-suq identifikati. Meta jindirizzaw it-tħassib għall-adegwatezza tar-riżorsi, l-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3 u b'mod partikolari:

 

(a) jeliminaw id-distorsjonijiet regolatorji;

 

(b) jeliminaw il-limiti fuq il-prezzijiet;

 

(c) jintroduċu pprezzar ta' nuqqas amministrattiv għall-enerġija ta' bbilanċjar;

 

(d) iżidu l-interkonnessjoni u l-kapaċità tal-grilja interna;

 

(e) jippermettu l-awtoġenerazzjoni, il-ħżin tal-enerġija, miżuri min-naħa tad-domanda u effiċjenza fl-enerġija billi jitneħħew l-ostakli regolatorji;

 

(f) jiżguraw l-akkwist kosteffiċjenti u bbażat fuq is-suq ta' servizzi ta' bbilanċjar u anċillari;

 

(g) ineħħu l-prezzijiet regolati f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) ... [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE kif proposta mill-COM(2016) 864/2].

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-pjan ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għal rieżami.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 b.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, fi żmien xahrejn mill-irċevuta tal-pjan ta' implimentazzjoni, jekk il-miżuri humiex suffiċjenti biex jiġu eliminati d-distorsjonijiet regolatorji u tista' titlob lill-Istat Membru jemenda l-pjan ta' implimentazzjoni kif xieraq.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 c.  L-Istat Membru għandu jimmonitorja l-applikazzjoni tal-pjan ta' implimentazzjoni u għandu jippubblika r-riżultati f'rapport annwali.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 d.  L-Istat Membru għandu jippreżenta rapport relatat mal-monitoraġġ tiegħu tal-applikazzjoni tal-pjan ta' implimentazzjoni lill-Aġenzija għal opinjoni.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 e.  L-Aġenzija għandha tippreżenta l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3d. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk ir-riformi jkunux ġew implimentati tajjeb biżżejjed.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

 

Prinċipji ġenerali għall-mekkaniżmi ta' kapaċità

 

1.  Biex jindirizzaw it-tħassib residwu li ma jistax jiġi eliminat bil-miżuri skont l-Artikolu 18(3), l-Istati Membri jistgħu, bħala l-aħħar rimedju, u soġġett għal dan l-Artikolu u għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, jintroduċu mekkaniżmi ta' kapaċità.

 

2.  Qabel ma jintroduċu mekkaniżmi ta' kapaċità skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iwettqu studju komprensiv dwar l-effetti possibbli tagħhom fuq l-Istati Membri ġirien billi jikkonsultaw, tal-anqas, lill-Istati Membri ġirien tagħhom konnessi elettrikament u lill-partijiet ikkonċernati ta' dawk l-Istati Membri.

 

3.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk mekkaniżmu ta' kapaċità fil-forma ta' riserva strateġika jistax jindirizza t-tħassib dwar l-adegwatezza. Meta dan ma jkunx il-każ, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw tip differenti ta' mekkaniżmu ta' kapaċità. Il-parametri li jistabbilixxu l-ammont ta' kapaċità akkwistata fil-mekkaniżmu ta' kapaċità għandhom jiġu approvati mill-awtorità regolatorja nazzjonali.

 

4.  L-Istati Membri ma għandhomx jintroduċu mekkaniżmi ta' kapaċità meta japplikaw wieħed jew it-tnejn minn dawn li ġejjin: (a) il-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi ma tkunx identifikat tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi; (b) il-pjan ta' implimentazzjoni dettaljat imsemmi fl-Artikolu 18(3) ma jkunx irċieva deċiżjoni pożittiva mill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 18(3b).

 

5.  Jekk diġà japplika mekkaniżmu ta' kapaċità, l-Istat Membru għandu jirrevedi dak il-mekkaniżmu u għandu jipprevedi li l-ebda kuntratti ġodda ma jiġu konklużi skont dak il-mekkaniżmu meta japplikaw wieħed jew it-tnejn minn dawn li ġejjin:

 

(a) il-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi ma tkunx identifikat tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi;

 

(b) il-pjan ta' implimentazzjoni dettaljat kif imsemmi fl-Artikolu 18(3) ma jkunx irċieva deċiżjoni pożittiva mill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 18(3b).

 

6.  Il-mekkaniżmi ta' kapaċità għandhom ikunu temporanji. Għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni għal mhux aktar minn ħames snin. Għandhom jiġu eliminati gradwalment jew l-ammont tal-kapaċitajiet impenjati għandu jitnaqqas abbażi tal-pjan ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 18(3). L-Istati Membri għandhom ikomplu l-applikazzjoni tal-pjan ta' implimentazzjoni wara l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu ta' kapaċità.

 

7.  Il-kapaċità ta' ġenerazzjoni li bdiet il-produzzjoni kummerċjali wara [OP: data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandha tkun eliġibbli li tipparteċipa f'mekkaniżmu ta' kapaċità biss jekk l-emissjonijiet tagħha jkunu anqas minn 550 gr CO2/kWh. Bl-eċċezzjoni tar-riservi strateġiċi, il-kapaċità ta' ġenerazzjoni b'emissjoni ta' 550 gr CO2/kWh jew aktar ma għandhiex tkun impenjata f'mekkaniżmi ta' kapaċità wara [OP: 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi għandha tkopri l-adegwatezza ġenerali tas-sistema tal-elettriku għall-provvista tad-domandi attwali u projettati għall-elettriku għal perjodu ta' għaxar snin mid-data ta' dik il-valutazzjoni, f'riżoluzzjoni annwali.

1.  Il-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi għandha tiddetermina t-tħassib għall-adegwatezza tar-riżorsi billi tiġi evalwata l-adegwatezza ġenerali tas-sistema tal-elettriku għall-provvista tad-domandi attwali u projettati għall-elettriku fl-Unjoni, fl-Istati Membri rilevanti fir-reġjun, għal kull Stat Membru u sa kull żona tal-offerti fejn rilevanti, għal perjodu ta' għaxar snin mid-data ta' dik il-valutazzjoni, f'riżoluzzjoni annwali.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-valutazzjoni Ewropea tar-riżorsi għandha titwettaq mill-ENTSO tal-Elettriku.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jipprovdu lill-ENTSO għall-Elettriku bid-dejta meħtieġa kull sena, biex iwettaq il-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi. L-ENTSO għall-Elettriku għandu jwettaq il-valutazzjoni kull sena.

3.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jipprovdu lill-ENTSO tal-Elettriku bid-dejta meħtieġa. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jkollhom id-dritt li jitolbu dejta rilevanti mingħand il-ġeneraturi u parteċipanti oħra fis-suq li ma tinkludix informazzjoni kummerċjalment sensittiva u li ma tkunx inġabret diġà mid-DSO rilevanti.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi għandha tkun ibbażata fuq metodoloġija li tiżgura li l-valutazzjoni:

4.  Il-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi għandha tkun ibbażata fuq metodoloġija trasparenti li tiżgura li l-valutazzjoni:

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tkun ibbażata fuq xenarji xierqa ta' projezzjonijiet tad-domanda u tal-provvista inkluża valutazzjoni ekonomika tal-probabbiltà ta' rtirar, ta' ħolqien ġdid tal-assi ta' ġenerazzjoni u ta' miżuri biex jinkisbu l-miri tal-effiċjenza fl-enerġija u aspetti sensittivi xierqa dwar il-prezzijiet bl-ingrossa u l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-karbonju;

(b)  tkun ibbażata fuq xenarji xierqa ta' projezzjonijiet tad-domanda u tal-provvista inkluża valutazzjoni ekonomika tal-probabbiltà ta' rtirar, ta' sospensjoni temporanja, ta' ħolqien ġdid tal-assi ta' ġenerazzjoni u ta' miżuri biex jinkisbu l-miri tal-effiċjenza fl-enerġija u tal-interkonnessjoni tal-elettriku u aspetti sensittivi xierqa dwar il-prezzijiet bl-ingrossa u l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-karbonju;

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  fih l-agħar xenarju possibbli li jirrifletti l-eċċezzjonalità u l-probabbiltà differenti ta' avvenimenti rari li riserva strateġika tkun iddisinjata li tindirizza; id-distakk tal-adegwatezza ta' ġenerazzjoni f'tali l-agħar xenarju possibbli għandu jiġġustifika biss riserva strateġika b'daqs ta' mhux aktar minn 5 % tal-ogħla livell ta' piż tal-Istat Membru rispettiv;

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tqis b'mod xieraq il-kontribuzzjoni tar-riżorsi kollha inkluża l-ġenerazzjoni eżistenti u futura, il-ħżin tal-enerġija, ir-rispons tad-domanda u l-possibiltajiet ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni u l-kontribuzzjoni tagħhom għat-tħaddim flessibbli tas-sistema;

(c)  tqis b'mod xieraq il-kontribuzzjoni tar-riżorsi kollha inkluża l-ġenerazzjoni eżistenti u futura, il-ħżin tal-enerġija, l-integrazzjoni settorjali, ir-rispons tad-domanda u l-possibiltajiet ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni u l-kontribuzzjoni tagħhom għat-tħaddim flessibbli tas-sistema;

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  jirrispetta l-iżvilupp tan-netwerk reali.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq kriterji trasparenti, oġġettivi u verifikabbli.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-proposti skont il-paragrafi 2 u 5 u r-riżultati tal-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi skont il-paragrafu 3 għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni u approvazzjoni minn qabel mill-Aġenzija, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22.

6.  Il-proposti skont il-paragrafi 2 u 5 ta' dan l-Artikolu, ix-xenarji u s-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati, u r-riżultati tal-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni u approvazzjoni minn qabel mill-Aġenzija, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta japplikaw il-mekkaniżmi ta' kapaċità, l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ standard ta' affidabbiltà li jindika b'mod trasparenti l-livell mixtieq minnhom ta' sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

1.  Meta japplikaw il-mekkaniżmi ta' kapaċità, l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ standard ta' affidabbiltà. Standard ta' affidabbiltà għandu jindika b'mod trasparenti l-livell meħtieġ ta' sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Istat Membru. Fil-każ ta' żoni tal-offerti transkonfinali, tali standards ta' affidabbiltà għandhom jiġu stabbiliti b'mod konġunt mill-awtoritajiet rilevanti.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-parametri li jistabbilixxu l-ammont ta' kapaċità akkwistata fil-mekkaniżmu ta' kapaċità għandhom jiġu approvati mill-awtorità regolatorja nazzjonali.

imħassar

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-fornituri tal-kapaċità għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw f'aktar minn mekkaniżmu wieħed għall-istess perjodu ta' konsenja. Dawn għandhom ikunu soġġetti għal pagamenti ta' nuqqas ta' disponibbiltà f'każ ta' nuqqas ta' disponibbiltà, u jkunu soġġetti għal żewġ pagamenti ta' nuqqas ta' disponibbiltà jew aktar fejn ikun hemm skarsezza parallela f'żewġ żoni tal-offerti jew aktar fejn il-fornitur tal-kapaċità jiġi kkuntrattat.

5.  Il-fornituri tal-kapaċità għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw f'aktar minn mekkaniżmu wieħed għall-istess perjodu ta' konsenja. Dawn għandhom ikunu soġġetti għal pagamenti ta' nuqqas ta' disponibbiltà f'każ ta' nuqqas ta' disponibbiltà, u jkunu soġġetti għal żewġ pagamenti ta' nuqqas ta' disponibbiltà jew aktar fejn ikun hemm skarsezza parallela f'żewġ żoni tal-offerti jew aktar fejn il-fornitur tal-kapaċità jiġi kkuntrattat. Il-fornituri tal-kapaċità għandhom jitħallew jipparteċipaw b'mhux aktar mill-kapaċità massima disponibbli tagħhom.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Kull sena ċ-ċentri operazzjonali reġjonali stabbiliti skont l-Artikolu 32 għandhom jikkalkulaw il-kapaċità massima ta' dħul disponibbli għall-parteċipazzjoni tal-kapaċità barranija filwaqt li jqisu d-disponibbiltà mistennija ta' interkonnesjoni u l-konkorrenza probabbli ta' pressjoni fuq is-sistema bejn is-sistema fejn jiġi applikat il-mekkaniżmu u s-sistema fejn tkun tinsab il-kapaċità barranija. Jeħtieġ li jsir kalkolu għal kull konfini taż-żona tal-offerti.

6.  Kull sena ċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali stabbiliti skont l-Artikolu 32 għandhom jikkalkulaw il-kapaċità massima ta' dħul disponibbli għall-parteċipazzjoni tal-kapaċità barranija filwaqt li jqisu d-disponibbiltà mistennija ta' interkonnessjoni u l-konkorrenza probabbli ta' pressjoni fuq is-sistema bejn is-sistema fejn jiġi applikat il-mekkaniżmu u s-sistema fejn tkun tinsab il-kapaċità barranija. Jeħtieġ li jsir kalkolu għal kull konfini taż-żona tal-offerti.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex jindirizzaw it-tħassib residwu li ma jistax jiġi eliminat bil-miżuri skont l-Artikolu 18(3), l-Istati Membri jistgħu jintroduċu mekkaniżmi ta' kapaċità, soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

1.  Kull mekkaniżmu ta' kapaċità għandu:

 

(a) ma joħloqx distorsjonijiet tas-suq bla bżonn u ma jillimitax il-kummerċ transkonfinali;

 

(b) ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jiġi indirizzat it-tħassib dwar l-adegwatezza;

 

(c) jagħżel fornituri ta' kapaċità permezz ta' proċess trasparenti, nondiskriminatorju u bbażat fuq is-suq;

 

(d) ikun teknoloġikament newtrali;

 

(e) jipprovdi inċentivi biex il-fornituri ta' kapaċità jkunu disponibbli fi żminijiet ta' stress mistenni fuq is-sistema;

 

(f) jiżgura li r-remunerazzjoni tiġi ddeterminata permezz ta' proċess ibbażat fuq is-suq;

 

(g) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tekniċi meħtieġa għall-parteċipazzjoni ta' fornituri ta' kapaċità qabel il-proċedura tal-għażla;

 

(h) ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni tar-riżorsi kollha, inklużi l-ħżin u l-ġestjoni tad-domanda li huma kapaċi jipprovdu l-prestazzjoni teknika meħtieġa.

 

(i) japplika penali xierqa lill-fornituri ta' kapaċità meta ma jkunux disponibbli fil-każ ta' stress fuq is-sistema;

 

(j) jiżgura li l-kuntratti ta' kapaċità għal installazzjonijiet eżistenti jiġu ppremjati għal tul massimu ta' sena.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk Stat Membru jkun jixtieq jimplimenta mekkaniżmu ta' kapaċità, dan għandu jikkonsulta dwar il-mekkaniżmu propost mill-inqas mal-Istati Membri ġirien tiegħu konnessi bl-elettriku.

2.  Il-mekkaniżmi ta' kapaċità fil-forma ta' riservi strateġiċi għandhom:

 

(a) jinżammu barra mis-suq;

 

(b) jiġu dispaċċati biss meta swieq ta' ġurnata bil-quddiem jew tal-istess ġurnata jkunu naqsu milli jikklirjaw u operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jkunu eżawrew ir-riżorsi ta' bbilanċjar tagħhom biex jistabbilixxu ekwilibriju bejn id-domanda u l-provvista;

 

(c) jiżguraw li matul perjodi fejn ikun sar id-dispaċċ ta' riservi strateġiċi, l-iżbilanċi jiġu saldati bil-limitu tekniku fuq il-prezzijiet applikati mill-operaturi tas-suq skont l-Artikolu 9 jew bil-valur tat-tagħbija mitlufa, skont liema tkun l-ogħla;

 

(d) ikun limitat għal massimu ta' emissjonijiet ta' 200 kg/CO2/kW għall-produzzjoni tal-elettriku fis-sena. L-elettriku ġġenerat, jew it-tnaqqis tat-tagħbija miksub minn riżorsi fir-riserva strateġika ma għandux jinbiegħ permezz tas-swieq bl-ingrossa tal-elettriku.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-mekkaniżmi ta' kapaċità la għandhom joħolqu distorsjonijiet tas-suq bla bżonn u lanqas jillimitaw il-kummerċ transkonfinali. L-ammont ta' kapaċità impenjat fil-mekkaniżmu ma għandux imur lil hinn minn dak meħtieġ biex jindirizza t-tħassib.

3.  Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, il-mekkaniżmi ta' kapaċità oħra għajr ir-riservi strateġiċi għandhom:

 

(a) ikunu mibnija b'tali mod li jiżguraw li l-prezz imħallas għad-disponibbiltà awtomatikament ixaqleb lejn żero meta l-livell ta' kapaċità fornut ikun mistenni li jkun biżżejjed biex ilaħħaq mal-livell ta' kapaċità mitlub;

 

(b) jirremuneraw ir-riżorsi parteċipatorji sempliċement għad-disponibbiltà tagħhom u jiżguraw li r-remunerazzjoni ma taffettwax deċiżjonijiet tal-fornitur ta' kapaċità dwar jekk jiġġenerax jew le;

 

(c) jiżguraw li l-obbligi ta' kapaċità jkunu trasferibbli bejn il-fornituri ta' kapaċità eliġibbli.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-kapaċità ta' ġenerazzjoni li tkun ittieħdet deċiżjoni finali ta' investiment dwarha wara [OP: id-dħul fis-seħħ] għandha tkun eliġibbli biss biex tipparetċipa f'mekkaniżmu ta' kapaċità jekk l-emissjonijiet tagħha jkunu anqas minn 550 gr CO2/kWh. Il-kapaċità ta' ġenerazzjoni b'emissjoni ta' 550 gr CO2/kWh jew aktar ma għandhiex tkun impenjata f'mekkaniżmi ta' kapaċità 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

imħassar

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Jekk il-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi ma tkunx identifikat tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi, l-Istati Membri ma għandhomx japplikaw il-mekkaniżmi ta' kapaċità.

imħassar

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri li japplikaw il-mekkaniżmi ta' kapaċità fi [OP: id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom jadattaw il-mekkaniżmi tagħhom biex jikkonformaw mal-Artikoli 18, 21 u 23 ta' dan ir-Regolament.

L-Istati Membri li japplikaw il-mekkaniżmi ta' kapaċità fi [OP: id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom jadattaw il-mekkaniżmi tagħhom biex jikkonformaw mal-Artikoli 18, 18a, 21 u 23 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  iħejji u jadotta proposti relatati mal-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi skont l-Artikolu 19(2), (3) u (5) u mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-parteċipazzjoni transkonfinali fil-mekkaniżmi ta' kapaċità skont l-Artikolu 21(10);

(c)  iħejji u jadotta proposti relatati mal-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi skont l-Artikolu 19(1a) u mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-parteċipazzjoni transkonfinali fil-mekkaniżmi ta' kapaċità skont l-Artikolu 21(10);

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  jistandardizza, b'kooperazzjoni mal-entità tal-UE għad-DSO, formati u protokolli tad-dejta rilevanti biex jiġi ffaċilitat l-iskambju transkonfinali tad-dejta;

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  jippromwovi d-diġitalizzazzjoni tas-sistemi ta' trażmissjoni biex jiġu żgurati, fost l-oħrajn, l-akkwist u l-użu effiċjenti ta' dejta f'ħin reali u s-substazzjonijiet intelliġenti;

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt jb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(jb)  jippromwovi l-ġestjoni tad-dejta, iċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-dejta b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti u l-entitajiet regolati;

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt jc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(jc)  jiżviluppa r-rispons fin-naħa tad-domanda b'kooperazzjoni mad-DSOs.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ENTSO għall-Elettriku għandu jirrapporta lill-Aġenzija dwar in-nuqqasijiet identifikati rigward l-istabbiliment u l-prestazzjoni taċ-ċentri operazzjonali reġjonali.

2.  L-ENTSO tal-Elettriku għandu jirrapporta lill-Aġenzija dwar in-nuqqasijiet identifikati rigward l-istabbiliment u l-prestazzjoni taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fil-preparazzjoni tal-proposti skont il-kompiti msemmija fl-Artikolu 27(1) , l-ENTSO għall-Elettriku għandu jwettaq proċess estensiv ta' konsultazzjoni, fi stadju bikri, u b'mod miftuħ u trasparenti, li jkun jinvolvi lill- partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u, b'mod partikolari, lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati kollha konformement mar-regoli ta' proċedura msemmija fl-Artikolu 26. Dik il-konsultazzjoni għandha tinvolvi wkoll lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali oħrajn, l-impriżi ta' forniment u ta' ġenerazzjoni, l-utenti tas-sistema, inklużi l-klijenti, l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-industrija rilevanti, il-korpi tekniċi u l-pjattaformi tal-partijiet ikkonċernati. Il-konsultazzjoni għandha l-għan li tidentifika l-opinjonijiet u l-proposti tal-partijiet rilevanti kollha waqt il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

1.  Fil-preparazzjoni tal-proposti skont il-kompiti msemmija fl-Artikolu 27(1), l-ENTSO tal-Elettriku għandu jwettaq proċess estensiv ta' konsultazzjoni, fi stadju bikri u strutturat b'mod li jippermetti l-integrazzjoni tal-osservazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati qabel l-adozzjoni finali u b'mod miftuħ u trasparenti, li jkun jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u, b'mod partikolari, lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati kollha konformement mar-regoli ta' proċedura msemmija fl-Artikolu 26. Dik il-konsultazzjoni għandha tinvolvi wkoll lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali oħrajn, lill-impriżi ta' forniment u ġenerazzjoni, lill-utenti tas-sistema, inklużi l-klijenti u r-rappreżentanti tagħhom, lill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-industrija rilevanti, lill-korpi tekniċi u lill-pjattaformi tal-partijiet ikkonċernati. Il-konsultazzjoni għandha l-għan li tidentifika l-opinjonijiet u l-proposti tal-partijiet rilevanti kollha waqt il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex ikunu jistgħu jiġu ssodisfati l-obbligi tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, iż-żona ġeografika koperta minn kull struttura ta' kooperazzjoni reġjonali tista' tkun definita mill-Kummissjoni, b'kunsiderazzjoni għall-istrutturi ta' koperazzjoni reġjonali eżistenti. Kull Stat Membru għandu jkun jista' jippromwovi l-kooperazzjoni f'aktar minn żona ġeografika waħda. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 63 dwar iż-żona ġeografika koperta minn kull struttura ta' kooperazzjoni reġjonali. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija u lill-ENTSO għall-Elettriku.

3.  Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, iż-żona ġeografika koperta minn kull struttura ta' kooperazzjoni reġjonali tista' tkun definita mill-Kummissjoni, b'kunsiderazzjoni għall-istrutturi ta' koperazzjoni reġjonali eżistenti. Kull Stat Membru għandu jkun jista' jippromwovi l-kooperazzjoni f'aktar minn żona ġeografika waħda. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 63 dwar iż-żona ġeografika koperta minn kull struttura ta' kooperazzjoni reġjonali. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet regolatorji, lill-Aġenzija u lill-ENTSO tal-Elettriku.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa [OP: tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ], l-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu ċentri operazzjonali reġjonali skont il-kriterji stabbiliti f'dan il-kapitolu. Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom ikunu stabbiliti fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri tar-reġjun fejn dawn se jwettqu l-ħidma tagħhom.

1.  Sa [OP: tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ], iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom minbarra kompiti oħra li huma msemmija fl-Artikolu 34 ta' dan ir-Regolament, jieħdu post u jkopru l-funzjonijiet tal-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà stabbiliti b'konformità mar-Regolament ...[Ir-Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi Linja gwida dwar it-Tħaddim tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku] skont il-kriterji stabbiliti f'dan il-kapitolu.

 

Jekk reġjun ma jkunx kopert minn koordinatur reġjonali tas-sigurtà eżistenti jew ippjanat, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' dak ir-reġjun għandhom jistabbilixxu ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali.

 

L-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jaderixxu ma' ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali uniku.

 

L-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni ta' reġjun ta' tħaddim tas-sistema għandhom jissottomettu għal rieżami lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema, proposta għall-istabbiliment ta' ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali skont il-kriterji stabbiliti f'dan il-kapitolu.

 

L-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema għandhom jirrieżaminaw u japprovaw il-proposta f'konformità mal-proċeduri stabbiliti skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru ... [riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 kif proposta mill-COM(2016) 863].

 

Il-proposti msemmija fir-raba' subparagrafu għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

 

(a) l-Istat Membru fejn se jkun iċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali;

 

(b) l-arranġamenti organizzazzjonali, finanzjarji u operazzjonali neċessarji sabiex jiġi żgurat it-tħaddim effiċjenti, sigur u affidabbli tas-sistema ta' trażmissjoni interkonnessa;

 

(c) il-pjan ta' implimentazzjoni għall-bidu tat-tħaddim taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;

 

(d) l-istatuti u r-regoli ta' proċedura taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;

 

(e) id-deskrizzjoni tal-proċessi kooperattivi skont l-Artikolu 35;

 

(f) deskrizzjoni tal-arranġamenti li jikkonċernaw ir-responsabbiltà taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 44.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 a.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom ikunu bdew joperaw sa [OP: tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.  Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jaġixxu b'mod indipendenti mill-interessi individwali nazzjonali u mill-interessi tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jikkomplementaw ir-rwol tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni billi jwettqu funzjonijiet ta' rilevanza reġjonali. Dawn għandhom jistabbilixxu arranġamenti operazzjonali sabiex jiżguraw it-tħaddim effiċjenti, sigur u affidabbli tas-sistema ta' trażmissjoni interkonnessa.

3.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jikkomplementaw ir-rwol tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni billi jwettqu funzjonijiet ta' rilevanza reġjonali. L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni tal-flussi tal-elettriku u għall-iżgurar ta' sistema tal-elettriku sigura, affidabbli u effiċjenti skont l-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE kif proposta mill-COM(2016) 864/2].

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ambitu ġeografiku taċ-ċentri operazzjonali reġjonali

Ambitu ġeografiku taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa [OP: sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] l-ENTSO għall-Elettriku għandu jippreżenta proposta lill-Aġenzija li tiddefinixxi r-reġjuni ta' tħaddim tas-sistema koperti biċ-ċentri operazzjonali reġjonali, filwaqt li tqis il-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà eżistenti, abbażi tal-kriterji li ġejjin:

1.  Sa [OP: sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] l-ENTSO tal-Elettriku għandu jippreżenta proposta lill-Aġenzija li tiddefinixxi r-reġjuni ta' tħaddim tas-sistema koperti biċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali, filwaqt li tqis il-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà eżistenti, abbażi tal-kriterji li ġejjin:

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kompiti taċ-ċentri operazzjonali reġjonali

Kompiti taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 34 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull ċentru operazzjonali reġjonali għandu jwettaq il-funzjonijiet kollha li ġejjin fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema fejn ikun stabbilit u ċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom iwettqu mill-inqas il-funzjonijiet li ġejjin, stabbiliti f'aktar dettall fl-Anness I:

1.  Kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jwettaq il-funzjonijiet kollha li ġejjin fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema fejn ikun stabbilit u ċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom iwettqu mill-inqas il-funzjonijiet li ġejjin, stabbiliti f'aktar dettall fl-Anness I:

(a)  kalkolu koordinat tal-kapaċità;

(a)  kalkolu koordinat tal-kapaċità b'mod konformi mal-metodoloġiji żviluppati skont l-Artikoli 21, 26, 29, u 30 tar-Regolament (UE) 2015/1222;

(b)  analiżi koordinata tas-sigurtà;

(b)  analiżi koordinata tas-sigurtà b'mod konformi mal-metodoloġiji żviluppati skont l-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/14851a;

(c)  ħolqien ta' mudelli tas-sistema komuni;

(c)  ħolqien ta' mudelli tas-sistema komuni b'mod konformi mal-metodoloġiji u l-proċeduri żviluppati skont l-Artikoli 67, 70 u 79 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485;

(d)  valutazzjoni tal-konsistenza tal-pjanijiet ta' difiża u ta' restawr tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;

(d)  valutazzjoni tal-konsistenza tal-pjanijiet ta' difiża u ta' restawr tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2196b;

(e)  koordinazzjoni u ottimizzazzjoni tar-restawr reġjonali;

(e)  koordinazzjoni u ottimizzazzjoni tar-restawr reġjonali;

(f)  analiżi u rappurtar ta' wara t-tħaddim u t-tfixkil;

(f)  analiżi u rappurtar ta' wara t-tħaddim u t-tfixkil;

(g)  iffissar tad-dimensjoni reġjonali tal-kapaċità ta' riserva;

(g)  iffissar tad-dimensjoni reġjonali tal-kapaċità ta' riserva;

(h)  iffaċilitar tal-akkwist reġjonali tal-kapaċità ta' bbilanċjar;

(h)  kalkolu tal-kapaċità reġjonali ta' bbilanċjar;

(i)  previżjonijiet reġjonali tal-adegwatezza tas-sistema sal-perjodu ta' żmien tal-istess ġurnata u t-tħejjija tal-azzjonijiet li jnaqqsu r-riskji;

(i)  previżjonijiet reġjonali tal-adegwatezza tas-sistema sal-perjodu ta' żmien tal-istess ġurnata u t-tħejjija tal-azzjonijiet li jnaqqsu r-riskji skont il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) ... [Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji kif propost mill-COM(2016) 862] u l-proċeduri stipulati fl-Artikolu 81 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 [Ir-Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi Linja gwida dwar it-Tħaddim tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku];

(j)  koordinazzjoni tal-ippjanar tal-indisponibbiltà;

(j)  koordinazzjoni tal-ippjanar tal-indisponibbiltà b'mod konformi mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 80 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485;

(k)  ottimizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta' kumpens bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;

(k)  ottimizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta' kumpens bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;

(l)  taħriġ u ċertifikazzjoni;

(l)  taħriġ u ċertifikazzjoni;

(m)  identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi reġjonali skont l-Artikolu 6(1) ta' [Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji kif propost mill-OM(2016) 862] jekk il-kompitu jiġi ddelegat mill-ENTSO għall-Elettriku;

 

(n)  tħejjija u twettiq tas-simulazzjonijiet annwali ta' kriżi f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 12(3) ta' [Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji kif propost mill-COM(2016) 862];

(n)  tħejjija u twettiq tas-simulazzjonijiet annwali ta' kriżi f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 12(3) ta' [Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji kif propost mill-COM(2016) 862];

(o)  kompiti relatati mal-identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi reġjonali jekk u safejn jiġu ddelegati liċ-ċentri operazzjonali reġjonali skont l-Artikolu 6(1) ta' [Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji kif propost mill-COM(2016) 862];

(o)  kompiti relatati mal-identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi reġjonali jekk u sa fejn jiġu ddelegati liċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 6(1) ta' [Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji kif propost mill-COM(2016) 862];

(p)  kompiti relatati mal-identifikazzjoni tal-prospettivi staġonali tal-adegwatezza jekk u safejn jiġu ddelegati liċ-ċentri operazzjonali reġjonali skont l-Artikolu 9(2) ta' [Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji kif propost mill-COM(2016) 862];

(p)  kompiti relatati mal-identifikazzjoni tal-prospettivi staġonali tal-adegwatezza jekk u sa fejn jiġu ddelegati liċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 9(2) ta' [Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji kif propost mill-COM(2016) 862];

(q)  kalkolu tal-kapaċità fi dħul massimu disponibbli għall-parteċipazzjoni tal-kapaċità barranija fil-mekkaniżmi ta' kapaċità skont l-Artikolu 21(6).

(q)  kalkolu tal-kapaċità fi dħul massimu disponibbli għall-parteċipazzjoni tal-kapaċità barranija fil-mekkaniżmi ta' kapaċità skont l-Artikolu 21(6);

 

(qa)  kompiti relatati mal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għal kapaċità ġdida, għal titjib fil-kapaċità eżistenti jew l-alternattivi tagħhom, li għandhom jiġu ppreżentati lill-gruppi reġjonali stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 u inklużi fil-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) ... [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE kif proposta mill-COM(2016) 864/2].

 

_______________

 

1a Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 tat-2 ta' Awwissu 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku (ĠU L 220, 25.8.2017, p. 1).

 

1b Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2196 tat-24 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar l-emerġenza u r-restawr tal-elettriku (ĠU L 312, 28.11.2017, p. 54).

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni tista' żżid funzjonijiet oħra f'idejn iċ-ċentri operazzjonali reġjonali li ma jinvolvux is-setgħa tat-teħid ta' deċiżjonijiet, skont il-Kapitolu VII ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-Kummissjoni tista' żżid funzjonijiet oħra f'idejn iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali li ma jinvolvux is-setgħa tat-teħid ta' deċiżjonijiet, skont il-Kapitolu VII ta' dan ir-Regolament.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jipprovdu liċ-ċentru operazzjonali reġjonali bl-informazzjoni meħtieġa biex jitwettqu l-funzjonijiet tiegħu.

