Proċedura : 2015/0288(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0043/2018

Testi mressqa :

A8-0043/2018

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 4
CRE 26/03/2019 - 4

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 7.13

Testi adottati :

P8_TA(2019)0233

RAPPORT     ***I
PDF 999kWORD 137k
27.2.2018
PE 593.817v04-00 A8-0043/2018

dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2017)0637 – C8-0379/2017 – 2015/0288(COD))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Pascal Arimont

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2017)0637 – C8-0379/2017 – 2015/0288(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2015)0635) u l-proposta emendata (COM(2017)0637),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0379/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016(1) u tal-15 ta' Frar 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0043/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  L-Artikolu 169(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 169(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur permezz ta' miżuri adottati skont l-Artikolu 114 tat-TFUE.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Biex jinkiseb funzjonament xieraq, tas-suq intern, hemm bżonn li jiġu armonizzati ċerti aspetti rigward il-kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti, filwaqt li bħala bażi jittieħed livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur.

(2)  Biex jinkiseb funzjonament xieraq, tas-suq intern, hemm bżonn li jiġu armonizzati ċerti aspetti rigward il-kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti, filwaqt li bħala bażi jittieħed livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u ċ-ċertezza legali, filwaqt li jrid jinkiseb bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-konsumaturi u dawk tal-kummerċjanti.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-kummerċ elettroniku huwa wieħed mill-motivaturi ewlenin għat-tkabbir fis-Suq intern. Madankollu l-potenzjal tiegħu ta' tkabbir għadu mhuwiex sfruttat b'mod sħiħ. Sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni u jiżdied it-tkabbir, l-Unjoni hemm bżonn li taġixxi malajr u tinkoraġġixxi lill-atturi ekonomiċi sabiex jisfruttaw il-potenzjal sħiħ offrut mis-suq intern . Il-potenzjal sħiħ tas-suq intern jista' jiġi sfruttat biss jekk il-parteċipanti kollha fis-suq igawdu aċċess bla xkiel għall-bejgħ transfruntier ta' oġġetti, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' kummerċ elettroniku. Ir-regoli tal-liġi kuntrattwali li abbażi tagħhom il-parteċipanti fis-suq jikkonkludu t-tranżazzjonijiet huma fost il-fatturi ewlenin li jiddeterminaw id-deċiżjonijiet tan-negozji jekk biss joffrux oġġetti bejn il-fruntieri. Dawk ir-regoli jinfluwenzaw ukoll ir-rieda tal-konsumaturi li jħaddnu u jafdaw dan it-tip ta' xiri.

(3)  Il-kummerċ elettroniku huwa motivatur ewlieni għat-tkabbir fis-suq intern. Madankollu l-potenzjal tiegħu ta' tkabbir għadu mhuwiex sfruttat b'mod sħiħ. Sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni u jiżdied it-tkabbir, jeħtieġ li l-Unjoni toħloq ambjent trasparenti b'suq intern li jiffunzjona bis-sħiħ. Il-potenzjal sħiħ tas-suq intern jista' jiġi sfruttat biss jekk il-parteċipanti kollha fis-suq igawdu aċċess bla xkiel għall-bejgħ transfruntier ta' oġġetti, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' kummerċ elettroniku. Ir-regoli tal-liġi kuntrattwali li abbażi tagħhom il-parteċipanti fis-suq jikkonkludu t-tranżazzjonijiet huma fost il-fatturi ewlenin li jiddeterminaw id-deċiżjonijiet tan-negozji jekk biss joffrux oġġetti b'mod transfruntier. Dawk ir-regoli jinfluwenzaw ukoll ir-rieda tal-konsumaturi li jħaddnu u jafdaw dan it-tip ta' xiri.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Ir-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-bejgħ ta' oġġetti għadhom frammentati għalkemm ir-regoli dwar ir-rekwiżiti ta' informazzjoni prekuntrattwali, id-dritt tal-irtirar għall-kuntratti mill-bogħod u l-kundizzjonijiet tal-konsenja diġà kienu armonizzati b'mod sħiħ. Elementi kuntrattwali prinċipali oħra bħall-kriterji ta' konformità, ir-rimedji u l-modalitajiet għall-eżerċitar tagħhom għall-oġġetti li ma jikkonformawx mal-kuntratt, attwalment huma soġġetti għal armonizzazzjoni minima fid-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46. L-Istati Membri kienu permessi jmorru lil hinn mill-istandards tal-Unjoni u jintroduċu regoli li jassiguraw livell saħansitra ogħla ta' protezzjoni tal-konsumatur. B'dan il-mod, huma aġixxew fuq elementi differenti u f'livelli differenti. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 1999/44/KE jvarjaw b'mod sinifikanti fuq elementi essenzjali , bħan-nuqqas jew l-eżistenza ta' ġerarkija ta' rimedji, il-perjodu tal-garanzija legali, il-perjodu tal-inverżjoni tal-oneru tal-provi, jew in-notifika tad-difett lill-bejjiegħ.

(4)  Ċerti regoli tal-Unjoni applikabbli għall-bejgħ ta' oġġetti għadhom frammentati għalkemm ir-regoli dwar ir-rekwiżiti ta' informazzjoni prekuntrattwali, id-dritt tal-irtirar u l-kundizzjonijiet tal-konsenja diġà kienu armonizzati b'mod sħiħ fid-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Ir-regoli applikabbli għall-bejgħ offline ġew armonizzati f'livell aktar limitat, bħar-regoli dwar ir-rekwiżiti ta' informazzjoni prekuntrattwali. Elementi kuntrattwali prinċipali oħra bħall-kriterji ta' konformità, ir-rimedji u l-modalitajiet għall-eżerċitar tagħhom għall-oġġetti li ma jikkonformawx mal-kuntratt, attwalment huma soġġetti għal armonizzazzjoni minima fid-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46. L-Istati Membri kienu permessi jmorru lil hinn mill-istandards tal-Unjoni u jintroduċu regoli li jassiguraw livell saħansitra ogħla ta' protezzjoni tal-konsumatur. B'dan il-mod, huma aġixxew fuq elementi differenti u f'livelli differenti. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 1999/44/KE jvarjaw b'mod sinifikanti fuq elementi essenzjali , bħan-nuqqas jew l-eżistenza ta' ġerarkija ta' rimedji, il-perjodu tal-garanzija legali, il-perjodu tal-inverżjoni tal-oneru tal-provi, jew in-notifika tad-difett lill-kummerċjant.

__________________

__________________

46 Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom, ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12.

46 Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom, ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Id-differenzi li jeżistu jistgħu jaffettwaw ħażin in-negozji u l-konsumaturi. Skont ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill47, in-negozji li jwettqu attivitajiet ma' konsumaturi fi Stati Membri oħra jridu jqisu r-regoli obbligatorji tal-liġijiet dwar il-kuntratti mal-konsumatur tal-pajjiż ta' residenza abitwali tal-konsumatur. Billi dawn ir-regoli jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor, in-negozji jistgħu jiffaċċjaw spejjeż addizzjonali. Konsegwentement, bosta negozji jistgħu jippreferu li jkomplu jagħmlu l-kummerċ domestikament jew jesportaw biss lejn Stat Membru wieħed jew tnejn. Dik l-għażla li jnaqqsu l-esponiment għall-ispejjeż u r-riskji assoċjati mal-kummerċ transfruntier tirriżulta f'opportunitajiet mitlufa ta' espansjoni kummerċjali u ekonomiji ta' skala. L-intrapriżi żgħar u medji huma affettwati b'mod partikolari.

(5)  Id-differenzi li jeżistu fir-rigward tal-liġi kuntrattwali fi Stati Membri differenti jistgħu jaffettwaw ħażin in-negozji u l-konsumaturi, minbarra kwistjonijiet regolatorji u mhux regolatorji ewlenin oħrajn bħal-liġijiet fiskali, kwistjonijiet tan-netwerk tal-konsenja, sistemi ta' pagament u ostakoli lingwistiċi. Madankollu, id-diffikultajiet ewlenin li jiltaqgħu magħhom il-konsumaturi u s-sors ewlieni tal-argumenti mal-kummerċjanti jikkonċernaw in-nuqqas ta' konformità tal-oġġetti mal-kuntratt. Għalhekk jeħtieġ li tittejjeb il-fiduċja tal-konsumatur fis-suq intern u li jingħata kontribut biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-kummerċjanti.

__________________

__________________

47 Ir-Regolament (KEE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I), (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

47 Ir-Regolament (KEE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I), (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Sabiex jirrimedjaw għal dawn il-problemi dovuti għall-frammentazzjoni tar-regoli nazzjonali, in-negozji u l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jibbażaw fuq sett ta' regoli mmirati, kompletament armonizzati, għall-bejgħ ta' oġġetti. Huma neċessarji regoli uniformi fir-rigward ta' diversi elementi essenzjali tal-liġi tal-kuntratti mal-konsumatur li bl-approċċ preżenti ta' armonizzazzjoni minima wasslu għal differenzi u ostakoli għall-kummerċ madwar l-Unjoni. Għaldaqstant, din id-Direttiva jenħtieġ li tħassar id-Direttiva ta' armonizzazzjoni minima 1999/44/KE u tintroduċi regoli armonizzati b'mod sħiħ fuq kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti.

(8)  Sabiex jirrimedjaw għal dawn il-problemi dovuti għall-frammentazzjoni tar-regoli nazzjonali u problemi oħrajn, in-negozji u l-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbażaw fuq sett ta' regoli armonizzati u mmirati, għall-bejgħ kollu ta' oġġetti. Huma neċessarji regoli uniformi fir-rigward ta' diversi elementi essenzjali tal-liġi tal-kuntratti mal-konsumatur li bl-approċċ preżenti ta' armonizzazzjoni minima wasslu għal differenzi u ostakoli għall-kummerċ madwar l-Unjoni. Għaldaqstant, din id-Direttiva jenħtieġ li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE ta' armonizzazzjoni minima u tintroduċi qafas ġdid ta' regoli armonizzati fuq kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew iżommu jew jintroduċu fil-liġijiet nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet dwar rimedji għal "difetti moħbija" jew dwar xi dritt fuq perjodu qasir ta' rifjut.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Regoli kompletament armonizzati tal-liġi tal-kuntratti mal-konsumatur se jagħmluha aktar faċli għall-kummerċjanti biex joffru l-prodotti tagħhom fi Stati Membri oħra. In-negozji se jkollhom anqas spejjeż billi ma jkollhomx għalfejn iqisu aktar regoli obbligatorji differenti dwar il-konsumatur. Huma se jgawdu aktar ċertezza legali meta jbigħu lejn Stati Membri oħra permezz ta' ambjent stabbli tal-liġi tal-kuntratti.

(9)  Regoli aktar armonizzati tal-liġi tal-kuntratti mal-konsumatur se jagħmluha aktar faċli għall-kummerċjanti biex joffru l-prodotti tagħhom fi Stati Membri oħra. In-negozji se jkollhom anqas spejjeż billi ma jkollhomx għalfejn iqisu aktar regoli obbligatorji differenti dwar il-konsumatur. Huma se jgawdu aktar ċertezza legali meta jbigħu lejn Stati Membri oħra permezz ta' ambjent stabbli tal-liġi tal-kuntratti.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Il-kompetizzjoni akbar bejn il-bejjiegħa bl-imnut hija probabbli li twassal biex il-konsumaturi jiġu offruti għażliet aktar wiesgħa bi prezzijiet aktar kompetittivi. Il-konsumaturi se jibbenefikaw minn livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u żidiet fil-benesseri mir-regoli mmirati kompletament armonizzati. Dan min-naħa tiegħu jżid il-fiduċja tagħhom fil-kummerċ transfruntier. Il-konsumaturi se jixtru b'mod aktar konfidenti bejn il-fruntieri għax jafu li se jgawdu l-istess drittijiet madwar l-Unjoni kollha.

(10)  Il-kompetizzjoni akbar bejn il-bejjiegħa bl-imnut aktarx li twassal biex il-konsumaturi jiġu offruti għażliet aktar wiesgħa bi prezzijiet aktar kompetittivi. Il-konsumaturi se jibbenefikaw minn livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u żidiet fil-benesseri permezz ta' regoli armonizzati mmirati. Dan iżid ukoll il-fiduċja tagħhom fil-kummerċ transfruntier, inkluż mill-bogħod u online.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Din id-Direttiva tkopri r-regoli applikabbli għall-bejgħ ta' oġġetti fir-rigward biss ta' elementi kuntrattwali ewlenin meħtieġa sabiex jingħelbu l-ostakoli relatati mal-liġi kuntrattwali fis-suq intern . Għal dan il-għan, ir-regoli dwar ir-rekwiżiti ta' konformità, ir-rimedji għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi għan-nuqqas ta' konformità tal-oġġetti mal-kuntratt u l-modalitajiet għall-eżerċizzju tagħhom għandhom ikunu armonizzati bis-sħiħ u l-livell ta' protezzjoni tal-konsumatur meta mqabbel mad-Direttiva 1999/44/KE, għandu jiżdied.

(11)  Din id-Direttiva tkopri r-regoli applikabbli għall-bejgħ ta' oġġetti fir-rigward biss ta' elementi kuntrattwali ewlenin meħtieġa sabiex jingħelbu l-ostakoli relatati mal-liġi kuntrattwali fis-suq intern. Għal dan il-għan, ir-regoli dwar ir-rekwiżiti ta' konformità, ir-rimedji għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi għan-nuqqas ta' konformità tal-oġġetti mal-kuntratt u l-modalitajiet għall-eżerċizzju tagħhom jenħtieġ li iikunuj armonizzati b'mod li jingħata livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Id-Direttiva jenħtieġ li ma tapplikax għal oġġetti bħal DVDs u CDs li jinkorporaw kontenut diġitali b'tali mod li l-oġġetti jaħdmu biss bħala trasportatur tal-kontenut diġitali. Madankollu, din id-Direttiva għandha tapplika għal kontenut diġitali integrat fl-oġġetti bħal apparati domestiċi jew ġugarelli fejn il-kontenut diġitali jkun inkorporat b'tali mod li l-funzjonijiet tiegħu jkunu subordinati għall-funzjonalitajiet ewlenin tal-oġġetti u jopera bħala parti integrali tal-oġġetti.

