Proċedura : 2016/0380(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0044/2018

Testi mressqa :

A8-0044/2018

Dibattiti :

PV 25/03/2019 - 16
CRE 25/03/2019 - 16

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0226

RAPPORT     ***I
PDF 1809kWORD 203k
27.2.2018
PE 597.758v02-00 A8-0044/2018

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (riformulazzjoni)

(COM(2016)0864 – C8-0495/2016 – 2016/0380(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Krišjānis Kariņš

(Riformulazzjoni – Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
 ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (riformulazzjoni)

(COM(2016)0864 – C8-0495/2016 – 2016/0380(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0864),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0495/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mis-Senat Pollakk, il-Kunsill Federali Awstrijak u l-Parlament Ungeriż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017(1);

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Lulju 2017(2);

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(3),

–  wara li kkunsidra l-ittra tas-7 ta' Settembru 2017 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0044/2018),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2015 "Inwasslu Patt Ġdid għall-konsumaturi tal-enerġija31" ipproponiet il-viżjoni tal-Kummissjoni għal suq bl-imnut li jaqdi lill-konsumaturi tal-enerġija b'mod aħjar, fost l-oħrajn billi s-swieq tal-ingrossa u dawk bl-imnut jingħaqdu b'mod aħjar. Huma u jieħdu vantaġġ minn teknoloġija ġdida, jenħtieġ li kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija ġodda u innovattivi jippermettu lill-konsumaturi jieħdu sehem sħiħ fit-tranżizzjoni tal-enerġija, u jimmaniġġaw il-konsum tagħhom biex jaslu għal soluzzjonijiet effiċjenti fil-konsum tal-enerġija, li jiffrankawlhom il-flus u jikkontribwixxu għal tnaqqis ġenerali tal-konsum tal-enerġija.

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2015 "Inwasslu patt ġdid għall-konsumaturi tal-enerġija31" ipproponiet il-viżjoni tal-Kummissjoni għal suq bl-imnut li jaqdi lill-konsumaturi tal-enerġija b'mod aħjar, fost l-oħrajn billi s-swieq tal-ingrossa u dawk bl-imnut jingħaqdu b'mod aħjar. Huma u jieħdu vantaġġ minn teknoloġiji ġodda, jenħtieġ li l-kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija ġodda u innovattivi jippermettu lill-konsumaturi jsiru aktar konxji dwar il-konsum tal-enerġija tagħhom u jieħdu sehem sħiħ fit-tranżizzjoni tal-enerġija, u jimmaniġġaw il-konsum tagħhom biex jaslu għal soluzzjonijiet effiċjenti fil-konsum tal-enerġija, li jiffrankawlhom il-flus u jikkontribwixxu għal tnaqqis ġenerali tal-konsum tal-enerġija.

__________________

__________________

31 COM (2015) 339 finali tal-15.7.2015.

31 COM (2015) 339 final tal-15.7.2015.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2015 "Tnedija tal-proċess ta' konsultazzjoni pubblika dwar disinn ġdid tas-suq tal-enerġija"32 enfasizzat li t-tbegħid mill-ġenerazzjoni minn impjanti tal-enerġija kbar lejn produzzjoni deċentralizzata minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u s-swieq dekarbonizzati jeħtieġ adattament tar-regoli attwali dwar il-kummerċ fl-elettriku u tibdil tar-rwoli eżistenti fis-suq. Saħqet dwar il-ħtieġa li s-swieq tal-elettriku jiġu organizzati b'mod aktar flessibbli u li l-atturi kollha tas-suq jiġu integrati - fosthom il-produtturi tal-enerġija rinnovabbli, il-fornituri tas-servizzi tal-enerġija l-ġodda, il-ħżin tal-enerġija u d-domanda flessibbli.

(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2015 "Tnedija tal-proċess ta' konsultazzjoni pubblika dwar disinn ġdid tas-suq tal-enerġija"32 enfasizzat li t-tbegħid mill-ġenerazzjoni minn impjanti tal-enerġija kbar ċentralizzati lejn produzzjoni deċentralizzata minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u swieq dekarbonizzati jeħtieġ adattament tar-regoli attwali dwar il-kummerċ fl-elettriku u tibdil fir-rwoli tal-parteċipanti fis-suq eżistenti. Din il-Komunikazzjoni saħqet il-ħtieġa li s-swieq tal-elettriku jiġu organizzati b'mod aktar flessibbli u l-ħtieġa li jiġu integrati b'mod sħiħ l-atturi kollha tas-suq - fosthom il-produtturi tal-enerġija rinnovabbli, il-fornituri tas-servizzi tal-enerġija l-ġodda, il-ħżin tal-enerġija u d-domanda flessibbli. Huwa daqstant importanti li l-Unjoni tinvesti b'mod urġenti f'interkonnessjoni fil-livell Ewropew għat-trasferiment tal-enerġija permezz ta' sistemi tat-trażmissjoni ta' potenza elettrika b'vultaġġ għoli.

_________________

_________________

32   COM (2015) 340 finali tal-15.7.2015.

32   COM (2015) 340 final tal-15.7.2015.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Bil-għan li jinħoloq suq intern fl-elettriku, l-Istati Membri jenħtieġ li jrawmu l-integrazzjoni tas-swieq nazzjonali tagħhom u l-kooperazzjoni tal-operaturi tas-sistema fil-livell tal-Unjoni u f'dak reġjonali, filwaqt li jinkorporaw ukoll is-sistemi iżolati li jifformaw il-gżejjer tal-elettriku li għadhom jippersistu fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa għandha tinżamm fid-Direttiva sabiex tenfasizza li l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex jiksbu wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-politika tal-enerġija tal-UE, li huwa l-ħolqien tas-suq intern.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  L-Unjoni se tilħaq l-għanijiet tagħha dwar is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli bl-iktar mod effikaċi permezz tal-ħolqien ta' qafas tas-suq li jippremja l-flessibbiltà u l-innovazzjonijiet. Disinn ta' suq tal-elettriku li jiffunzjona tajjeb huwa l-fattur ewlieni għall-adozzjoni ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

Ġustifikazzjoni

Suq Intern tal-Enerġija li jiffunzjona għandu jikkontribwixxi għall-adozzjoni ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli u jippermetti li l-UE tilħaq il-miri tagħha dwar is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll l-obbligi internazzjonali tagħha skont il-ftehimiet ta' Pariġi dwar il-klima.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-konsumaturi huma essenzjali biex tinkiseb il-flessibilità meħtieġa biex is-sistema tal-elettriku tiġi adattata għall-ġenerazzjoni rinnovabbli varjabbli u distribwita. Il-progress teknoloġiku fil-ġestjoni tal-grilja u l-ġenerazzjoni rinnovabbli wasslu għal bosta opportunitajiet għall-konsumaturi. Ukoll, kompetizzjoni b'saħħitha fis-swieq tal-bejgħ bl-imnut se tkun essenzjali biex jiġi żgurat il-ftuħ ta' servizzi innovattivi ġodda li jirrispondu għal ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tal-konsumaturi dejjem jinbidlu filwaqt li jżidu l-flessibbiltà tas-sistema. Jekk il-konsumaturi jingħataw is-setgħa li jieħdu sehem akbar u innovattiv fis-suq tal-enerġija, jenħtieġ li ċ-ċittadini għandhom igawdu mis-suq intern għall-elettriku u jenħtieġ li l-miri tal-Unjoni għas-sorsi rinnovabbli jintlaħqu.

(8)  Il-konsumaturi huma essenzjali biex tinkiseb il-flessibilità meħtieġa biex is-sistema tal-elettriku tiġi adattata għall-ġenerazzjoni rinnovabbli varjabbli u distribwita. Il-progress teknoloġiku fil-ġestjoni tal-grilja u l-ġenerazzjoni rinnovabbli wasslu għal bosta opportunitajiet għall-konsumaturi. Kompetizzjoni b'saħħitha fis-swieq tal-bejgħ bl-imnut se tkun essenzjali biex jiġi żgurat il-ftuħ ta' servizzi innovattivi ġodda li jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tal-konsumaturi dejjem jinbidlu filwaqt li tiżdied il-flessibbiltà tas-sistema. Madankollu, in-nuqqas ta' informazzjoni f'ħin reali jew kważi f'ħin reali pprovduta lill-konsumaturi dwar il-konsum tal-enerġija tagħhom, b'mod partikolari minħabba l-introduzzjoni kajmana tal-miters intelliġenti, ma ħallihomx ikunu parteċipanti attivi fis-suq tal-enerġija u t-tranżizzjoni tal-enerġija. Jekk il-konsumaturi jingħataw is-setgħa u l-għodod biex jieħdu sehem akbar u innovattiv fis-suq tal-enerġija, iċ-ċittadini jenħtieġ li jgawdu mis-suq intern tal-elettriku u jenħtieġ li l-miri tal-Unjoni għas-sorsi rinnovabbli jintlaħqu.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Il-libertajiet li t-Trattat jiggarantixxi liċ-ċittadini tal-Unjoni — inter alia, il-moviment ħieles tal-merkanzija, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi — jistgħu jinkisbu biss f'suq miftuħ kompletament, li jippermetti lill-konsumaturi kollha li jagħżlu liberament il-fornituri tagħhom u li jippermetti lill-fornituri kollha biex jikkunsinjaw liberament il-prodotti lill-klijenti tagħhom.

(9)  Il-libertajiet li t-Trattat jiggarantixxi liċ-ċittadini tal-Unjoni — inter alia, il-moviment ħieles tal-merkanzija, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi — jistgħu jinkisbu biss f'suq interkonness u miftuħ kompletament, li jippermetti lill-konsumaturi kollha li jagħżlu liberament il-fornituri tagħhom u li jippermetti lill-fornituri kollha biex jikkunsinjaw liberament il-prodotti lill-klijenti tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex jiġu żgurati l-kompetizzjoni u l-provvista tal-elettriku bl-aktar prezz kompetittiv, l-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jiffaċilitaw l-aċċess transkonfinali għall-fornituri l-ġodda tal-elettriku minn sorsi differenti tal-enerġija kif ukoll għall-fornituri l-ġodda tal-ġenerazzjoni tal-enerġija , l-ħżin u r-rispons tad-domanda tal-enerġija.

(11)  Sabiex jiġu żgurati l-kompetizzjoni u l-provvista tal-elettriku bl-aktar prezz kompetittiv, l-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jiffaċilitaw l-aċċess transkonfinali għall-fornituri l-ġodda tal-elettriku minn sorsi differenti tal-enerġija kif ukoll għall-fornituri l-ġodda ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, ħżin u rispons tad-domanda. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw fl-iskedar tal-flussi tal-elettriku u jieħdu l-azzjoni neċessarja biex jevitaw flussi ta' elettriku mhux mixtieqa u mhux skedati.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta ma' żewġ emendi fl-Artikolu 3.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li ma jkun jeżisti l-ebda ostaklu bla bżonn fis-suq intern tal-elettriku fir-rigward tad-dħul fis-suq, it-tħaddim tas-suq u l-ħruġ mis-suq. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jkun ċar li dan l-obbligu huwa mingħajr preġudizzju għal dawk il-kompetenzi li l-Istati Membri jżommu b'rabta ma' pajjiżi terzi. Jenħtieġ li tali kjarifika ma tiġix interpretata li tippermetti li Stat Membru jeżerċita kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li l-parteċipanti tas-suq minn pajjiżi terzi jridu jikkonformaw mal-liġijiet applikabbli tal-Unjoni u tal-Istati Membri eżatt bħall-parteċipanti fis-suq l-oħra kollha.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)  Il-Kunsill Ewropew iddikjara, fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Ottubru 2014, li l-Kummissjoni Ewropea, bl-appoġġ tal-Istati Membri, trid tieħu miżuri urġenti sabiex tiżgura l-kisba ta' mira minima ta' 10 % tal-interkonnessjonijiet tal-elettriku eżistenti, bħala kwistjoni ta' urġenza, u mhux aktar tard mill-2020, tal-inqas għall-Istati Membri li għadhom ma laħqux livell minimu ta' integrazzjoni fis-suq intern tal-enerġija, jiġifieri l-Istati Baltiċi, il-Portugall u Spanja, u għall-Istati Membri li jikkostitwixxu l-punt ta' aċċess ewlieni tagħhom għas-suq intern tal-enerġija. Huwa ddikjara wkoll li l-Kummissjoni se tirrapporta b'mod regolari lill-Kunsill Ewropew bil-għan li tintlaħaq mira ta' 15 % sal-2030.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom diskrezzjoni wiesgħa biex jimponu obbligi ta' servizz pubbliku fuq l-impriżi tal-elettriku sabiex jintlaħqu għanijiet ta' interess ekonomiku ġenerali. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li klijenti domestiċi u, fejn l-Istati Membri jqisuh xieraq, impriżi żgħar, igawdu d-dritt li jkunu fornuti b'elettriku ta' kwalità speċifikata bi prezzijiet komparabbli b'mod ċar, trasparenti u kompetittivi. Madankollu, obbligi ta' servizz pubbliku f'forma ta' regolamentazzjoni tal-prezzijiet tal-provvista jikkostitwixxu miżura li tfixkel b'mod fundamentali, li ta' spiss twassal għal akkumulazzjoni ta' żbilanċi tariffarji, limitazzjoni tal-għażla tal-konsumatur, inċentivi aktar dgħajfa għall-iffrankar tal-enerġija u investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija, standards aktar baxxi tas-servizz, involviment u sodisfazzjoni aktar baxxi tal-konsumatur, restrizzjoni tal-kompetizzjoni kif ukoll inqas prodotti u servizzi innovattivi fis-suq. B'konsegwenza, l-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw għodod ta' politika oħra, u b'mod partikolari miżuri ta' politika soċjali mmirati biex il-prezzijiet tal-provvista tal-elettriku jibqgħu raġjonevoli. L-interventi fl-issettjar tal-prezzijiet jenħtieġ li jiġu applikati biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali limitati. Suq tal-bejgħ tal-elettriku bl-imnut kompletament liberalizzat jistimula l-kompetizzjoni, kemm mil-lat tal-prezzijiet kif ukoll minn lati oħra, fost il-fornituri eżistenti. Barra minn hekk, iservi ta' inċentiv għad-dħul ta' atturi ġodda fis-suq biex b'hekk jittejbu l-għażla u s-sodisfazzjoni tal-konsumaturi.

(15)  L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom diskrezzjoni wiesgħa biex jimponu obbligi ta' servizz pubbliku fuq l-impriżi tal-elettriku sabiex jintlaħqu għanijiet ta' interess ekonomiku ġenerali. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li klijenti domestiċi u, fejn l-Istati Membri jqisuh xieraq, impriżi żgħar, igawdu d-dritt li jkunu fornuti b'elettriku ta' kwalità speċifikata bi prezzijiet komparabbli b'mod ċar, trasparenti u kompetittivi. Madankollu, obbligi ta' servizz pubbliku f'forma ta' regolamentazzjoni tal-prezzijiet tal-provvista jikkostitwixxu miżura li tfixkel b'mod fundamentali, li ta' spiss twassal għal akkumulazzjoni ta' żbilanċi tariffarji, limitazzjoni tal-għażla tal-konsumatur, inċentivi aktar dgħajfa għall-iffrankar tal-enerġija u investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija, standards aktar baxxi tas-servizz, involviment u sodisfazzjoni aktar baxxi tal-konsumatur, restrizzjoni tal-kompetizzjoni kif ukoll inqas prodotti u servizzi innovattivi fis-suq. B'konsegwenza, l-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw għodod ta' politika oħra, u b'mod partikolari miżuri ta' politika soċjali mmirati biex il-prezzijiet tal-provvista tal-elettriku jibqgħu raġjonevoli. L-interventi fl-issettjar tal-prezzijiet jenħtieġ li jiġu applikati biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali limitati ħafna sabiex jiġu protetti dawk l-aktar vulnerabbli u jenħtieġ li jiġu eliminati gradwalment f'perjodu ta' żmien limitat. Suq tal-bejgħ tal-elettriku bl-imnut kompletament liberalizzat u li jiffunzjona tajjeb jistimula l-kompetizzjoni, kemm mil-lat tal-prezzijiet kif ukoll minn lati oħra, fost il-fornituri eżistenti. Barra minn hekk, iservi ta' inċentiv għad-dħul ta' atturi ġodda fis-suq biex b'hekk jittejbu l-għażla u s-sodisfazzjoni tal-konsumaturi.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Id-disponibilità ta' mezzi effettivi għar-riżoluzzjoni ta' tilwim għall-konsumaturi kollha tiggarantixxi ħarsien akbar tal-konsumaturi. L-Istati Membri jenħtieġ li jintroduċu proċeduri rapidi u effettivi għat-trattar tal-ilmenti.

(24)  Id-disponibilità ta' mezzi effettivi għal mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni ta' tilwim indipendenti għall-konsumaturi kollha, bħal ombudsman tal-enerġija jew korp tal-konsumaturi, tiggarantixxi ħarsien akbar tal-konsumaturi. L-Istati Membri jenħtieġ li jintroduċu proċeduri rapidi u effettivi għat-trattar tal-ilmenti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Il-konsumaturi kollha jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn parteċipazzjoni diretta fis-suq, b'mod partikolari billi jaġġustaw il-konsum tagħhom skont is-sinjali tas-suq, u b'hekk jibbenefikaw minn prezzijiet aktar baxxi għall-elettriku jew ħlasijiet ta' inċentiv oħra. Il-benefiċċji ta' din il-parteċipazzjoni attiva x'aktarx jiżdiedu maż-żmien meta l-vetturi elettriċi, il-pompi tas-sħana u tagħbijiet flessibbli oħra jsiru aktar kompetittivi. Il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-forom kollha ta' rispons tad-domanda u għalhekk jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jagħżlu li jkollhom sistema ta' kejl intelliġenti u kuntratt ta' pprezzar dinamiku tal-elettriku. Dan jenħtieġ li jippermettilhom jadattaw il-konsum skont is-sinjali tal-prezzijiet f'ħin reali li jirriflettu l-valur u l-kost tal-elettriku jew it-trasport f'perjodi ta' ħin differenti, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw esponiment raġonevoli ta' konsumaturi għar-riskju tal-prezzijiet bl-ingrossa. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li dawk il-konsumaturi li jagħżlu li ma jkunux attivament involuti fis-suq ma jiġux ippenalizzati, iżda minflok jenħtieġ li jiġi ffaċilitat it-teħid ta' deċiżjonijiet informati tagħhom dwar l-għażliet disponibbli li l-aktar ikunu xierqa għal kundizzjonijiet tas-suq domestiċi.

(25)  Il-konsumaturi kollha jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn parteċipazzjoni diretta fis-suq, b'mod partikolari billi jaġġustaw il-konsum tagħhom skont is-sinjali tas-suq, u b'hekk jibbenefikaw minn prezzijiet aktar baxxi għall-elettriku jew ħlasijiet ta' inċentiv oħra. Il-benefiċċji ta' din il-parteċipazzjoni attiva x'aktarx jiżdiedu maż-żmien meta jkun hemm sensibilizzazzjoni ta' konsumaturi altrimenti passivi dwar il-possibbiltajiet tagħhom bħala konsumaturi attivi u meta l-informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta' parteċipazzjoni attiva tkun aktar aċċessibbli u magħrufa. Il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-forom kollha ta' rispons tad-domanda u għalhekk jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jibbenefikaw mill-introduzzjoni sħiħa ta' sistemi ta' kejl intelliġenti, u f'każijiet fejn tali introduzzjoni tkun ġiet ivvalutata b'mod negattiv, jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu li jkollhom sistema ta' kejl intelliġenti u kuntratt bi prezz dinamiku tal-elettriku. Dan jenħtieġ li jippermettilhom jadattaw il-konsum skont is-sinjali tal-prezzijiet f'ħin reali li jirriflettu l-valur u l-kost tal-elettriku jew it-trasport f'perjodi ta' ħin differenti, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw esponiment raġonevoli ta' konsumaturi għar-riskju tal-prezzijiet bl-ingrossa. Jenħtieġ li l-konsumaturi jiġu informati dwar ir-riskju tal-prezz potenzjali tal-kuntratti bi prezz dinamiku. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li dawk il-konsumaturi li jagħżlu li ma jkunux attivament involuti fis-suq ma jiġux ippenalizzati, iżda minflok jenħtieġ li jiġi ffaċilitat it-teħid ta' deċiżjonijiet informati tagħhom dwar l-għażliet disponibbli li l-aktar ikunu xierqa għal kundizzjonijiet tas-suq domestiċi.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  It-teknoloġiji tal-enerġija distribwita u l-emanċipazzjoni tal-konsumatur wasslu biex l-enerġija komunitarja u l-kooperattivi tal-enerġija jsiru mezz effikaċi u kosteffiċjenti biex jintlaħqu l-ħtiġijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward tas-sorsi tal-enerġija, is-servizzi u l-parteċipazzjoni lokali. L-enerġija komunitarja toffri għażla inklużiva għall-konsumaturi kollha biex ikollhom rwol dirett fil-produzzjoni, fil-konsum jew fil-qsim tal-enerġija ma' xulxin fi ħdan netwerk komunitarju f'delimitazzjoni ġeografika li tista' topera f'modalità iżolata inkella f'konnessjoni man-netwerk pubbliku tad-distribuzzjoni. L-inizjattivi tal-enerġija komunitarja jiffokaw primarjament fuq il-forniment ta' tip speċifiku ta' enerġija, bħal pereżempju l-enerġija rinnovabbli, bi prezzijiet raġjonevoli għall-membri tagħhom jew azzjonisti, minflok ma jagħtu prijorità lill-profitti, kif kieku tagħmel kumpanija tal-enerġija tradizzjonali. Permezz tal-involviment dirett tal-konsumaturi, l-inizjattivi tal-enerġija komunitarja qegħdin juru l-potenzjal tagħhom biex jiffaċilitaw l-adozzjoni ta' teknoloġiji u xejriet ta' konsum ġodda, inklużi grilji tad-distribuzzjoni intelliġenti u rispons tad-domanda, b'mod integrat. L-enerġija komunitarja tista' wkoll tavvanza l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fuq il-livell tal-konsumaturi domestiċi u tgħin fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku permezz ta' tnaqqis tal-konsum u tariffi ta' forniment aktar baxxi. L-enerġija komunitarja tippermetti wkoll li ċerti gruppi ta' konsumaturi domestiċi jipparteċipaw fis-suq tal-enerġija li kieku ma setgħux jagħmlu dan. Fejn tħaddmu b'suċċess, inizjattivi bħal dawn taw valur ekonomiku, soċjali u ambjentali fil-komunità, li jmur lil hinn minn sempliċi benefiċċji li jirriżultaw mill-forniment tas-servizzi tal-enerġija. Il-komunitajiet tal-enerġija lokali jenħtieġ li jitħallew joperaw fis-suq f'kundizzjonijiet ġusti mingħajr distorsjoni fil-kompetizzjoni. Il-konsumaturi domestiċi jenħtieġ li jitħallew jipparteċipaw fuq bażi volontarja f'inizjattiva ta' enerġija komunitarja kif ukoll li jitilqu minnha mingħajr ma jitilfu l-aċċess għan-netwerk imħaddem mill-inizjattiva tal-enerġija komunitarja jew id-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi. L-aċċess għal netwerk ta' komunità tal-enerġija lokali jenħtieġ li jingħata b'termini ġusti u li jirriflettu l-kostijiet.

(30)  It-teknoloġiji tal-enerġija distribwita u l-emanċipazzjoni tal-konsumatur wasslu biex l-enerġija komunitarja u l-kooperattivi tal-enerġija jsiru mezz effikaċi u kosteffiċjenti biex jintlaħqu l-ħtiġijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward tas-sorsi tal-enerġija, is-servizzi u l-parteċipazzjoni lokali. L-enerġija komunitarja toffri għażla inklużiva għall-konsumaturi kollha biex ikollhom rwol dirett fil-produzzjoni, fil-konsum jew fil-qsim tal-enerġija ma' xulxin, fuq il-bażi ta' parteċipazzjoni miftuħa u volontarja, fi ħdan netwerk komunitarju f'delimitazzjoni ġeografika li tista' topera f'modalità iżolata inkella f'konnessjoni man-netwerk pubbliku tad-distribuzzjoni. L-inizjattivi tal-enerġija komunitarja jiffokaw primarjament fuq il-forniment ta' tip speċifiku ta' enerġija, bħal pereżempju l-enerġija rinnovabbli, bi prezzijiet raġjonevoli għall-azzjonisti jew il-membri tagħhom, u b'hekk jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' benefiċċji għall-komunitajiet lokali u biex jiġu rappreżentati l-interessi lokali, minflok ma jagħtu prijorità lill-profitti, kif kieku tagħmel kumpanija tal-enerġija tradizzjonali. Permezz tal-involviment dirett tal-konsumaturi, l-inizjattivi tal-enerġija komunitarja qegħdin juru l-potenzjal tagħhom biex jiffaċilitaw l-adozzjoni ta' teknoloġiji u xejriet ta' konsum ġodda, inklużi grilji tad-distribuzzjoni intelliġenti u rispons tad-domanda, b'mod integrat. L-enerġija komunitarja tista' wkoll tavvanza l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-livell tal-konsumaturi domestiċi u tgħin fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku permezz ta' tnaqqis tal-konsum u tariffi ta' forniment aktar baxxi. L-enerġija komunitarja tippermetti wkoll li ċerti gruppi ta' konsumaturi domestiċi jipparteċipaw fis-suq tal-enerġija li kieku ma setgħux jagħmlu dan. Fejn tħaddmu b'suċċess, inizjattivi bħal dawn taw valur ekonomiku, soċjali u ambjentali fil-komunità, li jmur lil hinn minn sempliċi benefiċċji li jirriżultaw mill-forniment tas-servizzi tal-enerġija. Il-komunitajiet tal-enerġija lokali jenħtieġ li jitħallew joperaw fis-suq f'kundizzjonijiet ġusti mingħajr distorsjoni fil-kompetizzjoni. Il-konsumaturi domestiċi jenħtieġ li jitħallew jipparteċipaw fuq bażi volontarja f'inizjattiva ta' enerġija komunitarja kif ukoll li jitilqu minnha mingħajr ma jitilfu l-aċċess għan-netwerk imħaddem mill-inizjattiva tal-enerġija komunitarja jew id-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi. L-aċċess għal netwerk ta' komunità tal-enerġija lokali jenħtieġ li jingħata b'termini ġusti u li jirriflettu l-kostijiet.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Il-kontijiet tal-enerġija u r-rendikonti annwali huma mezz importanti li bih jinżammu infurmati l-klijenti. Minbarra dejta dwar il-konsum u l-kostijiet, jistgħu wkoll iwasslu informazzjoni oħra li tgħin lill-konsumaturi jqabblu l-kuntratt attwali tagħhom ma' offerti oħra. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li tilwim relatat mal-kontijiet huwa sors komuni ħafna ta' lmenti mill-konsumaturi, fattur li jikkontribwixxi għal livelli persistentement baxxi ta' sodisfazzjon tal-konsumaturi u involviment fis-settur tal-enerġija, huwa meħtieġ l-kontijiet u r-rendikonti annwali jsiru aktar ċari u faċli li jinftiehmu, kif ukoll li jiġi żgurat li l-kontijiet ikun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tal-enerġija, iqabblu l-offerti u jaqilbu minn fornitur għall-ieħor.

(31)  Il-kontijiet tal-enerġija u r-rendikonti annwali huma mezz importanti li bih jinżammu infurmati l-klijenti. Il-kontijiet tal-enerġija u r-rendikonti annwali jipprovdu dejta dwar il-konsum u l-kostijiet, filwaqt li jistgħu wkoll iwasslu informazzjoni oħra li tgħin lill-konsumaturi jqabblu l-kuntratt attwali tagħhom ma' offerti oħra. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li tilwim relatat mal-kontijiet huwa sors komuni ħafna ta' lmenti mill-konsumaturi, il-kontijiet u r-rendikonti annwali jikkontribwixxu għal livelli persistentement baxxi ta' sodisfazzjon u involviment tal-konsumaturi fis-settur tal-enerġija. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-kontijiet u r-rendikonti annwali jsiru aktar ċari u faċli li jinftiehmu, kif ukoll li jiġi żgurat li l-kontijiet ikun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tal-enerġija, iqabblu l-offerti u jaqilbu minn fornitur għall-ieħor.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  L-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu l-modernizzazzjoni tan-netwerks ta' distribuzzjoni, pereżempju permezz tal-introduzzjoni ta' sistemi ta' distribuzzjoni intelliġenti, li jenħtieġ li jinbnew b'mod li jinkoraġġixxi l-ġenerazzjoni deċentralizzata u jiżgura l-effiċjenza tal-enerġija.

(32)  L-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu l-modernizzazzjoni tan-netwerks ta' distribuzzjoni, pereżempju permezz tal-introduzzjoni ta' sistemi ta' distribuzzjoni intelliġenti, li jenħtieġ li jinbnew b'mod li jinkoraġġixxi l-ġenerazzjoni deċentralizzata, il-ħżin tal-enerġija u l-effiċjenza tal-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Meta jittieħdu deċiżjonijiet fuq il-livell nazzjonali dwar l-introduzzjoni tal-kejl intelliġenti , għandu jkun possibbli li din tkun ibbażata fuq evalwazzjoni ekonomika. Jekk din l-evalwazzjoni tikkonkludi li l-introduzzjoni ta' dawn is-sistemi ta' kejl tkun ekonomikament raġonevoli u effettiva f'sens ta' spejjeż għall-konsumaturi b'ċertu ammont ta' konsum tal-elettriku biss, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jqisu dan fl-implimentazzjoni.

(34)  Meta jittieħdu deċiżjonijiet fuq il-livell nazzjonali dwar l-introduzzjoni tal-kejl intelliġenti, jenħtieġ li jkun possibbli li din tkun ibbażata fuq evalwazzjoni ekonomika. Jenħtieġ li din l-evalwazzjoni ekonomika tqis il-benefiċċji fit-tul tal-introduzzjoni ta' kejl intelliġenti għall-katina kollha tal-valur, b'mod partikolari għal ġestjoni aħjar tan-netwerk u għal ippjanar u identifikazzjoni aktar preċiżi tat-telf tan-netwerk. Jekk din l-evalwazzjoni tikkonkludi li l-introduzzjoni ta' dawn is-sistemi ta' kejl tkun effettiva f'sens ta' spejjeż għall-konsumaturi b'ċertu ammont ta' konsum tal-elettriku biss, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jqisu dan fl-implimentazzjoni. Madankollu, jenħtieġ li din l-evalwazzjoni tiġi rieżaminata regolarment u mill-inqas kull sentejn fid-dawl tal-iżviluppi rapidi fit-teknoloġija.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  . Aspett prinċipali fil-forniment lill-klijenti huwa l-aċċess għad-dejta oġġettiva u trasparenti dwar il-konsum. Għalhekk, il-konsumaturi jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jaċċessaw id-dejta tal-konsum tagħhom u l-prezzijiet assoċjati kif ukoll l-ispejjeż tas-servizzi sabiex ikunu jistgħu jistiednu l-kompetituri biex jagħmlu offerta bbażata fuq dik id-dejta. Il-konsumaturi jenħtieġ li jkollhom ukoll id-dritt li jiġu infurmati sewwa dwar il-konsum tal-enerġija tagħhom. Il-ħlasijiet minn qabel jenħtieġ li ma jkunux ta' żvantaġġ sproporzjonat għall-utenti, filwaqt li s-sistemi ta' pagamenti differenti jenħtieġ li jkunu nondiskriminatorji. It-tagħrif dwar l-ispejjeż tal-enerġija mogħti lill-konsumaturi b'mod regolari biżżejjed se joħloq inċentivi għall-iffrankar tal-enerġija għaliex jagħti lura lill-konsumaturi informazzjoni diretta dwar l-effetti tal-investiment fl-użu effiċjenti tal-enerġija u fil-bidla fl-imġiba. F'dan ir-rigward, l-implimentazzjoni sħiħa tad-  Direttiva 2012/27 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35  se tgħin lill-konsumaturi biex inaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija tagħhom.

(37)  Aspett prinċipali fil-forniment lill-klijenti finali huwa l-aċċess għal dejta oġġettiva, tempestiva u trasparenti dwar il-konsum. Għalhekk, il-konsumaturi jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jaċċessaw id-dejta tal-konsum tagħhom u l-prezzijiet assoċjati kif ukoll l-ispejjeż tas-servizzi sabiex ikunu jistgħu jistiednu l-kompetituri biex jagħmlu offerta bbażata fuq dik id-dejta. Il-konsumaturi jenħtieġ li jkollhom ukoll id-dritt li jiġu infurmati sewwa dwar il-konsum tal-enerġija tagħhom. Il-ħlasijiet minn qabel jenħtieġ li ma jkunux ta' żvantaġġ sproporzjonat għall-utenti, filwaqt li s-sistemi ta' pagamenti differenti jenħtieġ li jkunu nondiskriminatorji. It-tagħrif dwar l-ispejjeż tal-enerġija mogħti lill-konsumaturi finali b'mod regolari biżżejjed se joħloq inċentivi għall-iffrankar tal-enerġija għaliex jagħti lura lill-konsumaturi finali informazzjoni diretta dwar l-effetti tal-investiment fl-użu effiċjenti tal-enerġija u fil-bidla fl-imġiba. F'dan ir-rigward, l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35 se tgħin lill-konsumaturi biex inaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija tagħhom.

__________________

__________________

35 Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (OJ L 315, 14.11.2012, p. 1).

35 Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Attwalment, ġew żviluppati, jew qegħdin jiġu żviluppati mudelli differenti għall-ġestjoni tad-dejta fl-Istati Membri wara l-introduzzjoni tas-sistemi ta' kejl intelliġenti. Independement mill-mudell tal-ġestjoni tad-dejta, huwa importanti li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli trasparenti biex id-dejta tkun tista' tiġi aċċessata f'kundizzjonijiet mhux diskriminatorji u jiġu żgurati l-ogħla livelli ta' sigurtà ċibernetika u protezzjoni tad-dejta kif ukoll l-imparzjalità tal-entitajiet li jamminstraw id-dejta.

(38)  Attwalment, ġew żviluppati, jew qegħdin jiġu żviluppati mudelli differenti għall-ġestjoni tad-dejta fl-Istati Membri wara l-introduzzjoni tas-sistemi ta' kejl intelliġenti. Independement mill-mudell tal-ġestjoni tad-dejta, huwa importanti li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli trasparenti biex id-dejta tkun tista' tiġi aċċessata u skambjata f'kundizzjonijiet mhux diskriminatorji u b'mod effikaċi u jiġu żgurati l-ogħla livelli ta' integrità tad-dejta, sigurtà ċibernetika u protezzjoni tad-dejta kif ukoll l-imparzjalità tal-entitajiet li jamminstraw id-dejta. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-konsumaturi jibqgħu fil-kontroll u proprjetarji tad-dejta dwar il-konsum, b'mod partikolari billi jkunu jistgħu jidentifikaw lilhom infushom, jagħtu jew jirtiraw il-kunsens b'mod faċli skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Is-servizzi tal-enerġija huma fundamentali biex jiġi mħares il-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni. It-tisħin, it-tkessiħ, id-dawl u l-enerġija biex jiġu alimentati l-apparati elettriċi huma essenzjali biex jiġi ggarantit livell ta' għajxien deċenti u saħħa għaċ-ċittadini. Barra minn hekk, l-aċċess għal dawn is-servizzi tal-enerġija jagħti liċ-ċittadini Ewropej is-setgħa li jilħqu l-potenzjal tagħhom u jtejjeb l-inklużjoni soċjali. Id-djar f'faqar enerġetiku ma għandhomx aċċess għal dawn is-servizzi tal-enerġija minħabba kombinazzjoni ta' introjtu baxx, nefqa kbira fuq l-enerġija u faqar tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fi djarhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru l-informazzjoni t-tajba biex jissorveljaw l-għadd ta' djar f'qagħda ta' faqar enerġetiku. Il-kejl preċiż jenħtieġ li jgħin lill-Istati Membri biex jidentifikaw dawk id-djar milquta mill-faqar enerġetiku sabiex jipprovdulhom appoġġ immirat. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġa b'mod attiv l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-faqar enerġetiku billi tiffaċilita l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-Istati Membri.

(40)  Il-provvista tal-enerġija hija fundamentali biex jiġi mħares il-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni. It-tisħin, it-tkessiħ, id-dawl u l-enerġija biex jiġu alimentati l-apparati elettriċi huma essenzjali biex jiġu ggarantiti livell ta' għajxien deċenti u saħħa għaċ-ċittadini. Barra minn hekk, l-aċċess għall-enerġija jagħti liċ-ċittadini Ewropej is-setgħa li jilħqu l-potenzjal tagħhom u jtejjeb l-inklużjoni soċjali. Id-djar f'faqar enerġetiku ma għandhomx aċċess għal dawn is-servizzi tal-enerġija minħabba kombinazzjoni ta' introjtu baxx, nefqa kbira fuq l-enerġija u faqar tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fi djarhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru l-informazzjoni t-tajba biex jissorveljaw l-għadd ta' djar f'qagħda ta' faqar enerġetiku. Il-kejl preċiż jenħtieġ li jgħin lill-Istati Membri biex jidentifikaw dawk id-djar milquta mill-faqar enerġetiku sabiex jipprovdulhom appoġġ immirat permezz tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali tagħhom jew miżuri ta' politika oħra. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġja b'mod attiv l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-faqar enerġetiku billi tiffaċilita l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-Istati Membri.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Għalhekk, l-Istati Membri affettwati mill-faqar eneġetiku u li għadhom ma għamlux hekk, jenħtieġ li jiżviluppaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali jew oqfsa xierqa oħrajn biex tiġi indirizzata din il-problema , bil-għan li jonqos l-għadd ta' persuni li qed isofru tali sitwazzjoni. Introjtu baxx, nefqa għolja tal-enerġija u faqar tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tad-djar huma fatturi rilevanti fit-tfassil ta' indikaturi għall-kejl tal-faqar enerġetiku. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw il-provvista tal-enerġija meħtieġa għall-konsumaturi vulnerabbli u dawk f'faqar enerġetiku . Meta jagħmlu dan, jista' jintuża approċċ integrat, pereżempju fil-qafas tal-politika tal-enerġija u dik soċjali, u l-miżuri jistgħu jinkludu politiki soċjali jew titjib fid-djar biex l-enerġija tintuża b'mod aktar effiċjenti. Mill-inqas, din id-Direttiva jenħtieġ li tippermetti politiki nazzjonali li jiffavorixxu l-konsumaturi vulnerabbli u dawk f'faqar enerġetiku .

(41)  Il-faqar enerġetiku huwa problema li qed tikber fl-Unjoni. Għalhekk, l-Istati Membri affettwati mill-faqar eneġetiku u li għadhom ma għamlux hekk, jenħtieġ li jiżviluppaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali jew oqfsa xierqa oħrajn biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku, bil-għan li jonqos l-għadd ta' klijenti f'qagħda ta' faqar enerġetiku. Introjtu baxx, nefqa għolja tal-enerġija u faqar tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tad-djar huma fatturi rilevanti fit-tfassil ta' indikaturi għall-kejl tal-faqar enerġetiku. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw il-provvista tal-enerġija meħtieġa għall-konsumaturi vulnerabbli u dawk f'faqar enerġetiku. Meta jagħmlu dan, jista' jintuża approċċ integrat, pereżempju fil-qafas tal-politika tal-enerġija u dik soċjali, u l-miżuri jistgħu jinkludu politiki soċjali jew titjib fid-djar biex l-enerġija tintuża b'mod aktar effiċjenti. Din id-Direttiva jenħtieġ li ssaħħaħ il-politiki nazzjonali favur il-konsumaturi vulnerabbli u dawk f'faqar enerġetiku.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  Meta tintuża sistema ta' distribuzzjoni magħluqa biex tiġi żgurata l-aqwa effiċjenza ta' provvista tal-enerġija integrata li tkun tirrikjedi standards operazzjonali speċifiċi, jew jekk tkun qed tinżamm sistema ta' distribuzzjoni magħluqa prinċipalment għall-użu tal-proprjetarju tas-sistema, jenħtieġ li jkun possibbli li l-operatur tas-sistema tal-produzzjoni jkun eżentat mill-obbligi li kieku joħolqu piż amministrattiv bla bżonn minħabba n-natura partikulari tar-relazzjoni bejn l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-utenti tas-sistema. Is-siti industrijali, kummerċjali jew kondiviżi bħall-istazzjonijiet tal-ferroviji, l-ajruporti, l-isptarijiet u s-siti kbar tal-kampeġġi li jkollhom faċilitajiet integrati jew siti tal-industrija tal-kimika jistgħu jinkludu sistemi ta' distribuzzjoni magħluqa minħabba n-natura speċjalizzata tal-operat tagħhom.

