Proċedura : 2017/2226(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0047/2018

Testi mressqa :

A8-0047/2018

Dibattiti :

PV 13/03/2018 - 20
CRE 13/03/2018 - 20

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2018 - 8.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0077

RAPPORT     
PDF 955kWORD 78k
28.2.2018
PE 615.386v01-00 A8-0047/2018

dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018

(2017/2226(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Hugues Bayet

Rapporteur għal opinjoni (*):

Jean Arthuis, Kumitat għall-Baġits

(*)  Kumitat assoċjat – l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 POŻIZZJONI FIL-FORMA TA’ EMENDI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018

(2017/2226(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u b'mod partikolari l-Artikoli 121(2), 136 u 148 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1177/2011 tat-8 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni taliżbilanċi makroekonomiċi(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom(8),

–  wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-Bord Fiskali Ewropew tal-20 ta' Ġunju 2017 dwar il-pożizzjoni fiskali prospettiva xierqa għaż-żona tal-euro,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25-26 ta' Marzu 2010 u tas-17 ta' Ġunju 2010, kif ukoll il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu "Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1184 tal-14 ta' Lulju 2015 dwar linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea(9),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi(10),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2015 dwar l-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt tal-Istabbiltà u Tkabbir (COM(2015)0012),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2015 dwar ir-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika: analiżi u sfidi(11),

–  wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-ikkompletar tal-unjoni ekonomika u monetarja tal-Ewropa" ("Ir-Rapport tal-Ħames Presidenti"),

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 dwar passi lejn l-Ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (COM(2015)0600),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2017 dwar aktar passi lejn it-tlestija tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (COM(2017) 0821,

–  wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku Ewropew tal-Kummissjoni tal-Ħarifa 2017,

–  wara li kkunsidra l-istudji u l-analiżijiet fil-fond dwar il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fiż-żona tal-euro taħt is-Semestru Ewropew ippreparati għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (Novembru 2015),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2015 dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 (COM(2015)0690), ir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2016 (COM(2015)0691), u l-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi (COM(2015)0700),

–  wara li kkunsidra l-Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ffirmata u pproklamata fis-17 ta' Novembru 2017 f'Gothenburg,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perijodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar rakkomandazzjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa(13),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Novembru 2017 dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro,

–  wara li kkunsidra d-dibattitu mar-rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali dwar il-prijoritajiet tas-Semestru Ewropew 2018,

–  wara li kkunsidra d-dibattitu mal-Kummissjoni fil-Parlament Ewropew dwar il-pakkett tas-Semestru Ewropew – Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0047/2018),

A.  billi, skont il-previżjonijiet tal-Kummissjoni, filwaqt li l-espansjoni tal-ekonomija Ewropea hija mistennija li tkompli, il-pass tal-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir tal-kapaċità tal-akkwist tal-unitajiet domestiċi jimplika telf żgħir fil-momentum fis-sentejn li ġejjin, bit-tkabbir jilħaq it-2,4 % fl-2017 fl-UE u mbagħad jonqos marġinalment għal 2,2 % fl-2018 u għal 2,0 % fl-2019; billi minkejja dan, xorta ser ikun hemm bżonn aktar azzjoni ta' politika biex tindirizza l-legati mhux riżolti tal-kriżi ekonomika globali;

B.  billi s-sitwazzjoni attwali tal-ekonomija tal-UE titlob li jkun hemm riformi strutturali u investiment ambizzjużi u bbilanċjati mil-lat soċjali fl-Istati membri sabiex ikun hemm tkabbir, impjiegi u kompetittività, u tinkiseb konverġenza 'l fuq;

C.  billi t-tkabbir fil-konsum privat huwa mistenni li jonqos ftit din is-sena qabel ma jtaffi fl-2019, bħala riżultat ta' inflazzjoni ogħla meta mqabbla mal-2017, għalkemm dan hu inqas mill-mira tal-BĊE ta' inqas iżda qrib it-2 %;

D.  billi l-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), minbarra l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, ipprovdew appoġġ importanti għal investiment fl-UE; billi, madankollu, l-investiment privat jibqa' inqas mil-livelli tal-2008, b'implikazzjonijiet negattivi għal tkabbir, ħolqien tal-impjiegi u produttività potenzjali;

E.  billi l-impjiegi huma mistennija li jkomplu jespandu, b'rekord ta' 235,4 miljun persuna f'impjieg fit-tieni kwart tal-2017; filwaqt li xi indikaturi tas-suq tax-xogħol jissuġġerixxu diffikultajiet persistenti, bħal segmentazzjoni dejjem tiżdied tas-suq tax-xogħol, inugwaljanzi li jkomplu jaggravaw, speċjalment fir-rigward taż-żgħażagħ u dawk b'livell baxx ta' edukazzjoni; billi l-qgħad issa jammonta għal 7,5 % fl-UE u 8,9 % fiż-żona tal-euro, li, filwaqt li dawn huma l-aktar livelli baxxi f'dal-aħħar disa' u tmien snin rispettivament, għadu għoli wisq, partikolarment fost iż-żgħażagħ; billi għadhom jippersistu differenzi ferm sostanzjali f'ħafna Stati Membri, u billi r-rati tal-qgħad għad għandhom triq twila sakemm jirkupraw mill-kriżi u, mhux l-inqas, biex jilħqu l-miri nazzjonali ta' Ewropa 2020; billi l-qgħad moħbi (ta' persuni qiegħda, lesti li jaħdmu iżda mhux qed ifittxu impjieg b'mod attiv) kien ta' 20 % fl-2016;

F.  billi, bħala riżultat tal-evitar tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa li minnhom qed jibbenefikaw ċerti korporazzjonijiet kbar u individwi, diversi Stati Membri tilfu biljuni ta' euro fi dħul għall-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, għad-detriment tal-SMEs u ta' kontribwenti oħrajn;

G.  billi t-titjib fis-sitwazzjoni ekonomika tipprovdi opportunitajiet għall-implimentazzjoni ta' riformi strutturali ambizzjużi u soċjalment ibbilanċjati, b'mod partikolari miżuri biex jinkoraġġixxu l-investiment, peress li l-livell ta' investiment bħala proporzjon tal-PDG illum għadu aktar baxx milli fil-perjodu immedjatament qabel il-kriżi finanzjarja, u biex tittejjeb is-sitwazzjoni fir-rigward tal-finanzi pubbliċi, filwaqt li jitqies il-piż li l-iżviluppi demografiċi jpoġġu fuq is-sostenibbiltà tad-dejn tagħhom;

1.  Jieħu nota tal-pubblikazzjoni tal-pakkett tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018 (SAT) u t-taħlita ta' politika proposta ta' investimenti, riformi strutturali ambizzjużi u soċjalment ibbilanċjati u finanzi pubbliċi responsabbli, ippreżentata bħala mod biex jiġu mħeġġa aktar livelli ogħla ta' tkabbir u biex jissaħħaħ l-irkupru Ewropew, il-konverġenza 'l fuq u l-kompetittività; jaqbel li huwa meħtieġ progress ulterjuri f'dak li jirrigwardja l-implimentazzjoni tar-riforma strutturali sabiex jinkisbu riżultati fit-tkabbir u l-impjiegi, u titkompla l-ġlieda kontra dawk l-inugwaljanzi li jxekklu t-tkabbir ekonomiku;

Kapitolu 1 – Investimenti u tkabbir

2.  Jenfasizza l-problema stutturali persistenti tat-tkabbir insuffiċjenti tal-output potenzjali, tal-produttività u tal-kompetittività, assoċjati ma' livell baxx wisq ta' investiment pubbliku u privat u nuqqas ta' riformi strutturali ambizzjużi u soċjalment ibbilanċjati f'xi Stati Membri;

3.  Ifakkar li xi Stati Membri għad għandhom bilanċi favorevoli kbar fil-kontijiet li jistgħu jintużaw biex isostnu l-investimenti pubbliċi u privati u jagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku;

4.  Ifakkar fl-importanza li jiġi kkombinat l-investiment pubbliku u dak privat b'riformi stutturali li jagħtu spinta u jservu ta' lieva għat-tkabbir ekonomiku;