(13)  Din id-Direttiva jenħtieġ li ma tapplikax għal kontenut diġitali u servizzi diġitali inkorporati fl-oġġetti, bħal DVDs u CDs jew oġġetti intelliġenti. Fir-rigward ta' oġġetti b'kontenut diġitali inkorporat jew servizzi diġitali inkorporati, il-kummerċjant jenħtieġ li jkun responsabbli, skont din id-Direttiva, lejn il-konsumatur biex jissodisfa l-obbligi tiegħu biss fir-rigward tal-elementi tal-oġġetti li ma jikkonċernawx il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inkorporat. Ir-regoli ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu bla ħsara għall-protezzjoni mogħtija lill-konsumaturi mid-dritt tal-Unjoni applikabbli fir-rigward ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali inkorporat.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi u n-natura tal-prodotti, din id-Direttiva jenħtieġ li ma tapplikax għal bejgħ ta' annimali ħajjin bejn il-kummerċjant u l-konsumatur.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġijiet kuntrattwali tal-Istati Membri f'oqsma li mhumiex regolati minn din id-Direttiva. Barra minn hekk, f'ċerti oqsma regolati minn din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu regoli marbutin ma' dawk l-aspetti li mhumiex regolati minn din id-Direttiva: dan jikkonċerna l-perjodi ta' limitazzjoni għall-eżerċizzju tad-drittijiet u l-garanziji kummerċjali. Fl-aħħar nett, rigward id-dritt għal rimedju tal-bejjiegħ, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi biex jipprovdu kundizzjonijiet aktar dettaljati dwar l-eżerċizzju ta' dan id-dritt.

(14)  Din id-Direttiva jenħtieġ li ma taffettwax iil-liġijiet kuntrattwali tal-Istati Membri f'oqsma li mhumiex regolati minn din id-Direttiva. Barra minn hekk, f'ċerti oqsma regolati minn din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu regoli marbutin ma' dawk l-aspetti li mhumiex regolati minn din id-Direttiva: dan jikkonċerna l-perjodi ta' limitazzjoni għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-konsumaturi. Fl-aħħar nett, rigward id-dritt għal rimedju tal-kkumerċjant u l-garanziji kummerċjali, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi biex jipprovdu kundizzjonijiet aktar dettaljati dwar l-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  Id-definizzjoni ta' konsumatur jenħtieġ li tkopri l-persuni fiżiċi li jkunu qed jaġixxu barra mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħhom. Madankollu, fil-każ ta' kuntratti għal żewġ għanijiet, fejn il-kuntratt ikun konkluż għal skopijiet parzjalment fl-ambitu jew parzjalment barra mill-ambitu tal-kummerċ ta' persuna u l-iskop tal-kummerċ tant huwa limitat li ma jkunx predominanti fil-kuntest kumplessiv tal-kuntratt, dik il-persuna wkoll għandha titqies li tkun konsumatur. Dan jirrifletti approċċ ta' sens komun għat-tranżazzjonijiet ta' kuljum, u jipprovdi wkoll iċ-ċertezza legali miżjuda, meta titqies il-firxa wiesgħa tal-oġġetti u tal-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Sabiex tipprovdi ċarezza u ċertezza għall-bejjiegħa u l-konsumaturi, din id-Direttiva għandha tiddefinixxi l-kunċett ta' kuntratt. Dik id-definizzjoni jenħtieġ li ssegwi t-tradizzjonijiet komuni tal-Istati Membri kollha billi sabiex ikun jeżisti kuntratt hija teħtieġ ftehim maħsub biex joħloq obbligi jew effetti legali oħra.

imħassar

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex ir-rekwiżit taċ-ċertezza legali jiġi bbilanċjat ma' flessibbiltà xierqa tar-regoli legali, kwalunkwe referenza għal dak li jista' jkun mistenni mingħand persuna f'din id-Direttiva għandha tinftiehem bħala referenza għal dak li jista' raġonevolment ikun mistenni. L-istandard tar-raġonevolezza jenħtieġ li jiġi aċċertat b'mod oġġettiv, billi jitqiesu n-natura u l-għan tal-kuntratt, iċ-ċirkustanzi tal-każ u kwalunkwe użu u prattika tal-partijiet involuti. B'mod partikolari, iż-żmien raġonevoli għat-tlestija ta' tiswija jew sostituzzjoni għandu jiġi aċċertat b'mod oġġettiv, billi jitqiesu l-għamla tal-oġġetti u n-nuqqas ta' konformità.

(18)  Sabiex ir-rekwiżit taċ-ċertezza legali jiġi bbilanċjat ma' flessibbiltà xierqa tar-regoli legali, kwalunkwe referenza għal dak li jista' jkun mistenni minn parti kontraenti għal din id-Direttiva jew li l-parti kontraenti tista' tistenna għandha tinftiehem bħala referenza għal dak li jista' raġonevolment ikun mistenni. L-istandard tar-raġonevolezza jenħtieġ li jiġi aċċertat b'mod oġġettiv, billi jitqiesu n-natura u l-għan tal-kuntratt, iċ-ċirkustanzi tal-każ u kwalunkwe użu u prattika tal-partijiet kontraenti. B'mod partikolari, iż-żmien raġonevoli għat-tlestija ta' tiswija jew sostituzzjoni għandu jiġi aċċertat b'mod oġġettiv, billi jitqiesu l-għamla tal-oġġetti u n-nuqqas ta' konformità.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Sabiex tiġi pprovduta ċarezza dwar dak li konsumatur jista' jistenna mill-oġġetti u għalxiex ikun responsabbli l-bejjiegħ f'każ li ma jitwassalx dak li jkun mistenni, hija essenzjali l-armonizzazzjoni sħiħa tar-regoli sabiex tiġi determinata l-konformità mal-kuntratt. L-applikazzjoni ta' taħlita ta' kriterji suġġettivi u oġġettivi għandha tħares l-interessi leġittimi taż-żewġ partijiet f'kuntratt ta' bejgħ. Il-konformità mal-kuntratt għandha tiġi valutata billi jitqiesu mhux biss ir-rekwiżiti li fil-fatt ikunu ġew stabbiliti fil-kuntratt - inkluż fl-informazzjoni prekuntrattwali li tifforma parti integrali mill-kuntratt - iżda wkoll ċerti rekwiżiti oġġettivi li jikkostitwixxu l-istandards normalment mistennija għall-oġġetti, b'mod partikolari f'termini tal-idoneità għall-iskop, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni u l-kwalitajiet u l-kapaċitajiet ta' prestazzjoni normali.

(19)  Sabiex tiġi pprovduta ċarezza dwar dak li konsumatur jista' jistenna mill-oġġetti u għalxiex ikun responsabbli l-kummerċjant f'każ li ma jitwassalx dak li jkun mistenni, hija essenzjali l-armonizzazzjoni tar-regoli sabiex tiġi determinata l-konformità mal-kuntratt. L-applikazzjoni ta' taħlita ta' kriterji suġġettivi u oġġettivi jenħtieġ li tħares l-interessi leġittimi taż-żewġ partijiet f'kuntratt ta' bejgħ. Il-konformità mal-kuntratt jenħtieġ li tiġi valutata billi jitqiesu mhux biss ir-rekwiżiti li fil-fatt ikunu ġew stabbiliti fil-kuntratt - inkluż fl-informazzjoni prekuntrattwali li tifforma parti integrali mill-kuntratt - iżda wkoll ċerti rekwiżiti oġġettivi li jikkostitwixxu l-istandards normalment mistennija għall-oġġetti, b'mod partikolari f'termini tal-idoneità għall-iskop, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni u l-kwalitajiet u l-kapaċitajiet ta' prestazzjoni normali.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)  Uħud mir-rekwiżiti għall-konformità tal-kuntratt, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalità, id-durabiltà u l-apparenza, x'aktarx li japplikaw b'mod differenti fir-rigward tal-bejgħ ta' oġġetti użati. F'ħafna każijiet, l-aspettattivi ta' konsumatur raġonevoli ser ikunu aktar baxxi għall-oġġetti użati milli għal oġġetti ġodda fjamanti. Għalhekk, il-konsumaturi jridu jkunu aktar ċari dwar l-użu maħsub ta' tali oġġetti meta jikkomunikaw mal-kummerċjant. Fi kwalunkwe tilwima bejn il-kummerċjant u l-konsumatur dwar nuqqas ta' konformità, dan il-fattur sikwit ikun wieħed importanti fid-determinazzjoni jekk l-oneru tal-provi jkunx ġie ssodisfat jew le f'termini ta' difett allegat fl-oġġetti. Madankollu, meta konsumatur kellu l-opportunità li jeżamina l-oġġetti huwa nnifsu qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, l-Istati Membri jistgħu bħala deroga u fid-dawl tas-swieq u s-sistemi legali partikolari tagħhom, jagħżlu li jkomplu jipprovdu li kummerċjant u konsumatur jistgħu jaqblu b'mod espliċitu bil-miktub jew fuq mezz li jservi għal żmien twil, perjodu ta' garanzija legali iqsar ta' mhux anqas minn sena u, jew minflok, perjodu iqsar ta' żmien ta' mhux anqas minn sitt xhur fejn l-oneru tal-provi jinqaleb favur il-konsumatur.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 19b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b)  F'konformità mal-prattika stabbilita u mar-regoli speċifiċi dwar ir-responsabbiltà tal-irkantatur, jidher għalissa li jkun iġġustifikat li tinżamm il-possibbiltà li l-Istati Membri jeskludu l-irkanti pubbliċi ta' oġġetti użati fejn il-konsumatur kellu l-opportunità li huwa nnifsu jattendi l-irkant. Madankollu, għandu jkun rekwiżit li l-konsumaturi jiġu infurmati permezz ta' dikjarazzjoni ċara bil-miktub jew fuq mezz li jservi għal żmien twil qabel l-irkant li dawn ir-regoli ma japplikawx, u li tingħata referenza espressa għad-drittijiet statutorji jew oħrajn rilevanti li jkunu applikabbli. Barra minn hekk, f'konformità mad-Direttiva 2011/83/KE, l-użu ta' pjattaformi online għal skopijiet ta' rkant li huma għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi u tal-kummerċjanti jenħtieġ li ma jitqisx bħala rkant pubbliku fis-sens ta' din id-Direttiva.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Numru kbir ta' oġġetti għall-konsumatur huma maħsuba sabiex jiġu installati qabel ma jkunu jistgħu jintużaw b'mod utli mill-konsumatur. Għalhekk kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jirriżulta minn installazzjoni ħażina tal-oġġetti għandu jitqies bħala nuqqas ta' konformità mal-kuntratt meta l-installazzjoni tkun twettqet mill-bejjiegħ jew taħt il-kontroll tal-bejjiegħ, kif ukoll meta l-oġġetti jkunu ġew installati mill-konsumatur iżda l-installazzjoni ħażina tkun minħabba struzzjonijiet ħżiena għall-installazzjoni.

(20)  Numru kbir ta' oġġetti għall-konsumatur huma maħsuba sabiex jiġu installati qabel ma jkunu jistgħu jintużaw b'mod utli mill-konsumatur. Għalhekk kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jirriżulta minn installazzjoni ħażina tal-oġġetti jenħtieġ li jitqies bħala nuqqas ta' konformità mal-kuntratt meta l-installazzjoni tkun twettqet mill-kummerċjant jew taħt il-kontroll tal-kummerċjant, kif ukoll meta l-oġġetti jkunu ġew installati mill-konsumatur iżda l-installazzjoni ħażina tkun minħabba struzzjonijiet ħżiena għall-installazzjoni.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Il-konformità għandha tkopri d-difetti materjali kif ukoll id-difetti legali. Id-drittijiet ta' partijiet terzi u difetti legali oħra jistgħu effettivament jimpedixxu lill-konsumatur milli jgawdi l-oġġetti skont il-kuntratt meta d-detentur tad-drittijiet iġiegħel b'mod leġittimu lill-konsumatur biex ma jkomplix jikser dawk id-drittijiet. Għalhekk, il-bejjiegħ għandu jara li l-oġġetti huma ħielsa minn kwalunkwe dritt ta' parti terza, li jipprekludi lill-konsumatur milli jgawdi l-oġġetti skont il-kuntratt.

(21)  Il-konformità jenħtieġ li tkopri d-difetti materjali kif ukoll id-difetti legali. Id-drittijiet ta' partijiet terzi u difetti legali oħra jistgħu effettivament jimpedixxu lill-konsumatur milli jgawdi l-oġġetti skont il-kuntratt meta d-detentur tad-drittijiet iġiegħel b'mod leġittimu lill-konsumatur biex ma jkomplix jikser dawk id-drittijiet. Għalhekk, il-kummerċjant jenħtieġ li jara li l-oġġetti jkunu ħielsa minn kwalunkwe restrizzjoni li tirriżulta minn xi dritt ta' parti terza, li jipprekludi lill-konsumatur milli jgawdi l-oġġetti skont il-kriterji soġġettivi u oġġettivi tal-konformità.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Billi l-assigurazzjoni ta' durabilità itwal hija importanti sabiex jinkisbu mudelli ta' konsum aktar sostenibbli u ekonomija ċirkolari. B'mod simili, iż-żamma ta' prodotti mhux konformi barra mis-suq tal-Unjoni billi tissaħħaħ is-sorveljanza tas-suq u jiġu pprovduti l-inċentivi t-tajbin lill-operaturi ekonomiċi hija essenzjali sabiex tiżdied il-fiduċja fil-funzjonament tas-suq intern. Għal dawn l-għanijiet, leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika għall-prodott hija l-aktar approċċ xieraq sabiex jiddaħħlu rekwiżiti ta' durabilità u rekwiżiti oħrajn marbutin mal-prodott fir-rigward ta' tipi jew gruppi speċifiċi ta' prodotti, u għal dan il-għan jintużaw kriterji addattati. Din id-Direttiva għalhekk jenħtieġ li tkun kumplimentari għall-objettivi fil-mira f'leġiżlazzjoni bħal din speċifika għall-prodott tal-Unjoni. Sa fejn ikun hemm indikata informazzjoni speċifika dwar id-durabilità f'kull dikjarazzjoni prekuntrattwali li tifforma parti mill-kuntratt ta' bejgħ, il-konsumatur jenħtieġ li jkun jista' jibbaża fuqha bħala parti mill-kriterji għall-konformità.

