Proċedura : 2017/2052(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0048/2018

Testi mressqa :

A8-0048/2018

Dibattiti :

PV 13/03/2018 - 13
CRE 13/03/2018 - 13

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2018 - 8.9

Testi adottati :

P8_TA(2018)0075

RAPPORT     
PDF 1693kWORD 213k
28.2.2018
PE 615.478v02-00 A8-0048/2018

dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020

(2017/2052(INI))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Jan Olbrycht, Isabelle Thomas

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020

(2017/2052(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 311, 312 u 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1) u l-emendi sussegwenti tiegħu min-naħa tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2017/1123 tal-20 ta' Ġunju 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar "Tħejjija tar-reviżjoni postelettorali tal-QFP 2014-2020: L-input tal-Parlament qabel il-proposta tal-Kummissjoni"(4),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Riflessjoni tal-Kummissjoni dwar il-Futur tal-Finanzi tal-UE tat-28 ta' Ġunju 2017 (COM(2017)0358),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar id-Dokument ta' Riflessjoni dwar il-Futur tal-Finanzi tal-UE(5),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 70/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU bit-titolu "Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development" ("Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli"),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali(6),

–  wara li kkunsidra r-ratifika tal-Ftehim ta' Pariġi mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-4 ta' Ottubru 2016(7)

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali bit-titolu "Challenges facing civil society organisations working on human rights in the EU" ("Sfidi li jaffaċċjaw l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fuq id-drittijiet tal-bniedem fl-UE"),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-finanzjament ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-UE,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits, l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tal-Kumitat għas-Sajd, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0048/2018),

A.  billi fl-2013 intlaħaq qbil dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li għall-ewwel darba involva tnaqqis f'termini reali kemm tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll dawk ta' pagament meta mqabbel mal-perjodu ta' programmazzjoni finanzjarja preċedenti minkejja ż-żieda fil-kompetenzi u fl-ambizzjonijiet tal-UE kif definiti fit-Trattat ta' Lisbona u fl-istrateġija Ewropa 2020 rispettivament; billi involva wkoll diskrepanza notevoli bejn il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament, li kkontribwiet f'akkumulu ta' kontijiet mhux imħallsa fl-ewwel sentejn tal-QFP; billi l-adozzjoni tardiva tal-QFP u l-bażijiet legali relatati kkontribwew għad-dewmien fl-implimentazzjoni, li r-riperkussjonijiet ta' dan għadhom jinħassu sal-ġurnata tal-lum u li x'aktarx iwasslu għal akkumulu ta' talbiet għall-pagament fi tmiem il-QFP attwali, b'hekk jaqgħu fuq il-perjodu li jmiss; billi fuq l-insistenza tal-Parlament iddaħħlu dispożizzjonijiet ġodda fil-QFP ħalli l-limiti massimi globali tiegħu jintużaw kemm jista' jkun u ħalli jkun hemm mekkaniżmi ta' flessibbiltà;

B.  billi l-QFP 2014-2020 malajr wera l-inadegwatezza tiegħu biex jissodisfa l-bżonnijiet reali u l-ambizzjonijiet politiċi peress li, mill-bidu nett, intalab jindirizza sensiela ta' kriżijiet u sfidi ġodda fl-oqsma tal-investiment, tal-esklużjoni soċjali, tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati, tal-impjiegi fost iż-żgħażagħ, tas-sigurtà, tal-agrikoltura, tal-ambjent u tat-tibdil fil-klima, li meta ġie adottat ma kinux għadhom ġew previsti; billi, konsegwentement, il-QFP attwali diġà laħaq il-limiti tiegħu wara biss sentejn ta' implimentazzjoni peress li l-marġnijiet disponibbli kienu ġew eżawriti, id-dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà u l-istrumenti speċjali kienu ġew mobilizzati sa livell sostanzjali, il-politiki u l-programmi eżistenti kienu tpoġġew taħt pressjoni jew saħansitra tnaqqsu u kienu nħolqu ċerti mekkaniżmi barra mill-baġit biex jagħmlu tajjeb għal-livell u l-flessibbiltà insuffiċjenti tal-baġit tal-UE;

C.  billi dawn in-nuqqasijiet diġà kienu saru evidenti fil-mument tal-analiżi u tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP varati fi tmiem l-2016, u kien jistħoqqilhom li minnufih jittieħdu azzjonijiet dwarhom, kif wera l-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016; billi r-reviżjoni ta' nofs it-terminu rnexxielha twessa' l-potenzjal tad-dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà eżistenti sa livell moderat, iżda falliet fir-reviżjoni tal-limiti massimi tal-QFP;

D.  billi l-Kummissjoni, f'Mejju 2018, se tippreżenta l-pakkett ta' proposti tagħha rigward il-QFP ta' wara l-2020, inklużi riżorsi proprji futuri, filwaqt li r-Regolament tal-Kunsill (UE) 1311/2013 stipula li huma kellhom jitwettqu sal-1 ta' Jannar 2018; billi dan huwa mistenni li jiġi segwit ftit wara minn abbozz ta' proposti leġiżlattivi għall-programmi u l-istrumenti finanzjarji;

1.  Jadotta din ir-riżoluzzjoni bil-għan li jiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Parlament fir-rigward tal-QFP ta' wara l-2020, b'attenzjoni partikolari għall-prijoritajiet mistennija, id-daqs, l-istruttura, it-tul ta' żmien, il-flessibbiltà u l-prinċipji orizzontali l-oħra, u li jindika l-orjentamenti baġitarji speċifiċi għall-politiki rispettivi tal-UE koperti mill-qafas finanzjarju li jmiss; jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta l-proposta leġiżlattiva għall-QFP li jmiss flimkien ma' abbozz ta' ftehim interistituzzjonali li jqis il-pożizzjonijiet u s-suġġerimenti tal-Parlament; jisħaq fuq il-fatt li din ir-riżoluzzjoni toffri wkoll bażi għall-impenn tal-Parlament fil-proċedura li twassal għall-adozzjoni tal-QFP li jmiss;

2.  Jadotta, b'mod parallel, riżoluzzjoni separata biex tiddefinixxi l-pożizzjoni tiegħu fir-rigward tar-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE, konformement mar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji; jistieden lill-Kummissjoni tqis kif dovut il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tħejjija tal-proposti leġiżlattivi dwar ir-riżorsi proprji tal-UE, li għandha tkun ambizzjuża fil-portata u ppreżentata flimkien mal-proposti tal-QFP; jenfasizza li kemm in-naħa tan-nefqa kif ukoll dik tad-dħul tal-QFP li jmiss se jkunu ttrattati bħala pakkett uniku fin-negozjati imminenti, u li mhu se jintlaħaq l-ebda qbil dwar il-QFP mingħajr ma jsiru passi korrispondenti 'l quddiem f'riżorsi proprji;

I. Prijoritajiet u sfidi fil-QFP li jmiss

3.  Jilqa' pożittivament id-diskussjoni dwar il-QFP li jmiss bħala opportunità biex jitqiegħdu l-pedamenti għal Ewropa aktar b'saħħitha u aktar sostenibbli permezz tal-istrument fost dawk l-aktar konkreti, il-baġit tal-Unjoni; jemmen li l-QFP li jmiss għandu jkun integrat fi strateġija u f'narrazzjoni usa' għall-futur tal-Ewropa; iqis li l-QFP jeħtieġlu jkun it-tisrif tal-prijoritajiet politiċi tal-proġetti u l-politika tal-UE f'mezzi baġitarji;

4.  Jinsab konvint li l-QFP li jmiss għandu jibni fuq il-politiki u l-prijoritajiet ikkonsolidati tal-Unjoni stabbiliti sew tal-Unjoni, li għandhom l-għan li jippromwovu l-paċi, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi, jagħtu spinta lill-benessri, lit-tkabbir ekonomiku fuq terminu twil u sostenibbli u r-riċerka u l-innovazzjoni, jipprovdu impjiegi ta' kwalità li jwasslu għal impjiegi deċenti, jiġġieldu t-tibdil fil-klima, u jrawmu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kif ukoll is-solidarjetà bejn l-Istati Membri u ċ-ċittadini; iqis li dawn il-pilastri huma rekwiżiti preliminari għall-funzjonament korrett tas-suq uniku u tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja kif ukoll għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-Ewropa fid-dinja; għandu fiduċja li huma aktar rilevanti minn qatt qabel għall-attivitajiet futuri tal-Ewropa;

5.  Jemmen li l-QFP li jmiss għandu jippermetti lill-Unjoni tagħti soluzzjonijiet u toħroġ aktar b'saħħitha mill-kriżijiet tad-deċennju: it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u finanzjarju, il-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-faqar persisenti u l-esklużjoni soċjali, il-fenomenu tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati, it-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali, id-degradazzjoni ambjentali u t-telfien tal-bijodiversità, it-terroriżmu u l-instabbiltà, fost oħrajn; jissottolinja li dawn l-isfidi globali u transfruntieri, b'implikazzjonijiet interni, jiżvelaw l-interdipendenza tal-ekonomiji u tas-soċjetajiet tagħna, u jindikaw il-bżonn ta' azzjonijiet konġunti;

6.  Jiġbed l-attenzjoni li l-UE jeħtiġilha twettaq l-impenn tagħha li tkun minn ta' quddiem fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, li jipprovdu pjan direzzjonali globali għal soċjetajiet aktar sostenibbli, ekwitabbli u prosperużi fi ħdan konfini planetarji; jenfasizza li l-QFP li jmiss irid ikun allinjat mal-SDGs; jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni favur l-integrazzjoni tal-SDGs fil-politiki u l-inizjattivi tal-UE kollha; jistenna li l-UE twettaq l-impenji tagħha favur dawn l-għanijiet; jenfasizza, barra minn hekk, li l-proklamazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-impenn mill-UE u mill-Istati Membri biex jiżguraw Ewropa aktar soċjali għandhom ikunu appoġġjati minn riżorsi finanzjarji adegwati; iqis li, wara l-Ftehim ta' Pariġi, l-infiq relatat mal-klima għandu jiżdied b'mod sinifikanti meta mqabbel mal-QFP attwali u jilħaq 30 % mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-2027;

7.  Jisħaq fuq il-fatt li l-QFP li jmiss joffri opportunità lill-Unjoni biex turi li hi magħquda u kapaċi tindirizza l-iżviluppi politiċi bħall-Brexit, il-qawmien tal-movimenti populisti u nazzjonalistiċi u l-bidliet fit-tmexxija globali; jissottolinja li l-firdiet u l-egoċentriżmu mhumiex tweġiba għall-problemi tad-dinja u għat-tħassib taċ-ċittadini; iqis li n-negozjati tal-Brexit, b'mod partikolari, juru li l-vantaġġi li tkun membru tal-Unjoni jisbqu bil-kbir l-ispiża tal-kontributi għall-baġit tagħha; jitlob, f'dan il-kuntest, li jkun hemm rispett sħiħ għall-qafas tal-impenji diġà meħuda, bħal fil-każ tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira f'dak li jirrigwardja l-istat tad-dritt u d-demokrazija;

8.  Jappella, għaldaqstant, għal appoġġ kontinwu tal-politiki eżistenti, partikolarment il-politiki tal-UE li ilhom stabbiliti u li huma minquxa fit-Trattati, pereżempju l-politika agrikola komuni, il-politika komuni tas-sajd, u l-politika ta' koeżjoni, peress li dawn iwasslu għal benefiċċji tanġibbli tal-proġett Ewropew liċ-ċittadini tal-UE; jirrifjuta kull tentattiv maħsub biex jerġa' jinnazzjonalizza dawn il-politiki, peress li dan la jnaqqas il-piż finanzjarju fuq il-kontribwenti u l-konsumaturi u lanqas ma jikseb riżultati aħjar, iżda jxekkel it-tkabbir, is-solidarjetà u l-funzjonament tas-suq uniku u fl-istess ħin japprofondixxi l-inugwaljanzi u jkabbar id-disparitajiet bejn it-territorji u s-setturi ekonomiċi; biħsiebu jiggarantixxi l-istess livell ta' finanzjament għall-UE-27 għal dawn il-politiki fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss filwaqt li jkompli jtejjeb l-effikaċja tagħhom u jissemplifika l-proċeduri assoċjati magħhom;

9.  Jemmen li l-Ewropa għandha toffri prospettivi lill-ġenerazzjoni żagħżugħa kif ukoll lill-impriżi orjentati lejn il-futur li jagħmlu lill-UE attur aktar ta' suċċess fix-xena dinjija; jinsab iddeterminat li jlaħħam sostanzjalment tnejn mill-programmi emblematiċi tiegħu, jiġifieri l-Programm Qafas għar-Riċerka u Erasmus+, li, bil-mezzi attwali tagħhom, ma jistgħux ilaħħqu mad-domanda ferm għolja li tinvolvi applikazzjonijiet ta' kwalità superjuri; jikkonferma bis-saħħa l-appoġġ tiegħu għal żieda sostanzjali fir-riżorsi għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u fl-appoġġ favur l-impriżi ta' daqs medju permezz tal-programmi suċċessuri tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs (COSME); jappoġġja wkoll it-tisħiħ tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) 2.0;

10.  Jistieden lill-Unjoni tassumi r-rwol tagħha fi tliet oqsma politiċi emerġenti b'dimensjoni interna u esterna, li dehru matul il-QFP attwali:

–  billi tiżviluppa u tiffinanzja politika komprensiva dwar l-asil, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni u tindirizza l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni u l-ispostament tal-pajjiżi terzi;

–  billi ssaħħaħ il-protezzjoni tal-fruntieri esterni u tippromwovi l-istabbiltà, b'mod partikolari billi tissalvagwardja d-drittijiet tal-bniedem barra mill-pajjiż, il-prevenzjoni tal-kunflitt u l-politiki ta' żvilupp esterni;

–  billi tipprovdi sigurtà komuni interna liċ-ċittadini Ewropej u tiġbor flimkien ir-riċerka u l-kapaċitajiet fil-qasam tad-difiża, filwaqt li tenfasizza li l-azzjonijiet meħuda f'dawn l-oqsma m'għandhomx isiru askapitu tal-politiki ta' żvilupp tal-UE;

11.  Jenfasizza li l-qafas futur mistenni jintegra żewġ tipi ġodda ta' appoġġ finanzjarju li jidhru b'mod prominenti fl-aġenda ekonomika tal-Unjoni, jiġifieri t-tkomplija tal-iskemi ta' appoġġ għall-investimenti, bħall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, u l-iżvilupp ta' funzjoni ta' stabbilizzazzjoni għall-Istati Membri taż-żona tal-euro, eventwalment permezz tal-Fond Monetarju Ewropew propost, flimkien ma' faċilità ta' konverġenza ddedikata għall-Istati Membri li jinsabu fi triqithom li jissieħbu fl-euro;

12.  Jissottolinja li, bħala l-ewwel pass, il-kapaċità baġitarja speċifika taż-żona tal-euro għandha tkun parti mill-baġit tal-Unjoni, billi tingħadd b'mod supplimentari għal-livelli massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali, mingħajr preġudizzju għall-programmi l-oħra tal-QFP, u għandha tiġi ffinanzjata mill-membri taż-żona tal-euro u mill-membri parteċipanti l-oħra permezz ta' sors ta' dħul li għandu jiġi miftiehem bejn l-Istati Membri parteċipanti u meqjus li bħala dħul assenjat u garanziji; iqis li l-kapaċità fiskali tista' tkun iffinanzjata, ladarba tkun fi stadju stabbli, permezz ta' riżorsi proprji ġenwini, skont ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport Monti dwar il-finanzjament futur tal-UE;

13.  Jerġa' jafferma l-prinċipju skont liema l-prijoritajiet politiċi addizzjonali għandhom ikunu abbinati ma' mezzi finanzjarji addizzjonali, sew jekk jinbtu fil-mument tal-adozzjoni ta' QFP ġdid sew jekk matul l-implimentazzjoni tiegħu, u jissottolinja li l-finanzjament tal-bżonnijiet il-ġodda ma għandux jimmina l-politiki u l-programmi eżistenti; jistenna, barra minn hekk, li jkunu stabbiliti biżżejjed dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà biex jilqgħu għaċ-ċirkostanzi mhux mistennija li jistgħu jinqalgħu matul il-QFP;

14.  Jemmen li tista' biss tinkiseb Ewropa aktar b'saħħitha u aktar ambizzjuża jekk tingħata l-mezzi finanzjarji msaħħa; jitlob, fid-dawl tal-isfidi u tal-prijoritajiet imsemmija hawn fuq, u meta jitqies il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, żieda sinifikanti fil-baġit tal-Unjoni; jagħti stima tal-limiti massimi tan-nefqa tal-QFP rikjesti ta' 1,3 % tal-ING tal-UE-27, minkejja l-firxa ta' strumenti li għandhom ikunu kkalkolati barra mil-limiti massimi;

15.  Jinsab konvint li, sakemm il-Kunsill ma jaqbilx li jżid b'mod sinifikanti l-livell tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali tiegħu għall-baġit tal-UE, l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda ġenwini tal-UE tibqa' l-unika alternattiva biex il-QFP li jmiss jiġi ffinanzjat b'mod adegwat;

II. Kwistjonijiet orizzontali

Prinċipji tal-baġit tal-UE u sinċerità tal-baġit

16.  Ifakkar fil-prinċipji baġitarji Ewropej, tal-eżattezza baġitarja, tal-annwalità, tal-ekwilibriju, tal-universalità, tal-ispeċifikazzjoni, tal-addizzjonalità, tas-sussidjarjetà, tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tat-trasparenza, li jeħtieġ li jiġu rispettati fl-istabbiliment u fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

17.  Itenni l-pożizzjoni li ilu li adotta skont liema l-ambizzjoni politika tal-Unjoni trid tiġi appoġġjata permezz ta' riżorsi finanzjarji adegwati u jfakkar li l-Artikolu 311 tat-TFUE jgħid li l-Unjoni għandha tipprovdi għaliha nnifisha l-mezzi meħtieġa sabiex tikseb l-għanijiet tagħha u twettaq b'suċċess il-politika tagħha;

18.  Jiġbed, f'dan il-kuntest, l-attenzjoni għall-fatt li l-implimentazzjoni sħiħa tad-deċiżjonijiet u tal-inizjattivi politiċi meħuda mill-Kunsill Ewropew hija biss possibbli jekk ikun żgurat il-finanzjament neċessarju, u jissottolinja li kwalunkwe approċċ ieħor jimmina s-sinċerità tal-baġit tal-Unjoni u l-fiduċja taċ-ċittadini;

19.  Jemmen li l-QFP, huwa u jsarraf il-prijoritajiet politiċi tal-UE f'investimenti konkreti, jikkostitwixxi strument eċċellenti għall-ippjanar fit-tul tal-infiq tal-UE u biex jiżgura ċertu livell stabbli ta' investiment pubbliku fl-Istati Membri; jiddispjaċih, madankollu, għan-nuqqas ta' strateġija fit-tul maqbula b'mod reċiproku qabel l-adozzjoni tal-QFP li jmiss; ifakkar, barra minn hekk, li l-baġit tal-UE huwa, prevalentement, baġit ta' investimenti li jservi bħala għajn ta' finanzjament addizzjonali u komplementari għall-azzjonijiet meħuda fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali;

Tul ta' żmien

20.  Huwa tal-opinjoni li d-deċiżjoni dwar it-tul ta' żmien tal-QFP għandha ssib bilanċ tajjeb bejn iż-żewġ rekwiżiti kunfliġġenti, jiġifieri, minn naħa, il-bżonn li bosta politiki tal-UE – speċjalment dawk fl-ambitu tal-ġestjoni konġunta, bħall-agrikoltura u l-koeżjoni – joperaw abbażi tal-istabbiltà u tal-prevedibbiltà li hija żgurata permezz ta' impenn ta' almenu seba' snin, u, min-naħa l-oħra, il-bżonn ta' leġittimità u ta' obbligu ta' rendikont demokratiċi li jirriżulta mis-sinkronizzazzjoni ta' kull qafas finanzjarju maċ-ċiklu politiku ta' ħames snin tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni;

21.  Jisħaq fuq il-fatt li huwa imperattiv politiku għal kull Parlament li jkun għadu kemm ġie elett li jkun jista' jinfluwenza b'mod sostanzjali l-QFP matul iċ-ċiklu elettorali tiegħu, kemm f'termini ta' ammonti kif ukoll ta' prijoritajiet politiċi; jenfasizza li l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew joffru l-opportunità liċ-ċittadini tal-UE biex jesprimu direttament il-pożizzjoni tagħhom dwar il-prijoritajiet baġitarji tal-Unjoni, li għandhom ikunu riflessi f'aġġustament postelettorali vinkolanti tal-qafas finanzjarju; jemmen, għalhekk, li matul kull ċiklu politiku, il-Kummissjoni jeħtiġilha tipproponi u kemm il-Parlament kif ukoll il-Kunsill jeħtiġilhom jiddeċiedu dwar il-ħolqien tal-QFP sussegwenti jew dwar reviżjoni obbligatorja ta' nofs it-terminu tal-QFP li jkun fis-seħħ;

22.  Jissottolinja l-ħtieġa li t-tul ta' żmien tal-QFP jgħaddi progressivament għal perjodu ta' 5+5, b'reviżjoni ta' nofs it-terminu obbligatorja; jistieden lill-Kummissjoni tfassal proposta ċara li tiddefinixxi l-metodi għall-implimentazzjoni fil-prattika ta' qafas finanzjarju 5+5; huwa konvint li perjodu uniku ta' ħames snin ma jistax jiġi kkunsidrat għat-tul ta' żmien tal-QFP, minħabba x-xkiel serju li jkun jimponi fuq ir-rekwiżiti ta' programmazzjoni u ta' implimentazzjoni ta' diversi politiki tal-UE;

23.  Jirrikonoxxi, madankollu, li l-għażla tad-dati tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li jmiss, previsti fir-rebbiegħa tal-2019, peress li l-QFP attwali jibqa' operattiv sa Diċembru 2020, ma tippermettix li s-soluzzjoni 5+5 tkun implimentata immedjatament, billi ma jkun intlaħaq l-ebda allinjament sodisfaċenti tad-diversi ċikli; huwa tal-fehma, għalhekk, li l-QFP li jmiss għandu jkun iffissat għal perjodu ta' seba' snin (2021-2027), inkluża reviżjoni obbligatorja ta' nofs it-terminu, bħala soluzzjoni ta' tranżizzjoni li tkun applikata għall-aħħar darba;

Reviżjoni ta' nofs it-terminu

24.  Huwa konvint mill-bżonn li jinżammu analiżi u reviżjoni, ġuridikament vinkolanti u obbligatorji, ta' nofs it-terminu tal-QFP, stabbiliti fir-Regolament dwar il-QFP il-ġdid; ifakkar li r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-2016 kienet l-ewwel okkażjoni storika li fiha saret reviżjoni reali tar-Regolament dwar il-QFP u li ġiet ivvalutata pożittivament kemm mill-Kunsill kif ukoll mill-Parlament, partikolarment f'termini ta' tisħiħ tad-dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà tal-QFP;

25.  Iqis li, għall-QFP 2021-2027, ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu għandha tkun proposta u deċiża f'ħin utli bil-għan li l-Parlament u l-Kummissjoni li jmiss jitħallew jaġġustaw il-qafas finanzjarju kif xieraq; jissottolinja li kwalunkwe reviżjoni tal-QFP għandha tiżgura l-involviment tal-Parlament u tħares il-prerogattivi tiegħu bħala fergħa ndaqs tal-awtorità baġitarja; jissottolinja, barra minn hekk, li kwalunkwe reviżjoni reali tinvolvi wkoll ir-reviżjoni tal-limiti massimi tal-QFP, f'każ li l-inadegwatezza tagħhom tkun stabbilita għall-bqija tal-perjodu;

Flessibbiltà

26.  Jissottolinja li, matul il-QFP attwali, l-awtorità baġitarja approvat mobilizzazzjoni sostanzjali tad-dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà u l-istrumenti speċjali inklużi fir-Regolament dwar il-QFP biex tiggarantixxi l-approprjazzjonijiet addizzjonali meħtieġa bħala reazzjoni għall-kriżijiet jew għall-finanzjament ta' prijoritajiet politiċi ġodda;

27.  Iqis, għaldaqstant, li d-dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà fl-ambitu tal-QFP attwali ħadmu tajjeb u taw soluzzjonijiet fir-rigward tal-finanzjament konsiderevoli meħtieġ partikolarment biex ikunu affrontati l-isfidi tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati u biex tkun indirizzata d-diskrepanza fl-investiment; ifakkar li l-Parlament kien l-oriġini ta' bosta minn dawn id-dispożizzjonijiet li ddefenda bil-qawwa matul in-negozjati tal-QFP preċedenti;

28.  Jemmen li għadu neċessarju tisħiħ ulterjuri ta' dawn id-dispożizzjonijiet bil-għan li jiġu indirizzati aħjar l-isfidi l-ġodda, l-avvenimenti imprevisti u l-prijoritajiet politiċi f'evoluzzjoni li jinqalgħu matul l-implimentazzjoni ta' pjan fit-tul, bħall-QFP; jitlob flessibbiltà msaħħa għall-QFP li jmiss, li għandha tippermetti li jiġu sfruttati kemm jista' jkun il-limiti massimi tal-QFP globali għall-impenji u għall-pagamenti;

Mekkaniżmi ta' flessibbiltà fil-QFP

29.  Iqis li l-limiti massimi tal-QFP li jmiss għandhom ikunu ffissati f'livell li jippermetti mhux biss il-finanzjament tal-politiki tal-UE, iżda wkoll l-għoti ta' marġnijiet suffiċjenti fl-impenji għal kull intestatura;

30.  Jinsab konvint li l-marġnijiet mhux allokati kollha għandhom jiġu riportati mingħajr restrizzjonijiet għas-snin finanzjarji sussegwenti u jiġu mobilizzati mill-awtorità baġitarja, għal kwalunkwe skop meqjus neċessarju, fil-proċedura baġitarja annwali; jitlob, għalhekk, li jinżammu l-marġnijiet globali għall-impenji, iżda mingħajr l-ebda restrizzjoni ta' ambitu u ta' żmien;

31.  Ifakkar li l-marġni globali għall-impenji jista' jimmobilizza biss il-marġnijiet mhux allokati sa sena N-1, ladarba jkunu ġew ikkonfermati permezz l-aġġustament tekniku qabel il-preżentazzjoni tal-Abbozz ta' Baġit; iqis, madankollu, li huwa essenzjali li jiġu eżaminati modi li bihom jiġu mobilizzati wkoll marġnijiet mhux allokati tas-sena N, bil-għan li xorta jitħalla l-finanzjament tal-bżonnijiet addizzjonali li jistgħu jinqalgħu matul is-sena;

32.  Jemmen bis-saħħa li l-impenji awtorizzati mill-awtorità baġitarja għandhom jintużaw għall-iskop oriġinarju tagħhom u li għandu jsir kull sforz biex ikun żgurat li dan ikun il-każ fl-oqsma politiċi kollha kemm huma; jistieden lill-Kummissjoni, b'mod partikolari, biex tkompli taħdem attivament f'din id-direzzjoni; huwa konvint, madankollu, li jekk id-diżimpenji tassew iseħħu, bħala konsegwenza tan-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-azzjonijiet li għalihom kienu allokati, għandhom jerġgħu jkunu disponibbli fil-baġit tal-UE u għandhom jiġu mobilizzati mill-awtorità baġitarja fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali; iqis li d-diżimpenji għandhom jidħlu direttament fil-marġni globali għall-impenji, u mhux fi kwalunkwe strument jew riżerva speċjali partikolari;

33.  Ifakkar li d-diżimpenji joħorġu mill-impenji li diġà kienu ġew awtorizzati mill-awtorità baġitarja u li normalment kellhom jirriżultaw f'pagamenti korrispondenti, li kieku l-azzjoni li kellhom jiffinanzjaw tkun saret kif ippjanat; jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li r-riċiklaġġ tad-diżimpenji fil-baġit tal-UE huwa ġustifikat b'mod debitu, iżda ma għandux ikun mezz li jeludi r-regoli rilevanti tad-diżimpenji li huma stabbiliti fir-regolamenti settorjali;

34.  Jindika l-bżonn li jkun żgurat riport sħiħ tal-marġni tal-pagamenti permezz tal-marġni globali għall-pagamenti fil-QFP kollu kemm hu; jopponi kull restrizzjoni jew limitu massimu applikati għal-livell ta' marġnijiet li jistgħu jkunu trasferiti, kif hu l-każ fil-QFP attwali, u jfakkar li dawn il-marġnijiet jistgħu jiġu mobilizzati biss jekk u sal-punt li l-awtorità baġitarja tiddeċiedi f'dan is-sens; jisħaq fuq il-fatt li l-Marġini Globali għall-Pagamenti jista' jkun strumentali biex jilqa' għal kwalunkwe kriżi ġdida ta' pagamenti li tista' tinqala';

35.  Jisħaq fuq il-possibbiltà li r-reviżjoni tal-livelli massimi għandha tibqa' għażla fir-Regolament dwar il-QFP f'każ li jseħħu avvenimenti imprevisti, meta l-ħtiġijiet ta' finanzjament ikunu jeżawrixxu jew jisbqu l-marġnijiet u l-istrumenti speċjali disponibbli; jappella biex ir-Regolament dwar il-QFP jipprevedi proċedura simplifikata għal reviżjoni mmirata taħt livell limitu maqbul;

36.  Jirrakkomanda li tinżamm il-possibbiltà ta' forniment minn qabel jew ta' posponiment lejn tmiem il-perjodu tal-finanzjament ta' kwalunkwe programm tal-UE, biex tkun tista' ssir azzjoni kontroċiklika li tikkorrispondi għar-ritmu tal-implimentazzjoni proprja u biex jiġi pprovdut rispons sinifikanti għal kriżijiet kbar; jappella, barra minn hekk, għall-flessibbiltà leġiżlattiva – bħalissa minquxa fil-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali (FII) – li tippermetti li jsir aġġustament fil-pakkett globali ta' programmi adottat bil-proċedura leġiżlattiva ordinarja sa +/-10 %, biex jiżdied b'mod ulterjuri għal +/-15 %;

37.  Jindika l-flessibbiltà li tista' tinkiseb permezz tat-trasferimenti fi ħdan l-istess intestatura tal-QFP, bil-għan li r-riżorsi finanzjarji jitqiegħdu eżatt fejn meħtieġa u tiġi żgurata implimentazzjoni aħjar tal-baġit tal-UE; iqis li numru inferjuri ta' intestaturi jikkontribwixxi għal flessibbiltà akbar fil-QFP; jitlob, madankollu, li l-Kummissjoni tinforma u tikkonsulta b'mod proattiv lill-awtorità tal-baġit meta tadotta trasferimenti awtonomi sinifikanti;

Strumenti speċjali tal-QFP

38.  Japprova l-arkitettura ġenerali tal-istrumenti speċjali tal-QFP, partikolarment l-Istrument ta' Flessibbiltà, ir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza, il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE u l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), u jirrimarka l-mobilizzazzjoni estensiva tagħhom fl-ambitu tal-QFP attwali; jitlob li jitjiebu l-pakketti finanzjarji u d-dispożizzjonijiet ta' funzjonament tagħhom;

39.  Jitlob, partikolarment, żieda sostanzjali fil-pakkett finanzjarju tal-Istrument ta' Flessibbiltà b'allokazzjoni annwali li tilħaq almenu EUR 2 biljun; ifakkar li l-Istrument ta' Flessibbiltà mhuwa marbut mal-ebda qasam politiku speċifiku u jista' għaldaqstant jiġi mobilizzat għal kwalunkwe skop li jiġi kkunsidrat neċessarju; iqis, għalhekk, li dan l-istrument jista' jkun mobilizzat biex ikopri kwalunkwe bżonn finanzjarju ġdid meta jinqala' matul il-QFP;

40.  Jindika r-rwol tar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza fil-provvista ta' risposta rapida għar-rekwiżiti ta' għajnuna speċifiċi ta' pajjiżi terzi għal avvenimenti imprevisti, u jenfasizza l-importanza partikolari tiegħu fil-kuntest attwali; jitlob żieda sostanzjali fil-pakkett finanzjarju tiegħu sa allokazzjoni annwali ta' EUR 1 biljun;

41.  Josserva, b'mod partikolari, il-mobilizzazzjoni notevoli tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jagħti assistenza f'għadd ta' diżastri naturali gravi b'konsegwenzi baġitarji sostanzjali; jenfasizza wkoll l-impatt pożittiv li dan l-istrument iħalli fuq l-opinjoni pubblika; jipproponi t-tisħiħ tal-pakkett finanzjarju tiegħu b'allokazzjoni annwali li tilħaq EUR 1 biljun;

42.  Iqis li l-użu tal-FEG, li jagħti solidarjetà u appoġġ tal-UE lill-ħaddiema li tilfu xogħolhom minħabba bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji kkawżati mill-globalizzazzjoni jew bħala konsegwenza tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, ma wassalx biex jintuża l-potenzjal sħiħ tiegħu u jista' jitjieb u jiġi integrat ulterjorment fi ħdan strateġija fuq terminu twil, sabiex b'mod effikaċi jilħaq u jintegra mill-ġdid ħaddiema ssensjati fis-suq tax-xogħol, fl-Istati Membri kollha; iqis li r-reviżjoni imminenti tal-FEG għandha teżamina l-iskop tiegħu u ttejjeb il-koordinazzjoni tiegħu ma' strumenti oħra; jemmen li FEG rivedut għandu jkun mgħammar b'almenu allokazzjoni annwali identika fil-QFP il-ġdid;