(44)  Meta tintuża sistema ta' distribuzzjoni magħluqa biex tiġi żgurata l-aqwa effiċjenza ta' provvista tal-enerġija integrata li tkun tirrikjedi standards operazzjonali speċifiċi, jew meta tkun qed tinżamm sistema ta' distribuzzjoni magħluqa prinċipalment għall-użu tal-proprjetarju tas-sistema, jenħtieġ li jkun possibbli li l-operatur tas-sistema tal-produzzjoni jkun eżentat mill-obbligi li kieku joħolqu piż amministrattiv bla bżonn minħabba n-natura partikulari tar-relazzjoni bejn l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-utenti tas-sistema. Is-siti industrijali, kummerċjali jew kondiviżi bħall-istazzjonijiet tal-ferroviji, l-ajruporti, l-isptarijiet u s-siti kbar tal-kampeġġi li jkollhom faċilitajiet integrati jew siti tal-industrija tal-kimika jistgħu jinkludu sistemi ta' distribuzzjoni magħluqa minħabba n-natura speċjalizzata tal-operat tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 69

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(69)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu konferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni, sabiex din tiddetermina format komuni Ewropew għad-dejta kif ukoll proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċessar tad-dejta dwar il-kejl tal-enerġija, dejta dwar il-konsum, kif ukoll dejta meħtieġa biex il-konsumaturi jaqilbu minn fornitur għall-ieħor. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38.

(69)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni, sabiex din tiddetermina format komuni Ewropew għad-dejta kif ukoll proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċessar tad-dejta dwar il-kejl tal-enerġija, dejta dwar il-konsum, kif ukoll dejta meħtieġa biex il-konsumaturi jaqilbu minn fornitur għall-ieħor. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38. Sabiex jiġi żgurat li tali format komuni tad-dejta Ewropew jappoġġja kompetizzjoni bbażata fuq is-suq u jikkontribwixxi fl-iżgurar tal-interoperabbiltà bejn is-servizzi tal-enerġija, il-Kummissjoni tista' titlob jekk ikun xieraq li l-istandards tad-dejta jitfasslu mill-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni rilevanti.

__________________

__________________

38 Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

38 Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni għall-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni , il-ħżin u l-provvista tal-elettriku, flimkien mad-dispożizzjonijiet għall-ħarsien tal-konsumatur, bil-għan li jinħolqu swieq tal-enerġija tabilħaqq integrati, iffokati fuq il-konsumaturi u flessibbli fl-Unjoni . Permezz tal-vantaġġi ta' suq integrati, id-Direttiva timmira li tiżgura prezzijiet tal-enerġija raġonevoli għall-konsumaturi, livell għoli ta' sigurtà tal-provvista u tranżizzjoni mingħajr xkiel lejn sistema tal-enerġija dekarbonizzata . Din tistabbilixxi regoli ewlenin li jikkonċernaw l-organizzazzjoni u t-tħaddim tas-settur tal-elettriku Ewropew , b'mod partikolari regoli dwar l-emanċipazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur, dwar l-aċċess miftuħ għas-suq integrat, dwar l-aċċess tal-partijiet terzi għall-infrastruttura tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, regoli dwar is-separazzjoni, u dwar ir-regolaturi nazzjonali indipendenti tal-enerġija .

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni għall-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin u l-provvista tal-elettriku, flimkien mad-dispożizzjonijiet għall-ħarsien tal-konsumatur, bil-għan li jinħolqu swieq tal-enerġija tabilħaqq integrati, iffokati fuq il-konsumaturi u flessibbli fl-Unjoni. Permezz tal-vantaġġi ta' suq integrat, id-Direttiva timmira li tiżgura kostijiet tal-enerġija affordabbli u trasparenti għall-konsumaturi, livell għoli ta' sigurtà tal-provvista u tranżizzjoni mingħajr xkiel lejn sistema tal-enerġija dekarbonizzata u sostenibbli. Din tistabbilixxi regoli ewlenin li jikkonċernaw l-organizzazzjoni u t-tħaddim tas-settur tal-elettriku Ewropew, b'mod partikolari regoli dwar l-emanċipazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur, dwar l-aċċess miftuħ għas-suq integrat, dwar l-aċċess tal-partijiet terzi għall-infrastruttura tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, regoli dwar is-separazzjoni, u dwar ir-regolaturi nazzjonali indipendenti tal-enerġija.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  "klijent attiv" tfisser klijent jew grupp ta' klijenti li jaġixxu flimkien, li jikkunsmaw, jaħżnu jew ibigħu l-elettriku li jiġġeneraw fuq il-proprjetà tagħhom, inkluż permezz tal-aggregaturi, inkella li jieħdu sehem fi skemi ta' rispons tad-domanda jew tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, bil-kundizzjoni li dawn l-attivitajiet ma jkunux jikkostitwixxu l-attività kummerċjali jew professjonali primarja tagħhom.

6.  "klijent attiv" tfisser klijent finali jew grupp ta' klijenti finali li jaġixxu flimkien, li jikkunsmaw, jaħżnu jew ibiegħu l-elettriku li jiġġeneraw fil-proprjetà tagħhom, u li jbiegħu l-elettriku żejjed inkluż permezz tal-aggregaturi, il-fornituri jew in-negozjanti, inkella li jieħdu sehem fi skemi ta' rispons tad-domanda jew tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, bil-kundizzjoni li dawn l-attivitajiet ma jkunux jikkostitwixxu l-attività kummerċjali jew professjonali primarja tagħhom.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  "komunità tal-enerġija lokali" tfisser: assoċjazzjoni, kooperattiva, sħubija, organizzazzjoni mhux bi skop ta' qligħ jew entità legali oħra li hija effettivament ikkontrollata minn azzjonisti jew membri lokali, ġeneralment għal finijiet ta' valur, iktar milli għall-qligħ, involuta fil-ġenerazzjoni distribwita u fit-twettiq ta' attivitajiet ta' operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni, fornitur jew aggregatur fuq il-livell lokali, anke b'dimensjoni transkonfinali.

7.  "komunità tal-enerġija lokali" tfisser assoċjazzjoni, kooperattiva, sħubija, organizzazzjoni mhux bi skop ta' qligħ, SME jew entità legali oħra li hija bbażata fuq parteċipazzjoni volontarja u miftuħa u hija effettivament ikkontrollata minn azzjonisti jew membri lokali, li l-għan predominanti tagħha huwa li tipprovdi benefiċċji komunitarji lokali ambjentali, ekonomiċi jew soċjali għall-membri tagħha jew għaż-żona jew iż-żoni fejn topera aktar milli fejn tiġġenera l-profitti, u li tkun involuta f'attivitajiet bħalma huma l-ġenerazzjoni distribwita, il-ħżin, il-provvista, il-forniment ta' servizzi ta' effiċjenza enerġetika, l-aggregazzjoni, l-elettromobbiltà u l-operazzjoni tas-sistema ta' distribuzzjoni, anke b'dimensjoni transkonfinali;

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

15.  "aggregatur indipendenti" tfisser aggregatur li mhux affiljat ma' fornitur jew kwalunkwe parteċipant ieħor tas-suq;

15.  "aggregatur indipendenti" tfisser aggregatur li mhux affiljat mal-fornitur tal-klijent;

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

38.  "servizz anċillari mhux tal-frekwenza" tfisser servizz użat minn operatur ta' sistema tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni għall-kontroll tal-vultaġġ f'qagħda statika, injezzjonijiet ta' kurrenti reattivi mgħaġġla, inerzja u kapaċità ta' startjar minn mitfi totali;

38.  "servizz anċillari mhux tal-frekwenza" tfisser servizz użat minn operatur ta' sistema tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni għall-kontroll tal-vultaġġ f'qagħda statika, injezzjonijiet ta' kurrenti reattivi mgħaġġla, inerzja għall-istabbiltà tal-grilja lokali, kurrent ta' ċirkwit kort, u kapaċità ta' startjar minn mitfi totali u kapaċità ta' operat ta' netwerk iżolat;

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

39.  "ċentru operazzjonali reġjonali" tfisser iċ-ċentru operazzjonali reġjonali kif definit fl-Artikolu 32 tar-[riformulazzjoni tar-Regolament 714/2009 kif propost mill-COM(2016)861/2]

39.  "ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali" tfisser iċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali kif stabbilit skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) ... [riformulazzjoni tar-Regolament 714/2009 kif propost mill-COM(2016)861/2].

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 39a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

39a.  "parti integrali tas-sistema ta' trażmissjoni" tfisser komponenti tan-netwerk li huma integrati fis-sistema ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni, inklużi l-faċilitajiet ta' ħżin, u li jintużaw bl-iskop uniku li jiġi jiżgurat it-tħaddim sikur u affidabbli tas-sistema ta' trasmissjoni jew distribuzzjoni, iżda mhux għall-ibbilanċjar jew il-ġestjoni tal-konġestjoni, ħlief għal restawr istantanju reattiv tas-sigurtà tan-netwerk f'każ ta' kontinġenzi tan-netwerk;

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

47.  "ħżin tal-enerġija" tfisser, fis-sistema tal-elettriku, iż-żamma ta' ammont ta' elettriku li ġie ġġenerat sal-mument tal-użu, bħala enerġija finali, inkella konvertit fi trasportatur ieħor tal-enerġija.

47.  "ħżin tal-enerġija" tfisser, fis-sistema tal-elettriku, il-posponiment tal-użu ta' elettriku għal mument aktar tard minn meta kien iġġenerat jew il-konverżjoni tal-enerġija elettrika f'forma ta' enerġija li tista' tiġi maħżuna, il-ħżin ta' dik l-enerġija, u r-rikonverżjoni sussegwenti ta' dik l-enerġija lura f'enerġija elettrika jew fi trasportatur ieħor tal-enerġija.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom ma tfixkilx bla bżonn il-flussi transkonfinali tal-elettriku, il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi, anke permezz tar-rispons min-naħa tad-domanda, investimenti fil-ġenerazzjoni tal-enerġija flessibbli, il-ħżin tal-enerġija, l-introduzzjoni tal-elettromobbiltà jew interkonneturi ġodda u li l-prezzijiet tal-elettriku jirriflettu d-domanda u l-provvista attwali.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom ma tfixkilx bla bżonn il-kummerċ u l-flussi transkonfinali tal-elettriku, il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi, anke permezz tar-rispons min-naħa tad-domanda, investimenti fil-ġenerazzjoni tal-enerġija flessibbli, il-ħżin tal-enerġija, l-introduzzjoni tal-elettromobbiltà jew interkonneturi ġodda u li l-prezzijiet tal-elettriku jirriflettu d-domanda u l-provvista attwali.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tiżgura kundizzjonijiet ekwi u ma tiddiskrimina kontra l-ebda parteċipant tas-suq, inklużi dawk minn Stati Membri oħrajn.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi fir-rigward ta' pajjiżi terzi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun jeżisti l-ebda ostaklu bla bżonn fis-suq intern tal-elettriku fir-rigward tad-dħul fis-suq, it-tħaddim tas-suq u l-ħruġ mis-suq. Il-parteċipanti tas-suq minn pajjiżi terzi għandhom jikkonformaw mal-liġijiet applikabbli tal-Unjoni u tal-Istati Membri, inklużi dawk li jikkonċernaw il-politika ambjentali u ta' sikurezza.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.  Din id-Direttiva tistabbilixxi wkoll mezzi ta' kooperazzjoni fost l-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji u l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni lejn il-ħolqien ta' suq intern interkonness bis-sħiħ li jżid l-integrazzjoni tal-elettriku rinnovabbli, il-mekkaniżmi ta' solidarjetà fost l-Istati Membri, il-kompetizzjoni libera u s-sigurtà tal-provvista.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jeżistux ostakoli bla bżonn għad-dħul u l-ħruġ mis-suq ta' impriżi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u tal-provvista tal-elettriku.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jeżistux ostakoli bla bżonn għad-dħul fis-suq u l-ħruġ mis-suq ta' impriżi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, tal-ħżin tal-enerġija, tar-rispons tad-domanda u tal-provvista tal-elettriku.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti kollha jkunu ħielsa li jixtru l-elettriku mill-fornitur li jagħżlu huma.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti kollha jkunu ħielsa li jixtru l-elettriku mill-produttur jew mill-fornitur li jagħżlu huma u jkunu ħielsa li jagħmlu kuntratti simultanjament ma' diversi fornituri.

Ġustifikazzjoni

It-terminu "fornitur" mhuwiex definit, filwaqt li bl-inklużjoni ta' "produttur" il-kamp ta' applikazzjoni jitwessa' biex jinkludi persuna ġuridika.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-klijenti foqra jew vulnerabbli f'termini ta' enerġija b'mod immirat li ma jkunx jinvolvi interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku.

2.  L-Istati Membri jistgħu jiżguraw il-protezzjoni tal-klijenti domestiċi foqra jew vulnerabbli f'termini ta' enerġija b'mod immirat permezz tal-politika soċjali jew b'mezz ieħor li ma jkunx jinvolvi interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Wara [OP – insert the datefive years from the entry into force of this Directive], l-Istati Membri xorta jistgħu japplikaw interventi pubbliċi għall-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku għall-klijenti domestiċi vulnerabbli sa fejn dan ikun strettament meħtieġ għal raġunijiet ta' urġenza estrema. Interventi bħal dawn għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3.

4.  Bejn [OP – daħħal id-data – ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u [OPdaħħal id-data – għaxar snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], l-Istati Membri xorta jistgħu japplikaw interventi pubbliċi għall-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku għall-klijenti domestiċi vulnerabbli. Interventi bħal dawn għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a)  ma għandhomx jiżbqu dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb l-interess ekonomiku ġenerali mfittex minnhom;

 

(b)  għandhom ikunu limitati fiż-żmien;

 

(c)  għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-benefiċjarji tagħhom;

 

(d)  għandhom ikunu limitati għall-klijenti li vulnerabbli u foqra f'termini ta' enerġija;

 

(e)  ma għandhomx ifixklu d-dħul fis-suq ta' parteċipanti ġodda;

 

(f)  ma għandux ikollhom impatt negattiv fuq is-suq bl-ingrossa tal-elettriku;

 

(g)  ma għandhomx jirriżultaw f'kostijiet addizzjonali għall-parteċipanti tas-suq b'mod diskriminatorju; u

 

(h)  il-benefiċjarji kollha ta' tali interventi pubbliċi għandu jkollhom il-possibbiltà li jagħżlu offerti kompetittivi tas-suq u għandhom ikunu infurmati direttament dwar id-disponibbiltà ta' offerti u ffrankar fis-suq kompetittiv, b'mod partikolari l-kuntratti tal-elettriku bi prezz dinamiku, mill-inqas kull tliet xhur, u dawn għandhom jingħataw assistenza biex jaqilbu għal offerta bbażata fuq is-suq.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-produtturi tal-elettriku u l-impriżi tal-provvista tal-elettriku kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom ikunu jistgħu jipprovdu l-elettriku lill-bini tagħhom stess, lis-sussidjarji tagħhom u lil klijenti permezz ta' linja diretta;

(a)  il-produtturi tal-elettriku u l-impriżi tal-provvista tal-elettriku kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom ikunu jistgħu jipprovdu l-elettriku lill-bini tagħhom stess, lis-sussidjarji tagħhom u lil klijenti permezz ta' linja diretta mingħajr ma jkunu soġġetti għal proċeduri jew kostijiet amministrattivi sproporzjonati relatati pereżempju mal-ħtieġa ta' liċenzja tal-provvista;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex tippermetti fil-prattika l-emendi 21, 98 u 128 meta jsiru kuntratti simultanjament ma' diversi fornituri. Fit-tranżizzjoni lejn sorsi rinnovabbli, għandhom jiġu ffaċilitati l-isforzi ta' individwi jew gruppi biex iħaddmu l-operazzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom b'elettriku prodott minn installazzjoni konnessa mal-proprjetà tagħhom permezz ta' linja diretta. Eżempji ta' faċilitaturi bħal dawn huma t-tneħħija ta' liċenzji tal-provvista għaljin u l-awtorizzazzjoni biex klijent jiffirma kuntratt ta' provvista ieħor għall-istess punt ta' metraġġ biex jissodisfa d-domanda residwa tal-elettriku. Dan hu essenzjali biex jiġu ffurmati klijenti attivi.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-klijenti kollha fit-territorju tagħhom ikunu jistgħu jiġu fornuti permezz ta' linja diretta minn produtturi u impriżi ta' provvista.

(b)  il-klijenti kollha fit-territorju tagħhom, b'mod individwali jew konġunt, ikunu jistgħu jiġu fornuti permezz ta' linja diretta minn produtturi u impriżi ta' provvista.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex tippermetti fil-prattika l-emendi 123 u 153 meta jsiru kuntratti simultanjament ma' diversi fornituri, u hija konsistenti mal-emenda 176. Il-bidliet fl-Artikolu 7 huma importanti wkoll biex jiġu ffurmati konsumaturi attivi. Fit-tranżizzjoni lejn sorsi rinnovabbli, għandhom jiġu ffaċilitati l-isforzi ta' individwi jew gruppi biex iħaddmu l-operazzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom b'elettriku prodott minn installazzjoni konnessa mal-proprjetà tagħhom permezz ta' linja diretta. B'dan il-mod l-individwi jew il-korporazzjonijiet jistgħu, fuq tul ta' żmien, inaqqsu jew jiffissaw l-ispejjeż tal-enerġija billi jagħżlu l-enerġija rinnovabbli u jużaw elettriku prodott fil-qrib.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-possibbiltà li l-elettriku jkun provdut permezz ta' linja diretta kif imsemmi fil-Paragrafu 1 ma għandhiex taffettwa l-possibbiltà li l-elettriku jkun mogħti b'kuntratt taħt l-Artikolu 6 .

3.  Il-possibbiltà li l-elettriku jkun provdut permezz ta' linja diretta kif imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandhiex taffettwa l-possibbiltà li l-elettriku jkun mogħti b'kuntratt skont l-Artikolu 6 u ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-klijent li jiffirma kuntratt ta' provvista ieħor għad-domanda tal-elettriku residwa.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex tippermetti fil-prattika l-emendi 123 u 153 meta jsiru kuntratti simultanjament ma' diversi fornituri. Tiffaċilita wkoll l-emendi li jirrigwardaw il-kondiviżjoni tal-enerġija fil-livell lokali fuq skala żgħira, filwaqt li tiżgura li jkun jista' jiġi ffirmat kuntratt ta' forniment ieħor għal ħtiġijiet addizzjonali (jiġifieri tippermetti l-emendi 169, 172 eċċ). Dan huwa importanti biex tiġi mħeġġa t-tranżizzjoni lejn is-sorsi rinnovabbli, jingħataw inċentivi għal żvilupp u użu akbar tal-enerġija rinnovabbli, u jitrawwem il-prinċipju ta' klijent attiv.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 - punt ka (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka)  l-evalwazzjoni tal-alternattivi, bħalma huma s-soluzzjonijiet ta' rispons tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija, għall-bini ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni ġdida;

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu proċeduri speċifiċi tal-awtorizzazzjoni għal ġenerazzjoni żgħira deċentralizzata u/jew distribwita, li jieħdu kont tad-daqs limitat u l-impatt potenzjali tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu proċeduri ta' awtorizzazzjoni speċifiċi, simplifikati u razzjonalizzati għal ġenerazzjoni żgħira deċentralizzata u/jew distribwita, li jieħdu kont tad-daqs limitat u l-impatt potenzjali tagħhom.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  B'konsiderazzjoni sħiħa għad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat, b'mod partikolari l-Artikolu 106 tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq impriżi li jkunu qed jaħdmu fis-settur tal-elettriku, u fl-interess ekonomiku ġenerali, l-obbligi tas-servizz pubbliku li jistgħu jkunu marbuta mas-sigurtà, inkluża s-sigurtà tal-provvista, ir-regolarità, il-kwalità u l-prezz tal-provvisti u l-protezzjoni ambjentali, inklużi l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-enerġija minn sorsi rinnovabbli u l-protezzjoni tal-klima. Tali obbligi għandhom ikunu definiti b'mod ċar, trasparenti, mhux diskriminatorji, verifikabbli u għandhom jiggarantixxu l-ugwaljanza tal-aċċess lill-impriżi tal-elettriku tal-Unjoni għall-konsumaturi nazzjonali. Obbligi tas-servizz pubbliku li jikkonċernaw l-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5.

2.  B'konsiderazzjoni sħiħa għad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat, b'mod partikolari l-Artikolu 106 tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq impriżi li jkunu qed jaħdmu fis-settur tal-elettriku, u fl-interess ekonomiku ġenerali, l-obbligi tas-servizz pubbliku li jistgħu jkunu marbuta mas-sigurtà, inkluża s-sigurtà tal-provvista, ir-regolarità, il-kwalità u l-prezz tal-provvisti u l-protezzjoni ambjentali, inklużi l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-enerġija minn sorsi rinnovabbli u l-protezzjoni tal-klima. Tali obbligi għandhom ikunu definiti b'mod ċar, trasparenti, mhux diskriminatorji, verifikabbli u għandhom jiggarantixxu l-ugwaljanza tal-aċċess lill-impriżi tal-elettriku tal-Unjoni għall-konsumaturi nazzjonali. Fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista, l-effiċjenza fl-enerġija/il-ġestjoni tad-domanda u sabiex jinkisbu l-għanijiet ambjentali u l-objettivi ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli, kif imsemmi f'dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu l-implimentazzjoni ta' ppjanar fit-tul, filwaqt li jqisu l-possibbiltà li partijiet terzi jitolbu aċċess għas-sistema. Obbligi tas-servizz pubbliku li jikkonċernaw l-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt a – subparagrafu 1 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  il-mezzi kif tista' tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-ħlasijiet għall-manutenzjoni applikabbli kollha;

-  il-mezzi kif tista' tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-ħlasijiet għall-manutenzjoni applikabbli u l-prodotti u/jew is-servizzi addizzjonali (offerti magħquda) kollha,

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt a – subparagrafu 1 – inċiż 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  it-tul tal-kuntratt, il-kundizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tas-servizzi u tal-kuntratt ;

-  it-tul tal-kuntratt, il-kundizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tas-servizzi inklużi l-prodotti u/jew is-servizzi addizzjonali (servizzi magħquda) u tal-kuntratt, u jekk huwiex permess l-irtirar mill-kuntratt mingħajr ħlas;

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jingħata avviż xieraq ta' kull intenzjoni li jiġu modifikati l-kundizzjonijiet kuntrattwali u jkunu infurmati bid-dritt tagħhom li li jxolju l-kuntratt meta jingħata l-avviż. Il-fornituri għandhom jinnotifikaw lill- klijenti direttament dwar kwalunkwe aġġustament fil- prezz tal-provvista kif ukoll ir-raġunijiet u l-kundizzjonijiet minn qabel għall-aġġustament, kif ukoll l-ambitu tiegħu , fi żmien xieraq mhux aktar tard minn perjodu wieħed li fih jirċievu l-kont qabel l-aġġustament jidħol fis-seħħ b'mod trasparenti u li jinftiehem. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti jkunu ħielsa li jinħallu minn kuntratti jekk ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet kuntrattwali ġodda jew l-aġġustament tal-prezz tal-provvista nnotifikat lilhom mill-fornitur tal-elettriku tagħhom;

(b)  jingħata avviż xieraq ta' kull intenzjoni li jiġu modifikati l-kundizzjonijiet kuntrattwali u jkunu infurmati bid-dritt tagħhom li jxolju l-kuntratt meta jingħata l-avviż. Il-fornituri għandhom jinnotifikaw lill-klijenti tagħhom direttament dwar kwalunkwe aġġustament fil-prezz tal-provvista kif ukoll ir-raġunijiet u l-kundizzjonijiet minn qabel għall-aġġustament u l-ambitu tiegħu, malli jkollhom l-informazzjoni dwar l-aġġustament, u mhux aktar tard minn xaharqabel l-aġġustament jidħol fis-seħħ b'mod trasparenti u li jinftiehem. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti jkunu ħielsa li jinħallu minn kuntratti jekk ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet kuntrattwali ġodda jew l-aġġustament tal-prezz tal-provvista nnotifikat lilhom mill-fornitur tal-elettriku tagħhom;

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jiġu offruti għażla wiesgħa tal-metodi tal-ħlas, li ma jiddiskriminawx bejn il-klijenti. Kull differenza fit-tariffi marbuta mal-metodi tal-ħlas għandha tirrifletti l-kostijiet rilevanti mġarrba mill-fornitur

(d)  jiġu offruti għażla wiesgħa tal-metodi tal-ħlas, li ma jiddiskriminawx bejn il-klijenti. Kull differenza fit-tariffi marbuta mal-metodi tal-ħlas għandha tirrifletti l-kostijiet rilevanti mġarrba mill-fornitur, b'konformità mal-Artikolu 62 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 li jipprobixxi ħlas addizzjonali għal kwalunkwe strument ta' ħlas;

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  ma jitqegħdux fi żvantaġġ eċċessiv mis-sistemi ta' ħlas minn qabel meta mqabbla mal-prezz medju tas-suq;

(e)  ma jitqegħdux fi żvantaġġ sproporzjonat meta mqabbla mal-prezz medju tas-suq mis-sistemi ta' ħlas minn qabel;

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  jirċievu kont finali ta' għeluq wara kwalunkwe bidla fil-fornitur tal-elettriku mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara li tkun seħħet il-bidla fil-fornitur.

(j)  jirċievu kont finali ta' għeluq wara kwalunkwe bidla fil-fornitur tal-elettriku mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara li tkun seħħet il-bidla fil-fornitur.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  jiġu pprovduti b'sommarju tal-kundizzjonijiet kuntrattwali ewlenin (bħall-karatteristiċi ewlenin tas-servizz, informazzjoni dettaljata dwar il-prezzijiet, kundizzjonijiet għal bdil tal-fornitur u żieda fil-prezz) f'lingwaġġ konċiż u sempliċi fl-ewwel paġna tal-kuntratt jew flimkien mal-kuntratt;

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jkunu infurmati kompletament mill-fornituri dwar l-opportunitajiet u r-riskji ta' kuntratti tal-elettriku bi prezz dinamiku bħal dawn.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jkunu infurmati kompletament mill-fornituri dwar l-opportunitajiet u r-riskji ta' kuntratti tal-elettriku bi prezz dinamiku bħal dawn inkluża l-ħtieġa li jkun installat miter tal-elettriku adegwat.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Kull klijent finali dejjem għandu jintalab li jagħti l-kunsens tiegħu qabel ma jinbidel għal kuntratt bi prezz dinamiku.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  L-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jnaqqsu s-sehem ta' komponenti fissi fil-kontijiet tal-elettriku tal-klijenti finali.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ salvagwardji adegwati rigward l-esponiment tat-tibdil fil-prezzjijiet għal klijenti finali biex jiġu evitati ħasdiet bil-kont jew livelli għolja ta' obbligazzjoni finanzjarja.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sal-1 ta' Jannar 2022, il-proċess tekniku tal-bdil tal-fornitur m'għandux jieħu aktar minn 24 siegħa u għandu jkun possibbli fi kwalunkwe jum ta' xogħol.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti ma jeħlu l-ebda tariffi marbuta mal-bdil.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali ma jeħlu l-ebda tariffi marbuta mal-bdil.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  B'deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jippermettu lill-fornituri jimponu tariffi għat-terminazzjoni tal-kuntratt għal klijenti li volontarjament itemmu kuntratti ta' forniment għal terminu fiss qabel dawn ma jkunu mmaturaw. Tariffi bħal dawn jistgħu jiġu imposti biss jekk il-klijenti jirċievu vantaġġ li jista' jintwera minn dawn il-kuntratti. Barra minn hekk, tariffi bħal dawn m'għandhomx jeċċedu t-telf ekonomiku dirett għall-fornitur tal-klijent li jkun qiegħed itemm il-kuntratt, inkluż il-kost ta' kwalunkwe investimenti magħquda jew servizzi li diġà jkunu ġew provduti lill-klijent bħala parti mill-kuntratt.

3.  B'deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jippermettu lill-fornituri jimponu tariffi għat-terminazzjoni tal-kuntratt għal klijenti finali li volontarjament itemmu kuntratti ta' forniment għal terminu fiss u bi prezz fiss qabel dawn ma jkunu mmaturaw, dment li l-konsumatur ikun daħal volontarjament f'tali kuntratt. Tariffi bħal dawn jistgħu jiġu imposti biss jekk il-klijenti finali jirċievu vantaġġ li jista' jintwera minn dawn il-kuntratti. Barra minn hekk, tariffi bħal dawn għandhom ikunu proporzjonati għall-vantaġġ ipprovdut lill-klijent u m'għandhomx jeċċedu t-telf ekonomiku dirett għall-fornitur tal-klijent finali li jkun qiegħed itemm il-kuntratt, inkluż il-kost ta' kwalunkwe investimenti magħquda jew servizzi li diġà jkunu ġew provduti lill-klijent finali bħala parti mill-kuntratt. L-oneru tal-prova tat-telf ekonomiku dirett għandu jkombi fuq il-fornitur u għandu jiġi mmonitorjat mill-awtorità regolatorja nazzjonali.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-klijenti domestiċi għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw fi skemi ta' bdil kollettiv. L-Istati Membri għandhom ineħħu l-ostakli regolatorji jew amministrattivi kollha għall-bdil kollettiv filwaqt li jipprovdu qafas li jiżgura l-ogħla livell ta' protezzjoni biex il-klijenti jevitaw kwalunkwe prattika abbużiva.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta klijenti finali jkun jixtieq jikkonkludi kuntratt ma' aggregatur, dan l-impenn ma jkunx jeħtieġ il-kunsens tal-fornitur tal-klijent finali.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta klijenti finali jkunu intitolati jikkonkludu kuntratt ma' aggregatur, u li dan l-impenn ma jkunx jeħtieġ il-kunsens tal-fornitur tal-klijent finali.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aggregaturi jinfurmaw kompletament lill-klijenti dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratti offruti lilhom.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri li ma jiddiskriminawx bejn il-konsumaturi abbażi jekk għandhomx kuntratt ma' aggregatur.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li klijent li jixtieq itemm il-kuntratt ma' aggregatur, filwaqt li jirrispetta l-kundizzjonijiet kuntrattwali, ikun intitolat għal tali tmiem fi żmien tliet ġimgħat.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li klijent li jixtieq itemm il-kuntratt ma' aggregatur jista' jagħmel dan b'konformità mal-Artikolu 12.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-oneru tal-prova tat-telf ekonomiku dirett għandu jkombi fuq l-aggregatur u għandu jiġi mmonitorjat mill-awtorità regolatorja nazzjonali.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jkunu intitolati jirċievu d-dejta kollha rilevanti tar-rispons tad-domanda jew id-dejta dwar l-elettriku pprovdut jew mibjugħ għall-inqas darba fis-sena.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jkunu intitolati jirċievu d-dejta kollha rilevanti tar-rispons tad-domanda jew id-dejta dwar l-elettriku pprovdut jew mibjugħ u d-dejta dwar is-saldu fuq talba u mingħajr ma jeħlu kwalunkwe tariffa addizzjonali u għall-inqas darba fix-xahar.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti jkollhom aċċess b'xejn, għal tal-anqas għodda waħda għat-tqabbil tal-offerti tal-fornituri li tissodisfa l-kriterji taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Anness I. L-għodod għat-tqabbil jistgħu jitħaddmu minn kwalunkwe entità, inklużi l-kumpaniji privati u l-awtoritajiet jew korpi pubbliċi. Il-klijenti għandhom jiġu infurmati dwar id-disponibbiltà ta' tali għodod.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti jkollhom aċċess b'xejn, għal tal-anqas għodda waħda għat-tqabbil tal-offerti minn kuntratti kemm individwali kif ukoll magħquda, inklużi kuntratti bi prezz dinamiku, offerti minn fornituri tal-elettriku, fornituri tas-servizz tal-elettriku u aggregaturi indipendenti li jissodisfaw tal-inqas il-kriterji taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Anness I. L-għodod għat-tqabbil jistgħu jitħaddmu minn kwalunkwe entità, inklużi l-kumpaniji privati u l-awtoritajiet jew l-korpi pubbliċi. Tal-inqas għodda waħda għal kull Stat Membru għandha tkopri s-suq kollu. Il-klijenti jridu jiġu infurmati dwar id-disponibbiltà ta' tali għodod fil-kontijiet tagħhom jew flimkien magħhom.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-għodod għat-tqabbil imsemmija fil-paragrafu 1 jinkludu determinanti komparattivi marbuta man-natura tas-servizzi offruti mill-fornituri.

3.  L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-għodod għat-tqabbil imsemmija fil-paragrafu 1 jinkludu determinanti komparattivi marbuta man-natura tas-servizzi offruti mill-fornituri.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Kwalunkwe għodda li tqabbel l-offerti tal-fornituri għandha tkun eliġibbli għal applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni skont dan l-Artikolu fuq bażi volontarja u mhux diskriminatorja.

4.  Kwalunkwe għodda li tqabbel l-offerti tal-fornituri tal-elettriku, il-fornituri tas-servizz tal-elettriku u l-aggregaturi, inklużi l-aggregaturi indipendenti, għandha tapplika għaċ-ċertifikazzjoni skont dan l-Artikolu fuq bażi mhux diskriminatorja.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikunu intitolati jiġġeneraw, jaħżnu, jikkunsmaw u jbigħu l-elettriku li jiġġeneraw huma stess fis-swieq organizzati kollha, individwalment inkella permezz ta' aggregaturi, mingħajr ma jkunu soġġetti għal proċeduri u imposti ta' piż sproporzjonat li ma jirriflettux il-kost reali.

(a)  ikunu intitolati jiġġeneraw, jaħżnu, jikkunsmaw u jbigħu l-elettriku li jiġġeneraw huma stess fis-swieq organizzati kollha, individwalment inkella permezz ta' aggregaturi, mingħajr ma jkunu soġġetti għal proċeduri u imposti diskriminatorji jew ta' piż sproporzjonat li ma jirriflettux il-kost reali.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-installazzjoni tal-enerġija meħtieġa għall-attivitajiet tal-klijent attiv tista' tiġi amministrata minn parti terza inkarigata mill-installazzjoni u t-tħaddim, inklużi l-kejl u l-manutenzjoni.

2.  L-installazzjoni tal-enerġija meħtieġa għall-attivitajiet tal-klijent attiv tista' tiġi amministrata minn parti terza inkarigata mill-installazzjoni u t-tħaddim, inklużi l-kejl u l-manutenzjoni sakemm ir-riskju ekonomiku marbut mat-tħaddim tal-installazzjoni jibqa' tal-konsumatur attiv.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti attivi li jkunu sidien ta' faċilità tal-ħżin:

 

(a) ikollhom id-dritt ta' konnessjoni mal-grilja f'perjodu ta' żmien raġonevoli wara t-talba;

 

(b) ma jkunux soġġetti għal taxxi, ħlasijiet u tariffi addizzjonali għall-elettriku maħżun fil-faċilità tal-ħżin;

 

(c) ikunu distinti mill-ġeneraturi u ma jkunux soġġetti għal rekwiżiti ta' liċenzjar u tariffi relatati;

 

(d) ikunu jistgħu jipprovdu diversi servizzi fl-istess ħin, jekk dan ikun teknikament fattibbli;

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jkunu intitolati li jippossedu, jistabbilixxu jew jikru netwerks komunitarji u li jamministrawhom b'mod awtonomu;

(a)  ikunu intitolati li jippossedu, jistabbilixxu jew jikru netwerks komunitarji u jamministrawhom b'mod awtonomu, sakemm tiġi rrispettata s-sistema ta' konċessjoni tal-Istat Membru;

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  għandhom jkunu soġġetti għal responsabbiltà bbilanċjata b'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) ... [riformulazzjoni tar-Regolament 714/2009 kif proposta mill-COM (2016)861/2];

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jibbenefikaw minn trattament mhux diskriminatorju fir-rigward tal-attivitajiet id-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala klijenti finali, ġeneraturi, operaturi ta' sistema ta' distribuzzjoni jew aggregaturi;

(c)  jibbenefikaw minn trattament mhux diskriminatorju fir-rigward tal-attivitajiet, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala klijenti finali, ġeneraturi, operaturi ta' sistema ta' distribuzzjoni, fornituri jew aggregaturi;

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  jikkontribwixxu adegwatament għall-kostijiet tas-sistema tal-elettriku li jkunu għadhom konnessi magħha;

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  joperaw fis-suq b'kundizzjonijiet ekwi mingħajr ma joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni;

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  il-kundizzjonijiet għall-ħolqien, it-tħaddim u x-xoljiment ta' netwerks tal-enerġija lokali huma definiti sew;

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  jiġu stabbiliti kundizzjonijiet u standards għal komunitajiet tal-enerġija lokali li għandhom netwerks sabiex jinżamm l-ippjanar effiċjenti tan-netwerk. Dawn il-kundizzjonijiet u l-istandards għandhom jiżguraw ukoll li l-klijenti u l-membri fil-komunitajiet tal-enerġija lokali jirċievu l-istess kwalità u standard ta' servizzi tan-netwerk li huma disponibbli għall-klijenti barra mill-komunità tal-enerġija lokali;

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  il-klijenti finali jkunu intitolati jipparteċipaw f'komunità tal-enerġija lokali;

Ġustifikazzjoni

Il-lingwaġġ huwa meħtieġ biex jiġi ċċarat li l-parteċipazzjoni f'komunitajiet tal-enerġija lokali hija espressjoni tad-dritt tal-għażla tal-konsumatur, u biex jiġi żgurat li l-konsumaturi fl-UE kollha jkollhom il-kapaċità li jipparteċipaw f'komunità tal-enerġija lokali.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV japplikaw għal komunitajiet tal-enerġija lokali li jwettqu attivitajiet ta' operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni;

(e)  id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV, kif ukoll regoli u regolamenti oħra li japplikaw għall-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, japplikaw għal komunitajiet tal-enerġija lokali li jwettqu attivitajiet ta' operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni;

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  fejn rilevanti, utenti ta' sistemi li mhumiex azzjonisti jew membri tal-komunità tal-enerġija lokali konnessa man-netwerk tad-distribuzzjoni mħaddem mill-komunità tal-enerġija lokali, għandhom ikunu soġġetti għal imposti tan-netwerk ġusti u li jirriflettu l-kostijiet. Jekk utenti tas-sistema u komunitajiet tal-enerġija lokali bħal dawn ma jirnexxielhomx jaqblu dwar l-imposti tan-netwerk, iż-żewġ partijiet jistgħu jitolbu lill-awtorità regolatorja biex tiddetermina l-livell tal-imposti tan-netwerk f'deċiżjoni rilevanti;

(g)  fejn rilevanti, utenti ta' sistemi li mhumiex azzjonisti jew membri tal-komunità tal-enerġija lokali konnessa man-netwerk tad-distribuzzjoni mħaddem mill-komunità tal-enerġija lokali, għandhom ikunu soġġetti għal imposti tan-netwerk ġusti, mhux diskriminatorji u li jirriflettu l-kostijiet. Jekk utenti tas-sistema u komunitajiet tal-enerġija lokali bħal dawn ma jirnexxielhomx jaqblu dwar l-imposti tan-netwerk, iż-żewġ partijiet jistgħu jitolbu lill-awtorità regolatorja biex tiddetermina l-livell tal-imposti tan-netwerk f'deċiżjoni rilevanti;

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

 

Kondiviżjoni tal-elettriku

 

Il-komunitajiet tal-enerġija lokali huma intitolati jikkondividu l-elettriku minn assi ta' ġenerazzjoni fi ħdan il-komunità mal-membri jew l-azzjonisti tagħha abbażi tal-prinċipji tas-suq, inkluża l-applikazzjoni ta' teknoloġiji tal-ICT eżistenti jew futuri, bħal skemi ta' kejl nett virtwali u dawk ibbażati fuq teknoloġiji tar-reġistru distribwit, kif ukoll permezz ta', pereżempju, ftehimiet ta' xiri tal-enerġija jew arranġamenti kummerċjali bejn il-pari.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jħeġġu lill-klijenti finali, fosthom dawk li joffru r-rispons tad-domanda permezz tal-aggregaturi, li jieħdu sehem flimkien mal-ġeneraturi b'mod mhux diskriminatorju fis-swieq organizzati kollha.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas regolatorji jippermetti li l-klijenti finali, fosthom dawk li joffru r-rispons tad-domanda permezz tal-aggregaturi, jieħdu sehem flimkien mal-ġeneraturi b'mod mhux diskriminatorju fil-mekkaniżmi ta' kapaċita u fis-swieq organizzati kollha.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni, huma u jiksbu servizzi anċillari, jittrattaw lill-fornituri tar-rispons tad-domanda, inklużi l-aggregaturi indipendenti, b'mod mhux diskriminatorju, abbażi tal-kapaċitajiet tekniċi tagħhom.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni, huma u jiksbu servizzi anċillari, jittrattaw lill-fornituri tar-rispons tad-domanda, inklużi l-aggregaturi indipendenti, b'mod mhux diskriminatorju flimkien mal-ġeneraturi, abbażi tal-kapaċitajiet tekniċi tagħhom.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas regolatorju tagħhom jinkoraġixxi l-parteċipazzjoni tal-aggregaturi fis-suq tal-bejgħ bl-imnuq u li jkun fih talanqas l-elementi li ġejjin:

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas regolatorju tagħhom jinkoraġixxi l-parteċipazzjoni tal-aggregaturi fis-swieq kollha u li jkun fih tal-anqas l-elementi li ġejjin:

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  regoli trasparenti li jassenjaw b'mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-parteċipanti kollha fis-suq;

(b)  regoli trasparenti u mhux diskriminatorji li jassenjaw b'mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-parteċipanti kollha fis-suq;

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  regoli u proċeduri trasparenti għall-iskambju tad-dejta bejn il-parteċipanti tas-suq, li jiżguraw aċċess faċli għad-dejta f'termini ugwali u mhux diskriminatorji filwaqt li jipproteġu kompletament id-dejta kummerċjali;

(c)  regoli u proċeduri trasparenti u mhux diskriminatorji għall-iskambju tad-dejta bejn il-parteċipanti tas-suq, li jiżguraw aċċess faċli għad-dejta f'termini ugwali u mhux diskriminatorji filwaqt li jipproteġu kompletament id-dejta kummerċjali u d-dejta personali tal-konsumaturi, inklużi rekwiżiti minimi ta' informazzjoni għall-aggregatur, kif ukoll kriterji minimi għall-protezzjoni ta' dejta sensittiva mil-lat kummerċjali għall-partijiet ikkonċernati kollha;

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-aggregaturi m'għandhomx jintalbu jħallsu kumpens lill-fornituri jew lill-ġeneraturi;

imħassar

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  il-parteċipanti fis-suq involuti f'aggregazzjoni għandhom ikunu finanzjarjament responsabbli għall-iżbilanċi li jikkawżaw fis-sistema tal-elettriku kif definit skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) ... [riformulazzjoni tar-Regolament 714/2009 kif proposta mill-COM (2016)861/2];

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  regoli u proċeduri trasparenti u mhux diskriminatorji biex il-parteċipanti fis-suq jiġu kkumpensati għall-enerġija li jipprovdu matul il-perjodu ta' rispons tad-domanda b'mod proporzjonat, taħt is-superviżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali, mingħajr ma joħolqu ostaklu għad-dħul fis-suq ta' aggregaturi jew ostaklu għall-flessibbiltà. Il-kumpens għandu jkun strettament limitat biex ikopri l-ispejjeż li jirriżultaw. Il-kalkolu tal-metodu għal tali kumpens jista' jqis il-benefiċċji li jinħolqu mill-aggregaturi indipendenti għal parteċipanti oħrajn tas-suq u jkun soġġett għal approvazzjoni mill-awtorità regolatorja;

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt dc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc)  il-klijenti finali li għandhom kuntratt ma' aggregaturi indipendenti ma għandhomx iħabbtu wiċċhom ma' penali, ħlasijiet indebiti jew xi restrizzjoni kuntrattwali indebita oħra mill-fornituri tagħhom;

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sabiex jiġi żgurat li l-kostijiet u l-benefiċċji tal-ibbilanċjar li jwasslu l-aggregaturi jiġu assenjati b'mod ġust lill-parteċipanti fis-suq, l-Istati Membri jistgħu, eċċezzjonalment, jippermettu ħlasijiet ta' kumpens bejn l-aggregaturi u l-partijiet responsabbli għall-ibbilanċjar. Ħlasijiet ta' kumpens bħal dawn iridu jkunu limitati għal sitwazzjonijiet fejn parteċipant wieħed fis-suq iwassal għal żbilanċi għal parteċipant ieħor fis-suq, li jirriżulta f'kost finanzjarju.

imħassar

Ħlasijiet ta' kumpens eċċezzjonali bħal dawn għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u jkunu ssorveljati mill-Aġenzija.