(23)  Billi l-assigurazzjoni ta' durabilità itwal hija importanti sabiex jinkisbu mudelli ta' konsum aktar sostenibbli u ekonomija ċirkolari. B'mod simili, iż-żamma ta' prodotti mhux konformi barra mis-suq tal-Unjoni billi tissaħħaħ is-sorveljanza tas-suq u jiġu pprovduti l-inċentivi t-tajbin lill-operaturi ekonomiċi hija essenzjali sabiex tiżdied il-fiduċja fil-funzjonament tas-suq intern. Għal dawk l-għanijiet, leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika għall-prodott, bħad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, hija l-aktar approċċ xieraq sabiex jiddaħħlu rekwiżiti ta' durabilità u rekwiżiti oħrajn marbutin mal-prodott fir-rigward ta' tipi jew gruppi speċifiċi ta' prodotti, u għal dan il-għan jintużaw kriterji addattati. Din id-Direttiva għalhekk jenħtieġ li tkun kumplimentari għall-objettivi fil-mira f'din il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni speċifika għall-prodott. Sa fejn ikun hemm indikata informazzjoni speċifika dwar id-durabilità f'kull dikjarazzjoni prekuntrattwali li tifforma parti mill-kuntratt ta' bejgħ, il-konsumatur jenħtieġ li jkun jista' jibbaża fuqha bħala parti mill-kriterji għall-konformità.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)  Id-durabilità għandha tiġi definita bħala l-kapaċità ta' prodott li jżomm il-prestazzjoni meħtieġa tiegħu matul ċertu perjodu jew perjodu twil, taħt l-influwenza ta' azzjonijiet prevedibbli, jekk wieħed jassumi rata normali jew medja ta' użu. Is-suppożizzjoni bażika hija li l-prestazzjoni tal-prodott tinżamm f'livell aċċettabbli, meta mqabbel mal-prestazzjoni tal-bidu, matul iż-żmien kollu kemm idum iservi.

Emenda     23

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Iż-żieda taċ-ċertezza legali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-bejjiegħa teħtieġ indikazzjoni ċara taż-żmien meta għandha tiġi valutata l-konformità tal-oġġetti mal-kuntratti. Sabiex tiġi assigurata l-koerenza bejn id-Direttiva preżenti u d-Direttiva 2011/83/UE, huwa xieraq li ż-żmien tat-trasferiment tar-riskju jiġi indikat bħala ż-żmien sabiex tiġi valutata l-konformità tal-oġġetti. Madankollu, f'każijiet fejn l-oġġetti jridu jiġu installati, dak iż-żmien rilevanti għandu jiġi adattat.

(24)  Iż-żieda taċ-ċertezza legali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-bejjiegħa teħtieġ indikazzjoni ċara taż-żmien meta jenħtieġ li tiġi valutata l-konformità tal-oġġetti mal-kuntratti, soġġett għar-regoli nazzjonali dwar il-bidu tal-perjodi ta' preskrizzjoni f'każijiet eċċezzjonali. Sabiex tiġi assigurata l-koerenza bejn id-Direttiva preżenti u d-Direttiva 2011/83/UE, huwa xieraq b'mod ġenerali li ż-żmien tat-trasferiment tar-riskju jiġi indikat bħala ż-żmien sabiex tiġi valutata l-konformità tal-oġġetti. Madankollu, f'każijiet fejn l-oġġetti jridu jiġu installati, dak iż-żmien rilevanti jenħtieġ li jiġi adattat.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Sabiex tippermetti lin-negozji li jibbażaw fuq sett uniku ta' regoli madwar l-Unjoni, hemm bżonn li jiġi armonizzat b'mod sħiħ il-perjodu taż-żmien li matulu l-oneru tal-provi għan-nuqqas ta' konformità jinqaleb favur il-konsumatur. Fl-ewwel sentejn, sabiex jibbenefika mis-suppożizzjoni ta' nuqqas ta' konformità, il-konsumatur għandu juri biss li l-oġġett mhuwiex konformi, bla ma jkollu wkoll bżonn juri li n-nuqqas ta' konformità kien jeżisti fiż-żmien rilevanti għall-istabbiliment tal-konformità. Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali fir-rigward tar-rimedji disponibbli għan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt u sabiex jiġi eliminat wieħed mill-ostakoli ewlenin li qegħdin ixekklu s-suq intern, għandu jiġi pprovdut ordni kompletament armonizzat li fih jistgħu jiġu eżerċitati r-rimedji. B'mod partikolari, il-konsumatur għandu jgawdi għażla bejn tiswija jew sostituzzjoni bħala l-ewwel rimedju li għandu jgħin sabiex tinżamm ir-relazzjoni kuntrattwali u l-fiduċja reċiproka. Barra minn hekk, il-fatt li l-konsumaturi jkunu jistgħu jitolbu tiswija għandu jinkoraġġixxi konsum sostenibbli u jista' jikkontribwixxi għal durabilità akbar tal-prodotti.

(26)  Sabiex tippermetti lin-negozji li jibbażaw fuq sett uniku ta' regoli madwar l-Unjoni, hemm bżonn li jiġi armonizzat b'mod sħiħ il-perjodu taż-żmien li matulu l-oneru tal-provi għan-nuqqas ta' konformità jinqaleb favur il-konsumatur. Fl-ewwel sena, sabiex jibbenefika mis-suppożizzjoni ta' nuqqas ta' konformità, il-konsumatur jenħtieġ li jistabbilixxi biss li l-oġġett mhuwiex konformi u li n-nuqqas ta' konformità jkun sar evidenti fi żmien sena mill-konsenja tal-oġġetti, bla ma jkollu bżonn juri li n-nuqqas ta' konformità kien jeżisti fiż-żmien rilevanti għall-istabbiliment tal-konformità. Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali fir-rigward tar-rimedji disponibbli għan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt u sabiex jiġi eliminat wieħed mill-ostakoli ewlenin li qegħdin ixekklu s-suq intern, jenħtieġ li jiġi pprovdut ordni kompletament armonizzat li fih jistgħu jiġu eżerċitati r-rimedji.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  L-għażla tal-konsumatur bejn tiswija u sostituzzjoni għandha tkun limitata biss fejn l-opzjoni magħżula tkun sproporzjonata meta mqabbla mal-opzjoni l-oħra disponibbli, impossibbli jew illegali. Pereżempju, jista' jkun sproporzjonat li titlob is-sostituzzjoni ta' oġġetti minħabba barxa żgħira meta din is-sostituzzjoni toħloq spejjeż sinifikanti filwaqt li, fl-istess ħin, il-barxa tista' faċilment tiġi msewwija.

(27)  L-għażla tal-konsumatur bejn tiswija u sostituzzjoni jenħtieġ li tkun limitata biss fejn l-opzjoni magħżula tkun impossibli jew sproporzjonata meta mqabbla mal-opzjoni l-oħra disponibbli. Pereżempju, jista' jkun sproporzjonat li titlob is-sostituzzjoni ta' oġġetti minħabba barxa żgħira meta din is-sostituzzjoni toħloq spejjeż sinifikanti lill-kummerċjant meta, fl-istess ħin, il-barxa tista' faċilment tiġi msewwija. Fejn, madankollu, ikun hemm disponibbli rimedju wieħed biss u dak ir-rimedju jimponi spejjeż fuq il-kummerċjant li jkunu sproporzjonati meta mqabbla mal-valur li l-oġġetti kien ikollhom kieku ma kienx hemm nuqqas ta' konformità u mas-sinifikat tan-nuqqas ta' konformità, jenħtieġ li jkun possibbli li d-dritt tal-konsumatur għar-rimbors tal-ispejjeż tat-tneħħija tal-oġġetti mhux konformi u tal-installazzjoni tal-oġġetti l-ġodda jkun limitat għal pagament mill-kummerċjant ta' ammont proporzjonat.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Fejn il-bejjiegħ ma jkunx irrimedja għan-nuqqas ta' konformità permezz ta' tiswija jew sostituzzjoni mingħajr inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur u fi żmien raġonevoli, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt għal tnaqqis fil-prezz jew li jittermina l-kuntratt. B'mod partikolari, kull tiswija jew sostituzzjoni jenħtieġ li ssir b'suċċess sa dan il-perjodu raġonevoli. X'inhu żmien raġonevoli għandu jiġi aċċertat b'mod oġġettiv billi n-natura tal-oġġetti u n-nuqqas ta' konformità. Jekk wara li jgħaddi l-perjodu raġonevoli, il-bejjiegħ ikun naqas milli jirrimedja b'suċċess għan-nuqqas ta' konformità, il-konsumatur m'għandu jkun obbligat li jaċċetta l-ebda tentattiv ieħor mill-bejjiegħ fir-rigward tal-istess nuqqas ta' konformità.

(28)  Fejn il-kummerċjant ma jkunx irrimedja għan-nuqqas ta' konformità permezz ta' tiswija jew sostituzzjoni mingħajr inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur u fi żmien xahar, il-konsumatur jenħtieġ li jkollu d-dritt għal tnaqqis fil-prezz jew li jittermina l-kuntratt.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Minħabba li d-dritt ta' terminazzjoni tal-kuntratt minħabba n-nuqqas ta' konformità huwa rimedju importanti applikabbli fejn it-tiswija jew sostituzzjoni ma jkunux fattibbli jew ikunu fallew, il-konsumatur għandu jgawdi wkoll id-dritt li jtemm il-kuntratt f'każijiet fejn in-nuqqas ta' konformità jkun minuri. Dan jipprovdi inċentiv b'saħħtu sabiex il-każijiet kollha ta' nuqqas ta' konformità jiġu rimedjati fi stadju bikri. Sabiex id-dritt ta' terminazzjoni tal-kuntratt isir effettiv għall-konsumaturi, f'sitwazzjonijiet fejn il-konsumatur jakkwista diversi oġġetti, li xi wħud minnhom ikunu aċċessorju għall-oġġett prinċipali li l-konsumatur ma kienx jakkwista mingħajr l-oġġett prinċipali, u n-nuqqas ta' konformità jaffettwa dak l-oġġett prinċipali, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jittermina l-kuntratt anki fir-rigward tal-elementi aċċessorji, anki jekk dawn tal-aħħar ikunu konformi mal-kuntratt.

(29)  Meta jitqies li d-dritt ta' terminazzjoni tal-kuntratt minħabba n-nuqqas ta' konformità huwa rimedju importanti applikabbli fejn it-tiswija jew is-sostituzzjoni ma jkunux fattibbli jew ikunu fallew, il-konsumatur jenħtieġ li jgawdi d-dritt li jtemm il-kuntratt f'każijiet fejn in-nuqqas ta' konformità ma jkunx minuri. Sabiex id-dritt ta' terminazzjoni tal-kuntratt isir effettiv għall-konsumaturi, f'sitwazzjonijiet fejn il-konsumatur jakkwista diversi oġġetti, li xi wħud minnhom ikunu aċċessorju għall-oġġett prinċipali li l-konsumatur ma kienx jakkwista mingħajr l-oġġett prinċipali, u n-nuqqas ta' konformità jaffettwa dak l-oġġett prinċipali, il-konsumatur jenħtieġ li jkollu d-dritt li jittermina l-kuntratt anki fir-rigward tal-elementi aċċessorji, anki jekk dawn tal-aħħar ikunu konformi mal-kuntratt.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali għall-bejjiegħa u l-fiduċja ġenerali tal-konsumaturi fix-xiri bejn il-fruntieri, hemm bżonn li jiġi armonizzat il-perjodu li matulu l-bejjiegħ jinżamm responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jkun jeżisti fil-ħin meta l-konsumatur jieħu l-pussess fiżiku tal-oġġetti. Billi l-maġġoranza kbira tal-Istati Membri pprevedew perjodu ta' sentejn meta implimentaw id-Direttiva 1999/44 u fil-prattika dan huwa meqjus mill-parteċipanti fis-suq bħala perjodu raġonevoli, dan il-perjodu għandu jinżamm.

(32)  Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali għall-kummerċjanti u l-fiduċja ġenerali tal-konsumaturi fix-xiri b'mod transfruntier, hemm bżonn li jiġi armonizzat il-perjodu li matulu l-kummerċjant jinżamm responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jkun jeżisti fil-ħin meta l-konsumatur jieħu l-pussess fiżiku tal-oġġetti. Billi l-maġġoranza kbira tal-Istati Membri pprevedew perjodu ta' sentejn meta implimentaw id-Direttiva 1999/44 u fil-prattika dan huwa meqjus mill-parteċipanti fis-suq bħala perjodu raġonevoli, dan il-perjodu għandu jinżamm. Madankollu, sabiex jinżamm il-livell ta' protezzjoni tal-konsumaturi li l-konsumaturi kisbu matul is-snin bħala konsegwenza tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/44/KE, l-Istati Membri jistgħu jżommu perjodi itwal li matulhom il-kummerċjant jinżamm responsabbli fid-dritt nazzjonali tagħhom dment li diġà huma fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Barra minn hekk, matul perjodu ta' tiswija jew sostituzzjoni tal-oġġetti, il-perjodu li matulu l-kummerċjant ikun responsabbli jenħtieġ li jiġi sospiż. Għandu wkoll jibda jiddekorri mill-ġdid għall-komponenti sostitwiti u għall-oġġetti li l-konsumatur jirċievi bħala sostituzzjoni għall-oġġetti difettużi.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Sabiex ikun assigurat għarfien akbar tal-konsumaturi u infurzar aktar faċli tar-regoli tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur fir-rigward ta' oġġetti mhux konformi, din id-Direttiva għandha tallinja l-perjodu taż-żmien li matulu l-oneru tal-provi jinqaleb favur il-konsumatur mal-perjodu li matulu l-bejjiegħ jinżamm responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità.

imħassar

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Sabiex tiġi assigurata t-trasparenza, għandhom jiġu pprovduti ċerti rekwiżiti ta' trasparenza għall-garanziji kummerċjali. Barra minn hekk, sabiex titjieb iċ-ċertezza legali u jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu żgwidati, din id-Direttiva jenħtieġ li tipprovdi li fejn il-kundizzjonijiet tal-garanzija kummerċjali kontenuti f'reklami jew f'informazzjoni prekuntrattwali jkunu aktar favorevoli għall-konsumatur minn dawk inklużi fid-dikjarazzjoni tal-garanzija, għandhom jirbħu l-kundizzjonijiet l-aktar vantaġġużi. Finalment, din id-Direttiva jenħtieġ li tipprovdi regoli dwar il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' garanzija u l-mod li bih jenħtieġ li tkun disponibbli lill-konsumaturi. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi li jistabbilixxu regoli dwar aspetti oħra ta' garanziji kummerċjali mhux koperti minn din id-Direttiva, sakemm dawk ir-regoli ma jżommux lill-konsumaturi mill-protezzjoni mogħtija lilhom mid-dispożizzjonijet kompletament armonizzati ta' din id-Direttiva dwar il-garanziji kummerjali.