43.  Jipproponi l-ħolqien ta' riżerva speċjali għall-istrumenti speċjali tal-QFP ibbazata fuq l-approprjazzjonijiet li ma ntefqux li jiddekadu minn kull strument; iqis li din ir-riżerva għandha topera mingħajr ebda limitu temporali; jitlob li din ir-riżerva tkun mobilizzata favur kwalunkwe strument speċjali tal-QFP li, b'segwitu għal deċiżjoni tal-awtorità baġitarja, jintalab ikopri bżonn finanzjarju ogħla mill-kapaċità finanzjarja tiegħu;

44.  Josserva li attwalment jiġu applikati regoli differenti fir-rigward tat-tul ta' żmien għar-riport tal-approprjazzjonijiet li ma ntefqux għal kull strument speċjali tal-QFP; iqis li dawn għandhom ikunu armonizzati b'tali mod li titħalla l-applikazzjoni ta' regola N+1 waħda għal dawn l-istrumenti kollha;

45.  Iqis li l-marġni ta' kontinġenza għandu jinżamm bħala strument li jintuża bħala l-aħħar riżorsa; jisħaq li dan huwa strument speċjali li jista' wkoll jiġi mobilizzat għall-approprjazzjonijiet ta' pagament biss, u li l-mobilizzazzjoni tiegħu kienet strumentali biex tingħeleb il-kriżi tal-pagamenti tal-2014; jitlob, għaldaqstant, aġġustament 'il fuq tal-allokazzjoni annwali massima tiegħu għal 0,05 % tal-ING tal-UE;

46.  Jissottolinja li l-istrumenti speċjali tal-QFP għandhom ikunu kkalkolati barra mil-limiti massimi tal-QFP kemm għall-approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll ta' pagament; iqis li l-problema tal-inklużjoni fil-baġit tal-pagamenti ta' dawn l-istrumenti ġiet solvuta b'mod inekwivokabbli matul ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP 2014-2020, b'hekk intemm il-kunflitt ta' interpretazzjoni li ilu għaddej mal-Kunsill; jawspika l-introduzzjoni ta' dispożizzjoni ċara fir-Regolament dwar il-QFP, skont liema l-pagamenti li jirriżultaw mill-mobilizzazzjoni ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għall-istrumenti speċjali tal-QFP għandhom ikunu kkalkolati barra mil-limiti massimi ta' pagament annwali tal-QFP;

47.  Jinnota li l-FII attwali jeħtieġ maġġoranza sempliċi fil-Parlament għall-mobilizzazzjoni ta' tliet strumenti speċjali tal-QFP; iqis li din id-dispożizzjoni hija obsoleta, peress li tirrifletti l-maġġoranzi speċjali meħtieġa għall-adozzjoni tal-baġit tal-UE qabel it-Trattat ta' Lisbona; jappella biex ikun hemm approċċ omoġenu fir-rigward tar-rekwiżiti tal-votazzjoni għall-mobilizzazzjoni ta' dawn l-istrumenti, li għandhom ikunu l-istess bħal dawk tal-adozzjoni tal-baġit tal-UE;

Dħul – riżerva speċjali

48.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu meħuda żmien ilu skont liema kwalunkwe dħul li jirriżulta minn multi imposti lill-kumpaniji li jiksru r-regoli dwar il-kompetizzjoni tal-UE jew marbuta ma' pagamenti tardivi tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali fil-baġit tal-UE għandhom jikkostitwixxu partita supplimentari ta' dħul għall-baġit tal-UE, mingħajr tnaqqis korrispondenti fil-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING;

49.  Jitlob, għal dan l-għan, il-ħolqien ta' riżerva speċjali fuq in-naħa tad-dħul tal-baġit tal-UE, li se timtela progressivament bit-tipi kollha ta' dħul ieħor imprevist; iqis li din ir-riżerva għandha tkun attivata biex tkopri bżonnijiet ta' pagament addizzjonali, b'mod partikolari dawk marbuta mal-mobilizzazzjoni tal-marġni globali għall-impenji jew mal-istrumenti speċjali tal-QFP;

Użu effiċjenti u effikaċi tar-riżorsi tal-UE

50.  Jirrikonoxxi li l-kisba ta' valur miżjud Ewropew għandha tkun wieħed mill-prinċipji fundamentali li jiggwidaw l-istituzzjonijiet tal-UE fil-mument ta' deċiżjoni dwar it-tip ta' nfiq fil-QFP li jmiss; jirrimarka, madankollu, l-eżistenza ta' bosta interpretazzjonijiet tal-kunċett u jitlob definizzjoni unika, ċara u li tkun tista' faċilment tinftiehem tal-kriterji rilevanti li għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet territorjali u jinkludu, fejn possibbli, indikaturi ta' prestazzjoni li jistgħu jitkejlu; iwissi kontra kwalunkwe tentattiv ta' użu ta' tali definizzjoni sabiex iqiegħed f'dubju r-rilevanza tal-politiki u l-programmi tal-UE purament dwar kunsiderazzjonijiet ekonomiċi kwantitattivi jew fuq terminu qasir;

51.  Josserva r-referenza għan-nozzjoni ta' valur miżjud Ewropew ippreżentata f'diversi dokumenti tal-Kummissjoni; itenni l-lista tal-parametri identifikati mill-Parlament fir-riżoluzjoni(8) tiegħu f'dan il-kuntest; ifakkar li r-riżorsi tal-UE għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw beni pubbliċi Ewropej u jaġixxu bħala katalizzatur fl-għoti ta' inċentivi lill-Istati Membri fil-livelli amministrattivi kollha ħalli jaġixxu bil-għan li jissodisfaw l-objettivi tat-Trattat u jilħqu objettivi komuni tal-UE li altrimenti ma jkunux realizzati; jaqbel li l-baġit tal-UE għandu jintuża biex jiffinanzja azzjonijiet li tista' tibbenefika minnhom l-UE fl-intier tagħha, u dan ma jistax ikun żgurat b'mod effikaċi mill-ebda Stat Membru waħdu u li jista' joffri valur aħjar għall-flus meta mqabbel ma' azzjonijiet meħudin esklużivament f'livell nazzjonali, reġjonali jew lokali; jemmen, barra minn hekk, li l-baġit tal-UE għandu jikkontribwixxi għall-istabbiliment u għall-appoġġ tal-paċi u tal-istabbiltà fil-viċinat tal-UE u lil hinn minnu; iqis li l-valur miżjud Ewropew jinħoloq minn programmi f'ġestjoni kemm kondiviża kif ukoll diretta, biż-żewġ metodi li jkunu komplementari biex jintlaħqu l-miri tal-UE; f'dan il-kuntest, jistenna l-Istati Membri, biex fin-negozjati dwar il-QFP li jmiss, iżommu lura milli jsegwu loġika ta' "juste retour" li tqis biss l-interessi nazzjonali fil-forma ta' bilanċi netti;

52.  Iqis li nfiq aħjar, jiġifieri l-użu effiċjenti u nondiskriminatorju ta' kull euro tal-baġit tal-UE, jista' jsir mhux biss billi r-riżorsi tal-UE jiġu orjentati lejn l-azzjonijiet bl-ogħla valur miżjud Ewropew u bl-akbar żieda f'termini ta' riżultati tal-politiki u tal-programmi tal-UE, abbażi ta' valutazzjoni fil-fond tan-nefqa attwali, iżda wkoll billi jinkisbu aktar sinerġiji bejn il-baġit tal-UE u l-baġit nazzjonali, u billi jiġi żgurat it-titjib tanġibbli tal-arkitettura tal-infiq; jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Annwali tal-2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, għal qafas ta' kejl effiċjenti ta' indikaturi, rapportar aktar issimplifikat u bbilanċjat dwar il-prestazzjoni, u aċċess aktar faċli għar-riżultati tal-valutazzjoni;

53.  Jitlob semplifikazzjoni reali tas-sistema tal-baġit tal-UE fil-QFP li jmiss bil-għan li jiġi ffaċilitat l-assorbiment; jissottolinja, b'mod partikolari, il-bżonn li jitnaqqsu s-sovrappożizzjonijiet mhux meħtieġa bejn l-istrumenti li jservu tipi simili ta' azzjonijiet, pereżempju fis-setturi tal-innovazzjoni, tal-SMEs jew tat-trasport, mingħajr ma jkun hemm ir-riskju li jintilfu elementi importanti tal-programmi differenti, u l-bżonn li tiġi eliminata l-kompetizzjoni li teżisti bejn id-diversi forom u għejun ta' finanzjament, bil-għan li tkun żgurata l-komplementarjetà massima u jingħata qafas finanzjarju koerenti; jemmen li dan jista' jiffaċilita komunikazzjoni aktar ċara tal-prijoritajiet tal-UE liċ-ċittadini;

54.  Jissottolinja li l-"verifika tal-istat tas-saħħa" tal-infiq tal-UE ma tistax tipprevedi tnaqqis tal-livell ta' ambizzjoni tal-UE jew settorjalizzazzjoni tal-politiki u tal-programmi tal-UE, u lanqas ma għandha twassal għal sostituzzjoni tal-għotjiet bi strumenti finanzjarji biex ikunu jistgħu jiġu ffrankati ftit flus, inkwantu l-maġġoranza l-kbira tal-azzjonijiet appoġġjati mill-baġit tal-UE mhijiex idonea li tkun iffinanzjata minn dan tal-aħħar; huwa tal-fehma li l-"verifika tal-istat tas-saħħa" għandha pjuttost twassal għall-identifikazzjoni ta' modi li bihom tista' tittejjeb l-implimentazzjoni tal-programmi ta' nfiq tal-UE;

55.  Jitlob armonizzazzjoni wiesgħa tar-regoli, bil-għan li tinħoloq ġabra unika tar-regoli għall-istrumenti baġitarja kollha tal-UE, filwaqt li jitqiesu karattersitiċi speċifiċi għall-fondi u speċifiċi għas-settur; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tindirizza l-kwistjoni tal-kombinazzjoni tad-diversi għejun ta' finanzjament billi tipprovdi linji gwida ċari f'dan ir-rigward u tiżgura aċċess ugwali fit-tipi kollha ta' finanzjament fl-Istati Membri kollha;

56.  Huwa favur ukoll semplifikazzjoni reali tar-regoli ta' implimentazzjoni għall-benefiċjarji kif ukoll tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi permezz ta' aktar standardizzazzjoni u simplifikazzjoni tal-proċeduri u tad-dokumenti ta' programmazzjoni; jirrimarka, barra minn hekk, dwar il-ħtieġa li jiġu pprovduti aktar bini ta' kapaċità u assistenza teknika għall-benefiċjarji; jitlob li jkun hemm pass lejn evalwazzjoni bbażata fuq ir-riskju;

Unità, eżattezza tal-baġit u trasparenza

57.  Ifakkar li l-prinċipju tal-unità tal-baġit, skont liema d-dħul u n-nefqa kollha tal-Unjoni għandhom jidhru fil-baġit, huwa rekwiżit previst mit-Trattat u kundizzjoni demokratika bażika, jekk jeħtieġ li jkun hemm baġit trasparenti, leġittimu u responsabbli; jiddispjaċih li dan il-prinċipju maż-żmien mhuwiex qiegħed jiġi osservat aktar, filwaqt li l-kumplessità finanzjarja kibret, storikament fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, wara għadda mit-twaqqif tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, sal-inflazzjoni reċenti ta' mekkaniżmi ad hoc barra mill-baġit fil-forma ta' strumenti finanzjarji innovattivi u fondi fiduċjarji jew strumenti esterni li mhumiex irreġistrati fil-karta bilanċjali tal-Unjoni;

58.  Għandu dubji dwar il-ġustifikazzjoni u l-valur miżjud tal-ħolqien ta' strumenti barra mill-baġit tal-Unjoni; iqis li d-deċiżjonijiet biex jinħolqu u jinżammu dawn l-istrumenti huma fir-realtà xprunati mit-tentattiv li jinħbew il-bżonnijiet finanzjarji reali u li jkunu evitati r-restrizzjonijiet tal-QFP u tal-limiti massimi tar-riżorsi proprji; jiddeplora l-fatt li dawn l-istrumenti spiss iwasslu wkoll biex, fir-responsabbiltà tripla tiegħu bħala awtorità leġiżlattiva, baġitarja u ta' kontroll, il-Parlament jinqabeż, u jmorru kontra l-objettiv li jkun hemm aktar trasparenza għall-pubbliku ġenerali u l-benefiċjarji;

59.  Itenni, għaldaqstant, il-pożizzjoni li ilu li adotta dwar il-fatt li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, flimkien mal-istrumenti l-oħra barra mill-QFP, għandu jiġi integrat fil-baġit tal-Unjoni sabiex iżid il-leġittimità tiegħu kif ukoll l-effiċjenza u l-effikaċja tal-politika ta' żvilupp tal-Unjoni; jissottolinja, madankollu, li l-pakketti finanzjarji rispettivi għandhom jiżdiedu lil hinn mil-limiti massimi maqbula tal-QFP b'tali mod li l-inklużjoni fil-baġit ta' dawn l-istrumenti ma tħalli ebda impatt negattiv fuq il-finanzjament tagħhom, jew fuq programmi u politiki oħrajn tal-UE; jilqa', fil-prinċipju, il-proposta li l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà tiġi inkorporata fil-finanzi tal-Unjoni fil-forma ta' Fond Monetarju Ewropew, mingħajr preġudizzju għall-proġettazzjoni futura tiegħu;

60.  Huwa tal-fehma li l-fondi fiduċjarji tal-UE jistgħu jżidu l-valur billi jiġbru flimkien riżorsi minn diversi donaturi għal sitwazzjonijiet speċifiċi, iżda li l-użu tagħhom m'għandux jirriżulta f'sempliċi tikkettar mill-ġdid tal-finanzjament ippjanat tal-UE, u m'għandux jibdel l-objettivi oriġinali tal-istrumenti finanzjarji tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm skrutinju parlamentari akbar tal-ħolqien u l-implimentazzjoni tagħhom; jinsisti li l-fondi fiduċjarji tal-UE għandhom jappoġġjaw biss azzjonijiet barra mill-Unjoni;

61.  Iqis ukoll li, meta ċerta parti ta' operazzjonijiet barra mill-baġit tkun ikkunsidrata neċessarja biex jintlaħqu ċerti objettivi speċifiċi, pereżempju permezz tal-użu ta' strumenti finanzjarji jew fondi fiduċjarji, dawn għandhom jinżammu f'livell u tul ta' żmien limitati u għandhom ikunu totalment trasparenti, ġustifikati minn addizzjonalità u valur miżjud ippruvati, u appoġġjati minn dispożizzjonijiet sodi fil-qasam tal-obbligu ta' rendikont u proċeduri b'saħħithom ta' teħid ta' deċiżjonijiet;

62.  Jemmen li, fil-QFP li jmiss, il-baġit tal-Unjoni għandu juri b'aktar eżattezza il-kobor tad-dħul assenjat u l-impatt tiegħu fuq in-nefqa reali, b'mod partikolari dawk li ġejjin mill-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi terzi; jissottolinja li dan huwa saħansitra aktar rilevanti fid-dawl tax-xewqa tar-Renju Unit li jipparteċipa f'xi programmi tal-baġit tal-Unjoni tal-QFP ta' wara l-2020 il-ġdid bħala Stat mhux Membru, kif espress fil-kuntest tan-negozjati dwar il-ħruġ tiegħu mill-Unjoni;

Livell tal-pagamenti

63.  Ifakkar li l-approprjazzjonijiet ta' pagament huma l-konsegwenza loġika u legali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn, u jitlob li l-limiti massimi ta' pagament futuri jkunu stabbiliti f'livell xieraq, li jħallu biss distakk limitat u realistiku bejn l-impenji u l-pagamenti; jistenna li l-livelli massimi ta' pagament futuri jikkunsidraw, fuq naħa waħda, il-bżonn li jiġu onorati l-impenji li jirriżultaw mill-perjodu finanzjarju attwali li se jsiru pagamenti biss wara l-2020 u, min-naħa l-oħra, tal-ħtieġa li jintlaħqu l-impenji għall-programmi u l-istrumenti wara l-2020;

64.  Ifakkar fl-akkumulazzjoni ta' kontijiet mhux imħallsa pendenti fl-aħħar tal-QFP preċedenti li kellha riperkussjonijiet f'dak attwali u jwissi kontra r-ripetizzjoni ta' tali kriżi ta' pagamenti fit-tranżizzjoni għall-QFP li jmiss, peress li din ikollha konsegwenzi serji għall-benefiċjarji bħal studenti, universitajiet, SMEs u riċerkaturi; jiġbed l-attenzjoni lejn it-tendenza attwali ta' sottoeżekuzzjoni fil-pagamenti minħabba dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi 2014-2020, li twassal għal livelli dejjem akbar ta' impenji pendenti li għadhom iridu jitħallsu fi ħdan il-limiti massimi tal-QFP li jmiss; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, inkluż fil-livell tal-ministri tal-finanzi, biex janalizzaw il-kawżi ewlenin ta' dan id-dewmien u biex joħorġu b'miżuri konkreti ta' simplifikazzjoni biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni fil-futur;

65.  Jinnota l-eżitu preliminari tan-negozjati dwar is-saldu finanzjarju fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, li jipprevedi l-parteċipazzjoni sħiħa tar-Renju Unit fil-finanzjament u fl-implimentazzjoni tal-programmi 2014-2020 bil-konsegwenzi finanzjarji kollha rilevanti;

Strumenti finanzjarji

66.  Jenfasizza li l-baġit tal-UE għandu għad-dispożizzjoni tiegħu firxa wiesgħa ta' strumenti li jiffinanzjaw attivitajiet appoġġjati fil-livell tal-UE u li jistgħu jinġabru f'żewġ kategoriji, jiġifieri għotjiet fuq naħa waħda, u strumenti finanzjarji fil-forma ta' garanziji, self, kondiviżjoni tar-riskji jew ekwità fuq in-naħa l-oħra; ifakkar ukoll fil-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, li l-għan tiegħu huwa l-mobilizzazzjoni tal-kapital privat u pubbliku fl-UE kollha favur proġetti f'setturi ewlenin għall-ekonomija tal-UE, sabiex jiġi integrat il-finanzjament pubbliku limitat;

67.  Jirrikonoxxi l-potenzjal tal-istrumenti finanzjarji biex iżidu l-impatt ekonomiku u politiku tal-baġit tal-Unjoni; jenfasizza, madankollu, li dawn jistgħu jiġu applikati biss għal proġetti li jiġġeneraw dħul f'każijiet ta' kundizzjonijiet ta' investiment subottimali jew falliment tas-suq, u għalhekk jikkostitwixxu biss forma ta' finanzjament komplementari minflok waħda alternattiva meta mqabbla ma' għotjiet; jenfasizza li l-istrumenti finanzjarji ma għandux ikollhom l-għan li jissostittwixxu skemi eżistenti ta' finanzjament pubbliċi jew privati u għandhom jikkonformu mal-impenji domestiċi u internazzjonali;

68.  Ifakkar fit-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tidentifika dawk l-oqsma li huma moqdija l-aħjar bl-għotjiet, dawk li jistgħu jkunu adattati aħjar bi strumenti finanzjarji, u dawk fejn l-għotjiet jistgħu jiġu kkombinati ma' strumenti finanzjarji u biex tirrifletti dwar bilanċ xieraq bejn it-tnejn; jinsab konvint li s-sussidji għandhom jibqgħu l-metodu predominanti għall-finanzjament tal-proġetti tal-UE fil-QFP li jmiss; jissottolinja li s-self, il-garanziji, il-qsim tar-riskji u l-finanzjament mill-bejgħ ta' ishma għandhom jintużaw b'kawtela, fuq il-bażi ta' valutazzjonijiet ex ante xierqa u biss meta l-użu tagħhom ikun jista' juri valur miżjud ċar u effett ta' lieva; jinnota li jista' jittejjeb l-użu tal-istrumenti finanzjarji u s-sinerġiji mal-għotjiet; jitlob li jkun hemm sforzi kbar biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-istrumenti finanzjarji għall-benefiċjarji, u għal aktar flessibbiltà fl-użu transsettorjali tas-sistemi finanzjarji differenti, sabiex jingħelbu r-regoli restrittivi li jipprevjenu lill-benefiċjarji milli jieħdu vantaġġ ta' programmi multipli għal proġetti b'għanijiet korrispondenti;

69.  Jistieden lill-Kummissjoni tissemplifika u tarmonizza r-regoli li jirregolaw l-użu tal-istrumenti finanzjarji fil-QFP li jmiss bil-għan li tkun massimizzata l-applikazzjoni effiċjenti tagħhom; jieħu nota ta' proposta possibbli, li tkun teħtieġ diskussjoni fil-fond, għal fond uniku li jintegra l-istrumenti finanzjarji fil-livell tal-UE li huma ġestiti b'mod ċentralizzat; huwa tal-opinjoni li għandha tiġi pprovduta struttura ċara għall-għażla ta' tipi differenti ta' strumenti finanzjarji għal oqsma politiċi u tipi ta' azzjonijiet differenti u li l-istrumenti finanzjarji rilevanti għandhom ikomplu jiġu bbaġitjati taħt linji baġitarji separati sabiex tiġi pprovduta ċarezza tal-istrumenti; jissottolinja, madankollu, li tali armonizzazzjoni tar-regoli ma tistax taffettwa l-istrumenti finanzjarji ġestiti mill-Istati Membri fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni jew fil-qasam tal-azzjonijiet esterni;

70.  Ifakkar fl-appelli ripetuti tiegħu għal aktar trasparenza u skrutinju demokratiku fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji appoġġjati mill-baġit tal-Unjoni;

Struttura

71.  Iqis li jkun tajjeb li l-istruttura tal-QFP li jmiss tipprevedi aktar viżibbiltà tal-prijoritajiet politiċi u baġitarji tal-UE għaċ-ċittadini Ewropej, u jagħmel appell għal preżentazzjoni aktar ċara tal-oqsma kollha tal-infiq tal-UE; jinsab konvint li l-pilastri prinċipali tal-infiq futur tal-Unjoni spjegati f'din ir-riżoluzzjoni għandhom ikunu riflessi kif xieraq;

72.  Jemmen, għaldaqstant, li l-preżentazzjoni attwali tal-intestaturi tirrikjedi ċertu titjib, iżda huwa kontra kwalunkwe bidla radikali inġustifikata; jipproponi, konsegwentement, l-istruttura segwenti għall-QFP ta' wara l-2020;

Intestatura 1: Ekonomija aktar b'saħħitha u sostenibbli

 

Inklużi programmi u strumenti li jappoġġjaw:

taħt ġestjoni diretta

–  ir-riċerka u l-innovazzjoni

–  l-industrija, l-imprenditorija u l-impriżi żgħar u ta' daqs medju

–  it-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u s-soċjetà

–  il-proġetti infrastrutturali l-kbar

–  it-trasport, l-enerġija, l-ispazju

–  l-ambjent u l-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima

 

 

Intestatura 2: Aktar koeżjoni u solidarjetà fl-Ewropa

 

Inklużi programmi u strumenti li jappoġġjaw:

–  il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (taħt ġestjoni konġunta):

  l-investimenti fl-innovazzjoni, fir-riċerka, fid-diġitalizzazzjoni, fit-tranżizzjoni industrijali, fl-SMEs, fit-trasport, fl-adattament u l-mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima, fl-ambjent u fl-enerġija

  l-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tnaqqis tal-faqar u l-isfidi demografiċi

–  l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u t-tagħlim tul il-ħajja;

–  il-kultura, iċ-ċittadinanza, il-midja u l-komunikazzjoni

–  id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali

–  is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel

–  l-asil, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni, il-ġustizzja u l-konsumaturi

–  l-appoġġ għall-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-koordinament magħhom

 

 

Intestatura 3: Agrikoltura u sajd aktar b'saħħithom u sostenibbli

 

Inklużi programmi u strumenti li jappoġġjaw:

–  l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali

–  l-affarijiet marittimi u s-sajd

 

 

Intestatura 4: Aktar responsabbiltà fid-dinja

 

Inklużi programmi u strumenti li jappoġġjaw:

–  il-kooperazzjoni internazzjonali u l-iżvilupp

–  il-viċinat

–  it-tkabbir

–  l-għajnuna umanitarja

–  id-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u l-ugwaljanza bejn is-sessi

–  il-kummerċ

 

 

Intestatura 5: Sigurtà, paċi u stabbiltà għal kulħadd

 

Inklużi programmi u strumenti li jappoġġjaw:

–  is-sigurtà, inkluża ċ-ċibersigurtà

–  ir-risposta għall-kriżijiet u l-istabbiltà, inkluża l-protezzjoni ċivili

–  il-politika estera u ta' sigurtà komuni

–  ir-riċerka, inkluż ir-riċerka u l-innovazzjoni

 

 

Intestatura 6: Amministrazzjoni effiċjenti għas-servizz taċ-ċittadini Ewropej

 

–  finanzjament tal-persunal tal-UE

–  finanzjament tal-bini u tat-tagħmir tal-istituzzjonijiet tal-UE

 

73.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi f'anness mal-baġit Ewropew in-nefqa kollha marbuta mal-UE li ssir barra mill-baġit tal-UE bħala riżultat ta' ftehimiet u proċeduri intergovernattivi; jemmen li din l-informazzjoni, mogħtija fuq bażi annwali, tkun tikkompleta l-istampa tal-investimenti kollha li magħhom l-Istati Membri impenjaw ruħhom fil-livell Ewropew;

III. Politiki

Ekonomija aktar b'saħħitha u sostenibbli

74.  Jenfasizza l-importanza li jkunu kkompletati ż-żona Ewropea tar-riċerka, l-unjoni tal-enerġija, iż-żona unika Ewropea tat-trasport u s-suq uniku diġitali bħala elementi fundamentali tas-suq uniku Ewropew;

75.  Jemmen li l-QFP li jmiss għandu jipprevedi aktar konċentrazzjoni tar-riżorsi baġitarji f'oqsma li juru valur miżjud Ewropew ċar u jistimulaw it-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività, is-sostenibbiltà u l-impjiegi madwar ir-reġjuni kollha tal-UE; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq l-importanza tar-riċerka u tal-innovazzjoni fil-ħolqien ta' ekonomija sostenibbli bbażata fuq l-għarfien u li tinsab fuq quddiem nett fil-livell dinji, u jiddispjaċih li, minħabba n-nuqqas ta' finanzjament adegwat, parti żgħira biss tal-proġetti ta' kwalità għolja f'dan il-qasam ibbenefikat mill-finanzjament tal-UE fl-ambitu tal-QFP attwali;

76.  Jitlob, għalhekk, żieda sostanzjali tal-baġit kumplessiv allokat għad-disa' Programm Qafas (FP9) fil-QFP li jmiss, li għandha tkun iffissata f'livell ta' almenu EUR 120 biljun; iqis li dan il-livell huwa xieraq biex jiggarantixxi l-kompetittività globali u r-rwol ta' tmexxija xjentifika, teknoloġika u industrijali tal-Ewropa, biex twieġeb għall-isfidi tas-soċjetà u biex tikkontribwixxi ħalli jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-UE u l-SDGs; jappella, b'mod partikolari, li jsiru sforzi sabiex tiġi stimolata innovazzjoni rivoluzzjonarja u li toħloq is-suq, notevolment għall-SMEs;

77.  Jitlob, barra minn hekk, enfasi akbar fuq l-implimentazzjoni tar-riċerka u tal-innovazzjoni permezz ta' impriżi konġunti u strumenti oħra u għall-appoġġ tal-investimenti f'teknoloġiji kruċjali biex tkun eliminata d-diskrepanza fl-investiment fil-qasam tal-innovazzjoni; jenfasizza li ż-żieda fir-riżorsi trid tkun akkumpanjata minn simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' finanzjament; jilqa' l-isforzi li għamlet il-Kummissjoni f'dan ir-rigward u jinsisti biex dawn ikomplu fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss sabiex jingħata aċċess aħjar u kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-applikanti permezz ta' sistema ġdida għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati miżuri biex jistimulaw parteċipazzjoni bbilanċjata mill-Istati Membri kollha tal-UE;

78.  Jilqa' l-proposta reċenti tal-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat il-finanzjament tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar għas-snin li ġejjin; jenfasizza l-importanza ta' dan il-fond sabiex tiġi ffinanzjata r-riċerka f'dan is-settur industrijali; jemmen, għalhekk, li hija meħtieġa soluzzjoni fit-tul li tiżgura l-finanzjament wara l-2020 u li tinkorpora wkoll il-fond fil-baġit tal-Unjoni sabiex jippermetti lill-Parlament jaqdi r-rwol tiegħu bħala awtorità għall-kontroll tal-baġit;

79.  Jenfasizza li l-SMEs u l-mikrointrapriżi huma l-muturi ewlenin tat-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni u l-impjiegi, u jipprovdu 85 % tal-impjiegi ġodda kollha; jirrikonoxxi r-rwol importanti tagħhom biex jiġi żgurat l-irkupru ekonomiku u tingħata spinta lil ekonomija sostenibbli tal-UE; ifakkar li hemm aktar minn 20 miljun SME fl-UE u li dawn jammontaw għal 99 % tan-negozji kollha; iqis li t-titjib tal-aċċess għall-finanzjamenti għall-SMEs, madwar l-Istati Membri kollha, għandu jkompli jibqa' objettiv politiku importanti għall-QFP li jmiss, sabiex titjieb aktar il-kompetittività u s-sostenibbiltà tagħhom; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li tiġi promossa l-intraprenditorija u jittejjeb l-ambjent tan-negozju għall-SMEs sabiex jingħataw il-possibbiltà li jilħqu l-potenzjal kollu tagħhom fl-ekonomija globali tal-lum;

80.  Jilqa' s-suċċess tal-programm tal-UE ddedikat għall-kompetittività tal-intrapriżi u tal-SMEs (COSME) taħt il-QFP attwali; jenfasizza l-livell għoli ta' implimentazzjoni ta' dan il-programm, u jirrimarka l-kapaċità tiegħu li jassorbi saħansitra aktar minn hekk; jitlob, għalhekk, li l-pakkett finanzjarju tal-programm COSME jiġi rduppjat sabiex jikkorrispondi għall-ħtiġijiet attwali tal-ekonomija tal-UE u għad-domanda sinifikanti għal parteċipazzjoni;

81.  Itenni l-impenn qawwi tiegħu fil-konfront tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS), li jimmira li jimmobilizza EUR 500 biljun f'investimenti ġodda fl-ekonomija reali fl-ambitu tal-QFP attwali; jemmen li l-FEIS diġà ta spinta qawwija u mmirata lis-setturi ekonomiċi li jiffavorixxu t-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi; jenfasizza l-impatt pożittiv tal-FEIS dwar il-provvediment ta' finanzjament għal SMEs madwar l-Unjoni; jilqa', għalhekk, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq proposta leġiżlattiva għat-tkomplija u t-titjib ta' din l-iskema ta' investiment b'baġit apposta li m'għandux ikun iffinanzjat askapitu tal-politiki u l-programmi eżistenti taħt il-QFP l-ġdid; jisħaq fuq il-fatt li kwalunkwe proposta leġiżlattiva għandha tissejjes fuq il-konklużjonijiet ta' analiżi tal-Kummissjoni u ta' evalwazzjoni indipendenti; jistenna li l-proposta l-ġdida ser tindirizza b'mod effikaċi kwalunkwe nuqqas tal-implimentazzjoni tal-FEIS u ser ittejjeb, inter alia, il-koperatura ġeografika tal-fond, sabiex il-benefiċċji tiegħu jinħassu madwar l-Unjoni;

82.  Jinsisti fuq l-importanza tal-QFP għas-setturi li jiddependu minn investimenti fit-tul, bħas-settur tat-trasport sostenibbli; jenfasizza li l-infrastruttura tat-trasport tikkostitwixxi s-sinsla tas-suq uniku u hija pedament għat-tkabbir sostenibbli u għall-ħolqien tal-impjiegi; jinnota li t-twettiq ta' spazju uniku Ewropew tat-trasport kollegat mal-pajjiżi ġirien jirrikjedi infrastrutturi ewlenin tat-trasport u jrid jitqies bħala prijorità ċentrali għall-kompetittività tal-UE u għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha, inklużi għal żoni periferali u gżejjer; iqis, għaldaqstant, li l-QFP li jmiss għandu jipprevedi biżżejjed finanzjament għal proġetti li jikkontribwixxu b'mod partikolari għat-tlestija tan-netwerk ċentrali TEN-T u tal-kurituri tiegħu, li għandhom ikomplu jiġu estiżi; ifakkar l-għanijiet stabbiliti minn COP 21 fir-rigward tat-trasport sabiex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinvestu fi trasport pubbliku intelliġenti, sostenibbli u integrat;

83.  Jenfasizza li programm CEF aġġornat u aktar effikaċi għandu jkopri l-modi kollha ta' trasport, inkluża l-infrastuttura tat-triq u ferrovjarja, kif ukoll il-passaġġi fuq l-ilma interni; iqis li għandu jipprijoritizza rabtiet akbar bejn in-netwerks u l-modi komprensivi tat-trasport li jikkontribwixxu biex inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, u jiffokaw fuq interkonnessjonijiet u t-tlestija tan-netwerk fiż-żoni periferali; itenni l-importanza li tissaħħaħ l-interoperabbiltà permezz tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju u jippermetti l-użu sħiħ tal-inizjattiva tal-Ajru Uniku Ewropew; jitlob li titlesta s-sistema diġitali Ewropea għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru;

84.  Jitlob li tinħoloq linja baġitarja speċifika għat-turiżmu fil-QFP li jmiss, sabiex isir pass lejn politika ġenwina Ewropea għat-turiżmu li tista' tikkontribwixxi b'mod sinifikattiv għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi;