5.  Jissottolinja l-importanza li tingħata spinta lill-investiment pubbliku fl-UE sabiex it-tnaqqis attwali fl-investiment pubbliku fl-UE jiġi rrimedjat; iħeġġeġ, barra minn hekk, l-ikkompletar tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali bil-għan li tingħata spinta lill-investimenti privati fis-suq uniku; iqis li l-qafas regolatorju għall-investiment privat għandu jkompli jiġi mtejjeb;

6.  Jenfasizza l-ħtieġa għal aktar investimenti fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, kif ukoll fil-modernizzazzjoni teknoloġika, sabiex tingħata spinta l-produttività; ifakkar li l-investimenti f'oqsma bħalma huma l-infrastrutturi, il-kura tat-tfal, l-akkomodazzjoni soċjali, l-edukazzjoni, it-taħriġ, is-saħħa, ir-riċerka, l-innovazzjoni diġitali u l-ekonomija ċirkolari jistgħu jżidu l-produttività u/jew l-impjiegi; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija u l-konsum tar-riżorsi, u tiżgura li s-CSRs ikunu konsistenti bis-sħiħ mal-ftehim ta' Pariġi dwar il-klima;

7.  Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-ostakli attwali għal proġetti infrastrutturali sinifikanti li jsaħħu t-tkabbir tul il-ħajja ta' dawn l-investimenti, u biex tiddiskuti mal-Parlament u mal-Kunsill modi li bihom tindirizza dawn l-ostakli fi ħdan il-qafas legali eżistenti;

Kapitolu 2 – Finanzi pubbliċi responsabbli

8.   Jieħu nota tal-pożizzjoni fiskali ġenerali u newtrali proposta fir-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro, fejn jinnota li l-pożizzjoni fiskali hi mistennija li tkun xi ftit espansiva f'għadd ta' Stati Membri fl-2018; ifakkar li implimentazzjoni konsistenti u konformità mar-regoli fiskali tal-Unjoni, inkluż ir-rispett sħiħ tal-klawsoli ta' flessibbiltà eżistenti, huma essenzjali għall-funzjonament tajjeb tal-UEM;

9.  Jissottolinja l-fatt li l-pożizzjonijiet fiskali fil-livell nazzjonali u taż-żona tal-euro jridu jibbilanċjaw is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi u l-investiment f'konformità sħiħa mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir bi stabbilizzazzjoni makroekonomika fuq terminu ta' żmien qasir;

10.  Jilqa' t-titjib li sar fil-finanzi pubbliċi, li huwa essenzjali biex jintlaħaq tkabbir aktar sod, sostenibbli u effiċjenti, b'mod partikolari l-proporzjonijiet tad-dejn mal-PDG li qed jonqsu gradwalment għall-UE u ż-żona tal-euro, u t-tnaqqis tad-defiċit tal-baġit nominali, filwaqt li jenfasizza li l-proporzjon tad-dejn gross mal-PDG fiż-żona tal-euro xorta għadu jammonta għal madwar 90 %, b'diversi Stati Membri li jinsabu 'l fuq sew minn dan il-livell; jenfasizza li dawn l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-proporzjonijiet għolja tad-dejn mal-PDG tagħhom bħala kwistjoni ta' urġenza, peress li dan huwa ferm aktar faċli li jsir fi żminijiet ta' rkupru ekonomiku; ifakkar li soċjetajiet li qed jixjieħu u żviluppi demografiċi oħra jqiegħdu piż enormi fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jieħdu responsabbiltà għall-ġenerazzjonijiet futuri;

11.  Jissottolinja l-ħtieġa għal enfasi aktar qawwija fuq il-kompożizzjoni u l-ġestjoni tal-baġits nazzjonali; jilqa', għalhekk, il-prattika dejjem tikber ta' rieżamijiet tal-infiq, u jkompli jħeġġeġ lill-Istati Membri jivvalutaw il-kwalità tal-baġits tagħhom;

Kapitolu 3 – Riformi strutturali

12.   Ifakkar li xi Stati Membri jeħtieġ li jkomplu jimplimentaw riformi strutturali soċjalment u ambjentalment sostenibbli, favorevoli għat-tkabbir, b'mod partikolari fil-kuntest ta' sitwazzjoni ekonomika mtejba fl-UE, bi tkabbir tal-PDG fi kważi l-Istati Membri kollha, bil-għan li tingħata spinta lill-kompetittività, lill-ħolqien tal-impjiegi, lit-tkabbir u lill-konverġenza 'l fuq;

13.  Jinsisti biex l-infiq fuq ir-R&Ż jinġieb eqreb lejn il-miri tal-UE 2020; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu politiki xierqa, u jipprovdu investiment, biex jiżguraw jew iżommu aċċess ugwali għall-edukazzjoni u t-taħriġ tul il-ħajja, filwaqt li jqisu l-evoluzzjoni tas-suq tax-xogħol, inkluż l-emerġenza ta' professjonijiet ġodda;

14.  Jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni, il-globalizzazzjoni u t-tibdil teknoloġiku qed jittrasformaw b'mod radikali s-swieq tax-xogħol tagħna, billi pereżempju jinvolvu tibdil kbir fil-forom ta' impjieg u statuses professjonali li jeħtieġu tranżizzjoni adattata; jenfasizza, għalhekk, l-importanza ta' swieq tax-xogħol dinamiċi b'sistemi ta' sigurtà aċċessibbli u ta' kwalità għolja, li jkunu kapaċi jirrispondu għal dawn ir-realitajiet ġodda tas-suq tax-xogħol;

15.  Iqis li r-riformi li jeliminaw il-konġestjonijiet tal-investiment jippermettu appoġġ immedjat għall-attività ekonomika u fl-istess ħin jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għat-tkabbir fit-tul;

16.  Jappella għall-rieżamijiet tat-tassazzjoni bil-għan li jinkiseb bilanċ ġust tat-tassazzjoni fuq il-kapital, ix-xogħol u l-konsum;

Kapitolu 4 – Konverġenza u inklużjoni

17.  Jissottolinja li s-Semestru Ewropew u s-CSRs għandhom jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-istrateġija UE 2020, inklużi dawk stabbiliti fil-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali, u għandhom iwasslu għal riżultati fit-tkabbir u l-impjiegi; jilqa', għalhekk, "it-tabella ta' valutazzjoni soċjali" bħala għodda għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Soċjali;

18.  Jenfasizza l-fatt li, dan l-aħħar, it-tkabbir fil-pagi reali waqa' lura wara t-tkabbir tal-produttività, filwaqt li kien hemm titjib fis-suq tax-xogħol; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li jista' jkun hemm lok għal żidiet fil-pagi f'ċerti setturi u oqsma, f'konformità mal-miri tal-produttivita biex jiġu żgurati standards tajbin ta' għajxien, b'kunsiderazzjoni tal-kompetittività u l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-inugwaljanzi;

19.  Jirrimarka li l-politiki fiskali jeħtieġ iqisu politika monetarja li tirrispetta l-indipendenza tal-BĊE;

20.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija komprensiva biex tappoġġa l-investiment li jtejjeb is-sostenibbiltà ambjentali, u li tiġi żgurata rabta xierqa bejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU u s-Semestru Ewropew;

21.  Jilqa' l-fatt li s-SAT 2018 jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' sistemi fiskali effiċjenti u ġusti li jipprovdu l-inċentivi xierqa għall-attività ekonomika; jappoġġja l-inizjattivi tal-Kummissjoni biex jinkisbu aktar trasparenza u sistema ta' VAT riformata, u jinnota l-ħidma li saret dwar il-bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva; jilqa' l-isforzi fil-livell internazzjonali kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa; jinnota li jekk titjieb l-effikaċja tas-sistemi tat-taxxa nazzjonali, id-dħul tal-gvern jista' jiżdied b'mod sinifikanti;