 

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi għall-ħruġ tal-kontijiet u l-informazzjoni dwar il-kontijiet kif stipulat fl-Anness II. L-informazzjoni fil-kontijiet għandha tkun korretta, ċara, konċiża u ppreżentat b'mod li jiffaċilita t-tqabbil mill-konsumaturi.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi għall-ħruġ tal-kontijiet u l-informazzjoni dwar il-kontijiet kif stipulat fl-Anness II. L-informazzjoni fil-kontijiet għandha tkun korretta, ċara, konċiża, faċli għall-utent u ppreżentata b'mod li jiffaċilita t-tqabbil mill-konsumaturi. L-informazzjoni msemmija fl-Anness II, li mhux obbligatorja fil-kontijiet, għandha tkun disponibbli għall-klijenti b'mezzi oħra skont l-għażla tal-Istati Membri.

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ħruġ tal-kontijiet għandu jsir abbażi tal-konsum reali, talanqas darba fis-sena. L-informazzjoni dwar il-kontijiet għandha ssir disponibbli talanqas darba kull tliet xhur, inkella fuq talba, jew fejn il-klijenti finali ikun iddeċieda hekk permezz tal-kontijiet elettroniċi jew darbtejn fis-sena.

Il-ħruġ tal-kontijiet għandu jsir abbażi tal-konsum reali, tal-anqas darba fis-sena. L-informazzjoni dwar il-kontijiet, inkluża l-infor il-konsum reali għandha ssir disponibbli tal-anqas darba kull xahar, fuq talba jew fejn il-klijenti finali jkunu ddeċidew hekk permezz tal-kontijiet elettroniċi jew inkella darbtejn fis-sena.

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta l-klijenti finali jkollhom miters li jippermettu l-qari mill-bogħod mill-operatur, l-informazzjoni preċiża dwar il-kontijiet abbażi tal-konsum reali għandha tiġi pprovduta talanqas darba fix-xahar.

4.  Meta l-klijenti finali jkollhom miters li jippermettu l-qari mill-bogħod mill-operatur, l-informazzjoni preċiża dwar il-kontijiet abbażi tal-konsum reali għandha tiġi pprovduta tal-anqas darba fix-xahar anke permezz ta' siti web jew mezzi innovattivi oħrajn.

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li, fuq talba tal-klijent finali, l-informazzjoni li fihom dawn il-kontijiet ma jkollhiex titqies li tikkostitwixxi talba għall-ħlas. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri joffru arranġamenti flessibbli għall-ħlasijiet.

imħassar

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-informazzjoni u l-estimi għall-kost tal-elettriku jiġu pprovduti lill-klijenti finali fuq talba, b'mod regolari u f'format li jinftiehem faċilment.

8.  L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-informazzjoni u l-estimi għall-kost tal-elettriku jiġu pprovduti lill-klijenti finali fuq talba, b'mod regolari u f'format li jinftiehem faċilment. Jekk il-kuntratt jinkludi tibdil futur tal-prodott jew il-prezz jew skont, dan għandu jkun indikat fuq il-kont flimkien mad-data meta t-tibdil iseħħ.

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.  L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur meta jikkunsidraw tibdiliet fil-format tal-kontijiet.

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 8b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8b.  Meta klijent finali jkun ilu fuq l-istess tariffa għal aktar minn sentejn, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-fornituri jinnotifikaw lill-klijent, fil-kont tal-enerġija jew ma' dan il-kont, jekk hix disponibbli tariffa aktar adatta jew vantaġġjuża, u jiffaċilitaw it-tibdil lejn it-tariffa l-ġdida.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tittieħed azzjoni biex jiġi żgurat li meta l-klijenti finali kienu fuq l-istess tariffa għal aktar minn sentejn, huma jkunu jistgħu jiġu mgħarrfa b'mod proattiv mill-fornitur tagħhom dwar jekk huma jistgħux inaqqsu l-kontijiet billi jaqilbu għal tariffa alternattiva, jew saħansitra tariffa aktar reċenti, offruta mill-istess fornitur. Il-klijenti li ma jbiddlux lill-fornitur diversi drabi jispiċċaw fuq l-hekk imsejħa "tariffi rieqda" jew "tariffi ta' legat" li mhumiex aktar kompetittivi u jistgħu ikunu aktar għalja b'mod sinifikanti mill-firxa attwali ta' tariffi disponibbli. Dawn il-klijenti jistgħu ħafna drabi jkunu dwak bi dħul baxx jew l-aktar f'riskju ta' faqar enerġetiku.

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sabiex titħeġġeġ l-effiċjenza fl-enerġija u l-emanċipazzjoni tal-klijenti , l-Istati Membri, jew meta l-Istat Membru jkollu dispożizzjonijiet għal dawn, l-awtorità regolatorja għandhom jirrakkomandaw b'mod qawwi li l-impriżi tal-elettriku u l-aggregaturi jtejbu għall-aħjar l-użu tal-elettriku, inter alia billi jipprovdu servizzi ta' ġestjoni tal-enerġija, l-iżvilupp ta' formuli innovattivi ta' tariffi jew jintroduċu sistemi interoperabbli għall-kejl jew għad-distribuzzjoni fejn dan ikun xieraq.

1.  Sabiex titħeġġeġ l-effiċjenza fl-enerġija u l-emanċipazzjoni tal-klijenti, l-Istati Membri jew, meta l-Istat Membru jkun ippreveda hekk, l-awtorità regolatorja għandhom jirrakkomandaw b'mod qawwi li l-impriżi tal-elettriku u l-aggregaturi jottimizzaw l-użu tal-elettriku, fejn dan ikun kosteffettiv, inter alia billi jipprovdu servizzi ta' ġestjoni tal-enerġija, jiżviluppaw formuli innovattivi ta' prezzar u jintroduċu sistemi ta' kejl intelliġenti interoperabbli b'mod partikolari mas-sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija tal-konsumaturi, il-grilji intelliġenti u fejn dan ikun xieraq id-"djar intelliġenti" b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta.

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri li jissoktaw bl-introduzzjoni għandhom jadottaw u jippubblikaw ir-rekwiżiti funzjonali minimi u tekniċi għas-sistemi ta' kejl intelliġenti li jkunux se jiddaħħlu fit-territorji tagħhom f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 20 u l-Anness III. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn is-sistemi ta' kejl intelliġenti jkunu interoperabbli u li jkollhom konnettività mal-pjattaformi ta' ġestjoni tal-enerġija tal-konsumaturi. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom iqisu l-użu tal-istandards disponibbli rilevanti, inklużi dawk tal-interoperabbiltà, l-aqqwa prattiki u l-importanza tal-iżvilupp tas-suq intern fl-elettriku.

3.  L-Istati Membri li jissoktaw bl-introduzzjoni tal-kejl intelliġenti għandhom jadottaw u jippubblikaw ir-rekwiżiti funzjonali minimi u tekniċi għas-sistemi ta' kejl intelliġenti li jkunux se jiddaħħlu fit-territorji tagħhom f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 20 u l-Anness III. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn is-sistemi ta' kejl intelliġenti jkunu interoperabbli, iffukati fuq l-utent u li jkollhom konnettività mal-pjattaformi ta' ġestjoni tal-enerġija tal-konsumaturi. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom iqisu l-użu tal-istandards disponibbli rilevanti, inklużi dawk li jippermettu l-interoperabbiltà fuq il-livell ta' mudell tad-dejta u applikazzjoni, l-aqwa prattiki u l-importanza tal-iżvilupp tal-iskambju tad-dejta, is-servizzi tal-enerġija futuri u innovattivi, l-introduzzjoni ta' grilji intelliġenti u s-suq intern fl-elettriku. Għas-sistemi eżistenti ta' kejl intelliġenti, ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati meta s-sistema ta' kejl tiġi sostitwita b'waħda ġdida, fi tmiem il-ħajja ekonomika tagħha jew qabel.

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri li jissoktaw bl-introduzzjoni tal-kejl intelliġenti għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jikkontribwixxu għall-kostijiet assoċjati tal-introduzzjoni b'mod trasparenti u mhux diskriminatorju. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw din l-introduzzjoni regolarment fit-territorji tagħhom sabiex isegwu l-evoluzzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji għall-katina kollha tal-valur, inkluż it-twassil ta' benefiċċji netti għall-konsumaturi.

4.  L-Istati Membri li jissoktaw bl-introduzzjoni tal-kejl intelliġenti għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jikkontribwixxu għall-kostijiet assoċjati tal-introduzzjoni b'mod trasparenti u mhux diskriminatorju filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji fit-tul għall-katina tal-valur kollha. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw din l-introduzzjoni regolarment fit-territorji tagħhom sabiex isegwu l-evoluzzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji għall-katina kollha tal-valur, inkluż it-twassil ta' benefiċċji netti bħall-iffrankar lill-konsumaturi u s-sodisfazzjon ġenerali tagħhom bl-introduzzjoni.

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta l-introduzzjoni tal-kejl intelliġenti tiġi vvalutata b'mod negattiv b'riżultat tal-valutazzjoni tal-kostijiet-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din il-valutazzjoni tiġi riveduta perjodikament b'rispons għall-bidliet fis-suppożizzjonijiet sottostanti u l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lis-servizzi responsabbli tal-Kummissjoni bir-riżultat tal-valutazzjoni ekonomika aġġornata malli dan isir disponibbli.

5.  Meta l-introduzzjoni tal-kejl intelliġenti tiġi vvalutata b'mod negattiv b'riżultat tal-valutazzjoni tal-kostijiet-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din il-valutazzjoni tiġi riveduta perjodikament u tal-anqas kull sentejn b'rispons għall-bidliet fis-suppożizzjonijiet sottostanti u l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lis-servizzi responsabbli tal-Kummissjoni bir-riżultat tal-valutazzjoni ekonomika aġġornata malli dan isir disponibbli.

Emenda    101

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-kejl intelliġenti jkun ġie vvalutat b'mod pożittiv b'riżultat tal-valutazzjoni tal-kostijiet-benefiċċji msemmija fl-Artikolu 19(2), jew ikun ġie adottat b'mod sistematiku, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw sistemi ta' kejl intelliġenti f'konformità mal-istandards Ewropew, id-dispożizzjonijiet fl-Anness III, u f'konformità mal-prinċipji li ġejjin:

Fejn il-kejl intelliġenti jkun ġie vvalutat b'mod pożittiv b'riżultat tal-valutazzjoni tal-kostijiet-benefiċċji msemmija fl-Artikolu 19(2), jew ikun ġie adottat b'mod sistematiku wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Diretiva, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw sistemi ta' kejl intelliġenti f'konformità mal-istandards Ewropew, id-dispożizzjonijiet fl-Anness III, u f'konformità mal-prinċipji li ġejjin:

Emenda    102

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  is-sistemi ta' kejl ikejlu b'mod preċiż il-konsum reali tal-elettriku u jipprovdu informazzjoni dwar il-ħin reali tal-użu lill-klijenti finali. Dik l-informazzjoni għandha tkun faċilment disponibbli u tidher lill-klijenti finali mingħajr ħlas ulterjuri f'ħin kważi-reali sabiex jiġu sostnuti l-programmi awtomatizzati tal-effiċjenza tal-enerġija, tar-rispons tad-domanda u servizzi oħra;

(a)  is-sistemi ta' kejl ikejlu b'mod preċiż il-konsum reali tal-elettriku u jipprovdu informazzjoni dwar il-ħin reali tal-użu lill-klijenti finali. Id-dejta validata dwar il-konsum storiku għandha tkun faċilment disponibbli u tidher lill-klijenti finali tal-inqas fuq skrin fid-dar mingħajr ebda ħlas ulterjuri; Id-dejta mhux validata dwar il-konsum f'ħin kważi-reali għandha tkun disponibbli għall-klijenti finali permezz ta' interfaċċja standardizzata sabiex jiġu sostnuti l-programmi awtomatizzati tal-effiċjenza tal-enerġija, tar-rispons tad-domanda u servizzi oħra.

Emenda    103

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-privatezza u l-ħarsien tad-dejta tal-klijenti finali tiġi żgurata f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza;

(c)  il-privatezza u l-ħarsien tad-dejta tal-klijenti finali tiġi żgurata f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza; għandu jkun possibbli, b'mod partikolari, li l-klijent finali ikollhom aċċess għall-informazzjoni dwar l-identità ta' partijiet oħrajn li jaċċessaw id-dejta personali tagħhom, u dwar il-mument tal-aċċess, sabiex ikunu jistgħu jinfurzaw id-drittijiet tagħhom skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta;

Emenda    104

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jekk il-klijenti finali jitolbu hekk, id-dejta dwar il-kejl fuq l-input u l-konsum tal-elettriku tagħhom għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom, permezz ta' interfaċċja lokali standardizzata u/jew aċċess remot, jew għal parti terza li taġixxi f'isimhom, f'format li jinftiehem faċilment kif previst fl-Aritkolu 24, biex ikunu jistgħu iqabblu offerti li fil-fatt ikunu paragunabbli;

(e)  id-dejta dwar il-kejl fuq l-input u l-konsum tal-elettriku tagħhom għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom, permezz ta' interfaċċja lokali standardizzata u/jew aċċess remot, jew għal parti terza li taġixxi f'isimhom, f'format li jinftiehem faċilment kif previst fl-Aritkolu 24, kemm jista' jkun qrib tal-ħin reali biex ikunu jistgħu jqabblu offerti li fil-fatt ikunu paragunabbli. għandu jkun daqstant possibbli li l-klijenti finali jniżżlu d-dejta dwar il-kejl tagħhom jew li jittrażmettuha lil parti oħra mingħajr ebda ħlas addizzjonali u b'konformità mad-dritt tagħhom ta' portabbiltà tad-dejta skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta;

Emenda    105

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  il-klijenti finali għandhom jingħataw pariri u informazzjoni xierqa fil-mument tal-installazzjoni tal-miters intelliġenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-potenzjal sħiħ tagħhom fir-rigward tal-ġestjoni tal-qari tal-miter u l-monitoraġġ tal-konsum tal-elettriku, u dwar il-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta personali f'konformità mal-leġiżlazzjoni appikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta;

(f)  il-klijenti finali għandhom jingħataw pariri u informazzjoni xierqa qabel u/jew fil-mument tal-installazzjoni tal-miters intelliġenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-potenzjal sħiħ tagħhom fir-rigward tal-ġestjoni tal-qari tal-miter u l-monitoraġġ tal-konsum tal-elettriku, u dwar il-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta personali f'konformità mal-leġiżlazzjoni appikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta;

Emenda    106

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn il-kejl intelliġenti jingħata valutazzjoni negattiva b'riżultat ta' valutazzjoni tal-kostijiet-benefiċċji msemmija fl-Aritkolu 19(2), jew ma jiġix introdott b'mod sistematiku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull klijent finali jkun intitolat għall-installazzjoni jew għat-titjib, b'kundizzjonijiet ġusti u raġjonevoli, ta' miter intelliġenti li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

1.  Fejn il-kejl intelliġenti jingħata valutazzjoni negattiva b'riżultat ta' valutazzjoni tal-kostijiet-benefiċċji msemmija fl-Aritkolu 19(2), jew ma jiġix introdott b'mod sistematiku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull klijent finali jkun intitolat għall-installazzjoni jew, fejn applikabbli, għat-titjib, fuq talba u b'kundizzjonijiet ġusti, raġjonevoli u effettivi f'sens ta' spejjeż, ta' miter intelliġenti li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

Emenda    107

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fejn ikun teknikament fattibbli, jkun mgħammar bil-funzjonalitajiet imsemmija fl-Artikolu 20, jew b'sett minimu ta' funzjonalitajiet li għandhom jiġu ddefiniti u ppubblikata mill-Istati Membri fuq livell nazzjonali u f'konformità mad-dispożizzjonijiet fl-Anness III,

(a)  ikun mgħammar bil-funzjonalitajiet imsemmija fl-Artikolu 20, jew b'sett minimu ta' funzjonalitajiet li għandhom jiġu ddefiniti u ppubblikati mill-Istati Membri fuq livell nazzjonali u f'konformità mad-dispożizzjonijiet fl-Anness III,

Emenda    108

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Huma u jistabbilixxu r-regoli dwar il-ġestjoni u l-iskambju tad-dejta, l-Istati Membri, jew fejn l-Istat Membru jkun stipula hekk, l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandhom jispeċifikaw il-partijiet eliġibbli li jista' jkollhom aċċess għad-dejta tal-klijent finali bil-kunsens espliċitu tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, id-dejta għandha tinkludi dejta dwar il-kejl u l-konsum kif ukoll dejta meħtieġa biex il-konsumaturi jaqilbu minn fornitur għall-ieħor. Il-partijiet eliġibbli għandhom jinkludu mill-inqas klijenti, fornituri, operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u distribuzzjoni, aggregaturi, kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija, u partijiet oħra li jipprovdu l-enerġija jew servizzi oħrajn lil klijenti.

1.  Huma u jistabbilixxu r-regoli dwar il-ġestjoni u l-iskambju tad-dejta, l-Istati Membri, jew fejn l-Istat Membru jkun stipula hekk, l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandhom jispeċifikaw il-partijiet eliġibbli li jista' jkollhom aċċess għad-dejta tal-klijent finali bil-kunsens espliċitu tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, id-dejta għandha tinkludi dejta dwar il-kejl u l-konsum kif ukoll dejta meħtieġa biex il-konsumaturi jaqilbu minn fornitur għall-ieħor, għall-programmi awtomatizzati tal-effiċjenza tal-enerġija, għas-servizzi ta' ġestjoni tal-enerġija u għas-servizzi ta' rispons tad-domanda. Il-partijiet eliġibbli għandhom jinkludu mill-inqas klijenti, fornituri, operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u distribuzzjoni, aggregaturi, kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija, u partijiet oħra li jipprovdu l-enerġija jew servizzi oħrajn lil klijenti.

 

Fuq talba, il-partijiet eliġibbli għandhom jipprovdu lill-klijenti b'ħarsa ġenerali dwar il-partijiet li għandhom aċċess għad-dejta tagħhom.

__________________

__________________

52 Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

52 Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    109

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jorganizzaw il-ġestjoni tad-dejta sabiex jiżguraw aċċess u skambju effiċjenti tad-dejta. Indipendentement mid-dejta fil-mudell ta' ġestjoni tad-dejta applikata f'kull Stat Membru, il-parti jew partijiet responsabbli għall-ġestjoni tad-dejta għandhom, bil-kunsens espliċitu tal-klijent finali, jipprovdu aċċess għad-dejta tal-klijent finali lil kwalunkwe parti eliġibbli. Il-partijiet eliġibbli għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom b'mod mhux diskriminatorju u fl-istess ħin, id-dejta mitluba. L-aċċess għad-dejta għandu jkun faċli, filwaqt li proċeduri relevanti għandhom ikunu pubblikament disponibbli.

2.  L-Istati Membri għandhom jorganizzaw il-ġestjoni sigura tad-dejta sabiex jiżguraw l-aċċess u l-iskambju effiċjenti tad-dejta, il-protezzjoni tad-dejta, is-sigurtà, it-trasparenza u n-newtralità tad-dejta u l-integrità tad-dejta. Indipendentement mid-dejta fil-mudell ta' ġestjoni tad-dejta applikata f'kull Stat Membru, il-parti jew partijiet responsabbli għall-ġestjoni tad-dejta għandhom, bil-kunsens espliċitu tal-klijent finali, jipprovdu aċċess għad-dejta tal-klijent finali lil kwalunkwe parti eliġibbli. Il-partijiet eliġibbli għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom b'mod mhux diskriminatorju u fl-istess ħin, id-dejta mitluba. L-aċċess għad-dejta għandu jkun faċli, filwaqt li proċeduri relevanti għandhom ikunu pubblikament disponibbli.

Emenda    110

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-klijenti finali m'għandhom jintalbu l-ebda ħlas għal kostijiet addizzjonali għall-aċċess għad-dejta tagħhom. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istabbiliment tal-kostijiet rilevanti għall-aċċess għad-dejta mill-partijiet eliġibbli. L-entitajiet regolati li jipprovdu s-servizzi tad-dejta ma għandhomx jagħmlu profitt minn dik l-attività.

4.  Il-klijenti finali m'għandhom jintalbu l-ebda ħlas addizzjonali għall-aċċess għad-dejta tagħhom jew għal talba biex jittrasferixxu d-dejta tagħhom. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istabbiliment tal-kostijiet rilevanti għall-aċċess għad-dejta mill-partijiet eliġibbli. L-entitajiet regolati li jipprovdu s-servizzi tad-dejta ma għandhomx jagħmlu profitt minn dik l-attività.

Emenda    111

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu format komuni għad-dejta u proċedura trasparenti għall-partijiet eliġibbli biex ikollhom aċċess għad-dejta elenkata taħt l-Artikolu 23(1) sabiex titrawwem il-kompetizzjoni fis-suq tal-bejgħ bl-imnut u jiġu evitati l-kostijiet amministrattivi eċċessivi għall-partijiet eliġibbli.

1.  L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu format komuni għad-dejta biex jippermettu l-interoperabbiltà u jiffaċilitaw l-iskambju tad-dejta u proċedura trasparenti għall-partijiet eliġibbli biex ikollhom aċċess għad-dejta elenkata taħt l-Artikolu 23(1) sabiex titrawwem il-kompetizzjoni fis-suq tal-bejgħ bl-imnut u jiġu evitati l-kostijiet amministrattivi eċċessivi għall-partijiet eliġibbli.

Emenda    112

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 68, għandha tiddetermina format komuni tad-dejta Ewropew u proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-dejta, elenkati taħt l-Artikolu 23(1), li jissostitwixxi l-format tad-dejta nazzjonali u l-proċedura adottata mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parteċipanti fis-suq japplikaw format komuni tad-dejta Ewropew.

2.  Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 68, għandha tiddetermina standards ta' interoperabbiltà u format komuni tad-dejta Ewropew u proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-dejta, elenkati taħt l-Artikolu 23(1), u tipprevedi tranżizzjoni effettiva f'sens ta' spejjeż, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet fl-Istati Membri, li jissostitwixxi l-format tad-dejta nazzjonali u l-proċedura adottata mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parteċipanti fis-suq japplikaw l-istandards tal-interoperabbiltà jew il-format komuni tad-dejta Ewropew. Meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni tista', wara li tikkonsulta l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 68, titlob li jitfasslu standards mill-organizzazzjonijiet Ewropej rilevanti tal-istandards.

Emenda    113

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta' punti singoli ta' kuntatt sabiex jipprovdu lill- klijenti bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar id-drittijiet tagħhom, il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, u l-mezzi ta' soluzzjoni tat-tilwim li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom f'każ ta' tilwima. Dawn il-punti ta' kuntatt jistgħu jkunu parti minn punti ta' informazzjoni ġenerali għall-konsumatur.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta' punti uniċi ta' kuntatt sabiex jipprovdu lill-klijenti l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar id-drittijiet tagħhom, il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, l-għodod ta' tqabbil akkreditati u l-mezzi ta' soluzzjoni tat-tilwim li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom f'każ ta' tilwima mal-fornitur tal-elettriku, mal-fornitur tas-servizz tal-enerġija, mal-aggregatur jew ma' kwalunkwe intermedjarju ieħor. Dawn il-punti ta' kuntatt jistgħu jkunu parti minn punti ta' informazzjoni ġenerali għall-konsumatur. F'każijiet fejn is-servizz ipprovdut huwa marbut jew magħqud ma' softwer, ħardwer jew teknoloġija tal-komunikazzjoni, l-ilmenti tal-klijenti finali għandhom jiġu indirizzati permezz ta' punt uniku ta' kuntatt.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test.

Emenda    114

Proposta għal direttiva

Artikolu 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 26

Artikolu 26

Dritt għar-riżoluzzjoni tat-tilwim barra l-qrati

Dritt għar-riżoluzzjoni tat-tilwim barra l-qrati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li Il-klijenti għandu jkollhom aċċess għal mekkaniżmi sempliċi, ġusti, trasparenti, indipendenti, effikaċi u effiċjenti għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti skont din id-Direttiva. Fejn klijent huwa konsumatur skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill53, il-mekkaniżmi barra mill-qorti bħal dawn għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fid-Direttiva 2013/11/UE u jipprovdu, fejn meħtieġ, għal sistema ta' rifużjoni u/jew kumpens .

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti jkollhom aċċess għal mekkaniżmi sempliċi, ġusti, trasparenti, indipendenti, effikaċi u effiċjenti għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti skont din id-Direttiva permezz ta' mekkaniżmu indipendenti bħall-ombudsman tal-enerġija jew korp tal-konsumaturi. Fejn klijent huwa konsumatur skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill53, il-mekkaniżmi barra mill-qorti bħal dawn għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fid-Direttiva 2013/11/UE u jipprovdu, fejn meħtieġ, għal sistema ta' rifużjoni u/jew kumpens.

 

Tali mekkaniżmi għandhom jiġu estiżi għall-fornituri tas-servizzi tal-enerġija u l-aggregaturi kollha, u għall-kuntratti kollha b'komponenti tal-enerġija, inklużi l-offerti magħquda u l-komunitajiet tal-enerġija lokali, li l-parteċipazzjoni tagħhom għandha tkun obbligatorja.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-elettriku, il-fornituri ta' servizz tal-enerġija u l-aggregaturi jipprovdu informazzjoni dwar is-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti fis-sit web tagħhom u fil-komunikazzjoni kollha mal-klijenti tagħhom.

 

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw regolarment il-funzjonament tal-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim barr mill-qorti, speċjalment fir-rigward tal-parteċipazzjoni u l-konformità tal-fornituri tal-elettriku, il-fornituri ta' servizz tal-enerġija, l-aggregaturi u l-intermedjarji.

__________________

__________________

53 ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63–79.

53 ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63–79.

Emenda    115

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jipproteġu lill-klijenti finali, u għandhom jiżguraw b'mod partikolari li jkun hemm salvagwardji adegwati biex jipproteġu lill-klijenti vulnerabbli. F'dan il-kuntest, kull Stat Membru għandu jiddefinixxi il-kunċett ta' klijenti vulnerabbli li jista' jirreferi għall-faqar enerġetiku u, fost l-oħrajn, għall-projbizzjoni tal-iskonnettar ta' dawn il-klijenti fi żminijiet kritiċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet u l-obbligi marbutin mal-klijenti vulnerabbli jiġu applikati. B'mod partikolari, għandhom jieħdu miżuri biex jipproteġu lill-klijenti f'żoni remoti. Dawn għandhom jiżguraw livelli għolja ta' protezzjoni tal-konsumatur, partikolarment fejn jikkonċerna t-trasparenza dwar termini u kondizzjonijiet kuntrattwali, informazzjoni ġenerali, u mekkaniżmi ta' soluzzjoni ta' kwistjonijiet.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jipproteġu lill-klijenti finali, u għandhom jiżguraw b'mod partikolari li jkun hemm salvagwardji adegwati biex jipproteġu lill-klijenti vulnerabbli. F'dan il-kuntest, kull Stat Membru għandu jiddefinixxi il-kunċett ta' klijenti vulnerabbli li għandu jirreferi għall-faqar enerġetiku u jista' jiżgura l-protezzjoni tagħhom permezz tas-sistemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali u, fost l-oħrajn, għall-projbizzjoni tal-iskonnettar ta' dawn il-klijenti fi żminijiet kritiċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet u l-obbligi marbutin mal-klijenti vulnerabbli jiġu applikati. B'mod partikolari, għandhom jieħdu miżuri biex jipproteġu lill-klijenti f'żoni remoti. Dawn għandhom jiżguraw livelli għolja ta' protezzjoni tal-konsumatur, partikolarment fejn jikkonċerna t-trasparenza dwar termini u kondizzjonijiet kuntrattwali, informazzjoni ġenerali, u mekkaniżmi ta' soluzzjoni ta' kwistjonijiet.

Emenda    116

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa, bħalma huma l-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali dwar l-enerġija, benefiċċji fis-sistemi ta' sigurtà soċjali biex tiġi żgurata l-provvista neċessarja tal-elettriku lill-klijenti vulnerabbli jew tal-appoġġ għat-titjib fuq l-effiċjenza fl-enerġija, biex tindirizza l-faqar enerġetiku fejn ikun identifikat, inkluż fil-kuntest iktar wiesgħa tal-faqar. Miżuri bħal dawn m'għandhomx ifixklu l-ftuħ effettiv tas-suq spjegat fl-Artikolu 4 u l-iffunzjonar tas-suq u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, fejn dan ikun rilevanti, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(4) . Din in-notifika tista' tinkludi wkoll miżuri li ttieħdu fi ħdan is-sistema ġenerali ta' sigurtà soċjali.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test.

Emenda    117

Proposta għal direttiva

Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 29

Artikolu 29

Faqar enerġetiku

Faqar enerġetiku

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu sett ta' kriterji għall-finijiet tal-kejl tal-faqar enerġetiku. L-Istati Membri għandhom jissorveljaw kontinwament l-għadd ta' klijenti domestiċi f'qagħda ta' faqar enerġetiku u għandhom jirrappurtaw dwar l-evoluzzjoni tal-faqar enerġetiku u l-miżuri meħuda għall-prevenzjoni tiegħu lill-Kummissjoni kull sentejn bħala parti mir-Rapporti Integrati Nazzjonali tagħhom dwar il-Progress fl-Enerġija u l-Klima f'konformità mal-Artikolu 21 tar-[Regolament dwar il-Governanza kif propost mill-COM(2016)759].

L-Istati Membri, f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, għandhom:

 

(a)  jiddefinixxu sett ta' kriterji għall-finijiet tal-kejl tal-faqar enerġetiku abbażi ta' indikaturi bħal introjtu baxx, nefqa għolja tal-enerġija u faqar fl-effiċjenza enerġetika;

 

(b)  jissorveljaw kontinwament l-għadd ta' unitajiet domestiċi omestiċi f'qagħda ta' faqar enerġetiku u janalizzaw jekk dawn il-klijenti humiex protetti biżżejjed u jtejbu l-protezzjoni tagħhom fejn meħtieġ;

 

(c)  jirrappurtaw dwar l-evoluzzjoni tal-faqar enerġetiku u l-miżuri meħuda għall-prevenzjoni tiegħu lill-Kummissjoni kull sentejn bħala parti mir-Rapporti Integrati Nazzjonali tagħhom dwar il-Progress fl-Enerġija u l-Klima b'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) ... [ir-Regolament dwar il-Governanza kif propost mill-COM(2016)759].

 

Sabiex jindirizzaw il-faqar enerġetiku meta dan ikun identifikat, inkluż fil-kuntest tal-faqar aktar wiesa', u jipproteġu l-konsumaturi vulnerabbli kif imsemmi fl-Artikolu 28, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali biex jitnaqqas l-għadd ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku li jkunu jinkludu objettivi u miżuri, kemm fuq żmien qasir kif ukoll fit-tul, u skeda ta' żmien biex jintlaħqu l-objettivi. Il-miżuri jistgħu jinkludu, inter alia, li jiġu previsti benefiċċji fis-sistemi tas-sigurtà soċjali biex tiġi żgurata l-provvista tal-elettriku neċessarja lill-klijenti vulnerabbli, li jiġi previsti appoġġ għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-projbizzjoni tal-qtugħ tal-elettriku fi żminijiet kritiċi.

 

Dawn il-pjanijiet ta' azzjoni għandhom ikunu inkorporati fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima tal-Istati Membru bħala parti mir-Regolament (UE) ... [Regolament dwar il-Governanza kif propost mill-COM(2016)759].

 

Il-Kummissjoni, flimkien mal-Eurostat u l-Istati Membri, għandha ssaħħaħ il-komparabbiltà tas-settijiet tad-dejta, inkluża d-dejta ta' monitoraġġ nazzjonali biex dawn isiru komparabbli madwar l-Istati Membri.

Emenda    118

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Kull operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni għandu jikseb l-enerġija li juża biex ikopri t-telf fl-enerġija u u s-servizzi anċillari tan-nonfrekwenza fis-sistema tiegħu skont proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fuq is-suq, kull meta dan ikollu din il-funzjoni. Sakemm ma jkunx ġustifikat minn analiżi tal-kostijiet/benefiċċji, l-akkwist ta' servizzi anċillari mhux tal-frekwenza minn operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni għandu jkun trasparenti, mhux diskriminatorju u bbażat fis-suq, biex jiżgura l-parteċipazzjoni effettiva tal-parteċipanti kolha tas-suq, inklużi s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, ir-rispons tad-domanda, il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u l-aggregaturi, b'mod partikolari billi l-awtoritajiet regolatorji jew l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti kollha fis-suq, ikunu meħtieġa jiddefinixxu l-modalitajiet tekniċi għall-parteċipazzjoni f'dawn is-swieq abbażi tar-rekwiżiti tekniċi ta' dawn is-swieq u l-kapaċitajiet tal-parteċipanti kollha fis-suq .

5.  Kull operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni għandu jaġixxi bħala faċilitatur tas-suq newtrali fl-akkwist tal-enerġija li juża biex ikopri t-telf fl-enerġija u l-kapaċità ta' riżerva tas-servizzi anċillari mhux tal-frekwenza fis-sistema tiegħu skont proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fuq is-suq, kull meta dan ikollu din il-funzjoni. Sakemm ma jkunx ġustifikat minn analiżi tal-kostijiet/benefiċċji, li l-metodoloġija tagħha għandha tiġi żviluppata b'mod trasparenti mill-awtorità regolatorja nazzjonali b'konformità mal-Artikolu 59(1), l-akkwist ta' servizzi anċillari mhux tal-frekwenza minn operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni għandu jkun trasparenti, mhux diskriminatorju u bbażat fis-suq, biex jiżgura l-parteċipazzjoni effettiva tal-parteċipanti kolha tas-suq, inklużi s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, ir-rispons tad-domanda, il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u l-aggregaturi, b'mod partikolari billi l-awtoritajiet regolatorji jew l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti kollha fis-suq, ikunu meħtieġa jiddefinixxu l-modalitajiet tekniċi għall-parteċipazzjoni f'dawn is-swieq abbażi tar-rekwiżiti tekniċi ta' dawn is-swieq u l-kapaċitajiet tal-parteċipanti kollha fis-suq.