85.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi investiment fl-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-ġenerazzjoni li jmiss u tippromwovi l-użu tagħhom; jissottolinja l-importanza li jiġu żgurati l-finanzjamenti għat-tlestija tas-suq uniku diġitali, billi jiġi sfruttat bis-sħiħ l-ispettru, jiġi żgurat l-aġġornament tan-netwerks fissi u d-densifikazzjoni tan-netwerks tal-mowbajl, jiġi promoss il-5G u l-konnettività gigabit, kif ukoll isir progress ulterjuri fl-armonizzazzjoni tar-regoli tal-UE sabiex jinħoloq il-qafas regolatorju xieraq għat-titjib tal-konnettività tal-internet fl-Unjoni kollha; jenfasizza li s-settur tat-telekomunikazzjonijiet tas-CEF għandu jkompli jappoġġja l-Infrastrutturi tas-Servizz Diġitali u netwerks ta' veloċità kbira billi jsiru aktar aċċessibbli anki fir-reġjuni mbiegħda u fiż-żoni rurali, u billi jitjiebu l-kompetenza diġitali, l-interkonnettività u l-interoperabbiltà; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi appoġġjata t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u tas-soċjetà Ewropej u biex ikun hemm investiment f'teknoloġiji essenzjali bħal Big Data, l-intelliġenza artifiċjali jew il-computing ta' prestazzjoni għolja, f'infrastruttura u f'ħiliet diġitali sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE u tittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-Ewropej;

86.  Iqis bħala essenzjali l-garanzija ta' provvista enerġetika sostenibbli u bi prezzijiet raġonevoli fl-Ewropa; jitlob, għalhekk, appoġġ kontinwu għall-investimenti li jiżguraw diversifikazzjoni tas-sorsi u tar-rotot tal-enerġija, iż-żieda tas-sigurtà enerġetika u l-indipendenza enerġetika, u t-titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-użu ta' enerġija rinnovabbli, anki permezz tal-Enerġija tas-CEF; jisħaq, partikolarment, fuq l-importanza li jingħata appoġġ komprensiv, speċjalment lir-reġjuni b'livell għoli ta' emissjonijiet ta' karbonju, għat-tranżizzjoni enerġetika, għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, għall-modernizzazzjoni tal-ġenerazzjoni ta' enerġija, għat-titjib ta' interkonnessjonijiet transfruntieri u għall-użu tal-grilji intelliġenti, għat-teknoloġiji għall-ġbir, użu u ħżin tal-karbonju u għall-modernizzazzjoni tat-tisħin distrettwali; iqis li t-trasformazzjoni tas-settur tal-enerġija fid-dawl tal-objettivi dwar il-klima għandha tiġi appoġġjata kif xieraq, speċjalment f'reġjuni u pajjiżi dipendenti fuq il-faħam, sabiex jikkontribwixxu b'mod effikaċi għal tranżizzjoni strateġika lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet; jappella għall-istabbiliment ta' fond komprensiv sabiex tiġi appoġġjata tranżizzjoni ġusta, partikolarment permezz tal-iżvilupp u t-tqassim ta' sorsi rinnovabbli, soluzzjonijiet ta' enerġija effiċjenti, ħżin tal-enerġija, soluzzjonijiet elettromobbli u infrastruttura, modernizzazzjojni tal-ħolqien tal-enerġija u l-grilji, teknoloġiji avvanzati għall-ħolqien tal-enerġija, inkluż il-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju (CCS), il-ġbir, l-użu u l-ħżin tal-karbonju (CCU) u l-gassifikazzjoni tal-faħam, l-immodernizzar tat-tisħin distrettwali, inkluża l-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, l-adattament bikri għal standards ambjentali futuri u r-ristrutturar tal-industriji intensivi fl-użu tal-enerġija, kif ukoll jiġu indirizzati l-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali;

87.  Jissottolinja l-importanza strateġika ta' proġetti infrastrutturali fuq skala kbira, bħar-Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER), is-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS), is-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (Galileo), il-Programm ta' Osservazzjoni tad-Dinja (Copernicus) u l-Komunikazzjonijiet Governattivi bis-Satellita (GOVSATCOM) għall-kompetittività, is-sikurezza u s-setgħa politika futuri tal-UE; jindika li l-baġit tal-UE jeħtieġ li mhux biss jiżgura l-finanzjament ta' dawn il-proġetti l-kbar, iżda wkoll jipprevedi, għal dan il-għan, fondi delimitati (ring-fenced) biex l-ispejjeż possibbli li jkunu akbar minn dawk ippjanati ma jheddux il-finanzjament u l-implimentazzjoni b'suċċess ta' politiki oħrajn tal-Unjoni, kif intwera fil-QFP preċedenti f'ċerti każijiet individwali; ifakkar li, għal dan l-iskop, l-ammont massimu għal dawn il-proġetti bħalissa huwa ffissat fir-Regolament tal-QFP, u jitlob dispożizzjonijiet simili fir-regolament il-ġdid;

88.  jisħaq fuq l-importanza tar-rwol tat-tmexxija tal-UE f'li tippreserva, tipproteġi u ttejjeb il-kwalità tal-ambjent u l-indirizzar tat-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni tal-ekosistemi u t-telf tal-bijodiversità; iqis li finanzjament stabbli u xieraq huwa essenzjali għall-kisba tal-impenji internazzjonali tal-UE, bħal pereżempju l-Ftehim ta' Pariġi; ifakkar li l-QFP li jmiss għandu jgħin lill-Unjoni tilħaq dawk l-objettivi u għandu jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju sal-2050; jissottolinja li l-UE ma għandhiex tiffinanzja proġetti u investimenti li jmorru kontra l-ilħuq ta' dawn l-objettivi; jitlob integrazzjoni totali tal-aspetti marbuta mal-klima tal-infiq futur tal-UE; jitlob, f'dan ir-rigward, għal programmi kkonċernati, bħal-LIFE+, li jkunu ffinanzjati b'mod xieraq u biex jitkomplew u jiżdiedu, u għall-istabbiliment ta' pakketti ddedikati għall-bijodiversità u l-ġestjoni tan-netwerk Natura 2000;

Aktar koeżjoni u solidarjetà fl-Ewropa

89.  Jenfasizza li l-politika ta' koeżjoni ta' wara l-2020 għandha tibqa' l-politika ta' investiment prinċipali tal-Unjoni Ewropea li tinkludi lir-reġjuni kollha tal-UE, sabiex tindirizza sfidi soċjoekonomiċi kumplessi filwaqt li tikkonċentra l-maġġoranza tar-riżorsi fuq ir-reġjuni l-aktar vulnerabbli; jemmen li, lil hinn mill-għan li tnaqqas id-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp u żżid il-konverġenza kif minqux fit-Trattat, il-politika ta' koeżjoni għandha tikkonċentra fuq l-ilħuq tal-objettivi politiċi wesgħin tal-UE u tipproponi, għaldaqstant, li fl-ambitu tal-QFP li jmiss, it-tliet fondi tal-politika ta' koeżjoni, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta' Koeżjoni, jikkonċentraw prinċipalment fuq l-għoti ta' appoġġ għat-tkabbir u l-kompetittività, għall-innovazzjoni u r-riċerka, id-diġitalizzazzjoni, it-tranżizzjoni industrijali, l-SMEs, it-trasport, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima, is-sostenibbiltà ambjentali u t-tranżizzjoni enerġetika ġusta, l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tnaqqis fil-faqar u l-isfidi demografiċi; jisħaq fuq il-fatt li dawn it-tliet fondi jirrappreżentaw il-komponenti integrali tal-politika ta' koeżjoni tal-UE, u jistgħu joperaw biss b'mod konġunt taħt il-qafas uniku ta' din il-politika; jitlob, barra minn hekk, għal kooperazzjoni territorjali msaħħa, inkluż komponent transfruntier u dimensjoni urbana għall-politika, kif ukoll dispożizzjonijiet dedikati għal żoni rurali, muntanjużi, remoti u gżejjer;

90.  Iqis ta' importanza assoluta ż-żamma tal-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni ta' wara l-2020 għall-UE-27 almenu għal-livell tal-baġit 2014-2020 bi prezzijiet kostanti; jenfasizza li l-PDG għandu jibqa' wieħed mill-parametri għall-allokazzjoni tal-fondi tal-politika ta' koeżjoni, iżda jemmen li dan għandu jkun komplementat minn ġabra addizzjonali ta' indikaturi soċjali, ambjentali u demografiċi biex tingħata stampa aktar preċiża tat-tipi l-ġodda ta' inugwaljanzi bejn u fi ħdan ir-reġjuni tal-UE fl-Istati Membri kollha; jappoġġja, barra minn dan, it-tkomplija, fl-ambitu tal-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid, tal-elementi li ġabu lill-politika ta' koeżjoni aktar moderna u aktar orjentata lejn ir-riżultati fl-ambitu tal-QFP attwali, jiġifieri l-konċentrazzjoni tematika, il-kondizzjonalitajiet ex ante, il-qafas tal-prestazzjoni u r-rabta mal-governanza ekonomika;

91.  Jinsab impenjat b'konvinzjoni favur l-impenji, li jirriżultaw mill-Artikolu 9 tat-TFUE għall-kisba ta' Ewropa soċjali u għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, abbażi tat-tkabbir sostenibbli ta' ekonomija tas-suq soċjali ferm kompetittiva, bil-għan li jinkiseb livell massimu ta' impjiegi u progress soċjali u jiġu promossi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal kif stabbiliti fit-Trattat; jenfasizza li tali implimentazzjoni tirrikjedi li l-politiki soċjali jkunu ffinanzjati kif xieraq u jissottolinja l-bżonn konsegwenti li jissaħħew mill-ġdid l-istrumenti finanzjarji eżistenti li jikkontribwixxu għal dawn l-għanijiet, partikolarment il-FSE, l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, il-FEG u l-EaSI; jinsisti li dawn se jitħarsu fil-QFP li jmiss u li dawn għandhom jibqgħu jiġu implimentati b'mod predominanti permezz tal-għotjiet;

92.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha biex jistabbilixxu fond speċjali ddedikat għall-Garanzija għat-Tfal, li jqiegħed lit-tfal fiċ-ċentru tal-politiki li jespandu dwar it-tnaqqis tal-faqar u jassigura r-riżorsi korrispondenti għall-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri politiċi neċessarji, inkluż billi jgħin lill-ġenituri joħorġu mill-esklużjoni soċjali u mill-qgħad permezz ta' interventi mmirati;

93.  Jenfasizza li l-FSE b'mod partikolari għandu jespandi l-appoġġ tiegħu għall-iżvilupp tad-djalogu soċjali, jiġifieri billi jtejjeb il-bini ta' kapaċità ta' sħab soċjali inkluż fil-livelli settorjali u intersettorjali Ewropej u li dan l-impenn għandu jsir obbligatorju għall-Istati Membri fir-reġjuni kollha tal-UE;

94.  Jenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa kontinwa tal-ġlieda kontra l-qgħad u l-esklużjoni fost iż-żgħażagħ, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs), bħala parti minn approċċ komprensiv għall-politiki taż-żgħażagħ fil-livell tal-UE; jappella, għalhekk, biex il-pakkett tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ jiġi rduppjat għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE, filwaqt li tiġi żgurata l-allokazzjoni rapida u simplifikata ta' fondi u finanzjament permanenti u stabbli fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss; jissottolinja l-ħtieġa għal regolament imtejjeb sabiex tiġi ssalvagwardjata l-parteċipazzjoni nondiskriminatorja fil-programm għaż-żgħażagħ li jiġu minn sfond soċjoekonomiku żvantaġġat; iqis li l-investiment maħsub biex jagħti spinta lill-edukazzjoni u t-taħriġ, speċjalment l-iżvilupp tal-litteriżmu diġitali, jibqa' fost il-prijoritajiet assoluti tal-UE; jinsisti li dan il-programm ma jridx jissostitwixxi l-infiq preċedentement iffinanzjat mill-baġits nazzjonali;

95.  Jesprimi appoġġ għall-programmi fl-oqsma tal-kultura, tal-edukazzjoni, tal-mezzi ta' komunikazzjoni, taż-żgħażagħ, tal-isport, tad-demokrazija, taċ-ċittadinanza u tas-soċjetà ċivili li wrew biċ-ċar il-valur miżjud Ewropew tagħhom u ilhom igawdu minn popolarità fost il-benefiċjarji; jirrakkomanda, għalhekk, investiment kontinwu fil-qafas għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ fl-2020 permezz tal-programm Erasmus+, Ewropa Kreattiva u l-programmi L-Ewropa għaċ-Ċittadini, sabiex jintlaħqu persuni ta' kull età, speċjalment iż-żgħażagħ; itenni l-appoġġ tiegħu biex tissaħħaħ id-dimensjoni esterna tal-programmi Erasmus+ u Ewropa Kreattiva; jirrakkomanda, barra minn hekk, it-tkomplija tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, b'riżorsi adegwati li ma għandhomx isiru għad-detriment ta' programmi oħra tal-UE; jenfasizza wkoll il-kontribut sinifikanti li l-industriji kulturali u kreattivi (CCIs) għat-tkabbir u l-impjiegi fl-UE;

96.  Jirrakkomanda li jitwaqqaf Fond Ewropew tad-Demokrazija intern għall-appoġġ imsaħħaħ tas-soċjetà ċivili u tal-NGOs li jaħdmu fl-oqsma tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, li għandu jkun ġestit mill-Kummissjoni;

97.  Jitlob, b'mod partikolari, li l-pakkett għal Erasmus+ mill-inqas jittripla fil-QFP li jmiss bil-għan li jintlaħqu ħafna aktar żgħażagħ, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u studenti mill-iskejjel sekondarji u apprendisti mill-Ewropa kollha, u biex jiġu pprovduti b'kompetenzi ta' valur u ħiliet għall-ħajja permezz ta' opportunitajiet ta' tagħlim matul il-ħajja kollha, edukazzjoni bbażata fuq min qed jitgħallem, edukazzjoni mhux formali u tagħlim informali, b'mod partikolari l-volontarjat u x-xogħol maż-żgħażagħ; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lill-persuni li jkunu ġejjin minn sfond soċjoekonomiku żvantaġġjat sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-programm, kif ukoll għal persuni b'diżabilità;

98.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti segwitu għall-proġett "18th Birthday Interrail Pass for Europe" ("Biljett Interrail għall-Ewropa f'Għeluq it-18-il sena") u timplimenta programm dedikat fil-QFP li jmiss b'biżżejjed approprjazzjonijiet annwali biex jiġu koperti l-applikazzjonijiet kollha għal biljett ferrovjarju b'xejn li jaslu mingħand żgħażagħ Ewropej li jagħlqu t-18-il sena f'sena speċifika; jissottolinja li proġett bħal dan isir komponent ewlieni fiż-żieda tal-kuxjenza u tal-identità Ewropej, speċjalment fid-dawl ta' theddidiet bħall-popoliżmu u t-tixrid ta' informazzjoni qarrieqa; itenni li biex jintlaħaq l-objettiv ta' programm bħal dan, hija mistennija proposta b'bażi ġuridika xierqa mingħand il-Kummissjoni;

99.  Jistenna li fil-perjodu wara l-2020, l-Unjoni Ewropea se tgħaddi minn modalità ta' ġestjoni tal-kriżi għal politika komuni Ewropea permanenti fil-qasam tal-asil u tal-migrazzjoni; jisħaq li l-azzjonijiet f'dan il-qasam għandhom ikunu koperti minn strument apposta, jiġifieri l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF); jenfasizza li l-fond futur, kif ukoll l-aġenziji fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI), iridu jkunu mgħammra b'livell adegwat ta' finanzjament għall-QFP sħiħ li jmiss sabiex jindirizzaw l-isfidi komprensivi f'dan is-settur; jemmen, barra minn hekk, li l-AMIF għandu jkun komplementat b'komponenti addizzjonali li jittrattaw il-kwistjonijiet taħt il-kappa ta' dawn il-politiki, partikolarment mill-fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-istrumenti ta' finanzjament għall-azzjonijiet esterni, billi l-ebda strument waħdu ma jista' jittama li jindirizza l-kobor u l-kumplessità tal-bżonnijiet f'dan il-qasam; jirrikonoxxi, barra minn hekk, l-importanza tal-programmi kulturali, edukattivi, għaż-żgħażagħ u dawk sportivi fl-integrazzjoni tar-rifuġjati u tal-migranti fis-soċjetà Ewropea; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta jekk ir-rwol tal-ibliet Ewropej fi ħdan il-politika Ewropea dwar l-asil jistax jissaħħaħ bl-introduzzjoni ta' skema ta' inċentivi li toffri appoġġ finanzjarju għall-akkomodazzjoni tar-rifuġjati u għall-iżvilupp ekonomiku direttament lill-ibliet talli jirċievu rifuġjati u applikanti għall-asil;

100.  Jirrikonoxxi l-valur miżjud Ewropew ta' kollaborazzjoni fl-indirizzar tat-theddid komuni għas-saħħa pubblika; jinnota li ebda Stat Membru ma jista' jindirizza waħdu l-isfidi transfruntieri tas-saħħa u jitlob li l-QFP li jmiss jirrifletti r-responsabbiltà tal-UE li timplimenta l-SDG dwar is-saħħa pubblika, is-sistemi tas-saħħa u l-problemi relatati mal-ambjent, u biex tappoġġja lill-Istati Membri biex jeliminaw l-inugwaljanzi dejjem akbar fil-qasam tas-saħħa; iqis li, abbażi tal-eżitu pożittiv tal-azzjonijiet li għaddejja f'dan il-qasam, il-QFP li jmiss għandu jinkludi programm sod tal-ġenerazzjoni li jmiss għas-saħħa li jindirizza dawn il-kwistjonijiet fuq bażi transfruntiera, pereżempju billi jsibu soluzzjonijiet innovattivi għall-provvista tal-kura tas-saħħa, inkluż is-saħħa diġitali, bħan-Netwerks Ewropej ta' Referenza u li tipprovdi appoġġ għall-Istati Membri fil-forma ta' għarfien espert u skambju ta' data, evidenza u prattiki tajba; ifakkar li saħħa tajba hija prerekwiżit għall-ilħuq ta' għanijiet oħra stabbiliti mill-UE, u li politiki bħal dawk dwar l-agrikoltura, l-ambjent, l-impjiegi, il-kwistjonijiet soċjali jew l-inklużjoni għandhom ukoll impatt fuq is-saħħa taċ-ċittadini Ewropej; jappella, għaldaqstant, għat-tisħiħ tal-valutazzjonijiet tal-impatt fuq is-saħħa u tal-kooperazzjoni transsettorjali fil-QFP li jmiss f'dan il-qasam

Agrikoltura u sajd aktar b'saħħithom u sostenibbli

101.  Jafferma li l-politika agrikola komuni (PAK) modernizzata hija fundamentali għas-sigurtà tal-ikel u għall-awtonomija, għall-konservazzjoni tal-popolazzjonijiet rurali u tal-impjiegi, għall-iżvilupp sostenibbli, għas-sostenibbiltà ambjentali, agrikola u tal-forestrija, u għall-għoti ta' prodotti tal-ikel ta' kwalità għolja u nutrittivi bi prezzijiet raġonevoli liċ-ċittadini Ewropej; jindika li r-rekwiżiti alimentari u sanitarji żdiedu, kif ukoll il-bżonn li tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni tal-bdiewa lejn prattiki agrikoli li jirrispettaw aktar l-ambjent u li jindirizzaw it-tibdil fil-klima; jenfasizza l-ħtieġa ta' appoġġ lis-sigurtà tad-dħul tal-bdiewa u tissaħħaħ ir-rabta bejn il-PAK u t-twassil tal-beni pubbliċi; jissottolinja li l-PAK hija waħda mill-aktar politiki integrati u hija ffinanzjata prinċipalment fil-livell tal-UE, u għaldaqstant, tieħu post l-infiq nazzjonali;

102.  Jenfasizza li l-baġit tal-PAK fil-QFP li jmiss għandu almenu jinżamm fil-livell attwali tiegħu għall-UE-27 bi prezzijiet kostanti; jenfasizza li l-isfidi l-ġodda li jrid iħabbat wiċċu magħhom il-PAK li jmiss jeħtieġu allokazzjoni finanzjarja soda bbażata fuq analiżijiet tal-politika attwali u futuri; jissottolinja li l-pagamenti diretti jiġġeneraw valur miżjud Ewropew ċar u jsaħħu s-suq uniku billi jevitaw tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri; jopponi kwalunkwe rinazzjonalizzazzjoni u kwalunkwe kofinanzjament nazzjonali għall-pagamenti diretti f'dak ir-rigward; jisħaq fuq il-bżonn li jitkomplew miżuri li jżommu l-produzzjoni fis-setturi li huma vitali għaż-żoni vulnerabbli, issir riforma fir-riżerva agrikola ta' kriżi, jiżdied il-finanzjament skont ir-risposti lid-diversi kriżijiet ċikliċi f'setturi sensittivi, bil-għan li jinħolqu strumenti ġodda li jistgħu jtaffu l-volatilità tal-prezzijiet u jżidu l-finanzjamenti għall-Programmi ta' Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità (POSEI); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli l-proċess ta' konverġenza ta' pagamenti diretti u tiżgura l-qafas finanzjarju u legali meħtieġ għall-katina tal-provvista tal-ikel, sabiex jiġu miġġielda l-prattiki kummerċjali inġusti; ifakkar li ż-żoni rurali fl-UE qed jaffaċċjaw problemi serji u għalhekk jeħtieġu appoġġ speċifiku;

103.  Jenfasizza l-importanza soċjoekonomika u ekoloġika tas-settur tas-sajd, l-ambjent marittimu u l-"ekonomija blu" u l-kontribut tagħhom lejn l-awtonomija alimentari sostenibbli tal-UE f'termini tal-iżgurar ta' sostenibbiltà tal-akkwakultura u s-sajd Ewropej u l-mitigrazzjoni tal-impatt ambjentali; jirrimarka li l-politika komuni tas-sajd hija kompetenza esklużiva tal-UE; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-bżonn li jinżamm fond tas-sajd speċifiku, sostanzjali, indipendenti u aċċessibbli biex jimplimenta din il-politika; jitlob li jerġa' jiġi stabbilit il-Programm ta' Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità fis-Sajd, peress li dan huwa programm importanti ħafna għar-Reġjuni Ultraperifiċi tal-UE; jitlob, tal-inqas, li jinżamm il-livell tal-approprjazzjonijiet finanzjarji ddedikati għas-settur tas-sajd, fl-ambitu tal-QFP attwali, u, jekk jinqalgħu bżonnijiet ġodda, għal żieda fl-approprjazzjonijiet finanzjarji għall-affarijiet marittimi; iwissi kontra l-impatti negattivi possibbli ta' Brexit "iebes" fuq dan is-settur; josserva li l-istrumenti finanzjarji l-oħrajn, barra mill-għajnuna mhux rimborżabbli, jistgħu jagħtu possibbiltajiet ta' finanzjament komplementari;

Aktar responsabbiltà fid-dinja

104.  Jisħaq fuq il-fatt li d-dinja qiegħda taffaċċja bosta sfidi inklużi l-kunflitti, l-attakki ċibernetiċi, it-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, id-diżinformazzjoni, id-diżastri naturali, it-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-disparità bejn is-sessi; jemmen li l-Unjoni għandha responsabbiltà politika u finanzjarja partikolari li tissejjes fuq politika estera li tkun ġenwinament Ewropea u bbażata fuq ir-regoli u l-valuri, u li tissejjes fuq l-appoġġ għall-istabbiltà, is-sigurtà, il-governanza demokratika u l-iżvilupp sostenibbli tas-sħab tagħna, kif ukoll fuq il-qerda tal-faqar u r-rispons għall-kriżijiet;

105.  Jenfasizza li l-approprjazzjonijiet għall-azzjoni esterna għandhom jiżdiedu b'mod sostanzjali jekk l-Unjoni trid twettaq ir-rwol tagħha fil-qafas tal-istrateġija globali tagħha u tal-politiki tat-tkabbir, tal-viċinat u tal-iżvilupp tagħha, kif ukoll biex tindirizza l-emerġenzi; jistenna li l-QFP li jmiss jirrifletti l-bżonnijiet bla preċedenti tal-pajjiżi ġirien tan-Nofsinhar u tal-Lvant li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' kunflitti u mal-konsegwenzi tal-isfidi ppreżentati mill-migrazzjoni u mir-rifuġjati; jitlob li jiġi allokat livell ogħla ta' approprjazzjonijiet biex jindirizza l-ħtieġa dejjem akbar ta' għajnuna umanitarja li tirriżulta minn diżastri naturali u minn dawk magħmula mill-bniedem, billi jevita kwalunkwe differenza bejn l-impenji u l-pagamenti; jemmen li huwa meħtieġ għall-Unjoni li żżid il-finanzjament għall-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-NU għar-Rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA);

106.  Ifakkar li l-politika ta' żvilupp tal-UE hija xprunata minn sensiela ta' impenji, b'mod partikolari l-SDGs, l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa dwar il-finanzjament għall-iżvilupp, il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, kif ukoll il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp u l-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna; jiġbed l-attenzjoni għall-impenn meħud mill-UE u mill-Istati Membri tagħha biex, sal-2030, iżidu l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) tagħhom għal 0,7 % tal-PDG, li minnha 20 % tal-ODA tal-UE jmorru għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem u 0,2 % tal-ING tal-UE fl-ODA jmorru għall-pajjiżi inqas żviluppati;

107.  Jinnota li l-għajnuna għall-iżvilupp tista' tiżvolġi rwol importanti fl-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni u fil-kontribuzzjoni għall-istabbiltà, iżda jqis li l-ODA m'għandhiex tintuża biex tkopri l-ispejjeż li ntefqu fil-pajjiżi donaturi għall-ħtiġijiet tar-rifuġjati; jinnota r-rwol potenzjali tal-ODA li tiffaċilita l-mobilizzazzjoni ta' finanzjament minn sorsi oħra, u jissottolinja l-ħtieġa għal aktar involviment mas-settur privat permezz ta' kontinwazzjoni possibbli tal-Pjan ta' Investiment Estern, billi jibbaża fuq l-evalwazzjonijiet tiegħu;

108.  jappoġġja l-għoti dirett ta' fondi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment f'pajjiżi terzi fejn id-demokrazija u l-istat tad-dritt huma f'riskju; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li l-istrumenti ta' finanzjament estern jipprovdu rispons rapidu għall-iżviluppi politiċi u jsaħħu l-prinċipju ta' "aktar għal aktar";

109.  Lest jikkunsidra arkitettura simplifikata għall-istrumenti ta' finanzjament estern, dment li żżid it-trasparenza, ir-responsabbiltà, l-effiċjenza, il-koerenza u l-flessibbiltà, u tirrispetta l-objettivi tal-politiki sottostanti; jitlob li jinżammu strumenti ddedikati separati għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni, għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Għajnuna Umanitarja minħabba l-fatturi politiċi u finanzjarji speċifiċi tagħhom; jinnota li tali arkitettura għandha tinkludi FEŻ ibbaġitjat miżjud mal-limiti miftiehma mingħajr il-Faċilità tal-Paċi Afrikana, u inkorporazzjoni aktar trasparenti tal-fondi fiduċjarji u l-faċilitajiet rilevanti;

110.  Ifakkar fl-importanza ta' flessibbiltà msaħħa biex tippermetti l-mobilizzazzjoni ta' riżorsi addizzjonali u r-rilaxx rapidu tal-fondi; jikkunsidra x'aktarx, bħala parti minn żieda globali fl-istrumenti ta' finanzjament estern, riżerva mhux allokata akbar immirata biex iżżid il-flessibbiltà intrinsika; jisħaq madankollu li tali flessibbiltà m'għandhiex tinkiseb b'detriment għall-objettivi tal-politika fuq tul ta' żmien twil u l-prijoritajiet ġeografiċi u tematiċi, għall-prevedibbiltà tal-finanzjament fuq tul ta' żmien twil, għall-iskrutinju parlamentari u għall-konsultazzjonijiet mal-pajjiżi sħab u mas-soċjetà ċivili;

Sigurtà, paċi u stabbiltà għal kulħadd

111.  Jemmen li l-ħolqien ta' intestatura ġdida ddedikata għal "Sigurtà, paċi u stabbiltà għal kulħadd" juri l-prijorità li l-Unjoni tagħti lil din ir-responsabbiltà politika emerġenti, jirrikonoxxi l-ispeċifiċità tagħha u jikseb konsistenza bejn id-dimensjoni interna u dik esterna tagħha;

112.  Jissottolinja li l-livell u l-mekkaniżmi ta' finanzjament fil-qasam tas-sigurtà interna għandhom ikunu intensifikati mill-bidu u għall-perjodu sħiħ tal-QFP li jmiss bil-għan li jevitaw ir-rikors sistematiku ta' kull sena għad-dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà tal-QFP; jitlob li jingħataw biżżejjed riżorsi lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi (Europol, Eurojust u Cepol) u li l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira (eu-LISA) tkun mgħammra bil-mezzi biex timplimenta u tiġġestixxi r-responsabbiltajiet il-ġodda tagħha; jissottolinja r-rwol tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali biex tifhem u twieġeb għall-fenomeni tar-radikalizzazzjoni, tal-emarġinazzjoni, tad-diskors ta' mibegħda u tar-reati ta' mibegħda;

113.  Jemmen li l-QFP li jmiss irid jappoġġja l-ħolqien ta' Unjoni Ewropea tad-Difiża; jinsab ħerqan dwar il-proposti leġiżlattivi rilevanti, b'segwitu għad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni f'dawn l-oqsma, li jinkludu programm ta' riċerka tal-UE fil-qasam tad-difiża u programm ta' żvilupp industrijali kkomplementat mill-investiment tal-Istati Membri fit-tagħmir kollaborattiv; jerġa' jafferma, f'dan il-kuntest, il-konvinzjoni qawwija tiegħu li l-prijoritajiet politiċi addizzjonali għandhom ikunu abbinati ma' mezzi finanzjarji addizzjonali; ifakkar li kooperazzjoni miżjuda fil-qasam tad-difiża, l-aggregazzjoni tar-riċerka u tat-tagħmir u l-eliminazzjoni tad-duplikazzjonijiet se jagħtu spinta lill-awtonomija strateġika u l-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Ewropa u jwasslu għal gwadann kbir f'termini ta' effiċjenza, spiss stmat għal madwar EUR 26 biljun fis-sena;

114.  Jitlob, fil-kuntest taż-żieda fl-attenzjoni mogħtija lis-sigurtà u d-difiża fl-Unjoni, rivalutazzjoni tan-nefqa kollha għas-sigurtà esterna; jinsab ħerqan, b'mod partikolari, għal riforma tal-mekkaniżmu Athena u tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika wara l-inklużjoni fil-baġit tal-FEŻ; jilqa' l-impenji reċenti li ħadu l-Istati Membri taħt il-kooperazzjoni strutturata permanenti u jitlob lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) u lill-Kummissjoni biex jipprovdu kjarifiki f'dak li jikkonċerna l-finanzjamenti futuri; jitlob għal programm suċċessur għall-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi li jikkonċentra fuq ir-rispons għall-kriżijiet u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet għas-sigurtà u l-iżvilupp, filwaqt li tinstab soluzzjoni legalment soda għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet militari;

115.  Jisħaq fuq l-importanza assoluta tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili li ppermetta għajnuna kkoordinata tal-UE f'diżastri naturali u f'dawk magħmula mill-bniedem fl-Unjoni u lil hinn minnha; jindika l-valur miżjud indiskutibbli tal-operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili li jiġġieldu b'mod effikaċi kontra d-diżastri li qed isiru dejjem aktar spissi u kumplessi, filwaqt li jsaħħu s-sensazzjoni ta' solidarjetà Ewropea fost iċ-ċittadini tal-UE fi żminijiet ta' bżonn; jilqa' l-proposti reċenti tal-Kummissjoni biex tingħata spinta lill-protezzjoni ċivili tal-UE billi jissaħħu l-istat ta' tħejjija u l-miżuri ta' prevenzjoni, inkluż l-istabbiliment ta' riżerva dedikata ta' kapaċitajiet operazzjonali fil-livell tal-Unjoni; jitlob li azzjoni msaħħa f'dan il-qasam tkun akkoppjata ma' finanzjament adegwat fil-QFP li jmiss;

Amministrazzjoni effiċjenti għas-servizz taċ-ċittadini Ewropej

116.  Iqis li amministazzjoni pubblika b'saħħitha, effiċjenti u ta' kwalità għolja hija indispensabbli biex il-politiki tal-Unjoni jħallu l-frott u biex terġa' tibni l-fiduċja u ssaħħaħ id-djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u maċ-ċittadini fil-livelli kollha; jissottolinja, f'dan ir-rigward, ir-rwol tal-istituzzjonijiet magħmula minn membri demokratikament eletti; ifakkar li, skont il-Qorti tal-Awdituri, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE implimentaw tnaqqis ta' 5 % tal-persunal kif stabbilit fl-organigrammi tagħhom; huwa tal-fehma li ma għandhomx ikunu soġġetti għal approċċ ta' tnaqqis orizzontali ulterjuri ta' dan it-tip; jesprimi l-oppożizzjoni feroċi tiegħu għal ripetizzjoni tal-hekk imsejħa aggregazzjoni ta' tqassim mill-ġdid għall-aġenziji;

117.  Jilqa' l-inizjattivi tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-aġenziji biex iżidu aktar l-effiċjenza bis-saħħa ta' kooperazzjoni amministrattiva miżjuda u l-aggregazzjoni ta' ċerti funzjonijiet, b'hekk isir iffrankar fil-baġit tal-Unjoni; jenfasizza l-fatt li, għal ċerti aġenziji, jista' jsir aktar gwadann f'termini ta' effiċjenza, speċjalment permezz ta' kooperazzjoni miżjuda fost l-aġenziji b'kompiti simili, bħal fil-qasam tas-superviżjoni tas-suq finanzjarju u tal-aġenziji b'bosta sedi; jitlob, b'mod aktar ġenerali, li jiġu vvalutati bir-reqqa l-possibbiltajiet li jingħaqdu l-aġenziji skont in-natura strateġika tal-missjoni tagħhom u r-riżultati tagħhom sabiex joħolqu sinerġiji bejn l-aġenziji, eż. rigward l-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq f'Pariġi;