22.  Jistieden lill-Istati Membri jadottaw miżuri adegwati biex jgħinu u jintegraw liż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) u lir-rifuġjati, billi jantiċipaw fi stadju bikri r-rekwiżiti li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni bla xkiel tagħhom fis-suq tax-xogħol, b'tali mod li jipprevjenu li dawn jidħlu fl-ekonomija s-sewda u jiżguraw li s-servizzi pubbliċi jkunu mgħammra b'riżorsi suffiċjenti; jenfasizza li s-sħab soċjali għandu jkollhom rwol ewlieni fil-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni tal-NEETs u r-rifuġjati, u f'li jiżguraw li dawn ma jsofrux diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol;

23.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li n-nuqqasijiet u d-diskriminazzjoni jibqgħu jiffurmaw is-swieq tax-xogħol f'xi Stati Membri, filwaqt li jikkontribwixxu għal differenzi bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tar-remunerazzjoni, l-irtirar u l-parteċipazzjoni fit-teħid ta' deċiżjonijiet;

Kapitolu 5 – Il-qafas tas-Semestru Ewropew: sjieda u implimentazzjoni

24.  Jilqa' l-attenzjoni akbar li qed tingħata għall-pożizzjoni fiskali aggregata taż-żona tal-euro, filwaqt li jiġbed l-attenzjoni għall-obbligi tal-Istati Membri individwali biex jikkonformaw mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, inkluż ir-rispett sħiħ għall-klawżoli eżistenti tiegħu ta' flessibbiltà; jenfasizza li l-kunċett ta' pożizzjoni fiskali aggregata ma jimplikax li s-surpluses u d-defiċits fi Stati Membri differenti jpaċu lil xulxin;

25.  Jinsab imħasseb dwar ir-rata baxxa ta' konformità mas-CSRs, inklużi dawk maħsuba li jrawmu l-konverġenza, iżidu l-kompetittività u jnaqqsu l-iżbilanċi makroekonomiċi; jemmen li sjieda nazzjonali akbar permezz ta' dibattiti pubbliċi ġenwini fil-livell nazzjonali twassal għal implimentazzjoni aħjar tas-CSRs; iqis li huwa importanti li jiġi żgurat li l-parlamenti nazzjonali jiddibattu r-rapporti tal-pajjiżi u s-CSRs; jemmen li l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom ikunu involuti aħjar fil-proċess tas-Semestru Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-għodod eżistenti kollha biex tinforza dawk is-CSRs li huma maħsuba biex jindirizzaw dawn l-isfidi, li jirrappreżentaw theddida għas-sostenibbiltà tal-unjoni monetarja;

26.  Jenfasizza li kwalunkwe pass ulterjuri lejn approfondiment tal-UEM irid jimxi id f'id ma' kontrolli demokratiċi aktar b'saħħithom; jinsisti li, għal dan il-għan, irid jissaħħaħ kemm ir-rwol tal-Parlament Ewropew kif ukoll tal-parlamenti nazzjonali f'konformità mal-prinċipju tar-responsabbiltà; jitlob li s-sħab soċjali jiġu kkonsultati fil-proċess tan-negozjati kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll dak Ewropew;

Il-kontribuzzjonijiet settorjali għar-Rapport tas-SAT 2018

Il-Baġits

27.  Iqis li l-baġits tal-UE jridu jipprovdu inċentiv għal tkabbir sostenibbli, konverġenza, investimenti u riformi, permezz ta' soluzzjonijiet u sinerġiji fir-rigward tal-baġits nazzjonali; jemmen, għalhekk, li s-SAT iservi bħala linja gwida għall-Istati Membri, u għat-tħejjija tal-baġits nazzjonali u tal-UE, b'mod partikolari fil-kuntest tat-tħejjija tal-qafas finanzjarju pluriennali ta' wara l-2020;

28.  Itenni, f'dan ir-rigward, li għandu jkun hemm sinerġiji akbar bejn il-baġits nazzjonali u l-baġit tal-UE; jirrimarka li l-Kummissjoni, minħabba l-involviment tagħha fis-Semestru Ewropew kif ukoll fit-tħejjija u l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-UE, għandha rwol ewlieni x'taqdi f'dan ir-rigward;

29.  Jilqa' l-proposta għal sinerġija akbar u n-nonframmentazzjoni tal-baġit tal-UE stabbilit fir-rakkomandazzjonijiet imressqa fil-"Future Financing of the EU" ("Il-Finanzjament Futur tal-UE"), ir-rapport finali tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji minn Diċembru 2016;

L-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza alimentari

30.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tvara l-portal tal-internet dwar il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, li jipprovdi informazzjoni aġġornata dwar suġġetti relatati mal-promozzjoni tas-saħħa u l-benesseri, u li jkun jikkostitwixxi sors importanti ta' informazzjoni ċara u affidabbli għaċ-ċittadini; jenfasizza li dan il-portal għandu jkun totalment aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE, inklużi dawk li jbatu mid-dislessija u minn diffikultajiet oħra bħal dawn;

31.  Jappella għal koerenza akbar mal-politiki l-oħra tal-UE fil-qasam tal-prevenzjoni tad-diżastri u l-istat ta' preparazzjoni għalihom, bħall-istrateġija tal-UE għall-adattament għat-tibdil fil-klima, il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, il-Fond ta' Solidarjetà, il-leġiżlazzjoni ambjentali u l-politiki tar-riċerka u l-innovazzjoni;

32.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri, u lill-Bank Ċentrali Ewropew.

(1)

ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.

(2)

ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.

(3)

ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.

(4)

ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.

(5)

ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.

(6)

ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.

(7)

ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.

(8)

ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.

(9)

ĠU L 192, 18.7.2015, p. 27.

(10)

ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.

(11)

ĠU C 407, 4.11.2016, p. 86.

(12)

Testi adottati, P8_TA(2015)0469

(13)

Testi adottati, P8_TA-PROV(2017)0491


NOTA SPJEGATTIVA

L-Unjoni Ewropea esperjenzat kriżi ekonomika u monetarja kbira mill-2008. Wara għaxar snin, ir-riżultati ekonomiċi qegħdin jitjiebu u t-tkabbir qed jibda jirkupra bil-mod il-mod fiż-żona tal-euro.

Madankollu, dawn l-indikaturi makroekonomiċi la qegħdin jipprevjenu ż-żieda fl-inugwaljanzi fl-Istati Membri, fejn qed jikber il-fenomenu tal-ħaddiema foqra, u lanqas in-nuqqas ta' konverġenza bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro.

Is-Semestru Ewropew 2018 għandu jkun l-okkażjoni biex tiġi implimentata politika ekonomika li tiżgura t-tkabbir, l-investiment u l-livell massimu ta' impjiegi. Għandu wkoll jikkontribwixxi bis-sħiħ għall-implimentazzjoni tal-għanijiet li l-Unjoni Ewropea stabbiliet fil-pilastru tad-drittijiet soċjali.

Il-qafas attwali ta' governanza ekonomika Ewropea wera l-limiti tiegħu. Mingħajr bidla fid-direzzjoni tal-politika fiskali taż-żona tal-euro, it-tama ta' tkabbir sostenibbli b'impjiegi ta' kwalità tibqa' ma sseħħx. Huwa għalhekk li r-rapporteur qed jirrakkomanda riforma tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, l-istabbiliment ta' kapaċità fiskali taż-żona tal-euro u pjan ambizzjuż ta' investiment pubbliku.

Għalkemm il-Pjan Juncker kien l-ewwel pass importanti għas-settur privat, jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn pjan ta' investiment għas-settur pubbliku.

L-infrastrutturi pubbliċi ta' kwalità huma wieħed mill-elementi li jixprunaw il-kompetittività tagħna.

Iżda l-Ewropa qed tirriskja li titlef dan l-assi minħabba n-nuqqas attwali ta' investiment li wassal għal infrastrutturi qodma, li għandhom konsegwenzi f'termini ta' konġestjoni tat-traffiku, tnaqqis fil-prestazzjoni tal-ferroviji u inċertezzi fil-livell tal-investimenti fis-suq tal-enerġija.

L-Unjoni Ewropea jeħtiġilha timplimenta wkoll politika ta' investiment sostenibbli li tiżgura t-tranżizzjoni ekoloġika meħtieġa u li tippermetti lill-Unjoni Ewropea tikseb l-għanijiet li stabbiliet għaliha nfisha. Is-Semestru Ewropew għandu jintegra bis-sħiħ din il-prijorità.