3.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jipprovdu liċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali bl-informazzjoni meħtieġa biex jitwettqu l-funzjonijiet tiegħu.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jipprovdu lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġu implimentati d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet proposti miċ-ċentri operazzjonali reġjonali.

4.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jipprovdu lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġu żgurati l-istabbiltà tas-sistema u s-sigurtà tal-provvista.

 

Għall-funzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u mhux diġà koperti mil-linji gwida rilevanti, l-ENTSO tal-Elettriku għandu jiżviluppa proposta b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22. Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jeżegwixxu dawk il-funzjonijiet abbażi ta' proposta li tkun ġiet approvata mill-Aġenzija.

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 35

Artikolu 35

Kooperazzjoni maċ-ċentri operazzjonali reġjonali

Kooperazzjoni ma' u bejn ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali

1.  Il-funzjonament ta' kuljum taċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandu jiġi ġestit permezz ta' proċessi kooperattivi ta' teħid ta' deċiżjonijiet. Il-proċess kooperattiv ta' teħid ta' deċiżjonijiet għandu jkun ibbażat fuq:

Il-funzjonament ta' kuljum taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jiġi ġestit permezz ta' proċessi kooperattivi ta' teħid ta' deċiżjonijiet fost l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun, inklużi arranġamenti għal koordinazzjoni bejn iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali fejn rilevanti. Il-proċess kooperattiv għandu jkun ibbażat fuq:

(a)  arranġamenti ta' ħidma li jindirizzaw l-aspetti operazzjonali u ta' ppjanar relatati mal-funzjonijiet, skont l-Artikolu 36;

(a)  arranġamenti ta' ħidma li jindirizzaw l-aspetti operazzjonali u ta' ppjanar relatati mal-funzjonijiet, skont l-Artikolu 36;

(b)  proċedura għall-konsultazzjoni tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema, organizzata miċ-ċentri operazzjonali reġjonali fl-eżerċitar tal-obbligi u tal-kompiti operazzjonali tagħhom, skont l-Artikolu 37;

(b)  proċedura għall-konsultazzjoni, b'mod effiċjenti u inklużiv, tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema, skont l-Artikolu 37;

(c)  proċedura għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 38;

(c)  proċedura għall-adozzjoni u r-reviżjoni ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 38 li tiżgura trattament ugwali bejn il-membri taċ-ċentru operazzjonali reġjonali;

(d)  proċedura għar-reviżjoni ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet adottai miċ-ċentri operazzjonali reġjonali skont l-Artikolu 39.

 

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jiżviluppaw arranġamenti ta' ħidma li jindirizzaw l-aspetti operazzjonali u ta' ppjanar relatati mal-funzjonijiet li jridu jitwettqu, billi jitqiesu, b'mod partikolari, l-ispeċifiċitajiet u r-rekwiżiti ta' dawk il-funzjonijiet kif speċifikat fl-Anness I.

1.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jiżviluppaw arranġamenti ta' ħidma li jkunu effiċjenti, inklużivi, trasparenti u jiffaċilitaw il-kunsens, li jindirizzaw l-aspetti operazzjonali u ta' ppjanar relatati mal-funzjonijiet li jridu jitwettqu, billi jitqiesu, b'mod partikolari, l-ispeċifiċitajiet u r-rekwiżiti ta' dawk il-funzjonijiet kif speċifikat fl-Anness I.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta' ħdima jinkludu regoli għan-notifika tal-partijiet ikkonċernati.

2.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta' ħidma jinkludu regoli għan-notifika tal-partijiet ikkonċernati.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jiżviluppaw proċedura biex jorganizzaw, fl-eżerċitar tal-obbligi u tal-kompiti operazzjonali tagħhom ta' kuljum, il-konsultazzjoni xierqa u regolari tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti. Sabiex jiżguraw li jistgħu jiġu indirizzati l-kwistjonijiet regolatorji, l-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu involuti meta jkun meħtieġ.

Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jiżviluppaw proċedura biex jorganizzaw, fl-eżerċitar tal-obbligi u tal-kompiti operazzjonali tagħhom ta' kuljum, il-konsultazzjoni xierqa u regolari tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti. Sabiex jiżguraw li jistgħu jiġu indirizzati l-kwistjonijiet regolatorji, l-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu involuti meta jkun meħtieġ.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 37a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 37a

 

Trasparenza

 

1.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jorganizzaw proċess għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati u jorganizzaw laqgħat regolari mal-partijiet ikkonċernati sabiex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-operat effiċjenti, sigur u affidabbli tas-sistema interkonnessa kif ukoll sabiex jiġu identifikati n-nuqqasijiet u jiġi propost titjib;

 

2.  L-ENTSO tal-Elettriku u ċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom joperaw b'trasparenza sħiħa lejn il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku ġenerali. Id-dokumentazzjoni kollha rilevanti għandha tkun ippubblikata fuq is-sit tal-internet taċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali rispettiv. Dan il-paragrafu għandu japplika għall-proposti, il-ġustifikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet adottati skont l-Artikoli 32 u 33, l-Artikolu 35(a) u l-Artikolu 38 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Adozzjoni tad-deċiżjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet

Adozzjoni u reviżjonijiet tad-deċiżjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jiżviluppaw proċedura għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet.

1.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' kull ċentru operazzjonali reġjonali għandhom jiżviluppaw proċeduri għall-adozzjoni u r-reviżjoni ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet, li jiżguraw ir-rappreżentanza ġeografikament ibbilanċjata u t-trattament ekwu tal-membri taċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jadottaw deċiżjonijiet vinkolanti indirizzati lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni dwar il-funzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b), (g) u (q) tal-Artikolu 34(1). L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jimplimentaw id-deċiżjonijiet vinkolanti maħruġa miċ-ċentri operazzjonali reġjonali għajr f'każijiet meta s-sikurezza tas-sistema tkun se tiġi affettwata b'mod negattiv.

2.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jadottaw deċiżjonijiet vinkolanti indirizzati lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni biss dwar il-funzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 34(1). L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom jimplimentaw id-deċiżjonijiet vinkolanti maħruġa miċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali meta l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tirriżulta fi ksur tal-limiti ta' sigurtà operazzjonali definiti minn kull operatur tas-sistema ta' trażmissjoni skont l-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jadottaw rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni dwar il-funzjonijiet imsemmija fil-punti (c) sa (f) u (h) sa (p) tal-Artikolu 34(1).

3.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jadottaw rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni dwar il-funzjonijiet elenkati fl-Artikolu 34(1) li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.  Fejn operatur ta' sistema ta' trażmissjoni jiddeċiedi li jiddevja mid-deċiżjoni jew mir-rakkomandazzjoni maħruġa miċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali, għandu jippreżenta minnufih spjegazzjoni dettaljata liċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali u lill-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni oħrajn tar-reġjun tat-tħaddim tas-sistema.

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 b.  Ir-reviżjoni għandha tibda fuq talba ta' operatur wieħed jew aktar tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema. Wara r-reviżjoni tad-deċiżjoni jew tar-rakkomandazzjoni, iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jikkonfermaw jew jimmodifikaw il-miżura.

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 c.  Jekk il-miżura soġġetta għal reviżjoni tkun deċiżjoni vinkolanti skont l-Artikolu 38(2) ta' dan ir-Regolament, it-talba għal reviżjoni ma għandhiex tissospendi d-deċiżjoni ħlief f'każijiet meta l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tkun se twassal għal ksur ta' limiti tas-sigurtà operazzjonali ddefiniti minn kull operatur tas-sistema ta' trażmissjoni skont l-Artikolu 25 tal-linji gwida dwar it-Tħaddim tas-Sistema.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtoritajiet regolatorji ta' reġjun ta' tħaddim tas-sistema jistgħu jiddeċiedu b'mod konġunt li jagħtu setgħat vinkolanti ta' teħid tad-deċiżjonijiet liċ-ċentri operazzjonali reġjonali għal funzjoni waħda jew aktar prevista fil-punti (c) sa (f) u (h) sa (l) tal-Artikolu 34(1).

4.  L-awtoritajiet regolatorji ta' reġjun ta' tħaddim tas-sistema jistgħu jiddeċiedu b'mod konġunt li jagħtu setgħat vinkolanti ta' teħid tad-deċiżjonijiet liċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għal funzjoni waħda jew aktar elenkati fl-Artikolu 34(1) u li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 39

imħassar

Reviżjoni tad-deċiżjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet

 

1.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jiżviluppaw proċedura għar-reviżjoni ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet.

 

2.  Il-proċedura għandha tibda fuq talba ta' operatur wieħed jew aktar tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema. Wara r-reviżjoni tad-deċiżjoni jew tar-rakkomandazzjoni, iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jikkonformaw jew jimmodifikaw il-miżura.

 

3.  Jekk il-miżura soġġetta għal reviżjoni tkun deċiżjoni vinkolanti skont l-Artikolu 38(2), it-talba għal reviżjoni ma għandhiex tissospendi d-deċiżjoni ħlief f'każijiet meta s-sikurezza tas-sistema tkun se tiġi affettwata b'mod negattiv.

 

4.  Jekk il-miżura soġġetta għal reviżjoni tkun rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 38(3) u wara r-reviżjoni tagħha operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jiddeċiedi li jiddevja mir-rakkomandazzjoni, l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jippreżenta ġustifikazzjoni ddettaljata liċ-ċentru operazzjonali reġjonali u lill-operaturi l-oħra tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema.

 

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bord maniġerjali taċ-ċentri operazzjonali reġjonali

Bord maniġerjali taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sabiex jadotta miżuri relatati mal-governanza tagħhom u biex jimmonitorja l-prestazzjoni tagħhom, iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jistabbilixxu bord maniġerjali.

1.  Sabiex jadotta miżuri relatati mal-governanza tagħhom u biex jimmonitorja l-prestazzjoni tagħhom, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jistabbilixxu bord maniġerjali.

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-bord maniġerjali għandu jkun magħmul minn membri li jirrappreżentaw lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u minn osservaturi li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema. Ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet regolatorji ma għandux ikollhom drittijiet tal-vot.

2.  Il-bord maniġerjali għandu jkun magħmul minn membri li jirrappreżentaw lill-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema. Il-kompożizzjoni tal-bord maniġerjali għandha tkun ġeografikament ibbilanċjata.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-bord maniġerjali għandu jkun responsabbli:

3.  Il-bord maniġerjali għandu jkun responsabbli:

(a)  mill-abbozzar u mill-approvazzjoni tal-istatuti u mir-regoli ta' proċedura taċ-ċentru operazzjonali reġjonali;

(a)  mill-abbozzar u mill-approvazzjoni tal-istatuti u mir-regoli ta' proċedura taċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali;

(b)  mit-teħid tad-deċiżjonijiet u mill-implimentazzjoni tal-istruttura organizzazzjonali;

(b)  mill-implimentazzjoni tal-istruttura organizzazzjonali;

(c)  mit-tħejjija u mill-approvazzjoni tal-baġit annwali;

(c)  mit-tħejjija u mill-approvazzjoni tal-baġit annwali;

(d)  mill-iżvilupp u mill-approvazzjoni tal-proċessi kooperattivi tat-teħid ta' deċiżjonijiet skont l-Artikolu 35.

(d)  mill-iżvilupp u mill-approvazzjoni tal-proċessi kooperattivi tat-teħid ta' deċiżjonijiet skont l-Artikolu 35.

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-kompetenzi tal-bord maniġerjali ma jinkludux dawk li huma relatati mal-attivitajiet ta' kuljum taċ-ċentri operazzjonali reġjonali u mal-prestazzjoni tal-funzjonijiet tiegħu.

4.  Il-kompetenzi tal-bord maniġerjali ma għandhomx jinkludu deċiżjonijiet relatati mal-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali.

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jistabbilixxu u jamministraw l-organizzazzjoni tagħhom skont struttura li tappoġġa s-sikurezza tal-funzjonijiet tagħhom. L-istruttura organizzazzjonali tagħhom għandha tispeċifika:

1.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' reġjun tat-tħaddim ta' sistema għandhom jistabbilixxu l-istruttura organizzattiva taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali. L-istruttura organizzazzjonali tagħhom għandha tispeċifika:

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-awtorità, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-persunal ta' ġestjoni;

(a)  l-awtorità, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-persunal;

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali jistgħu jistabbilixxu uffiċċji reġjonali biex jindirizzaw l-ispeċifiċitajiet lokali jew bħala appoġġ għaċ-ċentri operazzjonali għall-eżerċitar effiċjenti u affidabbli tal-funzjonijiet tagħhom.

2.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jistgħu jistabbilixxu uffiċċji reġjonali biex jindirizzaw l-ispeċifiċitajiet lokali jew bħala appoġġ għaċ-ċentri ta' koordinazzjoni għall-eżerċitar effiċjenti u affidabbli tal-funzjonijiet tagħhom, jekk dan jirriżulta strettament neċessarju.

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom ikunu mgħammra bir-riżorsi umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji kollha meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament u biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.

Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom ikunu mgħammra bir-riżorsi umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji kollha meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament u biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti u imparzjali. Ir-riżorsi umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji għaċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tagħhom filwaqt li għandha tiġi żgurata r-rappreżentanza ġeografikament ibbilanċjata u t-trattament ekwu tal-membri taċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jistabbilixxu proċess għas-sorveljanza kontinwa ta' mill-inqas:

1.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jistabbilixxu proċess għas-sorveljanza kontinwa ta' mill-inqas:

(a)  il-prestazzjoni operazzjonali tagħhom;

(a)  il-prestazzjoni operazzjonali tagħhom;

(b)  id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa u r-riżultati miksuba;

(b)  id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa b'mod partikolari dwar dawk fejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jkunu ddevjaw, u r-riżultati miksuba;

(c)  l-effettività u l-effiċjenza ta' kull waħda mill-funzjonijiet li huma responsabbli għalihom.

(c)  l-effettività u l-effiċjenza ta' kull waħda mill-funzjonijiet li huma responsabbli għalihom.

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Mill-inqas darba fis-sena, iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jippreżentaw lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema bid-dejta li tirriżulta mis-sorveljanza kontinwa.

imħassar

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jistabbilixxu l-kostijiet tagħhom b'mod trasparenti u jirrappurtawhom lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema.

3.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jistabbilixxu l-kostijiet tagħhom b'mod trasparenti u jirrappurtawhom lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema.

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jippreżentaw rapport annwali dwar il-prestazzjoni tagħhom lill-ENTSO għall-Elettriku, lill-Aġenzija, lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u lill-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku stabbilit skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/C 353/0237.

4.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jippreżentaw rapport annwali li jkun fih id-dejta dwar il-monitoraġġ rilevanti skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom lill-ENTSO tal-Elettriku, lill-Aġenzija, lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u lill-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku stabbilit skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/C 353/02.

__________________

__________________

37 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2012 li twaqqaf Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku (ĠU L 353, 17.11.2012, p.2).

37 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2012 li twaqqaf Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku (ĠU L 353, 17.11.2012, p. 2).

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jirrappurtaw in-nuqqasijiet identifikati fil-proċess ta' sorveljanza skont il-paragrafu 1 tal-ENTSO għall-elettriku lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema, lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli mill-prevenzjoni u mill-ġestjoni tas-sitwazzjonijiet ta' kriżi.

5.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jirrappurtaw in-nuqqasijiet identifikati fil-proċess ta' sorveljanza skont il-paragrafu 1 tal-ENTSO tal-Elettriku lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema, lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli mill-prevenzjoni u mill-ġestjoni tas-sitwazzjonijiet ta' kriżi.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5 a.  Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-kunfidenzjalità u l-ħtieġa li tiġi ppreservata s-sigurtà u l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jippubblikaw ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 4 u 5.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex ikopru r-responsabbiltà relatata mat-twettiq tal-kompiti tagħhom, b'mod partikolari meta jadottaw deċiżjonijiet vinkolanti dwar l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni. Il-metodu użat biex jipprovdu kopertura għandu jqis l-istatus ġuridiku taċ-ċentru operazzjonali reġjonali u l-livell ta' kopertura tal-assigurazzjoni kummerċjali disponibbli.

Il-proposta għall-istabbiliment ta' ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 32, għandha tinkludi arranġamenti biex ikopru r-responsabbiltà relatata mat-twettiq tal-kompiti taċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali. Il-metodu użat biex jipprovdu kopertura għandu jqis l-istatus ġuridiku taċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali u l-livell ta' kopertura tal-assigurazzjoni kummerċjali disponibbli.

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom jippubblikaw id-dejta rilevanti dwar it-tbassir aggregat u d-domanda attwali, dwar id-disponibbiltà u l-użu attwali ta' assi ta' ġenerazzjoni u ta' tagħbija, dwar id-disponibbiltà u l-użu tan-netwerks u tal-interkonnessjonijiet, u dwar l-ibbilanċjar tal-enerġija u l-kapaċità ta' riserva. Għad-disponibbiltà u l-użu attwali ta' unitajiet ta' ġenerazzjoni u tagħbija żgħar, tista' tintuża dejta stmata aggregata.

4.  L-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni għandhom jippubblikaw id-dejta rilevanti dwar it-tbassir aggregat u d-domanda attwali, dwar id-disponibbiltà u l-użu attwali ta' assi ta' ġenerazzjoni u ta' tagħbija, dwar id-disponibbiltà u l-użu tan-netwerks u tal-interkonnessjonijiet, dwar l-ibbilanċjar tal-enerġija u l-kapaċità ta' riserva u dwar id-disponibbiltà tal-flessibbiltà. Għad-disponibbiltà u l-użu attwali ta' unitajiet ta' ġenerazzjoni u tagħbija żgħar, tista' tintuża dejta stmata aggregata.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta intrinsikament ma' emendi oħrajn ippreżentati għal dispożizzjonijiet li ġew modifikati mill-Kummissjoni

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni li mhumiex parti minn intrapriża integrata vertikalment jew li huma separati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 35 [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE kif proposta mill-COM(2016) 864/2], għandhom jikkooperaw fil-livell tal-Unjoni bl-Entità Ewropea tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni ("l-entità tal-UE għad-DSO"), sabiex jippromwovu l-ikkompletar u l-funzjonament tas-suq intern tal-elettriku u biex jippromwovu l-ġestjoni ottimali u t-tħaddim koordinat tas-sistemi ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni. L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni li jixtiequ jipparteċipaw fl-entità tal-UE għad-DSO għandhom jirreġistraw bħala membri tal-entità.

L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jikkooperaw fil-livell tal-Unjoni bl-Entità Ewropea tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni ("l-entità tal-UE għad-DSO"), sabiex jippromwovu l-ikkompletar u l-funzjonament tas-suq intern tal-elettriku u biex jippromwovu l-ġestjoni ottimali u t-tħaddim koordinat tas-sistemi ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni. L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni li jixtiequ jipparteċipaw fl-entità tal-UE għad-DSO għandhom ikollhom id-dritt li jsiru membri reġistrati tal-entità.

 

Il-membri reġistrati jistgħu jipparteċipaw fl-entità tal-UE għad-DSO direttament jew ikunu rappreżentati mill-assoċjazzjoni nazzjonali maħtura mill-Istat Membru jew minn assoċjazzjoni fuq livell tal-Unjoni.

 

Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha skont il-liġi tal-Unjoni, l-entità tal-UE għad-DSO għandha taġixxi indipendentement mill-interessi nazzjonali individwali jew mill-interessi nazzjonali tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni.

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa [OP: tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ], l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, bl-appoġġ amministrattiv tal-Aġenzija, għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-abbozz tal-istatuti, lista tal-membri rreġistrati, l-abbozz tar-regoli ta' proċedura, inklużi r-regoli tal-proċeduri tal-konsultazzjoni mal-ENTSO tal-elettriku u partijiet ikkonċernati oħra u r-regoli għall-iffinanzjar tal-entità tal-UE għad-DSO.

1.  Sa [OP: tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ], l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, bl-appoġġ amministrattiv tal-Aġenzija, għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija, l-abbozz tal-istatuti, lista tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni parteċipanti u entitajiet maħtura biex jirrappreżentaw lill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, l-abbozz tar-regoli ta' proċedura, inklużi r-regoli tal-proċeduri tal-konsultazzjoni mal-ENTSO tal-Elettriku u partijiet ikkonċernati oħra, il-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet u r-regoli għall-iffinanzjar tal-entità tal-UE għad-DSO.

 

L-abbozz tar-regoli ta' proċedura tal-entità tal-UE għad-DSO għandu jiżgura rappreżentanza bbilanċjata tad-DSOs parteċipanti kollha irrispettivament mid-daqs tagħhom, inkluż fil-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Emenda    170

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fi żmien xahrejn mill-wasla tagħhom, l-Aġenzija, wara li tikkonsulta formalment lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet ikkonċernati kollha, b'mod partikolari lill-utenti tas-sistema ta' distribuzzjoni, għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-abbozz tal-istatuti, il-lista tal-membri u l-abbozz tar-regoli ta' proċedura.

2.  Fi żmien xahrejn mill-wasla tagħhom, l-Aġenzija, wara li tikkonsulta formalment lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet ikkonċernati kollha, b'mod partikolari lill-utenti tas-sistema ta' distribuzzjoni u lill-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-konsumatur, għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-abbozz tal-istatuti, il-lista tal-membri u l-abbozz tar-regoli ta' proċedura, billi tqis b'mod partikolari r-regoli relatati mal-indipendenza tal-entità tal-UE għad-DSO, mal-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess, u mal-ħtieġa li tiżgura rappreżentanza ġeografikament bilanċjata u trattament ekwu tal-Membri tagħha.

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar l-abbozz tal-istatuti, il-lista tal-membri u l-abbozz tar-regoli ta' proċedura filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Aġenzija prevista fil-paragrafu 2 u fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-opinjoni tal-Aġenzija.

3.  Il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar l-abbozz tal-istatuti, il-lista tal-membri u l-abbozz tar-regoli ta' proċedura, inklużi r-regoli tal-proċedura dwar il-konsultazzjoni mal-ENTSO tal-Elettriku u partijiet ikkonċernati oħra, il-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet u r-regoli tal-finanzjament filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Aġenzija prevista fil-paragrafu 2 u fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-opinjoni tal-Aġenzija.

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-kostijiet relatati mal-attivitajiet tal-entità tal-UE għad-DSO għandhom jiġġarbu mill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni li huma membri rreġistrati u għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi. L-awtoritajiet regolatorji għandhom japprovaw dawn il-kostijiet biss jekk ikunu raġonevoli u proporzjonati.

6.  Il-kostijiet relatati mal-attivitajiet tal-entità tal-UE għad-DSO għandhom jiġġarrbu mill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni li huma membri rreġistrati u għandhom jiġu kkunsidrati bħala kostijiet eliġibbli u jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi min-naħa tal-awtorità regolatorja. L-awtoritajiet regolatorji għandhom japprovaw dawn il-kostijiet biss jekk ikunu raġonevoli u proporzjonati.

Emenda    173

Proposta għal regolament

Artikolu 50a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 50a

 

Regoli u proċeduri prinċipali tal-entità tal-UE għad-DSO għall-elettriku

 

1.  L-istatuti tal-entità tal-UE għad-DSO adottati skont l-Artikolu 50 għandhom iħarsu l-prinċipji li ġejjin:

 

(a)  il-parteċipazzjoni fil-ħidmiet tal-entità tal-UE għad-DSO hija limitata għal membri rreġistrati bil-possibbiltà ta' delega fi ħdan is-sħubija;

 

(b)  id-deċiżjonijiet strateġiċi dwar l-attivitajiet tal-entità tal-UE għad-DSO, kif ukoll il-linji gwida għall-Bord tad-Diretturi, jiġu adottati mill-Assemblea Ġenerali;

 

(c)  id-deċiżjonijiet tal-Assemblea Ġenerali huma adottati skont ir-regoli li ġejjin: - meta 65 % tal-voti attribwiti lill-membri tal-Assemblea Ġenerali huma milħuqa, - fejn kull membru jkollu numru ta' voti proporzjonali għan-numru rispettiv ta' klijenti u - ir-riżultat finali jkun appoġġat minn tal-anqas 55 % tal-membri tal-Assemblea Ġenerali.

 

(d)  id-deċiżjonijiet tal-Assemblea Ġenerali huma bblukkati bir-regoli li ġejjin: - meta 35 % tal-voti attribwiti lill-membri tal-Assemblea Ġenerali huma milħuqa, - fejn kull membru jkollu numru ta' voti proporzjonali għan-numru rispettiv ta' klijenti; u - ir-riżultat finali jkun appoġġat minn tal-anqas 25 % tal-membri tal-Assemblea Ġenerali

 

(e)  il-Bord tad-Diretturi jiġi elett mill-Assemblea Ġenerali għal mandat massimu ta' 4 snin;

 

(f)  il-Bord tad-Diretturi jinnomina lill-President u lit-tliet Viċi Presidenti minn fost il-membri tiegħu;

 

(g)  il-kooperazzjoni bejn id-DSOs u t-TSOs skont l-Artikoli 52 u 53 titmexxa mill-Bord tad-Diretturi;

 

(h)  id-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi jiġu adottati b'maġġoranza sempliċi ta' 15-il vot;

 

(i)  abbażi ta' proposta mill-Bord tad-Diretturi, is-Segretarju Ġenerali jinħatar mill-Assemblea Ġenerali minn fost il-membri tagħha għal mandat ta' erba' snin, li jista' jiġġedded darba;

 

(j)  abbażi ta' proposta mill-Bord tad-Diretturi, il-Gruppi ta' Esperti jinħatru mill-Assemblea Ġenerali fejn kull grupp ma għandux jaqbeż it-30 membru bil-possibbiltà li terz minnhom ikunu ġejjin minn barra s-sħubija. Barra minn hekk, grupp ta' esperti ta' "pajjiż wieħed" għandu jkun stabbilit u għandu jikkonsisti minn rappreżentant tad-DSO wieħed minn kull Stat Membru.

 

2.  Il-proċeduri adottati mill-entità tal-UE għad-DSO għandhom jissalvagwardjaw it-trattament ġust u proporzjonat tal-membri tagħha u jirriflettu d-diversità ġeografika u l-istruttura ekonomika tal-membri tagħha. B'mod partikolari, il-proċeduri għandhom jaraw li:

 

(a)  il-Bord tad-Diretturi jkun kompost mill-President tal-Bord u minn 27 rappreżentant tal-membri, li minnhom: - [ ] 9 jkunu rappreżentanti ta' membri b'aktar minn miljun utent tal-grilja; - [ ] 9 jkunu rappreżentanti ta' membri b'aktar minn 100000 u inqas minn miljun utent tal-grilja; u - [ ] 9 jkunu rappreżentanti tal-membri b'inqas minn 100000 utent tal-grilja; (ab) rappreżentanti ta' assoċjazzjonijiet eżistenti ta' DSO jistgħu jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi;

 

(b)   il-Bord tad-Diretturi ma jistax ikun fih aktar minn 3 rappreżentanti ta' membri bbażati fl-istess Stat Membru jew fl-istess grupp industrijali;

 

(c)   kull Viċi President tal-Bord għandu jiġi nnominat minn fost ir-rappreżentanti tal-membri f'kull kategorija deskritta fil-paragrafu (a) hawn fuq;

 

(e)  rappreżentanti tal-membri bbażati fi Stat Membru wieħed jew l-istess grupp industrijali ma jistgħux jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-parteċipanti tal-Gruppi ta' Esperti;

 

(f)   il-Bord tad-Diretturi għandu jistabbilixxi Grupp Strateġiku Konsultattiv li jagħti l-opinjoni tiegħu lill-Bord tad-Diretturi u l-Gruppi ta' Esperti u jikkonsisti f'rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet ta' DSOs Ewropej u rappreżentanti ta' dawk l-Istati Membri li mhumiex rappreżentati fuq il-Bord tad-Diretturi.

Emenda    174

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-kompiti tal-entità tal-UE għad-DSO għandhom ikunu kif ġej:

1.  Il-kompiti tal-entità tal-UE għad-DSO għandhom ikunu kif ġej:

(a)  tħaddim u ppjanar koordinat tan-netwerks ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni;

(a)  promozzjoni ta' tħaddim u ppjanar koordinat tan-netwerks ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni;

(b)  integrazzjoni tar-riżorsi ta' enerġija rinnovabbli, tal-ġenerazzjoni distribwita u ta' riżorsi oħra inkorporati fin-netwerk ta' distribuzzjoni bħall-ħżin tal-enerġija;

(b)  titjib u massimizzar tal-integrazzjoni tar-riżorsi ta' enerġija rinnovabbli, tal-ġenerazzjoni distribwita u ffaċilitar ta' riżorsi oħra inkorporati fin-netwerk ta' distribuzzjoni bħall-ħżin tal-enerġija u l-integrazzjoni settorjali;

(c)  żvilupp tar-rispons tad-domanda;

(c)  iffaċilitar tal-iżvilupp tar-rispons tad-domanda;

(d)  diġitalizzazzjoni tan-netwerks ta' distribuzzjoni inkluż l-użu ta' grilji intelliġenti u ta' sistemi ta' kejl intelliġenti;

(d)  titjib tad-diġitalizzazzjoni tan-netwerks ta' distribuzzjoni inkluż l-użu ta' grilji intelliġenti u ta' sistemi ta' kejl intelliġenti;

(e)  ġestjoni tad-dejta, sigurtà ċibernetika u protezzjoni tad-dejta;

(e)  garanzija ta' aċċess nondiskriminatorju u newtrali għad-dejta irrispettivament mill-mudell tal-ġestjoni tad-dejta, u l-promozzjoni tal-istandardizzazzjoni, l-iskambju transkonfinali tad-dejta, b'mod partikolari mal-ENTSO tal-Elettriku jekk dan ikun rilevanti biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tad-dejta, is-sigurtà ċibernetika u l-protezzjoni tad-dejta;

(f)  parteċipazzjoni fl-elaborazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk skont l-Artikolu 55.

(f)  parteċipazzjoni fl-elaborazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk skont l-Artikolu 55.

Emenda    175

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tikkoopera mal-ENTSO għall-elettriku dwar is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u tal-linji gwida li huma rilevanti għat-tħaddim u l-ippjanar tal-grilji ta' distribuzzjoni u t-tħaddim koordinat tan-netwerks ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni u li huma adottati skont dan ir-Regolament;

(a)  tikkoopera b'mod effikaċi mal-ENTSO tal-Elettriku, l-Aġenzija u r-regolaturi nazzjonali biex tiġi ffaċilitata s-sorveljanza – min-naħa tal-Aġenzija u, jekk ikun rilevanti, min-naħa tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali – tal-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u tal-linji gwida li huma rilevanti għat-tħaddim u l-ippjanar tal-grilji ta' distribuzzjoni u t-tħaddim koordinat tan-netwerks ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni u li huma adottati skont dan ir-Regolament;

Emenda    176

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Filwaqt li tħejji l-kodiċijiet tan-netwerk possibbli skont l-Artikolu 55, l-entità tal-UE għad-DSO għandha twettaq proċess ta' konsultazzjoni estensiv, fi stadju bikri u b'mod miftuħ u trasparenti, li jkun jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u, b'mod partikolari, lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet ikkonċernati kollha, skont ir-regoli ta' proċedura msemmija fl-Artikolu 50. Dik il-konsultazzjoni għandha tinvolvi wkoll lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali oħrajn, l-impriżi ta' forniment u ta' ġenerazzjoni, l-utenti tas-sistema, inklużi l-klijenti, l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-industrija rilevanti, il-korpi tekniċi u l-pjattaformi tal-partijiet ikkonċernati. Il-konsultazzjoni għandha l-għan li tidentifika l-opinjonijiet u l-proposti tal-partijiet rilevanti kollha waqt il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

1.  Filwaqt li tipparteċipa fit-tħejjija tal-kodiċijiet ġodda tan-netwerk skont l-Artikolu 55, l-entità tal-UE għad-DSO għandha twettaq proċess ta' konsultazzjoni estensiv, fi stadju bikri u b'mod miftuħ u trasparenti, li jkun jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u, b'mod partikolari, lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet ikkonċernati kollha, skont ir-regoli ta' proċedura msemmija fl-Artikolu 50. Dik il-konsultazzjoni għandha tinvolvi wkoll lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali oħrajn, l-impriżi ta' forniment u ta' ġenerazzjoni, l-utenti tas-sistema, inklużi l-klijenti, l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-industrija rilevanti, il-korpi tekniċi u l-pjattaformi tal-partijiet ikkonċernati. Il-konsultazzjoni għandha l-għan li tidentifika l-opinjonijiet u l-proposti tal-partijiet rilevanti kollha waqt il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

Emenda    177

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  L-ENTSO tal-Elettriku u l-entità tal-UE għad-DSO għandhom jiżviluppaw mekkaniżmu formali li jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni.