118.  Iqis li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE għandhom jirrispettaw kemm il-bilanċ ġeografiku kif ukoll il-bilanċ bejn is-sessi,

* * *

119.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi mekkaniżmu li permezz tiegħu, l-Istati Membri li ma jirrispettawx il-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), ikunu soġġetti għal konsegwenzi finanzjarji; iwissi, madankollu, li l-benefiċjarji finali tal-baġit tal-Unjoni ma jistgħu bl-ebda mod jiġu affettwati minn ksur ta' regoli li ma jkunux responsabbli għalih; huwa konvint, għalhekk, li l-baġit tal-Unjoni mhuwiex l-istrument ġust biex jiġi indirizzat in-nuqqas li wieħed jirrispetta l-Artikolu 2 TUE, u li kwalunkwe konsegwenza finanzjarja għandha taqa' fuq l-Istat Membru b'mod indipendenti mill-implimentazzjoni tal-baġit;

120.  Jenfasizza li l-eliminazzjoni ta' diskriminazzjonijiet, kif ukoll tad-disparità bejn is-sessi u l-vjolenza abbażi ta' sess, hija vitali biex tissodisfa l-impenji tal-UE lejn Ewropa inklużiva; jappoġġja, għalhekk, l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-impenji dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki kollha tal-UE taħt il-QFP li jmiss, kif ukoll id-dimensjoni baġitarja msaħħa fil-ġlieda kontra l-każijiet kollha ta' diskriminazzjoni, b'attenzjoni partikolari għad-dimensjoni tal-ġeneru fi ħdan il-politiki dwar il-migrazzjoni u l-asil u l-politika esterna tal-UE;

121.  Jisħaq, għaldaqstant, fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li n-nisa jkollhom aċċess għal servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva u li tingħata attenzjoni speċjali lill-ħtiġijiet speċifiċi ta' persuni vulnerabbli inklużi minorenni u gruppi oħra, bħall-komunità LGBTI;

122.  Huwa favur li jingħata appoġġ lil gruppi destinatarji żvantaġġati, billi jeskludi b'mod espliċitu prattiki segregazzjonali, speċjalment persuni b'diżabbiltà u dawk Rom, u b'mod partikolari li d-denominazzjoni ta' "persuni Rom" tibqa' fil-lista ta' benefiċjarji tal-FSE u l-FEŻR;

123.  Jinnota li, minħabba l-iżolament tagħhom mill-kontinent Ewropew, ir-Reġjuni Ultraperiferiċi (ORs) u l-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej (OCTs) iridu jaffaċċjaw sfidi naturali, ekonomiċi u soċjali speċifiċi; iqis li għandhom jiġu stabbiliti għalihom miżuri mfassla apposta u derogi debitament ġustifikati; jitlob li l-UE tkompli tagħti l-appoġġ finanzjarju lill-ORs u l-OCTs fil-QFP li jmiss, b'mod partikolari taħt il-politika ta' koeżjoni għall-ORs u taħt strument speċifiku għall-OCTs, sabiex ikollhom l-aċċess għal programmi ta' riċerka u jiġġieldu kontra l-isfidi speċifiċi tat-tibdil tal-klima li jaffaċċjaw;

124.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għall-fini ta' ġestjoni finanzjarja tajba u trasparenza tal-baġit tal-Unjoni Ewropea, biex tikkunsidra li tistabbilixxi kundizzjonijiet xierqa għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni u tal-frodi finanzjarja rigward fondi tal-UE; jesprimi tħassib partikolari rigward il-frodi doganali, li ħolqot telf sinifikanti ta' introjtu għall-baġit tal-Unjoni; jistieden lil dawk l-Istati Membri li oġġezzjonaw għall-qafas legali tal-Unjoni rigward ksur doganali u sanzjonijiet biex jikkunsidraw mill-ġdid il-pożizzjoni tagħhom sabiex jippermettu soluzzjoni rapida għal din il-problema;

IV. Proċedura u proċess deċiżjonali

125.  Ifakkar li l-adozzjoni tal-Regolament dwar il-QFP teħtieġ l-approvazzjoni tal-Parlament; jenfasizza, barra minn hekk, li l-Parlament u l-Kunsill huma żewġ fergħat indaqs tal-awtorità baġitarja fl-adozzjoni tal-baġit annwali tal-UE, filwaqt li l-leġiżlazzjoni settorjali li toħloq il-maġġoranza l-kbira tal-programmi tal-UE, inklużi l-pakketti finanzjarji tagħhom, hija deċiża fl-ambitu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja; jistenna, għaldaqstant, proċedura deċiżjonali fil-QFP li jmiss li tħares ir-rwol u l-prerogattivi tal-Parlament kif stabbiliti fit-Trattati; jinsisti li r-Regolament QFP mhuwiex il-lok xieraq għal tibdiliet fir-Regolament Finanzjarju tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq proposta separata għal reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju tal-UE, kull meta jkun hemm il-ħtieġa li jsiru bidliet f'dak ir-regolament;

126.  Jesprimi d-disponibbiltà tiegħu li jidħol minnufih fi djalogu strutturali mal-Kummissjoni u mal-Kunsill dwar il-QFP ta' wara l-2020 bil-għan li jiffaċilita n-negozjati sussegwenti u jippermetti ftehim sa tmiem din il-leġiżlatura; jinsab lest jiddiskuti mal-Kunsill il-pożizzjonijiet stabbiliti fir-riżoluzzjoni attwali, sabiex jippermettu fehim aħjar tal-aspettattivi tal-Parlament fir-rigward tal-QFP li jmiss;

127.  Jissottolinja li, bil-proposti tal-Kummissjoni mistennija għal Mejju 2018, fi żmien sena għandha tittieħed deċiżjoni formali dwar il-QFP li jmiss; iqis li, minkejja d-dewmien fil-preżentazzjoni tal-proposti tal-Kummissjoni, għandu jintlaħaq ftehim fil-ħin għall-qafas ta' wara l-2020, sabiex jibgħat messaġġ politiku importanti rigward il-kapaċità tal-Unjoni li tkompli tibni kunsens dwar il-futur tal-UE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti; jinsisti li dan il-kalendarju se jippermetti, fost oħrajn, l-adozzjoni rapida tar-regolamenti settorjali kollha, b'hekk jippermetti li l-programmi l-ġodda jkunu jistgħu jibdew mingħajr dewmien fl-1 ta' Jannar 2021; ifakkar li, fl-oqfsa finanzjarji preċedenti, il-programmi l-ġodda essenzjalment tnedew ftit snin wara l-bidu tal-perjodu;

128.  Jissottolinja, għalhekk, il-bżonn li jibdew mingħajr dewmien diskussjonijiet sostanzjali bejn it-tliet istituzzjonijiet; jisħaq fuq il-fatt li l-elementi kollha tar-Regolament dwar il-QFP, inklużi l-limiti massimi tal-QFP, se jkunu parti min-negozjati tal-QFP u għandhom jibqgħu fuq il-mejda tan-negozjati sa ma jintlaħaq il-ftehim finali; ifakkar, f'dan ir-rigward, il-pożizzjoni kritika tal-Parlament fil-konfront tal-proċedura li twassal għall-adozzjoni tar-Regolament dwar il-QFP attwali u r-rwol dominanti li l-Kunsill Ewropew assuma f'dan il-proċess billi ddeċieda b'mod irrevokabbli dwar għadd ta' elementi, inklużi l-limiti massimi tal-QFP u bosta dispożizzjonijiet settorjali relatati mal-politiki;

129.  Huwa tal-fehma li għandu jintlaħaq qbil mingħajr dewmien, taħt il-Presidenza Bulgara u qabel il-preżentazzjoni tal-proposti għall-QFP, dwar il-proċeduri relatati man-negozjati QFP li ġejjin, u partikolarment l-involviment tal-Parlament fid-diversi fażijiet ta' dan il-proċess; jistenna, f'dan il-kuntest, li l-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament, fi żmien raġonevoli, bl-istess livell ta' informazzjoni li jkun disponibbli għall-Kunsill; iqis li dawn l-arranġamenti għandhom eventwalment jitniżżlu fil-FII, kif huwa l-każ għall-proċedura baġitarja annwali;

130.  Iqis li r-rekwiżit ta' unanimità għall-adozzjoni tar-Regolament dwar il-QFP jirrappreżenta xkiel reali fil-proċess; jistieden lill-Kunsill Ewropew, f'dan ir-rigward, biex jattiva l-klawsola "passerelle" prevista fl-Artikolu 312(2) tat-TFUE sabiex jippermetti l-adozzjoni tar-Regolament QFP permezz ta' maġġoranza kwalifikata; ifakkar, barra minn hekk, li l-klawsola "passerelle" ġenerali stipulata fl-Artikolu 48(7) TUE tista' wkoll tiġi implimentata, sabiex tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja; jisħaq li bidla favur votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata għall-adozzjoni tar-Regolament dwar il-QFP tkun konformi mal-proċess deċiżjonali għall-adozzjoni ta', tista' tgħid, il-programmi pluriennali kollha tal-UE, kif ukoll għall-proċedura annwali għall-adozzjoni tal-baġit tal-UE;

°

°  °

131.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet u lill-korpi kkonċernati l-oħrajn, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(2)

ĠU L 163, 24.6.2017, p. 1.

(3)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)

Testi adottati, P8_TA(2016)0309.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2017)0401.

(6)

Testi adottati, P8_TA(2017)0010.

(7)

Testi adottati, P8_TA(2016)0363.

(8)

Testi adottati, P8_TA(2017)0401.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (25.1.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020

(2017/2052(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Pier Antonio Panzeri

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li l-UE qiegħda tħabbat wiċċha ma' bosta sfidi li jheddu l-istabbiltà u s-sigurtà globali u reġjonali, li jeħtieġu azzjoni esterna strateġika fit-tul fil-qafas ta' politika estera ġenwinament Ewropea bbażata fuq il-valuri; ifakkar fl-ambizzjoni tal-mexxejja tal-UE, kif espressa fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma, li jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex l-Unjoni tkun "influwenti fuq kwistjonijiet kbar u inqas fuq kwistjonijiet żgħar"; jenfasizza l-valur miżjud sinifikanti għaċ-ċittadini tal-UE ta' politika estera u ta' sigurtà komuni jitlob li l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) juri ambizzjoni u jirrifletti dan il-valur miżjud għoli billi jiżdiedu b'mod sinifikanti l-approprjazzjonijiet tal-azzjonijiet esterni (Intestatura 4), u b'hekk il-politika estera komuni titpoġġa fil-qalba tal-funzjonament u tar-responsabbiltà tal-UE, b'konformità mal-isfidi tal-lum u mal-prijoritajiet il-ġodda tal-Ewropa;

2.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' żieda fil-finanzjament immirat f'oqsma strateġiċi, bħalma huma l-għajnuna għall-iżvilupp, il-qerda tal-faqar, l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli, it-tisħiħ tal-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, ir-rikostruzzjoni ta' wara l-kriżi, il-governanza tajba u l-promozzjoni tar-reżiljenza ambjentali, ekonomika u soċjali fil-pajjiżi sħab, sabiex jingħata rispons Ewropew effettiv għall-isfidi globali tal-lum, inkluż il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, it-theddid għas-sigurtà u l-kunflitti armati, l-attakki ċibernetiċi, it-terroriżmu, ir-radikalizzazzjoni, il-propaganda, id-diżinformazzjoni bi skop, id-diżastri naturali u t-tibdil fil-klima, kif ukoll l-isfidi migratorji u tar-rifuġjati kkawżati minn xi wħud minn dawn il-kwistjonijiet; jenfasizza li ż-żieda fil-finanzjament għandha tkun orjentata lejn il-prijoritajiet il-ġodda tal-Ewropa, li wħud minnhom huma riflessi fl-Istrateġija Globali tal-UE, fil-politika Ewropea tal-viċinat imġedda, fil-politika tat-tkabbir u fil-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża; jisħaq li l-UE jeħtieġ ukoll li tagħti spinta lill-kapaċità istituzzjonali tagħha sabiex ikollha influwenza akbar fil-politika estera u ta' sigurtà;

3.  Jappella biex tingħeleb id-disparità bejn il-prijoritajiet politiċi strateġiċi tal-UE u l-istrumenti ta' finanzjament estern (EFIs); jenfasizza li l-istabbiliment ta' prijoritajiet ġodda fil-qasam tal-azzjoni esterna u l-kooperazzjoni dwar id-difiża fil-livell tal-UE għandu jkun akkumpanjat minn riżorsi ġodda, kemm fuq livell operattiv kif ukoll fuq dak amministrattiv, sabiex l-azzjoni esterna tkun kredibbli u effettiva;

4.  Ifakkar fl-importanza li tissaħħaħ il-flessibbiltà li tippermetti l-mobilizzazzjoni ta' riżorsi addizzjonali li jippermettu reazzjoni għal sitwazzjonijiet mhux previsti u l-użu tar-riżorsi mhux impenjati fis-snin li ġejjin; jisħaq fuq il-ħtieġa li jkunu disponibbli riżorsi sabiex ikun jista' jkun hemm reazzjoni għal theddid ġdid li qed jiżviluppa b'rata mgħaġġla, bħall-gwerra ibrida u l-attakki ċibernetiċi; jenfasizza, madankollu, li ż-żieda fil-flessibbiltà ma għandhiex tinkiseb għad-detriment ta' objettivi ta' politika fit-tul jew ta' dawk il-programmi eżistenti li qed jiksbu r-riżultati mixtieqa; jitlob li jissaħħu b'mod konsiderevoli l-mekkaniżmi ta' flessibbiltà ("strumenti speċjali") taħt il-QFP, filwaqt li fl-istess ħin jissaħħu l-linji gwida politiċi strateġiċi; itenni l-appoġġ tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni għal Riżerva ta' Kriżi tal-UE permanenti, sabiex jiġu evitati soluzzjonijiet ad hoc bħall-istabbiliment ta' fondi fiduċjarji;

5.  Jitlob għas-simplifikazzjoni tal-EFIs, pereżempju billi jingħaqdu fi strument uniku l-EFIs tematiċi eżistenti kollha fi ħdan il-kompetenza tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP), l-Istrument ta' Sħubija (PI) u l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR)); jissuġġerixxi li tali fużjoni tista' tinkludi l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) inkluż fil-baġit, mingħajr il-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika (FPA), soġġett għall-approvazzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp bħala l-kumitat responsabbli; jitlob, madankollu, li l-Istrument attwali għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) u l-Istrument Ewropew tal-Viċinat (ENI) jibqgħu strumenti separati minħabba n-natura politika u finanzjarja speċifika tagħhom; jinsisti li kwalunkwe fużjoni għandha tkun kundizzjonali fuq li l-istrument tematiku l-ġdid ikun iggwidat mill-politika u fuq l-iżgurar kemm jista' jkun tal-prevedibbiltà ta' finanzjament fit-tul tal-programmi kollha, filwaqt li jiġi introdott ammont kbir ta' flessibbiltà; iqis, barra minn hekk, li l-istruttura simplifikata tipprevedi kontrolli u kontrokontrolli adegwati u trasparenza suffiċjenti, inkluż kontribut politiku strateġiku msaħħaħ u skrutinju tal-implimentazzjoni mill-Parlament;

6.  Jenfasizza li l-fondi fiduċjarji ġew stabbiliti peress li l-baġit tal-UE huwa nieqes mir-riżorsi u l-flessibbiltà meħtieġa għal rispons rapidu u komprensiv għal kriżijiet ewlenin; huwa tal-fehma li l-Fondi Fiduċjarji eżistenti tal-UE jista' jkollhom valur miżjud bl-akkomunament ta' finanzjamenti għal sitwazzjonijiet speċifiċi; jinnota li sempliċi tikkettar mill-ġdid jew ristrutturar ta' finanzjamenti eżistenti tal-UE għal skopijiet politiċi ma jirrappreżentax żieda fih innifsu, u joħloq saff addizzjonali ta' kumplessità f'termini ta' sorveljanza demokratika u skrutinju baġitarju; itenni li l-objettivi oriġinali tal-istrumenti finanzjarji tal-UE ma jistgħux jinbidlu meta jitqiegħdu taħt intestatura ta' Fond Fiduċjarju; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar skrutinju parlamentari tal-attivitajiet taħt il-Fondi Fiduċjarji tal-UE, il-Faċilità tal-UE għar-Rifuġjati fit-Turkija u t-Triq Konġunta 'l Quddiem dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni bejn l-Afganistan u l-UE, kif ukoll għal inizjattivi simili fil-ġejjieni; ifakkar li tali strumenti ad hoc barra mill-baġit tal-UE għandhom jintużaw biss jekk il-Kummissjoni tkun tista' tagħti prova ċara li r-rekwiżiti f'termini ta' valur miżjud tal-UE u l-addizzjonalità huma ssodisfati; itenni l-importanza tal-unità tal-baġit tal-UE bħala prinċipju fundamentali; jappoġġja l-użu ta' forom innovattivi ta' kooperazzjoni finanzjarja, bħal taħlit ta' għotjiet u self minn istituzzjonijiet ta' finanzjament internazzjonali u Ewropej, inkluż il-Bank Ewropew tal-Investiment;

7.  Isostni li l-istrumenti ta' finanzjament esterni tal-UE huma essenzjali għal azzjoni esterna effikaċi tal-UE, b'mod partikolari fil-Viċinat Ewropew (l-ENI eżistenti) u fil-pajjiżi ta' qabel l-adeżjoni (l-IPA II eżistenti); jitlob li jkun hemm aktar koerenza u koordinazzjoni bejn l-istrumenti ta' finanzjament esterni; jirrimarka li s-suċċessur tal-ENI għandu jqis l-enfasi akbar fuq id-demokratizzazzjoni, l-istabilizzazzjoni, il-proċessi ta' paċi, ir-rikostruzzjoni ta' wara l-kriżi u r-reżiljenza, kemm fil-Lvant kif ukoll fin-Nofsinhar, kif ukoll jipprovdi aktar appoġġ għat-tkabbir u l-impjiegi, b'mod partikolari għall-gradwati żgħażagħ; jistieden lill-Kummissjoni żżid il-finanzjament taħt il-programm ENI li jmiss għal proġetti li jippromwovu l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ fiż-żona lokali;

8.  Jenfasizza li l-approċċ orjentat lejn ir-riżultati tal-IPA II għall-pajjiżi kandidati u potenzjalment kandidati għandu jissaħħaħ fil-qafas tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni ta' wara l-2020, sabiex jikkontribwixxi b'mod effettiv għad-demokratizzazzjoni ta' dawn il-pajjiżi u għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom, speċjalment minħabba l-iżviluppi politiċi attwali fil-Balkani tal-Punent; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-istrumenti ta' finanzjament jipprovdu rispons rapidu għal żviluppi politiċi u jiffokaw fuq l-appoġġ tas-soċjetà ċivili kull meta d-demokrazija u l-istat tad-dritt ma jkunux ġew rispettati; ifakkar fil-valur tal-prinċipju "aktar għal aktar" u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu b'mod attiv mill-possibbiltajiet previsti mir-regolamenti rilevanti f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni tfassal mezzi legali sabiex f'każijiet ta' deterjorament politiku serju u kontinwu, jiġu sospiżi l-fondi lill-korpi governattivi; jitlob lill-Kummissjoni tissospendi l-fondi għat-Turkija taħt il-QFP futur sakemm jintlaħqu b'mod ċar il-parametri ta' riferiment, u minflok tagħti l-fondi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Torka;

9.  Jitlob li jkun hemm aktar koerenza u l-promozzjoni ta' djalogu politiku aktar ibbilanċjat mal-pajjiżi sħab; itenni l-ħtieġa li jissaħħu s-sistemi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni biex tiġi vvalutata l-effettività u tittejjeb l-effiċjenza tal-finanzjament tal-UE; jenfasizza li taħt l-istrumenti kollha, l-UE għandha tagħmel l-almu kollu tagħha biex il-proġetti u l-inizjattivi tal-UE jsiru aktar viżibbli, kemm fil-pajjiżi terzi kif ukoll internament;

10.  Jenfasizza li l-appoġġ għall-istat tad-dritt, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi għandu jibqa' l-pedament tal-politika estera tal-UE u huwa tal-fehma li dawn il-kwistjonijiet għandhom jibqgħu kwistjonijiet trażversali fl-istrument u fl-objettivi kollha tal-politika estera kollha tal-UE, speċjalment fid-dawl tal-iżviluppi li għaddejjin bħalissa fil-Balkani tal-Punent, fil-Viċinat Ewropew u lil hinn; jenfasizza, barra minn hekk, li dan l-appoġġ għandu jiġi akkumpanjat minn azzjonijiet biex jiġi promoss it-tkabbir inklussiv li huwa ta' benefiċċju għal kulħadd, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ u n-nisa; jitlob li jkun hemm enfasi akbar fuq it-tisħiħ tal-appoġġ għal-libertà ta' espressjoni taħt l-istrumenti ta' finanzjament sabiex tinbena r-reżiljenza għad-diżinformazzjoni; jirrimarka, b'mod partikolari, dwar ir-rwol tal-EIDHR u s-suċċessur tiegħu wara l-2020, inkluż l-appoġġ tiegħu għall-osservazzjoni elettorali;

11.  Jiġbed l-attenzjoni għal-potenzjal inerenti tal-IcSP li jippromwovi s-sigurtà u l-integrità tal-fruntieri tal-UE u li jikkontribwixxi għall-paċi u l-istabbiltà madwar id-dinja, b'mod partikolari f'reġjuni li kienu vittmi ta' delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u ġenoċidju.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

9

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Bas Belder, Goffredo Maria Bettini, Victor Boştinaru, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Lorenzo Cesa, Javier Couso Permuy, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule-Pēterse, Sandra Kalniete, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, David McAllister, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Clare Moody, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Alyn Smith, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, László Tőkés, Miguel Urbán Crespo, Ivo Vajgl

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Brando Benifei, Rebecca Harms, Marek Jurek, Jo Leinen, Miroslav Poche, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Tiemo Wölken

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Iveta Grigule-Pēterse, Ilhan Kyuchyuk, Javier Nart, Jozo Radoš, Ivo Vajgl

PPE

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Elmar Brok, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Sandra Kalniete, Andrey Kovatchev, Barbara Kudrycka, Eduard Kukan, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Alojz Peterle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, László Tőkés, Traian Ungureanu

S&D

Francisco Assis, Brando Benifei, Goffredo Maria Bettini, Victor Boştinaru, Eugen Freund, Jo Leinen, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Miroslav Poche, Tiemo Wölken

9

-

ECR

Marek Jurek

EFDD

James Carver

GUE/NGL

Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Sofia Sakorafa, Miguel Urbán Crespo, Marie-Christine Vergiat

NI

Georgios Epitideios, Janusz Korwin-Mikke

8

0

ECR

Amjad Bashir, Bas Belder, Ryszard Antoni Legutko

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Rebecca Harms, Tamás Meszerics, Alyn Smith, Bodil Valero

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (31.1.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-QFP li jmiss: tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020

(2017/2052(INI))

Rapporteur: Paul Rübig

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-objettiv primarju tal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, stabbilita fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), huwa t-tnaqqis u, fuq terminu twil, il-qerda tal-faqar;

1.  Huwa tal-fehma li l-impenn tal-UE għall-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), tal-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa dwar il-finanzjament għall-iżvilupp u tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima jrid jiggwida t-tħejjija tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP); huwa tal-fehma, barra minn hekk, li l-appoġġ tal-UE għal din l-implimentazzjoni fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp irid jiżdied, bil-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp (PCD) tiġi applikata bis-sħiħ u bl-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna u tibqa' tiffoka fuq objettivi fuq żmien twil, bħall-qerda tal-faqar, l-indirizzar tal-inugwaljanza u l-esklużjoni, il-promozzjoni tal-governanza demokratika u tad-drittijiet tal-bniedem u t-tisħiħ tal-iżvilupp sostenibbli u inklużiv, b'mod partikolari fil-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs), li jiffaċċjaw l-akbar sfidi finanzjarji;

2.  Jinnota li, fl-2017, id-diżastri naturali – b'mod partikolari n-nirien fil-foresti – swew il-ħajjiet ta' aktar minn 200 ruħ fl-Ewropa u ħarqu 'l fuq minn miljun ettaru ta' foresta, li tfisser aktar minn tliet darbiet il-medja Ewropea għall-aħħar ħames snin; jirrimarka li dawn in-nirien huma diżastri f'kuntest uman, ekonomiku u ambjentali u jirrikjedu rispons f'livell Ewropew u Ewro-Mediterranju; huwa tal-fehma li l-UE għandha tgħin fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra n-nirien u fir-rikostruzzjoni tas-siti wara dawn id-diżastri, li huma marbuta b'mod partikolari man-nirien fil-foresti; huwa tal-opinjoni li r-riżorsi għall-ġlieda kontra n-nirien huma limitati fil-livell nazzjonali; jinnota f'dan il-kuntest li l-ajruplani tat-tifi tan-nar – b'mod partikolari l-Canadairs – isiru parti minn xi flotot nazzjonali fit-tmiem tat-terminu utli tagħhom u, għalhekk, jeħtieġ li jiġu rinnovati kemm jista' jkun malajr; jistieden lill-Istati Membri u lill-UE jagħmlu t-tisħiħ tal-kapaċità konġunta prijorità matul id-diskussjonijiet dwar il-QFP li jmiss;

3.  Huwa tal-fehma li strument iddedikat għall-iżvilupp huwa l-aħjar għażla għal politika tal-iżvilupp ta' kwalità għolja fl-interessi tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp , b'mod partikolari l-LDCs, bl-objettiv primarju li jeqirdu l-faqar, filwaqt li jibqgħu jħaddnu l-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna u l-iżvilupp maqbula internazzjonalment;

4.  Jitlob li jinħoloq programm Erasmus Ewropa-Afrika u li jiġu stabbiliti fergħat ta' universitajiet Ewropej fl-Afrika sabiex tiġi żgurata sħubija mill-qrib, tiżdied il-kapaċità taż-żgħażagħ għall-integrazzjoni professjonali u jiġi miġġieled l-eżodu tal-imħuħ;

5.  Huwa tal-fehma li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp trid tiġi implimentata bl-akbar rispett għall-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna maqbula internazzjonalment u, bħala tali, tappoġġja l-pjanijiet u l-istrateġiji nazzjonali tal-pajjiżi sħab sabiex jintlaħqu dawn l-SDGs;

6.  Jenfasizza li l-QFP li jmiss irid iżomm il-livell attwali ta' kwalità u impatt tal-għajnuna Ewropea u jipprovdi l-garanziji meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-proġetti;

7.  Jinnota l-impenji mwettqa fl-istrateġija globali tal-UE għall-politika estera u ta' sigurtà u l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid;

8.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi ssodisfat l-impenn, ikkonfermat fil-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp, li tiġi allokata 20 % tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) tal-UE għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem; jissottolinja l-ħtieġa li ssir enfasi fuq l-SDGs li jikkonċernaw is-saħħa, b'mod partikolari l-ġlieda kontra l-AIDS, it-tuberkulożi u l-malarja, u dawk li jikkonċernaw is-sigurtà, l-ikel, l-edukazzjoni, l-impjiegi, l-ilma u s-sanità, l-enerġija, l-industrija, l-innovazzjoni, l-infrastruttura, il-governanza tajba, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-ġeneru, l-ambjent u l-azzjoni klimatika;

9.  Ifakkar fl-impenn tal-UE favur l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-QFP li jmiss u sabiex ikun żgurat li l-QFP li jmiss ikollu s-sostenibbiltà tiegħu protetta bħala mezz ta' kif jiġi żgurat li l-PCD tiġi rrispettata fil-politiki kollha tal-UE; ifakkar, barra minn hekk, fil-ħtieġa li jsir investiment fil-fatturi b'saħħithom li jagħtu impetu lill-iżvilupp sostenibbli tal-bniedem, bħas-saħħa riproduttiva u sesswali u d-drittijiet relatati;

10.  Ifakkar fl-impenji – b'mod partikolari finanzjarji – meħuda skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll dawk meħuda skont il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid; jenfasizza l-ħtieġa, b'mod partikolari, li jiżdiedu l-isforzi u l-finanzjament sabiex jgħinu fl-adattament għat-tibdil fil-klima u fil-limitazzjoni tat-tisħin globali, kif ukoll il-ħtieġa li jintemmu s-sussidji mogħtija għall-karburanti fossili li jagħmlu ħsara lill-ambjent;

11.  Jinkoraġġixxi, f'dan il-kuntest, l-użu aħjar tal-programmi kollha taħt l-intestaturi tal-QFP li jmiss, bħal permezz ta' programmi ta' riċerka, sabiex jikkumplementaw l-objettivi tal-UE ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp u jappoġġjaw l-isforzi sabiex jiġu indirizzati l-isfidi globali u sabiex jiġi żgurat, barra minn hekk, li permezz ta' PCD effikaċi, ma jkun hemm ebda politika jew programm tal-UE li jikkontradixxu l-objettivi tal-qerda tal-faqar, it-tnaqqis tal-inugwaljanza f'pajjiżi sħab u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp soċjetali, ekonomiku u ambjentali sostenibbli;

12.  Jenfasizza r-rwol tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp bħala l-qafas għal approċċ komuni għall-politika tal-iżvilupp applikata mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-Istati Membri u għall-implimentazzjoni tal-SDGs; jinnota li l-QFP għandu jirrifletti l-prijoritajiet ewlenin fl-infiq għall-iżvilupp f'konformità ma' din id-dikjarazzjoni, permezz tal-integrazzjoni tal-effikaċja tal-għajnuna u tal-prinċipji tal-PCD;

13.  Itenni l-ħtieġa li jinħolqu l-kundizzjonijiet għaż-żgħażagħ sabiex jiggarantixxu l-futur fit-tul tagħhom bil-għan li jsiru ċittadini attivi fil-pajjiżi tagħhom u jitlob li jittieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-emanċipazzjoni tan-nisa f'kuntest ekonomiku, politiku u soċjali;

14.  Huwa tal-fehma li hija meħtieġa żieda fl-investiment fl-aċċess għas-saħħa riproduttiva u sesswali u d-drittijiet relatati sabiex tgħin jiġi miġġieled l-impatt negattiv tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-"Global Gag Rule";

15.  Jitlob li jkun hemm opportunitajiet indaqs garantiti fir-rigward tal-aċċess għall-irġiel u n-nisa għal strutturi ta' teħid ta' deċiżjonijiet u għal servizzi u riżorsi ekonomiċi, soċjali, politiċi, teknoloġiċi u kulturali; jitlob li jitqiesu l-miżuri kollha maħsuba biex jiġġieldu l-vjolenza fuq in-nisa;

16.  Jitlob li l-QFP li jmiss ikollu s-sostenibbiltà tiegħu protetta bħala mod prattiku ta' kif tiġi żgurata l-PCD fid-deċiżjonijiet tal-UE relatati mal-finanzjamenti; huwa tal-fehma li approċċ bħal dan għandu jiżgura li l-finanzjament intern u estern tal-UE jkun konformi mal-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp u għandu jimmassimizza l-effikaċja tal-baġit kollu tal-UE billi jipprevjeni l-infiq inkonsistenti u l-ħela ta' riżorsi;

17.  Jenfasizza li l-valur miżjud ta' politika dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-livell tal-UE ntwera b'mod ċar; jindika r-rwol kruċjali tal-ODA fil-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs) u fl-istati fraġli u jinsisti li l-UE tonora l-impenn tagħha sabiex tilħaq 0,20 % tal-ING fl-ODA lil-LDCs; jinnota l-potenzjal tal-ODA sabiex tiffaċilita l-mobilizzazzjoni ta' finanzjament għall-iżvilupp minn sorsi oħrajn, kemm pubbliċi kif ukoll privati, nazzjonali u internazzjonali; jappoġġja l-isforzi l-ġodda tal-UE sabiex tistimola investiment privat permezz ta' taħlit ta' għotjiet u self u l-għoti ta' garanziji, inkluż f'pajjiżi fejn il-ħtiġijiet huma kbar, iżda r-riskji huma għoljin; jinnota li, b'riżultat ta' dan, se jinħolqu ħtiġijiet importanti ta' finanzjament; jenfasizza li l-programmazzjoni tal-għajnuna għall-iżvilupp għandha tkun pluriennali u tipprovdi prevedibbiltà, filwaqt li tħalli wkoll spazju għal flessibilità, kif ukoll għandha tuża metodi ta' attwazzjoni differenti u komplementari bbażati fuq il-kapaċitajiet, il-ħtiġijiet u r-riżultati tal-pajjiżi; huwa tal-fehma li l-finanzjament imħallat għandu jikkomplementa iżda mhux jissostitwixxi l-finanzjament għall-iżvilupp tradizzjonali; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-involviment tas-settur privat irid jirrispetta l-istandards b'saħħithom tat-trasparenza u tar-responsabbiltà;

18.  Jitlob li tingħata promozzjoni lill-kooperazzjoni internazzjonali, f'konformità mal-istandards internazzjonali rikonoxxuti, sabiex jiġu miġġielda l-flussi finanzjarji illeċiti u l-evażjoni tat-taxxa;

19.  Itenni li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol importanti x'jiżvolġu sabiex jilħqu lill-persuni vulnerabbli u l-aktar fil-bżonn fis-soċjetà; jinnota li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jeħtieġu biżżejjed kapaċità u appoġġ jekk iridu jappoġġjaw, jimmonitorjaw u jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tal-politiki nazzjonali u tal-UE, filwaqt li jikkontribwixxu għat-titjib fil-mekkaniżmi finanzjarji; huwa tal-fehma li l-fondi tal-UE huma vitali sabiex tinbena l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet ta' bażi għandu jkollhom aċċess garantit għal dawn il-fondi;