Ir-rapporteur se jisħaq ukoll fuq prijoritajiet oħrajn bħal:

  żieda fil-pagi u l-protezzjoni tas-sistemi soċjali;

  armonizzazzjoni tat-tassazzjoni Ewropea u l-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa sabiex tinkiseb ġustizzja fiskali;

  finanzjament akbar fir-riċerka u fl-iżvilupp biex jiżdied il-livell ta' produttività fil-livell Ewropew.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (25.1.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018

(2017/2226(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Jean Arthuis

(*)  Kumitat Assoċjat – L-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Iqis li l-baġits tal-UE jridu jipprovdu inċentiv għal tkabbir sostenibbli, konverġenza, investimenti u riformi, permezz ta' soluzzjonijiet u sinerġiji fir-rigward tal-baġits nazzjonali; jemmen, għalhekk, li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT) iservi bħala linja gwida għall-Istati Membri u għat-tħejjija tal-baġits nazzjonali u tal-UE, b'mod partikolari fil-kuntest tat-tħejjija tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) ta' wara l-2020;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni, fil-qafas tal-QFP li jmiss, biex tiżgura żieda sostanzjali għall-Fond Soċjali Ewropew, bl-għan speċifiku li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta pjan leġiżlattiv konkret għall-perjodu 2018-2019, maħsub biex itejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-kuntest tal-proklamazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u b'mod speċifiku tinkoraġġixxi biex il-proklamazzjoni ta' Protokoll Soċjali tiġi annessa mat-Trattati sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet soċjali fundamentali jingħataw preċedenza fuq il-libertajiet ekonomiċi;

4.  Itenni, f'dan ir-rigward, li għandu jkun hemm sinerġiji akbar bejn il-baġits nazzjonali u l-baġit tal-UE; jirrimarka li l-Kummissjoni, minħabba l-involviment tagħha fis-Semestru Ewropew kif ukoll fit-tħejjija u l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-UE, għandha rwol ewlieni x'taqdi f'dan ir-rigward;

5.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi riformi ambizzjużi dwar il-governanza taż-żona tal-euro, inkluż bl-introduzzjoni u l-użu ta' strument speċjali li jappoġġa l-adozzjoni tal-euro mill-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro; jilqa' l-proposta għal sinerġija akbar u ebda frammentazzjoni tal-baġit tal-UE, kif stabbilita fir-rapport u r-rakkomandazzjonijiet finali tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji ta' Diċembru 2016, bit-titolu, "Future Financing of the EU" (Il-Finanzjament Futur tal-UE);

6.  Ifakkar l-appoġġ tiegħu għall-ħolqien ta' kapiċità fiskali għaż-żona tal-euro, sabiex tiġi żgurata l-konverġenza u jkunu jistgħu jiġu ttrattati x-xokkijiet makroekonomiċi simettriċi u asimettriċi, kif ukoll tiżdied il-kompetittività u l-istabbiltà tal-ekonomiji tal-Istati Membri, kif propost fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar il-kapaċità baġitarja għaż-żona tal-euro; iqis li l-finanzjament għandu jiġi miż-żona tal-euro u minn Membri parteċipanti oħra permezz ta' sors ta' dħul li għandu jintlaħaq qbil dwaru mill-Istati Membri parteċipanti, bħala parti mit-trasferiment tal-kompetenzi, u jemmen li fi stat sod, din il-kapaċità fiskali għandha tiġi ffinanzjata wkoll mir-riżorsi proprji bħala taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji; iqis li din il-kapaċità baġitarja għandha tkun parti mill-baġit tal-UE, lil hinn mil-limiti massimi attwali tal-QFP, u meqjusa bħala dħul u garanziji assenjati;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ riformi tas-sistemi tat-taxxa li jkunu ffokati fuq żieda sal-ogħla rata tat-taxxa, u speċifikament it-tassazzjoni ta' dħul minn kapital, biex tiġġenera riżorsi mit-trasferiment ta' beni u servizzi pubbliċi u treġġa' t-tendenzi li huma ta' theddida għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi minħabba inugwaljanzi fl-introjtu u l-ġid, li primarjament jaffettwaw lill-40 % tal-popolazzjoni li jinsabu fil-qiegħ tad-distribuzzjoni tal-introjtu;

8.  Jieħu nota tad-dokument bit-titolu, "Pjan Direzzjonali għall-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja", ippreżentat mill-Kummissjoni fis-6 ta' Diċembru 2017; jilqa', b'mod partikolari, il-proposta biex il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) jiġi ttrasformat f'Fond Monetarju Ewropew li jkun integrat fil-qafas tal-UE; jiddispjaċih li l-proposta tal-Kumimissjoni biex tintegra l-għodod intergovernattivi relatati mal-euro fil-qafas tal-UE ġiet imsejsa fuq bażi legali li teskludi l-involviment xieraq tal-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu espressi ambizzjonijiet akbar bil-ħsieb li tiġi stabbilita kapaċità baġitarja sħiħa għaż-żona tal-euro;

9.  Ifakkar fl-importanza li r-riżorsi baġitarji tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, jiġġieldu l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa; jilqa' l-lista sewda tal-UE tar-rifuġji fiskali, iżda jiddispjaċih li l-Kunsill dgħajjef il-kriterji tal-elenkar; jissottolinja li l-lista sewda għandha tkun akkumpanjata minn sanzjonijiet b'saħħithom u deterrenti kontra l-pajjiżi elenkati; jappella għal rappurtar pubbliku għal kull pajjiż, u għall-introduzzjoni ta' bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva (BKKTK) li tippromwovi trasparenza fiskali u kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni;

10.  Iqis li huwa neċessarju li jitħeġġeġ l-investiment pubbliku u privat fl-oqsma tal-infrastruttura, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni, bl-għan li tiżdied il-produttività u jkun hemm impatt pożittiv fuq it-tkabbir ekonomiku u fuq il-pagi; jappella għal politika ta' koeżjoni b'saħħitha u effiċjenti li, fost prijoritajiet oħra, se tappoġġa l-implimentazzjoni ta' taħlita ta' politiki ekonomiċi sabiex jintlaħqu livelli għolja ta' żvilupp u tkabbir u tagħti spinta lill-ħolqien tal-impjiegi;

11.  Jemmen li din il-proposta għandha tkun aktar dettaljata u msaħħa fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-obbligu ta' rendikont tal-Fond Monetarju Ewropew lejn il-Parlament Ewropew, il-kapaċità tal-Parlament li japprova l-funzjonijiet kollha tiegħu, b'mod partikolari bħala kontinġenza komuni għall-Unjoni Bankarja, kif ukoll dwar il-kapaċità deċiżjonali konkreta tiegħu meta jieħu l-funzjoni ta' stabbilizzazzjoni tiegħu;

12.  Jinsab mħasseb dwar il-livelli baxxi tal-inflazzjoni li huma prevalenti fiż-żona tal-euro, kif indikat ripetutament mill-BĊE; iqis li l-pagi f'xi Stati Membri qegħdin jinżammu f'livelli artifiċjalment baxxi, b'effett detrimentali fuq l-ekonomija kollha tal-UE;

13.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri kollha li impenjaw ruħhom li jadottaw l-euro, u li s'issa għadhom ma għamlux dan, biex japprovaw pjanijiet konkreti għall-adozzjoni tal-munità komuni Ewropea mill-aktar fis possibbli;

14.  Jenfasizza li l-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa ta' 17 % fl-UE, u jilqa' l-fatt li l-UE allokat riżorsi baġitarji biex tindirizza din il-kwistjoni, prinċipalment permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI); ifakkar li 75 % tal-baġit totali tal-YEI sal-2020 ġie allokat għal proġetti, u diġà ntużaw 19 % mill-Istati Membri, u li b'hekk ir-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit tal-YEI hija l-ogħla fost il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fid-dawl tal-importanza tal-kwistjoni, jieħdu azzjoni sabiex ikomplu jtejbu l-utilizzazzjoni tar-riżorsi.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGHTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