(34)  Sabiex tiġi assigurata t-trasparenza, jenħtieġ li jiġu pprovduti ċerti rekwiżiti ta' trasparenza għall-garanziji kummerċjali. Barra minn hekk, sabiex titjieb iċ-ċertezza legali u jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu żgwidati, din id-Direttiva jenħtieġ li tipprovdi li fejn il-kundizzjonijiet tal-garanzija kummerċjali kontenuti f'reklami jew f'informazzjoni prekuntrattwali jkunu aktar favorevoli għall-konsumatur minn dawk inklużi fid-dikjarazzjoni tal-garanzija, jenħtieġ li jirbħu l-kundizzjonijiet l-aktar vantaġġużi. Finalment, din id-Direttiva jenħtieġ li tipprovdi regoli dwar il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' garanzija u l-mod li bih jenħtieġ li tkun disponibbli lill-konsumaturi. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi li jistabbilixxu regoli dwar aspetti oħra ta' garanziji kummerċjali mhux koperti minn din id-Direttiva, sakemm dawk ir-regoli ma jneħħux il-protezzjoni mogħtija lill-konsumaturi mid-dispożizzjonijet kompletament armonizzati ta' din id-Direttiva dwar il-garanziji kummerjali. Ir-reklami jenħtieġ li jinftiehmu li jinkludu affermazzjonijiet li jkunu jinsabu fuq is-sit web jew fuq il-paġni tal-midja soċjali marbuta mal-kummerċjant.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Minħabba li l-bejjiegħ huwa responsabbli lejn il-konsumatur għal kull nuqqas ta' konformità tal-prodotti, li jirriżulta minn att jew ommissjoni tal-bejjiegħ jew ta' parti terza, huwa ġustifikat li l-bejjiegħ għandu jkun jista' jfittex rimedji kontra l-persuna responsabbli aktar qabel fil-katina tat-tranżazzjonijiet. Madankollu, din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-prinċipju tal-libertà kuntrattwali bejn il-bejjiegħ u partijiet oħra fil-katina tat-tranżazzjonijiet. Id-dettalji għall-eżerċizzju ta' dak id-dritt, b'mod partikolari kontra min u kif għandhom jiġu segwiti dawn ir-rimedji, għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri.

(35)  Meta jitqies li l-kummerċjant huwa responsabbli lejn il-konsumatur għal kull nuqqas ta' konformità tal-oġġetti, li jirriżulta minn att jew ommissjoni tal-kummerċjant jew ta' parti terza, il-kummerċjant jenħtieġ li jkun jista' jfittex rimedji kontra l-persuna responsabbli fi stadji preċedenti tal-katina tat-tranżazzjonijiet. Id-dettalji għall-eżerċizzju ta' dak id-dritt, b'mod partikolari kontra min u kif għandhom jiġu segwiti dawn ir-rimedji, jenħtieġ li jiġu pprovduti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-liġi nazzjonali tipproteġi b'mod adegwat lill-kummerċjant meta tiġi determinata l-persuna kontra min il-kummerċjant jista' jfittex rimedji, il-perjodi ta' żmien u l-azzjonijiet rilevanti u l-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Il-persuni jew l-organizzazzjonijiet meqjusin mil-liġi nazzjonali li għandhom interess leġittimu fil-protezzjoni tad-drittijiet kuntrattwali tal-konsumatur għandhom jingħataw id-dritt li jibdew il-proċedimenti, jew quddiem qorti jew quddiem awtorità amministrattiva li tkun kompetenti li tiddeċiedi fuq ilmenti jew li jiftħu l-proċedimenti legali xierqa.

(36)  Il-persuni jew l-organizzazzjonijiet meqjusin mil-liġi nazzjonali li għandhom interess leġittimu fil-protezzjoni tad-drittijiet kuntrattwali tal-konsumatur jenħtieġ li jingħataw id-dritt li jibdew il-proċedimenti, jew quddiem qorti jew quddiem awtorità amministrattiva li tkun kompetenti li tiddeċiedi fuq ilmenti jew li jiftħu l-proċedimenti legali xierqa. Dawn l-ilmenti jew proċedimenti jenħtieġ li jkunu suffiċjenti bħala deterrent.

Emenda     33

Proposta għal direttiva

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Peress li l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern billi tindirizza b'mod konsistenti l-ostakoli marbutin mal-liġi dwar il-kuntratti għall-bejgħ online u bejgħ ieħor fuq distanza ta' oġġetti ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipji ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex tilħaq dawk l-objettivi.

(42)  Peress li l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri li ttejjeb il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment u għall-funzjonament tas-suq intern, li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni u fiduċja tal-konsumatur u li tgħin biex tipprovdi kundizzjonijiet ekwi għall-kummerċjanti ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipji ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Premessa 42a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42a)  Huwa xieraq li l-Kummissjoni tirrieżamina din id-Direttiva ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha. Fir-rieżami tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħti attenzjoni partikolari lid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva rigward ir-rimedji u l-oneru tal-provi – ukoll fir-rigward tal-oġġetti użati kif ukoll l-oġġetti mibjugħa fi rkanti pubbliċi –, il-garanzija kummerċjali u r-responsabilità tal-produttur u r-relazzjoni mad-Direttiva dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u servizzi diġitali. Dak ir-rieżami jista' jwassal għal proposta tal-Kummissjoni li temenda din id-Direttiva;

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

Suġġett u l-għanijiet

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi ċerti rekwiżiti dwar il-kuntratti ta' bejgħ konklużi bejn il-bejjiegħ u l-konsumatur, b'mod partikolari r-regoli dwar il-konformità tal-oġġetti, ir-rimedji f'każ ta' nuqqas ta' konformità u l-modalitajiet għall-eżerċizzju ta' dawn ir-rimedji.

1.  Il-fini ta' din id-Direttiva huwa li, permezz tal-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi, tikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, inkluż billi ttejjeb il-fiduċja tal-konsumaturi u tgħin sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-kummerċjanti, billi tistabbilixxi ċerti rekwiżiti dwar il-kuntratti ta' bejgħ konklużi bejn il-kummerċjant u l-konsumatur, b'mod partikolari r-regoli dwar il-konformità tal-oġġetti mal-kuntratt, ir-rimedji f'każ ta' nuqqas ta' konformità u l-modalitajiet għall-eżerċizzju ta' dawn ir-rimedji.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal kuntratti fuq distanza għall-provvista ta' servizzi. Madankollu, fil-każ ta' kuntratti ta' bejgħ li jipprovdu kemm għall-bejgħ ta' oġġetti kif ukoll għall-forniment ta' servizzi, din id-Direttiva tapplika għall-parti marbuta mal-bejgħ ta' oġġetti.

imħassar

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Din id-Direttiva ma tapplikax għal kull mezz tanġibbli li jinkorpora kontenut diġitali meta l-mezz tanġibbli jkun intuża b'mod esklussiv bħala trasportatur għall-għoti tal-kontenut diġitali lill-konsumatur.

imħassar

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti użati mibjugħa f'irkant pubbliku fejn il-konsumaturi jkollhom l-opportunità li jattendu l-bejgħ.

imħassar

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta ma jkunux irregolati fiha, din id-Direttiva ma taffettwax liġijiet ġenerali nazzjonali dwar il-kuntratti bħal regoli dwar il-formazzjoni, il-validità jew l-effetti tal-kuntratti, inklużi l-konsegwenzi tat-terminazzjoni ta' kuntratt.

imħassar

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "kuntratt ta' bejgħ" tfisser kull kuntratt li bih il-bejjiegħ jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi s-sjieda tal-oġġetti, inklużi oġġetti li sejrin jiġu mmanifatturati jew prodotti, lill-konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz tagħhom;

(a)  "kuntratt ta' bejgħ" tfisser kull kuntratt li bih il-kummerċjant jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi s-sjieda tal-oġġetti, inklużi oġġetti li sejrin jiġu mmanifatturati jew prodotti, lill-konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz tagħhom, inkluż kull kuntratt li jkollu bħala objettiv kemm oġġetti kif ukoll servizzi;

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, f'kuntratti koperti minn din id-Direttiva, tkun qiegħda taġixxi għal skopijiet li jkunu lil hinn mis-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;

(b)  "konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, f'kuntratti koperti minn din id-Direttiva, tkun qiegħda taġixxi għal skopijiet li jkunu lil hinn mis-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha; fejn il-kuntratt ikun konkluż għal skop parzjalment fl-ambitu u parzjalment barra mill-ambitu tal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tal-persuna fiżika jew skop ekwivalenti, u dak l-iskop ikun tant limitat li ma jkunx predominanti fil-kuntest globali tal-kuntratt, dik il-persuna għandha titqies ukoll bħala konsumatur;

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "bejjiegħ" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kull persuna ġuridika, indipendentement mill-fatt li tkun suġġett pubbliku jew privat, li taġixxi, anki permezz ta' persuna li tkun qed taġixxi f'isimha jew għall-interessi tagħha, għal skopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha fil-kuntatti koperti minn din id-Direttiva;

(c)  "kummerċjant" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kull persuna ġuridika, indipendentement mill-fatt li tkun suġġett pubbliku jew privat, li taġixxi, anki permezz ta' persuna li tkun qed taġixxi f'isimha bħala intermedjarju għal persuna fiżika, għal skopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha fil-kuntratti koperti minn din id-Direttiva;

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "produttur" tfisser il-manifattur tal-oġġetti, l-importatur tal-oġġetti fl-Unjoni jew kull persuna li ssostni li hija produttur billi tqiegħed isimha, it-trademark jew sinjal distintiv ieħor fuq l-oġġetti;

(d)  "produttur" tfisser il-manifattur tal-oġġetti, l-importatur tal-oġġetti fit-territorju tal-Unjoni, il-produttur ta' kull materja prima jew il-manifattur ta' parti komponenti, jew kull persuna li tippreżenta lilha nnfisha bħala produttur billi tqiegħed isimha, it-trademark jew sinjal distintiv ieħor fuq l-oġġetti;

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  "kontenut diġitali" tfisser data li tiġi prodotta u fornuta f'forma diġitali;

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)  "servizz diġitali" tfisser servizz li permezz tiegħu l-konsumatur ikun jista' joħloq, jipproċessa jew jaċċessa data f'forma diġitali, jew jaħżen data f'forma diġitali, meta t-tali data tittella' jew tinħoloq mill-konsumatur;

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ec (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ec)  "kontenut diġitali inkorporat jew servizz diġitali inkorporat" tfisser kontenut diġitali jew servizz diġitali installati minn qabel f'oġġett;

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ed (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ed)  "mezz li jservi għal żmien twil" tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jew lill-kummerċjant jaħżen informazzjoni personalment indirizzata lilu b'mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta' żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  "garanzija kummerċjali" tfisser kull impenn mill-bejjiegħ jew minn produttur (il-garanti) lill-konsumatur, flimkien mal-obbligu legali tiegħu dwar il-garanzija ta' konformità, ta' rimbors tal-prezz imħallas jew ta' sostituzzjoni, tiswija jew manutenzjoni ta' oġġetti f'kull mod jekk ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet jew kull rekwiżit ieħor mhux relatat mal-konformità, stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-riklamar relevanti disponibbli fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, jew qablu;

(f)  "garanzija kummerċjali" tfisser kull impenn mill-kummerċjant jew minn produttur (il-garanti) lill-konsumatur, flimkien mal-obbligu legali tiegħu dwar il-garanzija ta' konformità, ta' rimbors tal-prezz imħallas jew ta' sostituzzjoni, tiswija jew manutenzjoni ta' oġġetti f'kull mod jekk ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet jew kull rekwiżit ieħor mhux relatat mal-konformità, stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-riklamar relevanti disponibbli fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, jew qablu;

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  "durabilità" tfisser il-kapaċità ta' prodott li jżomm il-prestazzjoni meħtieġa tiegħu matul ċertu perjodu jew perjodu twil, jekk wieħed jassumi rata normali jew medja ta' użu, taħt l-influwenza ta' azzjonijiet prevedibbli;

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  "kuntratt" tfisser ftehim maħsub biex joħloq obbligi jew effetti legali oħra;

imħassar

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  "mingħajr ħlas" tfisser ħielsa mill-ispejjeż neċessarji magħmula sabiex l-oġġetti jinġiebu f'konformità, b'mod partikolari l-ispejjeż tal-posta, tax-xogħol u l-materjali.

(i)  "mingħajr ħlas" tfisser ħielsa mill-ispejjeż tas-soltu magħmula sabiex l-oġġetti jinġiebu f'konformità, b'mod partikolari l-ispejjeż tal-posta, tax-xogħol u l-materjali.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Kamp ta' applikazzjoni

 

1.  Din id-Direttiva tapplika għal kull kuntratt ta' bejgħ konkluż bejn konsumatur u kummerċjant.

 

2.  Din id-Direttiva ma tapplikax għal kuntratti għall-provvista ta' servizzi. Madankollu, fil-każ ta' kuntratti li jipprovdu kemm għall-bejgħ ta' oġġetti kif ukoll għall-forniment ta' servizzi, din id-Direttiva għandha tapplika għall-parti marbuta mal-bejgħ ta' oġġetti.