20.  Ifakkar li l-livelli għolja ta' inugwaljanza jippersistu f'numru kbir ta' pajjiżi b'introjtu medju (MIC) u, għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni żżomm allokazzjonijiet speċifiċi ta' finanzjament għal dawk il-pajjiżi; huwa tal-fehma li d-differenzjazzjoni skont il-pajjiż f'termini tal-allokazzjonijiet ta' finanzjament u l-modalitajiet ta' kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq firxa wiesgħa ta' kriterji, filwaqt li jitqiesu l-iżvilupp tal-bniedem b'mod inklużiv, id-drittijiet tal-bniedem u l-livelli ta' inugwaljanza, kif ukoll il-prijoritajiet ta' kull pajjiż għall-iżvilupp sostenibbli;

21.  Jemmen li hemm raġunijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-assorbiment tal-għajnuna u jenfasizza l-importanza tal-prinċipju tas-sjieda tal-għajnuna għall-iżvilupp, li titlob impenji mill-pajjiżi sħab, billi dawn huma l-partijiet ewlenin responsabbli għall-produzzjoni ta' strateġiji ta' żvilupp; jissuġġerixxi, għalhekk, li għandu jiġi kkunsidrat it-taħriġ iffinanzjat mill-UE maħsub biex itejjeb l-aċċess għall-finanzjament mill-UE eżistenti;

22.  Jirrakkomanda li titwettaq valutazzjoni fil-fond kemm tal-addizzjonalità finanzjarja u dik tal-iżvilupp, kif ukoll tal-impatt ambjentali, soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli qabel jiġu impenjati aktar riżorsi tal-ODA għall-għoti ta' garanziji għall-investiment u modalitajiet ta' għajnuna simili;

23.  Ifakkar li l-proliferazzjoni tal-Fondi Fiduċjarji li jibbenefikaw minn fondi ta' żvilupp – neċessarji minħabba nuqqas ta' riżorsi u flessibilità – bħall-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika, timmina l-unità tal-baġit u tista' tinvolvi riskji għas-sjieda demokratika, it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-effikaċja tal-għajnuna; jemmen li l-użu ta' dawn l-istrumenti għandu jkun ġustifikat b'mod ċar, komplementari, ta' tul ta' żmien limitat u maħsub biex jindirizza objettivi speċifiċi minflok biex jaqdi objettivi ta' żvilupp fit-tul;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ aktar l-armonizzazzjoni u l-koerenza bejn il-programmi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp bilaterali u multilaterali tagħha, speċjalment meta jkun ikkonċernat l-istess pajjiż, bil-għan li tittejjeb l-effikaċja tal-għajnuna tal-UE;

25.  Jitlob li l-QFP li jmiss ikun jirrifletti, permezz ta' allokazzjoni akbar mill-bidu għal strument ta' għajnuna umanitarja miżmum tajjeb u permezz ta' riżerva ta' għajnuna f'emerġenza sostanzjali, il-ħtiġijiet mingħajr preċedent għal għajnuna umanitarja u tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, il-preparazzjoni għal epidemiji u diżastri u l-bini ta' reżiljenza fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; jinnota li l-pressjoni dejjem tiżdied fuq dawn il-ħtiġijiet, li tirriżulta mill-effetti tal-kunflitti, il-gwerer u l-ispostamenti furzati, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, il-governanza ħażina u l-korruzzjoni, il-provvista skarsa jew ineżistenti ta' servizzi soċjali bażiċi, l-inugwaljanza dejjem tikber, it-tibdil fil-klima u l-kompetizzjoni għal riżorsi skarsi; jistieden lill-Kummissjoni tfassal proposta sabiex tagħmel il-pagamenti ugwali b'mod sistematiku għall-impenji għal azzjoni ta' għajnuna umanitarja bil-għan li jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed fondi disponibbli għall-pagamenti; jitlob li tingħata kunsiderazzjoni lill-allokazzjoni ta' aktar riżorsi għall-istrument tal-protezzjoni ċivili u jkunu mgħammra bi flessibilità akbar, sabiex b'hekk l-UE tkun tista' tipprovdi għajnuna prattika lil dawk li jeħtiġuha;

26.  Huwa tal-fehma li filwaqt li l-Mekkaniżmu Ewropew għall-Protezzjoni Ċivili huwa għodda effikaċi fil-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti, madankollu, dan mhuwiex komplut u jeħtieġ aktar titjib; jilqa', għalhekk, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2017, li fiha tipproponi li titwaqqaf kapaċità ta' riżerva awtonoma magħrufa bħala rescEU u li jiġu allokati EUR 280 miljun addizzjonali għall-Mekkaniżmu Ewropew għall-Protezzjoni Ċivili sabiex tiġi ffinanzjata kapaċità ta' riżerva tassew tal-UE, bil-għan li jiġu inklużi, b'mod partikolari, inġenji tal-ajru tal-UE għat-tifi tan-nar; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jirrikonoxxu li l-infrastruttura nazzjonali eżistenti għandha dimensjoni Ewropea u, b'hekk, juru l-appoġġ tagħhom għall-istabbiliment ta' netwerk Ewropew ta' ċentri ta' protezzjoni ċivili u ġestjoni tar-riskji; jistieden lill-Istati Membri jinkludu l-proposta tal-Kummissjoni fil-QFP il-ġdid sabiex il-finanzjament għall-Canadairs tal-UE u l-iżvilupp tagħhom ikunu jistgħu jibdew mill-aktar fis possibbli;

27.  Jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tar-rispons għad-diżastri fil-livell tal-UE, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni li ġejja tal-kapaċità ta' riżerva awtonoma ta' rescEU; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu li l-infrastruttura nazzjonali eżistenti għandha dimensjoni Ewropea u, b'hekk, juru l-appoġġ tagħhom għal azzjoni preparatorja dwar l-istabbiliment ta' netwerk Ewropew ta' ċentri ta' protezzjoni ċivili u ġestjoni tar-riskji;

28.  Jitlob, bil-għan li tiġi kkontrollata l-migrazzjoni, li jsir investiment enormi li jgħin l-industrijalizzazzjoni, l-elettrifikazzjoni u l-iżvilupp tal-infrastruttura, li jistgħu jipprovdu tkabbir ekonomiku inklużiv u impjiegi deċenti; jitlob li jiġu implimentati miżuri li jwaqqfu t-traffikar tal-bnedmin u l-iskjavitù u kull ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari fil-Libja;

29.  Huwa tal-fehma li jeħtieġ li tissaħħaħ it-trasparenza, ir-responsabbiltà u r-rapportar tar-riżorsi għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja, kif ukoll il-mezzi finanzjarji għal din l-għajnuna, b'approvazzjoni rapida mill-awtorità baġitarja, kull meta jkun meħtieġ, b'mod partikolari fid-dawl tal-Aġenda 2030 li għadha kif ġiet stabbilita u bil-għan li jiġu ssodisfati l-prinċipji tal-PCD;

30.  Jindika l-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol essenzjali tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem fil-promozzjoni tal-valuri Ewropej madwar id-dinja u l-konsolidazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fl-azzjoni esterna tal-UE;

31.  Jitlob li, bil-għan li ssir aktar effikaċi l-ġestjoni tar-ritorn volontarju u tkun appoġġata r-reintegrazzjoni ta' dawk kollha rimpatrijati, jissaħħu l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu fl-ambitu ta' kompetenza ripettiva tagħhom;

32.  Jenfasizza li l-istrumenti ta' finanzjament estern fi ħdan il-QFP il-ġdid għandhom ikunu konsistenti mal-SDGs u mal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid, li jirrikonoxxu x-xogħol deċenti bħala xprunatur ewlieni sabiex jinkiseb żvilupp sostenibbli u inklużiv;

33.  Huwa tal-fehma li l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-UE għandu jiffavorixxu l-ħolqien ta' opportunitajiet ta' xogħol deċenti, kif ukoll il-prekundizzjonijiet meħtieġa u ambjent li jippermetti lill-ħaddiema u lit-trade unions jirrappreżentaw l-interessi tagħhom u joperaw liberament; huwa tal-fehma, f'dan l-isfond, li l-QFP il-ġdid għandu jkollu strument ta' finanzjament speċifiku maħsub biex jappoġġja d-djalogu soċjali u s-sħab soċjali fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp;

34.  Jitlob li l-QFP li jmiss iforni riżorsi adegwati lis-SEAE u lid-Delegazzjonijiet tal-UE, sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw l-objettivi u l-obbligi tagħhom fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja;

35.  Jitlob li l-QFP li jmiss ikun konsistenti mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi; jissottolinja l-ħtieġa li jiżdied il-finanzjament għal azzjoni klimatika fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, sabiex jiġu appoġġjati kemm l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu kif ukoll il-protezzjoni tal-bijodiversità; jitlob li jkun hemm integrazzjoni effikaċi tal-kwistjonijiet ambjentali u tat-tibdil fil-klima fl-istrumenti ta' finanzjament estern tal-UE;

36.  Jinnota li r-Renju Unit jikkontribwixxi 12 % tal-baġit tal-Unjoni għall-iżvilupp; jenfasizza li t-telf ta' fondi għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE minħabba l-Brexit irid jiġi kkumpensat; itenni l-pożizzjoni li ilu li adotta dwar il-fatt li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), flimkien ma' strumenti oħrajn barra l-QFP, għandhom jiġu integrati fil-baġit tal-UE; jenfasizza li din l-integrazzjoni għandha tinvolvi ż-żieda tal-pakkett finanzjarju mal-limitu attwali tal-QFP, sabiex b'hekk ma jiġix ipperikolat il-finanzjament ta' politiki u programmi oħrajn tal-UE;

37.  Jinsisti li jinżamm il-livell totali ta' finanzjament għall-politika tal-iżvilupp tal-UE b'delimitazzjoni garantita u li tinstab soluzzjoni permanenti għall-finanzjament mill-UE tal-ispejjeż tas-sigurtà li huma kemm marbuta kif ukoll konsistenti mal-kooperazzjoni għall-iżvilupp;

38.  Huwa mħeġġeġ mill-vantaġġi potenzjali tal-ibbaġitjar, bħal leġittimità demokratika aktar b'saħħitha għall-FEŻ u għajnuna għall-iżvilupp aktar effiċjenti u effikaċi mill-UE;

39.  Jinsisti li l-inkorporazzjoni tal-FEŻ fil-baġit tal-UE ma għandhiex twassal għal tnaqqis tal-infiq globali għall-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE;

40.  Jissottolinja li r-rwol tal-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-fondi tal-UE għandu jissaħħaħ u jiġi formalizzat fil-kumitati superviżorji u li l-kundizzjonalitajiet ex ante għandhom jiġu mmonitorjati kemm fil-livell tal-ippjanar kif ukoll f'dak regolatorju; jemmen li s-soċjetà ċivili u l-utenti tas-servizzi għandhom ikunu involuti bis-sħiħ fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-proġetti;

41.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-FEŻ għandu jiġi integrat fil-baġit tal-UE; jenfasizza, madankollu, li din l-integrazzjoni għandha tkun tiddependi minn allokazzjoni ġeografika tal-fondi abbażi tal-ħtiġijiet tal-pajjiżi u ta' reviżjoni ambizzjuża 'l fuq tal-limiti massimi sabiex jiġi evitat li jitnaqqsu r-riżorsi attwali tal-FEŻ;

42.  Jitlob li titħaddan prudenza fir-rigward ta' kwalunkwe reviżjoni tal-istruttura ta' għajnuna, sabiex b'hekk ma jiġux imminati l-prijoritajiet ġeografiċi, il-prevedibbiltà tal-għajnuna u ċ-ċarezza politika tal-azzjoni esterna bbażata fuq ir-reġjuni;

43.  Jiġbed l-attenzjoni għar-rwol ewlieni tad-dijaspora fl-iżvilupp, permezz ta' rimessi, trasferimenti tal-ħiliet u valuri mhux finanzjarji, li jservi sabiex jippromwovi l-paċi, id-demokrazija, il-governanza tajba u l-istabbiltà soċjali;

44.  Ifakkar fir-rwol ewlieni li għandhom l-istrumenti speċjali fil-QFP attwali, b'mod partikolari r-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza (EAR), fir-rispons għal avvenimenti mhux previsti, inklużi l-aktar kriżijiet umanitarji akuti barra mill-UE;

45.  Jenfasizza li l-QFP li jmiss għandu jippermetti wkoll lill-UE timplimenta fis-setturi politiċi differenti, l-impenji meħuda fis-Summit Umanitarju Dinji fl-2016, sabiex b'hekk jitnaqqsu l-ħtiġijiet u jittejjeb it-twassil tal-għajnuna umanitarja;

46.  Jenfasizza n-nuqqas li jiġi onorat l-impenn ta' 0,7 % tal-ODA/ING għall-2015 u jiġbed l-attenzjoni għall-impenn attwali tal-UE u tal-Istati Membri tagħha li jilħqu dan il-livell sal-2030; jitlob li l-QFP li jmiss iqis dan u jinforza l-impenji internazzjonali tal-UE u tal-Istati Membri tagħha; jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma laħqux il-livell impenjat sabiex jipproduċu pjan direzzjonali, li jistabbilixxi fid-dettall kif għandhom jagħmlu dan b'mod f'waqtu; ifakkar li l-ODA ġestita mill-UE tikkontribwixxi sabiex jiġu onorati l-impenji tal-Istati Membri u tista' żżid b'mod sinifikanti l-effikaċja tal-iżvilupp tan-nefqa tal-ODA, inkluż permezz ta' tnaqqis fil-frammentazzjoni u l-iffaċilitar ta' approċċ ibbażat fuq l-inċentivi mal-pajjiżi sħab; ifakkar li mingħajr sigurtà ma jista' jkun hemm ebda żvilupp; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu applikati l-prinċipji tal-effikaċi tal-iżvilupp u l-PCD għall-istrumenti ta' finanzjament u l-modalitajiet ta' finanzjament kollha;

47.  Jitlob li titwaqqaf struttura speċifika għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej fil-QFP li jmiss sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn assistenza finanzjarja, imfassla għall-ambizzjonijiet tas-Sħubija bejn l-pajjiżi u territorji extra-Ewropej u l-UE u bbażata fuq l-interessi u l-isfidi li jikkondividu mal-Unjoni Ewropea, kif previst fir-Raba' Parti tat-TFUE, bħala membri tal-familja tal-UE u membri tar-reġjuni li huma strateġikament importanti għall-UE, filwaqt li jmexxu 'l quddiem l-integrazzjoni reġjonali tagħhom;

48.  Jemmen li semplifikazzjoni ġenwina tal-istrumenti ta' finanzjament estern tal-UE tista' ttejjeb il-koerenza u tiffaċilita l-kontroll u l-iskrutinju demokratiċi; jenfasizza, madankollu, li tali semplifikazzjoni għandha tirrispetta d-dritt ta' skrutinju tal-Parlament u l-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp, kif ukoll li l-finanzjament tal-iżvilupp tal-UE għandu jżomm l-objettiv fundamentali tiegħu tal-qerda tal-faqar, b'enfasi partikolari fuq l-LDCs u kuntesti fraġli;

49.  Jissottolinja li r-riżorsi tal-Intestatura 4 kienu taħt pressjoni kbira matul il-QFP attwali u li l-fondi għall-iżvilupp intużaw dejjem aktar bħala riżerva għall-prijoritajiet emerġenti f'oqsma ta' politika oħrajn; jissottolinja l-ħtieġa għal flessibilità sabiex il-finanzjament ikun jista' jintuża b'mod aktar rapidu b'rispons għal żviluppi u kriżijiet mhux previsti; jenfasizza, madankollu, li flessibilità akbar ma għandhiex tingħata għad-detriment tal-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna u tal-prevedibbiltà tal-għajnuna, li jkun għad-detriment ta' dawk l-istrumenti maħsuba biex jaqdu l-għanijiet ta' żvilupp fit-tul, u lanqas ma tirriżulta fit-tnaqqis tal-iskrutinju parlamentari u l-konsultazzjonijiet mal-pajjiżi sħab u mas-soċjetà ċivili; jitlob li ssir evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programmi ta' żvilupp tal-QFP;

50.  Itenni l-importanza tat-trawwim ta' kooperazzjoni msaħħa fis-soluzzjoni tal-problemi marbuta mat-traffikar, il-produzzjoni u l-konsum illegali tad-droga, is-suldati tfal, l-isfruttament illegali u l-ġestjoni insostenibbli tar-riżorsi naturali, il-kriminalità marittima u t-terroriżmu;

51.  Jenfasizza li l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp huma dawk l-aktar vulnerabbli u l-aktar affettwati mit-tibdil fil-klima; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tintegra l-kunsiderazzjonijiet tat-tibdil fil-klima fl-istrumenti ta' finanzjament kollha u iżżid l-objettiv attwali skont liema 20 % tal-finanzjament kollu tal-UE għandu jintefaq fuq azzjonijiet relatati mat-tibdil fil-klima;

52.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha ma jibqgħux jonfħu l-valur tal-għajnuna artifiċjalment u jeskludu l-elementi relatati mal-għajnuna minfuħa artifiċjalment mir-rapportar dwar l-ODA (pereżempju l-ispejjeż tar-rifuġjati, l-ispejjeż attribwibbli għall-istudenti, l-għajnuna marbuta, l-imgħax fuq is-self u l-ħelsien mid-dejn);

53.  Jemmen li l-promozzjoni tal-paċi, tas-sigurtà u tal-ġustizzja fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp hija kruċjali u jirrikonoxxi l-ħtieġa għal nefqa relatata mas-sigurtà sabiex jitwassal l-SDG nru 16; itenni li l-ħolqien ta' strument speċifiku u separat b'appoġġ għall-bini tal-kapaċità għas-sigurtà u l-iżvilupp għandu jevita t-titolizzazzjoni tal-istrumenti u l-finanzjament għall-iżvilupp;

54.  Jitlob li l-UE żżid l-assistenza tagħha għall-agrikoltura sostenibbli sabiex tlaħħaq mat-tibdil fil-klima, billi timmira l-appoġġ tagħha għall-bdiewa fuq skala żgħira, id-diversifikazzjoni tal-għelejjel, l-agrosilvikultura u l-prattiki agroekoloġiċi;

55.  Jinnota li l-għajnuna għall-iżvilupp tista' taqdi rwol importanti fil-qasam tal-migrazzjoni sabiex jiġu indirizzati l-kawżi tal-ispostamenti furzati tal-popolazzjoni u jissaħħu l-benefiċċji tal-migrazzjoni u tal-mobilità għall-iżvilupp; huwa tal-fehma, madankollu, li l-ODA ma għandhiex tintuża sabiex jiġu koperti l-kostijiet tar-rifuġjati fil-pajjiżi donaturi, l-esternalizzazzjoni tal-politiki dwar il-migrazzjoni barra l-fruntieri tal-UE jew il-kostijiet tar-ritorni u tar-riammissjonijiet fil-pajjiżi ta' oriġini; jirrifjuta l-idea li l-għajnuna tiġi kkundizzjonata fuq il-kontroll fil-fruntieri, il-ġestjoni tal-flussi migratorji jew il-ftehimiet ta' riammissjoni bħala l-bażi ta' sħubija u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi;

56.  Itenni l-appell inekwivoku tiegħu għal appoġġ u finanzjament miżjuda u kontinwi mill-UE għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li huma atturi awtonomi tal-iżvilupp, u għall-involviment sħiħ u liberu tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fid-djalogu politiku, kif ukoll fil-programmazzjoni u l-implimentazzjoni fl-istrumenti ta' kooperazzjoni kollha tal-UE;

57.  Huwa tal-fehma li l-Parlament għandu jeżamina l-għażliet sabiex jistabbilixxi struttura għal mekkaniżmu orizzontali u komprensiv bil-għan li jsegwi l-Aġenda 2030 universali, bis-17-il SDG tagħha, b'tali mod li jirrispetta n-natura integrata u indiviżibbli tiegħu.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Mireille D’Ornano, Doru-Claudian Frunzulică, Charles Goerens, Enrique Guerrero Salom, György Hölvényi, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, Eleftherios Synadinos, Bogdan Brunon Wenta, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ádám Kósa, Paul Rübig, Judith Sargentini, Adam Szejnfeld

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Lambert, Miroslav Mikolášik

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

17

+

ALDE

Charles Goerens

EFDD

Ignazio Corrao

PPE

György Hölvényi, Ádám Kósa, Miroslav Mikolášik, Paul Rübig, Adam Szejnfeld, Bogdan Brunon Wenta

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Elly Schlein

Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

2

-

NI

Eleftherios Synadinos

PPE

Joachim Zeller

2

0

EFDD

Mireille D’Ornano

GUE/NGL

Lola Sánchez Caldentey

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (23.11.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-QFP li jmiss: tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020

(2017/2052(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Petri Sarvamaa

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

Objettivi tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)

1.  Jirrimarka li l-QFP għandu jiġi ppjanat skont l-ammonti li jistgħu jiżguraw tkabbir strateġiku, jagħtu impetu l-valur miżjud Ewropew, jagħmlu l-ekonomija tal-UE aktar b'saħħitha u s-soċjetajiet aktar pro-Ewropej; jisħaq fuq il-fatt li l-baġit tal-UE għandu jkun leġġibbli u trasparenti;

Allinjament taċ-ċikli baġitarji u strateġiċi

2.  Jinnota li d-durata ta' seba' snin tal-QFP mhuwiex sinkronizzat mal-mandati ta' ħames snin tal-Parlament u tal-Kummissjoni, u lanqas mhu allinjat maċ-ċiklu ta' għaxar snin għall-ippjanar strateġiku tal-Unjoni u mal-istrateġija Ewropa 2020; huwa tal-fehma li dan in-nuqqas ta' sinkronizzazzjoni jista' jdgħajjef il-leġittimità demokratika tal-Unjoni kif ukoll l-effiċjenza tal-governanza politika tagħha, peress li jwassal għal sitwazzjonjiet fejn il-Parlament u l-Kummissjoni jkunu vinkolati minn ftehimiet dwar objettivi politiċi u dwar finanzi li jkunu saru matul il-perjodu qafas preċedenti; jisħaq fuq il-fatt li dan jista' jagħti l-impressjoni li l-elezzjonjiet Ewropej huma pjuttost irrilevanti fil-kuntest tal-ippjanar baġitarju u strateġiku fuq il-perjodu twil;

3.  Itenni l-fehma tiegħu li d-durata tal-QFP għandha titnaqqas minn sebgħa għal ħames snin sabiex tiġi integrata mal-perjodi ta' mandat politiku tal-Parlament u tal-Kummissjoni(1), mingħajr ma tiġi pperikolata l-implimentazzjoni jew l-amministrazzjoni tal-programmi li jkunu għadhom għaddejjin, filwaqt li jiġi pprovdut programm ta' strateġija fuq il-perjodu twil ta' 5+5 snin, b'analiżi obbligatorja ta' nofs it-terminu; jirrimarka li, fl-2020, se jkun hemm opportunità biex iċ-ċiklu strateġiku fuq il-perjodu twil jiġi allinjat maċ-ċiklu baġitarju u jirrakkomanda bil-qawwa li din l-opportunità tiġi sfruttata; iqis li l-Kummissjoni għandha teżamina wkoll il-possibbiltà li tintroduċi programm kontinwu fejn kull QFP, filwaqt li jżomm l-istess tul ta' żmien ta' bħalissa, ikun parzjalment ikopri l-perjodu preċedenti, bil-premessa li din is-soprappożizzjoni tkun tista' jgħin biex jittaffew il-livelli massimi u minimi naturali;

Rieżami komprensiv tal-infiq tal-UE

4.  Jirrimarka li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fir-rapporti annwali u speċjali tagħha(2), enfasizzat ħafna sitwazzjonijiet fejn l-infiq tal-UE seta' kien ġie ppjanat b'mod aktar strateġiku u fejn seta' kiseb riżultati aħjar; jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, li r-riżorsi allokati għall-programmi u l-iskemi ta' nfiq ewlenin spiss ma kinux allinjati mal-objettivi politiċi stabbiliti fiċ-ċiklu ta' ppjanar strateġiku ta' għaxar snin, biex potenzjalment wasslu għal riżultati kontradittorji;

5.  Jappella lill-Kummissjoni, fit-tressiq tal-proposta tagħha għal QFP ta' wara l-2020, tinkludi fiha deskrizzjoni dettaljata tal-prijoritajiet strateġiċi skont liema jitfassal l-abbozz tal-QFP; jisħaq fuq il-fatt li għandhom jitqiesu dawn il-prijoritajiet fit-tfassil ta' strateġija komprensiva Ewropa 2030, li għandha tiġi eżaminata fid-dettall mill-Parlament qabel l-adozzjoni tal-pakkett tal-QFP ta' wara l-2020 mill-Kunsill;

6.  Jitlob lill-Kummissjoni, biex qabel ma tfassal il-proposta tagħha għal QFP ġdid, twettaq rieżami tal-infiq dettaljat u komprensiv li jivvaluta l-punt safejn:

–  l-allokazzjoni ta' riżorsi fil-baġit tal-UE tirrifletti l-prijoritajiet u l-opportunitajiet strateġiċi ta' żieda fil-valur, b'mod partikolari fil-politiki li wrew li jassorbu wisq riżorsi filwaqt li jservu funzjonijiet sempliċement ridistributtivi, bħal pereżempju l-Politika ta' Koeżjoni u l-Politika Agrikola Komuni (PAK), u f'dawk l-oqsma ta' politika li dan l-aħħar urew miżuri baġitarji insuffiċjenti f'termini ta' ċirkostanzi li jvarjaw, bħall-politika ta' immigrazzjoni u l-azzjoni esterna;

–  il-programmi u l-iskemi tal-UE jikkontribwixxu għall-kisba ta' prijoritajiet starteġiċi, jipprovdu valur għall-flus u kontroll tar-riskju ta' irregolaritajiet, kif propost fid-dokument informattiv tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-3 ta' Novembru 2016 dwar l-analiżi ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020(3);

–  programmi u skemi differenti tal-UE jaħdmu flimkien b'mod koerenti, partikolarment f'oqsma fejn objettivi jew implimentazzjoni ambigwa jistgħu jwasslu għal riżultati kontradittorji u għal ineffiċjenza fir-riżultati;

–  ċerti programmi naqsu milli juru l-effikaċja tagħhom jew milli jkollhom kwalunkwe valur miżjud, għaldaqstant għandu jkun hemm dispożizzjoni li tippermetti l-abbandun tagħhom sabiex jiġu promossi programmi li jkollhom valur miżjud reali;

7.  Jitlob ukoll lill-Kummissjoni, biex qabel ma tfassal il-proposta tagħha għal QFP li jmiss, twettaq analiżi komparattiva tal-ispejjeż ta' implimentazzjoni tal-għotjiet u tal-appoġġ finanzjarju li jista' jitħallas mill-ġdid, partikolarment permezz ta' strumenti finanzjarji, għall-perjodu 2014-2020 bil-għan li jkun stabbilit il-livell reali ta' dan l-infiq, kif rakkomandat fir-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 19/2016(4);

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra bir-reqqa r-riżultati tar-rieżami tal-infiq fit-tfassil tal-proposta tal-QFP u fit-tfassil ta' strateġija komprensiva Ewropa 2030; jinsisti, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni tiżgura li l-mekkaniżmi amministrattivi u ta' kontroll ikunu affidabbli fil-livelli kollha u fil-fażijiet kollha tal-qafas baġitarju tal-UE, u li l-frodi u l-irregolartajiet jiġu mikxufa u evitati b'mod effikaċi; jistieden lill-Kummissjoni tgħaddi għal evalwazzjoni bbażata fuq ir-riskju fejn ir-riżorsi ta' kontroll jistgħu jiġu ffokati aktar fuq dawk ir-reġjuni u oqsma ta' politika fejn ir-riskji ta' irregolaritajiet urew li huma aktar sinifikanti;

Flessibbiltà f'termini ta' objettivi u prijoritajiet emerġenti

9.  Jinnota li l-politiki tal-Unjoni jista' jkollhom objettivi fuq il-perjodu ta' żmien qasir, medju u fit-tul, u li t-twettiq tagħhom mhux neċessarjament jiġi ddeterminat bi QFP uniku; jemmen li hemm bżonn titqies il-possibbiltà li jinstab bilanċ ġdid bejn id-definizzjoni tal-aġenda politika, l-implimentazzjoni tal-politiki u l-bżonnijiet tal-qafas finanzjarju;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-fattibbiltà li tintroduċi flessibbiltà baġitarja reali f'termini ta' objettivi politiċi permezz tal-ħolqien, b'mod partikolari, ta' programm ta' bbaġitjar skont ċiklu kontinwu b'perspettiva ta' ppjanar ta' ħames snin, klawsola/i ta' reviżjoni f'termini ta' objettivi u politiki, u bi programm ta' evalwazzjoni kontinwu; jipprevedi flessibbiltà interna akbar bejn l-intestaturi u s-snin li tkun tippermetti l-użu massimu tal-limiti massimi tal-QFP il-ġdid;

11.  Jirrimarka li tul l-perjodu QFP attwali, l-UE tista' tiffaċċja bosta sfidi ġodda; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi flessibbiltà fl-ippjanar tal-baġit sabiex tkun tista' tindirizza b'mod aktar effiċjenti ċirkostanzi li jinbidlu b'mod mhux mistenni; iqis, f'dan ir-rigward, li għad iridu jittieħdu miżuri ta' emerġenza adegwati, f'koordinament ma' azzjonijiet oħrajn, biex jittaffu l-kriżijiet fl-Ewropa, speċjalment fl-oqsma tal-agrikoltura u l-migrazzjoni, kif ukoll ma' miżuri li jiżguraw li r-rwol tal-Parlament fl-implimentazzjoni u l-adozzjoni tal-QFP jiġi rispettat bis-sħiħ u li l-Kunsill ma jaġixxix mingħajr il-kunsens tal-Parlament;

12.  Ifakkar dwar it-tħassib tal-Parlament li l-kumplessità finanzjarja li tirriżulta minn interazzjonijiet ta' aktar minn elf strument ta' inġinerija finanzjarja, u minn bosta mekkaniżmi finanzjarji ta' appoġġ għall-politiki tal-Unjoni li mhumiex irreġistrati fil-karta tal-bilanċ tal-Unjoni, tikkostitwixxi raġuni ewlenija għalfejn ir-responsabbiltà demokratika ta' galassji tal-baġits tista' tkun impossibbli; jitlob, b'żieda ma' dan, is-semplifikazzjoni tal-galassja ta' baġits, biex tinkiseb flessibbiltà transsettorjali akbar tal-użu ta' strumenti finanzjarji differenti, sabiex jingħelbu r-regoli restrittivi li jipprevjenu lill-benefiċjarji milli jieħdu vantaġġ ta' programmi multipli għal proġetti b'għanijiet korrispondenti;

13.  Itenni t-talba tiegħu sabiex il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp jiġi integrat fil-baġit tal-UE sabiex tkun tista' jiġu kkontrollati u trattati aħjar il-kawżi prinċipali tal-migrazzjoni eċċessiva b'mod aħjar, u li jkun konformi mal-politiki u l-istrateġiji tal-Unjoni, li juża għodod u metodi li jirriżultaw mill-kompetenza baġitarja tal-Unjoni; iqis li l-isfidi komuni Ewropej fil-politika ta' żvilupp jistgħu jiġu kkontrollati aħjar permezz ta' amministrazzjoni komuni mill-baġit tal-UE;

Ħtiġijiet iġġustifikati sew u l-valur miżjud Ewropew

14.  Jappoġġa s-suġġeriment li għamlet il-Qorti Ewropea tal-Awdituri fid-dokument informattiv tagħha dwar l-analiżi ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, li jkun aħjar jekk it-tul tal-programmi u tal-iskemi jkun stabbilit skont il-bżonnijiet ta' politika u taċ-ċittadini, aktar milli jissejsu fuq it-tul tal-perjodu ta' programmazzjoni finanzjarja(5);

15.  Jirrimarka li l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu kapaċi li jippreżentaw bżonnijiet għall-finanzjament tal-Unjoni li jkunu ġustifikati sew, u kif ukoll li jiddefinixxu l-għanijiet u r-riżultati li għandhom jinkisbu, u jenfasizzaw l-importanza li jiġu rispettati l-ħtiġijiet reali taċ-ċittadini permezz ta' approċċ territorjali u integrat; jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod separat tiddefinixxi l-kriterji ta' valur miżjud tal-UE, sabiex tipprevjeni kull ambigwità possibbli fid-deċiżjonijiet dwar l-infiq tal-UE; jirrimarka, barra minn hekk, li qabel kull deċiżjoni baġitarja, għandhom jiġu osservati l-prinċipji tal-effikaċja, effiċjenza u ġestjoni finanzjarja tajba;

16.  Huwa tal-fehma li r-rekwiżiti ta' trasparenza tal-UE idealment jintlaqgħu minn reġjuni li jħejju l-kontijiet tagħhom f'konformità mal-Istandards għall-Kontabbiltà Ewropej għas-Settur Pubbliku; jinnota barra minn hekk li kontabbiltà ta' kontroentrati tkun mod ideali kif jiġu aġevolati l-obbligi ta' rappurtar fil-konfront tal-Kummissjoni, li ġew imposti fuq ir-reġjuni u l-istituzzjonijiet ta' promozzjoni; jitlob, bħala inċentiv ulterjuri, l-implimentazzjoni u l-adattament kontinwu tal-istandards ta' kontabbiltà pubblika li għandhom jiġu kofinanzjati mill-UE;