Emenda    119

Proposta għal direttiva

Artikolu 32 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-qafas regolatorju meħtieġ biex l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jitħallew u jiġu inċentivati biex itejbu l-effiċjenzi tagħhom fit-tħaddim u l-iżvilupp tas-sistema ta' distribuzzjoni, inkluż il-ġestjoni tal-konġestjoni lokali. B'mod partikolari, l-oqfsa regolatorji għandhom jippermettu lill-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jakkwistaw servizzi mir-riżorsi bħalma huma l-ġenerazzjoni distribwita, ir-rispons tad-domanda jew il-ħżin u jqisu miżuri tal-effiċjenza tal-enerġija, li jistgħu jieħdu post il-ħtieġa li l-kapaċità tal-elettriku tiġi aġġornata jew sostitwita u li jappoġġaw it-tħaddim effiċjenti u sikur tas-sistema ta' distribuzzjoni. L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jiksbu dawn is-servizzi skont proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fis-suq.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-qafas regolatorju meħtieġ biex l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jitħallew u jiġu inċentivati biex itejbu l-effiċjenzi tagħhom fit-tħaddim u l-iżvilupp tas-sistema ta' distribuzzjoni, inkluż il-ġestjoni tal-konġestjoni lokali. B'mod partikolari, l-oqfsa regolatorji għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jistgħu jakkwistaw servizzi mir-riżorsi bħalma huma l-ġenerazzjoni distribwita, ir-rispons tad-domanda jew il-ħżin u jqisu miżuri tal-effiċjenza tal-enerġija, meta talli servizzi jieħdu post il-ħtieġa li l-kapaċità tal-elettriku tiġi aġġornata jew sostitwita u li jappoġġaw it-tħaddim effiċjenti u sikur tas-sistema ta' distribuzzjoni. L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jiksbu dawn is-servizzi skont proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fis-suq.

Emenda    120

Proposta għal direttiva

Artikolu 32 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jiddefinixxu prodotti tas-suq standardizzati għas-servizzi akkwistati, li jiżguraw il-parteċipazzjoni effettiva għall-parteċipanti kollha fis-suq, inklużi s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, ir-rispons tad-domanda u l-aggregaturi. L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa u jikkordinaw mal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni sabiex jiżguraw l-aqwa utilizzazzjoni tar-riżorsi, jiżguraw it-tħaddim sikur u effiċjenti tas-sistema u jiffaċilitaw l-iżvilupp tas-suq. L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jitħallsu kif xieraq għall-akkwist ta' servizzi bħal dawn biex jirkupraw talanqas l-ispejjeż involuti, inklużi l-ispejjeż meħtieġa għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-infrastruttura tagħhom.

Il-prodotti tas-suq standardizzat għal tali servizzi għandhom jiġu definiti tal-anqas fil-livell nazzjonali. L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandhom, fi proċess trasparenti u parteċipatorju li jinkludi lill-utenti potenzjali kollha tas-sistema, lill-awtorità regolatorja nazzjonali u lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, jiddefinixxu prodotti tas-suq standardizzati għas-servizzi akkwistati, li jiżguraw il-parteċipazzjoni effettiva għall-parteċipanti kollha fis-suq, inklużi s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, ir-rispons tad-domanda, il-ħżin u l-aggregaturi. L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa u jikkordinaw mal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni sabiex jiżguraw l-aqwa utilizzazzjoni tar-riżorsi, jiżguraw it-tħaddim sikur u effiċjenti tas-sistema u jiffaċilitaw l-iżvilupp tas-suq. L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jitħallsu kif xieraq għall-akkwist ta' servizzi bħal dawn biex jirkupraw talanqas l-ispejjeż involuti, inklużi l-ispejjeż meħtieġa għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-infrastruttura tagħhom.

Emenda    121

Proposta għal direttiva

Artikolu 32 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-iżvilupp ta' sistema ta' distribuzzjoni għandu jkun ibbażat fuq pjan ta' żvilupp tan-netwerk trasparenti, li għandu jitressaq mill-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, kull sentejn lill-awtorità regolatorja. Il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għandu jinkludi l-investimenti ppjanati għall-ħames sa għaxar snin sussegwenti, b'enfasi partikolari fuq l-infrastruttura tad-distribuzzjoni ewlenija li tkun meħtieġa għall-konnessjoni tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni ġdida kif ukoll it-tagħbijiet ġodda, inklużi l-punti ta' ċċarġjar ġodda għall-vetturi elettriċi. Il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għandu jri wkoll l-użu tar-rispons tad-domanda, l-effiċjenza tal-enerġija, il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija jew riżorsi oħra li l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jkun qiegħed juża bħala alternattiva għall-espansjoni tas-sistema.

L-iżvilupp ta' sistema ta' distribuzzjoni għandu jkun ibbażat fuq pjan ta' żvilupp tan-netwerk trasparenti, li għandu jitressaq mill-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, kull sentejn lill-awtorità regolatorja. Fl-iżvilupp tal-pjan ta' żvilupp tan-netwerk, l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jinvolvi, anke permezz ta' konsultazzjoni, lill-utenti attwali jew potenzjali kollha tas-sistema. Il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għandu jinkludi l-investimenti ppjanati għall-ħames sa għaxar snin sussegwenti, b'enfasi partikolari fuq l-infrastruttura tad-distribuzzjoni ewlenija, inklużi l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, ir-rispons tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija, li tkun meħtieġa għall-konnessjoni tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni ġdida kif ukoll it-tagħbijiet ġodda, inklużi l-punti ta' ċċarġjar ġodda għall-vetturi elettriċi. Il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għandu jri wkoll l-użu tar-rispons tad-domanda, l-effiċjenza tal-enerġija, il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija jew riżorsi oħra li l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jkun qiegħed juża bħala alternattiva għall-espansjoni tas-sistema.

Emenda    122

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-qafas regolatorju meħtieġ biex jiffaċilitaw il-konnessjoni ta' punti ta' ċċarġjar pubblikament aċċessibbli u privati man-netwerks ta' distribuzzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jikkooperaw fuq bażi mhux diskriminatorja ma' kwalunkwe impriża li tippossjedi, tiżviluppa, topera jew tamministra l-punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, inkluż fir-rigward ta' konnessjoni mal-grilja.

1.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/94/KE, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-qafas regolatorju meħtieġ biex jiffaċilitaw il-konnessjoni ta' punti ta' ċċarġjar pubblikament aċċessibbli u privati man-netwerks ta' distribuzzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jikkooperaw fuq bażi mhux diskriminatorja ma' kwalunkwe impriża li tippossjedi, tiżviluppa, topera jew tamministra l-punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, inkluż fir-rigward ta' konnessjoni mal-grilja.

Emenda    123

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni m'għandhomx jitħallew jippossjedu, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi.

Emenda    124

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jippossjedu, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi biss jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

2.  B'deroga mill-paragrafu 1a, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jippossjedu, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi biss jekk il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

Emenda    125

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa u trasparenti, ma jkunux esprimew l-interess tagħhom li jkunu l-proprjetarji, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi;

(a)  partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa u trasparenti, soġġetta għal rieżami mill-awtorità regolatorja nazzjonali, ma jkunux esprimew l-interess tagħhom li jkunu l-proprjetarji, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi jew ma jkunux jistgħu joffru dawk is-servizzi b'kost raġonevoli u fil-ħin;

Emenda    126

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri, minn żmien għal żmien, fuq bażi regolari jew talanqas kull ħames snin, għandhom iwettqu konsultazzjoni pubblika biex jerġgħu jivvalutaw l-interess potenzjali biex il-partijiet tas-suq jippossjedu, jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw punti ta' ċċarġjar għall-vetturi elettriċi. Fil-każ tal-konsultazzjoni pubblika tindika li partijiet terzi huma kapaċi jippossjedu, jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw punti bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni f'dan ir-rigward jitwaqqfu gradwalment.

4.  L-Istati Membri, minn żmien għal żmien, fuq bażi regolari jew talanqas kull ħames snin, għandhom iwettqu konsultazzjoni pubblika biex jerġgħu jivvalutaw l-interess potenzjali biex il-partijiet tas-suq jippossjedu, jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw punti ta' ċċarġjar għall-vetturi elettriċi. F'każ li l-konsultazzjoni pubblika tindika li partijiet terzi huma kapaċi jippossjedu, jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw punti bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni f'dan ir-rigward jitwaqqfu gradwalment u li l-kostijiet assoċjati jkunu jistgħu jiġu rkuprati.

Emenda    127

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet eliġibli kollha jkollhom aċċess mhux diskriminatorju għad-dejt skont termini ċari u ugwali. Fi Stati Membri fejn is-sistemi ta' kejl intelliġenti jkunu ġew implimentati skont l-Artikolu 19 u l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jkunu involuti fil-ġestjoni tad-dejta, programmi ta' konformità kif stabbilit fl-Artikolu 35(2)(d) għandhom jinkludu miżuri speċifiċi sabiex l-aċċess diskriminatorju għad-dejta mill-partijiet eliġibbli jiġi eskluż skont l-Artikolu 23. Fejn l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni ma jkunux soġġetti għall-Artikolu 35(1), (2) u (3), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-impriża integrata vertikalment ma jkollhiex aċċess privileġġat għad-dejta għat-twettiq tal-attività ta' provvista tagħha.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet eliġibli kollha jkollhom aċċess mhux diskriminatorju għad-dejta skont termini ċari u ugwali u huma konformi mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta u tal-informazzjoni. Fi Stati Membri fejn is-sistemi ta' kejl intelliġenti jkunu ġew implimentati skont l-Artikolu 19 u l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jkunu involuti fil-ġestjoni tad-dejta, programmi ta' konformità kif stabbilit fl-Artikolu 35(2)(d) għandhom jinkludu miżuri speċifiċi sabiex l-aċċess diskriminatorju għad-dejta mill-partijiet eliġibbli jiġi eskluż skont l-Artikolu 23. Fejn l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni ma jkunux soġġetti għall-Artikolu 35(1), (2) u (3), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-impriża integrata vertikalment ma jkollhiex aċċess privileġġat għad-dejta għat-twettiq tal-attività ta' provvista tagħha, jekk meħtieġ billi jitolbu l-ħolqien ta' pjattaforma ċentrali għall-ġestjoni tad-dejta li għandha tkun amministrata mill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew minn entità newtrali oħra.

Emenda    128

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni m'għandhomx jitħallew jippossjedu, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija.

1.  L-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni m'għandhomx jitħallew jippossjedu, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija, għajr tagħmir użat mill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għal kontroll lokali fuq żmien qasir tas-sistema ta' distribuzzjoni meta ma jkun hemm l-ebda influwenza fuq is-swieq tal-enerġija u tas-servizzi anċillari mhux tal-frekwenza, u meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tat l-approvazzjoni tagħha.

Emenda    129

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jippossjedu, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jippossjedu, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija jekk il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

Emenda    130

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa u trasparenti, ma jkunux esprimew l-interess tagħhom li jkunu l-proprjetarji, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin;

(a)  partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa u trasparenti, soġġetta għal rieżami mill-awtorità regolatorja nazzjonali, ma jkunux esprimew l-interess tagħhom li jkunu l-proprjetarji, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin jew ma jkunux jistgħu joffru dawk is-servizzi b'kost raġonevoli u fil-ħin;

Emenda    131

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  faċilitajiet bħal dawn huma meħtieġa biex l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sikur tas-sistema tad-distribuzzjoni; u

(b)  faċilitajiet bħal dawn huma meħtieġa biex l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sikur tas-sistema tad-distribuzzjoni u s-sjieda jew l-operazzjoni tal-faċilità ma tinfluwenzax is-swieq tal-enerġija kompetittivi;

Emenda    132

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jfasslu linji gwida jew klawżoli ta' akkwist sabiex jgħinu lill-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni fl-iżgurar ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti ġusta.

Emenda    133

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtoritajiet regolatorji f'intervalli regolari jew talanqas kull ħames snin, għandhom iwettqu konsultazzjoni pubblika biex jerġgħu jivvalutaw l-interess potenzjali biex il-partijiet tas-suq jinvestu fi, jippossjedu, jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw faċilitajiet għall-ħżin tal-enerġija. Fil-każ tal-konsultazzjoni pubblika tindika li partijiet terzi huma kapaċi jippossjedu, jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw faċilitajiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni f'dan ir-rigward jitwaqqfu gradwalment.

4.  L-Istati Membri, f'intervalli regolari jew tal-anqas kull ħames snin, għandhom iwettqu rieżami tal-kapaċità li l-faċilitajiet tal-ħżin eżistenti jkunu soġġetti għal sejħa għall-offerti u meta jkun xieraq konsultazzjoni pubblika biex jerġgħu jivvalutaw l-interess potenzjali biex il-partijiet tas-suq jinvestu fi, jippossjedu, jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw faċilitajiet għall-ħżin tal-enerġija. F'każ li r-reviżjoni jew il-konsultazzjoni pubblika tindika li partijiet terzi huma kapaċi jippossjedu, jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw faċilitajiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni f'dan ir-rigward jitwaqqfu gradwalment u li l-kostijiet assoċjati jkunu jistgħu jiġu rkuprati.

Emenda    134

Proposta għal direttiva

Artikolu 36a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 36a

 

Attivitajiet ġodda tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni

 

1.   L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni m'għandhomx jiġu permessi jwettqu attivitajiet lil hinn minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) ... [riformulazzjoni tar-Regolament 714/2009 kif propost mill-COM(2016)861/2]

 

2.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni sabiex iwettqu attivitajiet minbarra dawk previsti f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) ... [riformulazzjoni tar-Regolament 714/2009 kif propost minn COM(2016)861/2] fejn l-awtorità regolatorja vvalutat il-bżonn ta' tali deroga u tat l-approvazzjoni tagħha u l-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:

 

(a)   partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa u trasparenti, ma jkunux esprimew l-interess tagħhom li jwettqu dawn l-attivitajiet;

 

(b)   attivitajiet bħal dawn huma meħtieġa biex l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sigur tas-sistema tad-distribuzzjoni;

 

(c)   attivitajiet bħal dawn huma meħtieġa biex l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont ir-Regolament (UE) ...[riformulazzjoni tar-Regolament 714/2009 kif propost minn COM(2016)861/2], inkluż obbligu sabiex jikkooperaw mal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, u b'hekk jiġi żgurati l-iżvilupp u t-tħaddim kosteffiċjenti, sigur u affidabbli tad-distribuzzjoni u tan-netwerks ta' trażmissjoni inġenerali.

Ġustifikazzjoni

L-emenda għall-att bażiku hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata koerenza bejn l-emendi peress li l-emenda hija marbuta intrinsikament ma' emendi oħra mressqa mir-rapporteur.

Emenda    135

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  standardizzazzjoni, b'kooperazzjoni mal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, ta' formati tad-dejta u protokolli rilevanti biex jiġi ffaċilitat l-iskambju transkonfinali tad-dejta;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test.

Emenda    136

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  jadotta qafas għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn iċ-ċentri operazzjonali reġjonali.

(j)  jikkoopera mal-Aġenzija, maċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali u mal-ENTSO tal-Elettriku dwar l-adozzjoni ta' qafas għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;

Emenda    137

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi ta' trażmissjoni sabiex jiġu żgurati, fost l-oħrajn, l-akkwist u l-użu effiċjenti tad-dejta f'ħin reali, u substazzjonijiet intelliġenti;

Emenda    138

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt jb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(jb)  ġestjoni tad-dejta, sigurtà ċibernetika u protezzjoni tad-dejta.

Emenda    139

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li waħda jew diversi responsabbiltajiet elenkati taħt il-punti (a) sa (j) tal-paragrafu 1 għandu tiġi/jiġu assenjata/i lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għajr dak li jippossjedi s-sistema tat-trażmissjoni li kieku għaliha jkunu applikabbli r-responsabbiltajiet ikkonċernati. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li l-kompiti huma assenjati lilu għandu jkun ċertifikat bħala separat mis-sjieda u jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 43, iżda m'għandux għalfejn jippossjedi s-sistema tat-trażmissjoni li huwa responsabbli għaliha. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li jippossjedi s-sistema tat-trażmissjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu VI u għandu jkun ċertifikat skont l-Artikolu 43.

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li waħda jew diversi responsabbiltajiet elenkati taħt il-punti (a) sa (j) tal-paragrafu 1 għandu tiġi/jiġu assenjata/i lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għajr dak li jippossjedi s-sistema tat-trażmissjoni li kieku għaliha jkunu applikabbli r-responsabbiltajiet ikkonċernati. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li l-kompiti huma assenjati lilu għandu jkun ċertifikat bħala separat mis-sjieda, operatur indipendenti tas-sistema jew operatur indipendenti tat-trażmissjoni u jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 43, iżda m'għandux għalfejn jippossjedi s-sistema tat-trażmissjoni li huwa responsabbli għaliha. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li jippossjedi s-sistema tat-trażmissjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu VI u għandu jkun ċertifikat skont l-Artikolu 43.

Emenda    140

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fit-twettiq tal-kompiti elenkati fil-paragrafu 1, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jqis il-funzjonijiet imwettqa miċ-ċentri operazzjonali reġjonali u jikkoopera kif meħtieġ mal-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni ġirien.

3.  Fit-twettiq tal-kompiti elenkati fil-paragrafu 1, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jqis ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa miċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali u jikkoopera kif meħtieġ mal-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni ġirien.

Emenda    141

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fit-twettiq tal-kompitu deskritt fil-punt (i) tal-paragrafu 1, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jiżgura li l-akkwist tas-servizzi ta' bilanċ, u s-servizzi anċillari mhux tal-frekwenza, sakemm dawn ma jkunux ġustifikati minn analiżi tal-kostijiet-benefiċċji, ikun:

4.  Fit-twettiq tal-kompitu deskritt fil-punt (i) tal-paragrafu 1, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jiżgura li l-akkwist tas-servizzi ta' bilanċ u, sakemm ma jkunux ġustifikati minn analiżi tal-kostijiet-benefiċċji jew tal-vijabilità teknika u approvati mill-awtorità kompetenti, is-servizz anċillari mhux tal-frekwenza, ikun:

Emenda    142

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-qafas regolatorju meħtieġ biex l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jitħallew u jiġu inċentivati biex itejbu l-effiċjenzi tagħhom fit-tħaddim u l-iżvilupp tas-sistema ta' distribuzzjoni, inkluża l-ġestjoni tal-konġestjoni lokali. B'mod partikolari, l-oqfsa regolatorji għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jistgħu jakkwistaw servizzi mir-riżorsi bħalma huma r-rispons tad-domanda jew il-ħżin u jqisu miżuri tal-effiċjenza enerġetika, meta tali servizzi jieħdu post il-ħtieġa li l-kapaċità tal-elettriku tiġi aġġornata jew sostitwita u li jappoġġaw it-tħaddim effiċjenti u sikur tas-sistema ta' distribuzzjoni. L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom jakkwistaw dawk is-servizzi skont proċeduri trasparenti, nondiskriminatorji u bbażati fuq is-suq.

 

Il-prodotti tas-suq standardizzati għal tali servizzi għandhom jiġu definiti tal-anqas fil-livell nazzjonali. L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandhom, fi proċess trasparenti u parteċipatorju li jinkludi lill-utenti potenzjali kollha tas-sistema u lill-awtorità regolatorja nazzjonali, jiddefinixxu prodotti tas-suq standardizzati għas-servizzi akkwistati, li jiżguraw il-parteċipazzjoni effettiva għall-parteċipanti kollha fis-suq, inklużi s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, ir-rispons tad-domanda, il-ħżin u l-aggregaturi. L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa u jikkordinaw mal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni sabiex jiżguraw l-aqwa utilizzazzjoni tar-riżorsi, jiżguraw it-tħaddim sikur u effiċjenti tas-sistema u jiffaċilitaw l-iżvilupp tas-suq. L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom jitħallsu kif xieraq għall-akkwist ta' servizzi bħal dawn biex jirkupraw tal-anqas l-ispejjeż involuti, inklużi l-ispejjeż meħtieġa għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

Emenda    143

Proposta għal direttiva

Artikolu 47 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-impriża integrata vertikalment u s-sussidjarji tagħha li jwettqu funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista ma għandu jkollhom ebda sehem dirett jew indirett fl-ishma fl-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni ma għandu jkollu l-ebda sehem dirett jew indirett fl-ishma ta' xi sussidjarja tal-impriża integrata vertikalment li twettaq funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista, u lanqas jirċievi dividendi jew xi benefiċċju finanzjarju ieħor min dik is-sussidjarja.

3.  Is-sussidjarji tal-impriżi integrati vertikalment li jwettqu funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista ma għandu jkollhom ebda sehem dirett jew indirett fl-ishma fl-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni ma għandu jkollu l-ebda sehem dirett jew indirett fl-ishma ta' xi sussidjarja tal-impriża integrata vertikalment li twettaq funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista, u lanqas jirċievi dividendi jew xi benefiċċju finanzjarju ieħor min dik is-sussidjarja.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test.

Emenda    144

Proposta għal direttiva

Artikolu 51 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Talanqas kull sentejn , l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għandhom jippreżentaw lill-awtorità regolatorja pjan ta' żvilupp tan-network fuq għaxar snin ibbażat fuq il-provvista u d-domanda eżistenti u previsti wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha relevanti. Dak il-pjan tal-iżvilupp tan-network għandu jinkludi miżuri effiċjenti sabiex tkun garantita l-adegwatezza tas-sistema u s-sigurtà tal-forniment.

1.  Talanqas kull sentejn, l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għandhom jippreżentaw lill-awtorità regolatorja pjan ta' żvilupp tan-network fuq għaxar snin ibbażat fuq il-provvista u d-domanda eżistenti u previsti wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha relevanti. Dak il-pjan tal-iżvilupp tan-network għandu jinkludi miżuri effiċjenti sabiex tkun garantita l-adegwatezza tas-sistema u s-sigurtà tal-forniment. L-awtorità regolatorja għandha teżamina mill-ġdid l-abbozz ta' pjan ta' żvilupp tan-netwerk fuq għaxar snin u tapprovah. Qabel ma jiġi approvat, dan jista' jirrikjedi li l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jemenda l-pjan ta' żvilupp tan-netwerk tiegħu fuq għaxar snin. L-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jippubblika l-pjan ta' żvilupp tan-netwerk fuq għaxar snin fuq is-sit web tiegħu.

Emenda    145

Proposta għal direttiva

Artikolu 51 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Waqt l-elaborazzjoni tal-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jagħmel suppożizzjonijiet raġjonevoli dwar l-evoluzzjoni tal-ġenerazzjoni, il-provvista, il-ħżin tal-enerġija, il-konsum u l-iskambji ma' pajjiżi oħrajn, b'kont meħud tal-pjani ta' investiment għan-netwerks reġjonali u fl- Unjoni kollha.

3.  Waqt l-elaborazzjoni tal-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jqis b'mod sħiħ il-potenzjal tal-użu tar-rispons tad-domanda, il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija jew riżorsi oħra bħala alternattiva għall-espansjoni tas-sistema minbarra l-konsum mistenni u l-kummerċ ma' pajjiżi oħra u l-pjanijiet ta' investiment għal netwerks reġjonali u fl-Unjoni kollha.

Emenda    146

Proposta għal direttiva

Artikolu 51 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtorità regolatorja għandha teżamina jekk il-pjan ta' żvilupp tan-network fuq għaxar snin ikoprix il-ħtiġijiet kollha tal-investimenti identifikati matul il-proċess ta' konsultazzjoni, u jekk hux konformi mal-pjan mhux vinkolanti ta' żvilupp tan-network (Pjan ta' żvilupp tan-network għall-Komunità kollha) fuq għaxar snin għall-Komunità kollha msemmi fl-Artikolu 8(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009. Jekk ikun hemm xi dubju dwar il-koformità mal-pjan ta' għaxar snin tal-iżvilupp tan-network għall- Unjoni kollha, l-awtorità regolatorja għandha tikkonsulta lill-Aġenzija. L-awtorità regolatorja tista' titlob lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni sabiex jemenda l- pjan tal-iżvilupp tan-netwerk ta' għaxar snin tiegħu.

5.  L-awtorità regolatorja għandha teżamina jekk il-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp ta' netwerk ikoprix il-bżonnijiet kollha ta' investiment identifikati matul il-proċess ta' konsultazzjoni, u jekk hux konsistenti mal-pjan tal-iżvilupp tan-netwerk ta' għaxar snin għall-Unjoni kollha (Il-pjan tal-iżvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha) kif stipulat fl-Artikolu 27(1)(b) tar-[riformulazzjoni tar-Regolament 714/2009 kif propost mill-COM(2016)861/2]. Jekk ikun hemm xi dubju dwar il-koformità mal-pjan ta' għaxar snin tal-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha jew mal-pjanijiet Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima ppreżentati skont ir-Regolament (UE) [Regolament ta' Governanza], l-awtorità regolatorja għandha tikkonsulta lill-Aġenzija. L-awtorità regolatorja tista' titlob lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni sabiex jemenda l- pjan tal-iżvilupp tan-netwerk ta' għaxar snin tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test.

Emenda    147

Proposta għal direttiva

Artikolu 51 – paragrafu 6 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtorità regolatorja għandha timmonitorja u tevalwa l-iżvilupp tal-flessibbiltà ġenerali tas-sistema u tirrapporta kull sena dwar il-progress.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test.

Emenda    148

Proposta għal direttiva

Artikolu 51 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni m'għandhomx jitħallew jippossjedu, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u m'għandhomx jippossjedu direttament jew jikkontrollaw indirettament assi li jipprovdu servizzi anċillari.

1.  L-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni m'għandhomx jitħallew jippossjedu, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u m'għandhomx jippossjedu direttament jew jikkontrollaw indirettament assi li jipprovdu servizzi anċillari, sakemm dawk il-faċilitajiet jew assi mhumiex parti integrali mis-sistema ta' trażmissjoni u meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tat l-approvazzjoni tagħha.

Emenda    149

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni jippossjedu, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin jew assi li jipprovdu servizzi anċillari mhux tal-frekwenza jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin;

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni jippossjedu, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin jew assi li jipprovdu servizzi anċillari mhux tal-frekwenza jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin;

Emenda    150

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa u trasparenti, ma jkunux esprimew l-interess tagħhom biex jippossjedu, jikkontrollaw, jamministraw jew joperaw faċilitajiet bħal dawn li joffru l-ħżin u jew servizzi anċillari mhux tal-frekwenza lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni;

(a)  partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa u trasparenti, soġġetta għal reviżjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali, ma jkunux esprimew l-interess tagħhom biex jippossjedu, jikkontrollaw, jamministraw jew joperaw faċilitajiet bħal dawn li joffru l-ħżin u jew servizzi anċillari mhux tal-frekwenza lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew ma jistgħux joffru dawk is-servizzi b'kost raġonevoli u fil-ħin;

Emenda    151

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  dawn il-faċilitajiet u servizzi anċillari mhux tal-frekwenza huma meħtieġa biex l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sikur tas-sistema tat-trażmissjoni u ma jintużawx biex l-elettriku jinbiegħ fis-suq; u

(b)  dawn il-faċilitajiet u servizzi anċillari mhux tal-frekwenza huma meħtieġa biex l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sikur tas-sistema tat-trażmissjoni, b'mod partikolari bħala alternattiva għall-investimenti f'linji tal-grilja ġodda u ma jintużawx biex l-elettriku jinbiegħ fis-suq; u

Emenda    152

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jfasslu linji gwida jew klawżoli ta' akkwist sabiex jgħinu lill-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni fl-iżgurar ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti ġusta.

Emenda    153

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu, f'intervalli regolari ta' mhux inqas minn ħames snin, iwettaq konsultazzjoni pubblika għas-servizzi meħtieġa ta' ħżin sabiex jivvaluta l-interess potenzjali tal-partijiet fis-suq li jinvestu f'faċilitajiet bħal dawn u jtemm l-attivitajiet ta' ħżin tiegħu fil-każ li partijiet terzi jistgħu jipprovdu s-servizz b'mod kosteffikaċi.

4.  L-Istati Membri għandhom, f'intervalli regolari jew tal-anqas kull ħames snin, iwettqu konsultazzjoni pubblika għas-servizzi meħtieġa ta' ħżin sabiex jivvalutaw l-interess potenzjali tal-partijiet fis-suq li jinvestu f'faċilitajiet bħal dawn. Meta l-konsultazzjoni pubblika tindika li partijiet terzi kapaċi jipposjedu, jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw tali faċilitajiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni f'dan ir-rigward jitwaqqfu gradwalment.

Emenda    154

Proposta għal direttiva

Artikolu 57 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-awtorità regolatorji jistgħu jieħdu deċiżjonijiet awtonomi, b'mod indipendenti minn kwalunkwe entità politika, u jkollha allokazzjonijiet annwali separati tal-baġit, b'awtonomija fl-implimentazzjoni tal-implimentazzjoni tal-baġit allokat, u riżorsi umani u finanzjarji adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom; u

(a)  l-awtorità regolatorja tista' tieħu deċiżjonijiet awtonomi, b'mod indipendenti minn kwalunkwe entità politika;

Ġustifikazzjoni

It-test tmexxa għal subparagrafu separat.

L-emenda għall-att bażiku hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata koerenza bejn l-emendi peress li l-emenda hija marbuta intrinsikament ma' emendi oħra mressqa mir-rapporteur.

Emenda    155

Proposta għal direttiva

Artikolu 57 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  l-awtorità regolatorja tfassal abbozz ta' baġit li jkopri l-kompiti regolatorji mogħtija lilha minn din id-Direttiva u minn atti leġiżlattivi relatati, sabiex l-awtorità regolatorja tingħata r-riżorsi umani u finanzjarji li għandha bżonn sabiex twettaq il-kompiti u s-setgħat tagħha b'mod effettiv u effiċjenti;

Ġustifikazzjoni

L-emenda għall-att bażiku hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata koerenza bejn l-emendi peress li l-emenda hija marbuta intrinsikament ma' emendi oħra mressqa mir-rapporteur.

Emenda    156

Proposta għal direttiva

Artikolu 57 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  il-kontroll ex-post tal-kontijiet annwali ta' awtorità regolatorja jsir minn awditur indipendenti;

Ġustifikazzjoni

L-emenda għall-att bażiku hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata koerenza bejn l-emendi peress li l-emenda hija marbuta intrinsikament ma' emendi oħra mressqa mir-rapporteur.

Emenda    157

Proposta għal direttiva

Artikolu 57 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Sa ...[kull tliet sninmid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u mbagħad kull tliet snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konformità tal-awtoritajiet nazzjonali mal-prinċipju tal-indipendenza, skont dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Il-monitoraġġ u r-rappurtar huma għodod indispensabbli sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju tal-indipendenza.

Emenda    158

Proposta għal direttiva

Artikolu 58 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  jiġi żgurat li l-konsumaturi jibbenefikaw permezz tal-funzjonament effiċjenti tas-suq nazzjonali tagħhom, waqt li tkun promossa kompetizzjoni effettiva u tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur;

(g)  jiġi żgurat li l-konsumaturi jibbenefikaw permezz tal-funzjonament effiċjenti tas-suq nazzjonali tagħhom u li l-parteċipazzjoni tagħhom fih mhijiex ristretta, waqt li tkun promossa kompetizzjoni effettiva u tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur rilevanti;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test.

Emenda    159

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt n

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n)  jissorveljaw il-livell u l-effettività ta' ftuħ tas-suq u ta' kompetizzjoni fil-livelli tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, inklużi l-iskambji tal-elettriku, il-prezzijiet għall-klijenti domestiċi inklużi s-sistemi ta' ħlas minn qabel, ir-rati tas-switching, ir-rati ta' skonnessjoni, it-tariffi u t-twettiq ta' servizzi ta' manutenzjoni, u lmenti tal-klijenti domestiċi, kif ukoll kwalunkwe distorsjoni jew restrizzjoni tal-kompetizzjoni, anke billi jipprovdu kull informazzjoni relevanti, filwaqt li jirriferu kwalunkwe każ relevanti għall-attenzjoni tal-awtoritajiet relevanti dwar il-kompetizzjoni;

(n)  jissorveljaw il-livell u l-effettività ta' ftuħ tas-suq u ta' kompetizzjoni fil-livelli tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, inklużi l-iskambji tal-elettriku, il-prezzijiet għall-klijenti domestiċi inklużi s-sistemi ta' ħlas minn qabel, l-impatt tal-kuntratti bi prezz dinamiku u tal-użu tal-miters intelliġenti, ir-rati ta' qlib, ir-rati ta' skonnessjoni, it-tariffi u t-twettiq ta' servizzi ta' manutenzjoni, ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet domestiċi u l-prezzijiet bl-ingrossa, l-evoluzzjoni tat-tariffi u l-imposti tal-grilja u lmenti tal-klijenti domestiċi, kif ukoll kwalunkwe distorsjoni jew restrizzjoni tal-kompetizzjoni, anke billi jipprovdu kull informazzjoni relevanti, filwaqt li jirriferu kwalunkwe każ relevanti għall-attenzjoni tal-awtoritajiet relevanti dwar il-kompetizzjoni;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test.

Emenda    160

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o)  jissorveljaw ta' prattiċi kuntrattwali restrittivi, inkluż klawżoli ta' esklussività, li jistgħu jimpedixxu konsumaturi mhux domestiċi milli jagħmlu kuntratt fl-istess ħin ma' iktar minn fornitur wieħed jew li jirrestrinġu l-għażla tagħhom li jagħmlu dan, u fejn xieraq, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni bi prattiċi bħal dawn;

(o)  jissorveljaw l-okkorrenza ta' prattiki kuntrattwali restrittivi, inklużi klawżoli ta' esklussività, li jistgħu jimpedixxu lill-konsumaturi milli jagħmlu kuntratt fl-istess ħin ma' iktar minn fornitur wieħed jew li jirrestrinġu l-għażla tagħhom li jagħmlu dan, u fejn xieraq, jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni bi prattiki bħal dawn;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test.

Emenda    161

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt oa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(oa)  li jissorveljaw u jirrappurtaw dwar il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi u dwar id-disponibbiltà u l-potenzjal tal-flessibbiltà fis-sistema tal-enerġija;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test.

Emenda    162

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt q

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(q)  li jiżguraw , flimkien ma' awtoritajiet relevanti oħra, li l-miżuri ta' ħarsien tal-konsumaturi, , jkunu effettivi u infurzati;

(q)  li jgħinu biex jiżguraw, flimkien ma' awtoritajiet relevanti oħra, li l-miżuri ta' ħarsien tal-konsumaturi ġodda u eżistenti, inkluż għall-konsumaturi attivi, ikunu effettivi u infurzati; li jissorveljaw it-tneħħija tar-restrizzjonijiet u l-ostakli mhux ġustifikati għall-iżvilupp ta' awtokonsum u komunitajiet tal-enerġija lokali;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test.

Emenda    163

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt s

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(s)  jiżguraw l-aċċess għad-dejta dwar il-konsum tal-klijent, il-forniment, għal użu fakultattiv, ta' format armonizzat li jinftiehem faċilment fil-livell nazzjonali għad-dejta dwar il-konsum u l-aċċess malajr għad-dejta għall-konsumaturi kollha skont l-Artikoli 23 u 24 ;

(s)  li jiżguraw aċċess mhux diskriminatorju għad-dejta dwar il-konsum tal-klijent, il-forniment, għal użu fakultattiv, ta' format armonizzat li jinftiehem faċilment fil-livell nazzjonali għad-dejta dwar il-konsum u l-aċċess malajr għad-dejta għall-konsumaturi kollha skont l-Artikoli 23 u 24;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test.

Emenda    164

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt x

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(x)  jissorveljaw id-disponibbiltà ta' siti web tat-tqabbil, li jinkludu għodod għat-tqabbil li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14 u l-Anness I.

(x)  li jissorveljaw id-disponibbiltà ta' għodod tat-tqabbil, inklużi siti web, applikazzjonijiet u mezzi interattivi oħra għat-tqabbil, li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14.

Emenda    165

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  li jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq impriżi tal-elettriku li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva jew kwalunkwe deċiżjoni relevanti legalment obbligatorja tal-awtoritajiet regolatorji jew tal-Aġenzija, jew li jipproponu li qorti kompetenti timponi dawn il-penali. Dan għandu jinkludi s-setgħa li jimponu, jew li jipproponu l-impożizzjoni ta' penali sa 10 % tal-fatturat annwali tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fuq l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew sa 10 % tat-turnover annwali tal-impriża integrata vertikalment fuq l-impriża integrata vertikalment, fejn ikun il-każ, għal non-konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom taħt din id-Direttiva; u

(d)  fuq inizjattiva proprja jew fuq talba mill-Aġenzija biex id-deċiżjonijiet vinkolanti tagħha jiġu infurzati, li jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq impriżi tal-elettriku, l-ENTSO tal-Elettriku jew iċ-ċentri reġjonali ta' koordinazzjoni, li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva, ir-Regolament (UE)... [riformulazzjoni tar-Regolament 714/2009 kif propost mill-COM (2016) 861/2], jew kwalunkwe deċiżjoni relevanti legalment obbligatorja tal-awtoritajiet regolatorji jew tal-Aġenzija, jew li jipproponu li qorti kompetenti timponi dawn il-penali. Dan għandu jinkludi s-setgħa li jimponu, jew li jipproponu l-impożizzjoni ta' penali sa 10 % tal-fatturat annwali tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fuq l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew sa 10 % tat-turnover annwali tal-impriża integrata vertikalment fuq l-impriża integrata vertikalment, fejn ikun il-każ, għal non-konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom taħt din id-Direttiva; u

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test.

Emenda    166

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Bil-għan għan li tiżdied it-trasparenza fis-suq u l-partijiet ikkonċernati kollha jkollhom l-informazzjoni, deċiżjonijiet jew proposti meħtieġa għal deċiżjoni dwar it-tariffi ta' trażmissjoni u distribuzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 60(3), l-awtoritajiet regolatorji għandhom jagħmlu disponibbli għall-parteċipanti fis-suq il-metodoloġija dettaljata u l-kostijiet sottostanti użati għall-kalkolu tat-tariffi rilevanti tan-netwerk.

8.  Bil-għan għan li tiżdied it-trasparenza fis-suq u l-partijiet ikkonċernati kollha jkollhom l-informazzjoni, id-deċiżjonijiet jew il-proposti meħtieġa kollha għal deċiżjoni dwar it-tariffi ta' trażmissjoni u distribuzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 60(3), l-awtoritajiet regolatorji għandhom jagħmlu disponibbli għall-parteċipanti fis-suq il-metodoloġija dettaljata u l-kostijiet sottostanti użati għall-kalkolu tat-tariffi rilevanti tan-netwerk, billi jiġu kkunsidrati l-kost tal-investiment, il-valur miżjud tal-ġenerazzjoni distribwita, il-flessibbiltà, id-diġitalizzazzjoni, ir-rispons tad-domanda, il-ħżin u l-użu tan-netwerks mill-utenti tas-sistema inklużi l-klijenti attivi u fatturi oħrajn.

Emenda    167

Proposta għal direttiva

Artikolu 62 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dmirijiet u setgħat tal-awtoritajiet regolatorji fir-rigward ta' ċentri operazzjonali reġjonali

Id-dmirijiet u s-setgħat tal-awtoritajiet regolatorji fir-rigward ta' ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali

Emenda    168

Proposta għal direttiva

Artikolu 62 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet regolatorji reġjonali taż-żona ġeografika fejn huwa stabbilit ċentru operazzjonali reġjonali għandhom, f'kooperazzjoni fil-qrib ma' xulxin:

1.  L-awtoritajiet regolatorji reġjonali taż-żona ġeografika fejn huwa stabbilit ċentru ta' kooperazzjoni reġjonali għandhom, f'kooperazzjoni fil-qrib ma' xulxin:

Emenda    169

Proposta għal direttiva

Artikolu 62 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  japprovaw l-istatuti u r-regoli ta' proċedura;

(a)  japprovaw il-proposta għall-istabbiliment ta' ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) ... [riformulazzjoni tar-Regolament 714/2009 kif propost mill-COM (2016) 861/2];

Emenda    170

Proposta għal direttiva

Artikolu 62 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  japprovaw il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod kooperattiv;

(c)  japprovaw il-proċessi kooperattivi;

Emenda    171

Proposta għal direttiva

Artikolu 62 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jivvalutaw jekk iċ-ċentru operazzjonali reġjonali għandux il-kompetenzi, ir-riżorsi u l-imparzjalità biex iwettaq il-funzjonijiet u l-kompiti mogħtija lilu, fosthom is-sigurtà, ir-responsabbiltà u l-arranġamenti ta' kontinġenza;

(d)  jiżguraw li ċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu l-kompetenzi, ir-riżorsi u l-imparzjalità biex iwettaq il-funzjonijiet u l-kompiti mogħtija lilu, fosthom is-sigurtà, ir-responsabbiltà u l-arranġamenti ta' kontinġenza;

Emenda    172

Proposta għal direttiva

Artikolu 62 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jitolbu informazzjoni minn ċentri operattivi reġjonali;

(a)  li jitolbu informazzjoni minn ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;

Emenda    173

Proposta għal direttiva

Artikolu 62 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li jwettqu spezzjonijiet, inklużi dawk mhux imħabbra, fil-proprjetà taċ-ċentri operazzjonali reġjonali;

(b)  li jwettqu spezzjonijiet, inklużi dawk mhux imħabbra, fil-proprjetà taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;

Emenda    174

Proposta għal direttiva

Artikolu 62 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  li joħorġu deċiżjonijiet vinkolanti konġunti fuq iċ-ċentri operazzjonali reġjonali.