Emenda    178

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jikkooperaw mal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni biex jippjanaw u jħaddmu n-netwerks tagħhom. B'mod partikolari, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u d-dejta kollha meħtieġa dwar, il-prestazzjoni tal-assi ta' ġenerazzjoni u r-rispons fin-naħa tad-domanda, it-tħaddim ta' kuljum tan-netwerks tagħhom u l-ippjanar fit-tul tal-investimenti tan-netwerk sabiex jiġu żgurati l-iżvilupp u t-tħaddim kosteffiċjenti, sigur u affidabbli tan-netwerks tagħhom.

1.  L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jikkooperaw fl-ippjanar u t-tħaddim tan-netwerks tagħhom. B'mod partikolari, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u d-dejta kollha meħtieġa dwar, il-prestazzjoni tal-assi ta' ġenerazzjoni u r-rispons fin-naħa tad-domanda, it-tħaddim ta' kuljum tan-netwerks tagħhom u l-ippjanar fit-tul tal-investimenti tan-netwerk sabiex jiġu żgurati l-iżvilupp u t-tħaddim kosteffiċjenti u t-tħaddim sigur u affidabbli tan-netwerks tagħhom.

Emenda    179

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  regoli dwar strutturi tariffarji armonizzati għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni u imposti għall-konnessjoni inklużi s-sinjali differenzjati skont il-lokalità u regoli dwar il-kumpens tal-operaturi ta' sistemi ta' intertrażmissjoni;

imħassar

Emenda    180

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt p

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p)  regoli li jikkonċernaw iċ-ċentri operazzjonali reġjonali.

imħassar

Emenda    181

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Aġenzija, mal-ENTSO għall-Elettriku u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħrajn, kull tliet snin tistabbilixxi lista ta' prijoritajiet li tidentifika l-oqsma stipulati fil-paragrafu 1 li għandhom ikunu inklużi fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-netwerk. Jekk is-suġġett tal-kodiċi tan-netwerk ikun direttament relatat mat-tħaddim tas-sistema ta' distribuzzjoni u inqas rilevanti għas-sistema ta' trażmissjoni, il-Kummissjoni tista' titlob lill-entità tal-UE għad-DSO minflok lill-ENTSO għall-Elettriku biex tlaqqa' kumitat għall-abbozzar u tippreżenta proposta għal kodiċi tan-netwerk lill-aġenzija.

2.  Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Aġenzija, mal-ENTSO tal-Elettriku, mal-entità tal-UE għad-DSO u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħrajn, kull tliet snin tistabbilixxi lista ta' prijoritajiet li tidentifika l-oqsma stipulati fil-paragrafu 1 li għandhom ikunu inklużi fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-netwerk. Jekk is-suġġett tal-kodiċi tan-netwerk ikun direttament relatat mat-tħaddim tas-sistema ta' distribuzzjoni u inqas rilevanti għas-sistema ta' trażmissjoni, il-Kummissjoni tista' titlob lill-entità tal-UE għad-DSO minflok lill-ENTSO tal-Elettriku biex tlaqqa' kumitat għall-abbozzar u tippreżenta proposta għal kodiċi tan-netwerk lill-aġenzija.

Emenda    182

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-abbozzi ta' emendi għal kwalunkwe kodiċi tan-netwerk adottat taħt l-Artikolu 55 jistgħu jiġu proposti lill-Aġenzija minn persuni li x'aktarx ikollhom interess f'dak il-kodiċi tan-netwerk, inklużi l-ENTSO għall-Elettriku, l-entità tal-UE għad-DSO, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, l-utenti tas-sistema u l-konsumaturi. L-Aġenzija tista' wkoll tipproponi emendi fuq inizjattiva tagħha stess.

2.  L-abbozzi ta' emendi għal kwalunkwe kodiċi tan-netwerk adottat taħt l-Artikolu 55 jistgħu jiġu proposti lill-Aġenzija minn persuni li x'aktarx ikollhom interess f'dak il-kodiċi tan-netwerk, inklużi l-ENTSO tal-Elettriku, l-entità tal-UE għad-DSO, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni, l-utenti tas-sistema u l-konsumaturi. L-Aġenzija tista' wkoll tipproponi emendi fuq inizjattiva tagħha stess.

Emenda    183

Proposta għal regolament

Artikolu 56a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 56a

 

Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-atti ta' implimentazzjoni eżistenti li fihom kodiċijiet tan-netwerk u linji gwida sabiex tevalwa liema mill-elementi tagħhom jistgħu jiġu stabbiliti f'atti leġiżlattivi tal-Unjoni dwar is-suq intern tal-elettriku. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dettaljat tal-valutazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti leġiżlattivi b'segwitu għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

Emenda    184

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Meta tadotta jew temenda l-linji gwida, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija, lill-ENTSO għall-Elettriku u, jekk ikun il-każ, lil partijiet ikkonċernati oħra.

7.  Meta tadotta jew temenda l-linji gwida, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija, lill-ENTSO tal-Elettriku, lill-entità tal-UE għad-DSO u, jekk ikun il-każ, lil partijiet ikkonċernati oħra.

Emenda    185

Proposta għal regolament

Artikolu 64a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 64a

 

Rieżami

 

Sal-1 ta' Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid u tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    186

Proposta għal regolament

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness I

Anness I

FUNZJONIJIET TAĊ-ĊENTRI OPERAZZJONALI REĠJONALI

FUNZJONIJIET TAĊ-ĊENTRI TA' KOORDINAZZJONI REĠJONALI

1.  Kalkolu tal-kapaċità koordinata

1.  Kalkolu tal-kapaċità koordinata

1.1.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom iwettqu kalkolu koordinat tal-kapaċitajiet transżonali.

1.1.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom iwettqu kalkolu koordinat tal-kapaċitajiet transżonali.

1.2.  Il-kalkolu tal-kapaċità koordinata għandu jsir fi żmien debitu għal kull perjodu ta' żmien tas-suq u bil-frekwenza meħtieġa matul il-perjodu ta' żmien tal-istess ġurnata.

1.2.  Il-kalkolu tal-kapaċità koordinata għandu jsir fi żmien debitu għal kull perjodu ta' żmien tas-suq u bil-frekwenza meħtieġa matul il-perjodu ta' żmien tal-istess ġurnata.

1.3.  Dan il-kalkolu tal-kapaċità koordinata għandu jitwettaq abbażi ta' mudell komuni tas-sistema skont il-punt 2 u ta' metodoloġija tal-kalkolu tal-kapaċità koordinata żviluppata mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema rilevanti.

1.3.  Dan il-kalkolu tal-kapaċità koordinata għandu jitwettaq abbażi ta' mudell komuni tas-sistema skont il-punt 2 u ta' metodoloġija tal-kalkolu tal-kapaċità koordinata żviluppata mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema rilevanti.

1.4.  Il-kalkolu tal-kapaċità koordinata għandu jiżgura l-ġestjoni effiċjenti tal-konġestjoni skont il-prinċipji ta' ġestjoni tal-konġestjoni definiti f'dan ir-Regolament.

1.4.  Il-kalkolu tal-kapaċità koordinata għandu jiżgura l-ġestjoni effiċjenti tal-konġestjoni skont il-prinċipji ta' ġestjoni tal-konġestjoni definiti f'dan ir-Regolament.

2.  Analiżi ta' sigurtà koordinata

2.  Analiżi ta' sigurtà koordinata

2.1.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom iwettqu analiżi koordinata tas-sigurtà bil-għan li jiżguraw it-tħaddim sigur tas-sistema.

2.1.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom iwettqu analiżi koordinata tas-sigurtà bil-għan li jiżguraw it-tħaddim sigur tas-sistema.

2.2.  L-analiżi ta' sigurtà għandha ssir għall-perjodi kollha ta' żmien ta' ppjanar operazzjonali billi jintużaw il-mudelli komuni tas-sistema.

2.2.  L-analiżi ta' sigurtà għandha ssir għall-perjodi kollha ta' żmien ta' ppjanar operazzjonali billi jintużaw il-mudelli komuni tas-sistema.

2.3.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jaqsmu r-riżultati tal-analiżi ta' sigurtà koordinata mill-inqas mal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema.

2.3.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jaqsmu r-riżultati tal-analiżi ta' sigurtà koordinata mill-inqas mal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema.

2.4.  Jekk ir-riżultat tal-analiżi ta' sigurtà ta' ċentru operazzjonali reġjonali jidentifika xi restrizzjoni potenzjali, dan għandu jfassal azzjonijiet korrettivi li jimmassimizzaw l-effiċjenza ekonomika.

2.4.  Jekk ir-riżultat tal-analiżi ta' sigurtà ta' ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali jidentifika xi restrizzjoni potenzjali, dan għandu jfassal azzjonijiet korrettivi li jimmassimizzaw l-effiċjenza ekonomika.

 

2.4 a.  L-analiżi kkoordinata tas-sigurtà għandha titwettaq abbażi ta' mudell ta' sistema komuni skont il-punt 2 u abbażi ta' metodoloġija għat-tfassil ta' azzjonijiet ta' rimedju kkoordinati żviluppati mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema rilevanti.

3.  Ħolqien ta' mudelli komuni tas-sistema

3.  Ħolqien ta' mudelli komuni tas-sistema

3.1.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jistabbilixxu proċessi effiċjenti għall-ħolqien ta' mudell komuni tas-sistema għal kull perjodu ta' żmien ta' ppjanar operazzjonali.

3.1.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jistabbilixxu proċessi effiċjenti għall-ħolqien ta' mudell komuni tas-sistema għal kull perjodu ta' żmien ta' ppjanar operazzjonali.

3.2.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jinnominaw ċentru operazzjonali reġjonali biex jibni l-mudell komuni tas-sistema għar-reġjuni kollha.

3.2.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jinnominaw ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali biex jibni l-mudell komuni tas-sistema għar-reġjuni kollha.

3.3.  Il-mudelli komuni tas-sistema għandhom jinkludu d-dejta rilevanti għall-ippjanar operazzjonali u l-kalkolu tal-kapaċità b'mod effiċjenti fil-perjodi kollha ta' żmien ta' ppjanar operazzjonali.

3.3.  Il-mudelli komuni tas-sistema għandhom jinkludu d-dejta rilevanti għall-ippjanar operazzjonali u l-kalkolu tal-kapaċità b'mod effiċjenti fil-perjodi kollha ta' żmien ta' ppjanar operazzjonali.

3.4.  Il-mudelli komuni tas-sistema għandhom ikunu disponibbli għaċ-ċentri operazzjonali reġjonali kollha, għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, għall-ENTSO għall-Elettriku u għall-Aġenzija meta jitolbuhom.

3.4.  Il-mudelli komuni tas-sistema għandhom ikunu disponibbli għaċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali kollha, għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, għall-ENTSO tal-Elettriku u għall-Aġenzija meta jitolbuhom.

4.  Valutazzjoni tal-konsistenza tal-pjanijiet tad-difiża u tal-pjanijiet tar-restawr tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni

4.  Valutazzjoni tal-konsistenza tal-pjanijiet tad-difiża u tal-pjanijiet tar-restawr tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni

4.1.  L-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jiftiehmu dwar livell limitu li 'l fuq minnu l-impatt tal-azzjonijiet ta' operatur wieħed jew aktar tas-sistema ta' trażmissjoni fl-istati ta' emerġenza, ta' blekawt jew ta' restawr jitqies bħala sinifikanti għal operaturi oħra tas-sistema ta' trażmissjoni interkonnessi b'mod sinkroniku jew asinkroniku.

4.1.  L-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jiftiehmu dwar livell limitu li 'l fuq minnu l-impatt tal-azzjonijiet ta' operatur wieħed jew aktar tas-sistema ta' trażmissjoni fl-istati ta' emerġenza, ta' blekawt jew ta' restawr jitqies bħala sinifikanti għal operaturi oħra tas-sistema ta' trażmissjoni interkonnessi b'mod sinkroniku jew asinkroniku.

4.2.  Bl-użu ta' dan il-livell limitu ddefinit skont il-punt 4.1, kull ċentru operazzjonali reġjonali għandu jipprovdi appoġġ lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema dwar il-valutazzjoni tal-konsistenza tiegħu tal-pjanijiet ta' difiża u ta' restawr tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni.

4.2.  Bl-użu ta' dan il-livell limitu ddefinit skont il-punt 4.1, kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jipprovdi appoġġ lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema dwar il-valutazzjoni tal-konsistenza tiegħu tal-pjanijiet ta' difiża u ta' restawr tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni.

4.3.  B'dan l-appoġġ lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom:

4.3.  B'dan l-appoġġ lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom:

(a)  jidentifikaw inkompatibbiltajiet potenzjali;

(a)  jidentifikaw inkompatibbiltajiet potenzjali;

(b)  jipproponu azzjonijiet ta' mitigazzjoni.

(b)  jipproponu azzjonijiet ta' mitigazzjoni.

4.4.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom iqisu l-azzjonijiet ta' mitigazzjoni proposti.

4.4.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom iqisu l-azzjonijiet ta' mitigazzjoni proposti.

5.  Koordinazzjoni u ottimizzazzjoni tar-restawr reġjonali

5.  Koordinazzjoni u ottimizzazzjoni tar-restawr reġjonali

5.1.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom ikunu mgħammra b'sistemi ta' akkwist tad-dejta u ta' kontroll superviżorju qrib il-ħin reali bl-osservabbiltà ddefinita bl-applikazzjoni tal-livell limitu stabbilit skont il-punt 4.1.

 

5.2.  Kull ċentru operazzjonali reġjonali għandu jipprovdi assistenza lill-mexxejja tal-frekwenza u lill-mexxejja tar-risinkronizzazzjoni nnomminati bil-għan li jittejbu l-effiċjenza u l-effettività tas-sistema ta' restawr. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom ikunu intitolati li jitolbu assistenza liċ-ċentri operazzjonali reġjonali jekk is-sistema tagħhom tkun fi stat ta' blekawt jew ta' restawr.

5.2.  Kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jipprovdi assistenza lill-mexxejja tal-frekwenza u lill-mexxejja tar-risinkronizzazzjoni nnominati bil-għan li jittejbu l-effiċjenza u l-effettività tas-sistema ta' restawr. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom ikunu intitolati li jitolbu assistenza liċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jekk is-sistema tagħhom tkun fi stat ta' blekawt jew ta' restawr.

6.  Analiżi u rappurtar wara t-tħaddim u wara t-tfixkil

6.  Analiżi u rappurtar wara t-tħaddim u wara t-tfixkil

6.1.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jinvestigaw u jħejju rapport dwar kwalunkwe inċident 'il fuq mil-livell limitu ddefinit skont il-punt 4.1. Fuq talba tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u l-Aġenzija jistgħu jkunu involuti fl-investigazzjoni. Ir-rapport għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet bil-għan li fil-futur jipprevjeni inċidenti simili.

6.1.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jinvestigaw u jħejju rapport dwar kwalunkwe inċident 'il fuq mil-livell limitu ddefinit skont il-punt 4.1. Fuq talba tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u l-Aġenzija jistgħu jkunu involuti fl-investigazzjoni. Ir-rapport għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet bil-għan li fil-futur jipprevjeni inċidenti simili.

6.2.  Ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni, għall-awtoritajiet regolatorji, għall-Kummissjoni u għall-Aġenzija. L-Aġenzija tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet bil-għan li fil-futur jipprevjenu inċidenti simili.

6.2.  Ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni, għall-awtoritajiet regolatorji, għall-Kummissjoni u għall-Aġenzija. L-Aġenzija tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet bil-għan li fil-futur jipprevjenu inċidenti simili.

7.  Kejl reġjonali tal-kapaċità ta' riserva

7.  Kejl reġjonali tal-kapaċità ta' riserva

7.1.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti tal-kapaċità ta' riserva għar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema. L-istabbiliment tar-rekwiżiti tal-kapaċità ta' riserva għandu:

7.1.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti tal-kapaċità ta' riserva għar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema. L-istabbiliment tar-rekwiżiti tal-kapaċità ta' riserva għandu:

(a)  jilħaq l-objettiv ġenerali li tinżamm is-sigurtà operazzjonali bl-aktar mod kosteffettiv;

(a)  jilħaq l-objettiv ġenerali li tinżamm is-sigurtà operazzjonali bl-aktar mod kosteffettiv;

(b)  jitwettaq fil-perjodu ta' żmien tal-istess ġurnata u/jew ta' ġurnata bil-quddiem;

(b)  jitwettaq fil-perjodu ta' żmien tal-istess ġurnata u/jew ta' ġurnata bil-quddiem;

(c)  jistabbilixxi l-ammont ġenerali ta' kapaċità ta' riserva meħtieġ għar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema;

(c)  jistabbilixxi l-ammont ġenerali ta' kapaċità ta' riserva meħtieġ għar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema;

(d)  jiddefinixxi r-rekwiżiti minimi tal-kapaċità ta' riserva għal kull tip ta' kapaċità ta' riserva;

(d)  jiddefinixxi r-rekwiżiti minimi tal-kapaċità ta' riserva għal kull tip ta' kapaċità ta' riserva;

(e)  iqis is-sostituzzjonijiet possibbli bejn tipi differenti ta' kapaċità ta' riserva bil-għan li jimminimizza l-kostijiet ta' akkwist.

(e)  iqis is-sostituzzjonijiet possibbli bejn tipi differenti ta' kapaċità ta' riserva bil-għan li jimminimizza l-kostijiet ta' akkwist.

(f)  jekk ikun hemm, jistabbilixxi r-rekwiżiti neċessarji għad-distribuzzjoni ġeografika tal-kapaċità ta' riserva meħtieġa.

(f)  jekk ikun hemm, jistabbilixxi r-rekwiżiti neċessarji għad-distribuzzjoni ġeografika tal-kapaċità ta' riserva meħtieġa.

8.  Faċilitazzjoni tal-akkwist reġjonali tal-kapaċità ta' bbilanċjar

8.  Faċilitazzjoni tal-akkwist reġjonali tal-kapaċità ta' bbilanċjar

8.1.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jappoġġaw lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema biex jistabbilixxu l-ammont ta' kapaċità ta' bbilanċjar li jeħtieġ tiġi akkwistata. L-istabbiliment tal-ammont ta' kapaċità ta' bbilanċjar għandu:

8.1.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jappoġġaw lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema biex jistabbilixxu l-ammont ta' kapaċità ta' bbilanċjar li jeħtieġ tiġi akkwistata. L-istabbiliment tal-ammont ta' kapaċità ta' bbilanċjar għandu:

(a)  jitwettaq fil-perjodu ta' żmien tal-istess ġurnata u/jew ta' ġurnata bil-quddiem;

(a)  jitwettaq fil-perjodu ta' żmien tal-istess ġurnata u/jew ta' ġurnata bil-quddiem;

(b)  iqis is-sostituzzjonijiet possibbli bejn tipi differenti ta' kapaċità ta' riserva bil-għan li jimminimizza l-kostijiet ta' akkwist.

(b)  iqis is-sostituzzjonijiet possibbli bejn tipi differenti ta' kapaċità ta' riserva bil-għan li jimminimizza l-kostijiet ta' akkwist.

(c)  iqis il-volumi tal-kapaċità ta' riserva meħtieġa li mistennija jiġu pprovduti bl-offerti għall-enerġija ta' bbilanċjar, li ma jiġux ippreżentati abbażi ta' kuntratt għall-kapaċità ta' bbilanċjar.

(c)  iqis il-volumi tal-kapaċità ta' riserva meħtieġa li mistennija jiġu pprovduti bl-offerti għall-enerġija ta' bbilanċjar, li ma jiġux ippreżentati abbażi ta' kuntratt għall-kapaċità ta' bbilanċjar;

 

(ca)  iqis is-sostituzzjonijiet possibbli bejn tipi differenti ta' kapaċità ta' riserva bil-għan li jimminimizza l-kostijiet ta' akkwist.

8.2.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jappoġġaw lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' reġjun ta' tħaddim tas-sistema biex jakkwistaw l-ammont meħtieġ ta' kapaċità ta' bbilanċjar stabbilit skont il-punt 8.1. L-akkwist tal-kapaċità ta' bbilanċjar għandu:

 

(a)  jitwettaq fil-perjodu ta' żmien tal-istess ġurnata u/jew ta' ġurnata bil-quddiem;

 

(b)  iqis is-sostituzzjonijiet possibbli bejn tipi differenti ta' kapaċità ta' riserva bil-għan li jimminimizza l-kostijiet ta' akkwist.

 

9.  Tbassir reġjonali tal-adegwatezza tas-sistema u tħejjija ta' azzjonijiet ta' tnaqqis tar-riskju

9.  Tbassir reġjonali tal-adegwatezza tas-sistema u tħejjija ta' azzjonijiet ta' tnaqqis tar-riskju

9.1.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom iwettqu valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza reġjonali li jvarjaw minn ġimgħa bil-quddiem sal-istess ġurnata.

9.1.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom iwettqu valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza reġjonali li jvarjaw minn ġimgħa bil-quddiem sal-istess ġurnata.

9.2.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jibbażaw il-valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza fuq l-informazzjoni pprovduta mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' reġjun ta' tħaddim tas-sistema bil-għan li jidentifikaw sitwazzjonijiet fejn hu mistenni nuqqas ta' adegwatezza fi kwalunkwe waħda miż-żoni ta' kontroll jew fil-livell reġjonali. Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom iqisu l-iskambji transżonali u l-limiti ta' sigurtà operazzjonali possibbli fil-perjodi ta' żmien kollha ta' ppjanar operazzjonali.

9.2.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jibbażaw il-valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza fuq l-informazzjoni pprovduta mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' reġjun ta' tħaddim tas-sistema bil-għan li jidentifikaw sitwazzjonijiet fejn hu mistenni nuqqas ta' adegwatezza fi kwalunkwe waħda miż-żoni ta' kontroll jew fil-livell reġjonali. Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom iqisu l-iskambji transżonali u l-limiti ta' sigurtà operazzjonali possibbli fil-perjodi ta' żmien kollha ta' ppjanar operazzjonali.

9.3.   Meta jwettaq valutazzjoni dwar l-adegwatezza ta' ġenerazzjoni reġjonali, kull ċentru operazzjonali reġjonali għandu jikkoordina ma' ċentri operazzjonali reġjonali oħra biex:

9.3.   Meta jwettaq valutazzjoni dwar l-adegwatezza ta' ġenerazzjoni reġjonali, kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jikkoordina ma' ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali oħra biex:

(a)  jivverifika s-suppożizzjonijiet u t-tbassir sottostanti;

(a)  jivverifika s-suppożizzjonijiet u t-tbassir sottostanti;

(b)  jidentifika s-sitwazzjonijiet possibbli ta' nuqqas ta' adegwatezza transreġjonali.

(b)  jidentifika s-sitwazzjonijiet possibbli ta' nuqqas ta' adegwatezza transreġjonali.

9.4.  Kull ċentru operazzjonali reġjonali għandu jikseb ir-riżultati tal-valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza ta' ġenerazzjoni reġjonali flimkien mal-azzjonijiet li jipproponi biex jitnaqqsu r-riskji tan-nuqqas ta' adegwatezza għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u għal ċentri operazzjonali reġjonali oħra.

9.4.  Kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jikseb ir-riżultati tal-valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza ta' ġenerazzjoni reġjonali flimkien mal-azzjonijiet li jipproponi biex jitnaqqsu r-riskji tan-nuqqas ta' adegwatezza għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u għal ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali oħra.

10.  Koordinazzjoni tal-indisponibbiltà reġjonali

10.  Koordinazzjoni tal-indisponibbiltà reġjonali

10.1.  Kull ċentru operazzjonali reġjonali għandu jwettaq koordinazzjoni tal-indisponibbiltà sabiex jimmonitorja l-istatus ta' disponibbiltà tal-assi rilevanti u jikkoordina l-pjanijiet ta' disponibbiltà tagħhom biex jiżgura s-sigurtà operazzjonali tas-sistema ta' trażmissjoni filwaqt li jimmassimizza l-kapaċità tal-interkonnetturi u/jew tas-sistemi ta' trażmissjoni li jaffettwaw il-flussi transżonali.

10.1.  Kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jwettaq koordinazzjoni tal-indisponibbiltà sabiex jimmonitorja l-istatus ta' disponibbiltà tal-assi rilevanti u jikkoordina l-pjanijiet ta' disponibbiltà tagħhom biex jiżgura s-sigurtà operazzjonali tas-sistema ta' trażmissjoni filwaqt li jimmassimizza l-kapaċità tal-interkonnetturi u/jew tas-sistemi ta' trażmissjoni li jaffettwaw il-flussi transżonali.

10.2.  Kull ċentru operazzjonali reġjonali għandu jżomm lista unika tal-elementi tal-grilja rilevanti, tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija u tal-faċilitajiet tad-domanda tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u jqiegħdha għad-dispożizzjoni tal-ambjent ta' dejta għall-ippjanar operazzjonali tal-ENTSO-E.

10.2.  Kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jżomm lista unika tal-elementi tal-grilja rilevanti, tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija u tal-faċilitajiet tad-domanda tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u jqiegħdha għad-dispożizzjoni tal-ambjent ta' dejta għall-ippjanar operazzjonali tal-ENTSO tal-Elettriku.

10.3.  Kull ċentru operazzjonali reġjonali għandu jwettaq l-attivitajiet li ġejjin relatati mal-koordinazzjoni tal-indisponibbiltà fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema:

10.3.  Kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jwettaq l-attivitajiet li ġejjin relatati mal-koordinazzjoni tal-indisponibbiltà fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema:

(a)  jivvaluta l-kompatibbiltà tal-ippjanar tal-indisponibbiltà billi juża l-pjanijiet kollha tad-disponibbiltà ta' sena bil-quddiem tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;

(a)  jivvaluta l-kompatibbiltà tal-ippjanar tal-indisponibbiltà billi juża l-pjanijiet kollha tad-disponibbiltà ta' sena bil-quddiem tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;

(b)  jipprovdi lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema b'lista tal-inkompatibilitajiet ta' ppjannar individwati u tas-soluzzjonijiet li jipproponi biex jissolvew l-inkompatibilitajiet.

(b)  jipprovdi lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema b'lista tal-inkompatibbiltajiet ta' ppjanar individwati u tas-soluzzjonijiet li jipproponi biex jissolvew l-inkompatibbiltajiet.

11.  Ottimizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta' kumpens għall-operaturi tas-sistema ta' intertrażmissjoni

11.  Ottimizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta' kumpens għall-operaturi tas-sistema ta' intertrażmissjoni

11.1.   Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jappoġġaw lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema biex jamministraw il-flussi finanzjarji relatati mas-saldu tal-operaturi tas-sistema ta' intertrażmissjoni li jinvolvu aktar minn żewġ operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, bħall-kostijiet ta' dispaċċ mill-ġdid, l-introjtu mill-konġestjoni, il-kostijiet tad-devjazzjonijiet mhux intenzjonati jew tal-akkwist ta' riserva.

11.1.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jappoġġaw lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema biex jamministraw il-flussi finanzjarji relatati mas-saldu tal-operaturi tas-sistema ta' intertrażmissjoni li jinvolvu aktar minn żewġ operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, bħall-kostijiet ta' dispaċċ mill-ġdid, l-introjtu mill-konġestjoni, il-kostijiet tad-devjazzjonijiet mhux intenzjonati jew tal-akkwist ta' riserva.

12.  Taħriġ u ċertifikazzjoni

12.  Taħriġ u ċertifikazzjoni

12.1.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom iħejju u jwettqu programmi ta' taħriġ u ta' ċertifikazzjoni li jiffukaw fuq ir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema għall-persunal li jaħdem fil-kmamar ta' ppjanar u ta' kontroll tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema.

12.1.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom iħejju u jwettqu programmi ta' taħriġ u ta' ċertifikazzjoni li jiffukaw fuq ir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema għall-persunal li jaħdem fil-kmamar ta' ppjanar u ta' kontroll tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema.

12.2.  Il-programmi ta' taħriġ għandhom ikopru l-komponenti kollha rilevanti ta' tħaddim tas-sistema, inklużi x-xenarji ta' kriżi reġjonali.

12.2.  Il-programmi ta' taħriġ għandhom ikopru l-komponenti kollha rilevanti ta' tħaddim tas-sistema, inklużi x-xenarji ta' kriżi reġjonali.

13.  Identifikazzjoni tas-sitwazzjonijiet ta' kriżi reġjonali u tħejjija tax-xenarji ta' mitigazzjoni tar-riskji bir-reviżjoni tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji kif stabbiliti mill-Istati Membri.

13.  Identifikazzjoni tas-sitwazzjonijiet ta' kriżi reġjonali u tħejjija tax-xenarji ta' mitigazzjoni tar-riskji bir-reviżjoni tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji kif stabbiliti mill-Istati Membri.

13.1.  Jekk l-ENTSO għall-Elettriku tiddelaga din il-funzjoni, iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jidentifikaw ix-xenarji ta' kriżi reġjonali skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6(1) ta' [ir-Regolament dwar it-Tħejjija għar-Riskji kif propost mill-COM(2016) 862]

13.1.  Jekk l-ENTSO tal-Elettriku tiddelega din il-funzjoni, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jidentifikaw ix-xenarji ta' kriżi reġjonali skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6(1) ta' [ir-Regolament dwar it-Tħejjija għar-Riskji kif propost mill-COM(2016) 862]

13.2.   Kull sena ċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom iħejju u jwettqu simulazzjonijiet ta' kriżi flimkein mal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 12(3) ta' [ir-Regolament dwar it-Tħejjija għar-Riskji kif propost mill-COM(2016) 862].

13.2.  Kull sena ċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom iħejju u jwettqu simulazzjonijiet ta' kriżi flimkien mal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 12(3) ta' [ir-Regolament dwar it-Tħejjija għar-Riskji kif propost mill-COM(2016) 862].

 

13a.  Identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għal kapaċità ġdida, għat-titjib tal-kapaċità eżistenti jew tal-alternattivi għalihom.

 

13a.1.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jappoġġaw lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fl-identifikazzjoni ta' ħtiġijiet għall-kapaċità ġdida, għal titjib ta' kapaċità eżistenti jew tal-alternattivi tagħhom, li għandhom jiġu ppreżentati lill-gruppi reġjonali stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 u li għandhom jiġu inklużi fil-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 51 ta' [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE kif proposta mill-COM(2016) 864/2]

(1)

ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

(2)

ĠU C 288, 31.8.2017, p. 91.

(3)

ĠU C 342, 12.10.2017, p. 79.


NOTA SPJEGATTIVA

I. Introduzzjoni

Għal diversi snin, is-sistemi tal-elettriku fl-Ewropa kienu ddominati minn monopolji nazzjonali, li kienu jikkontrollaw is-sistema kollha mill-produzzjoni sad-distribuzzjoni u l-konsenja lill-konsumatur. Għalkemm din is-sistema "minn fuq għal isfel" ipprovdiet l-elettriku, ma ppermettiet l-ebda kompetizzjoni, u dan mhuwiex ta' benefiċċju għall-konsumaturi. Mill-1996, infetħu b'mod gradwali swieq tal-elettriku biex titrawwem il-kompetizzjoni u jonqsu l-prezzijiet. L-aħħar tibdil leġiżlattiv sostantiv tal-UE seħħ permezz tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija lura fl-2009.

Minn dak iż-żmien, seħħet revoluzzjoni fil-produzzjoni tal-elettriku. Il-produzzjoni tal-elettriku evolviet minn sistema ċentralizzata "spoke and wheel" għal waħda ħafna aktar deċentralizzata, minħabba l-avvanzi fit-teknoloġiji rinnovabbli u teknoloġiji oħrajn. Jeħtieġ li, għal darb'oħra, il-leġiżlazzjoni tiġi aġġustata biex tiġi adottata din ir-realtà l-ġdida.