17.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli ssaħħaħ u tissemplifika l-istruttura u l-kompożizzjoni tal-infiq tal-UE dwar il-politika ta' koeżjoni bil-għan li jiġu indirizzati b'suċċess id-disparitajiet u d-diskrepanzi bejn żoni urbani u rurali, u l-Istati Membri differenti, sabiex jitreġġgħu lura l-proċessi ta' approfondiment id-diverġenzi, u biex tingħeleb il-frammentazzjoni u jiġi żgurat futur b'saħħtu għall-iżvilupp tal-UE bħala soċjetà demokratika, b'saħħitha u f'koeżjoni; itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-prijoritajiet politiċi addizzjonali għandhom jiġu abbinati ma' mezzi finanzjarji addizzjonali u ma jiġux iffinanzjati askapitu tal-politiki eżistenti tal-UE; huwa tal-fehma li l-politiki ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni xorta jistgħu jipprovdu appoġġ għar-reġjuni inqas żviluppati, u għal titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, iżda jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex mhux biss tipprovdi t-tqassim mill-ġdid tal-appoġġ finanzjarju, iżda hija u żżomm quddiem għajnejha l-bżonnijiet reali taċ-ċittadini, tiffoka aktar fuq l-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tat-tkabbir, l-innovazzjoni, il-mobilità, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà tal-art sabiex din tiġi protetta minn diżastri kkawżati mill-bniedem u dawk naturali, mill-enerġija u t-tranżizzjoni ambjentali, u fuq l-impatt territorjali tal-politiki tal-UE, filwaqt li jiġu applikati l-istess kriterji għall-UE kollha kemm hi; jirrimarka wkoll li dan l-approċċ msejjes fuq il-post jiġġenera valur miżjud Ewropew kif ukoll valur għaċ-ċittadini tal-UE u huwa essenzjali biex jintlaħaq l-objettiv ta' Ewropa intelliġenti, sostenibbli u inklużiva, peress li jipprovdi flessibbiltà fil-formulazzjoni ta' reazzjonijiet integrati għal diversi ħtiġijiet territorjali mingħajr ma tintilef l-enfasi tematika tal-politiki tal-UE;

18.  Itenni l-appell tiegħu għal semplifikazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni tal-politika ta' koeżjoni fil-livelli kollha ta' governanza u ta' kontroll, li għandha tkun ibbażata aktar fuq id-dipendenza reċiproka u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' awditjar differenti sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv; huwa tal-fehma li l-kriżi ekonomika, soċjali u ta' politika ta' koeżjoni territorjali tal-Unjoni għandha tiffoka aktar fuq il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni rispettivi bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-punti ta' dgħufija reali tagħhom u t-trawwim tal-punti ta' saħħa tagħhom;

19.  Jirrimarka li l-iżvilupp tal-passat tal-benefiċjarji mill-koeżjoni għandu jingħata kunsiderazzjoni akbar fit-tqassim tal-fondi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta sistema riveduta għal rati ta' kofinanzjament tal-proġetti ta' koeżjoni li tirrikonoxxi l-iżviluppi tal-passat u li tnaqqas is-sehem ta' finanzjament tal-UE f'oqsma fejn diġà nħass il-progress miksub;

20.  Jirrimarka li hemm bżonn ta' bilanċ ġdid bejn, min-naħa l-waħda, il-PAK u l-Politiki ta' Koeżjoni, u, min-naħa l-oħra, l-politiki interni l-oħrajn tal-UE kif ukoll kapaċità esterna msaħħa tal-Unjoni, li tinkludi l-elementi tas-sigurtà u tad-difiża; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tenfasizza l-kooperazzjoni fis-sigurtà u d-difiża fit-tħejjija tal-proposta tagħha għal QFP ta' wara l-2020, u meta tirriforma u timplimenta l-istrumenti finanzjarji tal-UE bħall-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS); jappoġġa l-idea ta' aktar integrazzjoni Ewropea kif ukoll inizjattivi konkreti fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża;

21.  Ifakkar fir-rimarki tiegħu(6) dwar l-istruttura mhux sostenibbli tan-nefqa tal-PAK: jinnota bi tħassib li 44,7 % tal-azjendi agrikoli kollha tal-Unjoni kellhom introjtu annwali ta' inqas minn EUR 4 000; jinnota b'aktar tħassib li medja 80 % tal-benefiċjarji tal-appoġġ dirett tal-PAK irċevew madwar 20 % tal-pagamenti, u jirrakkomanda lill-Kummissjoni timponi limitu massimu fuq il-pagamenti tal-PAK, bil-għan li tirrettifika din l-anomalija; jirrimarka li fi żminijiet ta' volatilità jew ta' kriżi, azjendi agrikoli ta' daqs akbar mhux bilfors ikollhom bżonn l-istess grad ta' appoġġ għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu tal-azjendi agrikoli bħal dawk ta' daqs iżgħar peress li l-azjendi agrikoli kbar spiss jibbenefikaw minn ekonomiji ta' skala potenzjali li x'aktarx jagħmluhom aktar reżiljenti; iqis li l-iskemi ta' finanzjament tal-PAK jistgħu jiffokaw aktar fuq il-bdiewa, skont restrizzjonijiet speċjali: azjendi agrikoli żgħar, żoni klimatiċi u ġeografiċi problematiċi u reġjuni skarsament popolati;

22.  Jappella lill-Kummissjoni, biex waqt il-proċess ta' riflessjoni dwar PAK issemplifikata u modernizzata, li timponi tfassil ta' politika differenti, jew mudell differenti ta' distribuzzjoni tal-pagamenti diretti, sabiex tipprovdi mezz aħjar kif fondi pubbliċi jiġu diretti lejn objettivi agroambjentali u ta' azzjoni ta' klima; jisħaq fuq il-fatt, madankollu, li l-ħtieġa li jingħata kumpens finanzjarju li jkun ikopri l-ispejjeż relatati maż-żamma ta' standards għoljin ta' saħħa u ta' ambjent fil-produzzjoni tal-ikel, kif ukoll l-ispejjeż għoljin tal-produzzjoni assoċjati ma' kundizzjonijiet ta' klima diffiċli f'ċerti żoni ġeografiċi, peress li l-bdiewa fl-Ewropa spiss ikollhom jissieltu mal-kompetizzjoni globali;

Kif jinġiebu fi tmiemhom l-impenji pendenti: l-impatt tan-nuqqas ta' evalwazzjoni reali u ta' kapaċità baġitarja effettiva

23.  Jiddispjaċih bil-qawwa għal-livelli għoljin ta' impenji pendenti li għadhom jippersistu, li min-naħa waħda, huma r-riżultat tad-dewmien mill-Istati Membri fil-preżentazzjoni tat-talbiet għall-ħlas u, min-naħa l-oħra, huma kkawżati mill-Kummissjoni li kienet konsiderevolment tard fil-proposta tal-programmi; jirrimarka li kull evalwazzjoni u analiżi effettiva tal-implimentazzjoni tal-baġit hi impossibbli f'dawn iċ-ċirkostanzi, kemm jekk f'nofs it-terminu jew fi tmiem il-perjodu ta' proggrammazzjoni; jiddispjaċih li dan jostokala l-kapaċità ta' previżjoni tal-awtorità baġitarja; jiddispjaċih, b'mod partikolari, li kien hemm żieda sinifikanti fl-impenji pendenti sa tmiem l-2016, li laħqet l-EUR 238 biljun, u li ż-żieda fir-rigward taċ-ċifra għall-2015, li kienet aktar minn EUR 21 biljun, kienet darbtejn ogħla minn dik mistennija fil-bidu;

24.  Jirrimarka li fil-parti l-kbira tagħha din is-sitwazzjoni hi r-riżultat ta' livell baxx ħafna ta' sottomissjonijiet għal talbiet ta' pagament mill-Istati Membri għall-2014-2020, u jisħaq li dan jista' jxekkel l-effikaċja tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej; jitlob lill-Kummissjoni tanalizza l-kawżi ewlenin tad-dewmien li seħħ fis-sottomissjoni tat-talbiet ta' pagament mill-Istati Membri, u b'mod partikolari biex teżamina mill-ġdid l-arkitettura globali tal-fondi strutturali sabiex jitħaffef il-proċess relatat mal-programmazzjoni tal-UE, il-monitoraġġ mill-Kummissjoni u l-implimentazzjoni mill-awtoritajiet tal-Istati Membri;

25.  Jappella lill-Kummissjoni biex tiddubita l-valur miżjud tar-regoli n+2 u n+3 fil-pagamenti ta' fondi strutturali u biex tressaq proposta li tistabbilixxi li sal-aħħar tal-perjodu ta' programmazzjoni, l-Istati Membri huma obbligati li jħallsu lura l-fondi strutturali reqdin fil-baġit tal-UE;

Baġit ibbażat fuq il-prestazzjoni: qafas li jistabbilixxi limiti

26.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmodernizzaw u jfasslu mill-ġdid il-baġit tal-UE, b'mod sinifikanti, skont il-prinċipji tal-ibbaġitjar ibbażat fuq il-prestazzjoni - b'kunsiderazzjoni wkoll tal-valutazzjoni tal-impatt soċjali ta' dan l-ibbaġitjar- sabiex jinkludu l-prijoritajiet l-ġodda li ntlaħaq ftehim dwarhom fil-livell tal-UE-27, u biex jappoġġaw il-funzjoni ta' stabbilizzazzjoni fiskali għaż-żona tal-euro bl-użu ta' riżorsi proprji;

27.  Iqis li kull kapaċità baġitarja ġdida possibbli proposta b'mod speċifiku għall-Istati Membri fiż-żona tal-euro, għandha tkun żviluppata fi ħdan il-qafas tal-Unjoni u għandha tkun soġġetta għal skrutinju demokratiku u r-responsabbiltà xierqa, permezz tal-istituzzjonijiet eżistenti, kif ukoll li kull assistenza finanzjarja minn din il-kapaċità għandha tiddependi mill-implimentazzjoni tar-riformi strutturali li ntlaħaq ftehim dwarhom;

28.  Jinsisti li l-għan tal-baġit tal-UE għandu jkun li jinkisbu l-objettivi politiċi ddefiniti fi strateġija politika tal-UE u riflessi fl-intestaturi tal-QFP, u li l-linji baġitarji għandhom jiġu ppreżentati f'dan il-qafas, u raggruppati skont dikjarazzjonijiet ta' programm li jimmiraw li jilħqu dawn l-objettivi aktar milli jiġu elenkati skont l-attivitajiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa approċċ aktar integrat għall-użu tal-linji baġitarji u l-fondi differenti, sabiex tkun tista' tirrispondi għall-isfidi reali tal-ħajja fil-livell reġjonali, nazzjonali u f'dak Ewropew; jisħaq ukoll li jinħtieġ li n-nefqa għall-kooperazzjoni msaħħa tiġi inkluża fil-baġit tal-UE;

29.  Ifakkar li fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja l-kwittanza għall-2015, il-Parlament talab lill-Kummissjoni tipproponi l-aġġornamenti meħtieġa għall-mekkaniżmu ta' tfassil u ta' twassil għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej , filwaqt li tikkunsidra wkoll is-suġġerimenti tal-grupp ta' livell għoli dwar is-semplifikazzjoni biex jissaħaħ il-kontribut tal-politika ta' koeżjoni biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fost ir-reġjuni tal-Unjoni u l-Istati Membri u biex għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, tipprovdi indikaturi ta' prestazzjoni iktar ġestibbli u li jistgħu jitkejlu, li jkunu jinkludu l-impatt soċjali ta' dawn il-programmi; jinsisti li kull infiq futur għandu jikkonċentra fuq programmi u strumenti b'valur miżjud għall-UE ppruvat, kif ukoll li l-prestazzjoni għandha tkun fil-qalba tal-programmi u l-iskemi kollha tal-ġenerazzjoni li jmiss, li jinħtieġ ukoll jiżgura distribuzzjoni ġusta tal-finanzjament madwar l-Ewropa;

30.  Jirrimarka li l-finanzi tal-UE għandhom ikunu kapaċi jissodisfaw l-esiġenzi tal-prijoritajiet il-ġodda, bħall-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-ġestjoni tal-migrazzjoni billi jiġu indirizzati aħjar il-kawżi profondi tagħha, it-titjib tal-integrazzjoni permezz ta' kontrolli fil-fruntiera, fost l-oħrajn, u billi jiġu minimizzati l-effetti tad-diskrepanza finanzjarja possibbli li tirriżulta mill-Brexit;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-istrateġija tagħha biex jiġi kkomunikat liċ-ċittadini l-valur miżjud tal-fondi tal-UE;

Kif jimtela l-vojt wara l-Brexit: l-integrazzjoni tal-baġit u l-introduzzjoni ta' riżorsi ġodda

32.  Iqis li filwaqt li d-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni kienet avveniment spjaċevoli li se jkollu effett negattiv fuq il-futur tal-ħajja taċ-ċittadini kemm fir-Renju Unit kif ukoll fil-bqija tal-Istati Membri, iżda din toħloq ukoll opportunità biex l-ambizzjonijiet politiċi tal-UE-27 kif ukoll l-għodod u l-metodi baġitarji meħtieġa jiġu definiti mill-ġdid u riformati; iqis li l-UE-27 jinħtieġ ikunu ambizzjużi fir-riforma tal-baġit u għandhom jimmiraw li jkollhom baġit annwali tal-UE li jkun tal-istess daqs bħal dak tal-UE-28;

33.  Jemmen li dawk l-oqsma ta' politika li aktarx ser ibatu b'mod sinifikanti mid-diskrepanza fil-baġit minħabba l-Brexit, għandhom jiġu protetti minn ostakoli maġġuri sabiex tiġi evitata d-destabbilazzjoni ta' kull qafas ekonomiku, soċjali jew amministrattiv attwali; jirrimarka b'mod partikolari dwar il-bżonn li jiġu żgurati r-riżorsi tal-Unjoni fl-oqsma tat-tkabbir, l-impjiegi, il-koeżjoni soċjali, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni sabiex tiġi msaħħa t-treġija globali tal-Unjoni; jappella lill-Kummissjoni biex f'dan ir-rigward teżamina bir-reqqa l-konsegwenzi tax-xenarji differenti tal-Brexit meta tħejji l-proposta għall-QFP u l-valutazzjoni tal-impatt tiegħu;

34.  Jirrimarka, madankollu li biex jitnaqqas id-distakk baġitarju, l-objettiv ewlieni ma għandux jiżdied is-sehem tal-finanzjament pubbliku, iżda li tiġi pprovduta bażi finanzjarja aktar sostenibbli għall-oqsma kollha ta' politika, kif ukoll biex jiġi mmobbilizzat l-effett ta' lieva massimu tar-riżorsi privati; jappella, f'dan ir-rigward, għal bidla radikali fin-nefqa tal-UE li timxi minn ssussidjar fuq bażi ta' għotja lejn sistema aktar iffokata fuq l-istrumenti finanzjarji, li madankollu tikkunsidra bir-reqqa ukoll, il-kapaċitajiet u l-bżonnijiet finanzjarji tal-benefiċjarji differenti; jenfasizza, madanakollu, li din il-bidla għandha sseħħ b'mod li ma jxekkilx il-ġestjoni trasparenti tal-baġit u tal-miżuri ta' kontroll tal-baġit;

35.  Ifakkar li l-istrumenti finanzjarji mhumiex adatti għal kull tip ta' intervent fl-oqsma ta' politika bħall-politika ta' koeżjoni; jirrimarka li s-self, l-ekwità u l-garanziji jistgħu jwettqu rwol komplementari, iżda jinħtieġ li jintużaw b'kawtela, abbażi ta' valutazzjoni xierqa ex ante, u l-għotjiet jinħtieġ li jiġu kkomplementati biss fejn tali strumenti finanzjarji jixhdu valur miżjud kif ukoll fejn ikollhom effett ta' lieva billi jattiraw appoġġ finanzjarju addizzjonali;

36.  Jenfasizza, b'mod partikolari, l-bżonn li tiġi eliminata l-fissazzjoni żejda fuq il-limitu massimu ta' 1 % tal-ING tal-UE, li ddaħħal fis-seħħ għall-QFP 2014-2020 attwali, peress li n-nefqa spiss hi mxekkla minn dan il-limitu massimu kif ukoll għaliex fi żminijet ta' ċirkostanzi differenti, l-ibbilanċjar tal-baġit isir aktar diffiċli; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw il-flessibilità fid-diskussjonijiet tagħhom dwar il-baġit;

37.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintroduċi proposti konkreti għal riżorsi ġodda, li jnaqqsu s-sehem tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali bbażati biss fuq l-ING għall-baġit tal-UE; jinnota li s-sistema l-ġdida tista' ġġib fi tmiemha l-pożizzjoni ta' kontabbiltà anti-Ewropea ta' "redditu ġust", li tpoġġi enfasi sproporzjonanta fuq il-bilanċi netti bejn l-Istati Membri u li sfortunatament iddominat id-dibattiti baġitarji fil-Kunsill għal ħafna snin;

38.  Iqis li jinħtieġ l-Kummissjoni teżamina, l-possibbiltà, l-ewwel nett, li tinġabar taxxa fuq is-CO2 permezz tal-ipprezzar tal-karbonju (jew bl-użu tat-tassazzjoni jew ta' strumenti bbażati fuq is-suq) - kif ippreżentat mill-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji fir-rapport tiegħu dwar il-finanzjament futur tal-UE(7) - bħala mezz biex jissaħħaħ il-baġit tal-UE-27; jemmen li tali strument ikun jista' jipprovdi ukoll valur miżjud addizzjonali għall-Ewropa, peress li t-taxxa tista' tagħmilha ta' inċentiv biex tinbidel l-imġiba tal-konsumatur u tal-produttur favur futur li b'anqas dipendenza mill-karbonju; iqis, madankollu li kwalunkwe soluzzjoni tal-UE bbażata fuq it-taxxa jinħtieġ li tkun kemm jista' jkun newtrali fir-rigward tal-proporzjon fiskali totali ta' Stat Membru partikolari, u jinħtieġ minflok li tiddependi minn kontribuzzjonijiet ogħla minn atturi ta' riskju; jirrimarka li tali taxxa fuq is-CO2 jkollha tikkunsidra l-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u l-kunflitt ta' mezzi u objettivi;

39.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw ukoll riżorsi oħrajn ibbażati fuq it-taxxa disponibbli għall-UE-27 li jistgħu jipprovdu aktar valur miżjud Ewropew f'ċerti oqsma ta' politika relatati mar-riskju, filwaqt li fl-istess ħin isaħħu l-baġit tal-UE;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu vantaġġ tal-opportunità ta' riforma tal-baġit tal-UE u telimina l-mekkaniżmi tat-tnaqqis kollha, peress li din tipprovdi struttura aktar ġusta, ekwa u inkoraġġanti għall-Istati Membri kollha.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

20.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

10

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Arndt Kohn, Monica Macovei, Petri Sarvamaa, Bart Staes, Hannu Takkula, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Brian Hayes, Karin Kadenbach, Younous Omarjee, Julia Pitera

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tiziana Beghin, Tiemo Wölken

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

10

+

ALDE

ECR

PPE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Hannu Takkula

Monica Macovei

Ingeborg Gräßle, Brian Hayes, Julia Pitera, Petri Sarvamaa, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

8

-

EFDD

GUE/NGL

S&D

VERTS/ALE

Tiziana Beghin

Luke Ming Flanagan, Younous Omarjee

Inés Ayala Sender, Karin Kadenbach, Arndt Kohn, Tiemo Wölken

Bart Staes

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

28.2.2018

POŻIZZJONI FIL-FORMA TA' EMENDI

tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020

(2017/2052(INI))

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali: Marita Ulvskog (President)

Pożizzjoni

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Kunsiderazzjoni 1

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

—  wara li kkunsidra l-Artikoli 311, 312 u 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

—  wara li kkunsidra l-Artikoli 174, 175, 311, 312 u 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

Emenda    2

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Kunsiderazzjoni 7

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

—  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tal-Kumitat għas-Sajd, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0048/2018),

—  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet u l-emendi tal-Kumitati tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tal-Kumitat għas-Sajd, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0048/2018),

Emenda    3

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa B

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

B.  billi l-QFP 2014-2020 malajr wera l-inadegwatezza tiegħu biex jissodisfa l-bżonnijiet reali u l-ambizzjonijiet politiċi peress li, mill-bidu nett, intalab jindirizza sensiela ta' kriżijiet u sfidi ġodda fl-oqsma tal-investiment, tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati, tal-impjiegi fost iż-żgħażagħ, tas-sigurtà, tal-agrikoltura u tal-ambjent, li meta ġie adottat ma kinux għadhom ġew previsti; billi, konsegwentement, il-QFP attwali diġà laħaq il-limiti tiegħu wara biss sentejn implimentazzjoni peress li l-marġnijiet disponibbli kienu ġew eżawriti, id-dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà u l-istrumenti speċjali kienu ġew mobilizzati sa livell sostanzjali, il-politiki u l-programmi eżistenti kienu tpoġġew taħt pressjoni jew saħansitra tnaqqsu u ċerti mekkaniżmi barra mill-baġit kienu nħolqu biex jagħmlu tajjeb għal-livell insuffiċjenti tal-baġit tal-UE;

B.  billi l-QFP 2014-2020 malajr wera l-inadegwatezza tiegħu biex jissodisfa l-bżonnijiet reali u l-ambizzjonijiet politiċi peress li, mill-bidu nett, intalab jindirizza sensiela ta' kriżijiet u sfidi ġodda fl-oqsma tal-investiment, tal-esklużjoni soċjali, tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati, tal-impjiegi fost iż-żgħażagħ, tas-sigurtà, tal-agrikoltura u tal-ambjent, li meta ġie adottat ma kinux għadhom ġew previsti; billi, konsegwentement, il-QFP attwali diġà laħaq il-limiti tiegħu wara biss sentejn implimentazzjoni peress li l-marġnijiet disponibbli kienu ġew eżawriti, id-dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà u l-istrumenti speċjali kienu ġew mobilizzati sa livell sostanzjali, il-politiki u l-programmi eżistenti kienu tpoġġew taħt pressjoni jew saħansitra tnaqqsu, biex b'hekk ipperikolaw il-kisba tal-miri tal-UE 2020 bħall-mira tal-faqar, u ċerti mekkaniżmi barra mill-baġit kienu nħolqu biex jagħmlu tajjeb għal-livell insuffiċjenti tal-baġit tal-UE;

Emenda    4

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 3a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

3a.  Jinnota li l-kisba tal-appoġġ sħiħ miċ-ċittadini Ewropej fil-kuntest tar-restrizzjonijiet baġitarji attwali hija estremament importanti biex intennu u niksbu l-impenji tagħna ta' tkabbir u ta' impjiegi; jitlob, għaldaqstant, li jsir użu aħjar tal-fondi eżistenti, u jisħaq li l-isfida li qed taffaċċja l-Unjoni Ewropea mhux se tkun li tonfoq aktar, iżda li tonfoq b'mod aktar effiċjenti;

Emenda    5

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 3b (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

3b.  Jenfasizza li l-politiki għat-tnaqqis tal-faqar u l-inklużjoni soċjali fost gruppi vulnerabbli ma pproduċewx ir-riżultati mistennija u jfakkar lill-Kummissjoni dwar l-impenn tagħha li tressaq proposti konkreti għall-istabbiliment ta' mudell ta' bbaġitjar pubbliku bbażat fuq il-prestazzjoni li fih kull linja baġitarja tkun akkumpanjata minn għanijiet u eżiti li jitkejlu permezz ta' indikaturi tal-prestazzjoni;

Emenda    6

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 4

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

4.  Jinsab konvint li l-QFP li jmiss għandu jibni fuq il-politiki u l-prijoritajiet ikkonsolidati tal-Unjoni li jimmiraw għall-promozzjoni tal-paċi, tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, għaż-żieda tal-benesseri, tat-tkabbir ekonomiki fit-tul u sostenibbli, tal-impjiegi ta' kwalità għolja, tal-iżvilupp sostenibbli u tal-innovazzjoni u għat-trawwim tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif ukoll tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri u ċ-ċittadini; iqis li dawn il-pilastri huma rekwiżiti preliminari għall-funzjonament korrett tas-suq uniku u tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja kif ukoll għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-Ewropa fid-dinja; għandu fiduċja li huma aktar rilevanti minn qatt qabel għall-attivitajiet futuri tal-Ewropa;

4.  Jinsab konvint li l-QFP li jmiss għandu jibni fuq il-politiki u l-prijoritajiet ikkonsolidati tal-Unjoni li jfittxu li jippromwovu l-paċi, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, li jżidu l-benesseri, l-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiċi fit-tul u sostenibbli, l-impjiegi ta' kwalità bid-drittijiet tax-xogħol kollha li jwasslu għal impjiegi diċenti, l-innovazzjoni u li jrawmu opportunitajiet indaqs għaċ-ċittadini kollha tagħha - u b'mod partikolari l-ugwaljanza bejn is-sessi - billi jippromwovu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif ukoll is-solidarjetà bejn l-Istati Membri u ċ-ċittadini; iqis li dawn il-pilastri huma rekwiżiti preliminari għall-funzjonament korrett tas-suq uniku u tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja kif ukoll għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-Ewropa fid-dinja; għandu fiduċja li huma aktar rilevanti minn qatt qabel għall-attivitajiet futuri tal-Ewropa;

Emenda    7

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 4a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

4a.  Jenfasizza li l-UE jeħtiġilha twettaq l-impenji tagħha skont it-Trattati bħall-promozzjoni tal-benesseri tan-nies, il-livell massimu ta' impjiegi, il-progress soċjali, il-koeżjoni soċjali, il-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, il-kompetizzjoni ġusta, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, l-iżvilupp ta' edukazzjoni ta' kwalità u l-għarfien u d-disseminazzjoni tal-wirt kulturali Ewropew; jinsisti li l-Unjoni għandha tfittex dawn l-objettivi b'mezzi xierqa li jiżguraw it-titjib kostanti tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol tan-nies tagħha u tikkontribwixxi għall-preservazzjoni u l-iżvilupp tad-drittijiet fundamentali inklużi fil-Karta, u ssaħħaħ il-protezzjoni tagħha.

Emenda    8

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 4b (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

4b.  Jindika li l-Unjoni Ewropea jeħtiġilha twettaq l-impenn tagħha li tkun minn ta' quddiem nett fl-implimentazzjoni tal-SDGs tan-NU;

Emenda    9

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 5

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

5.  Jemmen li l-QFP li jmiss għandu jippermetti lill-Unjoni tagħti soluzzjonijiet u toħroġ aktar b'saħħitha mill-kriżijiet tad-deċennju: it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u finanzjarju, il-fenomenu tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati, it-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali, it-terroriżmu u l-instabbiltà, fost oħrajn; jissottolinja li dawn l-isfidi globali u transfruntieri, b'implikazzjonijiet interni, jiżvelaw l-interdipendenza tal-ekonomiji u tas-soċjetajiet tagħna, u jindikaw il-bżonn ta' azzjonijiet konġunti;

5.  Jemmen li l-QFP li jmiss għandu jippermetti lill-Unjoni tagħti soluzzjonijiet u toħroġ aktar b'saħħitha mill-kriżijiet tad-deċennju: it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, soċjali u finanzjarju, l-inugwaljanzi dejjem aktar approfonditi, il-faqar, speċjalment il-faqar fost it-tfal, u l-esklużjoni soċjali, il-fenomenu tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati, it-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali, it-terroriżmu u l-instabbiltà, fost oħrajn; jissottolinja li dawn l-isfidi globali u transfruntieri, b'implikazzjonijiet interni, jiżvelaw l-interdipendenza tal-ekonomiji u tas-soċjetajiet tagħna, u jindikaw il-bżonn ta' azzjonijiet konġunti;

Emenda    10

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 7

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

7.  Jitlob, għaldaqstant, sostenn kontinwu għall-politiki eżistenti, partikolarment il-politiki tal-UE li ilhom stabbiliti u li huma minquxa fit-Trattati, pereżempju l-politika agrikola komuni, il-politika komuni tas-sajd u l-politika ta' koeżjoni; jirrifjuta kull tentattiv maħsub biex jerġa' jinnazzjonalizza dawn il-politiki, billi kieku dan la jnaqqas il-piż finanzjarju fuq il-kontribwenti u l-konsumaturi u lanqas ma jikseb riżultati aħjar, anzi jxekkel it-tkabbir u l-funzjonament tas-suq uniku u fl-istess ħin ikabbar id-disparitajiet bejn it-territorji u s-setturi ekonomiċi; biħsiebu jiggarantixxi l-istess livell ta' finanzjament għall-UE-27 għal dawn il-politiki fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss filwaqt li jkompli jtejjeb il-valur miżjud tagħhom u jissemplifika l-proċeduri assoċjati magħhom;

7.  Jitlob, għaldaqstant, appoġġ kontinwu għall-politiki eżistenti, partikolarment il-politiki tal-UE li ilhom stabbiliti u li huma minquxa fit-Trattati, pereżempju l-politika agrikola komuni, il-politika komuni tas-sajd u l-politika ta' koeżjoni; jirrifjuta kull tentattiv maħsub biex jerġa' jinnazzjonalizza dawn il-politiki, peress li dan la jnaqqas il-piż finanzjarju fuq il-kontribwenti u l-konsumaturi u lanqas jikseb riżultati aħjar, anzi jxekkel it-tkabbir, is-solidarjetà u l-funzjonament tas-suq uniku filwaqt li fl-istess ħin japprofondixxi l-inugwaljanzi u jkabbar id-disparitajiet bejn it-territorji u s-setturi ekonomiċi; biħsiebu jiggarantixxi tal-inqas l-istess livell ta' finanzjament għall-UE-27 għal dawn il-politiki fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss filwaqt li jkompli jtejjeb il-valur miżjud tagħhom u jissemplifika l-proċeduri assoċjati magħhom;

Emenda    11

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 17

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

17.  Jemmen li l-qafas finanzjarju pluriennali, huwa u jsarraf il-prijoritajiet politiċi tal-UE f'investimenti konkreti, jikkostitwixxi strument eċċellenti għall-ippjanar fit-tul tal-proġett Ewropew u biex jiżgura ċertu livell stabbli ta' investiment pubbliku fl-Istati Membri; ifakkar, barra minn hekk, li l-baġit tal-UE huwa, prevalentement, baġit ta' investimenti li jservi bħala għajn ta' finanzjament addizzjonali u komplementari għall-azzjonijiet meħuda fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali;

17.  Jemmen li l-qafas finanzjarju pluriennali, huwa u jsarraf il-prijoritajiet politiċi tal-UE f'investimenti konkreti, inklużi investimenti soċjali, jikkostitwixxi strument eċċellenti għall-ippjanar fit-tul tal-proġett Ewropew u jiżgura ċertu livell stabbli ta' investiment pubbliku fl-Istati Membri; ifakkar, barra minn hekk, li l-baġit tal-UE huwa, prevalentement, baġit ta' investimenti li jservi bħala għajn ta' finanzjament addizzjonali u komplementari għall-azzjonijiet meħuda fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali;

Emenda    12

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 17a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

17a.  Jappella għal investiment miżjud fil-ħolqien tax-xogħol ta' kwalità f'setturi orjentati lejn il-futur, fl-ekonomija soċjali u fis-setturi soċjali, tas-saħħa u tal-kura;

Emenda    13

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 37

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

37.  Iqis li l-użu tal-FEG, li jagħti solidarjetà tal-UE u sostenn lill-ħaddiema li tilfu xogħolhom minħabba bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji kkawżati mill-globalizzazzjoni jew bħala konsegwenza tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, ma ssodisfax l-aspettattivi u hemm bżonn li jitjieb; jindika, fost affarijiet oħra, li l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-FEG jieħdu ħafna ħin u huma kkumplikati; jemmen li FEG rivedut għandu jkun mgħammar b'almenu allokazzjoni annwali identika fil-QFP il-ġdid;

37.  Iqis li l-użu tal-FEG, li joffri s-solidarjetà tal-UE u jagħti appoġġ lill-ħaddiema li jkunu tilfu xogħolhom minħabba bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji li jirriżultaw mill-globalizzazzjoni jew bħala konsegwenza tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, ma sfruttax il-potenzjal sħiħ tiegħu u jista' jitjieb ulterjorment biex jilħaq u jerġa' jintegra b'mod effikaċi lil ħaddiema ssensjati (anki f'SMEs) fis-suq tax-xogħol, u jilħaq lil aktar Stati Membri;

Emenda    14

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 47

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

47.  Jitlob semplifikazzjoni reali tas-sistema tal-baġit tal-UE fil-QFP li jmiss; jissottolinja, b'mod partikolari, il-bżonn li jitnaqqsu s-sovrappożizzjonijiet bejn l-istrumenti li jservu tipi simili ta' azzjonijiet, pereżempju fis-setturi tal-innovazzjoni, tal-SMEs jew tat-trasport, u l-bżonn li tiġi eliminata l-kompetizzjoni li teżisti bejn id-diversi forom u għejun ta' finanzjament, bil-għan li tkun żgurata l-komplementarità massima u jingħata qafas finanzjarju koerenti;

47.  Jitlob semplifikazzjoni reali tas-sistema tal-baġit tal-UE fil-QFP li jmiss; jissottolinja, b'mod partikolari, il-bżonn li jitnaqqsu s-sovrappożizzjonijiet bejn l-istrumenti li jservu tipi simili ta' azzjonijiet, mingħajr ma jkun hemm ir-riskju li jintilfu elementi importanti tal-programmi differenti, pereżempju fis-setturi tal-innovazzjoni, tal-SMEs jew tat-trasport, u l-bżonn li tiġi eliminata l-kompetizzjoni li teżisti bejn id-diversi forom u sorsi ta' finanzjament, filwaqt li jinħolqu aktar sinerġiji bejn l-istrumenti bil-għan li jiżguraw il-komplementarjetà massima u jindirizzaw aħjar problemi strutturali bħall-isfidi tal-qgħad u dawk demografiċi, u b'hekk jiksbu qafas finanzjarju aktar koerenti;