 

3.  Din id-Direttiva ma tapplikax għal kontenut diġitali inkorporat jew għal servizzi diġitali inkorporati.

 

4.  Din id-Direttiva ma tapplikax għall-bejgħ ta' annimali ħajjin bejn il-kummerċjant u l-konsumatur.

 

5.  L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva l-kuntratti ta' bejgħ ta' oġġetti użati mibjugħa f'irkant pubbliku fejn il-konsumaturi għandhom l-opportunità li jattendu għall-bejgħ huma stess, u fejn huma jiġu informati permezz ta' dikjarazzjoni ċara bil-miktub jew fuq mezz li jservi għal żmien twil qabel l-irkant li d-drittijiet li jirriżultaw minn din id-Direttiva ma japplikawx, u jiġu mgħarrfa wkoll f'dik id-dikjarazzjoni dwar id-drittijiet rilevanti li huma applikabbli. Barra minn hekk, l-użu ta' pjattaformi online għall-finijiet ta' rkant li huma għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi u tal-kummerċjanti ma jitqiesx bħala rkant pubbliku fis-sens ta' din id-Direttiva.

 

6.  F'każ ta' kunflitt bejn kwalunkwe dispożizzjoni ta' din id-Direttiva u kwalunkwe dispożizzjoni ta' att ieħor tal-Unjoni li jirregola settur jew suġġett speċifiku, id-dispożizzjoni tal-att l-ieħor tal-Unjoni tirbaħ u għandha tapplika għal dawk is-setturi speċifiċi.

 

7.  Din id-Direttiva ma taffettwax il-liġijiet ġenerali nazzjonali dwar il-kuntratti bħar-regoli dwar perjodi ta' limitazzjoni jew preskrizzjoni, il-formazzjoni, il-validità jew l-effetti tal-kuntratti, inklużi l-konsegwenzi tat-terminazzjoni ta' kuntratt, sakemm dawn ma jkunux regolati b'din id-Direttiva.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Livell ta' armonizzazzjoni

Livell ta' armonizzazzjoni

L-Istati Membri ma jżommux jew jintroduċu dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f'din id-Direttiva, fosthom dispożizzjonijiet aktar jew inqas strinġenti biex jiżguraw livell differenti ta' protezzjoni tal-konsumatur.

1.  L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet aktar stretti, kompatibbli mat-Trattat fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, sabiex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur.

 

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri m'għandhomx iżommu jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati fl-Artikoli 3a, 4, 5, 6, 7, 8, 8a, 9, 9a, 10, 12, 13, 15 u 18, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'din id-Direttiva.

 

3.  Minkejja l-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġijiet nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet dwar rimedji għal "difetti moħbija" jew dwar xi dritt fuq perjodu qasir ta' rifjut biex jiżguraw livell ogħla ta' protezzjoni tal-konsumatur. Fil-każ tal-Artikolu 8(2a), l-Istati Membri jistgħu jżommu dispożizzjonijiet aktar strinġenti fil-liġi nazzjonali tagħhom li diġà huma fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Il-konformità tal-oġġetti

 

Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur l-oġġetti li għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 4, 5, 6 u 7, fejn applikabbli.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Konformità mal-kuntratt

Rekwiżiti soġġettivi għall-konformità

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-bejjiegħ jassigura li, sabiex jikkonformaw mal-kuntratt, l-oġġetti, fejn ikun rilevanti:

1.  Il-bejjiegħ għandu jassigura li, sabiex jikkonformaw mal-kuntratt, l-oġġetti għandhom, partikolarment, fejn ikun applikabbli:

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikunu tal-kwantità, kwalità u deskrizzjoni mitluba mill-kuntratt, li jinkludi li meta l-bejjiegħ juri kampjun jew mudell lill-konsumatur, l-oġġetti jkollhom il-kwalità ta' u jikkorrispondu mad-deskrizzjoni ta' dan il-kampjun jew mudell;

(a)  ikunu tal-kwantità, kwalità u deskrizzjoni mitluba mill-kuntratt. Meta kuntratt jiġi konkluż b'referenza għal kampjun jew mudell tal-oġġetti li l-konsumatur jara jew jeżamina, l-oġġetti għandu jkollhom il-kwalità ta' u jikkorrispondu mad-deskrizzjoni ta' dak il-kampjun jew mudell, ħlief jekk kwalunkwe differenza bejn il-kampjun jew il-mudell u l-oġġetti jkunu nġiebu għall-attenzjoni tal-konsumatur qabel jiġi konkluż il-kuntratt;

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ikunu tajbin għal kull għan partikolari li għalih ikun jeħtieġhom il-konsumatur u li l-konsumatur ikun għarraf bih lill-bejjiegħ fil-ħin meta ġie konkluż il-kuntratt u li l-bejjiegħ aċċetta; u

(b)  ikunu tajbin għal kull għan partikolari li għalih ikun jeħtieġhom il-konsumatur u li l-konsumatur ikun għarraf bih lill-kummerċjant sa mhux aktar tard mill-mument meta ġie konkluż il-kuntratt u li l-kummerċjant aċċetta, jew li jkun għan raġonevoli fiċ-ċirkostanzi;

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  ikunu fornut flimkien mal-aċċessorji kollha, kull istruzzjoni, inkluża l-installazzjoni, u l-assistenza lill-klijent kif stipulat mill-kuntratt; u

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sabiex ikunu konformi mal-kuntratt, l-oġġetti għandhom jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tal-Artikoli 5, 6 u 7.

imħassar

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Kull ftehim li jeskludi, jidderoga minn jew ivarja l-effetti tal-Artikoli 5 u 6 għad-detriment tal-konsumatur għandu jkun validu biss jekk, fiż-żmien meta jkun ġie konkluż il-kuntratt, il-konsumatur kien jaf il-kundizzjoni speċifika tal-oġġetti u l-konsumatur aċċetta b'mod ċar din il-kundizzjoni speċifika meta kkonkluda l-kuntratt.

imħassar

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rekwiżiti għall-konformità tal-oġġetti

Rekwiżiti oġġettivi għall-konformità

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn ikun rilevanti, l-oġġetti għandhom:

1.  Fejn ikun applikabbli, barra milli jikkonformaw ma' kull rekwiżit ta' konformità stipulati fil-kuntratt, l-oġġetti għandhom:

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikunu tajbin għall-iskopijiet li għalihom normalment jintużaw oġġetti tal-istess deskrizzjoni;

(a)  ikunu tajbin għall-iskopijiet li għalihom normalment jintużaw oġġetti tal-istess tip, b'kont meħud, fejn applikabbli, ta' kwalunkwe liġi nazzjonali u tal-Unjoni u ta' kwalunkwe standard tekniku eżistenti jew, fin-nuqqas ta' tali standards tekniċi, il-kodiċi ta' kondotta industrijali speċifiċi għas-settur applikabbli;

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiġu pprovduti flimkien ma' tali aċċessorji li jinkludu l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni jew struzzjonijiet oħra li l-konsumatur jista' jistenna li jirċievi; u

(b)  jiġu pprovduti flimkien ma' kwalunkwe aċċessorju, li jinkludu l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni jew kwalunkwe istruzzjoni oħra, li l-konsumatur b'mod raġonevoli jista' jistenna li jirċievi; u

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  ikollhom il-kwalitajiet u l-kapaċitajiet ta' prestazzjoni li huma normali f'oġġetti tal-istess tip u li l-konsumatur jista' jistenna minħabba n-natura tal-oġġetti u fid-dawl ta' kull dikjarazzjoni pubblika magħmula minn jew f'isem il-bejjiegħ jew persuni oħra f'ħoloq aktar bikrija tal-katina tat-tranżazzjonijiet, inkluż il-produttur, sakemm il-bejjiegħ ma jurix li:

(c)  ikunu fi kwantità u jkollhom il-kwalitajiet u l-karatteristiċi ta' prestazzjoni, inkluż fir-rigward tal-apparenza, id-durabilità, il-funzjonalità u s-sigurtà, li huma sodisfaċenti u li normalment jinstabu f'oġġetti tal-istess tip u li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna minħabba n-natura tal-oġġetti, u b'kunsiderazzjoni ta' kull dikjarazzjoni pubblika magħmula minn jew f'isem il-kummerċjant jew il-produttur, b'mod partikolari fir-reklami jew fuq it-tikketti, sakemm il-kummerċjant ma jistax juri li:

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  il-bejjiegħ ma kienx, u ma setax b'mod raġonevoli jkun, konxju tad-dikjarazzjoni in kwistjoni;

(i)  il-kummerċjant ma kienx, u ma setax b'mod raġonevoli jkun, konxju tad-dikjarazzjoni inkwistjoni;

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  sal-mument li fih ikun ġie konkluż il-kuntratt, id-dikjarazzjoni tkun ġiet korretta; jew

(ii)  sal-mument li fih ikun ġie konkluż il-kuntratt, id-dikjarazzjoni tkun ġiet korretta u l-konsumatur ma setax b'mod raġonevoli ma jkunx konxju ta' dik il-korrezzjoni; jew

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c – sottopunt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  id-deċiżjoni li jinxtraw l-oġġetti ma setgħetx ġiet influwenzata mid-dikjarazzjoni.

(iii)  id-deċiżjoni li jiġu akkwistati l-oġġetti ma setgħetx ġiet influwenzata mid-dikjarazzjoni.

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  M'għandu jkun hemm l-ebda nuqqas ta' konformità fit-tifsira tal-paragrafu 1 jekk, fil-mument meta ġie konkluż il-kuntratt, il-konsumatur ikun ġie infurmat b'mod speċifiku li karatteristika partikolari tal-oġġetti kienet qed tiddevja mir-rekwiżiti tal-konformità stipulati fil-paragrafu 1 u l-konsumatur ikun b'mod espliċitu u separatament aċċetta din id-devjazzjoni fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt.

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-oġġetti jkunu ġew installati mill-bejjiegħ jew taħt ir-responsabbiltà tal-bejjiegħ; jew

(a)  l-oġġetti jkunu ġew installati mill-kummerċjant jew taħt ir-responsabbiltà tal-kummerċjant; jew

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fiż-żmien rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-konformità mal-kuntratt kif stabbilit mill-Artikolu 8, l-oġġetti għandhom ikunu ħielsa minn kull dritt ta' parti terza, fosthom fuq il-bażi tal-proprjetà intellettwali, sabiex l-oġġetti jkunu jistgħu jintużaw skont il-kuntratt.

Fiż-żmien rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-konformità mal-kuntratt kif stabbilit mill-Artikolu 8, l-oġġetti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe restrizzjoni li tirriżulta minn kull dritt ta' parti terza, partikolarment drittijiet ta' proprjetà intellettwali li jimpedixxu lill-konsumatur milli juża l-oġġetti skont l-Artikoli 4 u 5.

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iż-żmien rilevanti sabiex tkun stabbilita l-konformità mal-kuntratt

Ir-responsabbiltà tal-kummerċjant

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-bejjiegħ ikun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-kuntratt li jkun jeżisti fiż-żmien meta:

1.  Il-kummerċjant ikun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jkun jeżisti fiż-żmien meta:

(a)  il-konsumatur jew parti terza indikata mill-konsumatur u li ma tkunx il-portatur, ikun kiseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti; jew

(a)  il-konsumatur jew parti terza indikata mill-konsumatur u li ma tkunx il-portatur, ikun kiseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti; jew

(b)  l-oġġetti jiġu mgħoddija lill-portatur magħżul mill-konsumatur, meta dak il-portatur ma jkunx ġie propost mill-bejjiegħ jew meta l-bejjiegħ ma jipproponi l-ebda mezz ta' ġarr.

(b)  l-oġġetti jiġu mgħoddija lill-portatur magħżul mill-konsumatur, meta dak il-portatur ma jkunx ġie propost mill-bejjiegħ jew meta l-bejjiegħ ma jipproponi l-ebda mezz ta' ġarr, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-konsumatur kontra l-portatur,

 

u jsir apparenti fi żmien sentejn minn meta ġie stabbilit hawn fuq, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(3).

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'każijiet li fihom l-oġġetti jkunu ġew installati mill-bejjiegħ jew taħt ir-responsabbiltà tal-bejjiegħ, iż-żmien meta l-installazzjoni titlesta jitqies bħala ż-żmien meta l-konsumatur jikseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti. F'każ fejn l-oġġetti kienu maħsuba sabiex jiġu installati mill-konsumatur, iż-żmien li jittieħed bħala referenza għall-mument meta l-konsumatur kellu żmien raġonevoli għall-installazzjoni iżda f'kull każ mhux aktar tard minn 30 jum wara ż-żmien indikat fil-paragrafu 1 għandu jitqies bħala ż-żmien meta l-konsumatur ikun kiseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti.

2.  F'każijiet li fihom l-oġġetti jkunu ġew installati mill-kummerċjant jew taħt ir-responsabbiltà tal-kummerċjant skont il-punt (a) tal-Artikolu 6, iż-żmien meta l-installazzjoni titlesta jitqies bħala ż-żmien meta l-konsumatur jikseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti. F'każ fejn l-oġġetti kienu maħsuba sabiex jiġu installati mill-konsumatur skont il-punt (b) tal-Artikolu 6, iż-żmien li jittieħed bħala referenza għall-mument meta l-konsumatur kellu żmien raġonevoli għall-installazzjoni iżda f'kull każ mhux aktar tard minn 30 jum wara ż-żmien indikat fil-paragrafu 1 għandu jitqies bħala ż-żmien meta l-konsumatur ikun kiseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Fir-rigward tal-perjodu stipulat fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jżommu dispożizzjonijiet aktar stretti fil-liġijiet nazzjonali tagħhom li huma diġà fis-seħħ fi... [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

 

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Fil-każ ta' bejgħ ta' oġġetti użati fejn konsumatur kellu l-opportunità li jeżamina l-oġġetti qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, l-Istati Membri jistgħu jżommu dispożizzjonijiet li jippermettu perjodu iqsar minn dak stabbilit fil-paragrafu 1, fejn il-kummerċjant u l-konsumatur ikkonċernati jkunu qablu b'mod espliċitu bil-miktub jew fuq mezz li jservi għal żmien twil dwar tali perjodu iqsar, li m'għandux ikun ta' anqas minn sena.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Kull nuqqas ta' konformità mal-kuntratt li jsir apparenti fi żmien sentejn miż-żmien indikat fil-paragrafi 1 u 2 huwa preżunt li kien jeżisti fiż-żmien indikat fil-paragrafi 1 u 2 sakemm dan ma jkunx inkompatibbli man-natura tal-oġġetti jew man-natura tan-nuqqas ta' konformità.

imħassar

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

L-oneru tal-provi

 

1.  Kull nuqqas ta' konformità mal-kuntratt li jsir apparenti fi żmien sena mill-mument rilevanti biex tiġi stabbilita l-konformità mal-kuntratt skont il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 8 għandu jkun preżunt li kien jeżisti f'dak il-mument sakemm dan ma jkunx inkompatibbli man-natura tal-oġġetti jew man-natura tan-nuqqas ta' konformità.