Is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli (li ħafna drabi jiġu mir-riħ jew mix-xemx) introduċew grad għoli ta' intermittenza għas-sistema, li kellha tadatta ruħha biex tkun aktar flessibbli filwaqt li xorta waħda tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija lill-konsumaturi. L-għanijiet tal-klima tagħna rawmu diversi skemi ta' sussidju u ta' appoġġ, li flimkien ma' kooperazzjoni transkonfinali inkompleta bejn l-Istati Membri tal-UE rriżultaw f'kapaċità żejda ta' ġenerazzjoni fil-livell tal-UE. F'ħafna Stati Membri, prezzijiet irregolati kombinati mal-iskemi ta' appoġġ diżassoċjati qed iwasslu sinjali żbaljati għall-investimenti.

Biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi u biex titrawwem id-dekarbonizzazzjoni, ir-rapporteur ħa approċċ "is-suq jiġi l-ewwel", li jfisser il-ħolqien ta' kundizzjonijiet verament ekwi għall-parteċipanti kollha fis-suq. Dan jinvolvi li wieħed jitbiegħed minn sussidji li jfixklu s-suq, kemm jekk huma għal karburanti fossili, għal sorsi nukleari jew għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli. Regoli ġusti jfissru kompetizzjoni ġusta fis-suq. Suq ġust tal-elettriku jilħaq kemm l-għanijiet dwar il-klima tagħna kif ukoll iwassal għall-prezzijiet l-aktar baxxi u l-aktar kompetittivi għall-konsumaturi, u fl-istess ħin jiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija mingħajr investiment żejjed.

II. Ir-rapport

II.1. Is-suq jiġi l-ewwel

Prinċipju fundamentali ta' kwalunkwe suq huwa l-moviment liberu tal-prezzijiet. Għalhekk, it-tneħħija ta' limiti fuq il-prezzijiet hija element essenzjali u għandha sseħħ kemm jista' jkun malajr.

Il-mekkaniżmi ta' kapaċità huma sussidji, li ftit li xejn jagħmlu sens fejn ikun hemm kapaċità żejda fl-UE. Ir-rapporteur jemmen li għandhom jiġu applikati biss bħala l-aħħar soluzzjoni. L-ewwel nett, il-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza trid tistabbilixxi li jeżisti t-tħassib dwar l-adegwatezza. Imbagħad, l-Istat Membru jkun irid jindirizza l-ostakli eżistenti li jikkawżaw it-tħassib dwar l-adegwatezza permezz ta' impenji konkreti, soġġetti għal reviżjoni mill-Kummissjoni. Fejn it-tħassib dwar l-adegwatezza jkun jista' jiġi indirizzat biss fuq perjodu itwal ta' żmien, ikun permess mekkaniżmu ta' kapaċità, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet u regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. Dawn il-mekkaniżmi, fejn fattibbli, iridu jkunu transkonfinali.

Kundizzjonijiet ekwi għal kulħadd huma element ewlieni fl-iżgurar li l-prezzijiet ikunu bbażati fuq il-kompetizzjoni. L-appoġġ attwali għal xi produtturi fil-forma ta' dispaċċ ta' prijorità u deroga mill-ibbilanċjar tar-responsabbiltà jfixkel il-kompetizzjoni. Ir-rapporteur jemmen li biex is-suq iwettaq l-għan tiegħu, kulħadd irid ikun finanzjarjament responsabbli għall-iżbilanċi li jikkawża fis-sistema. Dan l-approċċ jipprovdi l-inċentiv it-tajjeb biex is-sistema tinżamm f'bilanċ u jiżgura l-livell xieraq ta' sigurtà tal-provvista tal-enerġija, filwaqt li jnaqqas il-ħtieġa għal mekkaniżmi ta' kapaċità.

II.2. Iż-żoni tal-offerti

Żoni akbar tal-offerti jipprovdu aktar likwidità, iżda anqas inċentivi għal investimenti fil-grilja. Ir-rapporteur huwa tal-fehma li ż-żoni tal-offerti għandhom ikunu stabbli maż-żmien u kbar kemm jista' jkun, filwaqt li titqies il-konġestjoni sistemika. Huwa qed jissuġġerixxi approċċ tal-inċentiv u l-kastig ("carrot and stick"). L-ewwel nett, wara r-rieżami taż-żona tal-offerti, l-Istati Membri rilevanti għandhom jaqblu b'mod unanimu dwar l-istruttura taż-żona tal-offerti u impenji konkreti fejn ikun meħtieġ. Fejn ma jistax jintlaħaq ftehim, il-Kummissjoni għandha tindaħal biex issolvi n-nuqqas ta' qbil.

II.3. Il-kooperazzjoni reġjonali

Fis-suq tal-elettriku, dak li jiġri fi Stat Membru wieħed jinfluwenza oħrajn fir-reġjun u lil hinn minnu. Biex tiġi żgurata s-sigurtà tas-sistema u jiġi evitat qtugħ totali tal-elettriku, hija essenzjali aktar kooperazzjoni reġjonali tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni. Ir-rapporteur jagħraf il-benefiċċju kbir li l-koordinaturi tas-sigurtà reġjonali operazzjonali diġà jipprovdu fl-iżgurar tas-sigurtà tas-sistema. Hekk kif is-swieq tal-elettriku qed isiru dejjem aktar interkonnessi, it-tisħiħ ta' din il-kooperazzjoni billi jiġu assenjati aktar kompiti u funzjonijiet fil-livell reġjonali huwa l-pass loġiku li jmiss. Madankollu, ir-responsabbiltà aħħarija għas-sigurtà tas-sistema trid tibqa' tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni.

II.4. Il-Konsumatur

It-teknoloġija issa tippermetti lil atturi ġodda jsiru attivi fis-suq tal-elettriku. Għalhekk, id-disinn tas-suq irid jippermetti u jiffaċilità l-inklużjoni ta' kull min jista' u huwa lest li jipparteċipa, kemm jekk permezz ta' awtoġenerazzjoni, ta' ħżin jew ta' rispons tad-domanda. It-tneħħija tal-ostakli għas-suq tfisser aktar parteċipanti fis-suq u aktar għażla għall-konsumatur. Ir-rapporteur qed jissuġġerixxi wkoll tibdil fil-proposta biex jiġi żgurat li l-konsumatur ikun jista' jieħu deċiżjonijiet infurmati sew u jibdel il-fornitur f'perjodu ta' żmien qasir.


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

D(2017)31012

Is-Sur Jerzy Buzek

President tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

PHS 08B046

Brussell

Suġġett:  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni)

  (COM(2016)0861 – C8 0492/2016 – 2016/0379(COD))

Sur President,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 104 dwar ir-Riformulazzjoni, kif introdott fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

Il-Paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jinqara kif ġej:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli b'dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 169 u 170, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli fi ħdan il-kumitat responsabbli għas-suġġett biss jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet.

Madankollu, emendi ta' partijiet tal-proposta li ma nbidlux jistgħu jiġu aċċettati fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ mill-president tal-kumitat responsabbli għas-suġġett inkwistjoni, jekk iqis/tqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra li jkunu ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet iridu jitniżżlu f'ġustifikazzjoni bil-miktub tal-emendi."

B'segwitu għall-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizz Legali tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, li fihom ġiet eżaminata l-proposta riformulata ta' dan l-aħħar, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għajr il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta jew fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv u li, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdulin tal-atti ta' qabel b'dawk il-bidliet, il-proposta fiha kodifikazzjoni vera u proprja tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom.

Bħala konklużjoni, wara li ddiskutieha fil-laqgħa tiegħu tat-13 ta' Lulju 2017, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bi 21 vot favur u 2 astensjonijiet, qed jirrakkomanda li l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, jista' jipproċedi bl-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq bi qbil mal-Artikolu 104.

Dejjem tiegħek,

Pavel Svoboda

Mehmuż: Rapport iffirmat mill-President tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.


ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

 

    Brussell, 20 ta' Ġunju 2017

OPINJONI

GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

          TAL-KUNSILL

          TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni)

COM(2016) 861 final/2 tat-23.2.2017 - 2016/0379 (COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni għal atti legali, u b'mod partikolari għall-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ltaqa' fit-3 ta' Mejju 2017 biex jeżamina, fost affarijiet oħra, il-proposta msemmija aktar 'il quddiem imressqa mill-Kummissjoni.

F'dik il-laqgħa(1), eżami tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jfassal mill-ġdid ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, bi qbil komuni, stabbilixxa li dawn li ġejjin kellhom jiġu mmarkati b'tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu identifikati bidliet sostantivi:

- fl-Artikolu 27(1)(b), jiżdied il-kliem "u jippubblika";

- fl-Artikolu 27(1)(j), jiżdied il-kliem "skont l-Artikolu 9(2) [Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji kif propost minn COM(2016) 862]";

- fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(1), u fl-Artikolu 31(1), is-sostituzzjoni tar-referenza attwali għall-"Artikolu 8(1), (2) u (3)" b'referenza għall-"Artikolu 27(1), (2) u (3)";

- fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29(1), is-sostituzzjoni tar-referenza attwali għall-"Artikolu 8(2)" b'referenza għall-"Artikolu 55(14)";

- fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 29(1), is-sostituzzjoni tar-referenza attwali għall-"Artikolu 6(11)"b'referenza għall-"Artikolu 54(1)";

- fl-Artikolu 30, ir-referenza għall-Artikolu 54;

- fl-Artikolu 56(4), jiżdied il-kliem "f'konformità mal-Artikolu 63";

- fl-Artikolu 56(5), is-sostituzzjoni tar-referenza attwali għall-"Artikolu 23(2)" b'referenza għall-"Artikolu 63";

- fl-Artikolu 57(6), it-tħassir tal-kliem "u l-opinjoni tal-Aġenzija."

Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi l-ebda emenda sostanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil sostantiv, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr tibdil sostanzjali.

F. DREXLER      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult      Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

(1)

  Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu l-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.


OPINJONI TAL-MINORANZA

Opinjoni tal-Minoranza (Artikolu 52a tar-Regoli ta' Proċedura) dwar ir-rapport dwar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni)

Angelika Niebler

B'riżultat tal-votazzjoni tal-lum fil-Kumitat għall-Industrija dwar ir-rapport dwar ir-Regolament dwar is-suq intern tal-elettriku, ġie deċiż li mill-inqas 75 % tal-linji elettriċi transfruntiera jridu jinfetħu għall-kummerċ tal-elettriku Ewropew sal-aħħar tal-2020 u li fil-futur il-Kummissjoni se jkollha l-aħħar kelma fir-rikonfigurazzjoni taż-żoni ta' distribuzzjoni tal-elettriku.

Din il-mira riġida ta' 75 % ftuħ tal-interkonnetturi sal-2025 mistennija twassal għal konġestjoni sinifikanti tal-grilja interna fil-Ġermanja u b'hekk għal żieda enormi fl-ispejjeż tar-ridispaċċ. L-iffissar ta' dawn il-miri konkreti ma jħalli l-ebda ftuħ flessibbli tal-linji elettriċi abbażi tal-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika, b'tali mod li mhux se jkun possibbli li jitqiesu ċ-ċirkustanzi reali fil-post, bħal pereżempju l-progress fl-espansjoni tal-grilja fil-Ġermanja.

Jekk il-Ġermanja ma tilħaqx dawn il-miri, il-Kummissjoni tista' tirrikonfigura ż-żoni ta' distribuzzjoni tal-elettriku. It-theddida konsegwenti ta' frammentazzjoni taż-żona unika ta' distribuzzoni tal-elettriku fil-Ġermanja jkollha impatt drammatiku fuq il-prezzijiet tal-elettriku u toħloq diverġenza ċara bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar.

Jien favur is-suq intern tal-elettriku Ewropew. Madankollu, inqis li r-rekwiżiti riġidi għal-linji elettriċi transfruntiera kif stabbiliti fir-rapport dwar ir-regolament dwar is-suq intern tal-elettriku mhumiex sostenibbli. Għal din ir-raġuni jien ivvutajt ukoll kontra l-għoti ta' mandat biex jingħata bidu għan-negozjati tat-trilogu.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (05.12.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni)

(COM(2016)0861 – C8-0492/2016 – 2016/0379(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Ivo Belet

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

B'mod ġenerali, ir-Rapporteur jilqa' l-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea għall-pakkett dwar l-enerġija nadifa: il-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel", il-pożizzjoni ta' tmexxija globali tal-UE fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u trattament ġust għall-konsumaturi tal-enerġija.

Il-proposta għal regolament hija maħsuba biex tistabbilixxi suq tal-enerġija integrat li jipprovdi diversi benefiċċji fosthom l-integrazzjoni u l-iżvilupp ta' volumi kbar ta' elettriku prodott minn sorsi rinovabbli b'mod kosteffiċjenti u ffrankar tal-enerġija ulterjuri permezz ta' pprezzar aktar trasparenti.

Regoli ġenerali

Il-leġiżlazzjoni tal-UE trid issib il-bilanċ it-tajjeb bejn approċċi bbażati fuq is-suq u regolamentazzjoni effettiva. Jista' jkun hemm bżonn ta' korrezzjonijiet tas-suq biex jingħelbu l-fallimenti tas-suq u jinkisbu l-objettivi ta' interess soċjali u ekonomiku ġenerali. Hemm bżonn li jinstab il-bilanċ it-tajjeb sabiex titwassal it-tranżizzjoni tal-enerġija bl-aktar spiża soċjetali baxxa.

Id-dispaċċ ta' prijorità

Jekk irridu nżommu t-tmexxija globali tal-UE fl-enerġija rinnovabbli, jista' jkun prematur, sakemm jibqgħu jippersistu distorsjonijiet fis-swieq, li nipprevedu t-tmiem tal-aċċess ta' prijorità għall-grilja u d-dispaċċ ta' prijorità għall-impjanti tal-enerġija rinnovabbli. Ir-regoli dwar it-tneħħija tad-dispaċċ ta' prijorità u t-tnaqqis jeħtieġ li jiġu vvalutati bir-reqqa.

Imposti tan-netwerk u introjtu mill-konġestjoni

It-tfassil mill-ġdid tat-tariffi tan-netwerk għandu jiġi mmaniġġjat b'attenzjoni. Meta wieħed jipprova jirrifletti aħjar l-użu reali tal-grilja, il-kwistjonijiet ta' solidarjetà ma jridux jitwarrbu.

Ir-rieżami propost jillimita l-użu tad-dħul mill-konġestjoni għall-kostijiet relatati mad-disponibbiltà attwali tal-kapaċità u l-kostijiet għall-kapaċitajiet ta' interkonnessjoni. Speċjalment meta jinkisbu l-miri tal-interkonnessjoni, għandu jkun għad hemm l-għażla li d-dħul mill-konġestjoni jmur lura għall-utenti tal-grilja sabiex tiġi żgurata l-aċċettazzjoni pubblika.

Adegwatezza tar-riżorsi

Ir-Rapporteur jilqa' l-formalizzazzjoni ta' metodoloġija koordinata fil-livell Ewropew fil-qasam tal-adegwatezza tar-riżorsi bħala pass neċessarju sabiex jiġu żgurati valutazzjonijiet komparabbli.

Barra minn hekk, hemm bżonn ta' aktar attenzjoni sabiex jinkiseb il-bilanċ it-tajjeb bejn il-livell Ewropew fuq naħa u l-livell reġjonali u nazzjonali fuq in-naħa l-oħra. Għalhekk, il-valutazzjoni koordinata fil-livell Ewropew fil-qasam tal-adegwatezza tar-riżorsi għandha tkun ikkomplementata minn valutazzjonijiet li jiffukaw fuq il-livell nazzjonali u reġjonali (inklużi aktar granularità, aktar sensittività, sitwazzjonijiet lokali, eċċ).

Sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista bl-anqas kostijiet għall-konsumaturi, għandhom jiġu eżaminati bir-reqqa r-raġunijiet għall-introduzzjoni ta' mekkaniżmi tal-kapaċità. Il-kostijiet tal-mekkaniżmi tal-kapaċità u l-impatt tagħhom fuq il-kontijiet tal-konsumaturi għandhom jiġu vvalutati bir-reqqa. Il-mekkaniżmi tal-kapaċità għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta' kriterji trasparenti li jinkludu l-flessibbiltà u m'għandhomx imorru kontra l-miri tal-UE fil-qasam tal-klima u tal-enerġija. Il-mekkaniżmi tal-kapaċità għandhom ikunu miżura temporanja bħala l-aħħar għażla, limitati fiż-żmien u akkumpanjati minn strateġija ta' ħruġ ċara.

Tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni

Sabiex jiġu integrati b'suċċess is-swieq differenti tal-enerġija nazzjonali, ir-Rapporteur iqis li l-koordinazzjoni effiċjenti tas-sistema tal-enerġija Ewropea hija meħtieġa. Il-koordinazzjoni reġjonali bejn l-operaturi tas-sistemi ta' tranżizzjoni hija pedament ewlieni fil-kisba tal-Unjoni tal-Enerġija. Riċentement dan sar obbligatorju permezz ta' Regolamenti tal-UE differenti (kodiċijiet u linji gwida tan-netwerk). Ċertament li hemm bżonn ta' trasferiment ulterjuri tal-kompiti u l-estensjoni tal-bażi reġjonali għall-kooperazzjoni fi ħdan iċ-ċentri ta' kooperazzjoni reġjonali, iżda huwa diskutibbli jekk dan jistax jitwettaq b'suċċess minn fuq għal isfel. Il-qafas leġiżlattiv għandu jippromwovi l-elaborazzjoni tad-dimensjoni Ewropea tal-operazzjoni tat-trażmissjoni minn isfel għal fuq.

EMENDA

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-Unjoni tal-Enerġija għandha l-għan li tipprovdi lill-konsumaturi, kemm jekk huma unità domestika kif ukoll negozju, b'enerġija sigura, sostenibbli, kompetittiva u għall-but ta' kulħadd. Tradizzjonalment is-sistema tal-elettriku kienet iddominata b'monopolji integrati vertikalment u li ta' spiss kienu jkunu ta' proprjetà pubblika, b'impjanti kbar ċentralizzati tal-enerġija nukleari u tal-karburant fossili. Is-suq intern tal-elettriku, li ilu jiġi implimentat progressivament mill-1999, għandu l-mira li jipprovdi għażla reali lill-konsumaturi kollha fl-Unjoni , kemm għaċ-ċittadini u għan-negozji, kif ukoll opportunitajiet ġodda ta' negozju u aktar kummerċ transkonfinali sabiex jiġu żgurati gwadanji f'termini ta' effiċjenza, prezzijiet kompetittivi u standards ogħla ta' servizz, kif ukoll sabiex jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista u għas-sostenibbiltà. Is-suq intern tal-elettriku żied il-kompetizzjoni, b'mod partikolari fil-livell bl-ingrossa u fil-kummerċ transkonfinali. Dan jibqa' l-pedament ta' suq effiċjenti fl-enerġija.

(2)  L-Unjoni tal-Enerġija għandha l-għan li tipprovdi lill-konsumaturi, kemm jekk huma unità domestika kif ukoll negozju, enerġija sigura, sostenibbli, kompetittiva u għall-but ta' kulħadd. Tradizzjonalment is-sistema tal-elettriku kienet iddominata b'monopolji integrati vertikalment u li ta' spiss kienu jkunu ta' proprjetà pubblika, b'impjanti kbar ċentralizzati tal-enerġija nukleari u tal-karburanti fossili. Is-suq intern tal-elettriku, li ilu jiġi implimentat progressivament mill-1999, għandu l-mira li jipprovdi għażla reali lill-konsumaturi kollha fl-Unjoni, kemm jekk huma ċittadini kif ukoll negozji, joħloq opportunitajiet ġodda ta' negozju għall-impriżi, jippromwovi mudelli kooperattivi tal-enerġija ċivika b'valur miżjud reġjonali u jsaħħaħ il-kummerċ transkonfinali sabiex jiġu żgurati gwadanji f'termini ta' effiċjenza, prezzijiet kompetittivi u standards ogħla ta' servizz, kif ukoll sabiex jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista u għas-sostenibbiltà. Is-suq intern tal-elettriku żied il-kompetizzjoni, b'mod partikolari fil-livell bl-ingrossa u fil-kummerċ transkonfinali. Dan jibqa' l-pedament ta' suq effiċjenti fl-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija konsistenti mal-għanijiet tal-proposta tal-Kummissjoni għal riformulazzjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Il-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" għandu rwol importanti fl-iddisinjar tas-suq tal-elettriku. Billi jippromwovi kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għal soluzzjonijiet fin-naħa tad-domanda, inkluż titjib fir-rispons tad-domanda u l-effiċjenza fl-enerġija, dan il-prinċipju jiżgura li s-suq jista' jkun effettiv fl-ilħuq tal-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u l-qafas għall-klima u l-enerġija għall-2030.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Fil-passat il-klijenti tal-elettriku kienu purament passivi, tant li ta' spiss kienu jixtru l-elettriku bi prezzijiet regolati li ma kellhom l-ebda relazzjoni diretta mas-suq. Fil-futur il-klijenti jridu jkunu f'pożizzjoni li jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq, fuq l-istess livell mal-parteċipanti l-oħra fis-suq. Sabiex jiġu integrati l-ishma dejjem akbar tal-enerġija rinnovabbli, jenħtieġ li s-sistema futura tal-elettriku tuża s-sorsi kollha disponibbli ta' flessibbiltà, b'mod partikolari r-rispons tad-domanda u l-ħżin. Biex tinkiseb id-dekarbonizzazzjoni effettiva bl-aktar prezz baxx, jeħtieġ ukoll li titħeġġeġ l-effiċjenza fl-enerġija.

(5)  Fil-passat il-klijenti tal-elettriku kienu purament passivi, tant li ta' spiss kienu jixtru l-elettriku bi prezzijiet regolati li ma kellhom l-ebda relazzjoni diretta mas-suq. Fil-futur il-klijenti jridu jkunu f'pożizzjoni li jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq, fuq l-istess livell mal-parteċipanti l-oħra fis-suq. Sabiex jiġu integrati l-ishma dejjem akbar tal-enerġija rinnovabbli, jenħtieġ li s-sistema futura tal-elettriku tuża s-sorsi kollha disponibbli ta' flessibbiltà, b'mod partikolari r-rispons tad-domanda u l-ħżin. Biex tinkiseb id-dekarbonizzazzjoni effettiva bl-aktar prezz baxx, jeħtieġ ukoll li titħeġġeġ l-effiċjenza fl-enerġija u b'hekk titnaqqas id-domanda għall-enerġija u tingħata spinta lill-investimenti fuq terminu twil.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-integrazzjoni akbar fis-suq u l-bidla għal produzzjoni tal-elettriku aktar volatili jeħtieġu sforzi akbar biex jikkoordinaw il-politiki tal-enerġija nazzjonali ma' dawk tal-pajjiżi ġirien u biex jużaw l-opportunitajiet tal-kummerċ transkonfinali tal-elettriku.

(6)  L-integrazzjoni akbar fis-suq u l-bidla għal produzzjoni tal-elettriku aktar distribwit u volatili jeħtieġu sforzi akbar biex jikkoordinaw il-politiki tal-enerġija nazzjonali ma' dawk tal-pajjiżi ġirien u biex jużaw l-opportunitajiet tal-kummerċ transkonfinali tal-elettriku.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Jenħtieġ li l-prinċipji ewlenin tas-suq jistabbilixxu li l-prezzijiet tal-elettriku jridu jiġu stabbiliti skont id-domanda u l-provvista. Jenħtieġ li dawk il-prezzijiet jidentifikaw meta jkun meħtieġ l-elettriku u jipprovdu inċentivi tas-suq għall-investimenti f'sorsi flessibbli bħall-ġenerazzjoni flessibbli, l-interkonnessjoni, ir-rispons tad-domanda jew il-ħżin.

(8)  Jenħtieġ li l-prinċipji ewlenin tas-suq jistabbilixxu li l-prezzijiet tal-elettriku jridu jiġu stabbiliti skont id-domanda u l-provvista. Filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji ta' solidarjetà u distribuzzjoni ġusta tal-kostijiet, jenħtieġ li dawk il-prezzijiet jidentifikaw meta jkun meħtieġ l-elettriku u jipprovdu inċentivi tas-suq għall-investimenti f'sorsi flessibbli bħall-ġenerazzjoni flessibbli, l-interkonnessjoni, ir-rispons tad-domanda jew il-ħżin.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-elettriku, bl-enerġija rinnovabbli li qed issir parti importanti tas-suq, hija għan ewlieni tal-Unjoni tal-Enerġija. Hekk kif l-Unjoni qed timxi lejn id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-elettriku u l-introduzzjoni dejjem akbar tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, huwa fundamentali li s-suq jelimina l-ostakoli eżistenti għall-kummerċ transkonfinali u jħeġġeġ l-investimenti fl-infrastruttra ta' appoġġ, pereżempju b'żieda fil-ġenerazzjoni flessibbli, l-interkonnessjoni, ir-rispons tad-domanda u l-ħżin. Biex tiġi appoġġata din il-bidla lejn ġenerazzjoni varjabbli u distribwita u biex ikun żgurat li l-prinċipji tas-suq tal-enerġija jkunu l-bażi tas-swieq futuri tal-elettriku tal-Unjoni, huwa essenzjali li jkun hemm attenzjoni ġdida fuq is-swieq integrati tul perjodu qasir u fuq il-prezzijiet li jirriflettu n-nuqqas ta' domanda.

(9)  Id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-elettriku, bl-enerġija rinnovabbli li qed issir parti importanti tas-suq, hija għan ewlieni tal-Unjoni tal-Enerġija. Hekk kif l-Unjoni qed timxi lejn id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-elettriku u l-introduzzjoni dejjem akbar tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, huwa fundamentali li s-suq jelimina l-ostakoli eżistenti għall-kummerċ transkonfinali u jħeġġeġ l-investimenti fl-infrastruttra ta' appoġġ, pereżempju b'żieda fil-ġenerazzjoni flessibbli, l-interkonnessjoni, ir-rispons tad-domanda u l-ħżin. Biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet tal-ħżin tal-enerġija, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu passi biex ineħħu d-dispożizzjonijiet ta' tassazzjoni skaduti li jwasslu għal tassazzjoni doppja. Biex tiġi appoġġata din il-bidla lejn ġenerazzjoni varjabbli u distribwita u biex ikun żgurat li l-prinċipji tas-suq tal-enerġija jkunu l-bażi tas-swieq futuri tal-elettriku tal-Unjoni, huwa essenzjali li jkun hemm attenzjoni ġdida fuq is-swieq integrati tul perjodu qasir u fuq il-prezzijiet li jirriflettu n-nuqqas ta' domanda.

Ġustifikazzjoni

L-implimentazzjoni effettiva tal-ħżin tal-enerġija ġiet imxekkla minn dispożizzjonijiet tal-kodiċi tat-taxxa li wasslu għal tassazzjoni doppja. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu passi biex ineħħu dawn l-ostakoli.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Is-swieq għal perjodu qasir se jtejbu l-likwidità u l-kompetizzjoni għax permezz tagħhom aktar riżorsi se jkunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq, speċjalment dawk li huma aktar flessibbli. L-ipprezzar tal-iskarsezza effettiv se jħeġġeġ lill-parteċipanti fis-suq biex ikunu disponibbli meta s-suq ikollu l-aktar bżonnhom u se jiżgura li dawn jistgħu jirkupraw il-kostijiet tagħhom fis-suq bl-ingrossa. Għalhekk huwa fundamentali li, kemm jista' jkun, jitneħħew il-limiti amministrattivi u impliċiti fuq il-prezzijiet biex b’hekk il-prezzijiet li jirriflettu n-nuqqas tad-domanda jkunu jistgħu jiżdiedu sal-valur tat-tagħbija mitlufa. Hekk kif ikunu integrati għalkollox fl-istruttura tas-suq, is-swieq integrati tul perjodu qasir u l-ipprezzar tal-iskarsezza se jikkontribwixxu għat-tneħħija ta' miżuri oħra, bħall-mekkaniżmi ta' kapaċità biex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Fl-istess ħin, l-ipprezzar tal-iskarsezza mingħajr limiti fuq il-prezzijiet tas-suq bl-ingrossa jenħtieġ li ma jipperikolax il-possibbiltà ta' prezzijiet affidabbli u stabbli għall-klijenti aħħarija, b'mod partikolari għall-unitajiet domestiċi u l-SMEs.

(10)  Is-swieq għal perjodu qasir se jtejbu l-likwidità u l-kompetizzjoni għax permezz tagħhom aktar riżorsi se jkunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq, speċjalment dawk li huma aktar flessibbli. L-ipprezzar tal-iskarsezza effettiv se jħeġġeġ lill-parteċipanti fis-suq biex ikunu disponibbli meta s-suq ikollu l-aktar bżonnhom u se jiżgura li dawn jistgħu jirkupraw il-kostijiet tagħhom fis-suq bl-ingrossa. Għalhekk huwa fundamentali li, kemm jista' jkun, jitneħħew il-limiti amministrattivi u impliċiti fuq il-prezzijiet biex b’hekk il-prezzijiet li jirriflettu n-nuqqas tad-domanda jkunu jistgħu jiżdiedu sal-valur tat-tagħbija mitlufa. Hekk kif ikunu integrati għalkollox fl-istruttura tas-suq, is-swieq integrati tul perjodu qasir u l-ipprezzar tal-iskarsezza se jikkontribwixxu għat-tneħħija ta' miżuri oħra, bħall-mekkaniżmi ta' kapaċità biex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Fl-istess ħin, l-ipprezzar tal-iskarsezza mingħajr limiti fuq il-prezzijiet tas-suq bl-ingrossa jenħtieġ li ma jipperikolax il-possibbiltà ta' prezzijiet affidabbli, stabbli u affordabbli għall-klijenti aħħarija, b'mod partikolari għall-unitajiet domestiċi u l-SMEs.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-prekondizzjoni għal kompetizzjoni effettiva fis-suq intern tal-elettriku hija li jkun hemm tariffi trasparenti u mhux diskriminatorji għall-użu tan-netwerks, fosthom il-linji ta' interkonnessjoni fis-sistema ta' trażmissjoni. Il-kapaċità disponibbli ta' dawk il-linji jenħtieġ li tkun stabbilita fl-ogħla livelli konsistenti mal-istandards ta' sigurtà tat-tħaddim tan-netwerk bla periklu.

(12)  Il-prekondizzjoni għal kompetizzjoni effettiva fis-suq intern tal-elettriku hija li jkun hemm tariffi mhux diskriminatorji, trasparenti u adegwati għall-użu tan-netwerks, fosthom il-linji ta' interkonnessjoni fis-sistema ta' trażmissjoni. Il-kapaċità disponibbli ta' dawk il-linji jenħtieġ li tkun stabbilita fl-ogħla livelli konsistenti mal-istandards ta' sikurezza tat-tħaddim tan-netwerk.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija konsistenti mal-għanijiet tal-proposta tal-Kummissjoni għal riformulazzjoni.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Sabiex l-investimenti neċessarji jitmexxew b'mod effiċjenti, jeħtieġ li l-prezzijiet jipprovdu wkoll sinjali fejn l-elettriku huwa l-aktar bżonnjuż. F'sistema tal-elettriku żonali, is-sinjali ta' lokalizzazzjoni korretti jeħtieġu determinazzjoni koerenti, oġġettiva u affidabbli taż-żoni tal-offerti bi proċess trasparenti. Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim u l-ippjanar effiċjenti tan-netwerk tal-elettriku tal-Unjoni u biex jingħataw sinjali tal-prezzijiet effettivi għall-ġenerazzjoni tal-kapaċità, ir-rispons tad-domanda jew l-infrastruttura tat-trażmissjoni ġodda, jenħtieġ li ż-żoni tal-offerta jirriflettu l-konġestjoni strutturali. B'mod partikolari, jenħtieġ li ma titnaqqasx il-kapaċità transżonali biex tissolva l-konġestjoni interna.

(14)  Sabiex l-investimenti neċessarji jitmexxew b'mod effiċjenti, jeħtieġ li l-prezzijiet jipprovdu wkoll sinjali fejn l-elettriku huwa l-aktar bżonnjuż. F'sistema tal-elettriku żonali, is-sinjali ta' lokalizzazzjoni korretti jeħtieġu determinazzjoni koerenti, oġġettiva u affidabbli taż-żoni tal-offerti bi proċess trasparenti. Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim u l-ippjanar effiċjenti tan-netwerk tal-elettriku tal-Unjoni u biex jingħataw sinjali tal-prezzijiet effettivi għall-ġenerazzjoni tal-kapaċità, ir-rispons tad-domanda, il-ħżin tal-enerġija jew l-infrastruttura tat-trażmissjoni ġodda, jenħtieġ li ż-żoni tal-offerta jirriflettu l-konġestjoni strutturali. B'mod partikolari, jenħtieġ li ma titnaqqasx il-kapaċità transżonali biex tissolva l-konġestjoni interna.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura li l-ħżin tal-enerġija jiġi rrikonoxxut bħala klassi tal-assi ġdida tal-enerġija fid-dritt tal-Unjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Id-dekarbonizzazzjoni effiċjenti tas-sistema tal-elettriku bl-integrazzjoni tas-suq teħtieġ li jitneħħew l-ostakoli b'mod sistematiku għall-kummerċ transkonfinali biex tingħeleb il-frammentazzjoni tas-suq u biex b'hekk il-klijenti tal-enerġija tal-Unjoni jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-vantaġġi tas-swieq tal-elettriku integrati u mill-kompetizzjoni.