6

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Zbigniew Kuźmiuk, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Răzvan Popa, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Tiemo Wölken

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Heidi Hautala, Ivana Maletić, Stanisław Ożóg, Ivan Štefanec

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa Estaràs Ferragut, Dietmar Köster, Monika Smolková

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

25

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Zbigniew Kuźmiuk,

PPE

Rosa Estaràs Ferragut, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Ivan Štefanec, Patricija Šulin, Inese Vaidere

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, John Howarth, Dietmar Köster, Răzvan Popa, Monika Smolková, Isabelle Thomas, Tiemo Wölken, Manuel dos Santos

6

-

ECR

Richard Ashworth, Stanisław Ożóg

ENF

André Elissen

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Liadh Ní Riada

NI

Eleftherios Synadinos

3

0

VERTS/ALE

Heidi Hautala, Indrek Tarand, Monika Vana

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (2.2.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018

(2017/2226(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Nuno Melo

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li l-ħarsien tal-ambjent mhux ostaklu għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li, għall-kuntrarju, id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija jenħtieġ li titqies bħala sors ewlieni għal tkabbir ekonomiku u għal impjiegi ġodda u sostenibbli; iqis li l-UE trid tinvesti aktar sabiex iżżomm l-istatus tagħha li hija minn ta' quddiem fid-dinja fit-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u sistema ta' produzzjoni u ta' konsum sostenibbli;

2.  Jenfasizza li l-politika ambjentali u l-politika ta' sostenibbiltà jridu jingħataw rwol aktar prominenti fis-Semestru Ewropew, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet ewlenin bħall-effiċjenza fir-riżorsi, il-kapital naturali u s-servizzi tal-ekosistema, impjiegi ekoloġiċi, l-innovazzjoni sostenibbli u l-finanzjament ekoloġiku;

3.  Itenni li peress li għall-inqas 20 % tal-baġit tal-UE għall-2014-2020 għandu jintefaq fuq l-azzjoni relatata mat-tibdil fil-klima, il-kontribuzzjoni għall-2018 għandha taqbeż il-mira globali sabiex tagħmel tajjeb għall-allokazzjonijiet aktar baxxi mill-ewwel nofs tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali; jisħaq fuq il-fatt li finanzjament stabbli u xieraq huwa essenzjali għall-kisba tal-impenji tal-Unjoni Ewropea, speċjalment fid-dawl tal-Ftehim ta' Pariġi; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni sabiex tiggarantixxi li l-mekkaniżmu ta' integrazzjoni tat-tibdil fil-klima jkun kompletament ottimizzat;

4.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni tal-integrazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) fil-politiki u fl-inizjattivi tal-UE kollha; jenfasizza li huwa essenzjali li l-għanijiet tal-Aġenda 2030 ikunu riflessi b'mod komprensiv fis-Semestru Ewropew sabiex l-UE tkun tista' tiksibhom; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, mingħajr dewmien, pjan direzzjonali fuq terminu twil għall-implimentazzjoni sħiħa tal-SDGs fl-UE, li jirrikonoxxi l-interrelazzjonijiet tagħhom u l-importanza ugwali ta' kull għan; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex tinteġra l-aspetti kollha pendenti tal-Aġenda 2030 u tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali fis-Semestru Ewropew;

5.  Jenfasizza li d-dibattitu dwar is-Semestru Ewropew huwa partikolarment importanti minħabba l-bżonn li jinstab mudell ġdid ta' żvilupp għal riformi strutturali u għal investimenti selettivi, b'investimenti f'oqsma strateġiċi;

6.  Jenfasizza l-importanza ambjentali u l-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-bijodiversità, bħan-netwerk tan-Natura 2000, li jikkontribwixxi bejn 1,7 u 2,5 % tal-PDG tal-UE permezz tal-forniment ta' servizzi tal-ekosistema bħall-ħżin tal-karbonju, it-tisfija tal-ilma, id-dakkir u t-turiżmu; jinnota bi tħassib li l-miri tal-bijodiversità tal-2020 tal-UE mhux se jintlaħqu mingħajr sforzi sostanzjali addizzjonali u impenji finanzjarji adegwati li għalihom is-Semestru Ewropew huwa għodda essenzjali;

7.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għall-2018 tal-Kummissjoni għadu jonqos milli jpoġġi l-futur tal-ekonomija tal-UE fil-kuntest tal-eliminazzjoni gradwali neċessarja tal-emissjonijiet tal-karbonju u tal-bidla lejn ekonomija ċirkulari, u b'hekk tintilef l-opportunità li l-ekonomija tal-UE tiġi ggwidata lejn direzzjoni stabbli, inklużiva, produttiva u reżiljenti;

8.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' applikazzjoni orizzontali ta' kriterji ta' sostenibbiltà u objettivi bbażati fuq il-prestazzjoni għall-fondi kollha tal-UE strutturali u ta' investiment, fosthom il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, sabiex tinkiseb tranżizzjoni komprensiva għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jidderieġu mill-ġdid investimenti lejn teknoloġiji u negozji sostenibbli sabiex jiġi ffinanzjat it-tkabbir b'mod sostenibbli fuq perjodu twil;

9.  Iqis li metodoloġiji tal-kejl u tal-valutazzjoni komparattiva tal-użu effiċjenti tar-riżorsi u tal-intensità tal-gassijiet serra, għandhom ikunu inklużi sew fis-Semestru Ewropew – fi ħdan il-qafas tat-tabella ta' valutazzjoni għal żbilanċi makroekonomiċi – kif ukoll fir-rieżami tal-istrateġija Ewropa 2020;

10.  Jilqa' l-ammont dejjem jikber ta' kapital istituzzjonali u privat allokat għall-finanzjament tal-SDGs; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw kriterji tal-iżvilupp sostenibbli għall-infiq istituzzjonali tal-UE, biex jidentifikaw l-ostakli u l-inċentivi regolatorji potenzjali għall-investiment tal-SDGs, u biex jesploraw opportunitajiet għall-konverġenza u l-kooperazzjoni bejn l-investimenti pubbliċi u privati;

11.  Jirrakomanda li l-miżuri li jappoġġaw il-kontinwazzjoni tal-irkupru jiffukaw fuq it-twettiq ta' investimenti li jiffavorixxu t-tranżizzjoni għal ekonomija ħielsa mill-karburanti fossili, effiċjenti u bbażata fuq l-enerġija rinnovabbli li ssostni l-impjiegi u d-domanda domestika;

12.  Jenfasizza li investiment fl-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, fl-iffrankar tal-enerġija u fit-tnaqqis tal-emissjonijiet iżid kemm il-produttività tul l-ekonomija kif ukoll inaqqas l-ispejjeż u l-impatti esterni; jenfasizza l-opportunitajiet għall-appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkulari bl-għan li jinħolqu impjiegi ġodda f'servizzi innovattivi, ta' manutenzjoni u ta' tiswija u fl-iddisinnjar u fil-produzzjoni ta' prodotti ġodda u aktar sostenibbli;

13.  Iqis li, bħala parti mid-diskussjoni dwar is-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tressaq politiki u inċentivi ġodda sabiex tħeġġeġ lill-Istati Membri jneħħu malajr sussidji għall-karburanti fossili sal-2020, li huma wieħed mill-akbar ostakli għall-kisba tal-objettivi tal-klima u tas-sorsi rinnovabbli tal-UE, tal-miri 2020 tal-UE u tal-SDGs;

14.  Itenni l-ħtieġa li sussidji oħra li jagħmlu l-ħsara lill-ambjent jitneħħew gradwalment sal-2020, u li l-bażijiet tat-taxxi jinbidlu mix-xogħol għal tassazzjoni ambjentali;

15.  Jilqa' l-proklamazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fis-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir f'Gothenburg, li huwa bbażat fuq 20 prinċipju, li jinkludu, il-qasam tal-kura tas-saħħa, id-dritt ta' aċċess għal kura tas-saħħa ta' kwalità tajba li tkun affordabbli, preventiva u kurattiva;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom b'mod effikaċi fl-iżvilupp, fir-riforma u fl-implimentazzjoni ta' politiki li jindirizzaw il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, inkluż bl-appoġġ tekniku tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) tal-Kummissjoni;