 

2.  Fil-każ ta' bejgħ ta' oġġetti użati fejn konsumatur kellu l-opportunità li jeżamina l-oġġetti qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, l-Istati Membri jistgħu jżommu dispożizzjonijiet li jippermettu perjodu iqsar minn dak stabbilit fil-paragrafu 1, fejn il-kummerċjant u l-konsumatur ikkonċernati jkunu qablu b'mod espliċitu bil-miktub jew fuq mezz li jservi għal żmien twil dwar tali perjodu iqsar, li m'għandux ikun ta' anqas minn sitt xhur.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rimedji tal-konsumatur għan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt

Ir-rimedji għan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-kuntratt, il-konsumatur kollu d-dritt li l-oġġetti jinġiebu konformi mill-bejjiegħ, mingħajr ħlas, permezz ta' tiswija jew sostituzzjoni skont l-Artikolu 11.

1.  Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-kuntratt, il-konsumatur għandu jkun intitolat li l-oġġetti jinġiebu konformi mingħajr ħlas, permezz ta' tiswija jew sostituzzjoni jew li jirċievi tnaqqis proporzjonat fil-prezz, jew li jittermina l-kuntratt skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-konsumatur għandu jkollu l-għażla libera bejn tiswija u sostituzzjoni, dment li l-għażla tiegħu ma tkunx impossibbli jew tkun timponi spejjeż fuq il-kummerċjant li jkunu sproporzjonati, meta wieħed jikkunsidra ċ-ċirkustanzi tal-każ, fosthom:

 

(a)  il-valur li l-oġġetti kien ikollhom kieku ma kien hemm l-ebda nuqqas ta' konformità;

 

(b)  is-sinifikat tan-nuqqas ta' konformità; u

 

(c)  jekk ir-rimedju alternattiv ikunx jista' jitlesta mingħajr inkonvenjent sinifikanti lill-konsumatur.

 

B'mod partikolari, ir-rimedju ta' sostituzzjoni għandu jiġi preżunt li hu sproporzjonat għall-kummerċjant jekk l-ispejjeż għat-tiswija jkunu inqas jew daqs l-ispejjeż għar-rimedju alternattiv ta' sostituzzjoni.

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Matul il-perjodu ta' tiswija u sostituzzjoni ta' oġġett, il-perjodu msemmi fl-Artikolu 8 għandu jiġi sospiż sakemm il-konsumatur jirċievi l-oġġett mibdul jew imsewwi.

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.  Jekk bħala parti mit-tiswija ta' oġġett, komponent jiġi sostitwit b'wieħed ġdid, jew meta oġġett difettuż ikun ġie sostitwit b'oġġett ġdid, il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità ġdid fil-komponent ta' sostituzzjoni jew fl-oġġett ta' sostituzzjoni li jsir apparenti fi żmien sentejn minn meta jingħata l-oġġett imsewwi jew ta' sostituzzjoni, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 8 u 8a.

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Tiswija jew sostituzzjoni titlesta fi żmien raġonevoli u mingħajr l-ebda inkonvenjent sinifikanti lill-konsumatur, b'kont meħud tan-natura tal-oġġetti u l-iskop li għalih il-konsumatur kellu bżonnhom.

imħassar

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-konsumatur ikun intitolat għal tnaqqis proporzjonat fil-prezz skont l-Artikolu 12 jew li jittermina l-kuntratt skont l-Artikolu 13 meta:

3.  Bla preġudizzju għall-Artikolu 3(3), il-konsumatur ikun intitolat għal tnaqqis proporzjonat fil-prezz skont l-Artikolu 12 jew li jittermina l-kuntratt skont l-Artikolu 13 fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-każijiet:

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tiswija jew sostituzzjoni jkunu impossibbli jew illegali;

(a)  it-tiswija jew is-sostituzzjoni jkunu impossibbli jew sproporzjonati skont il-paragrafu 1a;

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-bejjiegħ ma jkunx lesta t-tiswija jew is-sostituzzjoni fi żmien raġonevoli;

(b)  il-kummerċjant ma jkunx lesta t-tiswija jew is-sostituzzjoni skont l-Artikoli 9a u 10, rispettivament;

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  jitfaċċa n-nuqqas ta' konformità minkejja t-tentattiv tal-kummerċjant li jġib l-oġġetti f'konformità,

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tiswija jew sostituzzjoni jikkawżaw inkonvenjent sinifikanti lill-konsumatur; jew

imħassar

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  in-nuqqas ta' konformità tant hu ta' natura serja li jiġġustifika t-tnaqqis immedjat fil-prezz jew it-terminazzjoni immedjata tal-kuntratt; jew

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-bejjiegħ ikun iddikjara, jew ikun daqstant ieħor ċar miċ-ċirkustanzi, li l-bejjiegħ ma jkunx se jġib l-oġġetti konformi mal-kuntratt fi żmien raġonevoli.

(d)  il-kummerċjant ikun iddikjara, jew ikun ċar miċ-ċirkustanzi, li l-kummerċjant ma jkunx se jġib l-oġġetti konformi billi jsewwi jew jissostitwixxi fi żmien raġonevoli jew mingħajr inkonvenjent sinifikanti lill-konsumatur.

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-konsumatur ikollu d-dritt li jżomm il-pagament ta' kwalunkwe parti mhux imħallsa tal-prezz, sakemm il-bejjiegħ iġib il-prodotti f'konformità mal-kuntratt.

4.  Il-konsumatur ikollu d-dritt li jżomm il-pagament ta' kwalunkwe parti mhux imħallsa tal-prezz, sakemm il-kummerċjant iġib l-oġġetti f'konformità mal-kuntratt.

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

It-tiswija tal-oġġetti

 

1.  Tiswija skont il-paragrafu 1a tal-Artikolu 9 għandha titlesta fi żmien xahar u mingħajr ebda inkonvenjent sinifikanti lill-konsumatur, b'kont meħud tan-natura tal-oġġetti u l-iskop li għalih il-konsumatur kien jeħtieġ l-oġġetti. Il-kummerċjant għandu jassumi r-riskju tal-qerda jew ta' ħsara addizzjonali tal-oġġetti matul il-perjodu tat-tiswija jew it-trasport lura lill-konsumatur.

 

2.  Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jżomm il-pagament ta' kwalunkwe parti mhux imħallsa tal-prezz, sakemm il-kummerċjant iġib l-oġġetti f'konformità mal-kuntratt permezz ta' tiswija.

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn il-bejjiegħ jirrimedja għan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt b'sostituzzjoni, il-bejjiegħ jieħu lura l-oġġetti mibdula bi spejjeż tiegħu sakemm il-partijiet ma jkunux ftiehmu mod ieħor wara li n-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt ikun inġieb għall-attenzjoni tal-bejjiegħ mill-konsumatur.

1.  Fejn il-kummerċjant jirrimedja għan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt b'sostituzzjoni, il-kummerċjant jieħu lura l-oġġetti mibdula bi spejjeż tiegħu sakemm il-partijiet ma jkunux ftiehmu mod ieħor wara li n-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt ikun inġieb għall-attenzjoni tal-kummerċjant mill-konsumatur.

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Sostituzzjoni titlesta fi żmien xahar mill-mument meta l-kummerċjant ikollu fil-pussess fiżiku tiegħu l-oġġetti u mingħajr ebda inkonvenjent sinifikanti lill-konsumatur, b'kont meħud tan-natura tal-oġġetti u l-iskop li għalih il-konsumatur kien jeħtieġ l-oġġetti.

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jżomm il-pagament ta' kwalunkwe parti mhux imħallsa tal-prezz, sakemm il-kummerċjant iġib l-oġġetti f'konformità mal-kuntratt permezz ta' sostituzzjoni.

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

imħassar

L-għażla tal-konsumatur bejn tiswija u sostituzzjoni

 

Il-konsumatur jista' jagħżel bejn tiswija u sostituzzjoni sakemm l-għażla tiegħu ma tkunx impossibbli, illegali jew, meta mqabbla mal-għażla l-oħra, timponi spejjeż fuq il-bejjiegħ li jkunu sproporzjonati, meta wieħed jikkunsidra ċ-ċirkustanzi kollha, fosthom:

 

(a)  il-valur li l-oġġetti kien ikollhom kieku ma kien hemm l-ebda nuqqas ta' konformità mal-kuntratt;

 

(b)  is-sinifikat tan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt;

 

(c)  jekk ir-rimedju alternattiv ikunx jista' jitlesta mingħajr inkonvenjent sinifikanti lill-konsumatur.

 

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tnaqqis fil-prezz għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis fil-valur tal-oġġetti li kienu riċevuti mill-konsumatur meta mqabbel mal-valur li kien ikollhom l-oġġetti kieku kienu konformi mal-kuntratt.

Il-konsumatur għandu jeżerċita d-dritt għal tnaqqis proporzjonat tal-prezz permezz ta' dikjarazzjoni inekwivoka li tistabbilixxi d-deċiżjoni tiegħu, innotifikata lill-kummerċjant. It-tnaqqis fil-prezz għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis fil-valur tal-oġġetti li kienu riċevuti mill-konsumatur meta mqabbel mal-valur li kien ikollhom l-oġġetti kieku kienu konformi.

Emenda    101

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dritt tal-konsumatur li jittermina l-kuntratt

It-terminazzjoni tal-kuntratt għal nuqqas ta' konformità

Emenda    102

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-konsumatur jeżerċita d-dritt ta' terminazzjoni tal-kuntratt permezz ta' notifika lill-bejjiegħ mogħtija bi kwalunkwe mezz.

1.  Il-konsumatur għandu jeżerċita d-dritt li jittermina l-kuntratt permezz ta' dikjarazzjoni inekwivoka li tistabbilixxi d-deċiżjoni tiegħu li jittermina l-kuntratt, innotifika lill-kummerċjant. Meta l-kuntratti jkunu konklużi b'mezzi diġitali, il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur mezzi diġitali faċli biex jittermina l-kuntratt. It-terminazzjoni għandha ssir effettiva 14-il jum wara n-notifika, jew f'data aktar tard indikata mill-konsumatur.

Emenda    103

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta n-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt jkun jirrigwarda biss xi wħud mill-oġġetti kkonsenjati skont il-kuntratt u jkun hemm raġuni għat-terminazzjoni ta' kuntratt skont l-Artikolu 9, il-konsumatur jista' jittermina l-kuntratt biss fir-rigward ta' dawk l-oġġetti u kull oġġett ieħor li l-konsumatur ikun kiseb bħala aċċessorju mal-oġġetti mhux konformi.

2.  Meta n-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt jkun jirrigwarda biss xi wħud mill-oġġetti kkonsenjati skont il-kuntratt li jkunu inseparabbli minn mal-oġġetti l-oħrajn u jkun hemm raġuni għat-terminazzjoni ta' kuntratt skont l-Artikolu 9 fir-rigward ta' dawk l-oġġetti li ma jikkonformawx, il-konsumatur jista' jittermina l-kuntratt biss fir-rigward ta' dawk l-oġġetti separabbli u kull oġġett ieħor li l-konsumatur ikun kiseb bħala aċċessorju mal-oġġetti mhux konformi jew b'rabta magħhom, sakemm il-konsumatur ma jkunx mistenni li jaċċetta t-twettiq tal-parti tal-kuntratt relatata mal-oġġetti li huma konformi.

Emenda    104

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  l-ewwel nett il-konsumatur għandu jirritorna, bi spejjeż tal-kummerċjant, l-oġġetti lill-kummerċjant mingħajr dewmien bla bżonn u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn 14-il jum minn meta tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni.

Emenda    105

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-bejjiegħ irodd lura lill-konsumatur mingħajr dewmien bla bżonn il-prezz imħallas, u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn 14-il jum minn meta jirċievi n-notifika u għandu jġorr l-ispejjeż tar-rimborż;

(a)  it-tieni, il-kummerċjant għandu jrodd lura lill-konsumatur mingħajr dewmien bla bżonn is-somom kollha mħallsa skont il-kuntratt, u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn 14-il jum minn meta jirċievi l-oġġetti mibgħuta lura. Il-kummerċjant għandu jwettaq ir-rimborż billi juża l-istess mezz ta' pagament li l-konsumatur ikun uża biex iħallas tal-oġġetti, sakemm il-konsumatur ma jaqbilx espliċitament mod ieħor. Il-kummerċjant m'għandu jimponi l-ebda tariffa fuq il-konsumatur fir-rigward tar-rimborż.

Emenda    106

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-konsumatur jirritorna, bi spejjeż tal-bejjiegħ, l-oġġetti lill-bejjiegħ mingħajr dewmien bla bżonn u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn 14-il jum minn meta jibgħat in-notifika tat-terminazzjoni;

imħassar

Emenda    107

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fejn l-oġġetti ma jkunux jistgħu jiġu ritornati minħabba li jkunu nqerdu jew intilfu, il-konsumatur iħallas lill-bejjiegħ il-valur monetarju li l-oġġetti mhux konformi kien ikollhom fid-data meta kellu jsir ir-ritorn, kieku nżammu mill-konsumatur mingħajr ma nqerdu jew intilfu sa dik id-data, sakemm il-qerda jew it-telf ma kinux ikkawżati minn nuqqas ta' konformità tal-oġġetti mal-kuntratt; u

(c)  fejn l-oġġetti ma jkunux jistgħu jiġu ritornati minħabba li jkunu nqerdu jew intilfu, il-konsumatur iħallas lill-kummerċjant il-valur monetarju li l-oġġetti mhux konformi kien ikollhom fid-data meta kellu jsir ir-ritorn, kieku nżammu mill-konsumatur mingħajr ma nqerdu jew intilfu sa dik id-data, sakemm il-qerda jew it-telf ma kinux ikkawżati minn nuqqas ta' konformità tal-oġġetti mal-kuntratt; u

Emenda     108

Proposta għal direttiva

Artikolu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

Id-dritt għad-danni

 

1.  Il-fornitur għandu jkun responsabbli lejn il-konsumatur għal kwalunkwe telf finanzjarju li jirriżulta minħabba nuqqas ta' konformità mal-kuntratt jew minn nuqqas li jipprovdi l-oġġetti. Id-danni għadhom, sa fejn huwa possibbli, ipoġġu lill-konsumatur fil-pożizzjoni li kien ikun fiha kieku l-oġġetti kienu konformi mal-kuntratt.