(15)  Id-dekarbonizzazzjoni effiċjenti tas-sistema tal-elettriku sal-2050 bl-integrazzjoni tas-suq teħtieġ li jitneħħew l-ostakoli b'mod sistematiku għall-kummerċ transkonfinali biex tingħeleb il-frammentazzjoni tas-suq u biex b'hekk il-klijenti tal-enerġija tal-Unjoni jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-vantaġġi tas-swieq tal-elettriku integrati u mill-kompetizzjoni. Din teħtieġ ukoll li tipprovdi tranżizzjoni ġusta għar-reġjuni tal-minjieri tal-faħam u għal dawk il-partijiet tas-suq tal-elettriku li fil-biċċa l-kbira tagħhom għadhom ibbażati fuq il-produzzjoni tal-elettriku mill-faħam, peress li d-dekummissjonar tagħhom li huwa meħtieġ fil-qafas tat-tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija flessibbli u sostenibbli li tippermetti lill-Unjoni tilħaq il-Ftehim ta' Pariġi se jkollu jindirizza l-isfidi ekonomiċi u soċjali numerużi.

Ġustifikazzjoni

Id-dekarbonizzazzjoni jeħtieġ li tkun inklużiva, ġusta u miftiehma mill-partijiet ikkonċernati kollha u tqis l-impatti soċjetali, ekonomiċi u ambjentali, kif ukoll l-alternattivi ta' xogħol sostenibbli, speċjalment meta l-eliminazzjoni gradwali tkun marbuta mal-għeluq ta' attivitajiet ta' estrazzjoni. Waslet biex tibda azzjoni preparatorja dwar l-istabbiliment ta' pjattaforma ta' djalogu dwar il-faħam biex jiġu diskussi l-aspetti ta' governanza, it-tranżizzjoni ġusta u d-dekummissjonar, u r-regoli dwar is-Suq tal-Elettriku tal-UE jenħtieġ li jkunu konformi ma' dawn l-attivitajiet.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Jenħtieġ li d-dispaċċ ta' prijorità għall-installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni bl-użu ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli varjabbli jiġi rikonoxxut għar-rwol tiegħu fir-rigward tal-appoġġ lill-UE biex tilħaq il-miri tagħha għall-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u t-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra;

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Jenħtieġ li n-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni (ENTSO) tal-Elettriku jwettaq valutazzjoni soda fuq terminu medju u twil dwar l-adegwatezza tar-riżorsi fil-livell tal-Unjoni biex tipprovdi bażi oġġettiva għall-valutazzjoni tat-tħassib dwar l-adegwatezza. It-tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi jikkonċerna l-fatt li l-indirizzi tal-mekkaniżmi ta' kapaċità jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-valutazzjoni tal-UE.

(26)  Jenħtieġ li n-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni (ENTSO) tal-Elettriku jwettaq valutazzjoni soda fuq terminu medju u twil dwar l-adegwatezza tar-riżorsi fil-livell tal-Unjoni biex tipprovdi bażi oġġettiva għall-valutazzjoni tat-tħassib dwar l-adegwatezza. Dik il-valutazzjoni jenħtieġ li tiġi kkomplementata b'valutazzjonijiet aktar granulari fil-livelli ta' żoni tal-offerti, Stati Membri u reġjuni. It-tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi jikkonċerna l-fatt li l-indirizzi tal-mekkaniżmi ta' kapaċità jenħtieġ li jkunu bbażati fuq dawk il-valutazzjonijiet.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Il-valutazzjoni fuq terminu medju u twil dwar l-adegwatezza tar-riżorsi (minn 10 snin sa sena bil-quddiem) stabbilita f'dan ir-Regolament għandha skop differenti mill-prospettivi staġjunali (ta' sitt xhur bil-quddiem) kif stabbiliti fl-Artikolu 9 [ir-Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji kif propost minn COM(2016) 862]. Il-valutazzjonijiet fuq terminu medju u twil jintużaw l-aktar biex jivvalutaw il-ħtieġa ta' mekkaniżmi ta' kapaċità billi l-prospettivi staġjunali jintużaw biex jinfurmaw dwar ir-riskji li jistgħu jinqalgħu fi żmien is-sitt xhur ta' wara, li x'aktarx jirriżultaw f'deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-elettriku. Barra minn hekk, iċ-Ċentri Operazzjonali Reġjonali jwettqu wkoll valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza tar-riżorsi kif definiti fil-leġiżlazzjoni Ewropea dwar it-tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku. Dawn huma valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza fuq terminu qasir ħafna (minn ġimgħa sa ġurnata bil-quddiem) użati fil-kuntest tat-tħaddim tas-sistema.

(27)  Il-valutazzjoni fuq terminu medju u twil dwar l-adegwatezza tar-riżorsi (minn 10 snin sa sena bil-quddiem) stabbilita f'dan ir-Regolament għandha skop differenti mill-prospettivi staġjunali (ta' sitt xhur bil-quddiem) kif stabbiliti fl-Artikolu 9 [ir-Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji kif propost minn COM(2016) 862]. Il-valutazzjonijiet fuq terminu medju u twil jintużaw l-aktar biex jivvalutaw il-ħtieġa ta' mekkaniżmi ta' kapaċità billi l-prospettivi staġjunali jintużaw biex jinfurmaw dwar ir-riskji li jistgħu jinqalgħu fi żmien is-sitt xhur ta' wara, li x'aktarx jirriżultaw f'deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-elettriku. Barra minn hekk, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jwettqu wkoll valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza tar-riżorsi kif definiti fil-leġiżlazzjoni Ewropea dwar it-tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku. Dawn huma valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza fuq terminu qasir ħafna (minn ġimgħa sa ġurnata bil-quddiem) użati fil-kuntest tat-tħaddim tas-sistema.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Qabel l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu ta' kapaċità, jenħtieġ li l-Istati Membri jivvalutaw id-distorsjonijiet regolatorji li jikkontribwixxu għat-tħassib relatat dwar l-adegwatezza tar-riżorsi. Jenħtieġ li dawn ikunu obbligati jadottaw miżuri biex jeliminaw id-distorsjonijiet identifikati flimkien ma' perjodu ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom. Il-mekkaniżmi ta' kapaċità jenħtieġ li jiġu introdotti biss għat-tħassib residwali li ma jistax jiġi indirizzat billi jitneħħew dawn id-distorsjonijiet.

(28)  Qabel l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu ta' kapaċità, jenħtieġ li l-Istati Membri jivvalutaw id-distorsjonijiet regolatorji li jikkontribwixxu għat-tħassib relatat dwar l-adegwatezza tar-riżorsi. Jenħtieġ li dawn ikunu obbligati jadottaw miżuri biex jeliminaw id-distorsjonijiet identifikati flimkien ma' perjodu ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom. Il-mekkaniżmi ta' kapaċità jenħtieġ li jiġu introdotti biss għat-tħassib li jifdal, bħas-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija, li ma jistax jiġi indirizzat billi jitneħħew dawn id-distorsjonijiet.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Barra l-iskemi ta' riserva jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll regoli dettaljati li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni transkonfinali effettiva fil-mekkaniżmi ta' kapaċità. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni bejn il-fruntieri jenħtieġ li jiffaċilitaw il-ġeneraturi interessati li jixtiequ jipparteċipaw fil-mekkaniżmi ta' kapaċità fi Stati Membri oħra. Għalhekk jenħtieġ li jikkalkulaw il-kapaċitajiet sa fejn hu possibbli l-parteċipazzjoni bejn il-fruntieri, jippermettu l-parteċipazzjoni u jikkontrollaw id-disponibbiltajiet. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jinfurzaw ir-regoli transkonfinali fl-Istati Membri.

(31)  Barra r-riservi strateġiċi jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll regoli dettaljati li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni transkonfinali effettiva fil-mekkaniżmi ta' kapaċità. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni bejn il-fruntieri jenħtieġ li jiffaċilitaw il-ġeneraturi interessati li jixtiequ jipparteċipaw fil-mekkaniżmi ta' kapaċità fi Stati Membri oħra. Għalhekk jenħtieġ li jikkalkulaw il-kapaċitajiet sa fejn hu possibbli l-parteċipazzjoni bejn il-fruntieri, jippermettu l-parteċipazzjoni u jikkontrollaw id-disponibbiltajiet. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jinfurzaw ir-regoli transkonfinali fl-Istati Membri.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Fid-dawl tad-differenzi fis-sistemi nazzjonali tal-enerġija u tal-limitazzjonijiet tekniċi tan-netwerks tal-elettriku eżistenti, l-aħjar approċċ biex jinkiseb il-progress fl-integrazzjoni tas-suq se jkun ta' spiss fuq livell reġjonali. Għaldaqstant jenħtieġ li tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni. Sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni effiċjenti, jenħtieġ li qafas regolatorju ġdid jipprevedi governanza reġjonali u sorveljanza regolatorja aktar b'saħħithom, anke billi tissaħħaħ is-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija dwar kwistjonijiet transkonfinali. F'sitwazzjonijiet ta' kriżi hemm mnejn ikun hemm bżonn ukoll ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Istati Membri biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u jiġu limitati d-distorsjonijiet fis-suq.

(32)  Fid-dawl tad-differenzi fis-sistemi nazzjonali tal-enerġija u tal-limitazzjonijiet tekniċi tan-netwerks tal-elettriku eżistenti, l-aħjar approċċ u l-aktar wieħed kosteffettiv biex jinkiseb il-progress fl-integrazzjoni tas-suq se jkun ta' spiss fuq livell reġjonali. Għaldaqstant jenħtieġ li tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni. Sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni effiċjenti, jenħtieġ li qafas regolatorju ġdid jipprevedi governanza reġjonali u sorveljanza regolatorja aktar b'saħħithom, anke billi tissaħħaħ is-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija dwar kwistjonijiet transkonfinali. F'sitwazzjonijiet ta' kriżi hemm mnejn ikun hemm bżonn ukoll ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Istati Membri biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u jiġu limitati d-distorsjonijiet fis-suq.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Iċ-Ċentri Operazzjonali reġjonali jenħtieġ li jwettqu funzjonijiet li r-reġjonalizzazzjoni tagħhom iġġib valur miżjud meta titqabbel mal-funzjonijiet li jitwettqu fil-livell nazzjonali. Il-funzjonijiet taċ-Ċentri Operazzjonali reġjonali jenħtieġu li jkopru l-funzjonijiet imwettqa mill-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà kif ukoll it-tħaddim addizzjonali tas-sistema, it-tħaddim tas-suq u l-funzjonijiet tat-tħejjija għar-riskji. Il-funzjonijiet imwettqa miċ-Ċentri Operazzjonali reġjonali jenħtieġ li jeskludu it-tħaddim f'ħin reali tas-sistema tal-elettriku.

(35)  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jenħtieġ li jwettqu funzjonijiet li r-reġjonalizzazzjoni tagħhom iġġib valur miżjud meta titqabbel mal-funzjonijiet li jitwettqu fil-livell nazzjonali. Il-funzjonijiet taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jenħtieġ li jkopru l-funzjonijiet imwettqa mill-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà kif ukoll il-funzjonijiet addizzjonali ta' importanza reġjonali. Il-funzjonijiet imwettqa miċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jenħtieġ li jeskludu t-tħaddim f'ħin reali tas-sistema tal-elettriku.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Jenħtieġ li ċ-Ċentri Operazzjonali reġjonali jaġixxu primarjament fl-interess tat-tħaddim tas-sistema u tas-suq tar-reġjun meta jitqabblu mal-interessi ta' kwalunkwe entità unika. Għaldaqstant, jenħtieġ li ċ-Ċentri Operazzjonali reġjonali jiġu fdati bis-setgħat tat-teħid tad-deċiżjonijiet biex jaġixxu u jindirizzaw azzjonijiet li jridu jittieħdu mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun tat-tħaddim tas-sistema għal ċerti funzjonijiet u bi rwol konsultattiv akbar għall-funzjonijiet li jifdal.

(36)  Jenħtieġ li ċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jaġixxu primarjament fl-interess tat-tħaddim tas-sistema u tas-suq tar-reġjun meta jitqabblu mal-interessi ta' kwalunkwe entità unika. Għaldaqstant, jenħtieġ li ċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jkollhom rwol konsultattiv akbar permezz tal-abilità tagħhom li joħorġu rakkomandazzjonijiet.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Sabiex jiżdiedu l-effiċjenzi fin-netwerk ta' distribuzzjoni tal-elettriku fl-Unjoni u biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni mill-qrib mal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u mal-ENTSO għall-Elettriku, jenħtieġ li fl-Unjoni tiġi stabbilita entità Ewropea tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni ("l-entità tal-UE għad-DSO"). Jenħtieġ li l-kompiti tal-entità tal-UE għad-DSO jiġu ddefiniti sew u l-metodu ta' ħidma tagħha jiżgura l-effiċjenza, it-trasparenza u r-rappreżentattività fost l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-entità tal-UE għad-DSO tikkoopera mill-qrib mal-ENTSO għall-Elettriku dwar it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk, fejn ikun applikabbli, u li taħdem biex tipprovdi gwida dwar l-integrazzjoni, fost l-oħrajn tal-ġenerazzjoni distribwita u tal-ħżin fin-netwerk ta' distribuzzjoni jew f'oqsma oħra relatati mal-ġestjoni tan-netwerk ta' distribuzzjoni.

(38)  Sabiex jiżdiedu l-effiċjenzi fin-netwerk ta' distribuzzjoni tal-elettriku fl-Unjoni u biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni mill-qrib mal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u mal-ENTSO għall-Elettriku, jenħtieġ li fl-Unjoni tiġi stabbilita entità Ewropea tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni ("l-entità tal-UE għad-DSO"). Jenħtieġ li l-kompiti tal-entità tal-UE għad-DSO jiġu ddefiniti sew u l-metodu ta' ħidma tagħha jiżgura l-indipendenza, in-newtralità, l-effiċjenza, it-trasparenza u r-rappreżentattività fost l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni tal-Unjoni, filwaqt li jirrispetta l-ispeċifiċitajiet reġjonali tan-netwerks ta' distribuzzjoni. Jenħtieġ li l-entità tal-UE għad-DSO tikkoopera mill-qrib mal-ENTSO għall-Elettriku dwar it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk, fejn ikun applikabbli, u li taħdem biex tipprovdi gwida dwar l-integrazzjoni, fost l-oħrajn tal-ġenerazzjoni distribwita u tal-ħżin fin-netwerk ta' distribuzzjoni jew f'oqsma oħra relatati mal-ġestjoni tan-netwerk ta' distribuzzjoni.

Ġustifikazzjoni

In-netwerks ta' distribuzzjoni madwar l-Ewropa jvarjaw b'mod konsiderevoli: mil-livell tal-vultaġġ, it-topoloġija, il-profil naturali ta' żona partikolari sat-tendenzi tal-konsum tal-utenti. Dawn l-ispeċifiċitajiet għandhom jitqiesu f'operazzjoni tal-entità tal-UE għad-DSO.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jistabbilixxi l-bażi biex jinkisbu b'mod effiċjenti l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija Ewropea u b'mod partikolari il-qafas għall-klima u l-enerġija għall-203030 bis-sinjali tas-suq li jwasslu għal aktar flessibbiltà, dekarbonizzazzjoni u innovazzjoni;

(a)  jistabbilixxi l-bażi biex jinkisbu b'mod effiċjenti l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija Ewropea u b'mod partikolari l-qafas għall-klima u l-enerġija għall-203030 bis-sinjali tas-suq li jwasslu għal aktar flessibbiltà, effiċjenza fl-enerġija u innovazzjoni, filwaqt li jitqiesu wkoll ir-rwol tal-interkonnetturi u s-sehem dejjem akbar ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli għat-tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija sostenibbli;

_________________

_________________

30 COM/2014/015 finali.

30 COM/2014/015 finali.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jistabbilixxi l-prinċipji fundamentali għal swieq tal-elettriku integrati u li jiffunzjonaw tajjeb, li jippermettu l-aċċess mhux diskriminatorju għas-suq għall-fornituri tar-riżorsi u għall-klijenti tal-elettriku kollha, jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi, jippermettu r-rispons tad-domanda u l-effiċjenza fl-enerġija, jiffaċilitaw l-aggregazzjoni tad-domanda u tal-provvista distribwiti u jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija billi jippermettu l-integrazzjoni tas-suq u r-remunerazzjoni bbażata fuq is-suq tal-elettriku ġġenerat minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

(b)  jistabbilixxi l-prinċipji fundamentali għal swieq tal-elettriku integrati u li jiffunzjonaw tajjeb, li jippermettu l-aċċess mhux diskriminatorju għas-suq għall-fornituri tar-riżorsi u għall-klijenti tal-elettriku kollha, jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi, jippermettu r-rispons tad-domanda, il-ħżin tal-enerġija u l-effiċjenza fl-enerġija, jiffaċilitaw l-aggregazzjoni tad-domanda u tal-provvista distribwiti, jippromwovu livelli suffiċjenti ta' interkonnessjonijiet tal-elettriku u jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija billi jippermettu l-integrazzjoni tas-suq u r-remunerazzjoni bbażata fuq is-suq tal-elettriku ġġenerat minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "konġestjoni" tfisser sitwazzjoni fejn it-talbiet kollha mill-parteċipanti fis-suq biex isir kummerċ bejn żewġ żoni tal-offerti ma jistgħux jintlaqgħu peress li kieku jaffettwaw b'mod sinifikanti l-flussi fiżiċi tal-elementi tan-netwerk li ma jistgħux jakkomodaw dawk il-flussi;

(c)  "konġestjoni" tfisser sitwazzjoni fejn it-talbiet kollha mill-parteċipanti fis-suq biex isir kummerċ ma jistgħux jintlaqgħu peress li kieku jaffettwaw b'mod sinifikanti l-flussi fiżiċi tal-elementi tan-netwerk li ma jistgħux jakkomodaw dawk il-flussi;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni oriġinali tistipula li l-konġestjonijiet jistgħu jseħħu biss bejn żewġ żoni tal-offerti u mhux fi ħdan żona tal-offerti. Hija meħtieġa wkoll emenda sabiex ikun hemm allinjament mad-definizzjoni taż-żona tal-offerti.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt u

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(u)  "mekkaniżmu ta' kapaċità" tfisser miżura amministrattiva biex tiġi żgurata l-kisba tal-livell ta' sigurtà tal-provvista tal-enerġija mixtieq mir-riżorsi għar-remunerazzjoni għad-disponibbiltà tagħhom u li teskludi l-miżuri relatati mas-servizzi anċillari;

(u)  "mekkaniżmu ta' kapaċità" tfisser miżura amministrattiva biex tiġi żgurata l-kisba tal-livell ta' sigurtà tal-provvista tal-enerġija meħtieġ mir-riżorsi għar-remunerazzjoni għad-disponibbiltà tagħhom u li teskludi l-miżuri relatati mas-servizzi anċillari, adottata skont dan ir-Regolament, bir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u bil-prinċipji tan-neċessità, il-proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v)  "riserva strateġika" tfisser mekkaniżmu ta' kapaċità li fih isir id-dispaċċ tar-riżorsi biss f'każ li s-swieq ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata jonqsu milli jikklirjaw, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jkunu eżawrew ir-riżorsi ta' bbilanċjar tagħhom biex jistabbilixxu ekwilibru bejn id-domanda u l-provvista u l-iżbilanċi fis-suq matul il-perjodu fejn ikun sar id-dispaċċ tar-riservi jiġu saldati skont il-valur tat-tagħbija mitlufa;

(v)  "riserva strateġika" tfisser mekkaniżmu ta' kapaċità li fih ir-riżorsi jinżammu barra s-suq u jsir id-dispaċċ tagħhom biss f'każ li s-swieq ta' ġurnata bil-quddiem jonqsu milli jikklirjaw, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jkunu eżawrew ir-riżorsi ta' bbilanċjar tagħhom biex jistabbilixxu ekwilibru bejn id-domanda u l-provvista u l-iżbilanċi fis-suq matul il-perjodu fejn ikun sar id-dispaċċ tar-riservi jiġu saldati skont il-valur tat-tagħbija mitlufa;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-prezzijiet għandhom jiġu stabbiliti skont id-domanda u l-provvista;

(a)  il-prezzijiet għandhom b'mod ġenerali jirriflettu d-domanda u l-provvista;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għandhom jiġu evitati l-azzjonijiet li jipprevjenu l-formazzjoni tal-prezzijiet abbażi tad-domanda u tal-provvista jew li jikkostitwixxu diżinċentiv għall-iżvilupp ta' ġenerazzjoni aktar flessibbli, ġenerazzjoni b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju jew domanda aktar flessibbli;

(b)  għandhom jiġu evitati l-azzjonijiet li jipprevjenu l-formazzjoni tal-prezzijiet abbażi tad-domanda u tal-provvista ħlief jekk ikollhom l-għan li jistabbilixxu s-solidarjetà u d-distribuzzjoni ġusta tal-kostijiet u jikkunsidraw kif xieraq lill-konsumaturi f'faqar enerġetiku;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  għandhom jiġu promossi l-iżvilupp ta' ġenerazzjoni aktar flessibbli, ġenerazzjoni b'livell baxx ta' karbonju u domanda aktar flessibbli;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)   l-atturi tas-suq għandhom jintalbu jivvalutaw ir-riskju ta' detriment li joħolqu l-prodotti u s-servizzi l-ġodda għall-klijenti mill-unitajiet domestiċi, u jfasslu l-offerti tagħhom kif xieraq;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)   l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw l-iżviluppi tas-suq u jimmodifikaw il-protezzjonijiet kif meħtieġ;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-parteċipazzjoni fis-suq tal-konsumaturi u tan-negozji ż-żgħar għandha ssir bl-aggregazzjoni tal-ġenerazzjoni minn faċilitajiet multipli ta' ġenerazzjoni jew ta' tagħbija minn faċilitajiet multipli tad-domanda biex jipprovdu offerti konġunti dwar is-suq tal-elettriku u jitħaddmu b'mod konġunt fis-sistema tal-elettriku, soġġetti għall-konformità mar-regoli tat-Trattat tal-UE dwar il-kompetizzjoni;

(d)  il-parteċipazzjoni fis-suq tal-konsumaturi u tan-negozji ż-żgħar għandha ssir b'mod individwali, kollettiv, permezz tal-parteċipazzjoni f'komunità tal-enerġija lokali, u mħeġġa bl-aggregazzjoni tal-ġenerazzjoni minn faċilitajiet multipli ta' ġenerazzjoni jew ta' tagħbija minn faċilitajiet multipli tad-domanda biex jipprovdu offerti konġunti dwar is-suq tal-elettriku u jitħaddmu b'mod konġunt fis-sistema tal-elettriku, soġġetti għall-konformità mar-regoli tat-Trattat tal-UE dwar il-kompetizzjoni;

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li l-prinċipji ġenerali għas-suq tal-elettriku tal-UE jipprovdu bażi għar-rikonoxximent u l-inkoraġġiment tal-forom kollha ta' parteċipazzjoni attiva mill-konsumaturi, mhux biss permezz tal-aggregazzjoni.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  ir-regoli tas-suq għandhom jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija billi jippermettu l-integrazzjoni tal-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u jipprovdu inċentivi għall-effiċjenza fl-enerġija;

(e)  ir-regoli tas-suq għandhom jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija billi jipprovdu inċentivi għall-integrazzjoni tal-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza fl-enerġija;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  ir-regoli tas-suq għandhom iwasslu għal inċentivi xierqa ta' investiment għall-ġenerazzjoni, il-ħżin, l-effiċjenza fl-enerġija u r-rispons tad-domanda biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-suq u b'hekk jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija;

(f)  ir-regoli tas-suq għandhom jimmiraw li jwasslu għal inċentivi xierqa ta' investiment għall-ġenerazzjoni, b'mod partikolari investimenti ta' terminu twil f'ġenerazzjoni b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, il-ħżin, l-effiċjenza fl-enerġija u r-rispons tad-domanda biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-suq u b'hekk jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  għandhom jiġu evitati l-ostakoli għall-flussi transkonfinali tal-elettriku u għat-tranżazzjonijiet transkonfinali dwar is-swieq tal-elettriku u s-servizzi relatati;

(g)  għandhom jitneħħew l-ostakoli għall-flussi transkonfinali tal-elettriku u għat-tranżazzjonijiet transkonfinali dwar is-swieq tal-elettriku u s-servizzi relatati;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  ir-riżorsi kollha ta' ġenerazzjoni, ħzin u domanda għandhom jipparteċipaw fis-suq fuq bażi ugwali;

(i)  ir-riżorsi kollha ta' ġenerazzjoni, ħżin u domanda għandhom jipparteċipaw fis-suq fuq bażi ugwali b'mod li jagħti rendikont tal-benefiċċji u l-kostijiet li kull waħda tipprovdi għall-ambjent u s-sistema, is-sostenibbiltà tagħhom, u l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-għanijiet ta' dekarbonizzazzjoni stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 u d-Direttiva (UE) .../... [id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli];

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m)  ir-regoli tas-suq għandhom jippermettu d-dħul u l-ħruġ tal-impriżi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u tal-provvista tal-elettriku skont il-valutazzjoni tagħhom tal-vijabbiltà finanzjarja u ekonomika tal-operazzjonijiet tagħhom;

(m)  ir-regoli tas-suq għandhom jippermettu d-dħul u l-ħruġ tal-impriżi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, il-ħżin tal-enerġija u tal-provvista tal-elettriku skont il-valutazzjoni tagħhom tal-vijabbiltà finanzjarja u ekonomika tal-operazzjonijiet tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Peress li l-ħżin huwa ddefinit bħala attività separata fis-sistema tal-elettriku, l-impriżi tal-ħżin jeħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ta' dħul u ħruġ fis-suq fuq l-istess bażi bħal atturi oħra fis-suq.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Tranżizzjoni ġusta

 

Il-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri li jimplimentaw strateġija nazzjonali għat-tnaqqis progressiv tal-kapaċità installata mħaddma bil-faħam ta' ġenerazzjoni u ta' estrazzjoni bil-mezzi kollha disponibbli, inkluż appoġġ finanzjarju mmirat li jippermetti "tranżizzjoni ġusta" fir-reġjuni affettwati minn bidla strutturali. Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri fl-indirizzar tal-impatti soċjali, l-impatti fuq il-ħiliet u l-impatti industrijali tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Il-Kummissjoni għandha taħdem fi sħubija mill-qrib mal-atturi fir-reġjuni b'intensità qawwija ta' faħam u ta' karbonju, tipprovdi gwida, b'mod partikolari għall-aċċess għall-fondi u programmi disponibbli, u għall-użu tagħhom, u tħeġġeġ skambju ta' prattiki tajba, inklużi diskussjonijiet dwar pjanijiet direzzjonali industrijali u ħtiġijiet ta' taħriġ mill-ġdid, permezz ta' pjattaformi mmirati, inkluż permezz tal-inizjattiva ta' tranżizzjoni ġusta għall-ħaddiema u l-komunitajiet stabbilita fir-Regolament (EU) .../... [Ir-Regolament dwar il-Governanza].

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-parteċipanti kollha fis-suq għandhom jimmiraw għal sistema bbilanċjata u li jkunu responsabbli finanzjarjament mill-iżbilanċi li jikkawżaw fis-sistema. Dawn għandhom ikunu partijiet inkarigati mill-ibbilanċjar jew jiddelegaw ir-responsabbiltà tagħhom lil parti inkarigata mill-ibbilanċjar tal-għażla tagħhom.

1.  Il-parteċipanti kollha fis-suq għandhom jimmiraw għal sistema bbilanċjata u li jkunu responsabbli finanzjarjament mill-iżbilanċi li jikkawżaw fis-sistema bil-kundizzjoni li l-parteċipanti kollha tas-suq ikollhom aċċess għal swieq tal-ibbilanċjar u swieq tal-istess ġurnata skont l-Artikoli 5 u 6. Dawn għandhom ikunu partijiet inkarigati mill-ibbilanċjar jew jiddelegaw ir-responsabbiltà tagħhom lil parti inkarigata mill-ibbilanċjar tal-għażla tagħhom.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu deroga mill-ibbilanċjar tar-responsabbiltà fir-rigward ta':

2.  L-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, jipprovdu deroga mill-ibbilanċjar tar-responsabbiltà fir-rigward ta':

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  proġetti ta' dimostrazzjoni;

imħassar

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  installazzjonijiet li jibbenefikaw minn appoġġ ipprovdut mill-Kummissjoni taħt ir-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 sa 109 tat-TFUE u kkummissjonati qabel [OP: dħul fis-seħħ]. L-Istati Membri jistgħu, soġġetti għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, jinċentivaw lill-parteċipanti fis-suq li huma eżentati kompletament jew parzjalment mill-ibbilanċjar tar-responsabbiltà, biex jaċċettaw l-ibbilanċjar sħiħ tar-responsabbiltà jekk jiġu kkumpensati kif xieraq.

(c)  installazzjonijiet li jibbenefikaw minn appoġġ ipprovdut mill-Kummissjoni taħt ir-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 sa 109 tat-TFUE u kkummissjonati qabel [OP: dħul fis-seħħ]. L-Istati Membri jistgħu, soġġetti għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, jipprovdu inċentivi lill-parteċipanti fis-suq li huma eżentati kompletament jew parzjalment fir-rigward tal-konsegwenzi finanzjarji tal-ibbilanċjar tar-responsabbiltà, biex jaċċettaw l-ibbilanċjar sħiħ tar-responsabbiltà jekk jiġu kkumpensati kif xieraq.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-parteċipanti kollha fis-suq għandu jkollhom aċċess għas-suq tal-ibbilanċjar, sew jekk b'mod individwali u sew jekk b'mod aggregat. Ir-regoli u l-prodotti tas-suq tal-ibbilanċjar għandhom jirrispettaw il-ħtieġa li jakkomodaw l-ishma dejjem akbar ta' ġenerazzjoni varjabbli, iż-żieda fir-rispons tad-domanda u l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda.

1.  Il-parteċipanti kollha fis-suq għandu jkollhom aċċess sħiħ għas-suq tal-ibbilanċjar, sew jekk b'mod individwali u sew jekk b'mod aggregat. Ir-regoli u l-prodotti tas-suq tal-ibbilanċjar għandhom jirrispettaw il-ħtieġa li jakkomodaw l-ishma dejjem akbar ta' ġenerazzjoni varjabbli, iż-żieda fir-rispons tad-domanda u l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-swieq tal-ibbilanċjar għandhom jiġu organizzati b'tali mod li jiżguraw in-nondiskriminazzjoni effettiva bejn il-parteċipanti fis-suq filwaqt li jqisu l-kapaċità teknika differenti ta' ġenerazzjoni mis-sorsi ta' enerġija rinnovabbli varjabbli u mir-rispons fin-naħa tad-domanda u tal-ħżin.

2.  Is-swieq tal-ibbilanċjar għandhom jiġu organizzati b'tali mod li jiżguraw in-nondiskriminazzjoni effettiva bejn il-parteċipanti fis-suq. Is-swieq tal-ibbilanċjar għandhom jiġu ddisinjati biex jippermettu l-parteċipazzjoni massima tas-sorsi rinovabbli, inkluża b'mod partikolari l-ġenerazzjoni żgħira deċentralizzata u distribwita. Ir-regoli tas-suq tal-ibbilanċjar għandhom jiżguraw li l-komunitajiet tal-enerġija jkollhom aċċess proporzjonat u sempliċi għas-suq.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Id-dimensjoni tal-kapaċità ta' riserva għandha titwettaq fuq livell reġjonali skont il-punt 7 tal-Anness I. Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jappoġġaw lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fl-istabbiliment tal-ammont ta' kapaċità ta' bbilanċjar li jrid jiġi akkwistat skont il-punt 8 tal-Anness I.