(c)  li joħorġu deċiżjonijiet vinkolanti konġunti fuq iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali.

Emenda    175

Proposta għal direttiva

Artikolu 62 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  li jittrattaw l-ilmenti kontra ċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali fir-rigward tal-obbligi tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni.

Emenda    176

Proposta għal direttiva

Artikolu 62 – paragrafu 2 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  L-awtoritajiet regolatorji għandhom jikkooperaw u jikkonsultaw ma' xulxin u mal-Aġenzija u għandhom jipprovdu lil xulxin u lill-Aġenzija kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex jaqdu l-kompiti tagħhom skont dan l-Artikolu.

Emenda    177

Proposta għal direttiva

Artikolu 69a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 69a

 

Rieżami

 

Sal-1 ta' Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid u tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

B'mod partikolari, ir-rieżami għandu jivvaluta jekk il-klijenti, speċjalment dawk li huma vulnerabbli jew li jinsabu f'qagħda ta' faqar enerġetiku, humiex protetti b'mod adegwat skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Emenda    178

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jkunu operazzjonalment indipendenti u jiżguraw li l-fornituri jingħataw trattament ugwali fir-riżultati tat-tiftix;

(a)  ikunu indipendenti mill-atturi kollha tas-suq u jiżguraw li l-fornituri kollha jingħataw trattament ugwali fir-riżultati tat-tiftix;

Emenda    179

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiddivulgaw biċ-ċar lis-sidien tagħhom kif ukoll il-persuna naturali jew ġuridika li topera l-għodda;

(b)  jiddivulgaw biċ-ċar lis-sidien tagħhom kif ukoll il-persuna naturali jew ġuridika li topera l-għodda, u anke informazzjoni dwar kif inhuma ffinanzjati l-għodod;

Emenda    180

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jistabbilixxu kriterji ċari u oġġettivi li fuqhom ikun ibbażat it-tqabbil;

(c)  jistabbilixxu kriterji ċari u oġġettivi li fuqhom ikun ibbażat it-tqabbil, filwaqt li juru s-servizzi inklużi;

Emenda    181

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  jikklassifikaw u juru r-riżultati ta' tfittxija skont algoritmu imparzjali indipendenti minn kwalunkwe remunerazzjoni mill-fornituri;

Emenda    182

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità;

Emenda    183

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  jinkludu firxa kompleta kemm jista' jkun possibbli tal-offerti tal-elettriku li jkopri parti sinifikanti tas-suq u fejn l-informazzjoni ppreżentata ma tkoprix ħarsa ġenerali sħiħa tas-suq, dikjarazzjoni ċara li tgħid hekk, qabel ma jintwerew ir-riżultati; u

(f)  jinkludu firxa kompleta kemm jista' jkun possibbli tal-offerti tal-enerġija, inkluża informazzjoni dwar sorsi tal-enerġija, u jipprovdu t-trasparenza tal-offerti varji li jkopru tariffi kemm dinamiċi kif ukoll mhux dinamiċi, kuntratti individwali jew magħquda, minn fornituri, aggregaturi u fornituri tas-servizz, u fejn l-informazzjoni ppreżentata ma tkoprix ħarsa ġenerali sħiħa tas-suq, dikjarazzjoni ċara li tgħid hekk, qabel ma jintwerew ir-riżultati; u

Emenda    184

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt ga

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  jippermettu lill-konsumaturi jagħmlu tqabbil mingħajr ma jkollhom jissottomettu informazzjoni personali.

Emenda    185

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni li ġejja għandha tintwera b'mod prominenti lill-klijenti finali fil-kontijiet tagħhom u kontijiet ta' saldu perjodiċi:

L-informazzjoni ewlenija li ġejja għandha tintwera b'mod prominenti lill-klijenti finali fil-kontijiet u fil-kontijiet ta' saldu perjodiċi tagħhom, b'mod distint minn partijiet oħra tal-kont:

Emenda    186

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-prezz li għandu jitħallas; u, fejn possibbli, kif inhu mqassam il-prezz;

(a)  il-prezz li għandu jitħallas u, fejn rilevanti, il-prezz finali għal kull kWh; u, fejn possibbli, kif inhu mqassam il-prezz;

Emenda    187

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 1 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  meta l-ħlas huwa dovut;

Emenda    188

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 1 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  id-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur flimkien ma' numru ta' appoġġ għall-konsumaturi;

(d)  id-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur li mill-anqas jinkludi n-numru tat-telefown u l-indirizz tal-email;

Emenda    189

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 1 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  l-informazzjoni dwar il-bdil u s-soluzzjoni tat-tilwim;

Emenda    190

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 1 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  link jew referenza għas-sit(i) ta' tqabbil;

Emenda    191

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 1 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  tagħrif dwar id-drittijiet tagħhom u l-opportunitajiet ta' mezzi ta' rimedju għalihom f'każ ta' tilwim skont l-Artikolu 26.

(h)  dettalji ta' kuntatt tal-entità responsabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim.

Emenda    192

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 1 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  il-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 25.

Emenda    193

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 1 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn xieraq, l-informazzjoni li ġejja għandha tintwera b'mod prominenti lill-klijenti finali fil-kontijiet tagħhom jew mal-kontijiet ta' saldu perjodiċi:

l-informazzjoni li ġejja għandha tintwera b'mod prominenti lill-klijenti finali fil-kontijiet jew mal-kontijiet tagħhom jew mal-kontijiet ta' saldu perjodiċi tagħhom:

Emenda    194

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 1 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  tagħrif dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-mezzi ta' riżoluzzjoni tat-tilwim disponibbli għalihom f'każ ta' tilwim skont l-Artikolu 26.

Emenda    195

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra min hekk, il-klijenti finali fil-kontijiet u l-kontijiet ta' saldu perjodiċi għandhom jingħataw paraguni tal-kont ma' klijent medju normalizzat jew punt ta' riferiment fl-istess kategorija ta' utenti

Barra min hekk, il-klijenti finali għandhom jingħataw paraguni ma' klijent medju normalizzat jew ta' riferiment fl-istess kategorija ta' utenti.

Emenda    196

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-prezz tal-klijenti huwa t-total tat-tliet komponenti li ġejjin: il-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk (trażmissjoni u distribuzzjoni) u l-komponent li jinkorpora t-taxxi, is-sisa, it-tariffi u l-imposti.

Il-prezz tal-klijenti huwa t-total tat-tliet komponenti li ġejjin: il-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk (trażmissjoni u distribuzzjoni) u l-komponent li jinkorpora t-taxxi, is-sisa, u l-imposti, it-tariffi u s-sussidji kollha.

Emenda    197

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  dejta dettaljata skont il-ħin tal-użu għal kwalunkwe ġurnata, ġimgħa, xahar u sena. Din id-dejta għandha ssir disponibbli lill-klijent finali kważi f'ħin reali permezz tal-internet jew l-interfaċċja tal-arloġġ għall-perjodu ta' mill-anqas l-24 xahar preċedenti jew il-perjodu mill-bidu tal-kuntratt tal-provvista jekk dan ikun iqsar.

(b)  dejta dettaljata skont il-ħin tal-użu għal kwalunkwe ġurnata, ġimgħa, xahar u sena. Din id-dejta għandha ssir disponibbli lill-klijent finali kważi f'ħin reali f'format faċli għall-utent, permezz tal-internet jew l-interfaċċja tal-arloġġ għall-perjodu ta' mill-anqas l-24 xahar preċedenti jew il-perjodu mill-bidu tal-kuntratt tal-provvista jekk dan ikun iqsar.

Emenda    198

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Evalwazzjoni bħal din għandha tqis il-metodoloġija għal valutazzjoni tal-kostijiet-benefiċċji u l-funzjonalitajiet minimi għall-kejl intelliġenti definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/148/UE kif ukoll l-aqwa tekniki disponibbli biex jiġu żgurati l-ogħla livelli ta' sigurtà ċibernetika u protezzjoni tad-dejta.

2.  Evalwazzjoni bħal din għandha tkun ibbażata fuq il-metodoloġija għal valutazzjoni tal-kostijiet-benefiċċji u l-funzjonalitajiet minimi għall-kejl intelliġenti definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/148/UE kif ukoll l-aqwa tekniki disponibbli biex jiġu żgurati l-ogħla livelli ta' sigurtà ċibernetika u protezzjoni tad-dejta. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-metodoloġija tintuża b'mod konsistenti fl-Unjoni kollha.

Emenda    199

Proposta għal direttiva

Anness III – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Suġġett għal dik l-evalwazzjoni, l-Istati Membri jew fejn Stat Membru jkun ippreveda hekk, l-awtorità kompetenti maħtura, għandha tħejji kalendarju b'mira sa 10 snin għall- implimentazzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti. Meta t-tnedija tal-miters intelliġenti tingħata evalwazzjoni pożittiva, tal-anqas 80 % tal- klijenti finali għandhom jingħataw sistemi ta' kejl intelliġenti fi żmien 8 snin mid-data tal-evalwazzjoni pożittiva jew sal-2020 għal dawk l-Istati Membri li jkunu bdew l-introduzzjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

3.  Suġġett għal dik l-evalwazzjoni, l-Istati Membri jew fejn Stat Membru jkun ippreveda hekk, l-awtorità kompetenti maħtura, għandha tħejji kalendarju b'mira sa 5 snin għall-implimentazzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti. Meta t-tnedija tal-miters intelliġenti tingħata evalwazzjoni pożittiva, tal-anqas 80 % tal- klijenti finali għandhom jingħataw sistemi ta' kejl intelliġenti fi żmien 5 snin mid-data tal-evalwazzjoni pożittiva jew sal-2020 għal dawk l-Istati Membri li jkunu bdew l-introduzzjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(1)

ĠU C …

(2)

ĠU C …

(3)

ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

I. Introduzzjoni

Għal diversi snin, is-sistemi tal-elettriku fl-Ewropa kienu ddominati minn monopolji nazzjonali, li kkontrollaw is-sistema kollha mill-produzzjoni sad-distribuzzjoni u l-konsenja lill-konsumatur. Għalkemm din is-sistema "minn fuq għal isfel" ipprovdiet l-elettriku, ma ppermettiet l-ebda kompetizzjoni, u dan mhuwiex ta' benefiċċju għall-konsumaturi. Mill-1996, infetħu b'mod gradwali swieq tal-elettriku biex irawmu l-kompetizzjoni u jbaxxu l-prezzijiet. L-aħħar tibdil leġiżlattiv sostantiv tal-UE seħħ permezz tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija lura fl-2009.

Minn dak iż-żmien, seħħet revoluzzjoni fil-produzzjoni tal-elettriku. Il-produzzjoni tal-elettriku evolviet minn sistema ċentralizzata "spoke and wheel" għal waħda ħafna aktar deċentralizzata, minħabba avvanzi f'teknoloġiji rinnovabbli u teknoloġiji oħrajn. Jeħtieġ li, għal darb'oħra, il-leġiżlazzjoni tiġi aġġustata biex tiġi adottata din ir-realtà l-ġdida.

Is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli (li ħafna drabi jiġu mir-riħ jew mix-xemx) introduċew grad għoli ta' intermittenza għas-sistema, li kellha tadatta ruħha biex tkun aktar flessibbli filwaqt li xorta waħda tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija lill-konsumaturi. L-għanijiet tal-klima tagħna rawmu diversi skemi ta' sussidju u ta' appoġġ, li flimkien ma' kooperazzjoni transkonfinali inkompleta bejn l-Istati Membri tal-UE rriżultaw f'kapaċità żejda ta' ġenerazzjoni fil-livell tal-UE. F'ħafna Stati Membri, prezzijiet irregolati kombinati mal-iskemi ta' appoġġ diżassoċjati qed iwasslu sinjali żbaljati għall-investimenti.

Biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi u biex titrawwem id-dekarbonizzazzjoni, ir-rapporteur ħa approċċ "is-suq jiġi l-ewwel" li jfisser il-ħolqien ta' kundizzjonijiet verament ekwi għall-parteċipanti kollha fis-suq. Dan jinvolvi li wieħed jitbiegħed minn sussidji li jfixklu s-suq, kemm kemm jekk huma għal karburanti fossili, għal sorsi nukleari jew għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli. Regoli ġusti jfissru kompetizzjoni ġusta fis-suq. Suq ġust tal-elettriku jilħaq kemm l-għanijiet dwar il-klima tagħna kif ukoll iwassal għall-prezzijiet l-aktar baxxi u l-aktar kompetittivi għall-konsumaturi, u fl-istess ħin jiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija mingħajr investiment żejjed.

II. Ir-rapport

II.1. Is-suq jiġi l-ewwel

Prinċipju fundamentali ta' kwalunkwe suq huwa l-moviment liberu tal-prezzijiet. Għalhekk, it-tneħħija ta' limiti fuq il-prezzijiet hija element essenzjali u jenħtieġ li sseħħ kemm jista' jkun malajr.

Il-mekkaniżmi ta' kapaċità huma sussidji, li ftit li xejn jagħmlu sens fejn ikun hemm kapaċità żejda fl-UE. Ir-rapporteur jemmen li jenħtieġ li jiġu applikati biss bħala l-aħħar soluzzjoni. L-ewwel nett, il-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza trid tistabbilixxi li jeżisti t-tħassib dwar l-adegwatezza. Imbagħad l-Istat Membru jkun irid jindirizza l-ostakoli eżistenti li jikkawżaw it-tħassib dwar l-adegwatezza permezz ta' impenji konkreti, soġġetti għal reviżjoni mill-Kummissjoni. Fejn it-tħassib dwar l-adegwatezza jkun jista' jiġi indirizzat biss fuq perjodu itwal ta' żmien, ikun permess mekkaniżmu ta' kapaċità, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet u regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. Dawn il-mekkaniżmi, fejn fattibbli, iridu jkunu transkonfinali.

Kundizzjonijiet ekwi għal kulħadd huma element ewlieni fl-iżgurar li l-prezzijiet ikunu bbażati fuq il-kompetizzjoni. L-appoġġ attwali għal xi produtturi fil-forma ta' dispaċċ ta' prijorità u deroga mill-ibbilanċjar tar-responsabbiltà jfixkel il-kompetizzjoni. Ir-rapporteur jemmen li biex is-suq iwettaq l-għan tiegħu, kulħadd irid ikun finanzjarjament responsabbli għall-iżbilanċi li jikkawża fis-sistema. Dan l-approċċ jipprovdi l-inċentiv it-tajjeb biex is-sistema tinżamm f'bilanċ u jiżgura l-livell xieraq ta' sigurtà tal-provvista tal-enerġija, filwaqt li jnaqqas il-ħtieġa għal mekkaniżmi ta' kapaċità.

II.2. Iż-żoni tal-offerti

Żoni akbar tal-offerti jipprovdu aktar likwidità, iżda anqas inċentivi għal investimenti tal-grilja. Ir-rapporteur huwa tal-fehma li ż-żoni tal-offerti jenħtieġ li jkunu stabbli maż-żmien u kbar kemm jista' jkun, filwaqt li titqies il-konġestjoni sistemika. Huwa qed jissuġġerixxi approċċ tal-inċentiv u l-kastig (carrot and stick). L-ewwel nett, wara r-reviżjoni taż-żona tal-offerti, l-Istati Membri rilevanti jenħtieġ li jaqblu b'mod unanimu dwar l-istruttura taż-żona tal-offerti u impenji konkreti fejn ikun meħtieġ. Fejn ma jistax jintlaħaq ftehim, il-Kummissjoni jenħtieġ li tindaħal biex issolvi n-nuqqas ta' qbil.

II.3. Il-kooperazzjoni reġjonali

Fis-suq tal-elettriku, dak li jiġri fi Stat Membru wieħed jinfluwenza oħrajn fir-reġjun u lil hinn minnu. Biex tiġi żgurata s-sigurtà tas-sistema u jiġi evitat qtugħ totali tal-elettriku, hija essenzjali aktar kooperazzjoni reġjonali tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni. Ir-rapporteur jagħraf il-benefiċċju kbir li l-koordinaturi tas-sigurtà reġjonali operazzjonali diġà jipprovdu fl-iżgurar tas-sigurtà tas-sistema. Hekk kif is-swieq tal-elettriku qed isiru dejjem aktar interkonnessi, it-tisħiħ ta' din il-kooperazzjoni billi jiġu assenjati aktar kompiti u funzjonijiet fil-livell reġjonali huwa l-pass loġiku li jmiss. Madankollu, ir-responsabbiltà aħħarija għas-sigurtà tas-sistema trid tibqa' tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni.

II.4. Il-Konsumatur

It-teknoloġija issa tippermetti lil atturi ġodda jsiru attivi fis-suq tal-elettriku. Għalhekk, id-disinn tas-suq irid jippermetti u jiffaċilità l-inklużjoni ta' kull min jista' u huwa lest li jipparteċipa, kemm jekk permezz ta' awtoġenerazzjoni, ta' ħżin jew ta' rispons tad-domanda. It-tneħħija tal-ostakoli għas-suq tfisser aktar parteċipanti fis-suq u aktar għażla għall-konsumatur. Ir-rapporteur qed jissuġġerixxi wkoll tibdil fil-proposta biex jiġi żgurat li l-konsumatur jista' jieħu deċiżjonijiet infurmati sew u jibdel fornituri f'perjodu ta' żmien qasir.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

D(2017)36117

Jerzy Buzek

President tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

PHS 08B046

Brussell

Suġġett:  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (Riformulazzjoni)

  (COM(2016)0864 – C8-0495/2016 – 2016/0380(COD))

Onor. President,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 104 dwar ir-Riformulazzjoni, kif introdott fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

Il-paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jgħid dan li ġej:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli għas-suġġett b'dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 169 u 170, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli fi ħdan il-kumitat responsabbli għas-suġġett biss jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet.

Madankollu, emendi ta' partijiet tal-proposta li ma nbidlux jistgħu jiġu aċċettati, fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ, mill-president tal-kumitat responsabbli għas-suġġett inkwistjoni, jekk iqis/tqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra li jkunu ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet irid jitniżżlu f'ġustifikazzjoni bil-miktub tal-emendi."

B'segwitu għall-opinjoni tas-servizzi legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li fihom ġiet eżaminata l-proposta riformulata ta' dan l-aħħar, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għajr il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta jew fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv u li, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kodifikazjzoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdulin tal-atti ta' qabel b'dawk il-bidliet, il-proposta fiha kodifikazzjoni vera u proprja tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sostanza tagħhom.

Bħala konklużjoni, wara li ddiskutieha fil-laqgħa tiegħu tat-Tlieta, Il-Ħamis, 7 ta' Settembru 2017, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bi 19-il vot favur, 0 kontra u 2 astensjonijiet(1), qed jirrakkomanda li l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, jista' jipproċedi bl-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq bi qbil mal-Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura.

Dejjem tiegħek,

Pavel Svoboda

Mehmuż: Rapport iffirmat mill-President tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.

(1)

Il-Membri li ġejjin kienu preżenti: Isabella Adinolfi, Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Sergio Gaetano Cofferati, Angel Dzhambazki, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Andrey Novakov, Julia Reda, Evelyn Regner, Axel Voss, Rainer Wieland, Tiemo Wölken, Tadeusz Zwiefka.


ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

 

    Brussell, l-24 ta' Lulju 2017

OPINJONI

  GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

    TAL-KUNSILL

    TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (riformulazzjoni)

COM(2016)0864 final/2 of 23.2.2017 – 2016/0380(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali, u b'mod partikolari l-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fis-6 ta' Ġunju 2017 kellu laqgħa ddedikata, fost affarijiet oħra, għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt l-eżami(1) tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tfassal mill-ġdid id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, bi qbil komuni, stabbilixxa li dawn li ġejjin kellhom jiġu mmarkati b'tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu identifikati bidliet sostantivi:

- fil-premessa 2, it-tħassir tal-kliem "u aktar kummerċ transkonfinali, sabiex jinkiseb titjib fl-effiċjenza";

- fil-premessa 37, it-tħassir tal-ewwel tliet sentenzi tal-premessa 50 tad-Direttiva 2009/72/KE, li jinqara "Ir-rekwiżiti tas-servizz pubbliku, inkluż fir-rigward tas-servizz universali, u listandards komuni minimi li jitnisslu minnhom, jeħtieġ li jissaħħu aktar biex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli, ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-kompetizzjoni u minn prezzijiet ġusti. Ir-rekwiżiti tas-servizz pubbliku għandhom jiġu definiti fuq bażi nazzjonali, filwaqt li jkunu kkunsidrati ċċirkustanzi nazzjonali; Il-liġi tal-Komunità għandha, madanakollu, tkun rispettata mill-Istati Membri. Iċ-ċittadini tal-UE u, fejn l-Istati Membri jqisu xieraq, l-impriżi żżgħar, għandhom ikunu jistgħu igawdu l-obbligi tas-servizz pubbliku, b'mod partikulari fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista u fir-rigward ta' prezzijiet raġonevoli";

- fl-Artikolu 1, it-tħassir tal-kliem "jiġu integrati";

- fl-Artikolu 9(5), it-tħassir ta' referenza għall-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/72/KE;

- fl-Artikolu 10(2)(g), it-tħassir tal-kliem "jibbenefikaw minn proċeduri trasparenti, sempliċi u effettivi biex jiġu ttrattati l-ilmenti tagħhom. B'mod partikulari, il-konsumaturi kollha għandu jkollhom id-dritt għal livell tajjeb ta' servizz u ta' ġestjoni tal-ilmenti mill-fornitur tagħhom tas-servizz tal-elettriku. Proċeduri bħal dawn ta' soluzzjoni ta' tilwim bla qrati għandhom iwasslu biex tilwimiet jiġu riżolti b'mod ġust u fil-waqt, preferibbilment fi żmien tliet xhur, b'dispożizzjoni, fejn meħtieġ, ta' sistema ta' rimborż u/jew kumpens";

- wara t-test tal-Artikolu 18, it-tħassir tat-test kollu tal-paragrafu 10 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/72/KE;

- wara t-test tal-Artikolu 25, it-tħassir tat-test kollu tal-paragrafu 16 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/72/KE;

- fl-Artikolu 26, it-tħassir tal-kliem "jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmu indipendenti bħalma hu ombudsman tal-enerġija jew entità tal-konsumatur għat-trattament effiċjenti ta' lmenti u soluzzjoni ta' tilwim barra l-qrati";

- fl-Artikolu 27(2), is-sostituzzjoni tal-kliem "il-ftuħ tas-suq" bil-kliem "l-għażla ħielsa tal-fornitur";

- fl-Artikolu 28(1), it-tħassir tal-aġġettiv "finali" li tiġi wara l-kliem "lill-klijenti"

- fl-Artikolu 38(2)(a), it-tħassir tal-kliem "l-kapaċità ta' riżerva";

- fl-Artikolu 47(3), iż-żieda tal-ewwel kelmiet "L-impriża integrata vertikalment u s-sussidjarji tagħha li jwettqu";

- fl-Artikolu 59(4)(b), il-kliem introduttorju, iż-żieda tal-kliem "u 3";

- fl-Artikolu 61(2)(b), iż-żieda tal-kliem "u l-Linjigwida";

- fl-Artikolu 66(1), is-sostituzzjoni tal-kliem attwali "jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni għal deroga mid-dispożizzjonijiet relevanti tal-Kapitoli IV, VI, VII u VIII, kif ukoll il-Kapitolu III, fil-każ ta' sistemi iżolati mikro, sa fejn huma kkonċernati t-tiġdid, il-modernizzazzjoni u l-espansjoni tal-kapaċità eżistenti, li tista' tingħatalhom mill-Kummissjoni 23(2)" bil-kliem "jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni għal deroga mid-dispożizzjonijiet relevanti tal-Kapitoli IV, V, u VI kif ukoll l-artikoli 4, 6, 7 u 8";

- fil-punt 4(a) tal-Anness II, iż-żieda tal-kliem "(fuq il-livell nazzjonali, jiġifieri fl-Istat Membru fejn ikun ġie konkluż ilkuntratt ta' forniment, kif ukoll fil-livell tal-impriża ta' provvista jekk il-fornitur huwa attiv f'diversi Stati Membri)";

- fit-tieni subparagrafu tal-punt 4 tal-Anness II, ir-referenza għall-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dak l-istess punt;

- fil-punt 3 tal-Anness III, is-sostituzzjoni tal-kelma "konsumaturi" bil-kliem "klijenti finali".

Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi l-ebda emenda sostanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-att preċedenti b'dan it-tibdil sostantiv, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-test legali eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

F. DREXLER      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult      Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

(1)

  Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu l-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (24.11.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (riformulazzjoni)

(COM(2016)0864 – C8-0495/2016 – 2016/0380(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Pavel Poc

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

B'mod ġenerali, ir-rapporteur jilqa' l-proposta għal direttiva mressqa mill-Kummissjoni.

Il-proposta leġiżlattiva b'mod korrett:

1.  tpoġġi lill-konsumaturi fiċ-ċentru tat-tranżizzjoni tal-enerġija

2.  tfittex li toħloq kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni li jippermettu l-parteċipazzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fis-suq

3.  issaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali

Madankollu, sabiex ikun żgurat li l-għanijiet tal-politika Ewropea dwar l-enerġija u tal-unjoni tal-enerġija jintlaħqu bis-sħiħ, il-proposta għal direttiva trid tiġi emendata f'ċerti oqsma.

·  It-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa trid issir b'tali mod li tpoġġi piż sostenibbli fuq il-konsumaturi tal-enerġija.

·  Għandha ssir enfasi akbar fuq l-integrazzjoni tas-suq u l-funzjonament tas-suq relatat, li għalihom il-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-parteċipanti kollha huma kundizzjoni sine qua non.

·  Qafas legali ġdid fuq livelli kemm Ewropej kif ukoll nazzjonali għandu joħloq kundizzjonijiet ġusti għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet ġodda bħal aggregaturi jew komunitajiet tal-enerġija lokali fis-suq u fl-istess waqt m'għandux ikun diskriminatorju għal parteċipanti oħra fis-suq.

L-integrazzjoni aktar mill-qrib tas-suq tal-ibbilanċjar, bil-għan li tiġi permessa l-parteċipazzjoni effikaċi ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u fin-naħa tad-domanda bejn il-fruntieri, hija kruċjali. Madankollu, hemm ukoll il-ħtieġa li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista f'kull waqt. Għal dan il-għan, id-drittijiet f'dan il-qasam iridu jikkorrispondu b'mod strett għar-responsabbiltajiet, sabiex jiġi evitat kwalunkwe impatt fuq il-konsumaturi. L-Istati Membri u, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, it-TSOs nazzjonali tagħhom huma responsabbli għas-sigurtà tal-provvisti tal-elettriku.

Huma meħtieġa regoli ċari għal atturi ġodda fis-suq, bħal aggregaturi jew komunitajiet tal-enerġija lokali. Ir-rapporteur jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni indirizzat din il-kwistjoni fil-leġiżlazzjoni. Madankollu, ir-rapporteur ma jemminx li r-regoli għall-aggregaturi ġew stabbiliti b'mod korrett. Il-valutazzjoni tal-impatt ta' akkumpanjament tiddikjara li jekk m'hemm l-ebda mekkaniżmu ta' kumpens previst bejn l-aggregaturi u l-partijiet responsabbli għall-ibbilanċjar, jeżisti riskju li l-aggregaturi jkunu opportunisti li ma jipparteċipawx bil-kostijiet tas-sistema u jattivaw ir-rispons fin-naħa tad-domanda b'mod ineffiċjenti.

Ir-rapporteur jixtieq jisspttplinja l-ħtieġa li tiġi żgurata debitament il-protezzjoni ta' konsumaturi vulnerabbli u foqra f'termini ta' enerġija. Il-Kummissjoni tisħaq b'mod korrett fuq il-politika soċjali u fuq it-tneħħija gradwali tar-regolamentazzjoni tal-prezzijiet, li eventwalment irriżultat bħala diskriminatorja anke fil-konfornt tal-konsumaturi vulnerabbli u foqra f'termini ta' enerġija. Ċerti dettalji, bħad-definizzjoni ċara ta' sitwazzjoni ta' urġenza estrema, li fiha r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet tista' tiġi applikata b'mod eċċezzjonali, iridu jiġu speċifikati, sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju fl-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Ir-regoli dwar il-komunitajiet lokali tal-enerġija għandhom ikunu mfassla wkoll b'mod li jiżgura li l-konsumaturi, li jagħżlu li ma jieħdux sehem fil-komunità lokali tal-enerġija, ma jkunux żvantaġġati, u li l-komunitajiet lokali tal-enerġija ma jżidux il-kostijiet tas-sistema tal-elettriku nnifisha, li jista' jkollu effett detrimentali fuq il-konsumaturi foqra jew vulnerabbli f'termini ta' enerġija.

Huwa kruċjali li s-swieq tal-ingrossa u dawk bl-imnut jingħaqdu b'mod aħjar għal flessibbiltà fis-sistema u integrazzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli akbar. Jintlaqgħu dispożizzjonijiet li joffru l-possibbiltà għal kull klijent li jitlob kuntratt ta' pprezzar dinamiku mill-fornitur tas-servizz tal-elettriku.

Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rispons fin-naħa tad-domanda, huwa kruċjali li l-klijenti jingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq u għal għażla għaqlija u infurmata dwar il-fornitur tas-servizz tal-elettriku tagħhom. Hemm bżonn ta' kontijiet tal-elettriku ċari u sempliċi, kif ukoll li jinstabu modi innovattivi oħra ta' kif tingħata informazzjoni addizzjonali relatata mal-kontijiet.

L-introduzzjoni kosteffikaċi ta' elementi intelliġenti tista' tissimplifika l-integrazzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u l-parteċipazzjoni tal-konsumaturi fis-suq tal-enerġija. F'dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-aktar mod kosteffikaċi meta jiġu introdotti miters intelliġenti, huwa dak li jikkorelata mal-iskambju tal-miters eżistenti fit-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Għaldaqstant, ir-rapporteur jenfasizza l-ħtieġa li jiġi kjarifikat it-trattament u l-konformità ma' dawk il-miters intelliġenti li ġew introdotti qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva b'mod li ma jħallix impatt negattiv fuq il-prezzijiet finali għall-konsumaturi.

Ir-rapporteur jilqa' l-enfasi li tagħmel il-Kummissjoni fuq l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni li huma kruċjali għat-tisħiħ tal-flessibbiltà tas-sistema u r-rieda li jiġu introdotti sorsi ta' enerġija rinnovabbli f'livell lokali.

Kwalunkwe użu tal-flessibbiltà fin-netwerks ta' distribuzzjoni, inkluża l-ħażna tal-enerġija, irid isir bl-aktar mod kosteffikaċi, sabiex jippermetti numru kbir ta' benefiċċji għall-konsumaturi finali. Għalhekk, ir-rapporteur jissuġġerixxi li jiġu kkunsidrati emendi tar-regoli dwar is-sjieda ta' faċilitajiet ta' ħażna minn operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni.

L-integrazzjoni tal-elettromobbiltà fin-netwerk tal-elettriku tippermetti wkoll il-parteċipazzjoni attiva tal-konsumaturi finali u għalhekk iżżid il-flessibbiltà ġenerali tas-sistema tal-elettriku. Madankollu, hemm bżonn li ssir distinzjoni bejn it-tħaddim pubbliku u l-użu privat meta tiġi kkunsidrata s-sjieda tal-infrastruttura tal-elettromobbiltà mid-DSOs.

Il-kooperazzjoni tad-DSOs madwar l-Ewropa hija kruċjali wkoll. F'dan ir-rigward, għandhom jiġu speċfikati aktar il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni fl-entità DSO tal-UE, u jiġu żgurati r-rappreżentanza proporzjonali tagħhom u l-finanzjament tal-entità.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għamlu kontribut sinifikanti lejn il-ħolqien ta' tali suq intern tal-elettriku. Madankollu, s-sistema tal-enerġija tal-Ewropa għaddejja minn bidla kbira. L-għan komuni għad-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija joħloq opportunitajiet u sfidi ġodda għall-parteċipanti tas-suq. Fl-istess ħin, l-iżviluppi teknoloġiċi jippermettu forom ġodda ta' parteċipazzjoni tal-konsumaturi u ta' kooperazzjoni transkonfinali. Teżisti l-ħtieġa li r-regoli tas-suq tal-Unjoni jiġu adattati għal realtà ġdida tas-suq.

(3)  Id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għamlu kontribut sinifikanti lejn il-ħolqien ta' tali suq intern tal-elettriku. Madankollu, is-sistema tal-enerġija tal-Ewropa għaddejja minn bidla kbira. L-għan komuni biex is-sehem ta' enerġija rinnovabbli fis-settur tal-elettriku jiżdied għal tal-anqas 45 % sal-2030 u tad-dekarbonizzazzjoni sħiħa tas-sistema tal-enerġija sal-2050 joħloq opportunitajiet u sfidi ġodda għall-parteċipanti tas-suq. Fl-istess ħin, l-iżviluppi teknoloġiċi jippermettu forom ġodda ta' parteċipazzjoni tal-konsumaturi u ta' kooperazzjoni transkonfinali. Teżisti l-ħtieġa li r-regoli tas-suq tal-Unjoni jiġu adattati għal realtà ġdida tas-suq.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2015 "Tnedija tal-proċess ta' konsultazzjoni pubblika dwar disinn ġdid tas-suq tal-enerġija"32 enfasizzat li t-tbegħid mill-ġenerazzjoni minn impjanti tal-enerġija kbar lejn produzzjoni deċentralizzata minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u s-swieq dekarbonizzati jeħtieġ adattament tar-regoli attwali dwar il-kummerċ fl-elettriku u tibdil tar-rwoli eżistenti fis-suq. Saħqet dwar il-ħtieġa li s-swieq tal-elettriku jiġu organizzati b'mod aktar flessibbli u li l-atturi kollha tas-suq jiġu integrati – fosthom il-produtturi tal-enerġija rinnovabbli, il-fornituri tas-servizzi tal-enerġija l-ġodda, il-ħżin tal-enerġija u d-domanda flessibbli.

(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2015 "Tnedija tal-proċess ta' konsultazzjoni pubblika dwar disinn ġdid tas-suq tal-enerġija"32 enfasizzat li t-tbegħid mill-ġenerazzjoni minn impjanti tal-enerġija kbar lejn produzzjoni deċentralizzata minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u s-swieq dekarbonizzati jeħtieġ adattament tar-regoli attwali dwar il-kummerċ fl-elettriku u tibdil tar-rwoli eżistenti fis-suq. Saħqet dwar il-ħtieġa li s-swieq tal-elettriku jiġu organizzati b'mod aktar flessibbli u li l-atturi kollha tas-suq jiġu integrati – fosthom il-produtturi tal-enerġija rinnovabbli, il-fornituri tas-servizzi tal-enerġija l-ġodda, il-ħżin tal-enerġija u d-domanda flessibbli. Huwa daqstant importanti li l-Unjoni tinvesti b'mod urġenti fl-interkonnessjoni fil-livell Ewropew għat-trasferiment tal-enerġija permezz ta' sistemi tat-trażmissjoni tal-enerġija elettrika b'vultaġġ għoli.

_________________

_________________

31   COM(2015) 340 finali tal-15.7.2015.

31   COM(2015) 340 finali tal-15.7.2015.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Bl-għan tal-ikkompletar tas-suq intern fil-qasm tal-elettriku, l-Istati Membri jenħtieġ li jrawmu l-integrazzjoni tas-swieq nazzjonali tagħhom u l-kooperazzjoni tal-operaturi tas-sistema fil-livell tal-Unjoni u f'dak reġjonali, filwaqt li jinkorporaw ukoll sistemi iżolati li jifformaw il-gżejjer tal-elettriku li jippersistu fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa għandha tinżamm fid-Direttiva sabiex tenfasizza li l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jilħqu wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-politika tal-enerġija tal-UE, li huwa l-ħolqien tas-suq intern.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  L-Unjoni tilħaq l-għanijiet tagħha dwar is-sorsi rinnovabbli bl-iktar mod effikaċi permezz tal-ħolqien ta' qafas tas-suq li jippremja l-flessibbiltà u l-innovazzjonijiet. Disinn ta' suq tal-elettriku li jiffunzjona sew huwa l-fattur essenzjali għall-adozzjoni ta' sorsi rinnovabbli.

Ġustifikazzjoni

Suq Intern tal-Enerġija li jiffunzjona għandu jikkontribwixxi għall-adozzjoni ta' sorsi rinnovabbli u jippermetti lill-UE tilħaq l-għanijiet tagħha dwar is-sorsi rinnovabbli, kif ukoll l-obbligi internazzjonali tagħha dwar il-klima skont il-ftehimiet ta' Pariġi.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex jiġu żgurati l-kompetizzjoni u l-provvista tal-elettriku bl-aktar prezz kompetittiv, l-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jiffaċilitaw l-aċċess transkonfinali għall-fornituri l-ġodda tal-elettriku minn sorsi differenti tal-enerġija kif ukoll għall-fornituri l-ġodda tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, l-ħżin u r-rispons tad-domanda tal-enerġija.

(11)  Sabiex jiġu żgurati l-kompetizzjoni u l-provvista tal-elettriku bl-aktar prezz kompetittiv, l-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jiffaċilitaw l-aċċess transkonfinali għall-fornituri l-ġodda tal-elettriku minn sorsi differenti tal-enerġija kif ukoll għall-fornituri l-ġodda tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-ħżin u r-rispons tad-domanda tal-enerġija. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw fil-programmazzjoni tal-flussi tal-elettriku u jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex jimpedixxu ċirkwiti tal-elettriku ("loop flows") mhux ipprogrammati.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija marbuta ma' żewġ emendi fl-Artikolu 3.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  L-interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu promossi peress li jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, itaffu l-varjabbiltà, inaqqsu l-kostijiet tal-ibbilanċjar u jħeġġu l-kompetizzjoni.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)  Il-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ottubru 2014 iddeċieda li l-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Istati Membri, se tieħu miżuri urġenti sabiex tiżgura li jintlaħaq l-għan minimu ta' 10 % tal-interkonnessjonijiet eżistenti tal-elettriku, b'urġenza u mhux aktar tard mill-2020, tal-inqas fir-rigward tal-Istati Membri li għadhom ma kisbux livell minimu ta' integrazzjoni fis-suq intern tal-enerġija, u tal-Istati Membri li jikkostitwixxu l-punt ta' aċċess prinċipali tagħhom għas-suq intern tal-enerġija.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom diskrezzjoni wiesgħa biex jimponu obbligi ta' servizz pubbliku fuq l-impriżi tal-elettriku sabiex jintlaħqu għanijiet ta' interess ekonomiku ġenerali. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li klijenti domestiċi u, fejn l-Istati Membri jqisuh xieraq, impriżi żgħar, igawdu d-dritt li jkunu fornuti b'elettriku ta' kwalità speċifikata bi prezzijiet komparabbli b'mod ċar, trasparenti u kompetittivi. Madankollu, obbligi ta' servizz pubbliku f'forma ta' regolamentazzjoni tal-prezzijiet tal-provvista jikkostitwixxu miżura li tfixkel b'mod fundamentali, li ta' spiss twassal għal akkumulazzjoni ta' żbilanċi tariffarji, limitazzjoni tal-għażla tal-konsumatur, inċentivi aktar dgħajfa għall-iffrankar tal-enerġija u investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija, standards aktar baxxi tas-servizz, involviment u sodisfazzjoni aktar baxxi tal-konsumatur, restrizzjoni tal-kompetizzjoni kif ukoll inqas prodotti u servizzi innovattivi fis-suq. B'konsegwenza, l-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw għodod ta' politika oħra, u b'mod partikolari miżuri ta' politika soċjali mmirati biex il-prezzijiet tal-provvista tal-elettriku jibqgħu raġjonevoli. L-interventi fl-issettjar tal-prezzijiet jenħtieġ li jiġu applikati biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali limitati. Suq tal-bejgħ tal-elettriku bl-imnut kompletament liberalizzat jistimula l-kompetizzjoni, kemm mil-lat tal-prezzijiet kif ukoll minn lati oħra, fost il-fornituri eżistenti. Barra minn hekk, iservi ta' inċentiv għad-dħul ta' atturi ġodda fis-suq biex b'hekk jittejbu l-għażla u s-sodisfazzjoni tal-konsumaturi.