17.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tvara l-portal tal-internet dwar il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, li jipprovdi informazzjoni aġġornata dwar suġġetti relatati mal-promozzjoni tas-saħħa u l-benesseri, u li tkun tikkostitwixxi sors importanti ta' informazzjoni ċara u affidabbli għaċ-ċittadini; jenfasizza li dan il-portal għandu jkun totalment aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE, inklużi dawk li jbatu mid-dislessija u minn diffikultajiet oħra bħal dawn;

18.  Jisħaq fuq il-ħtieġa, fil-kuntest tar-rieżami tal-Mekkaniżmu Ewropew għall-Protezzjoni Ċivili, li tinħoloq, b'mod effettiv, riżerva ta' rispons tal-protezzjoni ċivili tal-UE ta' assi tal-protezzjoni ċivili, komplementarji għar-riżorsi nazzjonali, b'tali mod li ssaħħaħ il-kapaċità ta' rispons komuni Ewropew għal diżastri bħal nirien fil-foresti u terremoti; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi mħeġġa kooperazzjoni akbar fl-ippjanar minn qabel tal-operazzjonijiet Ewropej ta' reazzjoni għal diżastri permezz, fost miżuri oħra, ta' immappjar tal-assi tal-Istati Membri, tat-tfassil ta' pjanijiet ta' kontinġenza kif ukoll tat-titjib tal-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju;

19.  Jappella għal koerenza akbar mal-politiki l-oħra tal-UE fil-qasam tal-prevenzjoni tad-diżastri u l-istat ta' preparazzjoni għalihom, bħall-istrateġija tal-UE għall-adattament għat-tibdil fil-klima, il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, il-Fond ta' Solidarjetà, il-leġiżlazzjoni ambjentali, u l-politiki tar-riċerka u l-innovazzjoni;

20.  Jenfasizza li avvenimenti estremi, bħal nixfa fil-pajjiżi Ewropej tan-Nofsinhar, urugani u għargħar katastrofiċi, jesiġu lill-firmatarji tal-Ftehim ta' Pariġi biex juru ambizzjoni akbar biex jilħqu l-miri stabbiliti;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni toħloq strateġija reali ta' ġestjoni sostenibbli u protezzjoni għall-foresti biex tgħin fil-ġlieda kontra l-effetti tat-tibdil fil-klima, bl-enfasi fuq "is-sostenibbiltà", u enfasi miżjuda fuq l-ispeċijiet ta' siġar imkabbra f'dawk il-foresti; jistieden, barra min hekk, lill-Kummissjoni timplimenta u tinċentivizza proġett li jinkoraġixxi t-tkabbir tas-siġar u tal-arbuxell tul ix-xmajriet u x-xmajjar, b'hekk jitnaqqsu l-effetti ta' preċipitazzjoni kbira fit-tul;

22.  Jappella għal involviment akbar u strutturat tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet ambjentali fil-proċess tas-Semestru Ewropew, u involviment akbar tal-ministri għall-ambjent fil-proċess tas-Semestru Ewropew fil-livell tal-Kunsill.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGHTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Seb Dance, Stefan Eck, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Arne Gericke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Susanne Melior, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, John Procter, Julia Reid, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Gentile, Martin Häusling, Norbert Lins, Nuno Melo, Ulrike Müller, Christel Schaldemose, Bart Staes, Keith Taylor, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jiří Maštálka

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

50

+

ALDE

Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Ulrike Müller, Frédérique Ries

ECR

Arne Gericke, Julie Girling, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter, Jadwiga Wiśniewska

EFDD

Piernicola Pedicini

GUE/NGL

Stefan Eck, Jiří Maštálka

EPP

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Nuno Melo, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

S&D

Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Seb Dance, Elena Gentile, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Susanne Melior, Gilles Pargneaux, Christel Schaldemose, Daciana Octavia Sârbu, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho

Verts/ALE

Marco Affronte, Martin Häusling, Bart Staes, Keith Taylor

1

-

EFDD

Julia Reid

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (20.2.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018

(2017/2226(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Iskra Mihaylova

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jieħu nota li l-ekonomija Ewropea wriet sinjali ta' rkupru matul l-aħħar 18-il trimestru, xi Stati Membri juru tkabbir pożittiv u kostanti, filwaqt li l-qgħad laħaq l-aktar livell baxx mill-bidu tal-kriżi; jenfasizza madankollu li, skont l-aħħar riżultati tal-indiċi tal-benessri tal-OECD, għad hemm diviżjonijiet ċari u profondi bejn is-soċjetajiet u l-individwi f'termini ta' livell ta' edukazzjoni, dħul, ġid, età u post tat-twelid; jinnota li tali inugwaljanzi, speċjalment il-qgħad fost iż-żgħażagħ u fuq terminu twil kif ukoll il-livelli ta' faqar, għadhom fil-livelli tal-kriżi f'diversi reġjuni li għadhom qed jesperjenzaw grad baxx ta' rkupru; jiġbed l-attenzjoni, f'dan il-kuntest, għall-kwistjoni tal-qgħad strutturali u l-implikazzjonijiet ekonomiċi, soċjali u politiċi sfortunati tagħha; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li persuni taħt l-età ta' 25 sena huma milquta b'mod partikolarment ħażin u huma 60 % aktar probabbli li jkunu qiegħda milli dawk fl-età ta' bejn il-25 u l-54 sena; jenfasizza l-importanza tal-estensjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) għall-perjodu 2017-2020 u taż-żieda ta' EUR 1,2 biljun fil-baġit tagħha;

2.  Jenfasizza, għaldaqstant, il-ħtieġa li jitrawmu konverġenza u inklużjoni akbar; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li hemm momentum biex tiġi appoġġjata t-tkomplija tal-irkupru permezz tat-tkabbir ekonomiku, il-konverġenza soċjali, ir-riformi strutturali u l-koeżjoni territorjali, u li qed timxi lil hinn mill-approċċ tagħha ta' awsterità tal-passat; jenfasizza li l-Unjoni Ewropea, kollha kemm hi, sabiex tippromwovi l-iżvilupp armonjuż tagħha inġenerali, għandha tiżviluppa u tfittex li twettaq azzjonijiet li jwasslu sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha u jkollha l-għan li tnaqqas id-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni u tindirizza r-ritard tal-inqas reġjuni vvantaġġjati tal-UE, b'mod partikolari dawk bi dħul baxx u bi tkabbir baxx (ir-reġjuni li għadhom lura); jirrimarka l-ħtieġa għal trasformazzjoni kwalitattiva komprensiva tat-taħlita ta' politika eżistenti billi tiġi pprijoritizzata l-implimentazzjoni urġenti tal-prinċipji u d-drittijiet li jinsabu fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-politika ta' koeżjoni trid tingħata riżorsi finanzjarji adegwati fil-perjodu wara l-2020 u jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta korrispondenti; jinnota li jinħtieġu investimenti fl-innovazzjoni, fl-edukazzjoni u fil-ħiliet ġodda biex tinkiseb żieda fil-produttività, li hija waħda mill-prekundizzjonijiet għal tkabbir aħjar;

3.  Jilqa' s-simplifikazzjoni u l-iffokar tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (CSRs); jesprimi t-tħassib tiegħu, madankollu, rigward il-livell inkonsistenti ta' implimentazzjoni tas-CSRs fl-oqsma ta' politika u l-pajjiżi; ifakkar fl-importanza ta' approċċ sinerġetiku għall-użu tal-fondi disponibbli kollha tal-UE u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkollaboraw mill-qrib u jikkoordinaw il-proċess sabiex jiżguraw l-appoġġ għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali msaħħa u jagħtu spinta lill-investiment, l-impjiegi u t-tkabbir, u li jirrikonoxxu r-rwol ta' appoġġ li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jista' jkollhom f'dan il-proċess; jenfasizza l-ħtieġa għal miżuri ta' bini ta' kapaċità u simplifikazzjoni ulterjuri tal-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE, meta jitqies li parti kbira tas-CSRs tal-2017 indirizzaw kwistjonijiet ta' kapaċità amministrattiva; jenfasizza li s-CSRs għandhom jirriflettu aħjar l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri. jenfasizza l-ħtieġa għal sinerġija akbar bejn il-baġit tal-UE u l-baġits tal-Istati Membri bil-għan li jinkisbu l-prijoritajiet tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT) u l-implimentazzjoni tas-CSRs;