7.  Id-dimensjoni tal-kapaċità ta' riserva għandha titwettaq fuq livell reġjonali skont il-punt 7 tal-Anness I. Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jappoġġaw lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fl-istabbiliment tal-ammont ta' kapaċità ta' bbilanċjar li jrid jiġi akkwistat skont il-punt 8 tal-Anness I.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-akkwist tal-kapaċità ta' bbilanċjar għandu jiġi ffaċilitat fuq livell reġjonali skont il-punt 8 tal-Anness I. L-akkwist għandu jkun ibbażat fuq suq primarju u organizzat b'tali mod li ma jkunx diskriminatorju bejn il-parteċipanti fis-suq fil-proċess ta' prekwalifikazzjoni sew jekk b'mod individwali u sew jekk b'mod aggregat.

8.  L-akkwist tal-kapaċità ta' bbilanċjar għandu jiġi ffaċilitat fuq livell reġjonali skont il-punt 8 tal-Anness I. L-akkwist għandu jkun ibbażat fuq suq primarju u ma jkunx diskriminatorju bejn il-parteċipanti fis-suq fil-proċess ta' prekwalifikazzjoni, anke b'mod partikolari meta l-parteċipazzjoni sseħħ b'mod individwali jew permezz ta' aggregazzjoni.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-akkwist tal-kapaċità ta' bbilanċjar ʼil fuq u tal-kapaċità ta' bbilanċjar ʼl isfel għandu jitwettaq b'mod separat. L-ikkuntrattar għandu jsir biss sa ġurnata qabel l-għoti tal-kapaċità ta' bbilanċjar u l-perjodu ta' kkuntrattar għandu jkollu perjodu massimu ta' ġurnata.

9.  L-akkwist tal-kapaċità ta' bbilanċjar ʼil fuq u tal-kapaċità ta' bbilanċjar ʼl isfel għandu jitwettaq b'mod separat. L-ikkuntrattar għandu jsir biss sa ġurnata qabel l-għoti tal-kapaċità ta' bbilanċjar u l-perjodu ta' kkuntrattar għandu jkollu perjodu massimu ta' ġurnata. Skont l-Artikolu 34(6) u l-Artikolu 36(10) tal-linji gwida tal-ibbilanċjar, kull operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jista' jissottometti proposta lill-awtorità regolatorja kompetenti fejn jitlob l-eżenzjoni mir-regoli tal-akkwist skont dan il-paragrafu.

 

Dawn it-talbiet għal eżenzjoni għandhom jinkludu:

 

(a)  speċifikazzjoni tal-perjodu ta' żmien li matulu tapplika l-eżenzjoni;

 

(b)  speċifikazzjoni tal-volum ta' kapaċità ta' bbilanċjar li għalih tapplika l-eżenzjoni;

 

(c)  analiżi tal-impatt ta' tali eżenzjoni fuq il-parteċipazzjoni ta' riżorsi ta' bbilanċjar; u

 

(d)  ġustifikazzjoni għall-eżenzjoni li turi li tali eżenzjoni twassal għal effiċjenza ekonomika ogħla.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikunu organizzati b'tali mod li ma jkunux diskriminatorji;

(a)  ma jkunux diskriminatorji;

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni fis-swieq ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata għandu jkollu effett legali mingħajr ebda azzjoni addizzjonali mill-Istati Membri.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-operaturi tas-suq għandhom jipprovdu għall-kummerċ fis-swieq ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata prodotti li huma ta' daqs żgħir biżżejjed, b'daqsijiet massimi tal-offerti ta' 1 Megawatt jew inqas, biex jippermettu l-parteċipazzjoni effettiva tar-rispons fin-naħa tad-domanda, tal-ħżin tal-enerġija u tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira.

3.  L-operaturi tas-suq għandhom jipprovdu għall-kummerċ fis-swieq ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata prodotti li huma ta' daqs żgħir biżżejjed, b'daqsijiet massimi tal-offerti ta' 1 Megawatt jew inqas, biex jippermettu l-parteċipazzjoni effettiva tar-rispons fin-naħa tad-domanda, tal-ħżin tal-enerġija u tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira, inkluż għal komunitajiet tal-enerġija permezz ta' aċċess proporzjonat u sempliċi.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ma għandu jkun hemm l-ebda limitu massimu tal-prezz tal-elettriku bl-ingrossa sakemm ma jiġix stabbilit fil-valur tat-tagħbija mitlufa, kif stabbilit skont l-Artikolu 10. Ma għandu jkun hemm l-ebda limitu minimu tal-prezz tal-elettriku bl-ingrossa sakemm ma jiġix stabbilit fil-valur ta' - EUR 2000 jew inqas u, f'każ li jintlaħaq jew ikun previst li jintlaħaq, jiġi stabbilit f'valur iktar baxx għall-ġurnata ta' wara. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika, fost l-oħrajn, għall-offerti u l-ikklirjar fil-perjodi kollha ta' żmien u tinkludi l-enerġija ta' bbilanċjar u l-prezzijiet tal-iżbilanċ.

1.  Ma għandu jkun hemm l-ebda limitu massimu tal-prezz tal-elettriku bl-ingrossa sakemm ma jiġix stabbilit fil-valur tat-tagħbija mitlufa, kif stabbilit skont l-Artikolu 10. Fi swieq interkonnessi sew, dawn il-limiti massimi għandhom jiġu stabbiliti fl-istess livell madwar iż-żoni tal-offerti u s-swieq kollha biex jiġu evitati distorsjonijiet fis-suq. Ma għandu jkun hemm l-ebda limitu minimu tal-prezz tal-elettriku bl-ingrossa sakemm ma jiġix stabbilit fil-valur ta' - EUR 2000 jew inqas u, f'każ li jintlaħaq jew ikun previst li jintlaħaq, jiġi stabbilit f'valur iktar baxx għall-ġurnata ta' wara. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika, fost l-oħrajn, għall-offerti u l-ikklirjar fil-perjodi kollha ta' żmien u tinkludi l-enerġija ta' bbilanċjar u l-prezzijiet tal-iżbilanċ.

Ġustifikazzjoni

Fi swieq interkonnessi sew, għandu jiġi żgurat limitu tekniku tal-prezz. Mingħajr limiti uniformi bħal dawn, l-ineffiċjenzi jistgħu jseħħu fi żminijiet ta' skarsezza peress li l-parteċipanti fis-suq ikunu kostretti artifiċjalment fil-kompetizzjoni transkonfinali għall-enerġija b'differenzi fil-kapaċità tal-offerti tal-prezzijiet.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta jsir id-dispaċċ tal-installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jagħtu prijorità lill-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja minn installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni żgħar jew installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw teknoloġiji emerġenti sabiex:

2.  Meta jsir id-dispaċċ tal-installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni għandhom jagħtu prijorità lill-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni u ta' ħżin li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja minn installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni żgħar jew installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw teknoloġiji emerġenti sabiex:

(a)  jiġġeneraw installazzjonijiet li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja b'kapaċità tal-elettriku installata ta' inqas minn 500 kW; jew

(a)  jiġġeneraw installazzjonijiet li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja b'kapaċità tal-elettriku installata ta' inqas minn 500 kW; jew

(b)  proġetti ta' dimostrazzjoni għat-teknoloġiji innovattivi.

(b)  proġetti ta' dimostrazzjoni għat-teknoloġiji innovattivi.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-ġenerazzjoni ta' installazzjonijiet li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja li ġew ikkummissjonati qabel [OP: id-dħul fis-seħħ] u, meta ġew ikkummissjonati, kienu soġġetti għal dispaċċ ta' prijorità skont l-Artikolu 15(5) tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 għandhom jibqgħu soġġetti għad-dispaċċ ta' prijorità. Id-dispaċċ ta' prijorità ma għandux jibqa' japplika mid-data li fiha l-ġenerazzjoni ta' installazzjoni tkun soġġetta għal modifiki sinifikanti, f'każ li mill-inqas ikun meħtieġ ftehim ta' konnessjoni ġdid jew tiżdied il-kapaċità ta' ġenerazzjoni.

4.  Sabiex jinżamm qafas regolatorju stabbli għall-investituri, l-installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni jew tal-ħżin tal-enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja li ġew ikkummissjonati qabel [OP: id-dħul fis-seħħ] u, meta ġew ikkummissjonati, kienu soġġetti għal dispaċċ ta' prijorità skont l-Artikolu 15(5) tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 għandhom jibqgħu soġġetti għad-dispaċċ ta' prijorità. Id-dispaċċ ta' prijorità ma għandux jibqa' japplika mid-data li fiha l-installazzjoni ta' ġenerazzjoni jew ta' ħżin tkun soġġetta għal modifiki sinifikanti, f'każ li mill-inqas ikun meħtieġ ftehim ta' konnessjoni ġdid jew tiżdied il-kapaċità ta' ġenerazzjoni jew ta' ħżin.

–––––––––––––

–––––––––––––

1.  Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

1.  Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jistgħu, soġġetti għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, jinċentivaw lill-parteċipanti fis-suq li huma soġġetti għall-aċċess ta' prijorità biex ma jiħdux sehem fid-dispaċċ ta' prijorità jekk jiġu kkumpensati kif xieraq.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu permezz tal-proċess ta' rappurtar dwar is-suq intern tal-enerġija kif previst fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) .../... [Ir-Regolament dwar il-Governanza].

 

Qabel it-tneħħija tad-dispaċċ ta' prijorità skont il-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri għandhom, b'mod partikolari, jiżguraw li s-swieq kollha jkunu miftuħa bis-sħiħ, inklużi s-servizzi anċillari kollha, għall-parteċipazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinovabbli, li r-regoli tad-dispaċċ ikunu kompletament trasparenti u bbażati fuq is-suq, li metodoloġija trasparenti relatata mar-regoli tat-tnaqqis tkun ġiet stabbilita u li t-tneħħija tad-dispaċċ ta' prijorità għall-installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni bl-użu ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli ma tfixkilx il-kontribuzzjoni tagħhom:

 

(a)  għall-mira tal-UE għall-2030 kif previst fid-Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli;

 

(b)  għat-tnaqqis tal-emissjonijiet globali ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-Unjoni b'tal-inqas 40 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030, kif previst fl-impenn għal tnaqqis maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha ppreżentat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-riżorsi mnaqqsa jew dispaċċati mill-ġdid għandhom jintgħażlu fost il-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni jew ta' domanda li jitfgħu l-offerti tagħhom għat-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid billi jintużaw mekkaniżmi bbażati fuq is-suq u jkunu kkumpensati finanzjarjament. It-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid ta' ġenerazzjoni jew id-dispaċċ mill-ġdid tar-rispons tad-domanda mhux ibbażati fuq is-suq għandhom jintużaw biss jekk ma tkun disponibbli l-ebda alternattiva oħra bbażata fuq is-suq, jekk ir-riżorsi bbażati fuq is-suq ikunu ntużaw kollha, jew jekk l-għadd ta' faċilitajiet ta' ġenerazzjoni jew ta' domanda disponibbli fiż-żona fejn ikunu qegħdin il-faċilitajiet xierqa ta' ġenerazzjoni jew ta' domanda għall-għoti tas-servizz ikun żgħir wisq biex jiżgura l-kompetizzjoni effettiva. Il-provvista ta' riżorsi bbażati fuq is-suq għandha tkun miftuħa għat-teknoloġiji kollha ta' ġenerazzjoni, għall-ħżin u għar-rispons tad-domanda, inklużi l-operaturi li jinsabu fi Stati Membri oħra sakemm ma jkunux teknikament vijabbli.

2.  Ir-riżorsi mnaqqsa jew dispaċċati mill-ġdid għandhom jintgħażlu fost il-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni, ħżin jew ta' domanda li jitfgħu l-offerti tagħhom għat-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid billi jintużaw mekkaniżmi bbażati fuq is-suq u jkunu kompletament kkumpensati finanzjarjament. Il-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmi bbażati fuq is-suq għandha tkun volontarja għall-parteċipanti kollha fis-suq, inkluża b'mod partikolari ġenerazzjoni żgħira deċentralizzata u distribwita. It-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid ta' ġenerazzjoni jew id-dispaċċ mill-ġdid tar-rispons tad-domanda mhux ibbażati fuq is-suq għandhom jintużaw biss jekk ma tkun disponibbli l-ebda alternattiva oħra bbażata fuq is-suq, jekk ir-riżorsi bbażati fuq is-suq ikunu ntużaw kollha, jew jekk l-għadd ta' faċilitajiet ta' ġenerazzjoni jew ta' domanda disponibbli fiż-żona fejn ikunu qegħdin il-faċilitajiet xierqa ta' ġenerazzjoni jew ta' domanda għall-għoti tas-servizz ikun żgħir wisq biex jiżgura l-kompetizzjoni effettiva. Il-provvista ta' riżorsi bbażati fuq is-suq għandha tkun miftuħa għat-teknoloġiji kollha ta' ġenerazzjoni, għall-ħżin u għar-rispons tad-domanda, inklużi l-operaturi li jinsabu fi Stati Membri oħra sakemm ma jkunux teknikament vijabbli.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-operaturi responsabbli mis-sistema għandhom jirrappurtaw mill-inqas darba fis-sena lill-awtorità regolatorja kompetenti dwar it-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid ‘l isfel tal-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja u dwar il-miżuri meħuda biex fil-futur titnaqqas il-ħtieġa għal dan it-tnaqqis jew għad-dispaċċ mill-ġdid ‘l isfel. It-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid ta' installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja għandhom ikunu soġġetti għal kumpens skont il-paragrafu 6.

3.  L-operaturi responsabbli mis-sistema għandhom jirrappurtaw mill-inqas darba fis-sena lill-awtorità regolatorja kompetenti u lill-ACER:

 

-  dwar il-livell ta' żvilupp u effettività tat-tnaqqis jew tad-dispaċċ mill-ġdid ibbażati fuq is-suq għall-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni, ħżin tal-enerġija jew rispons tad-domanda;

 

-  dwar ir-raġunijiet, il-volumi u t-tipi ta' teknoloġiji soġġetti għat-tnaqqis jew tad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel tal-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja;

 

-  dwar il-miżuri meħuda biex titnaqqas il-ħtieġa tat-tnaqqis jew tad-dispaċċ 'l isfel; u

 

-  dwar talbiet u arranġamenti kuntrattwali li jsiru ma' unitajiet ta' ġenerazzjoni sabiex ikunu jistgħu joperaw fuq livell speċifiku ta' forniment tal-elettriku. l-operaturi tas-sistema għandhom jiġġustifikaw il-ħtieġa ta' tali arranġamenti, u sa fejn dawn is-servizzi ma setgħux jiġu pprovduti minn riżorsi oħra; billi jistabbilixxu jekk dan kienx konformi mal-mod bl-anqas spiża biex jintlaħqu l-miri mal-Unjoni kollha.

 

Ir-Regolaturi għandhom jivvalutaw l-interess tas-suq darba fis-sena.

 

It-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid ta' installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew ta' ħżin li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja għandhom ikunu soġġetti għal kumpens skont il-paragrafu 6.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jiżguraw il-kapaċità tan-netwerks ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni biex jittrażmettu l-elettriku prodott mis-sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew mill-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja bl-inqas tnaqqis jew dispaċċ mill-ġdid possibbli. Dan ma għandux iwaqqaf l-ippjanar tan-netwerk milli jqis it-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid limitat, meta dan ikun jidher ekonomikament aktar effiċjenti u ma jaqbiżx il-5 % tal-kapaċitajiet installati li jużaw is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew il-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja fiż-żona tagħhom;

(a)  jiżguraw il-kapaċità tan-netwerks ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni biex jittrażmettu l-elettriku prodott jew maħżun mis-sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew mill-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja bl-inqas tnaqqis jew dispaċċ mill-ġdid possibbli. Dan ma għandux iwaqqaf l-ippjanar tan-netwerk milli jqis it-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid limitat, meta dan ikun jidher ekonomikament aktar effiċjenti u ma jaqbiżx il-5 % tal-kapaċitajiet installati jew maħżuna li jużaw is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, ir-rispons tad-domanda jew il-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja fil-punt ta' konnessjoni, dment li ssir konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati qabel l-approvazzjoni tiegħu;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jieħdu miżuri operazzjonali xierqa relatati mal-grilja u mas-suq biex jiġi minimizzat it-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid ‘l isfel tal-elettriku prodott mis-sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew mill-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja.

(b)  jiżguraw li n-netwerks tagħhom ikunu flessibbli biżżejjed b'tali mod li jkunu f'pożizzjoni li jimmaniġġjaw in-netwerks tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu [51] tad-Direttiva .../... [id-Direttiva dwar l-Elettriku].

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  jieħdu miżuri operazzjonali xierqa relatati mal-grilja u mas-suq biex b'mod effiċjenti jakkomodaw l-elettriku kollu prodott mis-sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew mill-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja u jimminimizzaw it-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel tagħhom.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-ġenerazzjoni ta' installazzjonijiet li jużaw koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja għandhom ikunu soġġetti biss għad-dispaċċ mill-ġdid ʼl isfel jew għat-tnaqqis jekk apparti t-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid ʼl isfel tal-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli, ma tkun teżisti l-ebda alternattiva oħra jew jekk soluzzjonijiet oħra jirriżultaw f’kostijiet jew f’riskji sproporzjonati għas-sigurtà tan-netwerk;

(b)  il-ġenerazzjoni ta' installazzjonijiet li jużaw koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja u b'mod partikolari, meta:

 

(i)  l-għan primarju ta' dawn l-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni huwa li jipproduċu s-sħana għall-proċessi ta' produzzjoni tas-sit industrijali kkonċernat;

 

(ii)  il-ġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija hija interkonnessa b'mod inseparabbli, b'tali mod li kwalunkwe bidla fil-ġenerazzjoni tas-sħana tirriżulta involontarjament f'bidla fil-ġenerazzjoni tal-enerġija attiva u viċi-versa;

 

għandhom ikunu soġġetti biss għad-dispaċċ mill-ġdid ʼl isfel jew għat-tnaqqis jekk apparti t-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid ‘l isfel tal-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli, ma tkun teżisti l-ebda alternattiva oħra jew jekk soluzzjonijiet oħra jirriżultaw f’kostijiet jew f'riskji sproporzjonati għas-sigurtà tan-netwerk;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-elettriku awtoġenerat mill-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja li ma jfornix in-netwerk ta' trażmissjoni jew ta' distribuzzjoni ma għandux jitnaqqas sakemm l-ebda soluzzjoni oħra ma ssolvi l-kwistjonijiet ta' sigurtà tan-netwerk;

(c)  l-elettriku awtoġenerat mill-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja li huwa maħsub primarjament għall-awtokonsum ma għandux jitnaqqas sakemm ma teżistix alternattiva jew jekk soluzzjonijiet oħra jirriżultaw f'riskji sproporzjonati għas-sigurtà tan-netwerk;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  id-dispaċċ mill-ġdid ʼl isfel jew it-tnaqqis skont l-ittri "a" sa "c" għandhom ikunu ġustifikati kif xieraq u b'mod trasparenti. Il-ġustifikazzjoni għandha tkun inkluża fir-rapport skont il-paragrafu 3.

(d)  id-dispaċċ mill-ġdid ʼl isfel jew it-tnaqqis skont il-punti "a" sa "c" hawn fuq għandhom ikunu ġustifikati kif xieraq u b'mod trasparenti. Il-ġustifikazzjoni għandha tkun inkluża fir-rapport skont il-paragrafu 3.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Jekk ma jintuża l-ebda tnaqqis jew dispaċċ mill-ġdid ibbażat fuq is-suq, għandu jkun soġġett għal kumpens finanzjarju mill-operatur tas-sistema li jitlob it-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid lil sid il-faċilità ta' ġenerazzjoni jew ta' domanda ta' tnaqqis jew ta' dispaċċ mill-ġdid. Il-kumpens finanzjarju għandu mill-inqas ikun daqs l-ogħla valur tal-elementi li ġejjin:

6.  Jekk ma jintuża l-ebda tnaqqis jew dispaċċ mill-ġdid ibbażat fuq is-suq, għandu jkun soġġett għal kumpens finanzjarju mill-operatur tas-sistema li jitlob it-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid lil sid il-faċilità ta' ġenerazzjoni jew ta' domanda ta' tnaqqis, ħżin tal-enerġija jew ta' dispaċċ mill-ġdid. Il-kumpens finanzjarju għandu mill-inqas ikun daqs l-ogħla valur tal-elementi li ġejjin:

(a)  il-kostijiet ta' tħaddim addizzjonali kkawżati mit-tnaqqis jew mid-dispaċċ mill-ġdid, bħall-kostijiet addizzjonali tal-fjuwil f'każ ta' dispaċċ mill-ġdid ʼil fuq jew il-provvista ta' sħana ta' riserva f'każ ta' dispaċċ mill-ġdid ʼl isfel jew ta' tnaqqis tal-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja;

(a)  il-kostijiet ta' tħaddim addizzjonali kkawżati mit-tnaqqis jew mid-dispaċċ mill-ġdid, bħall-kostijiet addizzjonali tal-fjuwil f'każ ta' dispaċċ mill-ġdid ʼil fuq jew il-provvista ta' sħana ta' riserva f'każ ta' dispaċċ mill-ġdid ʼl isfel jew ta' tnaqqis tal-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja;

(b)  90 % tad-dħul nett mill-bejgħ tal-elettriku fis-suq ta' ġurnata bil-quddiem li l-faċilità ta' ġenerazzjoni jew ta' domanda kieku tiġġenera mingħajr it-talba ta' tnaqqis jew ta' dispaċċ mill-ġdid. Meta jingħata l-appoġġ finanzjarju lill-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni jew ta' domanda abbażi tal-volum tal-elettriku ġġenerat jew ikkonsmat, l-appoġġ finanzjarju mitluf għandu jitqies bħala parti mid-dħul nett.

(b)  100 % tad-dħul nett mill-bejgħ tal-elettriku fis-suq ta' ġurnata bil-quddiem li l-faċilità ta' ġenerazzjoni, ħżin tal-enerġija jew ta' domanda kieku tiġġenera mingħajr it-talba ta' tnaqqis jew ta' dispaċċ mill-ġdid. Meta jingħata l-appoġġ finanzjarju lill-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni jew ta' domanda abbażi tal-volum tal-elettriku ġġenerat jew ikkonsmat, l-appoġġ finanzjarju mitluf għandu jitqies bħala parti mid-dħul nett. Il-kumpens sħiħ għandu jitħallas f'qafas ta' żmien raġonevoli wara li jkun seħħ it-tnaqqis.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rrappurtata skont il-paragrafu 3 tiġi riflessa permezz tal-proċess ta' rappurtar nazzjonali dwar is-suq intern tal-enerġija, kif previst fl-Artikolu [21] tar-Regolament .../... [Ir-Regolament dwar il-Governanza].

Ġustifikazzjoni

Il-proċeduri ta' rrappurtar għandhom jiġu ssimplifikati taħt ir-Regolament dwar il-Governanza biex jitnaqqas il-piż amministrattiv.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b.  Fejn applikabbli, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' Stati Membri differenti għandhom jaqblu dwar tqassim ġust tal-kostijiet tad-dispaċċ mill-ġdid u tal-iskambju kompensatorju transkonfinali.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom jinkludu wkoll arranġamenti għal dispaċċ mill-ġdid u skambju kompensatorju transkonfinali bejn fruntieri nazzjonali u dan loġikament isegwi minn paragrafi preċedenti ta' dan l-Artikolu.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-problemi dwar il-konġestjoni tan-netwerks għandhom jiġu indirizzati b'soluzzjonijiet mhux diskriminatorji bbażati fuq is-suq li jagħtu sinjali ekonomiċi effiċjenti lill-parteċipanti fis-suq u lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni. Il-problemi dwar il-konġestjoni tan-netwerks għandhom jiġu riżolti b'metodi mhux ibbażati fuq tranżazzjonijiet, jiġifieri metodi li ma jinvolvux għażla minn fost il-kuntratti tal-parteċipanti individwali fis-suq. Meta jieħu miżuri operazzjonali biex jiżgura li s-sistemi ta' trażmissjoni tiegħu jibqgħu fi stat normali, l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jqis l-effett ta' dawk il-miżuri fuq iż-żoni ġirien ta' kontroll u jikkoordina dawk il-miżuri ma' operaturi oħra affettwati tas-sistema ta' trażmissjoni kif previst fir-Regolament (UE) 1222/2015.

1.  Il-problemi dwar il-konġestjoni tan-netwerks għandhom jiġu indirizzati b'soluzzjonijiet mhux diskriminatorji bbażati fuq is-suq inklużi soluzzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija u tal-ġestjoni tad-domanda li jagħtu sinjali ekonomiċi effiċjenti lill-parteċipanti fis-suq u lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni. Il-problemi dwar il-konġestjoni tan-netwerks għandhom jiġu riżolti b'metodi mhux ibbażati fuq tranżazzjonijiet, jiġifieri metodi li ma jinvolvux għażla minn fost il-kuntratti tal-parteċipanti individwali fis-suq. Meta jieħu miżuri operazzjonali biex jiżgura li s-sistemi ta' trażmissjoni tiegħu jibqgħu fi stat normali, l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jqis l-effett ta' dawk il-miżuri fuq iż-żoni ġirien ta' kontroll u jikkoordina dawk il-miżuri ma' operaturi oħra affettwati tas-sistema ta' trażmissjoni kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1222/2015.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-effiċjenza fl-enerġija u r-rispons tad-domanda tal-Artikoli 3(1 e,f), 16(2,8), 18(3), 19(4b), 25(2) u 55(1,l), il-loġika tar-regolament għandha tiġi applikata wkoll għall-ġestjoni tal-konġestjoni.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-kapaċità massima tal-interkonnessjonijiet u/jew tan-netwerks ta' trażmissjoni li taffettwa l-flussi transkonfinali għandha tkun disponibbli għall-parteċipanti fis-suq u tikkonforma mal-istandards ta' sikurezza tat-tħaddim sigur tan-netwerk. L-iskambju kompensatorju u d-dispaċċ mill-ġdid, li jinkludi d-dispaċċ mill-ġdid transkonfinali, għandhom jintużaw biex jimmassimizzaw l-kapaċitajiet disponibbli sakemm ma jintweriex li mhuwiex ta' benefiċċju għall-effiċjenza ekonomika fil-livell tal-Unjoni.

3.  Il-kapaċità massima tal-interkonnessjonijiet u/jew tan-netwerks ta' trażmissjoni li taffettwa l-flussi transkonfinali għandha tkun disponibbli għall-parteċipanti fis-suq u tikkonforma mal-istandards ta' sikurezza tat-tħaddim sigur tan-netwerk. L-iskambju kompensatorju u d-dispaċċ mill-ġdid, li jinkludi d-dispaċċ mill-ġdid transkonfinali, għandhom jintużaw biex jiggarantixxu s-sodezza tal-iskambju skedat fil-każ ta' tnaqqis tal-kapaċità netta ta' trasferiment disponibbli minħabba raġunijiet tas-sigurtà tas-sistema.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-imposti applikati minn operaturi tan-netwerks għall-aċċess għan-netwerks , inklużi l-imposti għall-konnessjoni man-netwerks, l-imposti għall-użu tan-netwerks u, fejn applikabbli, l-imposti għar-rinfurzar tan-netwerk, għandhom ikunu trasparenti, filwaqt li jqisu l-ħtieġa għas-sigurtà u l-flessibbltà tan-netwerk u jirriflettu l-kostijiet reali mġarrba sakemm jikkorrispondu għal dawk ta' operatur tan-netwerk effiċjenti u strutturalment komparabbli u jkunu applikati b'mod mhux diskriminatorju. B'mod partikolari, dawn għandhom jiġu applikati b'mod li ma jiddiskriminax bejn il-produzzjoni konnessa fil-livell ta' distribuzzjoni u l-produzzjoni konnessa fil-livell ta' trażmissjoni, kemm b'mod pożittiv kif ukoll b'mod negattiv. La għandhom jiddiskrimnaw kontra l-ħżin tal-enerġija u lanqas ma għandhom joħolqu diżinċentivi għall-parteċipazzjoni fir-rispons tad-domanda.

1.  L-imposti applikati minn operaturi tan-netwerks għall-aċċess għan-netwerks , inklużi l-imposti għall-konnessjoni man-netwerks, l-imposti għall-użu tan-netwerks u, fejn applikabbli, l-imposti għar-rinfurzar tan-netwerk, għandhom ikunu trasparenti, filwaqt li jqisu l-ħtieġa għas-sigurtà u l-flessibbltà tan-netwerk u jirriflettu l-kostijiet reali mġarrba sakemm jikkorrispondu għal dawk ta' operatur tan-netwerk effiċjenti u strutturalment komparabbli u jkunu applikati b'mod mhux diskriminatorju. B'mod partikolari, dawn għandhom jiġu applikati b'mod li ma jiddiskriminax bejn il-produzzjoni konnessa fil-livell ta' distribuzzjoni u l-produzzjoni konnessa fil-livell ta' trażmissjoni, kemm b'mod pożittiv kif ukoll b'mod negattiv. La għandhom jiddiskriminaw kontra l-ħżin tal-enerġija, b'mod speċifiku billi ma jkunx hemm imposti doppji fuq il-ħżin tal-enerġija, u l-aggregazzjoni u lanqas ma għandhom joħolqu diżinċentivi għall-awtoġenerazzjoni, l-awtokonsum, u għall-parteċipazzjoni fir-rispons tad-domanda. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, dawk l-imposti ma għandhomx ikunu relatati mad-distanza.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-tariffi għandhom jagħtu inċentivi xierqa lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni, kemm fuq perjodu qasir kif ukoll fuq perjodu twil, biex iżidu l-effiċjenzi, inkluża l-effiċjenza fl-enerġija, irawwmu l-integrazzjoni tas-suq u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, u jappoġġaw l-investimenti u l-attivitajiet ta' riċerka relatati.

2.  It-tariffi għandhom jagħtu inċentivi xierqa lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni, kemm fuq perjodu qasir kif ukoll fuq perjodu twil, biex iżidu l-effiċjenzi, inkluża l-effiċjenza fl-enerġija, irawmu l-integrazzjoni tas-suq, inkluż għal sorsi rinovabbli u faċilitajiet għall-ħżin tal-enerġija, u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, u jappoġġaw l-investimenti u l-attivitajiet ta' riċerka relatati.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  It-tariffi ta' distribuzzjoni għandhom jirriflettu l-kost għall-użu tan-netwerk ta' distribuzzjoni mill-utenti tas-sistema inklużi l-klijenti attivi u jistgħu jkunu differenzjati abbażi tal-profili ta' konsum jew ta' ġenerazzjoni tal-utenti tas-sistema. Jekk l-Istati Membri jkunu introduċew sistemi ta' kejl intelliġenti, l-awtoritajiet regolatorji jistgħu jintroduċu tariffi tan-netwerk differenzjati skont il-ħin, li jirriflettu l-użu tan-netwerk b’mod trasparenti u prevedibbli għall-klijent.

7.  It-tariffi ta' distribuzzjoni għandhom jirriflettu l-kost għall-użu tan-netwerk ta' distribuzzjoni u l-benefiċċji tal-aċċess tiegħu mill-utenti tas-sistema inklużi l-klijenti attivi u jistgħu jkunu differenzjati abbażi tal-profili ta' konsum, ta' ħżin jew ta' ġenerazzjoni tal-utenti tas-sistema. Jekk l-Istati Membri jkunu introduċew sistemi ta' kejl intelliġenti, l-awtoritajiet regolatorji jistgħu jintroduċu tariffi tan-netwerk differenzjati skont il-ħin, li jirriflettu l-użu tan-netwerk b’mod trasparenti u prevedibbli għall-klijent.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-awtoritajiet regolatorji għandhom jipprovdu inċentivi lill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni biex jakkwistaw servizzi għat-tħaddim u l-iżvilupp tan-netwerks tagħhom u jintegraw soluzzjonijiet fis-sistemi ta' distribuzzjoni. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jirrikonoxxu bħala eliġibbli u jinkludu l-kostijiet rilevanti kollha fit-tariffi ta' distribuzzjoni u jintroduċu miri ta' prestazzjoni sabiex jinċentivaw lill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni biex iżidu l-effiċjenzi fin-netwerks tagħhom, inkluża l-effiċjenza fl-enerġija.