(15)  L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom diskrezzjoni wiesgħa biex jimponu obbligi ta' servizz pubbliku fuq l-impriżi tal-elettriku sabiex jintlaħqu għanijiet ta' interess ekonomiku ġenerali. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li klijenti domestiċi u, fejn l-Istati Membri jqisuh xieraq, impriżi żgħar, igawdu d-dritt li jkunu fornuti b'elettriku ta' kwalità speċifikata bi prezzijiet komparabbli b'mod ċar, trasparenti u kompetittivi. Madankollu, obbligi ta' servizz pubbliku f'forma ta' regolamentazzjoni tal-prezzijiet tal-provvista jistgħu jikkostitwixxu miżura li tfixkel b'mod fundamentali jekk il-prezz ma jirriflettix il-valur tal-elettriku u l-kostijiet tal-fornitur u li ta' spiss twassal għal akkumulazzjoni ta' żbilanċi tariffarji, limitazzjoni tal-għażla tal-konsumatur, inċentivi aktar dgħajfa għall-iffrankar tal-enerġija u investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija, standards aktar baxxi tas-servizz, involviment u sodisfazzjon aktar baxxi tal-konsumatur, restrizzjoni tal-kompetizzjoni kif ukoll inqas prodotti u servizzi innovattivi fis-suq. B'konsegwenza, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet tagħhom ma tkunx ta' detriment għall-kompetizzjoni jew jenħtieġ li japplikaw għodod ta' politika oħra, u b'mod partikolari miżuri ta' politika soċjali mmirati biex il-prezzijiet tal-provvista tal-elettriku jibqgħu raġonevoli. L-interventi fl-issettjar tal-prezzijiet jenħtieġ li jiġu applikati biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali limitati. Suq tal-bejgħ tal-elettriku bl-imnut kompletament liberalizzat u li jiffunzjona sew jistimula l-kompetizzjoni, kemm mil-lat tal-prezzijiet kif ukoll minn lati oħra, fost il-fornituri eżistenti. Barra minn hekk, iservi ta' inċentiv għad-dħul ta' atturi ġodda fis-suq biex b'hekk jittejbu l-għażla u s-sodisfazzjon tal-konsumaturi. Jenħtieġ li jiżgura wkoll li s-sussidji diretti u indiretti kollha għall-elettriku mill-karburanti fossili jiġu eliminati gradwalment sal-2023. 

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  L-għodod tat-tqabbil indipendenti, fosthom il-websites, huma mezz effettiv għall-konsumaturi sabiex jivvalutaw il-merti ta' offerti differenti tal-enerġija disponibbli fis-suq. Il-kostijiet tat-tiftix jkunu aktar baxxi peress li ma jibqax ikun hemm il-ħtieġa li l-informazzjoni tinġabar minn fornituri tas-servizzi individwali. Għodod bħal dawn jistgħu jipprovdu l-aħjar bilanċ bejn il-ħtieġa biex l-informazzjoni tkun ċara u konċiża u l-ħtieġa li tkun sħiħa u komprensiva. Jenħtieġ li jimmiraw li jinkludu l-usa' firxa possibbli ta' offerti disponibbli u li jkopru s-suq bl-aqwa mod possibbli biex il-konsumatur jingħata ħarsa ġenerali rappreżentattiva. Huwa kruċjali li l-informazzjoni mogħtija dwar tali għodod tkun affidabbli, imparzjali u trasparenti.

(23)  L-għodod tat-tqabbil indipendenti, fosthom il-websites, huma mezz effettiv għall-konsumaturi sabiex jivvalutaw il-merti ta' offerti differenti tal-enerġija disponibbli fis-suq. Il-kostijiet tat-tiftix jkunu aktar baxxi peress li ma jibqax ikun hemm il-ħtieġa li l-informazzjoni tinġabar minn fornituri tas-servizzi individwali. Għodod bħal dawn jistgħu jipprovdu l-aħjar bilanċ bejn il-ħtieġa biex l-informazzjoni tkun ċara u konċiża u l-ħtieġa li tkun sħiħa u komprensiva. Jenħtieġ li jimmiraw li jinkludu l-usa' firxa possibbli ta' offerti disponibbli u li jkopru s-suq bl-aqwa mod possibbli biex il-konsumatur jingħata ħarsa ġenerali rappreżentattiva. Għall-offerti tal-enerġija rinnovabbli, jenħtieġ li tingħata informazzjoni faċilment aċċessibbli u li tinftiehem dwar il-fornituri, is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u l-garanziji tal-oriġini. Jenħtieġ ukoll li dawk l-għodod jinfurmaw lill-klijenti b'mod trasparenti jekk l-enerġija tkun ġejja minn sors mhux rinnovabbli. Huwa kruċjali li l-informazzjoni mogħtija dwar tali għodod tkun affidabbli, imparzjali u trasparenti.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Il-gruppi kollha tal-konsumaturi (industrijali, kummerċjali u domestiċi) jenħtieġ li jkollhom aċċess għal swieq tal-enerġija biex ikunu jistgħu jikkummerċjaw il-flessibbiltà u l-elettriku li jiġġeneraw huma stess. Il-klijenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ mill-vantaġġi tal-aggregazzjoni tal-produzzjoni u l-provvista fuq reġjuni akbar u jibbenefikaw mill-kompetizzjoni transkonfinali. L-aggregaturi x'aktarx ikollhom rwol importanti bħala intermedjarji bejn il-gruppi ta' klijenti u s-suq. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli trasparenti u ġusti biex l-aggregaturi indipendenti jitħallew jissodisfaw dan ir-rwol. Il-prodotti jenħtieġ li jiġu ddefiniti fuq is-swieq organizzati kollha tal-enerġija, inklużi s-swieq tas-servizzi anċillari u tal-kapaċità biex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni tar-rispons tad-domanda.

(26)  Il-gruppi kollha tal-konsumaturi (industrijali, agrikoli, kummerċjali u domestiċi) jenħtieġ li jkollhom aċċess għal swieq tal-enerġija biex ikunu jistgħu jikkummerċjaw il-flessibbiltà u l-elettriku li jiġġeneraw huma stess. Il-klijenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ mill-vantaġġi tal-aggregazzjoni tal-produzzjoni u l-provvista fuq reġjuni akbar u jibbenefikaw mill-kompetizzjoni transkonfinali. L-aggregaturi x'aktarx ikollhom rwol importanti bħala intermedjarji bejn il-gruppi ta' klijenti u s-suq. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli trasparenti u ġusti biex l-aggregaturi indipendenti jitħallew jissodisfaw dan ir-rwol. Il-prodotti jenħtieġ li jiġu ddefiniti fuq is-swieq organizzati kollha tal-enerġija, inklużi s-swieq tas-servizzi anċillari u tal-kapaċità biex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni tar-rispons tad-domanda.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)  Sabiex jitwettqu l-impenji internazzjonali dwar il-klima u jintlaħqu l-objettivi interni tal-Unjoni, tenħtieġ bidla komprensiva fid-direzzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju. Għalhekk huwa meħtieġ it-tiġdid tal-kriterji tal-allokazzjoni ta' fondi differenti tal-UE biex jiġu mħeġġa d-dekarbonizzazzjoni u l-miżuri dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fis-suq tal-elettriku u f'setturi oħra. Jenħtieġ li jiġi ggarantit li l-fondi tal-Unjoni ma jiġux allokati għal proġetti li ma jkunux konformi ma' għanijiet u politiki ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2. Permezz ta' atti delegati, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi metodoloġija avvanzata u trasparenti għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-applikazzjonijiet fis-suq tal-elettriku.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 29a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a)  Fid-dawl tal-importanza dejjem akbar tal-konsumaturi attivi, hemm bżonn li jinstab bilanċ bejn l-ippremjar ta' dawk li jagħżlu li jipparteċipaw meta l-parteċipazzjoni tagħhom tirriżulta f'benefiċċji għas-sistema tal-enerġija u l-iżgurar tal-kapaċità tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni li jamministraw il-grilja b'mod kosteffiċjenti u sikur fuq perjodu twil. Jenħtieġ li t-tariffi u r-remunerazzjoni għall-awtokonsum jinċentivaw teknoloġiji aktar intelliġenti għall-integrazzjoni ta' sorsi rinnovabbli u jimmotivaw lill-awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli biex jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment li l-klijent u l-grilja jibbenefikaw minnhom b'mod reċiproku. Sabiex dan il-bilanċ ikun jista' jinkiseb, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli lokali jkunu intitolati li jirċievu remunerazzjoni li tirrifletti l-valur fis-suq tal-elettriku trażmess – kif ukoll il-valur fit-tul għall-grilja, għall-ambjent u għas-soċjetà – għall-elettriku rinnovabbli awtoġenerat li jittrażmettu lill-grilja. Dan irid jinkludi kemm il-benefiċċji kif ukoll il-kostijiet fit-tul tal-awtokonsum fir-rigward tal-kostijiet evitati għall-grilja, għall-ambjent u għas-soċjetà, b'mod partikolari meta kkombinati ma' riżorsi tal-enerġija distribwiti oħra bħall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, il-ħżin tal-enerġija, ir-rispons għad-domanda u n-netwerks komunitarji.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Meta jittieħdu deċiżjonijiet fuq il-livell nazzjonali dwar l-introduzzjoni tal-kejl intelliġenti, għandu jkun possibbli li din tkun ibbażata fuq evalwazzjoni ekonomika. Jekk din l-evalwazzjoni tikkonkludi li l-introduzzjoni ta' dawn is-sistemi ta' kejl tkun ekonomikament raġonevoli u effettiva f'sens ta' spejjeż għall-konsumaturi b'ċertu ammont ta' konsum tal-elettriku biss, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jqisu dan fl-implimentazzjoni.

(34)  Meta jittieħdu deċiżjonijiet fuq il-livell nazzjonali dwar l-introduzzjoni tal-kejl intelliġenti, jenħtieġ li jkun possibbli li dawn ikunu bbażati fuq evalwazzjoni ekonomika, iżda anke billi jitqiesu l-fattibbiltà teknika u l-proporzjonalità tal-iffrankar preżunt meta mqabbel mal-kostijiet meħtieġa. Jekk din l-evalwazzjoni tikkonkludi li l-introduzzjoni ta' dawn is-sistemi ta' kejl tkun ekonomikament raġonevoli u effettiva f'sens ta' spejjeż għall-konsumaturi b'ċertu ammont ta' konsum tal-elettriku biss, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jqisu dan fl-implimentazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija marbuta ma' żewġ emendi fl-Artikolu 19(2) u żewġ emendi fl-Artikolu 3.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Is-servizzi tal-enerġija huma fundamentali biex jiġi mħares il-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni. It-tisħin, it-tkessiħ, id-dawl u l-enerġija biex jiġu alimentati l-apparati elettriċi huma essenzjali biex jiġi ggarantit livell ta' għajxien deċenti u saħħa għaċ-ċittadini. Barra minn hekk, l-aċċess għal dawn is-servizzi tal-enerġija jagħti liċ-ċittadini Ewropej is-setgħa li jilħqu l-potenzjal tagħhom u jtejjeb l-inklużjoni soċjali. Id-djar f'faqar enerġetiku ma għandhomx aċċess għal dawn is-servizzi tal-enerġija minħabba kombinazzjoni ta' introjtu baxx, nefqa kbira fuq l-enerġija u faqar tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fi djarhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru l-informazzjoni t-tajba biex jissorveljaw l-għadd ta' djar f'qagħda ta' faqar enerġetiku. Il-kejl preċiż jenħtieġ li jgħin lill-Istati Membri biex jidentifikaw dawk id-djar milquta mill-faqar enerġetiku sabiex jipprovdulhom appoġġ immirat. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġa b'mod attiv l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-faqar enerġetiku billi tiffaċilita l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-Istati Membri.

(40)  Is-servizzi tal-enerġija huma fundamentali biex jiġi mħares il-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni. It-tisħin, it-tkessiħ, id-dawl u l-enerġija biex jiġu alimentati l-apparati elettriċi huma essenzjali biex jiġi ggarantit livell ta' għajxien deċenti u saħħa għaċ-ċittadini. Barra minn hekk, l-aċċess għal dawn is-servizzi tal-enerġija jagħti liċ-ċittadini Ewropej is-setgħa li jilħqu l-potenzjal tagħhom u jtejjeb l-inklużjoni soċjali. Id-djar f'faqar enerġetiku ma għandhomx aċċess għal dawn is-servizzi tal-enerġija minħabba kombinazzjoni ta' introjtu baxx, nefqa kbira fuq l-enerġija u faqar tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fi djarhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu mekkaniżmi biex jappoġġaw l-iżvilupp ta' teknoloġiji tat-tisħin u tat-tkessiħ aktar effiċjenti biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru l-informazzjoni t-tajba u komparabbli biex jissorveljaw l-għadd ta' djar f'qagħda ta' faqar enerġetiku. Il-kejl preċiż permezz ta' standards unifikati jenħtieġ li jgħin lill-Istati Membri biex jidentifikaw dawk id-djar milquta f'riskju ta' faqar enerġetiku sabiex jipprovdulhom appoġġ immirat. L-Istati Membri jenħtieġ li jużaw ukoll iċ-ċifri tal-kejl tal-faqar enerġetiku meta jirrappurtaw dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, partikolarment l-Għan 7.1 dwar l-aċċess universali għal servizzi tal-enerġija affordabbli, affidabbli u moderni. Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis, inter alia, l-Osservatur Ewropew dwar il-Faqar Enerġetiku, jenħtieġ li b'mod attiv u prijoritarju tappoġġa l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-faqar enerġetiku billi tiffaċilita l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-Istati Membri.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 40a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40a)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tieħu azzjoni, inklużi ż-żieda tas-sensibilizzazzjoni u proġetti mmirati għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, biex il-konsumaturi f'faqar enerġetiku jkunu jistgħu jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet tas-suq. L-Istati Membri jenħtieġ ukoll li, inter alia, jipprovdu biżżejjed riżorsi għal informazzjoni għall-konsumaturi f'riskju ta' faqar enerġetiku.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Għalhekk, l-Istati Membri affettwati mill-faqar eneġetiku u li għadhom ma għamlux hekk, jenħtieġ li jiżviluppaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali jew oqfsa xierqa oħrajn biex tiġi indirizzata din il-problema, bil-għan li jonqos l-għadd ta' persuni li qed isofru tali sitwazzjoni. Introjtu baxx, nefqa għolja tal-enerġija u faqar tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tad-djar huma fatturi rilevanti fit-tfassil ta' indikaturi għall-kejl tal-faqar enerġetiku. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw il-provvista tal-enerġija meħtieġa għall-konsumaturi vulnerabbli u dawk f'faqar enerġetiku. Meta jagħmlu dan, jista' jintuża approċċ integrat, pereżempju fil-qafas tal-politika tal-enerġija u dik soċjali, u l-miżuri jistgħu jinkludu politiki soċjali jew titjib fid-djar biex l-enerġija tintuża b'mod aktar effiċjenti. Mill-inqas, din id-Direttiva jenħtieġ li tippermetti politiki nazzjonali li jiffavorixxu l-konsumaturi vulnerabbli u dawk f'faqar enerġetiku.

(41)  L-Istati Membri affettwati mill-faqar eneġetiku u li għadhom ma għamlux hekk, jenħtieġ li jiżviluppaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali jew oqfsa xierqa oħrajn biex tiġi indirizzata din il-problema, bil-għan li jonqos l-għadd ta' konsumaturi f'riskju ta' faqar enerġetiku. Introjtu baxx, nefqa għolja tal-enerġija u faqar tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tad-djar huma fatturi rilevanti fit-tfassil ta' indikaturi fl-Unjoni kollha għall-kejl tal-faqar enerġetiku. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw il-provvista tal-enerġija meħtieġa għall-konsumaturi vulnerabbli u dawk f'faqar enerġetiku. Meta jagħmlu dan, jista' jintuża approċċ integrat, pereżempju fil-qafas tal-politika tal-enerġija u dik soċjali, u l-miżuri jistgħu jinkludu politiki soċjali jew titjib fid-djar biex l-enerġija tintuża b'mod aktar effiċjenti. Bħala minimu, din id-Direttiva jenħtieġ li tappoġġa politiki nazzjonali li jiffavorixxu l-konsumaturi vulnerabbli u dawk f'faqar enerġetiku.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(62)  Ir-regolaturi tal-enerġija jenħtieġ li jingħataw ukoll is-setgħat li jikkontribwixxu għall-iżgurar ta' standards għoljin ta' servizz universali u pubbliku konformement mal-ftuħ tas-suq, il-protezzjoni ta' klijenti vulnerabbli, u li l-miżuri ta' protezzjoni tal-konsumatur ikunu kompletament effettivi. Dawk id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju kemm għas-setgħat tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli ta' kompetizzjoni inkluż l-eżami ta' mergers b'dimensjoni tal-Unjoni, kif ukoll għar-regoli dwar is-suq intern bħall-moviment liberu tal-kapital. Il-korp indipendenti li lilu għandha d-dritt tappella parti li tintlaqat minn deċiżjoni ta' regolatur nazzjonali, jista' jkun qorti jew tribunal ieħor li jkollhom is-setgħa jwettqu reviżjoni ġudizzjarja.

(62)  Ir-regolaturi tal-enerġija jenħtieġ li jingħataw ukoll is-setgħat li jikkontribwixxu għall-iżgurar ta' standards għoljin ta' servizz universali u pubbliku konformement mal-ftuħ tas-suq, il-protezzjoni ta' konsumaturi vulnerabbli f'riskju ta' faqar enerġetiku, u li l-miżuri ta' protezzjoni tal-konsumatur ikunu kompletament effettivi. Dawk id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju kemm għas-setgħat tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli ta' kompetizzjoni inkluż l-eżami ta' mergers b'dimensjoni tal-Unjoni, kif ukoll għar-regoli dwar is-suq intern bħall-moviment liberu tal-kapital. Il-korp indipendenti li lilu għandha d-dritt tappella parti li tintlaqat minn deċiżjoni ta' regolatur nazzjonali, jista' jkun qorti jew tribunal ieħor li jkollhom is-setgħa jwettqu reviżjoni ġudizzjarja.

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjoni tal-faqar enerġetiku teħtieġ attenzjoni akbar min-naħa tal-leġiżlaturi kollha peress li dawn għandhom rwol importanti biex jipproteġu lill-aktar komunitajiet vulnerabbli u jevitaw li gruppi fis-soċjetà jispiċċaw vittmi tal-faqar enerġetiku. L-azzjonijiet favur il-konsumaturi vulnerabbli għandhom ikunu allinjati ma' miżuri biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku jew jikkontribwixxu għalihom. Din l-emenda hija konformi mal-Artikolu 5(2) propost mill-Kummissjoni u ma' emenda proposta mill-istess awturi (emenda 128) li tinkludi l-kategorija ta' "konsumaturi vulnerabbli f'riskju ta' faqar enerġetiku".

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 70a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(70a)  Jenħtieġ li titħeġġeġ l-implimentazzjoni rapida u sħiħa ta' din id-Direttiva, u dan għandu jippermetti lill-Unjoni tilħaq l-objettivi tagħha dwar il-klima u l-enerġija rinnovabbli fil-ħin.

Ġustifikazzjoni

L-implimentazzjoni f'waqtha ta' din id-Direttiva tikkontribwixxi għall-adozzjoni meħtieġa tas-sorsi rinnovabbli u tippermetti lill-UE tilħaq l-objettivi tagħha dwar il-klima u s-sorsi rinnovabbli, kif ukoll tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-ftehimiet ta' Pariġi.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni għall-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin u l-provvista tal-elettriku, flimkien mad-dispożizzjonijiet għall-ħarsien tal-konsumatur, bil-għan li jinħolqu swieq tal-enerġija tabilħaqq integrati, iffokati fuq il-konsumaturi u flessibbli fl-Unjoni. Permezz tal-vantaġġi ta' suq integrat, id-Direttiva timmira li tiżgura prezzijiet tal-enerġija raġonevoli għall-konsumaturi, livell għoli ta' sigurtà tal-provvista u tranżizzjoni mingħajr xkiel lejn sistema tal-enerġija dekarbonizzata. Din tistabbilixxi regoli ewlenin li jikkonċernaw l-organizzazzjoni u t-tħaddim tas-settur tal-elettriku Ewropew, b'mod partikolari regoli dwar l-emanċipazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur, dwar l-aċċess miftuħ għas-suq integrat, dwar l-aċċess tal-partijiet terzi għall-infrastruttura tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, regoli dwar is-separazzjoni, u dwar ir-regolaturi nazzjonali indipendenti tal-enerġija.

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni għall-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin u l-provvista tal-elettriku, flimkien mad-dispożizzjonijiet għall-ħarsien tal-konsumatur, bil-għan li jinħolqu swieq tal-enerġija tabilħaqq integrati, iffokati fuq il-konsumaturi u flessibbli fl-Unjoni. Tistabbilixxi livell minimu komuni ta' interkonnessjonijiet għall-Istati Membri kollha. Permezz tal-vantaġġi ta' suq integrat, id-Direttiva timmira li tiżgura prezzijiet tal-enerġija raġonevoli għall-konsumaturi, livell għoli ta' sigurtà tal-provvista u tranżizzjoni mingħajr xkiel lejn sistema tal-enerġija dekarbonizzata. Din tistabbilixxi regoli ewlenin li jikkonċernaw l-organizzazzjoni u t-tħaddim tas-settur tal-elettriku Ewropew, b'mod partikolari regoli dwar l-emanċipazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur, dwar l-aċċess miftuħ għas-suq integrat, dwar l-aċċess tal-partijiet terzi għall-infrastruttura tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, regoli dwar is-separazzjoni, u dwar ir-regolaturi nazzjonali indipendenti tal-enerġija.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  "klijent mhux domestiku" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tixtri l-elettriku li ma jkunx għall-użu domestiku tagħha u tinkludi produtturi, klijenti industrijali, impriżi żgħar u ta' daqs medju, negozji u klijenti bl-ingrossa;

5.  "klijent mhux domestiku" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tixtri l-elettriku li ma jkunx għall-użu domestiku tagħha u tinkludi produtturi, klijenti pubbliċi, kummerċjali u industrijali, impriżi żgħar u ta' daqs medju, negozji u klijenti bl-ingrossa;

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  "klijent attiv" tfisser klijent jew grupp ta' klijenti li jaġixxu flimkien, li jikkunsmaw, jaħżnu jew ibigħu l-elettriku li jiġġeneraw fuq il-proprjetà tagħhom, inkluż permezz tal-aggregaturi, inkella li jieħdu sehem fi skemi ta' rispons tad-domanda jew tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, bil-kundizzjoni li dawn l-attivitajiet ma jkunux jikkostitwixxu l-attività kummerċjali jew professjonali primarja tagħhom.

6.  "klijent attiv" tfisser klijent jew grupp ta' klijenti li jaġixxu flimkien, inkluż fi blokka b'għadd ta' appartamenti, f'sit kummerċjali, industrijali, residenzjali, jew ta' servizzi kondiviżi, jew f'sistema ta' distribuzzjoni magħluqa, jew parti terza li taġixxi f'isimhom, li jikkunsmaw, jaħżnu jew ibigħu l-elettriku li jiġġeneraw fuq il-proprjetà tagħhom, inkluż permezz tal-aggregaturi, inkella li jieħdu sehem fi skemi ta' rispons tad-domanda jew tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, bil-kundizzjoni li dawn l-attivitajiet ma jkunux jikkostitwixxu l-attività kummerċjali jew professjonali primarja tagħhom.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  "komunità tal-enerġija lokali" tfisser: assoċjazzjoni, kooperattiva, sħubija, organizzazzjoni mhux bi skop ta' qligħ jew entità legali oħra li hija effettivament ikkontrollata minn azzjonisti jew membri lokali, ġeneralment għal finijiet ta' valur, iktar milli għall-qligħ, involuta fil-ġenerazzjoni distribwita u fit-twettiq ta' attivitajiet ta' operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni, fornitur jew aggregatur fuq il-livell lokali, anke b'dimensjoni transkonfinali.

7.  "komunità tal-enerġija lokali" tfisser: assoċjazzjoni, kooperattiva, sħubija, organizzazzjoni mhux bi skop ta' qligħ jew entità legali oħra, li hija bbażata fuq parteċipazzjoni miftuħa u kkontrollata minn azzjonisti jew membri lokali, li jkunu qed jipparteċipaw bħala klijenti finali, li l-għan predominanti tagħha huwa li tipprovdi benefiċċji lill-komunità lokali iktar milli tiġġenera qligħ għall-membri tagħha, li twettaq jew tkun involuta f'tal-inqas waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin: il-ġenerazzjoni distribwita, il-ħżin, il-provvista, il-forniment ta' servizzi ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-aggregazzjoni, jew l-operat tas-sistema tad-distribuzzjoni, fil-livell lokali, anke b'dimensjoni transkonfinali;

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11.  "kuntratt dwar prezz dinamiku tal-elettriku" tfisser kuntratt għall-provvista tal-elettriku bejn fornitur u klijent finali li jirrifletti l-prezz fis-suq spot, inkluż is-suq ta' ġurnata bil-quddiem f'intervalli li talanqas ikunu ugwali għall-frekwenza ta' tpaċija tas-suq.

11.  "kuntratt dwar prezz dinamiku tal-elettriku" tfisser kuntratt għall-provvista tal-elettriku bejn fornitur u klijent finali li jirrifletti l-prezz fis-suq spot, inkluż is-suq ta' ġurnata bil-quddiem f'intervalli li tal-anqas ikunu ugwali għall-frekwenza ta' tpaċija tas-suq, kif ukoll il-volatilità tal-prezzijiet bl-ingrossa;

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

20.  "kważi f'ħin reali" tfisser, fil-kuntest tal-kejl intelliġenti, il-ħin, is-soltu f'termini ta' sekondi, li jgħaddi bejn ir-rekordjar tad-dejta u l-ipproċessar awtomatizzat tagħhom u t-trażmissjoni għall-finijiet ta' użu jew ta' informazzjoni;

imħassar

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

23.  "operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni" tfisser persuna fiżika jew ġuridika responsabbli li tħaddem, li tiżgura l-manutenzjoni ta' u, jekk ikun meħtieġ, li tiżviluppa s-sistema ta' distribuzzjoni f'żona partikolari u, fejn applikabbli, l-interkonnessjonijiet tagħha ma' sistemi oħra, kif ukoll li tiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tlaħħaq ma' domandi raġonevoli għat-trażmissjoni tal-elettriku;

23.  "operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni" tfisser persuna fiżika jew ġuridika responsabbli li tħaddem, li tiżgura l-manutenzjoni ta' u, jekk ikun meħtieġ, li tiżviluppa s-sistema ta' distribuzzjoni jew il-ħżin tal-elettriku integrat f'żona partikolari u, fejn applikabbli, l-interkonnessjonijiet tagħha ma' sistemi oħra, kif ukoll li tiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tlaħħaq ma' domandi raġonevoli għat-trażmissjoni tal-elettriku;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta mal-emendi 95-103 tal-Artikolu 36 (sjieda tal-faċilitajiet ta' ħżin minn operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni) u mal-emenda 67 ta-Artikolu 16(2)(f) (li għandha l-għan li tiżgura li l-komunitajiet tal-enerġija lokali jkunu jistgħu wkoll jikkonkludu ftehim ma' operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għall-ħżin tal-elettriku).

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

25.  "enerġija minn sorsi rinnovabbli" tfisser enerġija minn sorsi mhux fossili rinnovabbli, b'mod partikolari riħ, solari (solari termali u solari fotovoltajku), ġeotermali enerġija, sħana ambjentali, idroelettriku u mill-marea kif ukoll mill-oċeani, enerġija mill-mewġ u sorsi rinnovabbli kombustibbli: bijokarburanti, bijolikwidi, bijogassijiet, bijokarburanti solidi u żibel kombustibbli ta' oriġini rinnovabbli;

25.  "enerġija minn sorsi rinnovabbli" tfisser enerġija minn sorsi mhux fossili rinnovabbli varjabbli, b'mod partikolari r-riħ u solari (solari termali u solari fotovoltajku), u enerġija ġeotermali, sħana ambjentali, idroelettriku u mill-marea, mill-mewġ u enerġija oħra mill-oċeani, l-iskart tal-bijomassa, il-bijometan, il-gass mill-miżbliet, il-gass mill-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ u l-bijogassijiet;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta mal-emendi 95-103 tal-Artikolu 36 (sjieda tal-faċilitajiet ta' ħżin minn operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni) u mal-emenda 67 ta-Artikolu 16(2)(f) (li għandha l-għan li tiżgura li l-komunitajiet tal-enerġija lokali jkunu jistgħu wkoll jikkonkludu ftehim ma' operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għall-ħżin tal-elettriku).

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

38.  "servizz anċillari mhux tal-frekwenza" tfisser servizz użat minn operatur ta' sistema tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni għall-kontroll tal-vultaġġ f'qagħda statika, injezzjonijiet ta' kurrenti reattivi mgħaġġla, inerzja u kapaċità ta' startjar minn mitfi totali;

38.  "servizz anċillari mhux tal-frekwenza" tfisser servizz użat minn operatur ta' sistema tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni għall-kontroll tal-vultaġġ f'qagħda statika, injezzjonijiet ta' kurrenti reattivi mgħaġġla, inerzja għall-istabbiltà tal-grilja lokali, kurrent ta' ċirkwit kort u kapaċità ta' startjar minn mitfi totali;

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 47a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

47a.  "riżorsi tal-enerġija distribwiti" tfisser riżorsi tal-enerġija pprovduti lin-netwerk elettriku, jew permezz tal-arloġġ fis-sit tal-klijent, jew permezz tan-netwerk ta' distribuzzjoni, inklużi, iżda mhux biss, il-ħżin tal-enerġija, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, il-vetturi elettriċi, il-ġenerazzjoni distribwita tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, in-netwerks komunitarji u r-rispons għad-domanda;

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom ma tfixkilx bla bżonn il-flussi transkonfinali tal-elettriku, il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi, anke permezz tar-rispons min-naħa tad-domanda, investimenti fil-ġenerazzjoni tal-enerġija flessibbli, il-ħżin tal-enerġija, l-introduzzjoni tal-elettromobbiltà jew interkonneturi ġodda u li l-prezzijiet tal-elettriku jirriflettu d-domanda u l-provvista attwali.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tippromwovi t-tranżazzjonijiet transkonfinali relatati mal-elettriku, il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi anke permezz tar-rispons min-naħa tad-domanda bbażat fuq is-suq, investimenti fil-ġenerazzjoni tal-enerġija flessibbli, il-ħżin tal-enerġija, l-introduzzjoni tal-elettromobbiltà jew interkonneturi ġodda, it-teknoloġija tal-grilji intelliġenti, u li l-prezzijiet tal-elettriku jirriflettu d-domanda u l-provvista attwali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw parteċipazzjoni tal-konsumaturi miftuħa u aċċessibbli fis-suq tal-elettriku.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jeżistux ostakoli bla bżonn għad-dħul u l-ħruġ mis-suq ta' impriżi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u tal-provvista tal-elettriku.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jeżistux ostakoli bla bżonn għad-dħul u l-ħruġ mis-suq ta' impriżi tal-ġenerazzjoni u tal-ħżin tal-elettriku u tal-provvista tal-elettriku minn kwalunkwe fornitur u għall-fornituri tar-rispons fin-naħa tad-domanda.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-parteċipanti kollha fis-suq u għandhom jipprevjenu d-diskriminazzjoni.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-livell ta' interkonnessjoni tal-elettriku tiegħu jkun ekwivalenti għal tal-inqas 10 % tal-kapaċità ta' produzzjoni installata tiegħu sal-2020, bil-għan li jintlaħaq livell aktar ambizzjuż sal-2030. Sabiex jintlaħqu dawn il-livelli, l-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji u l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom jikkooperaw ma' xulxin għall-ħolqien ta' suq intern interkonness bis-sħiħ li jintegra s-sistemi iżolati li jiffurmaw gżejjer tal-elettriku.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti kollha jkunu ħielsa li jixtru l-elettriku mill-fornitur li jagħżlu huma.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti kollha jkunu ħielsa li jixtru l-elettriku mill-produttur jew mill-fornitur li jagħżlu huma u jkunu ħielsa li jagħmlu kuntratti simultanjament ma' diversi fornituri.

Ġustifikazzjoni

It-terminu "fornitur" mhuwiex definit, filwaqt li bl-inklużjoni ta' "produttur" il-kamp ta' applikazzjoni jitwessa' biex jinkludi persuna ġuridika.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri tal-elettriku għandhom ikunu ħielsa li jiddeterminaw il-prezz li bih jipprovdu l-elettriku lill-klijenti. L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjonijiet xierqa biex jiżguraw il-kompetizzjoni effikaċi bejn il-fornituri tal-elettriku.

1.  Il-fornituri tal-elettriku għandhom ikunu ħielsa li jipproponu lill-klijenti prezzijiet tal-provvista bbażati fuq is-suq. L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjonijiet xierqa biex jiżguraw il-kompetizzjoni effikaċi bejn il-fornituri tal-elettriku.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-klijenti foqra jew vulnerabbli f'termini ta' enerġija b'mod immirat li ma jkunx jinvolvi interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku.

2.  L-Istati Membri għandhom jippruvaw jilħqu objettivi ta' interess ekonomiku ġenerali, inkluża l-protezzjoni tal-klijenti foqra jew vulnerabbli f'termini ta' enerġija f'riskju ta' faqar enerġetiku b'mod immirat li ma jkunx jinvolvi interventi pubbliċi bbażati fuq l-iffissar mhux replikabbli tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri li japplikaw interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku għal klijenti domestiċi foqra jew vulnerabbli f'termini ta' enerġija fi [OP: please insert the date of entry into force of this Directive] jistgħu jibqgħu japplikaw interventi pubbliċi bħal dawn għal ħames snin minn [OP: please insert the date five years from the entry into force of this Directive]. Interventi pubbliċi bħal dawn għandhom ikunu mmirati lejn l-interess ekonomiku ġenerali, jkunu definiti b'mod ċar, trasparenti, mhux diskriminatorji, verifikabbli u jiggarantixxu aċċess ugwali lill-kumpaniji tal-elettriku tal-Unjoni għall-klijenti. L-interventi ma għandhomx jiżbqu dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb l-interess ekonomiku ġenerali mfittex minnhom, għandhom ikunu limitati fiż-żmien u jkunu proporzjonati fir-rigward tal-benefiċjarji tagħhom.

3.  B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri li japplikaw interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku għal klijenti domestiċi foqra jew vulnerabbli f'termini ta' enerġija jistgħu jibqgħu japplikaw interventi pubbliċi bħal dawn, dment li dawn ikunu mmirati lejn l-interess ekonomiku ġenerali, jkunu definiti b'mod ċar, trasparenti, mhux diskriminatorji, verifikabbli u jiggarantixxu aċċess ugwali lill-kumpaniji tal-elettriku tal-Unjoni għall-klijenti. L-interventi ma għandhomx jiżbqu dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb l-interess ekonomiku ġenerali mfittex minnhom, għandhom ikunu limitati fiż-żmien u jkunu proporzjonati fir-rigward tal-benefiċjarji tagħhom.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-produtturi tal-elettriku u l-impriżi tal-provvista tal-elettriku kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom ikunu jistgħu jipprovdu l-elettriku lill-bini tagħhom stess, lis-sussidjarji tagħhom u lil klijenti eliġibbli permezz ta' linja diretta;

(a)  il-produtturi tal-elettriku u l-impriżi tal-provvista tal-elettriku kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom ikunu jistgħu jipprovdu l-elettriku lill-bini tagħhom stess, lis-sussidjarji tagħhom u lil klijenti eliġibbli permezz ta' linja diretta mingħajr ma jkunu soġġetti għal proċeduri jew spejjeż amministrattivi sproporzjonati, pereżempju għall-ħtieġa ta' liċenzja tal-provvista;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex tippermetti fil-prattika l-emendi 21, 98 u 128 meta jsiru kuntratti simultanjament ma' diversi fornituri. Fit-tranżizzjoni lejn sorsi rinnovabbli, għandhom jiġu ffaċilitati l-isforzi ta' individwi jew gruppi biex iħaddmu l-operazzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom b'elettriku prodott minn installazzjoni konnessa mal-proprjetà tagħhom permezz ta' linja diretta. Eżempji ta' faċilitaturi bħal dawn huma t-tneħħija ta' liċenzji tal-provvista għaljin u l-awtorizzazzjoni biex klijent jiffirma kuntratt ta' provvista ieħor għall-istess punt ta' metraġġ biex jissodisfa d-domanda residwa tal-elettriku. Dan huwa essenzjali biex il-konsumaturi jsiru klijenti attivi.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-klijenti eliġibbli kollha fit-territorju tagħhom ikunu jistgħu jiġu fornuti permezz ta' linja diretta minn produtturi u impriżi ta' provvista.

(b)  il-klijenti eliġibbli kollha fit-territorju tagħhom, b'mod individwali jew konġunt, ikunu jistgħu jiġu fornuti permezz ta' linja diretta minn produtturi u impriżi ta' provvista.

Justification

This amendment is necessary to in practice enable amendments 123 and 153, when contracting simultaneously with several suppliers, and is in line with amendment 176. Changes to Article 7 are also important to enable active customers. Moving to renewables, efforts of individuals or groups to power their operations and activities with electricity produced by an installation connected to their premises via a direct line should be facilitated, whereby individuals or corporations could over time decrease or fix energy costs by using electricity produced nearby, choosing renewable energy.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għall-bini ta' linji diretti fit-territorju tagħhom. Dawk il-kriterji għandhom ikunu oġġettivi u mhux diskriminatorji.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għall-bini ta' linji diretti fit-territorju tagħhom. Dawk il-kriterji għandhom ikunu oġġettivi u mhux diskriminatorji u għandhom jippromwovu l-akkwist tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija varjabbli min-naħa tal-klijenti korporattivi, skont l-Artikolu 15(9) tad-Direttiva (UE) .../... [Riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli].

Justification

This amendment is linked to AM 1 on Recital 3 (which refers to the common goal to increase the share of renewable energy in the electricity sector to at least 45 % by 2030 and to fully decarbonise the energy system by 2050), to ensure consistent aims throughout. It is also linked to amendments on priority access to energy from variable renewable energy sources (AMs 55, 90 and 108). Efforts of individuals or groups to power their operations and activities with electricity produced by an installation connected to their premises via a direct line should be encouraged. The principle of the promotion of energy from variable renewable sources is also important for the overall achievement of the Union's energy policy.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-possibbiltà li l-elettriku jkun provdut permezz ta' linja diretta kif imsemmi fil-Paragrafu 1 ma għandhiex taffettwa l-possibbiltà li l-elettriku jkun mogħti b'kuntratt taħt l-Artikolu 6.

3.  Il-possibbiltà li l-elettriku jkun provdut permezz ta' linja diretta kif imsemmi fil-Paragrafu 1 ma għandhiex taffettwa l-possibbiltà li l-elettriku jkun mogħti b'kuntratt taħt l-Artikolu 6 u ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-klijent li jiffirma kuntratt ta' provvista ieħor għad-domanda tal-elettriku residwa.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex tippermetti fil-prattika l-emendi 123 u 153 meta jsiru kuntratti simultanjament ma' diversi fornituri. Tiffaċilita wkoll l-emendi li jirrigwardaw il-kondiviżjoni tal-enerġija fil-livell lokali fuq skala żgħira, filwaqt li tiżgura li jkun jista' jiġi ffirmat kuntratt ta' forniment ieħor għal ħtiġijiet addizzjonali (jiġifieri tippermetti l-emendi 169, 172 eċċ). Dan huwa importanti biex tiġi mħeġġa t-tranżizzjoni lejn is-sorsi rinnovabbli, jingħataw inċentivi għal żvilupp u użu akbar tal-enerġija rinnovabbli, u jitrawwem il-prinċipju ta' klijent attiv.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu linjigwida għal dik il-proċedura speċifika ta' awtorizzazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra inklużi l-awtoritajiet ta' ppjanar għandhom jirrevedu dawn il-linjigwida u jirrakkomandaw emendi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu linji gwida għal dik il-proċedura speċifika ta' awtorizzazzjoni, li għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra inklużi l-awtoritajiet ta' ppjanar għandhom jirrevedu dawn il-linji gwida u jirrakkomandaw emendi.