4.  Jenfasizza r-rwol importanti li l-politika ta' koeżjoni għandha fil-proċess ta' rkupru bħala l-politika ewlenija ta' investiment pubbliku, it-tkabbir u l-iżvilupp allinjata mal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; ifakkar li, bejn l-2015 u l-2017, il-politika ta' koeżjoni pprovdiet finanzjament ekwivalenti għal 8,5 % tal-investiment kapitali tal-gvern fl-Unjoni Ewropea (UE) – ċifra li titla' għal 41 % għall-aħħar 13-il Stat Membru li ngħaqdu mal-UE wara l-2004 u għal aktar minn 50 % f'seba' Stati Membri; huwa tal-fehma li għandha tinżamm mill-inqas fil-livell baġitarju simili fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur; iqis, madankollu, li l-interazzjoni tagħha mas-Semestru Ewropew m'għandhiex timpedixxi l-kisba tal-objettivi proprji tagħha kif stipulat fit-Trattati, inkluża d-dimensjoni territorjali tagħha, filwaqt li din l-interazzjoni għandha tkun ibbilanċjata u għandha ttejjeb l-implimentazzjoni tal-fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (fondi SIE) u tkompli żżid l-effett multiplikatur tal-infiq ta' koeżjoni u l-kontribut tiegħu għal tkabbir sostenibbli u inklużiv li jwassal għall-ħolqien ta' impjiegi deċenti u żvilupp soċjali; iqis, f'dan il-kuntest, li huwa utli li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess tad-definizzjoni tal-parametri tas-Semestru Ewropew; jirrimarka li hija meħtieġa aktar flessibbiltà fid-definizzjoni tal-attivitajiet u l-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati mill-fondi SIE u marbuta mas-CSRs u l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SATs) definiti annwalment;

5.  Itenni l-ħtieġa li titħaffef l-implimentazzjoni tal-fondi SIE peress li huma għodda estremament relevanti għat-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp sostenibbli u l-ħolqien tax-xogħol, b'tali mod li jipprovdu appoġġ importanti għall-politiki nazzjonali ta' investiment u jikkontribwixxu għar-riformi strutturali relevanti; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw strutturi ta' ppjanar u koordinazzjoni u oqfsa ta' governanza aktar b'saħħithom, kif ukoll amministrazzjonijiet pubbliċi aktar effiċjenti, u biex inaqqsu l-piż amministrattiv sabiex jagħmlu l-użu tagħhom aktar effikaċi u effiċjenti; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tgħin lill-Istati Membri bl-għodod u r-riżorsi kollha disponibbli sabiex tevita r-riskju ta' diżimpenn, kif ukoll l-akkumulazzjoni ta' ħlasijiet pendenti;

6.  Jilqa' l-estensjoni fit-tul u d-daqs tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) sal-2020 biex tgħin tagħti spinta lill-investiment, tevita tfixkil fil-finanzjament u sserraħ moħħ il-promoturi tal-proġetti li xorta waħda jistgħu jippjanaw proġetti wara l-perjodu ta' investiment inizjali; jissottolinja l-ħtieġa għal komplementaritajiet u sinerġiji bejn il-fondi SIE, il-FEIS u strumenti finanzjarji oħra, kif ukoll ma' programmi Komunitarji orizzontali, filwaqt li l-fondi SIE jinżammu bħala l-politika ta' investiment ewlenija tal-UE; jinsisti li l-FEIS jrid ikun implimentat b'mod aktar bilanċjat territorjalment, u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp armonjuż tal-UE u jevita li jkun hemm aktar żidiet fl-inugwaljanzi bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-persuni; ifakkar li proġetti taħt il-FEIS estiż għandhom ikomplu jindirizzaw sitwtazzjonijiet ta' investiment subottimali u nuqqasijiet fis-suq; jitlob li jkun hemm bilanċ mill-ġdid tad-distribuzzjoni territorjali tal-investiment u użu msaħħaħ fir-reġjuni inqas żviluppati; jenfasizza, għalhekk, li f'dan il-kuntest hemm ħtieġa akbar li tiġi ffaċilitata t-taħlita tal-FEIS ma' sorsi oħra ta' finanzjament tal-UE;

7.  Jissottolinja r-rwol tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) fl-appoġġ ta' għajnuna mfassla apposta biex tgħin lill-Istati Membri jwettqu r-riformi tagħhom bil-għan li jtejbu l-koeżjoni, japplikaw id-dritt tal-UE f'waqtu u jużaw il-fondi tal-UE b'mod aktar effiċjenti u effikaċi; jenfasizza li s'issa l-esperjenza wriet li ħafna Stati Membri talbu appoġġ fil-qafas tal-Programm u li t-talbiet għall-appoġġ huma distribwiti fost l-oqsma kollha ta' politika; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura trasparenza sħiħa fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm fir-rapport ta' monitoraġġ annwali f'dak li jikkonċerna r-riżultati konkreti dwar proġetti individwali; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza li jiġu identifikati u implimentati riformi strutturali relevanti fil-livelli kollha tal-gvern u t-tneħħija tal-burokrazija li tikkonċerna l-investimenti li għaddejjin sabiex jgħinu jtejbu l-implimentazzjoni tal-FEIS u l-ambjenti tan-negozju u l-investiment;

8.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm ċertezza dwar ir-riżorsi għall-finanzjament tal-SRSP wara l-2020, riżorsi li m'għandhomx jiġu ddevjati mill-għanijiet u l-objettivi tal-fondi SIE.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGHTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

20.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mercedes Bresso, Steeve Briois, Andrea Cozzolino, Raymond Finch, John Flack, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Krzysztof Hetman, Ivan Jakovčić, Constanze Krehl, Sławomir Kłosowski, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Paul Nuttall, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Monika Smolková, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Ángela Vallina, Lambert van Nistelrooij, Kerstin Westphal, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Buda, Andor Deli, Ivana Maletić, Urmas Paet, Tonino Picula, Georgi Pirinski, Bronis Ropė, Milan Zver

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Anna Hedh, Bogdan Brunon Wenta

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

31

+

ALDE

Ivan Jakovčić, Iskra Mihaylova, Paet Urmas

ECR

John Flack, Sławomir Kłosowski, Mirosław Piotrowski, Ruža Tomašić

PPE

Daniel Buda, Andor Deli, Krzysztof Hetman, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Ramón Luis Valcárcel Siso, Bogdan Brunon Wenta, Milan Zver, Lambert van Nistelrooij

S&D

Mercedes Bresso, Andrea Cozzolino, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Anna Hedh, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Tonino Picula, Georgi Pirinski, Liliana Rodrigues, Monika Smolková, Kerstin Westphal

VERTS/ALE

Bronis Ropė

7

-

EFDD

Eleonora Evi, Raymond Finch, Paul Nuttall

ENF

Steeve Briois

GUE/NGL

Martina Michels, Ángela Vallina

PPE

Joachim Zeller

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


POŻIZZJONI FIL-FORMA TA’ EMENDI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (11.1.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018

(2017/2226(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Evelyn Regner

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 4a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

4a. Jenfasizza li l-governanza ekonomika Ewropea jeħtieġ li tiġi ffukata mill-ġdid mill-objettiv limitat tat-tkabbir tal-PDG lejn il-benessri u l-konverġenza ma' standards minimi għolja għall-ugwaljanza bejn is-sessi; iqis li t-tfassil tal-politika ekonomika l-ġdid orjentat lejn il-benessri jenħtieġ li jkun ibbażat fuq "poligonu maġiku" li jikkonsisti fil-benessri materjali distribwit b'mod ġust, kwalità tal-ħajja, stabbiltà finanzjarja, stabbiltà tal-prezzijiet, rata ta' okkupazzjoni sħiħa u impjiegi deċenti, sostenibbiltà ekoloġika, attività stabbli tas-settur pubbliku u relazzjonijiet ekonomiċi esterni bbilanċjati;