Emenda    15

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 62

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

62.  Jistieden lill-Kummissjoni tissemplifika u tarmonizza r-regoli li jirregolaw l-użu tal-istrumenti finanzjarji fil-QFP li jmiss bil-għan li tkun massimizzata l-applikazzjoni effiċjenti tagħhom; jikkunsidra l-possibbiltà ta' fond uniku li jintegra l-istrumenti finanzjarji fil-livell tal-UE li huma ġestiti b'mod ċentralizzat fl-ambitu tal-programmi bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), Orizzont 2020, COSME, Ewropa Kreattiva u l-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) minn naħa, u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) mill-oħra, proposta li trid tkun diskussa aktar; huwa tal-fehma li soluzzjoni umbrella bħal din għandha tipprovdi struttura ċara għall-għażla ta' tipi differenti ta' strumenti finanzjarji għal oqsma politiċi u tipi ta' azzjonijiet differenti; jissottolinja, madankollu, li fond bħal dan ma jista' qatt jintegra l-istrumenti finanzjarji ġestiti mill-Istati Membri fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni;

62.  Jistieden lill-Kummissjoni tissemplifika u tarmonizza r-regoli li jirregolaw l-użu tal-istrumenti finanzjarji fil-QFP li jmiss bil-għan li tkun massimizzata l-applikazzjoni effiċjenti tagħhom; jikkunsidra l-possibbiltà ta' fond uniku li jintegra l-istrumenti finanzjarji fil-livell tal-UE li huma ġestiti b'mod ċentralizzat fl-ambitu tal-programmi bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), Orizzont 2020, COSME, Ewropa Kreattiva u l-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) minn naħa, u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) mill-oħra, proposta li trid tkun diskussa aktar; huwa tal-fehma li soluzzjoni umbrella bħal din tista' tipprovdi struttura ċara għall-għażla ta' tipi differenti ta' strumenti finanzjarji għal oqsma politiċi u tipi ta' azzjonijiet differenti; jissottolinja, madankollu, li fond bħal dan ma jista' qatt jintegra l-istrumenti finanzjarji ġestiti mill-Istati Membri fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni;

Emenda    16

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 65 – Intestatura 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Abbozz ta' opinjoni

Emenda

–  investimenti fl-innovazzjoni, fid-diġitalizzazzjoni, fir-reindustrializzazzjoni, fl-SMEs, fit-trasport, fl-adattament għat-tibdil fil-klima

–  investimenti fl-innovazzjoni, fid-diġitalizzazzjoni, fir-reindustrializzazzjoni, fl-SMEs, fit-trasport, fl-adattament għat-tibdil fil-klima u fl-isfidi demografiċi

Emenda    17

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 65 – Intestatura 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Abbozz ta' opinjoni

Emenda

–  impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

–  impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni soċjali, tnaqqis fl-inugwaljanzi u ġlieda kontra l-faqar

 

  tlaqqigħ tal-ħiliet u l-kwalifiki mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol

 

  tnaqqis fid-differenzi fil-prestazzjoni tax-xogħol bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati;

Emenda    18

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 65 – Intestatura 2 – paragrafu 2

Abbozz ta' opinjoni

Emenda

–  l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja;

–  l-edukazzjoni, b'enfasi speċjali fuq il-ħiliet diġitali u dawk intraprenditorjali, u t-tagħlim tul il-ħajja;

Emenda    19

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 68

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

68.  Jemmen li l-QFP li jmiss għandu jipprevedi aktar konċentrazzjoni tar-riżorsi baġitarji f'oqsma li juru valur miżjud Ewropew ċar u jistimulaw it-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u l-impjiegi; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq il-fatt li l-importanza tar-riċerka u tal-innovazzjoni fil-ħolqien ta' ekonomija sostenibbli bbażata fuq l-għarfien u fuq quddiem nett fil-livell dinji, u jiddispjaċih li, minħabba n-nuqqas ta' finanzjamenti adegwati, parti żgħira biss tal-proġetti ta' kwalità għolja f'dan il-qasam ibbenefikat minn finanzjamenti tal-UE fl-ambitu tal-QFP attwali;

68.  Jemmen li l-QFP li jmiss għandu jipprevedi aktar konċentrazzjoni tar-riżorsi baġitarji f'oqsma li juru valur miżjud Ewropew ċar u jistimulaw l-iżvilupp ekonomiku u l-inklużjoni soċjali, il-kompetittività u l-impjiegi;

Emenda    20

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 74

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

74.  Jissottolinja l-importanza li jiġu żgurati l-finanzjamenti għat-tlestija tas-suq uniku diġitali, billi jiġi sfruttat bis-sħiħ l-ispettru, jintuża l-5G u l-konnettività gigabit, kif ukoll billi jsir progress ulterjuri fl-armonizzazzjoni tar-regoli tal-UE fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet biex jinħoloq il-qafas regolatorju xieraq għat-titjib tal-konnettività tal-internet fl-Unjoni kollha; jenfasizza li s-CEF - Telekomunikazzjonijiet għandu jkompli jsostni l-infrastrutturi tas-servizz diġitali u n-netwerks tal-banda wiesgħa billi jsiru aktar aċċessibbli anki fir-reġjuni mbiegħda u fiż-żoni rurali, u billi jitjiebu l-kompetenza diġitali, l-interkonnettività u l-interoperabbiltà;

74.  Jissottolinja l-importanza li jiġu żgurati l-finanzjamenti għat-tlestija tas-suq uniku diġitali, billi jiġi sfruttat bis-sħiħ l-ispettru, jintuża l-5G u l-konnettività gigabit, kif ukoll billi jsir progress ulterjuri fl-armonizzazzjoni tar-regoli tal-UE fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet biex jinħoloq il-qafas regolatorju xieraq għat-titjib tal-konnettività tal-internet fl-Unjoni kollha; jenfasizza li s-CEF - Telekomunikazzjonijiet għandu jkompli jappoġġja l-infrastrutturi tas-servizz diġitali u n-netwerks tal-banda wiesgħa billi jsiru aktar aċċessibbli anki fir-reġjuni mbiegħda u fiż-żoni rurali, u billi jitjiebu l-kompetenza diġitali, l-interkonnettività u l-interoperabbiltà; jissottolinja l-importanza li jittejbu l-ħiliet diġitali taċ-ċittadini u tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa;

Emenda    21

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 81

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

81.  Jenfasizza li l-politika ta' koeżjoni ta' wara l-2020 għandha tibqa' l-politika ta' investiment prinċipali tal-Unjoni Ewropea li tinkludi lir-reġjuni kollha tal-UE, filwaqt li tikkonċentra l-maġġoranza tar-riżorsi fuq ir-reġjuni l-aktar vulnerabbli; jemmen li, barra mill-għan li tnaqqas id-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp u żżid il-konverġenza kif stabbilit fit-Trattat, għandha tikkonċentra fuq l-ilħuq ta' objettivi politiċi wesgħin tal-UE u tipproponi, għaldaqstant, li fl-ambitu tal-QFP li jmiss, ikun tajjeb li l-tliet fondi tal-politika ta' koeżjoni, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta' Koeżjoni, jikkonċentraw prinċipalment fuq l-għoti ta' sostenn għall-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, ir-reindustrijalizzazzjoni, l-SMEs, it-trasport, l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali; jappella, barra minn hekk, għal komponent tal-kooperazzjoni territorjali msaħħaħ u dimensjoni urbana għall-politika;

81.  Jenfasizza li l-politika ta' koeżjoni ta' wara l-2020 għandha tibqa' l-politika ta' investiment prinċipali tal-Unjoni Ewropea li tinkludi lir-reġjuni kollha tal-UE, filwaqt li tikkonċentra l-maġġoranza tar-riżorsi fuq ir-reġjuni l-aktar vulnerabbli; jemmen li, barra mill-għan li tnaqqas id-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp u żżid il-konverġenza fis-solidarjetà fost l-Istati Membri kif stabbilit fit-Trattat, għandha tikkonċentra fuq l-ilħuq ta' objettivi politiċi wesgħin tal-UE u tipproponi, għaldaqstant, li fl-ambitu tal-QFP li jmiss, ikun tajjeb li l-tliet fondi tal-politika ta' koeżjoni, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta' Koeżjoni, jikkonċentraw prinċipalment fuq l-għoti ta' appoġġ biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol taċ-ċittadini tal-UE f'dawk ir-reġjuni li għadhom lura, billi jiffokaw fuq l-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, ir-reindustrijalizzazzjoni, l-SMEs, it-trasport, l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-faqar, u sfidi demografiċi (inklużi d-depopolazzjoni u d-dispersjoni tal-popolazzjoni); jappella, barra minn hekk, għal komponent tal-kooperazzjoni territorjali msaħħaħ u dimensjoni urbana għall-politika;

Emenda    22

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 82

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

82.  Iqis ta' importanza assoluta ż-żamma tal-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni ta' wara l-2020 għall-UE-27 almenu għal-livell tal-baġit 2014-2020; jenfasizza li l-PDG għandu jibqa' wieħed mill-parametri għall-allokazzjoni tal-fondi tal-politika ta' koeżjoni, iżda jemmen li dan għandu jkun komplementat minn ġabra addizzjonali ta' indikaturi soċjali, ambjentali u demografiċi biex tingħata stampa aktar preċiża tat-tipi l-ġodda ta' inugwaljanzi bejn ir-reġjuni tal-UE; isostni, barra minn dan, it-tkomplija, fl-ambitu tal-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid, tal-elementi li ġabu lill-politika ta' koeżjoni aktar moderna u aktar orjentata lejn ir-riżultati fl-ambitu tal-QFP attwali;

82.  Iqis li ż-żamma tal-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni ta' wara l-2020 għall-UE-27 almenu għal-livell tal-baġit 2014-2020 mhijiex se tkun biżżejjed biex jitnaqqsu d-diverġenzi, speċjalment id-diverġenzi soċjali li joriġinaw minn deċennju ta' kriżi ekonomika; jitlob, għalhekk, li jiżdiedu b'mod sostanzjali dawn il-fondi tal-politika, speċjalment il-FSE; jenfasizza li l-PDG għandu jibqa' wieħed mill-parametri għall-allokazzjoni tal-fondi tal-politika ta' koeżjoni, iżda jemmen li dan għandu jkun komplementat minn ġabra addizzjonali ta' indikaturi soċjali, ambjentali u demografiċi biex tingħata stampa aktar preċiża tat-tipi l-ġodda ta' inugwaljanzi bejn ir-reġjuni tal-UE; jappoġġja, barra minn dan, it-tkomplija, fl-ambitu tal-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid, tal-elementi li ġabu lill-politika ta' koeżjoni aktar moderna u aktar orjentata lejn ir-riżultati u mmirata lejn l-inklużjoni soċjali fl-ambitu tal-QFP attwali;

Emenda    23

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 83

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

83.  Jinsab impenjat b'konvinzjoni f'"Ewropa Soċjali" li tħalli riżultati u bl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u jiġbed l-attenzjoni għall-istrumenti eżistenti li jikkontribwixxu għal dawn l-għanijiet, partikolarment il-FSE, l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, il-FEG u l-EaSI; jemmen li dawn għandhom jitħarsu fil-QFP li jmiss;

83.  Jinsab impenjat b'konvinzjoni favur l-impenji, li jirriżultaw mill-Artikolu 9 tat-TFUE għall-kisba ta' "Ewropa Soċjali" u għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, abbażi tat-tkabbir sostenibbli ta' ekonomija tas-suq soċjali ferm kompetittiva, bil-għan li jinkiseb livell massimu ta' impjiegi u progress soċjali u jiġu promossi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal kif stabbiliti fit-Trattat; jenfasizza li tali implimentazzjoni tirrikjedi li l-politiki soċjali jkunu ffinanzjati kif xieraq, filwaqt li jfakkar li, bħalissa, in-nefqa fuq kwistjonijiet soċjali mhijiex biżżejjed u jissottolinja l-bżonn konsegwenti ta' żieda fil-finanzjament tal-istrumenti eżistenti li jikkontribwixxu għal dawn l-għanijiet, partikolarment il-FSE, l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, il-FEG u l-EaSI; jinsisti li dawn huma salvagwardjati fil-QFP li jmiss u li dawn għandhom jibqgħu jiġu implimentati predominantement permezz tal-għotjiet;

Emenda    24

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 83a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

83a.  Iqis li sehem adegwat mir-riżorsi finanzjarji mwarrba għall-Politika ta' Koeżjoni għandu jiġi allokat għall-Fond Soċjali Ewropew biex ikun jista' kemm jilqa' b'suċċess l-isfidi l-ġodda bħal dawk marbuta mal-implimentazzjoni puntwali tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-iżvilupp tad-djalogu soċjali, kif ukoll ikompli jippromwovi l-ħolqien ta' impjiegi diċenti, jindirizza l-qgħad fit-tul u jintegra l-ħaddiema anzjani fis-suq tax-xogħol, fl-iżvilupp tal-ħiliet u fit-tagħlim tul il-ħajja, iħeġġeġ l-investimenti soċjali f'servizzi soċjali ta' kwalità u fl-ekonomija soċjali, jiġġieled kontra l-faqar, l-inugwaljanzi u t-tibdil demografiku; jinsisti li l-awtonomija tal-FSE għandha tinżamm sabiex dan ikun jista' jkompli jikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika u soċjali;

Emenda    25

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 83b (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

83b.  Jenfasizza b'mod partikolari li l-FSE għandu jespandi l-appoġġ tiegħu għall-iżvilupp tad-djalogu soċjali, jiġifieri billi jtejjeb il-bini ta' kapaċità ta' sħab soċjali inkluż fil-livelli settorjali u intersettorjali Ewropej u li dan l-impenn għandu jsir obbligatorju għall-Istati Membri fir-reġjuni kollha tal-UE u għandhom jiġu allokati r-riżorsi xierqa tal-FSE għal attivitajiet bilaterali u/jew unilaterali ta' bini ta' kapaċità mwettqa mis-sħab soċjali biex isaħħu d-djalogu soċjali; jisħaq li f'kull ħin, għandhom jiġu rrispettati l-ħtiġijiet ta' dawk il-benefiċjarji li ftit li xejn għandhom kapaċitajiet amministrattivi;

Emenda    26

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 83c (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

83c.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li n-numru totali ta' nies f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali għadu f'livell għoli ħafna – 118-il miljun (23,5 %) mill-popolazzjoni totali tal-UE tal-2016, li huwa ferm 'il bogħod mill-mira tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali għall-Ewropa 2020; jappella, għaldaqstant, għal żieda fir-riżorsi finanzjarji għal miżuri ta' politika soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-introduzzjoni ta' sehem minimu ta' 30 % tal-FSE għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, u biex tissorvelja mill-qrib li s-sehem allokat jintuża b'mod effikaċji għal dan l-għan; jisħaq ukoll fuq ir-rwol speċjali tal-FEAD għall-iffaċilitar tal-organizzazzjonijiet li jappoġġjaw lil dawk l-aktar fil-bżonn u għall-indirizzar ta' problemi strutturali tal-faqar tal-ikel kif ukoll tal-problema li qiegħda tikber tal-faqar enerġetiku;

Emenda    27

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 83d (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

83d.  Jindika r-rwol essenzjali li jaqdi l-Programm EaSI għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet politiċi innovattivi adegwati għall-indirizzar b'suċċess tal-firxa ta' sfidi tal-impjiegi u soċjali dejjem aktar kumplessi, kif ukoll għall-forniment tal-appoġġ neċessarju għall-bini ta' kapaċità istituzzjonali u għall-funzjonament tad-diversi organizzazzjonijiet involuti fl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' politika soċjali b'attenzjoni speċjali rigward id-djalogu soċjali msaħħaħ u n-negozjar kollettiv, kif ukoll għall-promozzjoni b'suċċess tal-mobbiltà transfruntiera ġusta u volontarja tal-ħaddiema u għall-iffaċilitar ulterjuri tal-aċċess għall-mikrofinanzjament għal gruppi vulnerabbli, għal mikrointrapriżi u għal intrapriżi soċjali; jinsisti, għaldaqstant, li tiġi kkonfermata l-allokazzjoni ta' 55 % għall-assi Progress fi ħdan l-EaSI;

Emenda    28

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 84

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

84.  Jenfasizza partikolarment il-bżonn kontinwu li jkun miġġieled il-qgħad, speċjalment fost iż-żgħażagħ, u jappella, għalhekk, li jiġi rduppjat il-pakkett għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss; iqis li l-investiment maħsub biex jagħti spinta lill-edukazzjoni u t-taħriġ, speċjalment l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali, jibqa' fost il-prijoritajiet assoluti tal-UE;

84.  Jisħaq fuq il-fatt li l-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, speċjalment fost iż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs), għandha tkompli tibqa' prijorità assoluta u jitlob, għalhekk, li jiġi rduppjat il-pakkett għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, filwaqt li tiġi żgurata allokazzjoni rapida u ssimplifikata tal-fondi u t-trasformazzjoni ta' din fi strument ta' finanzjament tal-UE aktar stabbli fil-perjodu ta' wara l-2020; iqis li l-investiment xieraq huwa vitali biex jagħti spinta lill-edukazzjoni u t-taħriġ, b'mod partikolari biex jappoġġja l-edukazzjoni doppja u l-iżvilupp ta' ħiliet u speċjalment ta' ħiliet diġitali, il-promozzjoni tal-imprenditorija u tal-apprendistati ta' kwalità fost iż-Żgħażagħ bħala mekkaniżmi li jħeġġu l-ħolqien tax-xogħol u l-aċċess dirett għall-impjiegi, filwaqt li jiżguraw b'mod partikolari kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti u protezzjoni soċjali;

Emenda    29

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 84a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

84a.  Jemmen bis-sħiħ li l-finanzjament mill-UE, b'mod partikolari dak taħt l-Intestatura 1a u 1b m'għandux jintuża biex jissussidja approċċi nazzjonali, iżda għandu jintuża biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għal nies li jaffaċċjaw l-esklużjoni soċjali u l-qgħad b'mod li jikkomplementa u jsaħħaħ il-programmi nazzjonali skont id-deċiżjoni tal-Istati Membri;

Emenda    30

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 85

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

85.  Jesprimi sostenn għall-programmi fl-oqsma tal-kultura, tal-edukazzjoni, tal-mezzi ta' komunikazzjoni, taż-żgħażagħ, tal-isport u taċ-ċittadinanza li wrew biċ-ċar il-valur miżjud Ewropew tagħhom u ilhom igawdu minn popolarità fost il-benefiċjarji; huwa favur, għaldaqstant, investiment kontinwu fil-Qafas tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2020 permezz tal-programmi Erasmus+, Ewropa Kreattiva u Ewropa għaċ-Ċittadini biex ikomplu jilħqu liż-żgħażagħ u jipprovdulhom kompetenzi utli u ħiliet tal-ħajja permezz tat-tagħlim tul il-ħajja, l-edukazzjoni ċċentrata fuq l-istudent u mhux formali, kif ukoll opportunitajiet ta' tagħlim informali; jitlob b'mod partikolari t-triplar tal-pakkett għal Erasmus+ fil-QFP li jmiss bil-għan li jintlaħqu ħafna aktar żgħażagħ u studenti mill-Ewropa kollha, u biex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tal-programm; jirrakkomanda, barra minn hekk, it-tkomplija tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jtenni s-sostenn tiegħu biex tissaħħaħ id-dimensjoni esterna tal-programmi Erasmus+ u Ewropa Kreattiva;

85.  Jesprimi appoġġ għall-programmi fl-oqsma tal-kultura, tal-edukazzjoni, tal-mezzi ta' komunikazzjoni, taż-żgħażagħ, tal-isport u taċ-ċittadinanza li wrew biċ-ċar il-valur miżjud Ewropew tagħhom u ilhom igawdu minn popolarità fost il-benefiċjarji; huwa favur, għaldaqstant, investiment kontinwu fil-Qafas tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2020 permezz tal-programmi Erasmus+, Ewropa Kreattiva u Ewropa għaċ-Ċittadini biex ikomplu jilħqu liż-żgħażagħ u jipprovdulhom kompetenzi utli u ħiliet tal-ħajja permezz tat-tagħlim tul il-ħajja, l-edukazzjoni ċċentrata fuq l-istudent u mhux formali, kif ukoll opportunitajiet ta' tagħlim informali; jitlob b'mod partikolari li, fil-QFP li jmiss, jittriplika l-pakkett għal Erasmus+ bil-għan li jilħaq ħafna aktar żgħażagħ u studenti mill-Ewropa kollha, u biex jilħaq il-potenzjal sħiħ tal-programm; jirrakkomanda li Erasmus+ jinżamm bħala "trademark tal-UE" b'saħħitha u indipendenti u li l-ħidma b'għarfien espert tagħhom titwettaq b'mod awtonomu; itenni wkoll l-appoġġ tiegħu biex tissaħħaħ id-dimensjoni esterna tal-programmi Erasmus+ u Ewropa Kreattiva;

Emenda    31

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 85a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

85a.  Jinnota li l-Kummissjoni nediet l-inizjattiva tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà qabel id-diskussjoni u l-approvazzjoni tagħha mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew, li bħalissa qed jaħdmu biex itejbu l-proposta tal-Kummissjoni; jirrakkomanda t-tkomplija ta' din u jinsisti li għandhom jiġu pprovduti riżorsi xierqa li ma jiġux b'mod li jkunu ta' detriment għall-programmi jew għall-fondi eżistenti; jenfasizza f'dan il-kuntest, b'mod partikolari, fuq il-ħtieġa ta' finanzjament li ma jridx idgħajjef lill-Erasmus+;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGHTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.1.2018

 

 

 

(1)

  Ara l-paragrafu 73 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2016 dwar it-tħejjija tar-reviżjoni postelettorali tal-QFP 2014-2020: L-input tal-Parlament qabel il-proposta tal-Kummissjoni (Testi adottati, P8_TA(2016)0309) u l-paragrafu 5 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li jinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (Testi adottati, P8_TA(2017)0143).

(2)

  Ara pereżempju r-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 4, 8, 19 u 23 tal-2016.

(3)

  Ara l-punt 55.

(4)

  Rapport Speċjali Nru 19/2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: dwar l-"Implimentazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta' strumenti finanzjarji - tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-perijodu tal-programm 2007-2013".

(5)

  Ara l-punti 39 u 40.

(6)

  Ara l-paragrafu 207 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi osservazzjonijiet li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (Testi adottati, P8_TA(2016)0143).

(7)

  Kummissjoni Ewropea, "Future financing of the EU – Final report and recommendations of the High Level Group on Own Resources (Il-finanzjament futur tal-UE - rapport u rakkomandazzjonijiet finali tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji), l-4 ta' Jannar 2017, pp. 41-43.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (26.1.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020

(2017/2052(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Anneli Jäätteenmäki

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tistruttura l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss b'mod li jirrifletti b'mod ċar il-prijoritajiet tal-UE għas-snin li ġejjin, u li jikkontribwixxi kemm direttament kif ukoll b'mod trasparenti għall-investiment fi proġetti b'valur miżjud Ewropew ċar, b'mod partikolari fir-rigward tar-riżorsi meħtieġa għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, u biex issostni u ssaħħaħ ir-rwol ta' tmexxija tal-UE fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u biex ikun żgurat li tista' tissodisfa l-obbligi internazzjonali tagħha skont il-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU kif ukoll l-impenji u l-miri interni u esterni tagħha rigward il-bijodiversità;

2.  Jiġbed l-attenzjoni dwar l-ewwel rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-Finanzjament Sostenibbli(1), fosthom dawk li jirrigwardaw il-QFP, u jenfasizza li l-għanijiet tas-sostenibbiltà jridu jkunu sostnuti minn sistema finanzjarja li kapaċi tippromwovi t-tkabbir sostenibbli fit-tul; jistieden ukoll lill-Kummissjoni teżamina u tindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet għall-QFP li jmiss, inkluża l-ħtieġa li jiġi żviluppat "test tas-sostenibbiltà" għar-regolamenti u l-politiki finanzjarji futuri kollha tal-UE, u biex l-istrumenti finanzjarji jiksbu effetti ta' tmexxija politika akbar;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid l-impatt reali fuq l-istat tal-ambjent tal-miżuri ambjentali u ta' ekoloġizzazzjoni tal-PAK skont il-Fond għall-Iżvilupp Rurali, u tiffinanzjahom abbażi tar-riżultati effettivi tagħhom; jissottolinja l-finanzjament separat tan-natura u l-bijodiversità, u l-ħtieġa ta' finanzjament separat ta' tranżizzjoni għal agrikoltura sostenibbli;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu nota tar-riżultati tar-rieżami ta' nofs it-terminu tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali (EAP) u, b'mod partikolari, tal-fatt li l-objettivi tiegħu x'aktarx li ma jintlaħqux sal-2020; jistieden lill-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni r-riżorsi biex dawn l-għanijiet jintlaħqu, kif ukoll riżorsi addizzjonali fil-perspettiva tal-2050, b'attenzjoni speċjali għall-pressjonijiet relatati mal-ambjent;

5.  Jinnota li l-Artikolu 2 tal-Ftehim ta' Pariġi jissottolinja l-ħtieġa li l-flussi finanzjarji jkunu konsistenti ma' pjan orjentat lejn żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta' gassijiet b'effett ta' serra u reżistenti għat-tibdil fil-klima, u li riformi xierqa tal-QFP wara l-2020 huma essenzjali sabiex, sal-2050, tinkiseb newtralità fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karbonju;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-QFP li jmiss ikun konsistenti mal-SDGs tan-Nazzjonijiet Uniti, sabiex tiżdied il-koerenza fin-nefqa tal-UE u biex jittejjeb il-bilanċ bejn id-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali;

7.  Jenfasizza li l-baġit tal-Unjoni se jonqos b'konsegwenza ta' Brexit; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi prijoritajiet ċari u stretti peress li se jkun hemm inqas flus disponibbli;

8.  Jenfasizza li l-QFP li jmiss irid ikun kompatibbli mal-impenji li ttieħdu mill-Unjoni esternament, bħall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli stabbiliti min-Nazzjonijiet Uniti, filwaqt li jikkontribwixxi attivament biex dawn jiġu ssodisfati, u jrid ikun kompatibbli wkoll mal-miri fit-tul tagħha stess fil-qasam tal-infiq marbut mal-klima, filwaqt li jikkontribwixxi għal riforma tal-baġit tal-UE bil-għan ta' baġit aktar effikaċi abbażi ta' riżorsi proprji addizzjonali; jemmen li dan jista' jinkiseb biss permezz tal-integrazzjoni bir-reqqa tal-kwistjonijiet klimatiċi tal-infiq tal-UE, fosthom fuq il-mitigazzjoni u l-adattament, u permezz tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tan-nefqa annwalment; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa metodu ta' kalkolu trasparenti u affidabbli li jista' jipprovdi evidenza tal-impatti mistennija tal-infiq marbut mal-klima, kif ukoll il-ponderazzjoni tagħhom għall-valutazzjoni ex post fl-ambitu tal-obbligi ta' rapportar;

9.  Jinnota li approċċ li jirnexxi fuq perjodu medju ta' żmien fil-politika ambjentali jirrikjedi stabbiltà finanzjarja; iqis, f'dan il-kuntest, li tul ta' żmien ta' seba' snin ikun fattibbli anke għall-QFP li jmiss, u jipprovdi flessibbiltà xierqa u l-possibbiltà ta' rieżami ta' nofs it-terminu;

10.  Jirrimarka li, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika dwar il-klima u titjieb is-sitwazzjoni tal-ambjent, diversi politiki jridu jaħdmu flimkien; jitlob li tiġi kkunsidrata l-possibbiltà ta' finanzjament tal-politika ta' koeżjoni f'dan il-kuntest;

11.  Jenfasizza li t-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, ċirkolari u b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju hija l-uniku mod biex jiġu żgurati ambjent ta' għajxien san u l-benessri fit-tul taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-prosperità tal-ekonomija Ewropea; iqis li l-UE għandha tkun minn ta' quddiem fid-dinja fit-tranżizzjoni lejn ekonomija sotenibbli, ċirkolari u b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u sistema ta' produzzjoni u ta' konsum sostenibbli; ifakkar, f'dan il-kuntest, fl-importanza tal-finanzjament meħtieġ għall-iżvilupp u r-riċerka;

12.  Ifakkar li l-QFP li jmiss għandu jgħin lill-Unjoni tilħaq mhux biss l-objettivi ambjentali tagħha u l-objettivi qafas dwar il-klima u l-enerġija għall-2030, iżda anke l-impenji multilaterali relatati mal-iżvilupp sostenibbli u l-ambjent bħall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli jew il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) u, b'mod partikolari, il-Mira ta' Aichi tagħha; jenfasizza li l-UE m'għandhiex tiffinanzja proġetti jew investimenti li jostakolaw dawn l-objettivi, li jagħmluha aktar diffiċli li jiġu implimentati jew li jkunu inkompatibbli mal-ilħuq tagħhom;

13.  Jissottolinja li l-UE għandha tappoġġja r-reġjuni b'livelli għoljin ta' tniġġis fl-arja sabiex tittejjeb sostanzjalment il-kwalità tal-arja, peress li f'ħafna każijiet il-problemi huma marbuta mal-faqar enerġetiku f'dawk ir-reġjuni;

14.  Jenfasizza l-importanza li programmi ffinanzjati adegwatament li jissalvagwardjaw il-bijodiversità u li jħarsu l-ambjent, bħall-Programm LIFE, jitkomplew u jissaħħew bħala finanzjament awtonomu u miżjud fil-QFP li jmiss; jissottolinja li LIFE huwa l-uniku strument finanzjarju fil-baġit tal-UE ddedikat kompletament għall-ambjent, il-konservazzjoni tan-natura u t-tibdil fil-klima; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-istrumenti finanzjarji futuri għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u reġjonali jkun fihom pakketti ddedikati għall-bijodiversità u l-ġestjoni tan-netwerk Natura 2000, li jkunu ġestiti b'mod konġunt mill-awtoritajiet ambjentali nazzjonali u reġjonali;

15.  Jenfasizza l-potenzjal li joffru l-infrastruttura ekoloġika u s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura biex jiġu pprovduti servizzi għas-soċjetà b'mod kosteffiċjenti; jenfasizza l-ħtieġa li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lil dawn l-alternattivi ekoloġiċi għall-forniment ta' servizzi fid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-finanzjament rurali u reġjonali, u jitlob li jinħoloq strument dedikat biex jiġi stabbilit in-Netwerk Trans-Ewropew ta' Infrastruttura Ekoloġika (TEN-G) bil-għan li jipprovdi benefiċċji għall-bijodiversità;

16.  Jenfasizza li d-diversi fondi għandhom ikunu aktar koerenti u jaħdmu flimkien b'mod aktar effikaċi biex jindirizzaw l-isfidi nazzjonali, reġjonali u lokali, bħall-abilitazzjoni ta' tranżizzjoni ġusta tar-reġjuni dipendenti mill-faħam, il-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku jew il-ġlieda kontra t-telf tal-bijodiversità;

17.  Jirrikonoxxi l-valur miżjud Ewropew ta' kollaborazzjoni fil-ġlieda kontra theddid komuni għas-saħħa pubblika; iqis li, abbażi tar-riżultati pożittivi inizjali tal-programm tas-saħħa li għaddej, il-QFP li jmiss għandu jinkludi programm tas-saħħa robust li jittratta kwistjonijiet tas-saħħa fuq bażi transfruntiera u jagħti appoġġ lill-Istati Membri f'forma ta' għarfien espert, skambju ta' data, evidenza u prattika tajba; jitlob li l-QFP li jmiss jirrifletti, inter alia b'żieda sinifikanti fil-finanzjament għall-programm tas-saħħa, ir-responsabbiltà tal-UE li timplimenta l-SDG 3 dwar is-saħħa pubblika, is-sistemi tas-saħħa u l-problemi tas-saħħa relatati mal-ambjent, u jappoġġja lill-Istati Membri fl-indirizzar tal-inugwaljanzi fis-saħħa li jikkompromettu l-koeżjoni soċjali u jostakolaw l-integrazzjoni Ewropea;

18.  Jirrikonoxxi r-rwol tal-agrikoltura u l-forestrija sostenibbli bħala komponenti essenzjali tal-ħidma tal-UE fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità u t-tisħiħ tas-sostenibbiltà ambjentali; iqis li jeħtieġ li jkun żgurat li l-Politika Agrikola Komuni (PAK) tkun allinjata mal-għanijiet u l-politiki tal-UE dwar l-ambjent, il-bijodiversità u l-klima; ifakkar li l-QFP li jmiss għandu jorjenta l-PAK wara l-2020 lejn politika tal-biedja ġusta, effikaċi u effiċjenti li l-objettiv ewlieni tagħha jkun il-faċilitazzjoni tat-tranżizzjoni lejn sistema sostenibbli ta' ikel u biedja fl-Ewropa, u jenfasizza li jrid jingħata finanzjament suffiċjenti biex dawn il-miri jintlaħqu; jilqa' l-approċċ strateġiku tal-Kummissjoni ppreżentat fil-komunikazzjoni tagħha tad-29 ta' Novembru 2011 bit-titolu "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" (COM(2017)0713) biex tingħata aktar flessibbiltà lill-Istati Membri biex isibu mezzi xierqa biex jorjentaw is-setturi agrikoli tagħhom lejn l-ilħuq tal-objettivi ambjentali komuni bl-aktar mod effikaċi;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni dwar alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali, u talloka aktar riżorsi finanzjarji lil proġetti R&Ż imwettqa fl-UE; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jiffinanzjaw l-iżvilupp ta' alternattivi u jaħdmu fi ħdan strutturi internazzjonali biex iħaffu l-validazzjoni u l-aċċettazzjoni ta' metodi alternattivi, u biex jappoġġjaw lil pajjiżi terzi bit-trasferiment tal-għarfien meta x-xjentisti jista' ma jkollhomx għarfien ta' metodi alternattivi, u finanzjarjament meta l-faċilitajiet tal-ittestjar jista' ma jkollhomx l-infrastruttura meħtieġa;