8.  L-awtoritajiet regolatorji għandhom jipprovdu inċentivi lill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni biex jakkwistaw servizzi għat-tħaddim u l-iżvilupp tan-netwerks tagħhom u jintegraw soluzzjonijiet fis-sistemi ta' distribuzzjoni. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jirrikonoxxu bħala eliġibbli u jinkludu l-kostijiet rilevanti kollha fit-tariffi ta' distribuzzjoni u jintroduċu miri ta' prestazzjoni sabiex jinċentivaw lill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni biex iżidu l-effiċjenzi, inklużi l-effiċjenza fl-enerġija u l-flessibbiltà fin-netwerks tagħhom, u jippromwovu l-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u ħżin tal-enerġija.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 9 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  it-tneħħija ta' inċentivi li huma ta' detriment għall-effiċjenza fl-enerġija u l-ġestjoni tad-domanda

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 9 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  il-metodi għall-kalkolu tal-benefiċċji tal-awtokonsum, il-ġenerazzjoni deċentralizzata, il-ħżin u r-rispons tad-domanda, kif ukoll il-komplementarjetà tagħhom;

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull dħul li jirriżulta mill-allokazzjoni ta' kapaċità ta' interkonnessjoni għandu jintuża għall-għanijiet li ġejjin:

2.  Id-dħul li jirriżulta mill-allokazzjoni ta' kapaċità ta' interkonnessjoni għandu jintuża għall-għanijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet fl-ewwel parti tal-ittra (b) huma meħtieġa sabiex jirriflettu l-bqija tat-test. Mhuwiex possibbli li jiġu ddissoċjati l-partijiet differenti ta' dan l-Artikolu.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  biex iżomm jew iżid il-kapaċitajiet ta' interkonnessjoni permezz ta' investimenti fin-netwerks, b'mod partikolari f'interkonnetturi ġodda.

(b)  biex iżomm jew iżid il-kapaċitajiet ta' interkonnessjoni permezz ta' investimenti fin-netwerks, b'mod partikolari f'interkonnetturi ġodda u linji interni li huma elenkati fil-Pjan ta' Għaxar Snin għall-Iżvilupp tan-Netwerk ta' ENTSOE bħala rilevanti biex inaqqsu l-konġestjoni tal-interkonnettur, kif ukoll azzjonijiet ta' rimedju transkonfinali bħad-dispaċċ mill-ġdid u l-iskambju kompensatorju.

Jekk id-dħul ma jkunx jista' jintuża b'mod effiċjenti għall-finijiet stipulati fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu, dan għandu jitqiegħed f'linja ta' kont interna separata biex tintuża fil-futur għal dawn il-finijiet.

Jekk id-dħul ma jkunx jista' jintuża b'mod effiċjenti għall-finijiet stipulati fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu, huwa jista' jintuża, bħala għażla residwa, soġġett għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri kkonċernati, sa ammont massimu li għandu jkun deċiż minn dawk l-awtoritajiet regolatorji, bħala introjtu li għandu jitqies mill-awtoritajiet regolatorji meta japprovaw il-metodoloġija għall-kalkolu tat-tariffi tan-netwerk, u/jew sabiex jistabbilixxu t-tariffi tan-netwerk. L-awtoritajiet regolatorji jistgħu japprovaw din l-għażla biss f'każijiet fejn l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jieħu deċiżjoni ta' impenn li jwettaq il-proġetti kollha tal-interkonnetturi li għandhom benefiċċju nett pożittiv u jkollu karta tal-bilanċ li tkun biżżejjed biex jiġu ffinanzjati dawn l-investimenti. Il-bqija tad-dħul għandu jitqiegħed f'linja ta' kont interna separata sakemm jasal iż-żmien li jista' jintefaq għall-finijiet stipulati fil-punti (a) u/jew (b) tal-ewwel subparagrafu. L-awtorità regolatorja għandha tinforma lill-Aġenzija bl-approvazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu.

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet fl-ewwel parti tal-ittra (b) huma meħtieġa sabiex jirriflettu l-bqija tat-test. Mhuwiex possibbli li jiġu ddissoċjati l-partijiet differenti ta' dan l-Artikolu.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-użu tad-dħul skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għandu jkun soġġett għall-metodoloġija proposta mill-Aġenzija u approvata mill-Kummissjoni. Il-proposta tal-Aġenzija għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sa [OP: l2-il xahar wara d-dħul fis-seħħ] u tiġi approvata fi żmien sitt xhur.

imħassar

L-Aġenzija tista', fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba mill-Kummissjoni, taġġorna l-metodoloġija u l-Kummissjoni għandha tapprova l-metodoloġija aġġornata sa mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta tiġi ppreżentata.

 

Qabel tippreżentaha lill-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tikkonsulta dwar il-metodoloġija skont l-Artikolu 15 [riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 kif proposta mill-COM(2016) 863/2].

 

Il-metodoloġija għandha mill-inqas tagħti d-dettalji dwar il-kundizzjonijiet li skonthom id-dħul jista' jintuża għall-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 u l-kundizzjonijiet li skonthom, u għal kemm żmien, dawn jistgħu jitqiegħdu f’linja ta' kont interna separata għall-użu futur għal dawk l-għanijiet.

 

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu biċ-ċar minn qabel kif se jintuża kull introjtu mill-konġestjoni u jirrappurtaw dwar l-użu reali ta' dak l-introjtu. Fuq bażi annwali u sal-31 ta' Lulju ta' kull sena, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw rapport li jistabbilixxi l-ammont ta' dħul miġbur għall-perjodu ta' 12-il xahar li jispiċċa fit-30 ta' Ġunju tal-istess sena u kif intuża dak id-dħul, inklużi l-proġetti speċifiċi li l-introjtu ntuża għalihom jew l-ammont imqiegħed fuq linja ta' kont separata flimkien mal-verifika li dak l-użu jikkonforma ma’ dan ir-Regolament u mal-metodoloġija żviluppata skont il-paragrafu 3.

imħassar

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-adegwatezza tar-riżorsi fit-territorju tagħhom abbażi tal-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi skont l-Artikolu 19.

1.  L-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-adegwatezza tar-riżorsi fit-territorju tagħhom u jirrappurtaw dwarha abbażi tal-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi skont l-Artikolu 19, kif ukoll abbażi ta' valutazzjoni nazzjonali u reġjonali, skont il-ħtieġa.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi tidentifika tħassib għall-adegwatezza tar-riżorsi, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw kwalunkwe distorsjoni regolatorja li kkawżat jew li kellha sehem fil-ħolqien ta' dak it-tħassib.

2.  Meta l-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi tidentifika tħassib għall-adegwatezza tar-riżorsi, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw kwalunkwe distorsjoni regolatorja u fallimenti tas-suq li kkawżaw jew li kellhom sehem fil-ħolqien ta' dak it-tħassib.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw skeda ta' żmien għall-miżuri li jadottaw biex jeliminaw kull distorsjoni regolatorja identifikata. Meta jindirizzaw it-tħassib għall-adegwatezza tar-riżorsi l-Istati Membri għandhom iqisu b'mod partikolari li jeliminaw id-distorsjonijiet regolatorji, japplikaw prezzijiet li jirriflettu n-nuqqas tad-domanda, jiżviluppaw interkonnessjonijiet, ħżin tal-enerġija, miżuri min-naħa tad-domanda u effiċjenza fl-enerġija.

3.  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw kalendarju ta' żmien u pjan ta' implimentazzjoni għall-miżuri li jadottaw biex jeliminaw kull distorsjoni regolatorja identifikata u azzjoni għall-indirizzar tal-fallimenti tas-suq. Meta jindirizzaw it-tħassib għall-adegwatezza tar-riżorsi l-Istati Membri għandhom iqisu b'mod partikolari li jeliminaw id-distorsjonijiet regolatorji, japplikaw prezzijiet li jirriflettu n-nuqqas tad-domanda, jiżviluppaw interkonnessjonijiet, ħżin tal-enerġija, miżuri min-naħa tad-domanda u effiċjenza fl-enerġija.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu indikaturi biex jirrappurtaw dwar l-effettività tal-miżuri adottati skont il-paragrafu 3, u għandhom jirrevedu kif xieraq il-mekkaniżmi ta' kapaċità stabbiliti skont l-Artikolu 23.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi għandha tkun ibbażata fuq metodoloġija li tiżgura li l-valutazzjoni:

4.  Il-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi għandha tkun ibbażata fuq metodoloġija li tiżgura li l-valutazzjoni:

(a)  titwettaq fil-livell taż-żona tal-offerti li jkopri mill-inqas l-Istati Membri kollha;

(a)  titwettaq fil-livell taż-żona tal-offerti li jkopri mill-inqas l-Istati Membri kollha;

(b)  tkun ibbażata fuq xenarji xierqa ta' projezzjonijiet tad-domanda u tal-provvista inkluża valutazzjoni ekonomika tal-probabbiltà ta' rtirar, ta' ħolqien ġdid tal-assi ta' ġenerazzjoni u ta' miżuri biex jinkisbu l-miri tal-effiċjenza fl-enerġija u aspetti sensittivi xierqa dwar il-prezzijiet bl-ingrossa u l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-karbonju;

(b)  tkun ibbażata fuq xenarji xierqa ta' projezzjonijiet tad-domanda u tal-provvista inkluża valutazzjoni ekonomika tal-probabbiltà ta' rtirar, ta' sospensjoni temporanja, ta' ħolqien ġdid tal-assi ta' ġenerazzjoni u ta' miżuri biex jinkisbu l-miri tal-effiċjenza fl-enerġija u tal-interkonnessjoni tal-elettriku u aspetti sensittivi xierqa dwar il-prezzijiet bl-ingrossa u l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-karbonju;

(c)  tqis b'mod xieraq il-kontribuzzjoni tar-riżorsi kollha inkluża l-ġenerazzjoni eżistenti u futura, il-ħżin tal-enerġija, ir-rispons tad-domanda u l-possibiltajiet ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni u l-kontribuzzjoni tagħhom għat-tħaddim flessibbli tas-sistema;

(c)  tqis b'mod xieraq il-kontribuzzjoni tar-riżorsi kollha inkluża l-ġenerazzjoni eżistenti u futura, il-ħżin tal-enerġija, ir-rispons tad-domanda u l-possibiltajiet ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni u l-kontribuzzjoni tagħhom għat-tħaddim flessibbli tas-sistema;

(d)  tantiċipa l-impatt probabbli tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 18(3);

(d)  tantiċipa l-impatt probabbli tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 18(3);

(e)  tinkludi xenarji mingħajr mekkaniżmi ta' kapaċità eżistenti jew ippjanati;

(e)  tinkludi xenarji mingħajr mekkaniżmi ta' kapaċità eżistenti jew ippjanati;

(f)   tkun ibbażata fuq mudell tas-suq li, fejn applikabbli, juża l-approċċ ibbażat fuq il-fluss;

(f)  tkun ibbażata fuq mudell tas-suq li, fejn applikabbli, juża l-approċċ ibbażat fuq il-fluss;

(g)  tapplika kalkoli probabilistiċi;

(g)  tapplika kalkoli probabilistiċi;

(h)  tapplika mill-inqas l-indikaturi li ġejjin:

(h)  tapplika mill-inqas l-indikaturi li ġejjin:

–  "l-enerġija mbassra mhux ipprovduta", u

–  "l-enerġija mbassra mhux ipprovduta", u

–  "tbassir tat-telf tat-tagħbija";

–  "tbassir tat-telf tat-tagħbija";

(i)  tidentifika s-sorsi ta' tħassib possibli ta' adegwatezza tar-riżorsi, tindika b'mod partikolari jekk ikunx ostakolu tan-netwerk jew tar-riżorsi, jew tat-tnejn li huma.

(i)  tidentifika s-sorsi ta' tħassib possibli ta' adegwatezza tar-riżorsi, tindika b'mod partikolari jekk ikunx ostakolu tan-netwerk jew tar-riżorsi, jew tat-tnejn li huma.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-proposti skont il-paragrafi 2 u 5 u r-riżultati tal-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi skont il-paragrafu 3 għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni u approvazzjoni minn qabel mill-Aġenzija, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22.

6.  Il-proposti skont il-paragrafi 2 u 5, ix-xenarji u s-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati u r-riżultati tal-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi skont il-paragrafu 3 għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha u approvazzjoni minn qabel mill-Aġenzija, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta japplikaw il-mekkaniżmi ta' kapaċità, l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ standard ta' affidabbiltà li jindika b’mod trasparenti l-livell mixtieq minnhom ta' sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

1.  Meta japplikaw il-mekkaniżmi ta' kapaċità, l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ standard ta' affidabbiltà, li għandu jindika l-livell meħtieġ ta' sigurtà tal-provvista, abbażi ta' analiżi kostijiet-benefiċċji trasparenti, oġġettiva, verifikabbli u bir-reqqa.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-istandard ta' affidabbiltà għandu jkun stabbilit mill-awtorità regolatorja nazzjonali bbażat fuq il-metodoloġija skont l-Artikolu 19(5).

2.  L-istandard ta' affidabbiltà għandu jkun stabbilit mill-awtorità regolatorja nazzjonali bbażat fuq il-metodoloġija skont l-Artikolu 19(5), filwaqt li jitqiesu l-prinċipji ta' neċessità u ta' proporzjonalità u l-ħtieġa li jiġu evitati l-impatti negattivi tas-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent u d-distorsjonijiet tas-suq bla bżonn, inkluża l-kapaċità żejda.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Kull sena ċ-ċentri operazzjonali reġjonali stabbiliti skont l-Artikolu 32 għandhom jikkalkulaw il-kapaċità massima ta' dħul disponibbli għall-parteċipazzjoni tal-kapaċità barranija filwaqt li jqisu d-disponibbiltà mistennija ta' interkonnesjoni u l-konkorrenza probabbli ta' pressjoni fuq is-sistema bejn is-sistema fejn jiġi applikat il-mekkaniżmu u s-sistema fejn tkun tinsab il-kapaċità barranija. Jeħtieġ li jsir kalkolu għal kull konfini taż-żona tal-offerti.

6.  Meta jiġu applikati l-mekkaniżmi ta' kapaċità, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jassistu lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti fil-kalkolu tal-kapaċità massima ta' dħul disponibbli għall-parteċipazzjoni tal-kapaċità barranija filwaqt li jqisu d-disponibbiltà mistennija ta' interkonnesjoni u l-konkorrenza probabbli ta' pressjoni fuq is-sistema bejn is-sistema fejn jiġi applikat il-mekkaniżmu u s-sistema fejn tkun tinsab il-kapaċità barranija. Jeħtieġ li jsir kalkolu għal kull konfini taż-żona tal-offerti.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex jindirizzaw it-tħassib residwu li ma jistax jiġi eliminat bil-miżuri skont l-Artikolu 18(3), l-Istati Membri jistgħu jintroduċu mekkaniżmi ta' kapaċità, soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

1.  Biex jindirizzaw it-tħassib residwu li ma jistax jiġi eliminat bil-miżuri skont l-Artikolu 18(3), l-Istati Membri għandhom iħejju pjan li jipprevedi miżuri xierqa biex jindirizzaw dan it-tħassib, li għandhom jiġu implimentati fi żmien perjodu massimu ta' ħames snin.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-pjan skont il-paragrafu 1 għandu jkollu l-għan li jiżgura l-adegwatezza tar-riżorsi mingħajr rikors addizzjonali għall-mekkaniżmi ta' kapaċità, permezz ta' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

 

(a)  il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli addizzjonali;

 

(b)  l-effiċjenza fl-enerġija;

 

(c)  ir-rispons min-naħa tad-domanda;

 

(d)  il-ħżin;

 

(e)  l-interkonnessjoni.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Sakemm jiġi implimentat il-pjan skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu mekkaniżmi ta' kapaċità, jekk ikun meqjus fuq il-bażi ta' valutazzjoni tal-impatt u soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk Stat Membru jkun jixtieq jimplimenta mekkaniżmu ta' kapaċità, dan għandu jikkonsulta dwar il-mekkaniżmu propost mill-inqas mal-Istati Membri ġirien tiegħu konnessi bl-elettriku.

2.  Jekk Stat Membru jkun jixtieq jimplimenta mekkaniżmu ta' kapaċità, dan għandu jikkonsulta dwar il-mekkaniżmu propost mal-partijiet ikkonċernati kollha, inkluż mal-Istati Membri ġirien tiegħu konnessi bl-elettriku.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-mekkaniżmi ta' kapaċità la għandhom joħolqu distorsjonijiet tas-suq bla bżonn u lanqas jillimitaw il-kummerċ transkonfinali. L-ammont ta' kapaċità impenjat fil-mekkaniżmu ma għandux imur lil hinn minn dak meħtieġ biex jindirizza t-tħassib.

3.  Il-mekkaniżmi ta' kapaċità ma għandhomx joħolqu distorsjonijiet tas-suq bla bżonn, b'mod partikolari billi jiddiskriminaw kontra sorsi ta' enerġija rinnovabbli, jiskoraġġixxu r-rikors għall-konsum flessibbli u għall-effiċjenza fl-enerġija, jew iżidu l-kostijiet għall-konsumaturi. Huma ma għandhomx jillimitaw il-kummerċ transkonfinali. It-tul taż-żmien u l-ammont ta' kapaċità impenjat fil-mekkaniżmu ma għandux imur lil hinn minn dak meħtieġ biex jindirizza t-tħassib.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-fornituri tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta' kriterji trasparenti, fosthom kriterji ta' flessibbiltà. Tali kriterji għandu jkollhom l-għan li jimmassimizzaw il-kapaċità ta' kalar, u jimminimizzaw il-livell meħtieġ ta' output stabbli tal-impjanti tal-enerġija li jibbenefikaw minn mekkaniżmi ta' kapaċità.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-kapaċità ta' ġenerazzjoni li għaliha tkun ittieħdet deċiżjoni finali ta' investiment wara [OP: Il-kapaċità ta' ġenerazzjoni għandha tkun eliġibbli biss biex tipparteċipa f'mekkaniżmu ta' kapaċità jekk l-emissjonijiet tagħha jkunu anqas minn 550 gr CO2/kWh. Il-kapaċità ta' ġenerazzjoni b'emissjoni ta' 550 gr CO2/kWh jew aktar ma għandhiex tkun impenjata f'mekkaniżmi ta' kapaċità 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

4.  Il-kapaċità ta' ġenerazzjoni li għaliha tkun ittieħdet deċiżjoni finali ta' investiment wara [OP: Il-kapaċità ta' ġenerazzjoni għandha tkun eliġibbli biss biex tipparteċipa f'mekkaniżmu ta' kapaċità jekk l-emissjonijiet tagħha jkunu anqas minn 550 gr CO2/kWh. Il-kapaċità ta' ġenerazzjoni b'emissjoni ta' 550 gr CO2/kWh jew aktar ma għandhiex tkun impenjata f'mekkaniżmi ta' kapaċità sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jew 5 snin għal dawk l-impjanti li jagħmlu parti minn riservi strateġiċi.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-fattur tal-emissjonijiet ta' CO2 ta' installazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku għandu jkun ibbażat fuq l-effiċjenza netta b'kapaċità nominali taħt il-kundizzjonijiet ISO.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Jekk il-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi ma tkunx identifikat tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi, l-Istati Membri ma għandhomx japplikaw il-mekkaniżmi ta' kapaċità.

5.  Jekk Stat Membru jkun jixtieq jimplimenta mekkaniżmu ta' kapaċità, dan jeħtieġlu jispjega l-konsistenza tiegħu mal-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi, speċjalment fir-rigward tal-ġustifikazzjoni, il-kamp ta' applikazzjoni, il-bidu u t-tmiem, u l-implimentazzjoni fuq bosta snin.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Meta jfasslu l-mekkaniżmi ta' kapaċità, l-Istati Membri għandhom jinkludu klawsola ta' ħruġ, dispożizzjoni li tippermetti l-eliminazzjoni gradwali effiċjenti ta' mekkaniżmu ta' kapaċità fil-każ li l-valutazzjoni dwar l-adegwatezza tar-riżorsi tagħti prova li t-tħassib dwar l-adegwatezza ma jkunx għadu preżenti.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 23a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 23a

 

Bord Konsultattiv tad-Disinn tas-Suq tal-Elettriku

 

Fi żmien ...[12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandu jiġi stabbilit Bord Konsultattiv tad-Disinn tas-Suq tal-Elettriku. Il-Bord Konsultattiv għandu jikkonsisti minn esperti ta' livell għoli tal-Istati Membri u grupp rilevanti u bilanċjat ta' esperti mis-settur tal-enerġija, inklużi utilitajiet, investituri, fornituri tat-teknoloġija, operaturi tan-netwerk, gruppi għall-protezzjoni tal-klima, rappreżentanti tal-konsumaturi u rappreżentanti tal-komunitajiet lokali tal-enerġija.

 

Il-Bord Konsultattiv għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-kompetenzi u l-għarfien espert, u b'hekk javża u jassisti lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' inizjattivi tal-politika futuri relatati mad-disinn tas-suq tal-elettriku Ewropew. Huwa għandu jagħmel dan billi jifformula opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew rapporti, fejn xieraq.

 

Fi żmien 24 xahar wara l-istabbiliment tal-Bord Konsultattiv, il-Kummissjoni għandha tislet il-konklużjonijiet tagħha mid-diskussjoni permezz ta' Komunikazzjoni li tistabbilixxi l-prijoritajiet strateġiċi għal suq tal-elettriku Ewropew li jkun kapaċi jixpruna l-investimenti meħtieġa għal tranżizzjoni lejn enerġija sostenibbli, sikura u affordabbli.

Ġustifikazzjoni

L-UE qiegħda timxi lejn sistema tal-enerġija li tipproduċi enerġija bi spiża marġinali baxxa, iżda li tirrikjedi investimenti inizjali għoljin. Is-suq tal-elettriku attwali li jirremunera l-enerġija b’kostijiet marġinali biss ma jirriflettix din il-bidla. Ir-remunerazzjoni bbażata fuq is-suq tibqa' sfida. Tibdil fil-prinċipji fundamentali dwar kif l-UE tipproduċi u tuża l-enerġija biex tibni futur b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju jirrikjedi riflessjoni bir-reqqa dwar id-disinn tas-suq tal-enerġija.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri li japplikaw il-mekkaniżmi ta' kapaċità fi [OP: id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom jadattaw il-mekkaniżmi tagħhom biex jikkonformaw mal-Artikoli 18, 21 u 23 ta' dan ir-Regolament.

L-Istati Membri li japplikaw il-mekkaniżmi ta' kapaċità fi [OP: id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom jadattaw il-mekkaniżmi tagħhom biex jikkonformaw mal-Artikoli 18, 21 u 23 ta' dan ir-Regolament sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-għan li jinħoloq suq intern tal-elettriku (bl-ingrossa) fl-Ewropa, li għalih huwa meħtieġ disinn tas-suq nazzjonali uniformi.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri u r-reġjuni li jiddeċiedu - indipendentement minn regoli armonizzati tal-mekkaniżmi ta' kapaċità, jew b'konsegwenza tagħhom - li jeliminaw gradwalment b'mod attiv il-ġenerazzjoni tal-elettriku bil-faħam, għandhom jingħataw qafas ta' abilitazzjoni fit-tul għal tranżizzjoni ġusta lejn sistema tal-elettriku sostenibbli u flessibbli. L-irtirar immaniġġjat u ppjanat tal-kapaċità mħaddma bil-faħam jgħin sabiex jitjieb il-funzjonament tas-sistema tal-elettriku minbarra li jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-UE, pereżempju dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-arja nadifa.

Ġustifikazzjoni

Id-dekarbonizzazzjoni jeħtieġ li tkun inklużiva, ġusta u miftiehma mill-partijiet ikkonċernati kollha u tqis l-impatti soċjetali, ekonomiċi u ambjentali, kif ukoll l-alternattivi ta' xogħol sostenibbli, speċjalment meta l-eliminazzjoni gradwali tkun marbuta mal-għeluq ta' attivitajiet ta' estrazzjoni. Azzjoni preparatorja dwar l-istabbiliment ta' pjattaforma ta' djalogu dwar il-faħam biex jiġu diskussi l-aspetti ta' governanza, it-tranżizzjoni ġusta u d-dekummissjonar waslet biex tibda u r-regoli dwar is-Suq tal-Elettriku tal-UE jenħtieġ li jkunu konformi ma' dawn l-attivitajiet.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu skont id-dritt tal-UE, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jaġixxi fl-interess Ewropew, indipendentement mill-interessi nazzjonali individwali jew mill-interessi nazzjonali tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u għandu jikkontribwixxi għall-kisba effiċjenti u sostenibbli tal-objettivi stabbiliti fil-qafas ta' politika għall-enerġija u l-klima li jkopri l-perjodu mill-2020 sal-2030, b'mod partikolari billi jikkontribwixxi għall-integrazzjoni effiċjenti tal-elettriku ġġenerat mis-sorsi ta' enerġija rinnovabbli u għaż-żieda fl-effiċjenza tal-enerġija.

2.  Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu skont id-dritt tal-UE, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jaġixxi fl-interess Ewropew, indipendentement mill-interessi nazzjonali individwali jew mill-interessi nazzjonali tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u għandu jikkontribwixxi għall-kisba effiċjenti u sostenibbli tal-objettivi stabbiliti fil-qafas ta' politika għall-enerġija u l-klima li jkopri l-perjodu mill-2020 sal-2030, b'mod partikolari billi jikkontribwixxi għall-integrazzjoni effiċjenti tal-elettriku ġġenerat mis-sorsi ta' enerġija rinnovabbli b'kombinament mal-ħżin tal-enerġija u rispons tad-domanda u għaż-żieda fl-effiċjenza tal-enerġija.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa [OP: tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ], l-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu ċentri operazzjonali reġjonali skont il-kriterji stabbiliti f'dan il-kapitolu. Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom ikunu stabbiliti fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri tar-reġjun fejn dawn se jwettqu l-ħidma tagħhom.

1.  Sa [OP: tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ], l-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni ta' reġjun ta' tħaddim tas-sistema għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun għal rieżami, proposta għall-istabbiliment ta' ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali skont il-kriterji stabbiliti f'dan il-kapitolu.

 

Il-proposta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

 

(a)  l-Istat Membru fejn se jinstab iċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali;

 

(b)  l-arranġamenti organizzazzjonali, finanzjarji u operazzjonali neċessarji sabiex jiġi żgurat it-tħaddim effiċjenti, sigur u affidabbli tas-sistema ta' trażmissjoni interkonnessa;

 

(c)  pjan ta' implimentazzjoni għall-bidu tat-tħaddim taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;

 

(d)  l-istatuti u r-regoli ta' proċedura taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;

 

(e)  deskrizzjoni tal-proċessi kooperattivi skont l-Artikolu 35;

 

(f)  deskrizzjoni tal-arranġamenti li jikkonċernaw ir-responsabbiltà taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 44.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  It-tħaddim effettiv tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jkun ir-responsabbiltà ta' kull operatur tas-sistema ta' trażmissjoni b'mod konformi mal-Artikolu 44.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  koordinazzjoni u ottimizzazzjoni tar-restawr reġjonali;

imħassar

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  analiżi u rappurtar ta' wara t-tħaddim u t-tfixkil;

imħassar

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  iffissar tad-dimensjoni reġjonali tal-kapaċità ta' riserva;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Allinjata mal-emenda fl-Artikolu 5(7). L-akkwist u d-daqs tal-kapaċità ta' riserva huma marbuta mill-qrib mal-ispeċifiċitajiet tas-sistema, mal-istaġun, u b'hekk mas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Minħabba li t-TSOs nazzjonali jinżammu responsabbli għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, huma għandhom jippreservaw ukoll id-dritt li jiksbu l-ammont tal-kapaċità ta' bbilanċjar/riservi, li huma jaħsbu li hu biżżejjed.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  iffaċilitar tal-akkwist reġjonali tal-kapaċità ta' bbilanċjar;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Allinjata mal-emenda fl-Artikolu 5(8). L-akkwist u d-daqs tal-kapaċità ta' riserva huma marbuta mill-qrib mal-ispeċifiċitajiet tas-sistema, mal-istaġun, u b'hekk mas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Minħabba li t-TSOs nazzjonali jinżammu responsabbli għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, huma għandhom jippreservaw ukoll id-dritt li jiksbu l-ammont tal-kapaċità ta' bbilanċjar/riservi.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  previżjonijiet reġjonali tal-adegwatezza tas-sistema sal-perjodu ta' żmien tal-istess ġurnata u t-tħejjija tal-azzjonijiet li jnaqqsu r-riskji;

(i)  previżjonijiet reġjonali tal-adegwatezza tas-sistema sal-perjodu ta' żmien tal-istess ġurnata;

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  ottimizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta' kumpens bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;

imħassar

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  taħriġ u ċertifikazzjoni;

imħassar

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m)  identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi reġjonali skont l-Artikolu 6(1) ta' [Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji kif propost mill-OM(2016) 862] jekk il-kompitu jiġi ddelegat mill-ENTSO għall-Elettriku;

imħassar

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt n

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n)  tħejjija u twettiq tas-simulazzjonijiet annwali ta' kriżi f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 12(3) ta' [Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji kif propost mill-COM(2016) 862];

imħassar

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o)  kompiti relatati mal-identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi reġjonali jekk u safejn jiġu ddelegati liċ-ċentri operazzjonali reġjonali skont l-Artikolu 6(1) ta' [Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji kif propost mill-COM(2016) 862];

imħassar

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt p

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p)  kompiti relatati mal-identifikazzjoni tal-prospettivi staġonali tal-adegwatezza jekk u safejn jiġu ddelegati liċ-ċentri operazzjonali reġjonali skont l-Artikolu 9(2) ta' [Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji kif propost mill-COM(2016) 862];

imħassar

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt q

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(q)  kalkolu tal-kapaċità fi dħul massimu disponibbli għall-parteċipazzjoni tal-kapaċità barranija fil-mekkaniżmi ta' kapaċità skont l-Artikolu 21(6).

imħassar

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni tista' żżid funzjonijiet oħra f’idejn iċ-ċentri operazzjonali reġjonali li ma jinvolvux is-setgħa tat-teħid ta' deċiżjonijiet, skont il-Kapitolu VII ta' dan ir-Regolament.

2.  Kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jimmira li jiżviluppa l-funzjonijiet li ġejjin:

 

(a)  il-koordinazzjoni u l-ottimizzazzjoni tar-restawr reġjonali;

 

(b)  l-analiżi u r-rappurtar ta' wara t-tħaddim u t-tfixkil;

 

(c)  l-iffaċilitar tad-dimensjoni reġjonali tal-kapaċitajiet ta' riserva;

 

(d)  l-iffaċilitar tal-akkwist reġjonali tal-kapaċità ta' bbilanċjar;

 

(e)  l-ottimizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta' kumpens bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;

 

(f)  it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni;

 

(g)  l-identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi reġjonali skont l-Artikolu [6(1)] tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji, COM(2016) 862] jekk il-kompitu jiġi ddelegat mill-ENTSO għall-Elettriku;

 

(h)  il-kompiti relatati mal-identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi reġjonali jekk u sa fejn jiġu ddelegati liċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji, COM(2016) 862];

 

(i)  il-kompiti relatati mal-identifikazzjoni tal-prospettivi staġonali tal-adegwatezza jekk u safejn jiġu ddelegati liċ-ċentri operazzjonali reġjonali skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji, COM(2016) 862];

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jipprovdu lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġu implimentati d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet proposti miċ-ċentri operazzjonali reġjonali.

4.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jipprovdu lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema l-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kooperazzjoni maċ-ċentri operazzjonali reġjonali

Kooperazzjoni fost u bejn iċ-ċentri operazzjonali tar-reġjuni kkoordinati bis-sigurtà

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-funzjonament ta' kuljum taċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandu jiġi ġestit permezz ta' proċessi kooperattivi ta' teħid ta' deċiżjonijiet. Il-proċess kooperattiv ta' teħid ta' deċiżjonijiet għandu jkun ibbażat fuq:

1.  Il-koordinazzjoni ta' kuljum fiċ-ċentri operazzjonali reġjonali kkoordinati bis-sigurtà u bejniethom għandha tiġi ġestita permezz ta' proċess kooperattiv ta' teħid ta' deċiżjonijiet ibbażat fuq:

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  proċedura għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 38;

(c)  proċedura għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni li jqisu l-proposti minn koordinaturi reġjonali tas-sigurtà;

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  proċedura għar-reviżjoni ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet adottai miċ-ċentri operazzjonali reġjonali skont l-Artikolu 39.