Emenda    2

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 6a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

6a. Jinnota li d-dibattiti dwar l-allokazzjoni intelliġenti tan-nefqa pubblika u l-prijoritajiet ta' politika fil-baġit tal-UE qed isiru b'mod regolari, u li valutazzjoni kritika bħal din hija indispensabbli biex tittejjeb il-kwalità tal-baġits pubbliċi tal-Istati Membri fit-terminu medju u dak twil u biex jiġi pprevenut it-tnaqqis baġitarju lineari li jista' jaffettwa partikolarment lin-nisa, fost l-oħrajn;

Emenda    3

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 6b (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

6b. Huwa tal-fehma li t-titjib tal-istruttura u tal-kwalità tal-baġits pubbliċi hu lieva ewlenija biex tiġi żgurata konformità mar-regoli fiskali tal-UE u biex ikun possibbli l-finanzjament ta' nfiq indispensabbli, pereżempju fir-rigward tas-sistemi ta' sigurtà soċjali, li huma ta' importanza partikolari għan-nisa, il-bini ta' buffers għal ħtiġijiet imprevisti u, fl-aħħar nett, il-finanzjament ta' nfiq mhux essenzjali;

Emenda    4

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 7a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

7a. Jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa ta' analiżi fil-fond u valutazzjoni aktar komprensiva tal-indikaturi soċjali fi ħdan il-qafas tas-Semestru Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni żżid aktar indikaturi soċjali, li jenħtieġ li jitqiegħdu fuq l-istess livell tal-indikaturi ekonomiċi;

Emenda    5

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 7b (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

7b. Jibqa' mħasseb dwar in-nuqqas ta' perspettiva u indikaturi tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qafas tas-Semestru Ewropew u jappella għal inklużjoni akbar tal-perspettiva tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-formulazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, il-programmi ta' konverġenza u l-programmi nazzjonali ta' riforma; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu mmonitorjati l-progress soċjali u dak tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-impatt tar-riformi matul iż-żmien; jitlob, għalhekk, l-użu ta' data segregata skont is-sessi, il-kalkolu ta' indikaturi ġodda u l-inklużjoni ta' informazzjoni ġdida li tiġbor fiha kull wieħed mill-ħames miri ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020, inkluż ir-R&Ż u l-miri dwar l-enerġija, sabiex jiġi mmonitorjat il-progress u jinkixfu d-differenzi bejn is-sessi;

Emenda    6

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 7c (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

7c. Jitlob li jiżdiedu l-pagi minimi, li jkun hemm trasparenza akbar fil-pagi u li l-verifiki tal-pagi jitwettqu fuq livell ta' kumpanija, sabiex tinkiseb paga ugwali għall-istess xogħol fis-setturi u fil-professjonijiet kollha; jistieden lill-Istati Membri, barra minn hekk, jieqfu jimblokkaw id-Direttiva dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza tal-ħidma biex jinkiseb qafas effikaċi tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-irġiel u n-nisa kollha biex ikunu jistgħu jirrikonċiljaw il-ħajja privata u dik professjonali tagħhom;

Emenda    7

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 7d (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

7d. Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi prijoritizzata l-azzjoni biex jiġu indirizzati l-qgħad, il-faqar u l-esklużjoni soċjali, li jaffettwaw fuq kollox lin-nisa, u li tingħata prijorità lill-impjieg sostenibbli u lill-impjiegi ta' kwalità, lill-investiment u lis-servizzi pubbliċi ta' kwalità li jiżguraw l-inklużjoni soċjali, b'mod speċjali fl-oqsma tal-edukazzjoni, is-saħħa, l-indukrar tat-tfal, l-indukrar tal-persuni dipendenti, it-trasport pubbliku u s-servizzi soċjali;

Emenda    8

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 7e (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

7e. Jappella biex it-tieni prinċipju tal-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali, jiġifieri li t-trattament u l-opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel iridu jiġu żgurati u promossi fl-oqsma kollha, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, fit-termini u fil-kundizzjonijiet tal-impjieg u fil-progressjoni tal-karriera, u li n-nisa u l-irġiel għandhom id-dritt għal paga indaqs għal xogħol tal-istess valur, jiġi integrat bis-sħiħ fis-Semestru Ewropew;

Emenda    9

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 16a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

16a. Jinsab imħasseb li d-disparitajiet għadhom konsiderevoli u li s-segregazzjoni tas-suq tax-xogħol għadha għolja madwar l-Unjoni Ewropea kollha, sitwazzjoni li qed tikkontribwixxi għal differenzi bejn is-sessi, inklużi differenzi sostanzjali fil-pagi, fil-pensjonijiet u fil-ġid, proċessi mhux ugwali tat-teħid ta' deċiżjonijiet u karrieri iqsar għan-nisa; jenfasizza li għalkemm ir-rata ta' impjieg tan-nisa laħqet livell rekord, xorta għadha 11 % inqas minn dik tal-irġiel; jenfasizza li d-disparità bejn l-impjiegi hi partikolarment għolja għall-ommijiet u għan-nisa b'responsabbiltajiet ta' indukrar;

Emenda    10

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 16b (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

16b. Jinsab imħasseb dwar kemm in-nisa huma affettwati mill-politiki ta' awsterità; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-fatt li n-nisa ġew affettwati b'mod aktar sever fit-terminu twil, permezz ta' tnaqqis fin-nefqa pubblika, ridistribuzzjonijiet fil-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u tnaqqis fis-sistemi tas-sigurtà soċjali;

Emenda    11

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 16c (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

16c. Jenfasizza l-fatt li d-diskriminazzjoni bejn is-sessi għadha kbira, kif tixhed id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u d-differenza fir-rata tal-impjieg bejn l-irġiel u n-nisa, fejn il-qligħ gross medju fis-siegħa tal-impjegati rġiel huwa ta' madwar 16 % ogħla minn dak tal-impjegati nisa; jenfasizza li dawn id-differenzi huma dovuti għas-sottorappreżentanza tan-nisa fis-setturi mħallsa tajjeb, id-diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol u r-rata għolja ta' nisa li jaħdmu part-time; iħeġġeġ li jeħtieġ li jsir aktar progress biex jitnaqqsu dawn id-differenzi; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tintroduċi pilastru ta' ugwaljanza bejn is-sessi u objettiv globali tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Istrateġija Ewropa 2020; iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi biex jeqirdu d-differenza fil-pagi bejn is-sessi u jieħdu miżuri iktar attivi biex isaħħu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol;

Emenda    12

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 19a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

19a. Jistieden lill-Kummissarji responsabbli jiddiskutu, kull sena, l-aspetti tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir mal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

4.12.2017

 

 

 


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

21.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

7

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Hugues Bayet, Udo Bullmann, Thierry Cornillet, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Sander Loones, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Alex Mayer, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Matt Carthy, Bas Eickhout, Ramón Jáuregui Atondo, Alain Lamassoure, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Luigi Morgano, Laurenţiu Rebega, Joachim Starbatty, Lieve Wierinck


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

45

+

ALDE

Thierry Cornillet, Petr Ježek, Wolf Klinz, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

Sander Loones, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Joachim Starbatty, Kay Swinburne

PPE

Burkhard Balz, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Esther de Lange, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Anne Sander, Theodor Dumitru Stolojan

S&D

Hugues Bayet, Udo Bullmann, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Ramón Jáuregui Atondo, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Alex Mayer, Luigi Morgano, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Bas Eickhout, Sven Giegold, Molly Scott Cato, Ernest Urtasun

7

-

EFDD

Marco Valli

ENF

Bernard Monot

GUE/NGL

Matt Carthy, Paloma López Bermejo, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

PPE

Markus Ferber

1

0

ENF

Laurenţiu Rebega

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Marzu 2018Avviż legali