Ġustifikazzjoni

Għall-fini taċ-ċarezza ta' din id-dispożizzjoni, jeħtieġ li jiġi speċifikat li l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw linji gwida biex jippermettu proċeduri ta' awtorizzazzjoni effikaċi, iżda anke biex iqiegħdu fil-prattika wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva dwar l-Elettriku, jiġifieri li l-konsumatur jitqiegħed fil-qalba tas-suq tal-enerġija kif imsemmi fil-parti introduttorja tal-proposta.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt a – subparagrafu 1 – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  il-kontribuzzjoni ta' kull sors ta' enerġija għat-taħlita ġenerali tal-karburant tal-fornitur (fil-livell nazzjonali, jiġifieri fl-Istat Membru fejn ikun ġie konkluż il-kuntratt ta' provvista, kif ukoll fil-livell tal-UE jekk il-fornitur ikun attiv f'diversi Stati Membri) matul is-sena ta' qabel b'mod komprensiv u komparabbli b'mod ċar;

Ġustifikazzjoni

L-emendi fl-Artikolu 10(a) għandhom l-għan li jżidu t-trasparenza tas-sorsi tal-enerġija fil-portafoll tal-fornitur, inklużi s-sorsi ta' enerġija elettrika fornuta lill-konsumatur skont il-kuntratt. Dan jista' jiġġenera kompetizzjoni għal sorsi ta' elettriku aktar nodfa (ir-referenza għat-taħlita ġenerali tal-karburant hija konformi mal-paragrafu 3 tal-Anness II).

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt a – subparagrafu 1 – inċiż 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  l-intensità medja ta' CO2 fit-taħlita tal-elettriku tal-fornitur (fil-livell nazzjonali, jiġifieri fl-Istat Membru fejn ikun ġie konkluż il-kuntratt ta' provvista, kif ukoll fil-livell tal-Unjoni jekk il-fornitur ikun attiv f'diversi Stati Membri) matul is-sena ta' qabel;

Ġustifikazzjoni

Din hija kontinwazzjoni tal-istess punt bħal fl-emenda 149, u tikkonċerna l-istess element (huwa sempliċement maqsum fi tliet komponenti fl-emendi 149, 150 u 151). L-emendi fl-Artikolu 10(a) għandhom l-għan li jżidu t-trasparenza tas-sorsi ta' enerġija fil-portafoll tal-fornitur, inklużi s-sorsi tal-elettriku fornut lill-klijent skont il-kuntratt. Dan jista' jiġġenera kompetizzjoni għal sorsi ta' elettriku aktar nodfa.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt a – subparagrafu 1 – inċiż 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  il-kontribuzzjoni għal kull sors tal-enerġija għall-elettriku mixtri mill-klijent skont il-kuntratt ta' provvista (divulgazzjoni fuq il-livell tal-prodott);

Ġustifikazzjoni

Din hija kontinwazzjoni tal-istess punt bħal fl-emenda 149, u tikkonċerna l-istess punt (huwa sempliċiment maqsum fi tliet komponenti fl-emendi 149, 150 u 151). Torbot ukoll mal-emendi għall-iżgurar ta' aċċess prijoritarju għal sorsi tal-enerġija rinnovabbli varjabbli. L-emendi fl-Artikolu 10(a) għandhom l-għan li jżidu t-trasparenza tas-sorsi tal-enerġija fil-portafoll tal-fornitur, inklużi s-sorsi ta' enerġija elettrika fornuta lill-konsumatur skont il-kuntratt. Dan jista' jiġġenera kompetizzjoni għal sorsi ta' elettriku aktar nodfa. Dan jiffaċilita wkoll il-prinċipju ta' klijent attiv.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt a – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kondizzjonijiet għandhom ikunu imparzjali u magħrufa sew minn qabel. Fi kwalunkwe każ, din l-informazzjoni għandha tingħata qabel il-konklużjoni jew il-konferma tal-kuntratt. Meta xi kuntratti jkunu konklużi permezz ta' intermedjarji, l-informazzjoni relatata mal-kwistjonijiet msemmija f'dan il-punt għandha wkoll tkun provduta qabel il-konklużjoni tal-kuntratt;

Il-kondizzjonijiet għandhom ikunu imparzjali u magħrufa sew minn qabel. Fi kwalunkwe każ, din l-informazzjoni għandha tingħata qabel il-konklużjoni jew il-konferma tal-kuntratt. Għandha tkun ukoll faċilment disponibbli għall-klijent wara l-konferma tal-kuntratt. Meta xi kuntratti jkunu konklużi permezz ta' intermedjarji, l-informazzjoni relatata mal-kwistjonijiet msemmija f'dan il-punt għandha wkoll tkun provduta qabel il-konklużjoni tal-kuntratt;

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu jagħti ħafna informazzjoni dwar l-għoti ta' avviż adegwat dwar tibdil fil-modalitajiet kuntrattwali u dwar l-alternattivi għall-iskonnessjoni. Madankollu, ma tiżgurax b'mod adegwat li meta l-klijent ikun irid jara l-istatus tal-kuntratt preżenti, il-klijent jista' jkollu aċċess għalih permezz tal-fornitur/aggregatur, u dan iħalli lakuna (b'referenza għall-emendi li saru p.e. mir-Rapporteur ENVI għall-Artikolu 10). Il-fatt li ma jkunx jista' jaċċessa l-kuntratt faċilment mhux neċessarjament jippermetti lill-klijent iqabell it-taħlita ta' karburanti pprovduta maż-żmien, b'rabta mal-emenda 149.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jingħata avviż xieraq ta' kull intenzjoni li jiġu modifikati l-kundizzjonijiet kuntrattwali u jkunu infurmati bid-dritt tagħhom li li jxolju l-kuntratt meta jingħata l-avviż. Il-fornituri għandhom jinnotifikaw lill-klijenti direttament dwar kwalunkwe aġġustament fil-prezz tal-provvista kif ukoll ir-raġunijiet u l-kundizzjonijiet minn qabel għall-aġġustament, kif ukoll l-ambitu tiegħu, fi żmien xieraq mhux aktar tard minn perjodu wieħed li fih jirċievu l-kont qabel l-aġġustament jidħol fis-seħħ b'mod trasparenti u li jinftiehem. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti jkunu ħielsa li jinħallu minn kuntratti jekk ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet kuntrattwali ġodda jew l-aġġustament tal-prezz tal-provvista nnotifikat lilhom mill-fornitur tal-elettriku tagħhom;

(b)  jingħata avviż xieraq ta' kull intenzjoni li jiġu modifikati l-kundizzjonijiet kuntrattwali u jkunu infurmati bid-dritt tagħhom li jxolju l-kuntratt meta jingħata l-avviż. Il-fornituri jew l-aggregaturi għandhom jinnotifikaw lill-klijenti tagħhom direttament dwar kwalunkwe aġġustament fil-prezz tal-provvista jew tas-servizz kif ukoll ir-raġunijiet u l-kundizzjonijiet minn qabel għall-aġġustament, kif ukoll l-ambitu tiegħu, malli jsiru jafu dwar dan l-aġġustament, u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat qabel l-aġġustament jidħol fis-seħħ b'mod trasparenti u li jinftiehem. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti jkunu ħielsa li jinħallu minn kuntratti jekk ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet kuntrattwali ġodda jew l-aġġustament tal-prezz tal-provvista nnotifikat lilhom mill-fornitur jew l-aggregatur tal-elettriku tagħhom;

Justification

Directive aims to help facilitate the development of new product and service providers – such as aggregators. To this aim, Article 10 dealing with contractual rights shall mention not only traditional suppliers, but also new providers - aggregators. This will ensure for coherency in the whole directive, as on other places, “electricity service provider” is used as a synonym for “supplier”. Concerning the information on the change in electricity price, the customer needs to be informed well in advance of any price change. However, it is problematic to link the change in price with the billing frequency – in some cases (e.g. yearly or half-yearly billing period), it may be impossible to inform the customer so early, and in some cases it even may be late (e.g. monthly billing period). Thereby amending the article in a way which corresponds with the right of customer to change service provider within 3 weeks is suggested, giving customers sufficient time to decide. This amendment is necessary for the internal coherence of the text.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jiġu offruti għażla wiesgħa tal-metodi tal-ħlas, li ma jiddiskriminawx bejn il-klijenti. Kull differenza fit-tariffi marbuta mal-metodi tal-ħlas għandha tirrifletti l-kostijiet rilevanti mġarrba mill-fornitur.

(d)  jiġu offruti għażla wiesgħa tal-metodi tal-ħlas, li ma jiddiskriminawx bejn il-klijenti. Kull differenza fit-tariffi marbuta mal-metodi tal-ħlas għandha tirrifletti l-kostijiet rilevanti mġarrba mill-fornitur jew l-aggregatur.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  jingħataw biżżejjed informazzjoni dwar l-alternattivi għall-iskonnessjoni, biżżejjed minn qabel l-iskonnessjoni ppjanata. Dawn l-alternattivi jistgħu jirreferi għas-sorsi tal-appoġġ biex tiġi evitata l-iskonnessjoni, pjanijiet ta' ħlas alternattivi, ġestjoni tad-dejn jew moratorju għall-iskonnessjoni u ma għandhomx jimponu kost ulterjuri għall-klijenti.

(i)  għandhom aċċess għal biżżejjed informazzjoni dwar l-alternattivi għall-iskonnessjoni, biżżejjed minn qabel l-iskonnessjoni ppjanata. Dawn l-alternattivi jistgħu jirreferu għas-sorsi tal-appoġġ biex tiġi evitata l-iskonnessjoni, pjanijiet ta' ħlas alternattivi, ġestjoni tad-dejn jew moratorju għall-iskonnessjoni, b'tali aċċess jiġi pprovdut mingħajr ebda kost ulterjuri.

Ġustifikazzjoni

Jekk l-alternattivi għal skonnessjoni ma jippreżentaw l-ebda kost għall-klijenti li ma jistgħux iħallsu l-kontijiet tagħhom, dawn ikunu jridu jiġu soċjalizzati fost l-utenti kollha tas-sistema. Dan iwassal għal żieda fil-prezzijiet tal-elettriku għall-klijenti kollha, inklużi dawk vulnerabbli u dawk li qabel xejn talbu għal alternattiva.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  ikollhom id-dritt li jiffirmaw ftehim wieħed jew aktar ta' xiri tal-enerġija elettrika bħala akkwirent individwali jew akkwirenti multipli ma' installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post, fil-qrib jew mhux fuq il-post (off-site), mingħajr ma jkunu soġġetti għal kostijiet u proċeduri amministrattivi sproporzjonati u inġusti.

Ġustifikazzjoni

Ħafna konsumaturi fl-Ewropa jixtiequ jistabbilizzaw jew possibbilment inaqqsu l-ispejjeż tal-elettriku billi jixtru l-elettriku tagħhom direttament mingħand il-ġeneraturi, speċjalment dawk li jużaw sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Dan jippermettilhom ukoll jissodisfaw l-impenji jew ir-rekwiżiti ambjentali. Madankollu, fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej ix-xiri dirett tal-elettriku mhuwiex regolat, mhuwiex permess jew inkella huwa mfixkel minn regoli sfavorevoli. Il-leġiżlazzjoni tal-UE għandha tistabbilixxi d-dritt li l-klijenti jiffirmaw ftehimiet ta' xiri tal-enerġija li mhumiex għalja jew kumplessi, u li jiffirmaw aktar minn ftehim wieħed, flimkien ma' xerrejja oħrajn. Dan iwassal biex il-konsumaturi jsiru klijenti attivi.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jkunu infurmati kompletament mill-fornituri dwar l-opportunitajiet u r-riskji ta' kuntratti tal-elettriku bi prezz dinamiku bħal dawn.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jkunu infurmati kompletament mill-fornituri dwar l-opportunitajiet u r-riskji ta' kuntratti tal-elettriku bi prezz dinamiku bħal dawn, inkluż, fejn xieraq, l-installazzjoni ta' miter intelliġenti b'kost raġonevoli, u li l-klijenti finali jistgħu jitterminaw il-kuntratt jekk ikun għali wisq.

Ġustifikazzjoni

Għall-fini ta' ċertezza leġiżlattiva, hemm il-ħtieġa li jiġi kjarifikat li kuntratt bi prezzijiet dinamiċi huwa possibbli biss għal klijenti li għandhom miter intelliġenti installat.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri, permezz tal-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali, għandhom jissorveljaw u jirrapportaw kull sena, għall-inqas għal perjodu ta' għaxar snin wara li kuntratti bħal dawn isiru disponibbli, dwar l-iżviluppi ewlenin ta' kuntratti bħal dawn - inklużi l-offerti tas-suq, l-impatt fuq il-kontijiet tal-konsumaturi, u speċifikament il-livell ta' volatilità tal-prezz, u fuq is-sensittività tal-konsumaturi għal-livell ta' riskju finanzjarju.

3.  L-Istati Membri, permezz tal-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali, għandhom jissorveljaw u jirrapportaw kull sena, għall-inqas għal perjodu ta' għaxar snin wara li kuntratti bħal dawn isiru disponibbli, dwar l-iżviluppi ewlenin ta' kuntratti bħal dawn, inklużi l-offerti tas-suq, l-impatt fuq il-kontijiet tal-konsumaturi, u speċifikament il-livell ta' volatilità tal-prezz kif ukoll is-sehem tal-komponent tal-enerġija fil-kont tal-konsumatur, u dwar is-sensittività tal-konsumaturi għal-livell ta' riskju finanzjarju.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  B'deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jippermettu lill-fornituri jimponu tariffi għat-terminazzjoni tal-kuntratt għal klijenti li volontarjament itemmu kuntratti ta' forniment għal terminu fiss qabel dawn ma jkunu mmaturaw. Tariffi bħal dawn jistgħu jiġu imposti biss jekk il-klijenti jirċievu vantaġġ li jista' jintwera minn dawn il-kuntratti. Barra minn hekk, tariffi bħal dawn m'għandhomx jeċċedu t-telf ekonomiku dirett għall-fornitur tal-klijent li jkun qiegħed itemm il-kuntratt, inkluż il-kost ta' kwalunkwe investimenti magħquda jew servizzi li diġà jkunu ġew provduti lill-klijent bħala parti mill-kuntratt.

3.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-fornituri jimponu tariffi raġonevoli għat-terminazzjoni tal-kuntratt għal klijenti li volontarjament itemmu kuntratti ta' forniment għal terminu fiss qabel dawn ma jkunu mmaturaw, sakemm it-terminazzjoni ma tkunx ġejja minn nuqqas ċar ta' provvista tas-servizzi. Tariffi bħal dawn jistgħu jiġu imposti biss jekk il-klijenti jirċievu vantaġġ li jista' jintwera meta jiġi ffirmat il-kuntratt. Barra minn hekk, tariffi bħal dawn m'għandhomx jeċċedu t-telf ekonomiku dirett għall-fornitur tal-klijent li jkun qiegħed itemm il-kuntratt, inkluż il-kost ta' kwalunkwe investimenti magħquda jew servizzi li diġà jkunu ġew provduti lill-klijent bħala parti mill-kuntratt, kif ivverifikat mill-awtorità regolatorja nazzjonali.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li klijent li jixtieq itemm il-kuntratt ma' aggregatur, filwaqt li jirrispetta l-kundizzjonijiet kuntrattwali, ikun intitolat għal tali tmiem fi żmien tliet ġimgħat.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li klijent li jixtieq itemm il-kuntratt ma' aggregatur ikun intitolat għal tali tmiem fi żmien tliet ġimgħat.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jkunu intitolati jirċievu d-dejta kollha rilevanti tar-rispons tad-domanda jew id-dejta dwar l-elettriku pprovdut jew mibjugħ għall-inqas darba fis-sena.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jkunu intitolati jirċievu d-dejta kollha rilevanti tar-rispons tad-domanda jew id-dejta dwar l-elettriku pprovdut jew mibjugħ għall-inqas darba fix-xahar.

Ġustifikazzjoni

Ir-rispons fin-naħa tad-domanda u l-aggregazzjoni se jkollhom impatt fuq l-ammont ta' elettriku li jixtru l-konsumaturi. Fil-każ tal-awtokonsumaturi, dan se jkollu impatt anke fuq l-elettriku li jiġġeneraw huma stess. Għalhekk il-klijenti għandu jkollhom id-dritt li jirċievu din l-informazzjoni malajr kemm jista' jkun biex jiġu ffaċilitati l-azzjonijiet ta' rispons fin-naħa tad-domanda u tiġi mħeġġa parteċipazzjoni aktar attiva fis-suq.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikunu intitolati jiġġeneraw, jaħżnu, jikkunsmaw u jbigħu l-elettriku li jiġġeneraw huma stess fis-swieq organizzati kollha, individwalment inkella permezz ta' aggregaturi, mingħajr ma jkunu soġġetti għal proċeduri u imposti ta' piż sproporzjonat li ma jirriflettux il-kost reali.

(a)  ikunu intitolati jiġġeneraw, jaħżnu, jikkunsmaw, ibigħu b'aċċess prijoritarju l-elettriku li jiġġeneraw huma stess fis-swieq organizzati kollha, individwalment inkella permezz ta' aggregaturi, kif ukoll jipparteċipaw fis-servizzi anċillari tas-sistema u fil-mekkaniżmi ta' rispons għad-domanda, mingħajr ma jkunu soġġetti għal proċeduri u imposti diskriminatorji jew ta' piż sproporzjonat li ma jirriflettux il-kost reali u jkunu intitolati jirċievu remunerazzjoni għall-elettriku ġġenerat minnhom stess li tirrifletti l-valur tas-suq tal-elettriku mdaħħal fis-sistema;

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  mhumiex soġġetti għal kostijiet tan-netwerk u/jew tat-tassazzjoni doppji, li jirriżultaw mill-ħżin u l-użu mill-ġdid ta' enerġija maħżuna preċedentement;

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ikunu soġġetti għal imposti tan-netwerk li jirriflettu l-kost, li huma trasparenti u mhux diskriminatorji, li jirriflettu, b'mod separat, l-elettriku trażmess lejn il-grilja, kif ukoll l-elettriku kkunsmat, f'konformità mal-Artikolu 59(8).

(b)  ikunu soġġetti għal imposti tan-netwerk li jirriflettu l-kost, li huma trasparenti u mhux diskriminatorji, li jirriflettu kemm il-kostijiet kif ukoll il-benefiċċji għan-netwerk abbażi ta' analiżi trasparenti tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji żviluppata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, inkluża valutazzjoni tal-valur potenzjali tagħhom għall-grilja u l-kontribuzzjoni għal objettivi politiċi oħra dwar l-enerġija, f'konformità mal-Artikolu 59(8). Għal skambju lokali ta' enerġija fuq skala żgħira, dawn l-imposti għandhom ikunu fakultattivi jew tal-anqas proporzjonali għad-distanza tat-trasferiment tal-elettriku permezz tal-iżvilupp ta' struttura tariffarja, skont l-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, li tirrifletti, inter alia, kemm il-kilometri kif ukoll il-kWh trasferiti;

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  ma jkunux soġġetti għal imposti fuq l-elettriku awtoġenerat u kkunsmat tal-inqas sakemm analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji dwar l-awtoġenerazzjoni u l-konsum turi li l-kostijiet makroekonomiċi jkunu akbar mill-benefiċċji tal-elettriku awtokunsmat u/jew iġġenerat. Din l-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji għandha tinkludi l-esternalitajiet, il-ħtiġijiet ta' titjib tan-netwerk, il-pagamenti ta' appoġġ, it-taxxa fuq il-valur miżjud, l-imposti tan-netwerk kif ukoll taxxi u imposti oħrajn.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-installazzjoni tal-enerġija meħtieġa għall-attivitajiet tal-klijent attiv tista' tiġi amministrata minn parti terza inkarigata mill-installazzjoni u t-tħaddim, inklużi l-kejl u l-manutenzjoni.

2.  L-installazzjoni tal-enerġija meħtieġa għall-attivitajiet tal-klijent attiv tista' tkun posseduta jew amministrata minn parti terza li topera f'isem klijent jew grupp ta' kljienti u tkun inkarigata mill-installazzjoni u t-tħaddim, inklużi l-kejl u l-manutenzjoni.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi attivi li jkunu sidien ta' faċilità tal-ħżin:

 

(a)   ikollhom id-dritt ta' konnessjoni mal-grilja f'perjodu raġonevoli ta' żmien wara t-talba;

 

(b)   ma jkunux soġġetti għal taxxi, sovrimposti, jew tariffi addizzjonali għall-elettriku maħżun fil-faċilità tal-ħżin jew, fil-każ ta' skambju tal-enerġija lokali fuq skala żgħira, għall-iskambju ta' enerġija fost l-utenti finali;

 

(c)   ikunu distinti mill-ġeneraturi u ma jkunux soġġetti għal rekwiżiti ta' liċenzjar u tariffi relatati; and

 

(d)   ikunu jistgħu jipprovdu diversi servizzi fl-istess ħin, jekk dan ikun teknikament fattibbli;

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jkunu intitolati li jippossedu, jistabbilixxu jew jikru netwerks komunitarji u li jamministrawhom b'mod awtonomu;

(a)  ikunu intitolati li jipposjedu, jistabbilixxu jew jikru netwerks kondiviżi, inklużi dawk komunitarji, u li jamministrawhom b'mod awtonomu;

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  ikollhom aċċess mhux diskriminatorju u teknoloġikament newtrali għall-grilja;

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jibbenefikaw minn trattament mhux diskriminatorju fir-rigward tal-attivitajiet id-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala klijenti finali, ġeneraturi, operaturi ta' sistema ta' distribuzzjoni jew aggregaturi;

(c)  jibbenefikaw minn trattament mhux diskriminatorju fir-rigward tal-attivitajiet, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala klijenti finali, fornituri, ġeneraturi, operaturi ta' sistema ta' distribuzzjoni jew aggregaturi;

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fir-rigward tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, meta l-komunità tal-enerġija tinvolvi ruħha fl-awtokonsum jew topera netwerk komunitarja, tista' tiġi eżentata minn tariffi meta tqassam l-elettriku lill-membri tagħha sakemm dan it-trasferiment iseħħ fi ħdan raġġ ta' 100 m u jinvolvi installazzjoni tal-ġenerazzjoni li tuża sorsi ta' enerġija rinnovabbli b'kapaċità tal-elettriku installata ta' anqas minn 500 kW;

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  il-klijenti finali jkunu intitolati jipparteċipaw f'komunità tal-enerġija lokali;

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  L-Artikolu 8(3) japplika għall-kapaċità ta' ġenerazzjoni installata minn komunitajiet tal-enerġija lokali sakemm tali kapaċità tista' titqies bħala ġenerazzjoni deċentralizzata jew distribwita;

(d)  L-Artikolu 8(3) japplika għall-kapaċità ta' ġenerazzjoni installata minn komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, bħala subkategorija ta' komunitajiet tal-enerġija lokali sakemm tali kapaċità tista' titqies bħala ġenerazzjoni deċentralizzata jew distribwita;

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  fejn ikun rilevanti, komunità tal-enerġija lokali tista' tikkonkludi ftehim ma' operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni li magħha jkun imqabbad in-netwerk tagħhom, fir-rigward tat-tħaddim tan-netwerk tal-komunità tal-enerġija lokali;

(f)  fejn ikun rilevanti, komunità tal-enerġija lokali tista' tikkonkludi ftehim ma' operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni li magħha jkun imqabbad in-netwerk tagħhom, fir-rigward tat-tħaddim tan-netwerk tal-komunità tal-enerġija lokali u fir-rigward tal-ħżin tal-elettriku;

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  fejn il-komunitajiet tal-enerġija lokali rilevanti jkunu soġġetti għall-imposti xierqa tan-netwerk fil-punti tal-konnessjoni bejn in-netwerk tal-komunità u n-netwerk tad-distribuzzjoni barra l-komunità tal-enerġija. Imposti tan-netwerk bħal dawn għandhom jieħdu kont, b'mod separat għall-elettriku trażmess lejn in-netwerk tad-distribuzzjoni kif ukoll l-elettriku kkunsmat min-netwerk tad-distribuzzjoni bara l-komunità tal-enerġija lokali f'konformità mal-Artikolu 59(8).

(h)  fejn il-komunitajiet tal-enerġija lokali rilevanti jistgħu jkunu soġġetti għall-imposti xierqa tan-netwerk fil-punti tal-konnessjoni bejn in-netwerk tal-komunità u n-netwerk tad-distribuzzjoni barra l-komunità tal-enerġija. Imposti tan-netwerk bħal dawn għandhom jieħdu kont, b'mod separat għall-elettriku trażmess lejn in-netwerk tad-distribuzzjoni kif ukoll l-elettriku kkunsmat min-netwerk tad-distribuzzjoni bara l-komunità tal-enerġija lokali f'konformità mal-Artikolu 59(8). Tali tariffi għad-distribuzzjoni tal-elettriku għandha tqis id-distanza tat-trasferiment u jiżguraw li l-ispejjeż tat-trasferiment, ħlief fil-każ ta' prezzijiet negattivi, ma jaqbżux il-valur tal-elettriku trasferit, f'konformità ma' analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji għar-riżorsi tal-enerġija distribwiti, inkluża valutazzjoni tal-valur potenzjali tagħhom għall-grilja u l-kontribut għal objettivi politiċi oħra dwar l-enerġija.

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri, permezz tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tagħhom għandhom jimmonitorjaw l-aċċess għas-suq, it-trattament u l-proċeduri u l-imposti applikati għall-komunitajiet tal-enerġija lokali, l-impatt tal-komunitajiet tal-enerġija lokali fuq il-kompetizzjoni u l-għoti ta' setgħa u l-protezzjoni tal-konsumatur, kif ukoll il-benefiċċji tal-komunitajiet lokali inkluż il-kontribut tagħhom għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku. Għandhom jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni u, meta jkun xieraq, lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 59(1)(n).

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas regolatorju tagħhom jinkoraġixxi l-parteċipazzjoni tal-aggregaturi fis-suq tal-bejgħ bl-imnuq u li jkun fih talanqas l-elementi li ġejjin:

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas regolatorju tagħhom jinkoraġixxi l-parteċipazzjoni tal-aggregaturi fis-swieq kollha u li jkun fih talanqas l-elementi li ġejjin:

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  regoli trasparenti li jassenjaw b'mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-parteċipanti kollha fis-suq;

(b)  regoli trasparenti li jassenjaw b'mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-parteċipanti kollha fis-suq, inkluża l-ħtieġa li tiġi rispettata is-sigurtà operazzjonali tal-grilja tad-distribuzzjoni u tat-trażmissjoni mill-parteċipanti kollha fis-suq;

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-aggregaturi m’għandhomx jintalbu jħallsu kumpens lill-fornituri jew lill-ġeneraturi;

imħassar

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jiġi żgurat li l-kostijiet u l-benefiċċji tal-ibbilanċjar li jwasslu l-aggregaturi jiġu assenjati b'mod ġust lill-parteċipanti fis-suq, l-Istati Membri jistgħu, eċċezzjonalment, jippermettu ħlasijiet ta' kumpens bejn l-aggregaturi u l-partijiet responsabbli għall-ibbilanċjar. Ħlasijiet ta' kumpens bħal dawn iridu jkunu limitati għal sitwazzjonijiet fejn parteċipant wieħed fis-suq iwassal għal żbilanċi għal parteċipant ieħor fis-suq, li jirriżulta f’kost finanzjarju.

Sabiex jiġi żgurat li l-kostijiet u l-benefiċċji tal-ibbilanċjar li jwasslu l-aggregaturi, kif ukoll il-kostijiet tal-provvista tal-elettriku, jiġu assenjati b'mod ġust lill-parteċipanti fis-suq, l-aggregatur għandu dejjem ikun responsabbli għall-ibbilanċjar tal-volumi li jkun impenja ruħu għalihom u li jipproduċi matul l-attivazzjoni tal-attivitajiet ta' rispons fin-naħa tad-domanda, u l-Istati Membri għandhom jippermettu ħlasijiet ta' kumpens bejn l-aggregaturi u l-partijiet responsabbli għall-ibbilanċjar. Ħlasijiet ta' kumpens bħal dawn għandhom ikunu proporzjonati u m'għandhomx jagħmlu diskriminazzjoni bejn l-aggregaturi. Il-prinċipji għall-kalkolu tal-kumpens għandhom jiġu definiti mir-regolatur, sakemm ma jintlaħaqx ftehim kuntrattwali bilaterali bejn aggregatur u l-parti milquta responsabbli mill-ibbilanċjar. Għandhom ikunu limitati għal sitwazzjonijiet li fihom aggregatur jimponi kostijiet finanzjarji fuq parti oħra tas-suq u għandhom jiġu derivati mill-prezzijiet tas-suq f'mument partikolari.

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkunx hemm ostakli bla bżonn għad-dħul tal-aggregaturi fi swieq tal-elettriku organizzati, sakemm dawn jissodisfaw il-kriterji ta' dħul għal dawn is-swieq. Il-kriterji għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri b'mod trasparenti u nondiskriminatorju, fosthom dwar l-operat affidabbli u sigur tan-netwerks ta' trażmissjoni u distribuzzjoni b'konformità mar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar l-Elettriku].

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jirċievu l-kontijiet tagħhom u l-informazzjoni dwar il-kontijiet għall-konsum tal-elettriku, mingħajr ħlas u li l-kontijiet ikunu ċari, preċiżi u li jinftiehmu faċilment.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jirċievu l-kontijiet tagħhom u l-informazzjoni dwar il-kontijiet għall-konsum tal-elettriku, mingħajr ħlas u li l-kontijiet ikunu ċari, preċiżi u li jinftiehmu faċilment, bi spjegazzjonijiet u ġustifikazzjoni ċari fir-rigward tal-kostijiet u t-taxxi l-oħra inklużi.

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ħruġ tal-kontijiet għandu jsir abbażi tal-konsum reali, talanqas darba fis-sena. L-informazzjoni dwar il-kontijiet għandha ssir disponibbli talanqas darba kull tliet xhur, inkella fuq talba, jew fejn il-klijenti finali ikun iddeċieda hekk permezz tal-kontijiet elettroniċi jew darbtejn fis-sena.

Il-ħruġ tal-kontijiet għandu jsir abbażi tal-konsum reali, tal-anqas darba fis-sena. L-informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum għandha ssir disponibbli online kontinwament jekk ikun ġie installat miter intelliġenti, inkella tal-anqas darba fix-xahar.

Ġustifikazzjoni

Biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom b'mod attiv fis-suq u fl-effiċjenza u l-iffrankar tal-enerġija, jeħtieġ ikollhom informazzjoni aġġornata ta' spiss dwar il-konsum tagħhom permezz tal-kontijiet tal-enerġija.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ ta' klijenti vulnerabbli, il-kontijiet u l-informazzjoni dwar il-kontijiet għandhom ikunu limitati għall-konsum attwali tal-elettriku, il-kostijiet tas-sistema u t-taxxi rilevanti.

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni ta' imposti oħrajn fil-kont tal-elettriku hija kompetenza tal-Istati Membri, iżda l-klijenti vulnerabbli m'għandhomx ikunu soġġetti għal imposti oħrajn li l-Istati Membri jistgħu jkunu jixtiequ jinkludu fil-kontijiet tal-enerġija.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li, fuq talba tal-klijent finali, l-informazzjoni li fihom dawn il-kontijiet ma jkollhiex titqies li tikkostitwixxi talba għall-ħlas. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri joffru arranġamenti flessibbli għall-ħlasijiet.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Irrispettivament mill-forma ta' kontijiet (inkluża dik elettronika) li l-klijent jagħżel, l-informazzjoni li tidher fuq il-kont għandha tikkostitwixxi talba għall-ħlas, li hija s-sustanza stess tal-abbozz. Inkella l-klijenti jistgħu jitħawdu.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sabiex titħeġġeġ l-effiċjenza fl-enerġija u l-emanċipazzjoni tal-klijenti, l-Istati Membri, jew meta l-Istat Membru jkollu dispożizzjonijiet għal dawn, l-awtorità regolatorja għandhom jirrakkomandaw b'mod qawwi li l-impriżi tal-elettriku u l-aggregaturi jtejbu għall-aħjar l-użu tal-elettriku, pereżempju inter alia billi jipprovdu servizzi ta' ġestjoni tal-enerġija, l-iżvilupp ta' formuli innovattivi ta' tariffi jew jintroduċu sistemi interoperabbli għall-kejl jew għad-distribuzzjoni intelliġenti għall-miters jew sistemi ta' distribuzzjoni intelliġenti ('smart grids') fejn dan ikun xieraq.

1.  Sabiex jiġu mħeġġa l-effiċjenza fl-enerġija u l-emanċipazzjoni tal-klijenti, l-Istati Membri, jew meta Stat Membru jkun iddispona hekk, l-awtorità regolatorja, għandhom jirrakkomandaw b'mod qawwi li l-impriżi tal-elettriku u l-aggregaturi jtejbu għall-aħjar l-użu tal-elettriku, inter alia billi jipprovdu servizzi ta' ġestjoni tal-enerġija, jiżviluppaw formuli innovattivi ta' pprezzar, jew jintroduċu sistemi interoperabbli ta' kejl intelliġenti meta jkun teknikament fattibbli, kosteffikaċi u proporzjonat b'rabta mal-iffrankar potenzjali ta' enerġija, jew grilji intelliġenti fejn dan ikun xieraq.

Ġustifikazzjoni

Il-kejl intelliġenti mhuwiex xi soluzzjoni maġika u għalhekk għandu jiġi kkunsidrati biss meta dan ikun teknikament fattibbli, kosteffikaċi u proporzjonat għall-iffrankar potenzjali tal-enerġija.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti fit-territorji tagħhom li għandhom jappoġġjaw il-parteċipazzjoni attiva tal-klijenti fis-suq tal-elettriku. Implimentazzjoni bħal din tista' tkun soġġetta għal valutazzjoni tal-kostijiet-benefiċċji li għandha ssir skont il-prinċipji stipulati fl-Anness III.

2.  Meta jkun xieraq, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti fit-territorji tagħhom peress li sistemi ta' kejl bħal dawn jistgħu jappoġġaw il-parteċipazzjoni attiva tal-klijenti fis-suq tal-elettriku. Kwalunkwe implimentazzjoni għandha tkun soġġetta għal valutazzjoni tal-kostijiet-benefiċċji li għandha ssir skont il-prinċipji stipulati fl-Anness III.

Ġustifikazzjoni

Jeżistu differenzi ġeografiċi kbar bejn Stat Membru u ieħor f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħtieġa ta' kejl intelliġenti. Dan għandu jiġi rifless fid-Direttiva.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri li jissoktaw bl-introduzzjoni għandhom jadottaw u jippubblikaw ir-rekwiżiti funzjonali minimi u tekniċi għas-sistemi ta' kejl intelliġenti li jkunux se jiddaħħlu fit-territorji tagħhom f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 20 u l-Anness III. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn is-sistemi ta' kejl intelliġenti jkunu interoperabbli u li jkollhom konnettività mal-pjattaformi ta' ġestjoni tal-enerġija tal-konsumaturi. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom iqisu l-użu tal-istandards disponibbli rilevanti, inklużi dawk tal-interoperabbiltà, l-aqqwa prattiki u l-importanza tal-iżvilupp tas-suq intern fl-elettriku.

3.  L-Istati Membri li jissoktaw bl-introduzzjoni għandhom jadottaw u jippubblikaw ir-rekwiżiti funzjonali minimi u tekniċi għas-sistemi ta' kejl intelliġenti li jkunu se jiddaħħlu fit-territorji tagħhom f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 20 u l-Anness III, filwaqt li jqisu l-funzjonalitajiet eżistenti tas-sistemi ta' kejl intelliġenti li jkunu diġà installati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn is-sistemi ta' kejl intelliġenti jkunu interoperabbli u li jkollhom konnettività mal-pjattaformi ta' ġestjoni tal-enerġija tal-konsumaturi. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom iqisu l-użu tal-istandards disponibbli rilevanti, inklużi dawk tal-interoperabbiltà, l-aqqwa prattiki u l-importanza tal-iżvilupp tas-suq intern fl-elettriku.

Ġustifikazzjoni

Rekwiżiti ġodda għas-sistemi ta' kejl intelliġenti (ara r-referenza għall-funzjonalitajiet tal-kejl intelliġenti fl-Artikolu 20) għandhom jiġu vvalutati bir-reqqa qabel ma jiġu imposti, sabiex jiġu evitati l-ispejjeż għoljin għall-modifika ta' sistemi ta' kejl intelliġenti installati diġà.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-operaturi tal-miters għandhom jiżguraw li l-miter/s tal-klijenti attivi li jiġġeneraw l-elettriku jistgħu ikejlu l-elettriku injettat fil-grilja mill-proprejtà tal-klijenti attivi;

(d)  l-operaturi tal-miters għandhom jiżguraw li l-miter/s tal-klijenti attivi li jiġġeneraw l-elettriku jistgħu ikejlu bl-eżatt l-elettriku injettat fil-grilja mill-proprejtà tal-klijenti attivi;

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dawk il-funzjonalitajiet għandhom japplikaw għall-miters intelliġenti introdotti wara... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-prinċipju tan-nonretroattività u sabiex jiġi evitat kwalunkwe investiment li mar ħażin li sar skont il-leġiżlazzjoni eżistenti.

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 68, għandha tiddetermina format komuni tad-dejta Ewropew u proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-dejta, elenkati taħt l-Artikolu 23(1), li jissostitwixxi l-format tad-dejta nazzjonali u l-proċedura adottata mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parteċipanti fis-suq japplikaw format komuni tad-dejta Ewropew.

2.  Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 68, għandha tiddetermina sett ta' prinċipji għal format komuni tad-dejta Ewropew u proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-dejta, elenkati taħt l-Artikolu 23(1), li jissostitwixxi l-format tad-dejta nazzjonali u l-proċedura adottata mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafu 1. Dak il-format komuni tad-dejta u dawk il-proċeduri għandhom jiġu definiti f'kooperazzjoni mill-qrib mal-entitajiet responsabbli għall-kejl u mal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parteċipanti fis-suq japplikaw format komuni tad-dejta Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Il-parteċipazzjoni tal-partijiet affettwati hija prerekwiżit sabiex jiġi żgurat eżitu realistiku u xieraq.

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti jkollhom aċċess għal mekkaniżmi sempliċi, ġusti, trasparenti, indipendenti, effikaċi u effiċjenti għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti skont din id-Direttiva. Fejn klijent huwa konsumatur skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46, il-mekkaniżmi barra mill-qorti bħal dawn għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fid-Direttiva 2013/11/UE u jipprovdu, fejn meħtieġ, għal sistema ta' rifużjoni u/jew kumpens.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti jkollhom aċċess għal mekkaniżmi sempliċi, ġusti, trasparenti, indipendenti, effikaċi u effiċjenti għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti skont din id-Direttiva permezz ta' mekkaniżmu indipendenti bħal ombudsman għall-enerġija jew korp tal-konsumaturi biex jiġi żgurat it-trattament tal-ilmenti u soluzzjonijiet tat-tilwim barra mill-qorti effiċjenti. Dawk il-mekkaniżmi għandhom ikunu kapaċi jindirizzaw l-ilmenti kollha tal-konsumaturi fis-suq tal-enerġija, inkluż dwar offerti raggruppati, prodotti ġodda u fornituri ta' servizzi bħal aggregaturi u komunitajiet tal-enerġija lokali. Fejn klijent huwa konsumatur skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46, il-mekkaniżmi barra mill-qorti bħal dawn għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fid-Direttiva 2013/11/UE u jipprovdu, fejn meħtieġ, għal sistema ta' rifużjoni u/jew kumpens kif definita mir-regolatur u l-ombudsman jew il-korp tal-konsumaturi.