 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt għad-danni.

Emenda    109

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

imħassar

Limiti ta' żmien

 

Il-konsumatur għandu jkollu d-dritt għal rimedju għan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt tal-oġġetti meta n-nuqqas ta' konformità jsir apparenti fi żmien sentejn miż-żmien rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-konformità. Jekk, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, id-drittijiet stipulati fl-Artikolu 9 ikunu soġġetti għal perjodu ta' limitazzjoni, dak il-perjodu ma jkunx iqsar minn sentejn miż-żmien rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-konformità mal-kuntratt.

 

Emenda    110

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-garanziji kummerċjali

Il-garanziji kummerċjali u r-responsabbiltà tal-produtturi

Emenda    111

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-dikjarazzjoni tal-garanzija ssir disponibbli fuq mezz li jservi fit-tul u titfassal b'lingwaġġ ċar u li jinftiehem. Hija għandha tinkludi dan li ġej:

2.  Id-dikjarazzjoni tal-garanzija ssir disponibbli fuq mezz li jservi fit-tul u bil-miktub u titfassal b'lingwaġġ ċar u li jinftiehem. Fuq talba mill-konsumatur, hija għandha tkun disponibbli fuq il-karta u mingħajr ħlas. Id-dikjarazzjoni tal-garanzija għandha tinkludi dan li ġej:

Emenda    112

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  dikjarazzjoni ċara tad-drittijiet legali tal-konsumatur kif previsti f'din id-Direttiva u dikjarazzjoni ċara li dawk id-drittijiet mhumiex affettwati mill-garanzija kummerċjali; u

(a)  dikjarazzjoni ċara tad-drittijiet legali tal-konsumatur kif previsti f'din id-Direttiva u dikjarazzjoni ċara li dawk id-drittijiet għandhom jiġu ssodisfati mingħajr aktar kundizzjonijiet u mhumiex affettwati mill-garanzija kummerċjali; u

Emenda    113

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għall-għan ta' dan l-Artikolu, "mezz li jservi għal żmien twil" tfisser kull strument li jippermetti li l-partijiet iżommu informazzjoni indirizzata personalment lilhom b'mod li huwa aċċessibbli għal referenza fil-ġejjieni għal perjodu ta' żmien xieraq għall-għanijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni miżmuma.

imħassar

Emenda    114

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet f'dan l-Artikolu jew kwalunkwe dispożizzjoni applikabbli oħra tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, produttur li jagħti garanzija ta' durabilità għal perjodu ta' sentejn jew aktar fir-rigward ta' ċerti oġġetti għandu, soġġett ukoll għall-kundizzjonijiet u l-applikazzjoni tal-Artikoli 3, 8 u 8a u d-dispożizzjonijiet relatati:

 

(a)  ikun responsabbli direttament lejn il-konsumatur biex isewwi jew jissostitwixxi dawk l-oġġetti għan-nuqqas ta' konformità;

 

(b)  isewwi jew jibdel dawk l-oġġetti, f'perjodu raġonevoli ta' żmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar mill-mument li jkun akkwista l-pussess fiżiku tal-oġġetti jew aċċess għalihom għall-fini ta' tiswija jew sostituzzjoni.

Emenda    115

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.  Il-produttur ta' oġġetti li jidħlu fl-ambitu tal-paragrafu 5a għandu jipprovdi informazzjoni bil-miktub ċara u li tinftiehem dwar id-drittijiet stabbiliti fih, fil-materjal jew fl-imballaġġ li jakkumpanja l-oġġetti, inkluża d-dikjarazzjoni li d-drittijiet tal-konsumatur rigward ir-responsabbiltà tal-kummerċjanti li mingħandhom kienu nxtraw l-oġġetti ma jkunux affettwati;

Emenda    116

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-bejjiegħ ikun responsabbli lejn il-konsumatur minħabba nuqqas ta' konformità mal-kuntratt li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn persuna f'ħoloq aktar bikrija fil-katina tat-tranżazzjonijiet, il-bejjiegħ għandu jkollu d-dritt li jfittex rimedji kontra l-persuna jew il-persuni responsabbli fil-katina ta' tranżazzjonijiet. Il-persuna li kontriha l-bejjiegħ jista' jfittex rimedji u l-azzjonijiet rilevanti u l-kondizzjonijiet ta' eżerċizzju, għandhom ikunu determinati skont il-liġi nazzjonali.

Meta l-kummerċjant ikun responsabbli lejn il-konsumatur minħabba nuqqas ta' konformità mal-kuntratt li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn persuna f'ħoloq preċedenti fil-katina tat-tranżazzjonijiet, il-kummerċjant ikollu d-dritt li jfittex rimedji kontra l-persuna jew il-persuni responsabbli fil-katina ta' tranżazzjonijiet. Il-persuna li kontriha l-kummerċjant jista' jfittex rimedji u l-azzjonijiet rilevanti u l-kundizzjonijiet ta' eżerċizzju, għandhom ikunu determinati skont il-liġi nazzjonali. Madankollu, il-kummerċjant għandu jkun intitolat li jfittex rimedji għal perjodu mhux anqas minn dak imsemmi fl-Artikolu 8.

Emenda    117

Proposta għal direttiva

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

 

Informazzjoni dwar parts tal-bdil

 

L-Istati Membri għandhom jinkuraġġixxu lill-kummerċjanti u lill-produtturi jinformaw lill-konsumatur b'mod ċar u li jinftiehem dwar l-eżistenza ta' kwalunkwe part tal-bdil jew aċċessorju disponibbli fis-suq u meħtieġa għall-użu tal-oġġetti mibjugħin.

Emenda    118

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-infurzar

Infurzar u informazzjoni

Emenda    119

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm mezzi adegwati u effettivi li jiżguraw konformità ma' din id-Direttiva.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mezzi adegwati u effettivi li jiżguraw konformità ma' din id-Direttiva, billi jqisu b'mod partikolari l-ħtieġa li l-konsumaturi jkunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom, u jkunu kapaċi jinfurzawhom, fil-prattika.

Emenda    120

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-mezzi msemmijin fil-paragrafu 1 jinkludu dispożizzjonijiet li bihom korp wieħed jew iktar minn fost dawn li ġejjin, kif tistabbilixxi l-liġi nazzjonali, jista' jieħu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jaraw li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva:

2.  Il-mezzi msemmijin fil-paragrafu 1 jinkludu dispożizzjonijiet li bihom korp wieħed jew iktar minn fost dawn li ġejjin, f'konformità mal-kriterji ġustifikati u xierqa kif tistabbilixxi l-liġi nazzjonali, jista' jieħu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jaraw li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Tali korpi għandhom jinkludu dawn li ġejjin - iżda ma għandhomx ikunu limitati għalihom:

Emenda    121

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe ftehim kuntrattwali li, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludi l-applikazzjoni ta' miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, jidderoga minnhom jew ivarja l-effetti tagħhom qabel ma l-konsumatur jiġbed l-attenzjoni tal-bejjiegħ dwar in-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt tal-oġġetti, ma għandux ikun vinkolanti fuq il-konsumatur sakemm il-partijiet fil-kuntratt ma jeskludux, jidderogaw minn jew ivarjaw l-effetti tar-rekwiżiti tal-Artikoli 5 u 6, skont l-Artikolu 4(3).

Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'din id-Direttiva, kwalunkwe ftehim kuntrattwali li, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludi l-applikazzjoni ta' miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, jidderoga minnhom jew ivarja l-effett tagħhom qabel ma l-konsumatur jiġbed l-attenzjoni tal-kummerċjant dwar in-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt tal-oġġetti, ma għandux ikun vinkolanti fuq il-konsumatur.

Emenda    122

Proposta għal direttiva

Artikolu 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 20a

 

Rieżami

 

Il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn [id-data ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ] tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan il-proċess għandu jinkludi konsultazzjoni sinifikanti u dettaljata u l-involviment tal-Istati Membri u tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, legali u kummerċjali fil-livell tal-Unjoni. Ir-rapport għandu jinkludi, b'mod partikulari, evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva rigward ir-rimedji u l-oneru tal-provi – ukoll fir-rigward tal-oġġetti użati kif ukoll l-oġġetti mibjugħa fi rkanti pubbliċi –, il-garanzija kummerċjali u r-responsabilità tal-produttur u r-relazzjoni mad-Direttiva dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u servizzi diġitali. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, meta xieraq, bi proposti leġislattivi.

(1)

ĠU C 264, 20.7.2016, p. 57.

(2)

...


NOTA SPJEGATTIVA

I. Introduzzjoni

Sabiex jiġu eliminati l-ostakoli legali eżistenti għall-kummerċ elettroniku transfruntier – settur li l-potenzjal tiegħu fil-biċċa l-kbira għadu mhux sfruttat – fid-9 ta' Diċembru 2015 il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-proposta tagħha għal Direttiva dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ online u bejgħ mill-bogħod ieħor ta' oġġetti (minn issa' l quddiem il-Proposta dwar l-Oġġetti). Ir-rapporteur jilqa' dan it-tentattiv ġdid sabiex tkompli tiġi armonizzata l-liġi kuntrattwali Ewropea tal-konsumatur, minħabba li dan mhux biss se jinkoraġġixxi kemm lill-konsumaturi kif ukoll lill-bejjiegħa jkomplu jimpenjaw ruħhom f'bejgħ transfruntier, iżda se jippermetti wkoll lill-partijiet ikkonċernati kollha jgawdu l-benefiċċji ta' suq uniku (diġitali) reali.

Wara konsultazzjoni wiesgħa u miftuħa b'ħafna partijiet interessati – li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi, tan-negozji, kif ukoll l-interessi Ewropej u nazzjonali –, ir-Rapporteur silet dawn it-tagħlimiet ewlenin, minkejja li huma preliminari:

1.  L-armonizzazzjoni sħiħa hija essenzjali biex jiġu eliminati l-ostakli legali li għad fadal, li jfixklu t-tlestija tas-suq uniku (diġitali);

2.  Fid-dawl tal-acquis tal-konsumatur, li diġà huwa kumpless u fuq ħafna livelli, sett uniku ta' regoli għall-bejgħ mill-bogħod u għall-bejgħ wiċċ imb'wiċċ iħaffef u jissimplifika b'mod konsiderevoli l-liġi kuntrattwali Ewropea tal-konsumatur;

3.  M'hemm l-ebda sinjal ċar li d-drittijiet attwali tal-konsumatur, kif applikati mill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE, tassew mhumiex effettivi, kemm f'termini tal-wisa' tagħhom kif ukoll ta' kemm imorru fil-fond, jew li jiġġustifikaw tisħiħ. Huwa għalhekk li r-Rapporteur ma introduċa l-ebda bidliet kbar f'dan ir-rigward.

Huwa f'dan il-kuntest li r-rapporteur fassal dan ir-rapport.

Madankollu qabel ma jiġu spjegati l-emendi ewlenin tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni, jagħmel sens li l-attenzjoni tal-qarrejja tinġibed għar-raġuni li għaliha hemm ħtieġa kbira ta' approċċ ta' armonizzazzjoni sħiħa.

II. Appell għal Armonizzazzjoni Sħiħa

Il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-oġġetti toħroġ mill-insistenza familjari li d-differenzi li jeżistu bħalissa fil-leġiżlazzjoni dwar il-bejgħ lill-konsumatur – minħabba armonizzazzjoni minima – għadhom joħolqu ostakoli kbar fis-suq intern, u jaffettwaw ħażin lin-negozji u lill-konsumaturi. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni qed tipproponi li tarmonizza b'mod sħiħ, għalkemm b'mod immirat, l-elementi kuntrattwali ewlenin għall-bejgħ ta' oġġetti min-negozji lill-konsumaturi. Dan il-qafas legali ġdid mhux biss huwa mistenni li jżid il-fiduċja fost il-konsumaturi – li jkunu inċentivati aktar li jagħmlu xiri online transfruntier –, iżda jnaqqas ukoll l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u jsaħħaħ iċ-ċertezza legali, u b'konsegwenza jagħmilha aktar faċli għan-negozji, speċjalment għall-SMEs, li jbiegħu madwar l-UE kollha.

Jekk wieħed iħares lejn kif il-qafas legali attwali – l-ewwel u qabel kollox id-Direttiva dwar il-Bejgħ u l-Garanziji lill-Konsumatur 1999/44/KE – ġie implementat, ma jistax jiġi miċħud li dan għadu soġġett għal frammentazzjoni konsiderevoli. B'mod aktar speċifiku, il-protezzjoni tal-konsumatur fl-UE hija kkaratterizzata mid-diverġenzi u l-varjazzjonijiet ewlenin li ġejjin:

•  4 varjetajiet ta' ġerarkija ta' rimedji: Fil-qafas tad-Direttiva dwar il-Bejgħ u l-Garanziji lill-Konsumatur, fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, il-konsumatur jista' l-ewwel jitlob li l-bejjiegħ isewwi jew jissostitwixxi l-oġġett mhux konformi; jekk din it-talba ma tkunx xierqa, jew meta t-tiswija jew it-tibdil ma jitlestix fi żmien raġonevoli jew jekk jikkawża inkonvenjenza sinifikanti lill-konsumatur, imbagħad, fit-tieni stadju, il-konsumatur għandu dritt għal tnaqqis fil-prezz jew li jittermina l-kuntratt. Filwaqt li 16-il Stat Membru(1) segwew dan l-approċċ, sitt Stati Membri(2) marru lil hinn minn dan ir-rekwiżit minimu, u offrew lill-konsumatur mill-bidu għażla libera bejn tiswija, tibdil, tnaqqis fil-prezz jew terminazzjoni tal-kuntratt. Għaxar Stati Membri(3) pprovdew għażla libera ta' rimedji, li f'erba' minnhom(4) hija limitata mid-drittijiet tal-bejjiegħ għal korrezzjoni jew minn kundizzjonijiet oħra, li jwassal għal effett kważi simili għall-ġerarkija tar-rimedji. Fl-aħħar nett, żewġ Stati Membri, ir-Renju Unit u l-Irlanda, adottaw il-ġerarkija tar-rimedji, iżda żiedu rimedju ieħor, id-dritt tar-rifjut ta' oġġett mhux konformi sa skadenza qasira.