(d)  proċedura għar-reviżjoni ta' rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà skont l-Artikolu 39.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 37a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 37a

 

Trasparenza

 

1.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jorganizzaw proċess għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati u jorganizzaw laqgħat regolari mal-partijiet ikkonċernati sabiex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-operat effiċjenti, sigur u affidabbli tas-sistema interkonnessa kif ukoll sabiex jidentifikaw nuqqasijiet u jipproponu titjib;

 

2.  L-ENTSO għall-elettriku u ċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom joperaw bi trasparenza sħiħa lejn il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku ġenerali. Id-dokumentazzjoni kollha rilevanti għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web taċ-ċentru ta' operazzjonijiet reġjonali rispettiv. Dan il-paragrafu għandu japplika għall-proposti, ġustifikazzjonijiet u deċiżjonijiet adottati skont l-Artikoli 32 u 33, l-Artikolu 35(a) u l-Artikolu 38 ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Iċ-Ċentri Operazzjonali Reġjonali (ROCs) se jkunu soġġetti għal diskussjonijiet estensivi fil-kumitat ewlieni. Madankollu, minn perspettiva tal-Kumitat ENVI, id-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza u l-parteċipazzjoni huma essenzjali. Dan l-Artikolu huwa b'hekk kontinwazzjoni loġika tad-dispożizzjonijiet preċedenti dwar l-ROCs.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Adozzjoni tad-deċiżjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet

Adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jiżviluppaw proċedura għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet.

1.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' reġjun ta' tħaddim tas-sistema għandhom jiżviluppaw proċedura għall-adozzjoni u r-reviżjoni ta' rakkomandazzjonijiet imressqa minn ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali b'mod konformi mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jadottaw deċiżjonijiet vinkolanti indirizzati lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni dwar il-funzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b), (g) u (q) tal-Artikolu 34(1). L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jimplimentaw id-deċiżjonijiet vinkolanti maħruġa miċ-ċentri operazzjonali reġjonali għajr f’każijiet meta s-sikurezza tas-sistema tkun se tiġi affettwata b’mod negattiv.

2.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom ikollhom il-kompetenza li jadottaw deċiżjonijiet indirizzati lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni dwar il-funzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 34(1).

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Meta operatur ta' sistema ta' trażmissjoni jiddeċiedi li jiddevja mir-rakkomandazzjoni maħruġa miċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali, għandu jippreżenta raġunijiet dettaljati liċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali u lil operaturi ta' sistemi ta' tranżmissjoni oħrajn tar-reġjun tat-tħaddim tas-sistema.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jadottaw rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni dwar il-funzjonijiet imsemmija fil-punti (c) sa (f) u (h) sa (p) tal-Artikolu 34(1).

3.  Fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet għall-funzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 34(1), l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jiddevjaw biss f'każijiet fejn is-sigurtà tas-sistema tiġi affettwata b'mod negattiv.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jiżviluppaw proċedura għar-reviżjoni ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet.

1.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali u l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom jiżviluppaw b'mod konġunt proċedura għar-reviżjoni tar-rakkomandazzjonijiet.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bord maniġerjali taċ-ċentri operazzjonali reġjonali

Bord maniġerjali tal-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sabiex jadotta miżuri relatati mal-governanza tagħhom u biex jimmonitorja l-prestazzjoni tagħhom, iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jistabbilixxu bord maniġerjali.

1.  Sabiex jadotta miżuri relatati mal-governanza tagħhom u biex jimmonitorja l-prestazzjoni tagħhom, il-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà għandhom jistabbilixxu bord maniġerjali.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  mill-abbozzar u mill-approvazzjoni tal-istatuti u mir-regoli ta' proċedura taċ-ċentru operazzjonali reġjonali;

(a)  mill-abbozzar u mill-approvazzjoni tal-istatuti u mir-regoli ta' proċedura tal-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà;

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jistabbilixxu u jamministraw l-organizzazzjoni tagħhom skont struttura li tappoġġa s-sikurezza tal-funzjonijiet tagħhom. L-istruttura organizzazzjonali tagħhom għandha tispeċifika:

1.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' reġjun tat-tħaddim ta' sistema għandhom jistabbilixxu l-istruttura organizzattiva taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali. L-istruttura organizzazzjonali tagħhom għandha tispeċifika:

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali jistgħu jistabbilixxu uffiċċji reġjonali biex jindirizzaw l-ispeċifiċitajiet lokali jew bħala appoġġ għaċ-ċentri operazzjonali għall-eżerċitar effiċjenti u affidabbli tal-funzjonijiet tagħhom.

2.  Il-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà jistgħu jistabbilixxu uffiċċji reġjonali biex jindirizzaw l-ispeċifiċitajiet lokali jew bħala appoġġ għall-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà għall-eżerċitar effiċjenti u affidabbli tal-funzjonijiet tagħhom.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom ikunu mgħammra bir-riżorsi umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji kollha meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament u biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.

Il-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà għandhom ikunu mgħammra bir-riżorsi umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji kollha meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament u biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti u imparzjali.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jistabbilixxu proċess għas-sorveljanza kontinwa ta' mill-inqas:

1.  Il-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà għandhom jistabbilixxu proċess għas-sorveljanza kontinwa ta' mill-inqas:

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa u r-riżultati miksuba;

(b)  id-deċiżjonijiet mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fejn ikunu ddevjaw mir-rakkomandazzjonijiet maħruġa miċ-ċentri ta' kooperazzjoni reġjonali;

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Mill-inqas darba fis-sena, iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jippreżentaw lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema bid-dejta li tirriżulta mis-sorveljanza kontinwa.

2.  Mill-inqas darba fis-sena, iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jippreżentaw lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema bid-dejta li tirriżulta mis-sorveljanza kontinwa. -ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jippubblikaw rapport annwali li jispjega kif ġew implimentati r-rakkomandazzjonijiet tagħhom. Ir-rapport għandu jipprovdi dettalji tal-każijiet fejn l-operaturi ma segwewx ir-rakkomandazzjonijiet u l-ġustifikazzjonijiet li pprovdew.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jistabbilixxu l-kostijiet tagħhom b'mod trasparenti u jirrappurtawhom lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema.

3.  Il-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà għandhom jistabbilixxu l-kostijiet tagħhom b'mod trasparenti u jirrappurtawhom lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ikkoordinat bis-sigurtà.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jippreżentaw rapport annwali dwar il-prestazzjoni tagħhom lill-ENTSO għall-Elettriku, lill-Aġenzija, lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u lill-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku stabbilit skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/C 353/0237.

4.  Il-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà għandhom jippreżentaw rapport annwali dwar il-prestazzjoni tagħhom lill-ENTSO għall-Elettriku, lill-Aġenzija, lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ikkoordinat bis-sigurtà u lill-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku stabbilit skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/C 353/0237.

_________________

_________________

37. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2012 li twaqqaf Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku (ĠU L 353, 17.11.2012, p.2).

37. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2012 li twaqqaf Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku (ĠU L 353, 17.11.2012, p.2).

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jirrappurtaw in-nuqqasijiet identifikati fil-proċess ta' sorveljanza skont il-paragrafu 1 tal-ENTSO għall-elettriku lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema, lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli mill-prevenzjoni u mill-ġestjoni tas-sitwazzjonijiet ta' kriżi.

5.  Il-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà għandhom jirrappurtaw in-nuqqasijiet identifikati fil-proċess ta' sorveljanza skont il-paragrafu 1 tal-ENTSO għall-elettriku lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ikkoordinat bis-sigurtà, lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli mill-prevenzjoni u mill-ġestjoni tas-sitwazzjonijiet ta' kriżi.

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex ikopru r-responsabbiltà relatata mat-twettiq tal-kompiti tagħhom, b’mod partikolari meta jadottaw deċiżjonijiet vinkolanti dwar l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni. Il-metodu użat biex jipprovdu kopertura għandu jqis l-istatus ġuridiku taċ-ċentru operazzjonali reġjonali u l-livell ta' kopertura tal-assigurazzjoni kummerċjali disponibbli.

L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun tal-operazzjoni tas-sistema għandhom jinkludu l-arranġamenti biex ikopru r-responsabbiltà relatata mal-eżekuzzjoni tal-kompiti taċ-ċentru fil-proposta għall-istabbiliment taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 32. Il-metodu użat biex jipprovdu kopertura għandu jqis l-istatus ġuridiku taċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali u l-livell ta' kopertura tal-assigurazzjoni kummerċjali disponibbli.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni li mhumiex parti minn intrapriża integrata vertikalment jew li huma separati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 35 [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE kif proposta mill-COM(2016) 864/2], għandhom jikkooperaw fil-livell tal-Unjoni bl-Entità Ewropea tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni ("l-entità tal-UE għad-DSO"), sabiex jippromwovu l-ikkompletar u l-funzjonament tas-suq intern tal-elettriku u biex jippromwovu l-ġestjoni ottimali u t-tħaddim koordinat tas-sistemi ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni. L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni li jixtiequ jipparteċipaw fl-entità tal-UE għad-DSO għandhom jirreġistraw bħala membri tal-entità.

L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni kollha għandhom jikkooperaw fil-livell tal-Unjoni bl-Entità Ewropea tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni ("l-entità tal-UE għad-DSO"), sabiex jippromwovu l-ikkompletar u l-funzjonament tas-suq intern tal-elettriku u tal-gass biex jappoġġaw l-iżvilupp ta' sistema tal-enerġija sostenibbli, deċentralizzata u aktar integrata u biex jippromwovu l-ġestjoni ottimali u t-tħaddim koordinat tas-sistemi ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni. L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom fil-livell tal-Unjoni li jixtiequ jipparteċipaw fl-entità tal-UE għad-DSO għandhom jirreġistraw bħala membri tal-entità. L-istatuses għandhom jiżguraw li l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet iqis id-differenzi reġjonali tan-netwerk ta' distribuzzjoni.

Ġustifikazzjoni

In-netwerks ta' distribuzzjoni madwar l-Ewropa jvarjaw b'mod konsiderevoli: mil-livell tal-vultaġġ, it-topoloġija, il-profil naturali ta' żona partikolari sat-tendenzi tal-konsum tal-utenti. Dawn l-ispeċifiċitajiet għandhom jitqiesu f'operazzjoni tal-entità tal-UE għad-DSO.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha skont id-dritt tal-Unjoni, l-entità tal-UE għad-DSO għandha taġixxi fl-interessi tal-Unjoni u indipendentement mill-interessi nazzjonali individwali jew mill-interessi nazzjonali tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, u għandha tikkontribwixxi għall-kisba effiċjenti u sostenibbli tal-objettivi stabbiliti fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija li jkopri l-perjodu mill-2020 sal-2030, b'mod partikolari billi tneħħi l-ostakoli għall-integrazzjoni tal-elettriku ġġenerat mis-sorsi ta' enerġija rinnovabbli u billi żżid l-effiċjenza tal-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-kompiti assenjati lill-entità l-ġdida tal-UE għad-DSO (b'mod partikolari l-kompiti relatati mal-iżvilupp ta' kodiċijiet tan-netwerk u l-aqwa prattiki), l-entità għandu jkollha l-obbligu li taġixxi fl-interess tal-Ewropa, taġixxi b'mod indipendenti, u tikkontribwixxi fl-ilħuq tal-objettivi tal-UE dwar l-enerġija u l-klima. Fl-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament, ġie propost li tali obbligu jiġi impost fuq l-ENTSO għall-Elettriku (ENTSO-E) u sabiex tiġi żgurata konsistenza għandu jiġi replikat għad-DSO tal-UE l-ġdid.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istabbiliment tal-entità tal-UE għad-DSO għall-elettriku

L-istabbiliment tal-entità tal-UE għad-DSO

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa [OP: tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ], l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, bl-appoġġ amministrattiv tal-Aġenzija, għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-abbozz tal-istatuti, lista tal-membri rreġistrati, l-abbozz tar-regoli ta' proċedura, inklużi r-regoli tal-proċeduri tal-konsultazzjoni mal-ENTSO tal-elettriku u partijiet ikkonċernati oħra u r-regoli għall-iffinanzjar tal-entità tal-UE għad-DSO.

1.  Sa [OP: tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ], l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, bl-appoġġ amministrattiv tal-Aġenzija, għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-abbozz tad-deskrizzjoni ta' struttura ta' governanza li tiggarantixxi rappreżentanza ġusta u bbilanċjata tal-interessi bejn il-membri u l-Istati Membri. Dan għandu jinkludi l-abbozz ta' kriterji definiti fil-paragrafu 2, lista tal-membri rreġistrati, l-abbozz tar-regoli ta' proċedura, inklużi r-regoli tal-proċeduri tal-konsultazzjoni mal-ENTSO tal-elettriku u partijiet ikkonċernati oħra u r-regoli għall-iffinanzjar tal-entità tal-UE għad-DSO.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Sa [OP: sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ], l-Aġenzija għandha tiddefinixxi kriterji għat-tfassil tal-abbozz tal-istatuti, il-lista tal-membri rreġistrati, u l-abbozz tar-regoli ta' proċedura msemmi fil-paragrafu 1 bil-għan li l-entità tal-UE għad-DSO żżomm l-indipendenza mill-membri tagħha u li tiġi żgurata rappreżentanza bbilanċjata kif ukoll trattamant ugwali tal-operaturi membri kollha ta' sistema ta' distribuzzjoni. L-Aġenzija għandha tikkonsulta formalment lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati kollha dwar il-kriterji.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-kompiti tal-entità tal-UE għad-DSO għandhom ikunu dawn li ġejjin:

1.  Il-kompitu ewlieni tal-entità tal-UE għad-DSO għandu jkun il-parteċipazzjoni fl-elaborazzjoni tal-kodiċi tan-netwerk skont l-Artikolu 56.

 

Kompiti oħra jistgħu jinkludu l-iskambju ta' fehmiet u tal-aħjar prattiki dwar:

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  żvilupp tar-rispons tad-domanda;

(c)  żvilupp tar-rispons tad-domanda u ħżin tal-enerġija;

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  ġestjoni tad-dejta, sigurtà ċibernetika u protezzjoni tad-dejta;

(e)  sigurtà ċibernetika u protezzjoni tad-dejta, u imparzjalità fil-ġestjoni tad-dejta;

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  parteċipazzjoni fl-elaborazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk skont l-Artikolu 56.

imħassar

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tikkoopera mal-ENTSO għall-elettriku dwar is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u tal-linji gwida li huma rilevanti għat-tħaddim u l-ippjanar tal-grilji ta' distribuzzjoni u t-tħaddim koordinat tan-netwerks ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni u li huma adottati skont dan ir-Regolament;

(a)  tikkoopera mal-ENTSO għall-elettriku biex teżamina l-problemi u tifformula rakkomandazzjonijiet relatati mas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u tal-linji gwida li huma rilevanti għat-tħaddim u l-ippjanar tal-grilji ta' distribuzzjoni u t-tħaddim koordinat tan-netwerks ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni u li huma adottati skont dan ir-Regolament;

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  taħdem f’konformità sħiħa mar-regoli ta' kompetizzjoni.

imħassar

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-entità tal-UE għad-DSO għandha topera f'konformità sħiħa mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE u dawk nazzjonali.

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Filwaqt li tħejji l-kodiċijiet tan-netwerk possibbli skont l-Artikolu 55, l-entità tal-UE għad-DSO għandha twettaq proċess ta' konsultazzjoni estensiv, fi stadju bikri u b'mod miftuħ u trasparenti, li jkun jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u, b'mod partikolari, lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet ikkonċernati kollha, skont ir-regoli ta' proċedura msemmija fl-Artikolu 50. Dik il-konsultazzjoni għandha tinvolvi wkoll lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali oħrajn, l-impriżi ta' forniment u ta' ġenerazzjoni, l-utenti tas-sistema, inklużi l-klijenti, l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-industrija rilevanti, il-korpi tekniċi u l-pjattaformi tal-partijiet ikkonċernati. Il-konsultazzjoni għandha l-għan li tidentifika l-opinjonijiet u l-proposti tal-partijiet rilevanti kollha waqt il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

1.  Filwaqt li tħejji l-kodiċijiet tan-netwerk possibbli skont l-Artikolu 55, l-entità tal-UE għad-DSO għandha twettaq proċess ta' konsultazzjoni estensiv, fi stadju bikri u b'mod miftuħ u trasparenti, li jkun jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u, b'mod partikolari, lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet ikkonċernati kollha, skont ir-regoli ta' proċedura msemmija fl-Artikolu 50. Dik il-konsultazzjoni għandha tinvolvi wkoll lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali oħrajn, l-impriżi ta' forniment u ta' ġenerazzjoni, l-utenti tas-sistema, inklużi l-klijenti, il-korpi tekniċi u l-pjattaformi tal-partijiet ikkonċernati. Il-konsultazzjoni għandha l-għan li tidentifika l-opinjonijiet u l-proposti tal-partijiet rilevanti kollha waqt il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Peress li d-DSO kollha għandhom ikunu direttament involuti fl-entità tal-UE għad-DSO, m'għandhomx jissemmew hawnhekk bħala partijiet terzi kkonċernati.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Aġenzija għandha timmonitorja t-twettiq tal-kompiti attribwiti lill-entità tal-UE għad-DSO fl-Artikolu 51 u tiżgura l-konformità tagħha mal-obbligi skont dan ir-Regolament u leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti oħra, l-aktar fir-rigward tal-indipendenza tal-entità tal-UE għad-DSO u r-rekwiżit li tiġi żgurata rappreżentanza bbilanċjata tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni kollha madwar l-Unjoni. L-Aġenzija għandha tinkludi r-riżultati ta' monitoraġġ fir-rapport annwali tagħha skont l-Artikolu [16] tar-Regolament (UE) .../... [Riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 713/2009, COM(2016) 863].

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li l-ACER tingħata b'mod formali s-setgħa li teżerċita sorveljanza aktar robusta fuq l-entità tal-UE għad-DSO. B'mod partikolari, jenħtieġ li jkun hemm rekwiżit formali fuq l-ACER biex tiżgura li l-entità tal-UE għad-DSO tikkonforma mal-kriterji li jinsabu fl-istatut ta' governanza tagħha, b'mod partikolari li l-entità tal-UE għad-DSO tikkonforma mal-kriterji għaż-żamma tal-indipendenza u r-rappreżentanza adegwata tal-membri individwali tad-DSOs. Jenħtieġ li tali bidliet fil-kompetenza tal-ACER ikun hemm kontroreferenzi għalihom fir-Riformulazzjoni tar-Regolament 713/2009 kif proposta minn COM(2016) 863.

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  L-entità tal-UE għad-DSO għandha tippreżenta l-abbozz ta' programm ta' ħidma annwali previst fl-Artikolu 51 lill-Aġenzija għall-opinjoni tagħha. Fi żmien xahrejn minn meta tirċevih, l-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni debitament raġunata kif ukoll rakkomandazzjonijiet lill-entità tal-UE għad-DSO u lill-Kummissjoni meta tqis li l-abbozz ta' programm ta' ħidma annwali ppreżentat mill-entità tal-UE għad-DSO ma jikkontribwixxix għan-nondiskriminazzjoni, kompetizzjoni effettiva, il-funzjonament effettiv tas-suq jew ġestjoni ottimali u operazzjoni kkoordinata tas-sistemi ta' distribuzzjoni u ta' trażmissjoni.

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li l-ACER tingħata s-setgħa li tipprovdi rakkomandazzjonijiet lill-entità tal-UE għad-DSO meta ssib li l-abbozz ta' programm annwali tal-entità tal-UE għad-DSO ma jikkonformax mar-regoli tal-UE jew huwa inkonsistenti mal-objettivi tal-livell tal-UE. Jenħtieġ li tali bidliet fil-kompetenza tal-ACER issir kontroreferenza għalihom fir-Riformulazzjoni tar-Regolament 713/2009 kif proposta minn COM(2016) 863.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-entità tal-UE għad-DSO għandha tqis l-opinjonijiet mogħtija waqt il-konsultazzjonijiet. Qabel ma jiġu adottati l-proposti għall-kodiċijiet tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 55, l-entità tal-UE għad-DSO għandha tindika kif tqiesu l-osservazzjonijiet li rċeviet waqt il-konsultazzjoni. Din għandha tagħti raġunijiet meta l-osservazzjonijiet ma jitqisux.

3.  Il-kumitat għall-abbozzar għandu jqis l-opinjonijiet mogħtija waqt il-konsultazzjonijiet. Qabel ma jiġu adottati l-proposti għall-kodiċijiet tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 55, l-entità tal-UE għad-DSO għandha tindika kif tqiesu l-osservazzjonijiet li rċeviet waqt il-konsultazzjoni. Din għandha tagħti raġunijiet meta l-osservazzjonijiet ma jitqisux.

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni, tista' tadotta atti delegati mingħajr preġudizzju għas-setgħat mogħtija fl-Artikoli 55 u 57. Dawn l-atti delegati jistgħu jew jiġu adottati bħala kodiċijiet tan-netwerk abbażi tal-proposti tat-test żviluppati mill-ENTSO għall-Elettriku, jew, fejn jiġi deċiż hekk fil-lista ta' prijorità skont l-Artikolu 55 il-paragrafu 2, mill-entità tal-UE għad-DSO u mill-Aġenzija skont il-proċedura fl-Artikolu 55 jew bħala linji gwida skont il-proċedura fl-Artikolu 57.

1.  Il-Kummissjoni, tista' tadotta atti delegati mingħajr preġudizzju għas-setgħat mogħtija fl-Artikoli 55 u 57. Dawn l-atti delegati jistgħu jew jiġu adottati bħala kodiċijiet tan-netwerk abbażi tal-proposti tat-test żviluppati mill-ENTSO għall-Elettriku, jew, fejn jiġi deċiż hekk fil-lista ta' prijorità skont l-Artikolu 55 il-paragrafu 2, mill-Aġenzija skont il-proċedura fl-Artikolu 55 jew bħala linji gwida skont il-proċedura fl-Artikolu 57.

Ġustifikazzjoni

It is not appropriate for the DSO entity to be in a privileged position to draft network codes (particularly when their subject matter relates to the operation of the distribution system),which will govern the DSOs’ own conduct, as well as the conduct of other market participants such as generators, suppliers, consumers, and aggregators. The EUDSO entity would be in a position to influence the drafting of rules and best practices that will significantly impact the deployment of renewables and demand response, which not all DSOs are supporting. This could increase the risk of network codes that impose additional barriers to demand response and self-consumption. This risk is exacerbated by the fact that EU unbundling rules for DSOs are not very stringent, which would allow large DSOs connected to parent utilities to exert undue influence via the DSO entity.

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 63 dwar l-istabbiliment ta' kodiċijiet tan-netwerk fl-oqsma li ġejjin:

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 63 dwar l-istabbiliment ta' kodiċijiet tan-netwerk fl-oqsma li ġejjin, filwaqt li tqis, jekk ikun xieraq, l-ispeċifiċitajiet reġjonali:

Ġustifikazzjoni

Il-kodiċijiet tan-netwerk għandhom ikomplu jqisu l-ispeċifiċitajiet reġjonali.

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  regoli dwar strutturi tariffarji armonizzati għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni u imposti għall-konnessjoni inklużi s-sinjali differenzjati skont il-lokalità u regoli dwar il-kumpens tal-operaturi ta' sistemi ta' intertrażmissjoni;

(k)  regoli dwar strutturi tariffarji armonizzati għat-trażmissjoni u imposti għall-konnessjoni inklużi s-sinjali differenzjati skont il-lokalità u regoli dwar il-kumpens tal-operaturi ta' sistemi ta' intertrażmissjoni;

Ġustifikazzjoni

It-tħaddim tas-sistema ta' distribuzzjoni huwa speċifiku ħafna għal-lokal minħabba t-topoloġija tal-grilja u t-tendenzi tal-konsum differenti. Għalhekk, mhuwiex irrakkomandat li tiġi armonizzata l-istruttura tagħha permezz tal-kodiċijiet tan-netwerk jew tal-linji gwida. Sett ta' prinċipji ta' livell għoli kif iddikjarat fl-Artikolu 16: Ħlasijiet għall-aċċess għal netwerks huma biżżejjed għall-fini tat-trasparenza u l-iffissar ġust tat-tariffi.

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-ENTSO għall-elettriku, jew fejn jiġi deċiż hekk fil-lista ta' prijorità skont il-paragrafu 2, l-entità tal-UE għad-DSO għandha tlaqqa' kumitat għall-abbozzar biex jappoġġaha fil-proċess ta' żvilupp tal-kodiċijiet tan-netwerk. Il-Kumitat għall-abbozzar għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-ENTSO għall-Elettriku, tal-Aġenzija, tal-entità tal-UE għad-DSO, fejn xieraq, minn operaturi nominati tas-suq tal-elettriku u minn għadd limitat tal-partijiet ikkonċernati affettwati ewlenin. L-ENTSO għall-Elettriku jew fejn ikun ġie deċiż hekk fil-lista ta' prijorità skont il-paragrafu 2, l-entità tal-UE għad-DSO, għandu jelabora proposti għal kodiċijiet tan-netwerk fl-oqsma previsti fil-paragrafu 1 fuq talba indirizzata lilu mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 8.

9.  L-ENTSO għall-elettriku, jew fejn jiġi deċiż hekk fil-lista ta' prijorità skont il-paragrafu 2, l-entità tal-UE għad-DSO għandha tlaqqa' kumitat għall-abbozzar biex jappoġġaha fil-proċess ta' żvilupp tal-kodiċijiet tan-netwerk. Il-Kumitat għall-abbozzar għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-ENTSO għall-Elettriku, tal-Aġenzija, tal-entità tal-UE għad-DSO, fejn xieraq, minn operaturi nominati tas-suq tal-elettriku u minn rappreżentanti ta' għadd limitat tal-partijiet ikkonċernati affettwati ewlenin, bħall-konsumaturi. L-ENTSO għall-Elettriku jew fejn ikun ġie deċiż hekk fil-lista ta' prijorità skont il-paragrafu 2, l-entità tal-UE għad-DSO, għandu jelabora proposti għal kodiċijiet tan-netwerk fl-oqsma previsti fil-paragrafu 1 fuq talba indirizzata lilu mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 8.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-perspettivi tal-konsumaturi jkunu rrappreżentati b'mod adegwat fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-netwerk.

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  L-Aġenzija għandha tirrevedi l-kodiċi tan-netwerk u tiżgura li dan ikun konformi mal-linji gwida ta' qafas u li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nuqqas ta' diskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament effiċjenti tas-suq u , għandha tippreżenta l-kodiċi tan-netwerk lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-proposta. Fil-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tqis l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet kollha involuti waqt l-abbozzar tal-proposta mmexxija mill-ENTSO għall-Elettriku jew mill-entità tal-UE għad-DSO u għandha tikkonsulta formalment lill-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar il-verżjoni li trid tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni.

10.  L-Aġenzija għandha tirrevedi l-kodiċi tan-netwerk u tiżgura li dan ikun konformi mal-linji gwida ta' qafas u li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nuqqas ta' diskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament effiċjenti tas-suq u , għandha tippreżenta l-kodiċi tan-netwerk lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-proposta. Fil-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tqis l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet kollha involuti, b'mod partikolari l-opinjonijiet tal-konsumaturi, waqt l-abbozzar tal-proposta mmexxija mill-ENTSO għall-Elettriku jew mill-entità tal-UE għad-DSO u għandha tikkonsulta formalment lill-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar il-verżjoni li trid tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida vinkolanti fl-oqsma elenkati hawn taħt.

1.  Il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida fl-oqsma elenkati hawn taħt.

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-linji gwida jistgħu jistabbilixxu wkoll regoli xierqa marbuta mal-imposti applikati għall-produtturi, il-ħżin tal-enerġija u l-klijenti (tagħbija) skont sistemi tariffarji ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni nazzjonali u reġimi ta' konnessjoni nazzjonali, inkluż ir-riflessjoni tal-mekkaniżmu ta' kumpens għall-operatur tas-sistema ta' intertrażmissjoni f'imposti ta' netwerks nazzjonali u l-provvista ta' sinjali xierqa u effiċjenti differenzjati skont il-lokalità, konformement mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 16.

Il-linji gwida jistgħu jistabbilixxu wkoll regoli xierqa marbuta mal-imposti applikati għall-produtturi, il-ħżin tal-enerġija u l-klijenti (tagħbija) skont sistemi tariffarji ta' trażmissjoni nazzjonali u reġimi ta' konnessjoni nazzjonali, inkluż ir-riflessjoni tal-mekkaniżmu ta' kumpens għall-operatur tas-sistema ta' intertrażmissjoni f'imposti ta' netwerks nazzjonali u l-provvista ta' sinjali xierqa u effiċjenti differenzjati skont il-lokalità, konformement mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 16.

Ġustifikazzjoni

Allinjata mal-emenda fl-Artikolu 55(1)(k). In-netwerks ta' distribuzzjoni madwar l-Ewropa jvarjaw b'mod konsiderevoli: mil-livell tal-vultaġġ, it-topoloġija, il-profil naturali ta' żona partikolari sat-tendenzi tal-konsum tal-utenti. Għalhekk, jeħtieġ li l-istruttura tad-distribuzzjoni tat-tariffi tkun unika; l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali huma attrezzati l-aħjar biex jagħmlu dan.

Emenda    162

Proposta għal regolament

Anness I – parti 5 – punt 5.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.1.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom ikunu mgħammra b’sistemi ta’ akkwist tad-dejta u ta’ kontroll superviżorju qrib il-ħin reali bl-osservabbiltà ddefinita bl-applikazzjoni tal-livell limitu stabbilit skont il-punt 4.1.

imħassar

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Is-suq intern għall-elettriku (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2016)0861 – C8-0492/2016 – 2016/0379(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

1.3.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

6.7.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ivo Belet

6.7.2017

Data tal-adozzjoni

21.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

9

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Lynn Boylan, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Bas Eickhout, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Josu Juaristi Abaunz, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Joëlle Mélin, Susanne Melior, Rory Palmer, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Eleonora Evi, Martin Häusling, Esther Herranz García, Rupert Matthews, Christel Schaldemose, Bart Staes, Dubravka Šuica

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Noichl

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

52

+

ALDE

Catherine Bearder, Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis, Frédérique Ries

ECR

Mark Demesmaeker

EFDD

Eleonora Evi, Piernicola Pedicini

GUE/NGL

Lynn Boylan, Josu Juaristi Abaunz, Kateřina Konečná

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, Angélique Delahaye, Herbert Dorfmann, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Esther Herranz García, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Dubravka Šuica, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

S&D

Simona Bonafè, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jo Leinen, Susanne Melior, Maria Noichl, Rory Palmer, Gilles Pargneaux, Pavel Poc, Christel Schaldemose, Daciana Octavia Sârbu, Damiano Zoffoli

Verts/ALE

Margrete Auken, Bas Eickhout, Martin Häusling, Benedek Jávor, Davor Škrlec, Bart Staes

9

-

ECR

Jørn Dohrmann, Arne Gericke, Julie Girling, Urszula Krupa, Rupert Matthews, Bolesław G. Piecha

ENF

Jean-François Jalkh, Joëlle Mélin

NI

Zoltán Balczó

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Is-suq intern għall-elettriku (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2016)0861 – C8-0492/2016 – 2016/0379(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.11.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

1.3.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

1.3.2017

ENVI

6.7.2017

IMCO

1.3.2017

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

31.1.2017

IMCO

25.1.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Krišjānis Kariņš

25.1.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

25.4.2017

11.7.2017

12.10.2017

 

Data tal-adozzjoni

21.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

11

9

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, András Gyürk, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cornelia Ernst, Gerben-Jan Gerbrandy, Françoise Grossetête, Janusz Korwin-Mikke, Werner Langen, Florent Marcellesi, Dominique Riquet, Davor Škrlec

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Keller, Stanisław Ożóg

Data tat-tressiq

27.2.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

44

+

ALDE

Fredrick Federley, Gerben-Jan Gerbrandy, Kaja Kallas, Morten Helveg Petersen, Dominique Riquet, Lieve Wierinck

EFDD

Dario Tamburrano

ENF

Barbara Kappel

PPE

Bendt Bendtsen, Cristian-Silviu Buşoi, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Françoise Grossetête, András Gyürk, Krišjānis Kariņš, Werner Langen, Nadine Morano, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Anna Záborská

S&D

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Theresa Griffin, Eva Kaili, Jan Keller, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Dan Nica, Miroslav Poche, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Reinhard Bütikofer, Jakop Dalunde, Florent Marcellesi, Davor Škrlec, Claude Turmes

11

-

ECR

Edward Czesak, Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski, Stanisław Ożóg

EFDD

Jonathan Bullock