_________________

_________________

46 ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63-79

46 ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63-79

Ġustifikazzjoni

Intwera li -ombudsman tal-enerġija u l-korpi tal-konsumaturi jikkostitwixxu l-mekkaniżmu indipendenti neċessarju biex jgħin lill-konsumaturi u lill-parteċipanti l-oħra tas-suq isolvu t-tilwim tagħhom barra mill-qorti filwaqt li jitħarsu d-drittijiet tal-konsumatur. Id-dispożizzjonijiet adottati mid-9 Forum taċ-Ċittadini dwar l-Enerġija għandhom ikunu inkorporati f'dan l-Artikolu.

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jipproteġu lill-klijenti finali, u għandhom jiżguraw b'mod partikolari li jkun hemm salvagwardji adegwati biex jipproteġu lill-klijenti vulnerabbli. F'dan il-kuntest, kull Stat Membru għandu jiddefinixxi il-kunċett ta' klijenti vulnerabbli li jista' jirreferi għall-faqar enerġetiku u, fost l-oħrajn, għall-projbizzjoni tal-iskonnettar ta' dawn il-klijenti fi żminijiet kritiċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet u l-obbligi marbutin mal-klijenti vulnerabbli jiġu applikati. B'mod partikolari, għandhom jieħdu miżuri biex jipproteġu lill-klijenti f'żoni remoti. Dawn għandhom jiżguraw livelli għolja ta' protezzjoni tal-konsumatur, partikolarment fejn jikkonċerna t-trasparenza dwar termini u kondizzjonijiet kuntrattwali, informazzjoni ġenerali, u mekkaniżmi ta' soluzzjoni ta' kwistjonijiet.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jipproteġu lill-klijenti finali, u għandhom jiżguraw b'mod partikolari li jkun hemm salvagwardji adegwati biex jipproteġu lill-klijenti vulnerabbli, inklużi l-konsumaturi f'riskju ta' faqar enerġetiku. F'dan il-kuntest, kull Stat Membru għandu jiddefinixxi l-kunċett ta' klijenti vulnerabbli, filwaqt li jqis ċ-ċirkustanzi speċifiċi ta' Stat Membru partikolari, u jirreferi, fost l-oħrajn, għall-konsumaturi f'faqar enerġetiku jew il-konsumaturi f'riskju ta' faqar enerġetiku u l-projbizzjoni tal-iskonnettar ta' dawn il-klijenti fi żminijiet kritiċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet u l-obbligi marbutin mal-klijenti vulnerabbli jiġu applikati. B'mod partikolari, għandhom jieħdu miżuri biex jipproteġu lill-klijenti f'żoni remoti. Dawn għandhom jiżguraw livelli għolja ta' protezzjoni tal-konsumatur, partikolarment fejn jikkonċerna t-trasparenza dwar termini u kondizzjonijiet kuntrattwali, informazzjoni ġenerali, u mekkaniżmi ta' soluzzjoni ta' kwistjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta mal-emenda 88 tal-Artikolu 29 (faqar eneġetiku). Il-kwistjoni tal-faqar enerġetiku teħtieġ attenzjoni akbar min-naħa tal-leġiżlaturi kollha peress li dawn għandhom rwol importanti biex jipproteġu lill-aktar komunitajiet vulnerabbli u jevitaw li gruppi fis-soċjetà jispiċċaw vittmi tal-faqar enerġetiku. L-azzjonijiet favur il-konsumaturi vulnerabbli għandhom ikunu allinjati ma' miżuri biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku jew jikkontribwixxu għalihom. Din l-emenda hija marbuta wkoll mal-emenda 35 tal-Artikolu 5(2) li tinkludi l-kategorija ta' "konsumaturi vulnerabbli f'riskju ta' faqar enerġetiku".

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa, bħalma huma l-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali dwar l-enerġija, benefiċċji fis-sistemi ta' sigurtà soċjali biex tiġi żgurata l-provvista neċessarja tal-elettriku lill-klijenti vulnerabbli jew tal-appoġġ għat-titjib fuq l-effiċjenza fl-enerġija, biex tindirizza l-faqar enerġetiku fejn ikun identifikat, inkluż fil-kuntest iktar wiesgħa tal-faqar. Miżuri bħal dawn m'għandhomx ifixklu l-ftuħ effettiv tas-suq spjegat fl-Artikolu 4 u l-iffunzjonar tas-suq u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, fejn dan ikun rilevanti, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(4). Din in-notifika tista' tinkludi wkoll miżuri li ttieħdu fi ħdan is-sistema ġenerali ta' sigurtà soċjali.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa, bħalma huma l-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali dwar l-enerġija, benefiċċji fis-sistemi ta' sigurtà soċjali biex tiġi żgurata l-provvista neċessarja tal-elettriku lill-klijenti vulnerabbli, appoġġ għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' tisħin u tkessiħ aktar effiċjenti, u appoġġ għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku fejn ikun identifikat, inkluż fil-kuntest iktar wiesgħa tal-faqar. Miżuri bħal dawn m'għandhomx ifixklu l-ftuħ effettiv tas-suq spjegat fl-Artikolu 4 u l-iffunzjonar tas-suq u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, fejn dan ikun rilevanti, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(4). Din in-notifika tista' tinkludi wkoll miżuri li ttieħdu fi ħdan is-sistema ġenerali ta' sigurtà soċjali.

Justification

This amendment is linked to AM 88 on Article 29 (Energy poverty), AM 86 on Article 28(1) and AM 14 on Recital 40 (according to which Member States should, inter alia, provide mechanisms to support the development of more efficient heating and cooling technologies to tackle energy poverty). The issue of energy poverty requires greater attention from all legislators as they have an important role to protect the most vulnerable communities, and prevent groups in society from falling into energy poverty. Vulnerable consumer actions should be aligned with or contributing to measures to address energy poverty.

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu sett ta' kriterji għall-finijiet tal-kejl tal-faqar enerġetiku. L-Istati Membri għandhom jissorveljaw kontinwament l-għadd ta' klijenti domestiċi f'qagħda ta' faqar enerġetiku u għandhom jirrappurtaw dwar l-evoluzzjoni tal-faqar enerġetiku u l-miżuri meħuda għall-prevenzjoni tiegħu lill-Kummissjoni kull sentejn bħala parti mir-Rapporti Integrati Nazzjonali tagħhom dwar il-Progress fl-Enerġija u l-Klima f'konformità mal-Artikolu 21 tar-[Regolament dwar il-Governanza kif propost mill-COM(2016)759].

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu sett ta' kriterji komuni għall-finijiet tal-kejl tal-faqar enerġetiku u jadottaw definizzjoni wiesgħa u komuni tal-faqar enerġetiku fil-kuntest ta' Komunikazzjoni ġdida u pjan ta' azzjoni ġdid tal-Kummissjoni dwar il-faqar enerġetiku, skont il-kriterji previsti fir-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar il-Governanza]. L-Istati Membri għandhom jissorveljaw kontinwament l-għadd ta' klijenti domestiċi f'qagħda ta' faqar enerġetiku u l-għadd ta' klijenti f'riskju ta' faqar enerġetiku. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar l-evoluzzjoni tal-faqar enerġetiku u l-miżuri meħuda għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tiegħu lill-Kummissjoni kull sentejn bħala parti mir-Rapporti Integrati Nazzjonali tagħhom dwar il-Progress fl-Enerġija u l-Klima f'konformità mal-Artikolu 21 tar-[Regolament dwar il-Governanza kif propost mill-COM(2016)759].

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Kull operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni għandu jikseb l-enerġija li juża biex ikopri t-telf fl-enerġija u u s-servizzi anċillari tan-nonfrekwenza fis-sistema tiegħu skont proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fuq is-suq, kull meta dan ikollu din il-funzjoni. Sakemm ma jkunx ġustifikat minn analiżi tal-kostijiet/benefiċċji, l-akkwist ta' servizzi anċillari mhux tal-frekwenza minn operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni għandu jkun trasparenti, mhux diskriminatorju u bbażat fis-suq, biex jiżgura l-parteċipazzjoni effettiva tal-parteċipanti kolha tas-suq, inklużi s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, ir-rispons tad-domanda, il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u l-aggregaturi, b'mod partikolari billi l-awtoritajiet regolatorji jew l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti kollha fis-suq, ikunu meħtieġa jiddefinixxu l-modalitajiet tekniċi għall-parteċipazzjoni f'dawn is-swieq abbażi tar-rekwiżiti tekniċi ta' dawn is-swieq u l-kapaċitajiet tal-parteċipanti kollha fis-suq.

5.  Kull operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni għandu jikseb l-enerġija li juża biex ikopri t-telf fl-enerġija u u s-servizzi anċillari tan-nonfrekwenza fis-sistema tiegħu skont proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fuq is-suq, kull meta dan ikollu din il-funzjoni. Sakemm ma jkunx ġustifikat minn analiżi tal-kostijiet/benefiċċji, l-akkwist ta' servizzi anċillari mhux tal-frekwenza minn operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni għandu jkun trasparenti, mhux diskriminatorju, jipprijoritizza l-ġenerazzjoni minn sorsi rinnovabbli, u bbażat fis-suq, biex jiżgura l-parteċipazzjoni effettiva tal-parteċipanti kollha tas-suq, inklużi s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, ir-rispons tad-domanda, il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u l-aggregaturi, b'mod partikolari billi l-awtoritajiet regolatorji jew l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti kollha fis-suq, ikunu meħtieġa jiddefinixxu l-modalitajiet tekniċi għall-parteċipazzjoni f'dawn is-swieq abbażi tar-rekwiżiti tekniċi ta' dawn is-swieq u l-kapaċitajiet tal-parteċipanti kollha fis-suq.

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 32 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jiddefinixxu prodotti tas-suq standardizzati għas-servizzi akkwistati, li jiżguraw il-parteċipazzjoni effettiva għall-parteċipanti kollha fis-suq, inklużi s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, ir-rispons tad-domanda u l-aggregaturi. L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa u jikkordinaw mal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni sabiex jiżguraw l-aqwa utilizzazzjoni tar-riżorsi, jiżguraw it-tħaddim sikur u effiċjenti tas-sistema u jiffaċilitaw l-iżvilupp tas-suq. L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jitħallsu kif xieraq għall-akkwist ta' servizzi bħal dawn biex jirkupraw talanqas l-ispejjeż involuti, inklużi l-ispejjeż meħtieġa għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-infrastruttura tagħhom.

L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jiddefinixxu prodotti tas-suq standardizzati għas-servizzi akkwistati, li jiżguraw il-parteċipazzjoni effettiva għall-parteċipanti kollha fis-suq, jipprovdu aċċess prijoritarju għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli varjabbli u jinkludu r-rispons fin-naħa tad-domanda u l-aggregaturi. L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa u jikkordinaw mal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni sabiex jiżguraw l-aqwa utilizzazzjoni tar-riżorsi, jiżguraw it-tħaddim sikur u effiċjenti tas-sistema u jiffaċilitaw l-iżvilupp tas-suq. L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jitħallsu kif xieraq għall-akkwist ta' servizzi bħal dawn biex jirkupraw talanqas l-ispejjeż involuti, inklużi l-ispejjeż meħtieġa għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-infrastruttura tagħhom.

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-qafas regolatorju meħtieġ biex jiffaċilitaw il-konnessjoni ta' punti ta' ċċarġjar pubblikament aċċessibbli u privati man-netwerks ta' distribuzzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jikkooperaw fuq bażi mhux diskriminatorja ma' kwalunkwe impriża li tippossjedi, tiżviluppa, topera jew tamministra l-punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, inkluż fir-rigward ta' konnessjoni mal-grilja.

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-qafas regolatorju meħtieġ biex jiffaċilitaw il-konnessjoni ta' punti ta' ċċarġjar pubblikament aċċessibbli u privati skont id-definizzjoni tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva (UE) .../... [id-Direttiva riveduta dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija] man-netwerks ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jikkooperaw fuq bażi mhux diskriminatorja ma' kwalunkwe impriża li tippossjedi, tiżviluppa, topera jew tamministra l-punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, inkluż fir-rigward ta' konnessjoni mal-grilja.

Justification

The provisions of this Directive should be aligned to the Energy Performance of Buildings Directive and the Alternative Fuels Infrastructure Directive. The voltage level acting as the border between transmission and distribution networks widely varies across Europe. Thus, the need for connection of recharging points to the distribution voltage level in some Member States may be equivalent to a connection to the transmission voltage level in other Member States. Moreover, with the expected growth in recharging points, the corresponding connections will be needed at increasingly higher voltage levels eventually including transmission networks.

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jippossjedu, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi biss jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

2.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jippossjedu, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw punti tal-iċċarġjar pubbliċi għall-vetturi elettriċi biss jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

Ġustifikazzjoni

Biex isir allinjament mad-Direttiva dwar l-Infrastruttura għall-Karburanti Alternattivi.

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni jistgħu jippossjedu, jiżviluppaw, jimmaniġġjaw u jħaddmu punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi għall-finijiet tal-flotta tagħhom stess.

Ġustifikazzjoni

Biex isir allinjament mad-Direttiva dwar l-Infrastruttura għall-Karburanti Alternattivi.

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri, minn żmien għal żmien, fuq bażi regolari jew talanqas kull ħames snin, għandhom iwettqu konsultazzjoni pubblika biex jerġgħu jivvalutaw l-interess potenzjali biex il-partijiet tas-suq jippossjedu, jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw punti ta' ċċarġjar għall-vetturi elettriċi. Fil-każ tal-konsultazzjoni pubblika tindika li partijiet terzi huma kapaċi jippossjedu, jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw punti bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni f'dan ir-rigward jitwaqqfu gradwalment.

4.  L-Istati Membri, minn żmien għal żmien, fuq bażi regolari jew tal-anqas kull ħames snin, għandhom iwettqu konsultazzjoni pubblika biex jerġgħu jivvalutaw l-interess potenzjali biex il-partijiet tas-suq jippossjedu, jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw punti ta' ċċarġjar għall-vetturi elettriċi. Fil-każ tal-konsultazzjoni pubblika tindika li partijiet terzi huma kapaċi jippossjedu, jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw punti bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni f'dan ir-rigward jitwaqqfu gradwalment. L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandu jkollhom id-dritt li jirkupraw l-investiment li jkunu għamlu fl-infrastruttura tal-iċċarġjar skont termini ġusti u raġonevoli.

Ġustifikazzjoni

Għall-fini ta' stabbiltà tal-ambjent tal-investiment, id-DSOs għandu jkollhom id-dritt li jirkupraw il-kostijiet assoċjati mal-infrastruttura għall-elettromobbiltà.

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni m’għandhomx jitħallew jippossjedu, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija.

imħassar

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1b, l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni b'interess li jippossjedu, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin għandhom jikkonsultaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali dwar jekk humiex issodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jitħallew jippossjedu, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija jekk l-awtorità regolatorja nazzjonali, abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, u wara konsultazzjoni pubblika, tkun ivvalutat li m'hemmx il-ħtieġa li jiġu applikati l-kundizzjonijiet fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u tkun tat l-approvazzjoni tagħha.

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jippossjedu, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

2.  L-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni għandhom jitħallew jippossjedu, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija biss jekk dawn il-faċilitajiet ikunu meħtieġa għall-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni biex iwettaq l-obbligi tiegħu skont din id-Direttiva għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sigur tas-sistema tad-distribuzzjoni u jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa u trasparenti, ma jkunux esprimew l-interess tagħhom li jkunu l-proprjetarji, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin;

(a)  partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa u trasparenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, ma jkunux esprimew l-interess tagħhom li jkunu l-proprjetarji, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin, u l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni jkun ġie identifikat bħala attur kosteffiċjenti; u

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  faċilitajiet bħal dawn huma meħtieġa biex l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sikur tas-sistema tad-distribuzzjoni; u

(b)  faċilitajiet bħal dawn jintużaw mill-operatur tas-sistemi tat-trażmissjoni esklużivament għall-fini tal-issodisfar tal-obbligi tiegħu skont din id-Direttiva għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sikur tas-sistema tat-trażmissjoni, u ma jintużawx biex l-elettriku jinbiegħ fis-suq;

Emenda    101

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-awtorità regolatorja evalwat il-ħtieġa għal deroga bħal din filwaqt li qieset il-kundizzjonijiet tal-punti (a) u (b) u tat l-approvazzjoni tagħha.

imħassar

Emenda    102

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtoritajiet regolatorji f'intervalli regolari jew talanqas kull ħames snin, għandhom iwettqu konsultazzjoni pubblika biex jerġgħu jivvalutaw l-interess potenzjali biex il-partijiet tas-suq jinvestu fi, jippossjedu, jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw faċilitajiet għall-ħżin tal-enerġija. Fil-każ tal-konsultazzjoni pubblika tindika li partijiet terzi huma kapaċi jippossjedu, jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw faċilitajiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni f'dan ir-rigward jitwaqqfu gradwalment.

4.  L-awtoritajiet regolatorji f'intervalli regolari jew tal-anqas kull ħames snin, għandhom iwettqu konsultazzjoni pubblika biex jerġgħu jivvalutaw l-interess potenzjali biex il-partijiet tas-suq jinvestu fi, jippossjedu, jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw faċilitajiet għall-ħżin tal-enerġija. Fil-każ li l-konsultazzjoni pubblika u analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji jindikaw li partijiet terzi għandhom il-kapaċità u l-interess li jippossjedu, jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw faċilitajiet bħal dawn b'mod kosteffikaċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni f'dan ir-rigward jitwaqqfu gradwalment. L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandu jkollhom id-dritt jirkupraw l-investiment li jkunu għamlu f'faċilitajiet tal-ħżin skont termini ġusti u raġonevoli.

Emenda    103

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.   L-Istati Membri għandhom jitħallew jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' netwerk bażiku ta' punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku, sabiex jiġu eliminati l-ostakoli għall-iżvilupp inizjali tal-elettromobbiltà.

Emenda    104

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jamministra l-flussi ta' enerġija fuq is-sistema, b'kont meħud ta' skambji ma' sistemi interkonnessi oħra. Għal dak il-għan, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jkun responsabbli biex jiżgura sistema tal-elettriku sigura, affidabbli u effiċjenti u, f'dak il-kuntest, biex jiżgura d-disponibbiltà tas-servizzi anċillari kollha neċessarji, inklużi dawk provduti mir-rispons tad-domanda u ħżin tal-enerġija, kemm-il darba din id-disponibbiltà tkun waħda indipendenti minn kwalunkwe sistema tat-trażmissjoni oħra li magħha s-sistema tiegħu tkun interkonnessa;

(d)  jamministra l-flussi ta' enerġija fuq is-sistema, b'kont meħud ta' skambji ma' sistemi interkonnessi oħra. Għal dak il-għan, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jkun responsabbli biex jiżgura sistema tal-elettriku sigura, affidabbli u effiċjenti u, f'dak il-kuntest, biex jiżgura d-disponibbiltà tas-servizzi anċillari kollha neċessarji, inklużi dawk provduti mir-rispons tad-domanda u ħżin tal-enerġija, u l-vetturi elettriċi, kemm-il darba din id-disponibbiltà tkun waħda indipendenti minn kwalunkwe sistema tat-trażmissjoni oħra li magħha s-sistema tiegħu tkun interkonnessa;

Ġustifikazzjoni

Il-vetturi elettriċi jistgħu jipprovdu servizzi anċillari utli lis-sistema bl-injezzjoni tal-elettriku fil-grilja jew bil-varjazzjoni tar-rata tal-iċċarġjar tagħhom. Għaldaqstant, l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jkollu informazzjoni f'ħin reali dwar id-domanda għall-vetturi elettriċi. Din l-emenda hija konsistenti mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa 27 li l-elettromobbiltà tikkostitwixxi element importanti fit-tranżizzjoni tal-enerġija u għandha toħloq kundizzjonijiet favorevoli għall-vetturi elettriċi.

Emenda    105

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi ta' trażmissjoni sabiex jiġu żgurati, fost l-oħrajn, l-akkwist u l-użu effiċjenti tad-dejta f'ħin reali, u substazzjonijiet intelliġenti;

Ġustifikazzjoni

Id-diġitalizzazzjoni tal-grilja u l-iżvilupp ta' grilji intelliġenti ma jistgħux ikunu limitati għad-distribuzzjoni – dan jipprovdi soluzzjoni għas-sistema kollha. Madankollu, il-Kummissjoni tassenja s-soluzzjonijiet diġitali kompletament lid-DSOs, u b'hekk tinnega l-fatt li anke l-livell tat-trażmissjoni jrid jgħaddi minn trasformazzjoni diġitali (pereżempju l-akkwist u l-użu tad-dejta effiċjenti u f'ħin reali, substazzjonijiet intelliġenti, eċċ.). Fil-fatt, id-diġitalizzazzjoni tmur lil hinn mill-introduzzjoni ta' miters intelliġenti fis-suq tal-bejgħ bl-imnut. L-innovazzjoni hija meħtieġa fil-livell tas-sistema u m'għandhiex tinqasam bejn it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni.

Emenda    106

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt jb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(jb)  ġestjoni tad-dejta, sigurtà ċibernetika u protezzjoni tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Il-ġestjoni tad-dejta hija terminu wiesa' li jinkludi wkoll id-dejta meħtieġa għat-tħaddim tas-sistema kollha, għal finijiet ta' saldu, għall-kejl kemm tal-konsumaturi, kif ukoll tal-produtturi jew il-ħżin konnessi fi kwalunkwe post fis-sistema, eċċ. Mekkaniżmi ta' preservazzjoni ċentrali għall-integrità ta' tali dejta u sistemi tad-dejta ġestiti mit-TSOs minn kull tip ta' attakk huwa diġà kompitu kritiku għat-TSOs kollha u għaldaqstant għandu jiġi assenjat lit-TSOs ukoll.

Emenda    107

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li waħda jew diversi responsabbiltajiet elenkati taħt il-punti (a) sa (j) tal-paragrafu 1 għandu tiġi/jiġu assenjata/i lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għajr dak li jippossjedi s-sistema tat-trażmissjoni li kieku għaliha jkunu applikabbli r-responsabbiltajiet ikkonċernati. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li l-kompiti huma assenjati lilu għandu jkun ċertifikat bħala separat mis-sjieda u jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 43, iżda m'għandux għalfejn jippossjedi s-sistema tat-trażmissjoni li huwa responsabbli għaliha. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li jippossjedi s-sistema tat-trażmissjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu VI u għandu jkun ċertifikat skont l-Artikolu 43.

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li waħda jew diversi responsabbiltajiet elenkati taħt il-punti (a) sa (j) tal-paragrafu 1 għandu tiġi/jiġu assenjata/i lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għajr dak li jippossjedi s-sistema tat-trażmissjoni li kieku għaliha jkunu applikabbli r-responsabbiltajiet ikkonċernati, u dan soġġett għal talba formali u motivata mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li jkun lest jittrasferixxi xi responsabbiltajiet minn tiegħu, u soġġett ukoll għall-approvazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li l-kompiti huma assenjati lilu għandu jkun ċertifikat bħala separat mis-sjieda u jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 43, iżda m'għandux għalfejn jippossjedi s-sistema tat-trażmissjoni li huwa responsabbli għaliha. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li jippossjedi s-sistema tat-trażmissjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu VI u għandu jkun ċertifikat skont l-Artikolu 43.

Ġustifikazzjoni

L-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni tippermetti t-trasferiment ta' xi wħud mill-funzjonijiet operazzjonali tas-sistema (elenkati fl-Artikolu 40(1)) mingħand it-TSOs eżistenti għal TSOs oħra (ġodda jew eżistenti). Dan it-trasferiment jista' jkollu implikazzjonijiet rilevanti għall-effiċjenza u s-sigurtà tas-sistemi tal-enerġija.

Emenda    108

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiżgura l-parteċipazzjoni effettiva tal-parteċipanti kolha tas-suq, inklużi s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, ir-rispons tad-domanda, il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u l-aggregaturi, b'mod partikolari billi l-awtoritajiet regolatorji jew l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti kollha fis-suq, ikunu meħtieġa jiddefinixxu l-modalitajiet tekniċi għall-parteċipazzjoni f'dawn is-swieq abbażi tar-rekwiżiti tekniċi ta' dawn is-swieq u l-kapaċitajiet tal-parteċipanti kollha fis-suq.

(b)  jiżgura l-parteċipazzjoni effettiva tal-parteċipanti kollha tas-suq, bi prijorità għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli varjabbli, u bl-inklużjoni tar-rispons fin-naħa tad-domanda, il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u l-aggregaturi, b'mod partikolari billi l-awtoritajiet regolatorji jew l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti kollha fis-suq, ikunu meħtieġa jiddefinixxu l-modalitajiet tekniċi għall-parteċipazzjoni f'dawn is-swieq abbażi tar-rekwiżiti tekniċi ta' dawn is-swieq u l-kapaċitajiet tal-parteċipanti kollha fis-suq.

Emenda    109

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni m'għandhomx jitħallew jippossjedu, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u m'għandhomx jippossjedu direttament jew jikkontrollaw indirettament assi li jipprovdu servizzi anċillari.

1.  L-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għandhom jitħallew jippossjedu, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u għandhom jitħallew jippossjedu direttament jew jikkontrollaw indirettament assi li jipprovdu servizzi anċillari f'każijiet meta dawk il-faċilitajiet jew l-assi jkunu parti integrali mis-sistema tat-trażmissjoni u meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tat l-approvazzjoni tagħha u anke fi kwalunkwe każ ieħor jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a)  partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa u trasparenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, ma jkunux esprimew l-interess tagħhom biex jippossjedu, jikkontrollaw, jamministraw jew joperaw faċilitajiet kosteffikaċi bħal dawn li joffru servizzi ta' ħżin u/jew anċillari lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni; u

 

(b)  dawn il-faċilitajiet jew servizzi anċillari huma meħtieġa biex l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sikur tas-sistema tat-trażmissjoni u ma jintużawx biex l-elettriku jinbiegħ fis-suq;

Emenda    110

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1b, l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni b'interess li jippossjedu, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin għandhom jikkonsultaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali dwar jekk humiex issodisfati l-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1.

Emenda    111

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni jitħallew jippossjedu, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija jekk l-awtorità regolatorja nazzjonali, abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, u wara konsultazzjoni pubblika, tkun ivvalutat li m'hemmx il-ħtieġa li jiġu applikati l-kundizzjonijiet fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u tkun tat l-approvazzjoni tagħha.

Emenda    112

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni jippossjedu, jamministraw jew joperaw faċilitajiet tal-ħżin jew assi li jipprovdu servizzi anċillari mhux tal-frekwenza jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin;

imħassar

(a)   partijiet oħra, wara proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa u trasparenti, ma jkunux esprimew l-interess tagħhom biex jippossjedu, jikkontrollaw, jamministraw jew joperaw faċilitajiet bħal dawn li joffru l-ħżin u jew servizzi anċillari mhux tal-frekwenza lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni;

 

(b)   dawn il-faċilitajiet u servizzi anċillari mhux tal-frekwenza huma meħtieġa biex l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sikur tas-sistema tat-trażmissjoni u ma jintużawx biex l-elettriku jinbiegħ fis-suq; u

 

(c)   l-awtorità regolatorja evalwat il-ħtieġa għal deroga bħal din filwaqt li qieset il-kundizzjonijiet tal-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu, u tat l-approvazzjoni tagħha.

 

Emenda    113

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu, f'intervalli regolari ta' mhux inqas minn ħames snin, iwettaq konsultazzjoni pubblika għas-servizzi meħtieġa ta' ħżin sabiex jivvaluta l-interess potenzjali tal-partijiet fis-suq li jinvestu f'faċilitajiet bħal dawn u jtemm l-attivitajiet ta' ħżin tiegħu fil-każ li partijiet terzi jistgħu jipprovdu s-servizz b'mod kosteffikaċi.

4.  L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, taħt is-superviżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali u f'intervalli regolari, jew tal-anqas kull ħames snin, għandu jwettaq konsultazzjoni pubblika għas-servizzi meħtieġa ta' ħżin sabiex jivvaluta mill-ġdid l-interess potenzjali tal-partijiet fis-suq li jinvestu f'faċilitajiet bħal dawn, jiżviluppawhom, joperawhom jew jamministrawhom. Fil-każ li l-konsultazzjoni pubblika u analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji jindikaw li partijiet terzi andhom il-kapaċità u l-interess li jippossjedu, jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw faċilitajiet bħal dawn b'mod kosteffikaċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni f'dan ir-rigward jitwaqqfu gradwalment. L-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni għandu jkollhom id-dritt jirkupraw l-investiment li jkunu għamlu f'faċilitajiet bħal dawn skont termini ġusti u raġonevoli.

Emenda    114

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o)  jissorveljaw ta' prattiċi kuntrattwali restrittivi, inkluż klawżoli ta' esklussività, li jistgħu jimpedixxu konsumaturi mhux domestiċi milli jagħmlu kuntratt fl-istess ħin ma' iktar minn fornitur wieħed jew li jirrestrinġu l-għażla tagħhom li jagħmlu dan, u fejn xieraq, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni bi prattiċi bħal dawn;

(o)  jissorveljaw l-okkorrenza ta' prattiki kuntrattwali restrittivi, inklużi klawżoli ta' esklussività, li jistgħu jimpedixxu konsumaturi milli jagħmlu kuntratt fl-istess ħin ma' iktar minn fornitur wieħed jew li jirrestrinġu l-għażla tagħhom li jagħmlu dan, u fejn xieraq, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni bi prattiki bħal dawn;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex tippermetti l-emendi 98 u 128 u tippermetti lill-individwi jidħlu f'kuntratti ma' diversi fornituri fl-istess ħin. Hija wkoll koerenti mal-emendi 128, 144 u 151. Kull tip ta' klijent għandu jitħalla jidħol f'kuntratt ma' aktar minn fornitur wieħed tal-elettriku. Klijent domestiku jista' jkun jixtieq jiffirma ftehim ta' xiri ta' elettriku ma' installazzjoni tal-ġenerazzjoni fuq il-post jew fil-qrib u kuntratt ta' provvista ieħor mal-fornitur regolari għall-elettriku residwu. Dan huwa essenzjali bħala inċentiv għal aktar klijenti attivi, u għall-iżvilupp u l-konsum tal-enerġija rinnovabbli.

Emenda    115

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt q

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(q)  li jiżguraw, flimkien ma' awtoritajiet relevanti oħra, li l-miżuri ta' ħarsien tal-konsumaturi jkunu effettivi u infurzati;

(q)  li jiżguraw, flimkien ma' awtoritajiet relevanti oħra, li l-miżuri ta' ħarsien tal-konsumaturi ġodda u eżistenti, inklużi d-drittijiet tal-konsumaturi attivi, ikunu effettivi u infurzati;

Emenda    116

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt xa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(xa)  li jissorveljaw l-aċċess għas-suq għall-komunitajiet tal-enerġija lokali, inkluż l-għadd ta' komunitajiet tal-enerġija lokali eżistenti, l-ostakoli regolatorji li jimpedixxu l-aċċess għas-suq jew il-parteċipazzjoni f'attivitajiet differenti, it-trattament ugwali tagħhom, l-impatt tagħhom fuq il-kompetizzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur, u l-benefiċċji li dawn jipprovdu, inklużi l-konsumaturi vulnerabbli u l-familji li jesperjenzaw faqar enerġetiku.

Emenda    117

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Bil-għan għan li tiżdied it-trasparenza fis-suq u l-partijiet ikkonċernati kollha jkollhom l-informazzjoni, deċiżjonijiet jew proposti meħtieġa għal deċiżjoni dwar it-tariffi ta' trażmissjoni u distribuzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 60(3), l-awtoritajiet regolatorji għandhom jagħmlu disponibbli għall-parteċipanti fis-suq il-metodoloġija dettaljata u l-kostijiet sottostanti użati għall-kalkolu tat-tariffi rilevanti tan-netwerk.

8.  Bil-għan għan li tiżdied it-trasparenza fis-suq u l-partijiet ikkonċernati kollha jkollhom l-informazzjoni, deċiżjonijiet jew proposti meħtieġa għal deċiżjoni dwar it-tariffi ta' trażmissjoni u distribuzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 60(3), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħmlu disponibbli għall-parteċipanti fis-suq il-metodoloġija dettaljata u s-suppożizzjonijiet sottostanti użati għall-kalkolu tat-tariffi rilevanti tan-netwerk, li għandhom jinkludu analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji għar-riżorsi tal-enerġija distribwiti, inkluża valutazzjoni tal-valur potenzjali tagħhom għall-grilja u l-kontribut għal objettivi oħrajn tal-politika dwar l-enerġija, b'mod partikolari dawk ipprovduti mill-kljienti attivi u l-komunitajiet tal-enerġija lokali.

Emenda    118

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiddivulgaw biċ-ċar lis-sidien tagħhom kif ukoll il-persuna naturali jew ġuridika li topera l-għodda;

(b)  jiddivulgaw biċ-ċar lis-sidien tagħhom kif ukoll il-persuna naturali jew ġuridika li topera l-għodda, u anke informazzjoni dwar kif inhuma ffinanzjati l-għodod;

Emenda    119

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  tipprovdi informazzjoni preċiża u aġġornata u tiddikjara l-ħin tal-aħħar aġġornament;

(e)   tipprovdi informazzjoni preċiża u aġġornata u tiddikjara l-ħin tal-aħħar aġġornament, inklużi:

 

-   it-tariffa u t-tqassim f'termini ta' taxxi, imposti, miżati u ħlasijiet oħra fit-tariffa tal-enerġija;

 

-   il-perċentwal tas-sehem ta' sorsi ta' enerġija użati fit-taħlita enerġetika globali matul is-sena ta' qabel;

 

-   għal offerti minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, informazzjoni dwar il-kontribut ta' kull sors ta' enerġija għall-elettriku mixtri mill-konsumatur, inklużi l-ishma ta' kull sors ta' enerġija rinnovabbli skont it-teknoloġija u l-pajjiż tal-oriġini, is-sehem jew il-perċentwal tal-konsum milħuq mill-provvista diretta ta' produtturi ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u mill-awtoproduzzjoni tal-fornitur, u azzjonijiet li joħolqu benefiċċji ambjentali u soċjali addizzjonali, inklużi investimenti ġodda f'sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

 

-   in-natura eżatta ta' kwalunkwe "tariffa ekoloġika" reklamata, inkluż il-livell ta' addizzjonalità;

 

-   l-informazzjoni dwar l-impatt ambjentali tat-taħlita enerġetika, f'termini ta' emissjonijiet ta' CO2 u skart radjuattiv li jkun ġej mill-elettriku prodott mit-taħlita ġenerali tal-karburant tal-fornitur matul is-sena ta' qabel;

 

-   il-kwalità tas-servizz, il-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti, il-livell ta' sodisfazzjon tal-konsumatur jew prattiki qarrieqa;

Emenda    120

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra min hekk, il-klijenti finali fil-kontijiet u l-kontijiet ta' saldu perjodiċi għandhom jingħataw paraguni tal-kont ma' klijent medju normalizzat jew punt ta' riferiment fl-istess kategorija ta' utenti.

Barra min hekk, il-klijenti finali fil-kontijiet u l-kontijiet ta' saldu perjodiċi għandhom jingħataw paraguni tal-kont ma' klijent medju normalizzat jew punt ta' riferiment fl-istess kategorija ta' utenti, kif ukoll evalwazzjoni li tiddeskrivi liema mit-tariffi pprovduti tkun l-aktar vantaġġuża għall-konsumatur, jekk ix-xejra tal-konsum tas-sena ta' qabel tkun ripetuta fis-sena ta' wara.

Ġustifikazzjoni

Informazzjoni dwar l-aktar tariffa vantaġġuża tevita li l-konsumaturi jeħlu b'tariffi skaduti u żvantaġġużi.

Emenda    121

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 4 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  bħala minimu, ir-referenza għal sorsi ta' referenza eżistenti, bħal ma huma paġni tal-Internet, fejn tkun disponibbli b'mod pubbliku l-informazzjoni dwar l-impatt ambjentali, f'termini ta' mill-anqas ta' CO2 u l-iskart radjuattiv li jkun ġej mill-elettriku prodott mit-taħlita ġenerali tal-karburant tal-fornitur matul is-sena preċedenti;

(c)  l-informazzjoni dwar l-impatt ambjentali, f'termini ta' mill-anqas ta' CO2 u l-iskart radjuattiv li jkun ġej mill-elettriku prodott mit-taħlita ġenerali tal-karburant tal-fornitur matul is-sena preċedenti;

Ġustifikazzjoni

Il-konsumatur irid jingħata direttament din l-informazzjoni bażika dwar il-konsum tal-enerġija tiegħu.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku (tfassil mill-ġdid)

Referenzi

COM(2016)0864 – C8-0495/2016 – 2016/0380(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

1.3.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

1.3.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Pavel Poc

14.2.2017

Eżami fil-kumitat

21.6.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

1

9

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Lynn Boylan, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Bas Eickhout, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Josu Juaristi Abaunz, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Joëlle Mélin, Susanne Melior, Rory Palmer, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Ivica Tolić, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Eleonora Evi, Martin Häusling, Rupert Matthews, Stanislav Polčák, Christel Schaldemose, Bart Staes, Dubravka Šuica, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Noichl

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

52

+

ALDE:

Catherine Bearder, Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis, Frédérique Ries, Nils Torvalds

ECR:

Mark Demesmaeker, Jørn Dohrmann, Arne Gericke, Julie Girling, Urszula Krupa, Rupert Matthews, Bolesław G. Piecha

EFDD:

Eleonora Evi, Piernicola Pedicini

GUE/NGL:

Lynn Boylan, Josu Juaristi Abaunz

PPE:

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, Angélique Delahaye, Herbert Dorfmann, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Stanislav Polčák, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Dubravka Šuica, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

S&D:

Simona Bonafè, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jo Leinen, Susanne Melior, Maria Noichl, Rory Palmer, Gilles Pargneaux, Pavel Poc, Christel Schaldemose, Daciana Octavia Sârbu, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho

1

-

NI

Zoltán Balczó

9

0

ENF

Jean-François Jalkh, Joëlle Mélin

GUE/NGL

Kateřina Konečná

VERTS/ALE

Margrete Auken, Bas Eickhout, Martin Häusling, Benedek Jávor, Bart Staes, Davor Škrlec

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2016)0864 – C8-0495/2016 – 2016/0380(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.11.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

1.3.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

1.3.2017

ECON

1.3.2017

ENVI

1.3.2017

IMCO

1.3.2017

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

12.1.2017

ECON

15.12.2016

IMCO

25.1.2017

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Krišjānis Kariņš

25.1.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

25.4.2017

11.7.2017

12.10.2017

 

Data tal-adozzjoni

21.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

4

9

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, András Gyürk, Rebecca Harms, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cornelia Ernst, Gerben-Jan Gerbrandy, Françoise Grossetête, Janusz Korwin-Mikke, Florent Marcellesi, Dennis Radtke, Dominique Riquet, Davor Škrlec

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Keller

Data tat-tressiq

27.2.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

50

+

ALDE

Fredrick Federley, Gerben-Jan Gerbrandy, Kaja Kallas, Morten Helveg Petersen, Dominique Riquet, Lieve Wierinck

ECR

Edward Czesak, Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

ENF

Barbara Kappel

NI

Janusz Korwin-Mikke

PPE

Bendt Bendtsen, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Françoise Grossetête, Krišjānis Kariņš, Janusz Lewandowski, Nadine Morano, Angelika Niebler, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Anna Záborská

S&D

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Theresa Griffin, Eva Kaili, Jan Keller, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Dan Nica, Miroslav Poche, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Florent Marcellesi, Davor Škrlec, Claude Turmes

4

-

EFDD

Jonathan Bullock

ENF

Angelo Ciocca, Christelle Lechevalier,

S&D

Edouard Martin

9

0

EFDD

Dario Tamburrano

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Cornelia Ernst, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis

PPE

András Gyürk, Dennis Radtke, Hermann Winkler

S&D

Adam Gierek

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Marzu 2018Avviż legali