•  3 perjodi differenti tal-qlib tal-oneru tal-provi: Sakemm il-bejjiegħ ma jurix mod ieħor, nuqqas ta' konformità li jitfaċċa fi żmien sitt xhur mill-konsenja tal-oġġetti jiġi preżunt li jkun eżista fil-mument tal-konsenja, sakemm dan ma jkunx inkompatibbli man-natura tal-oġġetti jew man-nuqqas ta' konformità. 25 Stat Membru għażlu dan il-perjodu ta' sitt xhur, iżda tliet Stati Membri oħra estendew dan il-perjodu (il-Polonja sa sena, u Franza u l-Portugall sa sentejn).

•  4 varjazzjonijiet tal-perjodi tal-garanzija legali: Għad-difetti li kienu preżenti fil-mument tal-konsenja, il-bejjiegħ jista' jinżamm responsabbli għal perjodu ta' mhux anqas minn sentejn. Filwaqt li 23 Stat Membru għamlu użu minn dan il-perjodu ta' sentejn, l-Isvezja introduċiet garanzija legali ta' tliet snin, u fil-Finlandja u n-Netherlands il-garanziji nazzjonali huma bbażati fuq il-ħajja mistennija tal-oġġetti. Fl-Irlanda u fir-Renju Unit ma hemm l-ebda perjodu speċifiku ta' garanzija legali, iżda d-drittijiet tal-konsumatur huma limitati b'perjodu ta' preskrizzjoni.

  8 dmirijiet differenti ta' notifika mill-konsumatur: Sabiex jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom, l-Istati Membri kienu awtorizzati li jeħtieġu li l-konsumaturi jridu jinformaw lill-bejjiegħ bid-difett fi żmien xahrejn minn meta jiskopruh. In-nuqqas li jagħmlu dan iwassal sabiex il-konsumaturi jitiflu d-dritt għal rimedju. Filwaqt li seba' Stati Membri(5) ma jimponux dan id-dmir ta' notifika, 14-il Stat Membru(6) obbligaw lill-konsumatur jinnotifika d-difett fi żmien xahrejn. Grupp ieħor ta' Stati Membri ħtieġu li l-konsumatur jagħmel dan fi żmien perjodi differenti, jiġifieri "fi żmien raġonevoli"(7),, "mingħajr dewmien żejjed"(8),, "malajr"(9),, "immedjatament"(10) jew "fi żmien sitt xhur"(11).

Huwa f'dan il-kuntest li r-Rapporteur jemmen li l-armonizzazzjoni sħiħa – stabbilita fl-Artikolu 3 tal-proposta dwar l-oġġetti – huwa l-approċċ regolatorju xieraq fis-suq intern. Huwa, naturalment, konxju li dan l-approċċ mhux biss huwa kkontestat fil-Kunsill iżda qed jiltaqa' ma' oppożizzjoni fi ħdan u barra l-Kumitat IMCO. Għalkemm dan ikun ippreferut ħafna aktar, jeħtieġ li, meta jintlaħaq ftehim dwar ir-regoli sostanzjali, tittieħed deċiżjoni finali dwar jekk l-armonizzazzjoni sħiħa tistax tinkiseb. Fi kwalunkwe każ, ir-Rapporteur għandu l-ħsieb li jilħaq bilanċ tajjeb bejn livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u sett ta' regoli komuni, moderni u prattikabbli tal-liġi kuntrattwali, kemm fl-abbozz ta' rapport tiegħu kif ukoll fin-negozjati li se jsiru mal-membri tal-Kumitat IMCO, li jippermetti li jintlaħaq qbil dwar armonizzazzjoni sħiħa.

III. Bidliet Speċifiċi

1. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni, Artikolu 1

Ir-rapporteur jipproponi li jestendi l-kamp ta' applikazzjoni għall-bejgħ offline, għaliex huwa jemmen li jekk issir distinzjoni bejn il-bejgħ online u l-bejgħ tradizzjonali, dan ikun qed isaħħaħ aktar il-frammentazzjoni tal-acquis. Din il-frammentazzjoni mhux biss iżżid l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet għan-negozji, iżda wkoll toħloq konfużjoni għall-konsumaturi li d-drittijiet tagħhom jafu jvarjaw jekk jixtrux online jew offline. Tali estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni mhux biss ġiet promossa mill-Membri tal-Kumitat IMCO fost il-gruppi politiċi kollha, iżda kienet ukoll appoġġata mir-riżultati tal-eżerċizzju REFIT dwar id-Direttiva dwar il-Bejgħ u l-Garanziji lill-Konsumatur. Konsegwentement, jeħtieġ li d-Direttiva 1999/44/KE titħassar (Artikolu 19a) u l-bidliet f'din id-Direttiva proposti fl-Artikolu 19 jitħassru.

2. Ir-rabta mal-Acquis tal-Liġi tal-Konsumatur

Ir-Rapporteur jagħraf li din il-proposta hija pass ieħor importanti fl-iżvilupp tal-acquis tal-liġi tal-konsumatur u li r-regoli eżistenti tagħha jkomplu jkunu applikabbli, inkluża d-Direttiva 2011/83/UE dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur. Ġie miftiehem bejn il-Korapporteurs li l-proposta dwar il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali tallinja kemm jista' jkun iż-żewġ proposti, filwaqt li tirrispetta d-differenzi li jirriżultaw minn kwistjonijiet li jittrattaw suġġetti differenti. Pereżempju, l-Artikolu 2a(3) l-ġdid u l-premessa 13 issa jiċċaraw li l-oġġetti tanġibbli b'kontenut diġitali inkorporat jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta dwar il-kontenut diġitali.

3. Il-konformità mal-kuntratt, Artikolu 3a sa 5

Regola "chapeau" ġdida fl-Artikolu 3a tiċċara li l-oġġetti jeħtieġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti suġġettivi u oġġettivi tal-konformità, li min-naħa tagħhom huma stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5. Ir-Rapporteur ma jipproponi l-ebda bidla sostanzjali għar-regoli ta' konformità.

4. Żmien rilevanti sabiex tkun stabbilita l-konformità, Artikolu 8

Ir-Rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni tikkonċerna wkoll iż-żmien rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-konformità f'każijiet ta' installazzjoni. Madankollu kien meħtieġ li ssir distinzjoni aktar ċara bejn ix-xenarji ta' installazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 6 u fl-Artikolu 8 sabiex tiġi evitata l-konfużjoni dwar il-kalendarji preċiżi.

5. L-oneru tal-provi, Artikolu 8a

F'dak li jirrigwarda l-oneru tal-provi tan-nuqqas ta' konformità, ir-Rapporteur jipproponi li tinżamm is-sistema attwali tad-Direttiva dwar il-Bejgħ u l-Garanziji lill-Konsumatur, għalkemm b'approċċ ta' armonizzazzjoni sħiħa. Huwa konxju ħafna tal-opinjonijiet differenti fi ħdan il-Kumitat IMCO dwar din il-kwistjoni partikolari u jistenna li jsiru aktar diskussjonijiet u emendi sabiex jifformula kompromess li jaqdi kemm l-interessi tal-konsumaturi kif ukoll tal-bejjiegħa. Qed titressaq kjarifika ulterjuri fil-premessa 26 sabiex il-proposta tiġi aġġornata bis-sentenza Faber.(12)

6. Rimedji tal-konsumatur, Artikoli 9 sa 13b

a. Rimedji tal-konsumatur, Artikolu 9

Ir-Rapporteur jibqa' favur il-ġerarkija ta' rimedji issuġġerita mill-Kummissjoni u jikkjarifika fil-paragrafu 3 li l-konsumatur huwa intitolat għat-terminazzjoni fejn in-nuqqas ta' konformità ma jkunx minuri. Dan l-aħħar aspett huwa meħud mill-Artikolu 3(6) tad-Direttiva dwar il-Bejgħ u l-Garanziji lill-Konsumatur. Barra minn hekk, xi partijiet mill-Artikolu 2(3) tad-Direttiva dwar il-Bejgħ u l-Garanziji lill-Konsumatur qed jiddaħħlu mill-ġdid fl-Artikolu 8(5). Wieħed jista' jargumenta li din il-bidla tista' twassal għal sovrapożizzjoni mal-Artikolu 4(3). Madankollu, filwaqt li dan l-aħħar artikolu jikkonċerna l-possibbiltà tad-devjazzjoni kuntrattwali, pereżempju mir-rekwiżiti ta' konformità oġġettivi, l-Artikolu 9(5) jittratta l-kwistjoni taħt liema ċirkustanzi l-konsumaturi mhumiex intitolati għal rimedji. Dan huwa partikolarment importanti għall-każijiet koperti mill-Artikolu 10(2).

b. Is-sostituzzjoni tal-oġġetti, Artikolu 10

Il-bidliet proposti fl-Artikolu 10 bażikament jikkonċernaw kjarifiki fir-rigward tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE. Pereżempju, l-Artikolu 10(2) jikkodifika partijiet mill-ġurisprudenza fis-sentenza Weber/Putz.(13) .F'dan il-kuntest kien meħtieġ li jiġi ċċarat li l-bejjiegħ jista' jagħżel kif jissostitwixxi l-oġġetti li jkunu diġa ġew installati u li madankollu ma jkunux konformi mal-kuntratt ġaladarba t-tiswija ma tkunx possibbli. Barra minn hekk, il-premessa 27 issa tiċċara li f'każ ta' spejjeż sproporzjonati, id-dritt tal-konsumatur għar-rimbors tal-ispejjeż tat-tneħħija tal-oġġetti mhux konformi u għall-installazzjoni tal-oġġetti l-ġodda jista' jkun limitat għall-ħlas ta' ammont proporzjonat mill-bejjiegħ.

c. It-terminazzjoni, Artikolu 13-13b

Ir-regoli ta' terminazzjoni jsegwu l-istruttura tar-regoli dwar il-konformità, l-Artikolu 13 jintroduċi regola "chapeau". L-Artikolu 13a l-ġdid jirrigwarda l-obbligi tal-bejjiegħ fil-każ ta' terminazzjoni u jsegwi minn dak li qabel kien l-Artikolu 13(3)(a). L-Artikolu 13a(2) il-ġdid huwa meħtieġ sabiex jiddeskrivi wkoll l-obbligi tal-bejjiegħ f'każ ta' terminazzjoni parzjali kif previst f'dak li qabel kien l-Artikolu 13(2). L-Artikolu 13b l-ġdid qed jiġi trasferit minn dak li qabel kien l-Artikolu 13(3)(b)-(d) u ma jinbidilx.

7. Il-limiti taż-żmien, Artikolu 14

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur jerġa' jintroduċi l-ħsieb wara l-Artikolu 7(1) subparagrafu 2 tad-Direttiva dwar il-Bejgħ u l-Garanziji lill-Konsumatur dwar limiti ta' żmien għal oġġetti użati fil-proposta attwali.

(1)

L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Latvja, Malta, in-Netherlands, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Iżvezja.

(2)

Il-Kroazja, l-Ungerija, il-Greċja, il-Litwanja, il-Portugall u s-Slovenja.

(3)

Il-Kroazja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja.

(4)

Id-Danimarka, l-Estonja, il-Lussemburgu, il-Polonja.

(5)

L-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, il-Polonja u r-Renju Unit.

(6)

Il-Bulgarija, il-Belġju, il-Kroazja, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, Malta, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u Spanja.

(7)

Id-Danimarka, il-Litwanja u l-Isvezja.

(8)

ir-Repubblika Ċeka.

(9)

In-Netherlands.

(10)

L-Ungerija.

(11)

Is-Slovakkja.

(12)

Is-sentenza fil-kawża Faber vs Autobedrijf Hazet Octhen BV, C-497/13, ECLI:EU:C:2015:357, il-paragrafu 71.

(13)

Sentenzi f'Gebr. Weber et al. vs J. Wittmer et al., C-65/09 u C-87/09, EU:C:2011:396, paragrafu 74.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Kuntratti għall-bejgħ onlajn u bejgħ mill-bogħod ieħor ta’ oġġetti

Referenzi

COM(2017)0637 – C8-0379/2017 – COM(2015)0635 – C8-0391/2015 – 2015/0288(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

31.10.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

21.1.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

21.1.2016

JURI

21.1.2016

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

CULT

25.1.2016

 

 

 

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

28.4.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Pascal Arimont

2.2.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

27.4.2016

14.7.2016

29.11.2016

21.3.2017

 

28.9.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

4

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Pascal Arimont, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Antonio López-Istúriz White, Morten Løkkegaard, Marlene Mizzi, Nosheena Mobarik, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Mihai Ţurcanu, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Birgit Collin-Langen, Edward Czesak, Kaja Kallas, Arndt Kohn, Adam Szejnfeld, Ulrike Trebesius, Lambert van Nistelrooij

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Cornelia Ernst, Flavio Zanonato, Jaromír Štětina

Data tat-tressiq

27.2.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

29

+

ALDE

Kaja Kallas, Morten Løkkegaard, Jasenko Selimovic

ECR

Edward Czesak, Daniel Dalton, Nosheena Mobarik, Ulrike Trebesius

EFDD

Marco Zullo

PPE

Pascal Arimont, Birgit Collin-Langen, Anna Maria Corazza Bildt, Antonio López-Istúriz White, Andreas Schwab, Adam Szejnfeld, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Lambert van Nistelrooij, Jaromír Štětina, Mihai Ţurcanu

S&D

Lucy Anderson, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Arndt Kohn, Marlene Mizzi, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Flavio Zanonato

4

-

EFDD

John Stuart Agnew

PPE

Carlos Coelho

Verts/ALE

Pascal Durand, Igor Šoltes

4

0

EFDD

Robert Jarosław Iwaszkiewicz

ENF

Mylène Troszczynski

GUE/NGL

Cornelia Ernst, Dennis de Jong

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Marzu 2018Avviż legali