20.  Jenfasizza li l-QFP li jmiss irid jikkunsidra l-isfidi soċjali għall-komunitajiet lokali u reġjonali li għandhom sehem kbir ta' ħaddiema f'setturi li jiddependu mill-karbonju fit-tranżizzjoni meħtieġa tagħhom għal soċjetà b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju; jitlob li l-fondi u l-programmi tal-UE jkunu ddedikati b'mod koerenti biex jiffaċilitaw tranżizzjoni ġusta f'dawk il-komunitajiet billi jappoġġjaw l-istazzjonar, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, l-edukazzjoni, l-inizjattivi ta' tfittix ta' impjieg u n-negozji l-ġodda, fi djalogu mill-qrib mas-sħab soċjali;

21.  Jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ u l-armonizzazzjoni tal-politika dwar l-enerġija u l-klima, b'mod partikolari tal-objettivi kollha tal-Unjoni tal-Enerġija, li għandhom jiġu appoġġjati minn strumenti eżistenti, i.e. fi ħdan il-politika ta' koeżjoni, u minn strumenti ġodda;

22.  Jitlob li l-finanzjament tal-aġenziji tal-UE jikkorrispondi għall-kompiti fdati lilhom;

23.  Fir-rigward tal-impenji tal-Ftehim ta' Pariġi, jenfasizza l-ħtieġa li jiġi stabbilit strument komprensiv għar-reġjuni u l-pajjiżi dipendenti mill-faħam sabiex tiġi appoġġjata tranżizzjoni tal-enerġija ġusta, b'mod partikolari rigward l-iżvilupp u l-użu ta' sorsi rinnovabbli, il-modernizzazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u tal-grids, l-adattament bikri għal standards ambjentali futuri, il-proċessi ta' ristrutturar li jikkonċernaw setturi dipendenti mill-karbonju, il-modernizzazzjoni tat-tisħin distrettwali (inkluża l-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja), il-ħżin tal-elettriku, is-soluzzjonijiet u l-infrastruttura tal-elettromobbiltà, kif ukoll is-soluzzjonijiet ta' effiċjenza enerġetika;

24.  Ifakkar fl-importanza li jiġi evitat u investigat l-użu ħażin tal-fondi, u fl-importanza ta' politika kontra l-frodi; jenfasizza wkoll l-importanza tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi bil-ħsieb li tinħoloq sistema ta' monitoraġġ bikri għall-aktar prodotti perikolużi, li jistgħu jagħmlu l-ħsara lis-saħħa u s-sikurezza taċ-ċittadini kif ukoll lill-ambjent tagħna;

25.  Ifakkar li saħħa tajba hija prerekwiżit għall-ilħuq ta' għanijiet oħra stabbiliti mill-UE, u li politiki f'oqsma bħall-agrikoltura, l-ambjent, il-politika soċjali, l-inklużjoni u l-impjiegi għandhom impatt fuq is-saħħa; għaldaqstant, jappella għal tisħiħ tal-valutazzjoni tal-impatt fuq is-saħħa u għal kooperazzjoni transsettorjali fil-QFP li jmiss;

26.  Jenfasizza l-importanza ta' aġenziji deċentralizzati tal-UE fl-implimentazzjoni tal-objettivi tal-UE dwar il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent (ECDC, ECHA, EEA, EFSA, EMA); jistieden lill-Kummissjoni tiggarantilhom strutturi sostenibbli u sikuri ta' riżorsi fil-QFP li jmiss;

27.  Jappella għal żieda tas-sehem, fil-baġit totali tal-UE, allokat għall-miżuri ta' politika ta' koeżjoni ta' wara l-2020, filwaqt li jirrikonoxxi l-kontribut ewlieni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej għat-titjib tal-infrastruttura tal-kura tas-saħħa u dik ambjentali u għat-tnaqqis tad-distakki soċjoekonomiċi bejn ir-reġjuni; jenfasizza li l-effikaċja tal-istrumenti finanzjarji ma tiħux post il-ħtieġa assoluta tal-għotjiet f'xi oqsma, b'mod partikolari għal proġetti innovattivi u riskjużi;

28.  Jenfasizza li l-infiq tal-UE fuq il-politiki esterni għandu jinżamm f'livell għoli ta' ambizzjoni f'dak li jikkonċerna l-infiq fuq il-klima u l-ambjent;

29.  Jitlob li l-proċess leġiżlattiv biex jiġi adottat il-QFP li jmiss jiġi konkluż qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019 sabiex ikun hemm żmien biżżejjed għan-negozjar ta' leġiżlazzjoni settorjali tal-UE u biex jiġi evitat dewmien fl-implimentazzjoni ta' programmi ġodda;

30.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi pprovduta għajnuna finanzjarja tal-UE għad-dekummissjonar nukleari wara l-2020 fil-kuntest tal-QFP li jmiss sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-ambjent u s-saħħa pubblika mill-perikli tar-radjazzjoni; jissottolinja n-natura unika tal-proċess kumpless u fit-tul tad-dekummissjonar u r-rimi tal-iskart, li jirrikjedi d-disponibbiltà ta' tagħmir tekniku speċifiku, persunal b'ħiliet għolja u riżorsi finanzjarji adegwati.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

3

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Seb Dance, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Arne Gericke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Joëlle Mélin, Susanne Melior, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, John Procter, Julia Reid, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Gentile, Martin Häusling, Norbert Lins, Nuno Melo, Ulrike Müller, Christel Schaldemose, Bart Staes, Keith Taylor, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

France Jamet, Jiří Maštálka

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

43

+

ALDE

Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Ulrike Müller, Frédérique Ries

EFDD

Piernicola Pedicini

GUE/NGL

Stefan Eck, Jiří Maštálka

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Nuno Melo, Annie Schreijer-Pierik, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

S&D

Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Seb Dance, Elena Gentile, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Susanne Melior, Gilles Pargneaux, Christel Schaldemose, Daciana Octavia Sârbu, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho

Verts/ALE

Marco Affronte, Martin Häusling, Bart Staes, Keith Taylor

3

-

EFDD

Julia Reid

ENF

France Jamet, Joëlle Mélin

8

0

ECR

Mark Demesmaeker, Arne Gericke, Julie Girling, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter, Jadwiga Wiśniewska

EPP

Renate Sommer

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/170713-sustainable-finance-report_en.pdf


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (15.1.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020

(2017/2052(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Marian-Jean Marinescu

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza l-importanza li l-unjoni tal-enerġija tkun ikkompletata b'politika dwar it-tibdil fil-klima li tħares 'il quddiem, flimkien mat-tkomplija tas-suq uniku diġitali, l-unjoni tas-swieq kapitali u ż-żona Ewropea tar-riċerka, bħala elementi fundamentali tas-suq uniku; jenfasizza li l-politika ta' riċerka u innovazzjoni hija komponent strateġiku kruċjali tal-politiki industrijali, diġitali u tal-enerġija, u , u jissottolinja l-ħtieġa li jkunu allokati r-riżorsi baġitarji meħtieġa għaliha;

2.  Ifakkar li l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) attwali, li jkopri l-perjodu 2014-2020, kien jinvolvi inqas minn 1 % tal-introjtu nazzjonali gross f'pagamenti tal-Istati Membri u kien jirrappreżenta tnaqqis drastiku meta mqabbel mal-QFP preċedenti, fatt li mmina l-koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali u l-prinċipju ta' solidarjetà fi ħdan l-UE; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kriżi ekonomika u soċjali li laqtet lill-Istati Membri altru li ma spiċċatx, filwaqt li jeħtieġ ukoll li jkunu indirizzati prijoritajiet, sfidi u kriżijiet mhux mistennija ġodda; iqis, għalhekk, li l-baġit tal-QFP wara l-2020 għandu jiżdied meta mqabbel mal-perjodu attwali; jistieden lill-Kummissjoni ssawwar il-QFP li jmiss b'tali mod li jirrifletti biċ-ċar kemm il-prijoritajiet eżistenti kif ukoll dawk ġodda u jippermetti reazzjoni għall-kriżijiet mhux mistennija; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-prijoritajiet il-ġodda għandhom jiġu ffinanzjati minn fondi ġodda mingħajr ma jiġu pperikolati l-għanijiet u l-programmi ta' politika fit-tul;

3.  Iqis li hija prijorità li jingħalqu, flimkien mar-regolament dwar il-QFP wara l-2020, il-fajls ta' politika Ewropej kollha ta' wara l-2020 qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019; jistieden lill-Kummissjoni tressaq, mill-aktar fis possibbli, proposti għall-politiki Ewropej kollha, ibbażati fuq ir-regolamenti attwalment fis-seħħ u aġġornati wara l-applikazzjoni fil-QFP attwali, bil-ħsieb li jiġi evitat dewmien fl-ipprogrammar u fl-implimentazzjoni għall-perjodu l-ġdid;

4.  Jemmen li l-QFP li jmiss għandu jiffoka primarjament fuq oqsma u proġetti b'valur miżjud Ewropew ċar, fuq oqsma li jistimulaw l-industrijalizzazzjoni mill-ġdid, it-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u l-innovazzjoni reali, u li jagħtu spinta lill-impjiegi, bħalma hu l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (R&I), bil-għan li tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, fost l-aqwa fid-dinja u bbażata fuq l-għarfien;

5.  Jenfasizza li għandu jiġi garantit finanzjament suffiċjenti biex tkun appoġġata l-istrateġija ta' politika industrijali sostenibbli l-ġdida sabiex l-UE tkun tista' tirrifletti ż-żieda dejjem akbar fil-kompetizzjoni u fl-innovazzjoni fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni, kif ukoll l-ekoloġizzazzjoni fi bnadi oħra tad-dinja u tkun tista' tassumi rwol ta' tmexxija fil-livell dinji fl-oqsma tas-sostenibbiltà, l-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-ekonomija b'livelli baxxi tal-karbonju; jitlob sabiex jiġu salvagwardjati u estiżi l-programmi finanzjarji meħtieġa permezz ta' programm ta' investiment iddedikat u ottimizzat u finanzjament li jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' strateġija industrijali komprensiva mfassla għas-setturi industrijali kruċjali tal-UE kkoordinati mal-politiki għall-ambjent tal-UE;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi finanzjament għall-innovazzjoni mmirat lejn l-iżvilupp tal-infrastruttura u ta' soluzzjonijiet ta' plug-in u ta' ħżin għall-idroġenu u l-vetturi elettriċi u biex tkompli tappoġġa u tiżviluppa ulterjorment inizjattivi bħalma huma l-inizjattiva tal-elettromobilità fl-Ewropa kollha u l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu;

7.  Ifakkar fil-valutazzjoni li għamlet il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-impenn, min-naħa tal-UE, li s'issa baqa' ma ġiex onorat, biex tuża 20 % tal-baġit tagħha fuq l-azzjoni klimatika; itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar il-fatt li politika dwar it-tibdil fil-klima li tħares 'il quddiem, l-applikazzjoni tal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel", it-tnaqqis fl-emissjonijiet, ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, is-sorsi tal-enerġiji rinnovabbli u l-infrastrutturi intelliġenti u moderni għandhom ikunu s-sinsla tal-unjoni tal-enerġija u għalhekk għandhom jingħataw prijorità fil-QFP li jmiss;

8.  Iqis li, fil-perjodu tal-QFP li jmiss, għandu jkun previst finanzjament akbar tal-UE, li jinkludi l-fondi strutturali u ta' investiment, bil-għan li tissaħħaħ l-integrazzjoni tas-suq tal-enerġija tal-UE, u biex ikunu jistgħu jintlaħqu l-miri dwar il-klima tal-UE bi qbil mal-Ftehim ta' Pariġi, speċjalment għal proġetti importanti ta' infrastruttura tal-enerġija bħal proġetti ta' interess komuni (PCIs);

9.  Jenfasizza l-importanza ta' appoġġ komprensiv għal reġjuni b'użu intensiv tal-faħam u tal-karbonju fi tranżizzjoni sabiex tkun appoġġata t-tranżizzjoni tal-enerġija, it-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u l-immodernizzar tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, tal-grilji, u ta' teknoloġiji tal-ġbir, il-ħżin u l-użu tal-karbonju, speċjalment f'setturi industrijali, kif ukoll l-immodernizzar tat-tisħin distrettwali; iqis li t-trasformazzjoni tas-settur enerġetiku, fid-dawl tal-objettivi ambizzjużi relatati mal-klima, għandha tiddependi fuq il-mobilizzazzjoni tal-fondi eżistenti jew il-ħolqien ta' fond għat-tranżizzjoni enerġetika fl-ambitu tal-QFP li jmiss, biex b'hekk ikunu ffaċilitati l-bidliet strutturali fl-industriji li jużaw ħafna enerġija u fl-impjanti tal-produzzjoni tal-elettriku li jużaw ħafna karbonju u jkunu inċentivati investimenti b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u soluzzjonijiet innovattivi sostenibbli;

10.  Iqis li jeħtieġ li jkunu allokati riżorsi suffiċjenti sabiex l-Unjoni tal-Enerġija tiffunzjona sew u sabiex issir fattibbli l-interkonnessjoni tan-netwerk tal-UE, jiġu ristrutturati u estiżi l-grilji ta' trasport u ta' distribuzzjoni u jkunu ġestiti d-domanda, il-provvista u l-ħażna tal-enerġija fi ħdan l-UE; jenfasizza l-importanza li l-Ewropa tkun konnessa maż-żona tal-Baħar Kaspju, mal-Lvant Nofsani u mal-Asja Ċentrali u li jsir investiment fil-Kuritur tal-Gass tal-Lvant tal-Mediterran bil-għan li titnaqqas id-dipendenza mill-gass Russu; itenni l-bżonn li tissaħħaħ il-kooperazzjoni multilaterali fil-qasam enerġetiku fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed;

11.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tkun aġġornata u ssir aktar effettiva u ambjentalment sostenibbli biex jiġu kkompletati l-kollegamenti pendenti fl-infrastruttura diġitali u tal-enerġija tal-Ewropa b'appoġġ għall-iżvilupp ta' netwerks trans-Ewropej ta' prestazzjoni għolja u sostenibbli; jappella biex tingħata prijorità lill-proġetti orizzontali fi ħdan in-netwerks Ewropej li jgħaqqdu l-proġetti ta' infrastruttura, diġitali, tal-enerġija u tat-trasport;

12.  Jinnota t-tendenza reċenti ta' żieda fl-użu tal-istrumenti finanzjarji; itenni li, fil-QFP li jmiss, l-istrumenti finanzjarji ma jistgħux jissostitwixxu l-għotjiet ta' finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-effiċjenza tal-enerġija, l-isforzi biex ikunu indirizzati l-faqar, is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u t-teknoloġiji innovattivi fl-ambitu tal-enerġija konvenzjonali, peress li l-għotjiet jipprovdu fondi stabbli, jimmassimizzaw il-produzzjoni fuq il-post u jiżguraw l-involviment usa' tal-partijiet ikkonċernati inklużi d-dinja akkademika, iċ-ċentri ta' riċerka, l-awtoritajiet pubbliċi lokali, l-SMEs, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini; jisħaq barra minn hekk fuq l-importanza tal-investiment f'teknoloġiji inqas maturi, partikolarment fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli;

13.  Ifakkar fl-importanza li jkun żgurat finanzjament għall-ikkompletar tas-suq uniku diġitali bl-użu sħiħ tal-ispettru, tal-5G u tal-konnettività tal-internet u billi jsir aktar progress dwar l-armonizzazzjoni tar-regoli tat-telekomunikazzjoni tal-UE biex ikun stabbilit il-qafas regolatorju t-tajjeb li jsaħħaħ il-konnettività tal-internet fl-Unjoni kollha, inkluż f'żoni rurali remoti; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi l-appoġġ meħtieġ biex jitneħħew l-ostakli tal-lingwa u tinċentiva investiment li jgħin biex tinbena Soċjetà Ewropea tal-Gigabits sal-2025; jenfasizza li kwalunkwe tali finanzjament għandu jiffoka fuq "Spina Diġitali" li twassal infrastruttura ta' fibra u konnettività backhaul lil komunitajiet aktar imbiegħda, u b'hekk tipprovdi konnessjonijiet gigabit tal-ogħla kwalità għall-edukazzjoni u s-servizzi pubbliċi, kif ukoll stazzjonijiet bażi tat-telefonija mobbli bħala appoġġ għall-5G fil-livell lokali;

14.  Jenfasizza wkoll il-bżonn li jkun hemm koordinazzjoni aħjar bejn l-istrumenti tal-UE relatati mal-investiment, inkluż fl-innovazzjoni, l-għarfien, il-ħiliet, u l-aċċess għas-swieq għall-SMEs u n-negozji ġodda; jenfasizza l-importanza tal-finanzjament kontinwu għall-programmi relatati mal-SMEs, bħall-istrument għall-SMEs u l-programm COSME, mingħajr impedimenti għall-programmi l-oħrajn, bil-għan li jkomplu jiżdiedu l-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-SMEs fl-Unjoni Ewropea;

15.  Jenfasizza l-importanza tal-isforzi tal-Kummissjoni biex tikkomunika aħjar l-impatt tal-programmi l-ġodda tagħha;

16.  Ifakkar li l-Istati Membri ffissaw l-objettiv li jilħqu 3 % tal-PDG fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp, u żewġ terzi minn dan l-ammont għandhom jiġu mis-settur privat; jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw l-impenji nazzjonali tagħhom fil-qasam tar-R&Ż bil-għan li jilħqu dan l-objettiv; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-investimenti nazzjonali fir-R&Ż; jenfasizza li l-istrumenti bħall-Faċilità ta' Appoġġ għall-Politiki għandhom jintużaw aktar biex titjieb l-effiċjenza tas-sistemi ta' riċerka nazzjonali; jappella għal regoli li jiffaċilitaw is-sinerġiji bejn l-FP9 tal-ġejjieni u l-baġits nazzjonali, taħt il-koordinament tal-Kummissjoni;

17.  Itenni s-sejħa tiegħu għal baġit kumplessiv miżjud ta' mill-inqas EUR 120 biljun għall-FP9 bil-għan li tkun tista' tingħata risposta għall-isfidi soċjetali, ikunu assigurati l-kompetittività globali tal-Ewropa kif ukoll ir-rwol ta' tmexxija tagħha fl-ambitu xjentifiku u industrijali fir-riċerka u l-innovazzjoni, u sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-UE fil-qasam tal-klima; jitlob barra minn hekk enfasi akbar fuq l-implimentazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta' impriżi konġunti kif ukoll li jkunu appoġġati investimenti f'teknoloġiji kruċjali biex tkun eliminata d-diskrepanza fl-investiment fil-qasam tal-innovazzjoni; jappella b'mod partikolari li jsiru sforzi sabiex jiġu stimolati inizjattivi innovattivi emerġenti li kapaċi joħolqu s-swieq ġodda partikolarment għall-SMEs;

18.  Jilqa' l-isforzi min-naħa tal-Kummissjoni intiżi li jissemplifikaw il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni; jitlob li dawn l-isforzi jinżammu għall-FP9 sabiex jipprovdu aċċess aħjar u kundizzjonijiet ekwi għall-applikanti mill-Istati Membri kollha permezz ta' sistema ġdida ta' evalwazzjoni ta' applikazzjonijiet abbażi tal-valur miżjud u ta' riżultati possibbli tal-proposti; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk iż-żieda fl-użu tal-ammonti f'daqqa hijiex l-aħjar għażla għall-benefiċjarji u għall-awdituri; jenfasizza li l-introduzzjoni ta' approċċ tal-awditjar uniku u aċċettazzjoni akbar tal-prattiki kontabilistiċi tal-benefiċjarji iwasslu għal semplifikazzjoni importanti għall-benefiċjarji tal-Programm Qafas; jemmen li l-approċċ minn isfel għal fuq għandu jissaħħaħ fil-Programm Qafas li jmiss, peress li dan jgħin biex tingħata spinta lill-innovazzjoni; jenfasizza li l-investiment f'infrastruttura xjentifika u teknoloġika huwa essenzjali biex jiġġenera R&I eċċellenti; jissottolinja s-suċċess tat-tikketta tas-Siġill ta' Eċċellenza;

19.  Jenfasizza l-importanza tal-Istitut Ewropew għat-Teknoloġija (EIT) u l-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni tiegħu (KKI), li jeħtieġu riżorsi adegwati biex ikomplu jiżviluppaw l-azzjonijiet tagħhom fl-edukazzjoni, biex irawmu negozji ġodda u biex jappoġġaw l-innovazzjoni li tikkontribwixxi għas-saħħa tan-nies, għat-tranżizzjoni tal-enerġija, għad-diġitalizzazzjoni u għall-azzjoni klimatika, fost l-oħrajn, u biex jirrispondu għall-isfidi ewlenin għall-benefiċċju tas-soċjetà kollha;

20.  Jemmen bil-qawwa, li l-allokazzjoni tal-baġit għas-saħħa – fattur determinanti bażiku għall-kwalità tal-ħajja u l-benessri – trid tkun ogħla fl-FP9 minn dik fl-Orizzont 2020, u li l-ammonti meħtieġa għandhom jiġu allokati għall-mekkaniżmi li jiżguraw il-prijoritizzazzjoni tal-bżonnijiet tar-riċerka pubblika u ritorn ġust fuq l-investiment għall-pubbliku. jirrimarka li l-fatturi determinanti tas-saħħa huma wiesgħa u jinkludu l-ikel, l-ambjent, u l-istil ta' ħajja, fost oħrajn; jappella, għalhekk, għal approċċ ta' "Saħħa Waħda" inkluż fil-politika dwar ir-R&Ż;

21.  Iqis li taħlita ta' għotjiet u strumenti finanzjarji innovattivi marbuta mal-innovazzjoni, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-infrastruttura tal-enerġija, inkluż il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), tista' tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-proġett u tistimula u tiżgura l-finanzjament privat;

22.  Jappella sabiex il-FEIS ikun rivedut b'mod li jissodisfa r-rwol tiegħu f'termini ta' addizzjonalità ekonomika, li jwassal għal proġetti b'esternalitajiet pożittivi iżda li jippreżentaw riskji ikbar minn dak li s-settur privat ikun lest li jiffaċċja waħdu, u li jagħmilha possibbli li jitnaqqas id-distakk bejn ir-riċerka u s-suq u tingħata attenzjoni fuq il-promozzjoni tal-innovazzjoni tas-suq; jitlob li r-rwol u l-kapaċità taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti jissaħħaħ b'mod sostanzjali, partikolarment permezz ta' rwol proattiv fit-tħejjija tal-proġetti; ifakkar li l-finanzjament tal-FEIS taħt il-QFP li jmiss m'għandux iwassal għal impatti finanzjarji negattivi fuq programmi oħra;

23.  Jappella lill-Kummissjoni tiżviluppa, permezz tal-QFP, qafas ta' politika industrijali komprensiv, koerenti u fuq perjodu twil li jiffaċilita finanzjament għall-industriji kulturali u kreattivi, sabiex tingħata spinta lill-kompetittività tagħhom u jkunu jistgħu jwettqu l-potenzjal tagħhom f'termini ta' ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u ta' tkabbir għall-benefiċċju tal-Unjoni; jitlob li jkun hemm aktar rabtiet bejn il-Programm Qafas għar-R&I u l-programm Ewropa Kreattiva; jappella lill-Kummissjoni tikkonforma mal-Artikolu 167(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tistabbilixxi l-industriji kulturali u kreattivi (CCIs) bħala prijorità orizzontali fi ħdan l-iskemi u l-programmi ta' finanzjament tal-UE, partikolarment fil-Programm Qafas għar-R&I, il-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) u l-FSIE;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, fil-QFP li jmiss, tipproponi proċeduri regolatorji ħalli tiffaċilita, tħeġġeġ u tikkoordina – bl-appoġġ tal-aġenziji tal-UE – sinerġiji bejn il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE), il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-Ewropa Kreattiva u l-Orizzont 2020 għal proġetti relatati mar-R&Ż li jistgħu jikkontribwixxu biex tinbena l-kapaċità tal-innovazzjoni f'reġjuni bi prestazzjoni baxxa; jitlob involviment aktar attiv tal-Kummissjoni kemm fil-koordinazzjoni tal-proġetti R&Ż fost il-fondi differenti Ewropej b'intestaturi differenti, inklużi strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti kif ukoll fir-reviżjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat;

25.  Jenfasizza li l-baġit tal-UE li jmiss għandu jinkludi finanzjament suffiċjenti relatat mal-ispazju biex jitkomplew u jiġu żviluppati iktar il-programmi spazjali Galileo, EGNOS u Copernicus, b'kunsiderazzjoni tal-bżonnijiet tal-utenti emerġenti u l-prijoritajiet politiċi tal-UE, partikolarment b'żieda fiċ-ċibersigurtà u filwaqt li jkunu koperti programmi ta' llanċjar, teknoloġiji ġodda u s-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju (SST);

26.  Jemmen bis-sħiħ li l-finanzjament relatat mal-ispazju fl-FP9 għandu jkun ogħla minn dak fl-Orizzont 2020 u li għandhom jiġu allokati l-ammonti meħtieġa għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta (JTI) futura dwar materjali innovattivi għal apparat spazjali u għall-irtirar mill-orbita, bil-għan li tissaħħaħ il-kompetittività tal-innovazzjoni spazjali tal-UE; jitlob l-istabbiliment ta' programm ta' komunikazzjoni governattiva bis-satellita (GOVSATCOM) integrat li jiżgura servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita kosteffettivi u siguri għall-awtoritajiet pubbliċi Ewropej; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu li ilu jħaddan li l-qafas ta' appoġġ tal-SST għandu jiġi kkonvertit fi programm tal-Unjoni u li l-kompetenzi tiegħu għandhom jiġu estiżi, u jqis li l-baġit allokat għal din l-attività għandu jiżdied kif xieraq;

27.  Jiġbed l-attenzjoni għall-Fond Ewropew għad-Difiża u l-proposta reċenti tal-Kummissjoni għal programm ta' żvilupp industrijali tad-difiża Ewropea li huwa maħsub li jkopri l-perjodu 2019–2020; jieħu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta kemm programm ta' żvilupp industrijali tad-difiża aktar sostanzjali kif ukoll programm li jappoġġa r-riċerka dwar id-difiża għall-benefiċċju tal-Istati Membri kollha bil-ħsieb li tagħti bidu għal żviluppi teknoloġiċi li jistgħu mbagħad jilħqu partijiet oħra tas-soċjetà; iqis li fil-QFP li jmiss il-programmi relatati mad-difiża għandhom jiġu ffinanzjati minn riżorsi addizzjonali u għalhekk ma għandhomx jaffettwaw l-ambizzjonijiet baġitarji tal-programmi eżistenti;

28.  Itenni l-pożizzjoni tal-Parlament li kull impenn politiku ġdid għandu jiġi ffinanzjat b'approprjazzjonijiet ġodda u mhux permezz ta' strumenti ta' flessibbiltà jew riallokazzjonijiet ta' approprjazzjonijiet minn programmi eżistenti; jitlob li jiġu salvagwardjati riżorsi suffiċjenti għall-programmi eżistenti li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kumitat ITRE tal-Parlament;

29.  Ifakkar fl-importanza li tissaħħaħ il-flessibbiltà li tippermetti l-mobilizzazzjoni ta' riżorsi addizzjonali sabiex jingħata rispons għal sitwazzjonijiet mhux previsti; jenfasizza madankollu li r-rikors intensiv għall-istrumenti ta' flessibbiltà tal-QFP mhuwiex l-aħjar mod biex jiġu ffaċċjati kriżijijiet ikkomplikati li x'aktarx jippersistu; jinsab konvint li hu essenzjali li jkunu introdotti riżorsi proprji u introjti ġodda tal-UE fil-baġit tal-UE sabiex il-QFP li jmiss jinġieb f'livell li jikkorrispondi mal-bżonnijiet attwali u mal-ambizzjonijiet politiċi tal-Unjoni f'oqsma relatati mal-ITRE; jesiġi li jitqiesu serjament l-għażliet proposti fir-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji; jappella għall-istabbiliment ta' rabta bejn il-finanzjament tal-baġit tal-UE u l-oqsma ta' politika fejn l-UE ġġenerat tnaqqis fil-prezzijiet bħal pereżempju l-politiki dwar l-enerġija u t-telekomunikazzjonijiet, bħala l-aktar approċċ effiċjenti u newtrali għas-suq;

30.  Jinnota li l-QFP li jmiss se jkollu jikkunsidra t-tluq tar-Renju Unit mill-UE u l-implikazzjonijiet ta' dan għall-baġit tal-UE; jesprimi x-xewqa li l-programmi tal-UE fi ħdan il-mandat tal-Kumitat ITRE jkunu jistgħu jibqgħu għaddejjin mingħajr ma jiġu affettwati u li jittieħdu miżuri xierqa biex tiġi ssodisfata din ix-xewqa;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-valutazzjonijiet kollha tal-politiki u l-istrumenti finanzjarji differenti tagħha, inklużi l-istrumenti finanzjarji u l-fondi relatati mal-enerġija, b'mod partikolari fir-rigward tar-riżultati, u biex dawn l-evalwazzjonijiet jintużaw meta jkun qed jitħejja l-QFP il-ġdid;

32.  Ifakkar li l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) ġew fdati b'responsabbiltajiet akbar u b'hekk hemm bżonn ta' riżorsi suffiċjenti biex iwettqu l-kompiti kollha tagħhom, kemm dawk preċedenti kif ukoll dawk ġodda; jenfasizza li l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA) u l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) jeħtieġu wkoll riżorsi adegwati sabiex iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom kif xieraq u b'mod effiċjenti; jitlob finanzjament u persunal suffiċjenti għall-aġenziji kollha li jaqgħu taħt il-kompetenza ta' ITRE, sabiex dawn ikollhom il-kapaċità li jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod adegwat;

33.  Iqis li l-QFP futur għandu jipprovdi l-ogħla livell ta' prevedibbiltà u flessibbiltà sabiex jiġi sfruttat b'mod sħiħ; iqis barra minn hekk li l-QFP futur għandu jiggarantixxi li kwalunkwe bilanċ pożittiv li jirriżulta mis-sottoimplimentazzjoni tal-baġit tal-UE u mid-diżimpenji li jirriżultaw minn nuqqas ta' implimentazzjoni għandu jerġa' jsir disponibbli fil-baġit tal-UE.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

11.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

9

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Jonathan Bullock, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Edward Czesak, Fredrick Federley, Ashley Fox, Theresa Griffin, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Csaba Molnár, Nadine Morano, Aldo Patriciello, Miroslav Poche, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Patrizia Toia, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Michał Boni, Mario Borghezio, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Werner Langen, Morten Løkkegaard, Florent Marcellesi, Marian-Jean Marinescu, Rupert Matthews, Clare Moody, Răzvan Popa, Dennis Radtke, Michèle Rivasi, Sofia Sakorafa, Anneleen Van Bossuyt

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Ingeborg Gräßle

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

45

+

ALDE

Fredrick Federley, Gerben-Jan Gerbrandy, Kaja Kallas, Morten Løkkegaard, Angelika Mlinar, Lieve Wierinck

ECR

Edward Czesak, Zdzisław Krasnodębski

PPE

Bendt Bendtsen, Michał Boni, Jerzy Buzek, Ingeborg Gräßle, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Marian-Jean Marinescu, Nadine Morano, Aldo Patriciello, Dennis Radtke, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Hermann Winkler, Anna Záborská

S&D

José Blanco López, Jens Geier, Theresa Griffin, Eva Kaili, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Csaba Molnár, Clare Moody, Miroslav Poche, Răzvan Popa, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

9

-

EFDD

David Borrelli, Jonathan Bullock

ENF

Mario Borghezio, Christelle Lechevalier

VERTS/ALE

Max Andersson, Reinhard Bütikofer, Florent Marcellesi, Michèle Rivasi, Claude Turmes

7

0

ECR

Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Rupert Matthews, Anneleen Van Bossuyt

ENF

Barbara Kappel

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Sofia Sakorafa

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (1.12.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020

(2017/2052(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Marian-Jean Marinescu

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinsisti fuq l-importanza strateġika tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għas-setturi li jiddependu fuq l-investiment fit-tul bħas-settur tat-trasport; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni tippreżenta proposta u tidħol urġentement f'kuntatt mal-Kunsill u l-Parlament biex tiddefinixxi l-QFP ta' wara l-2020 qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019;

2.  Jenfasizza li l-infrastrutturi tat-trasport huma s-sinsla tas-suq uniku, il-bażi għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, u huma kruċjali biex ikunu żgurati l-erba' libertajiet fundamentali marbuta mal-persuni, il-kapital, l-oġġetti u s-servizzi; jinnota li t-tlestija ta' żona unika Ewropea tat-trasport konnessa ma' pajjiżi ġirien teħtieġ infrastrutturi kbar tat-trasport li, flimkien ma' iffinanzjar adegwat, għandhom jiġu trattati bħala prijorità ewlenija għall-kompetittività tal-UE u għall-koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali;

3.  Jenfasizza l-importanza tal-miri stabbiliti mis-COP 21 (il-Ftehim ta' Pariġi) fir-rigward tat-trasport sabiex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima; jenfasizza li għandhom ikunu disponibbli mezzi finanzjarji li jiżguraw bidla modali mit-trasport bit-triq għal dak bil-ferrovija u fuq l-ilma u t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni, kif ukoll biex l-Istati Membri jitħeġġu jinvestu fi trasport pubbliku intelliġenti, sostenibbli u integrat; jirrakkomanda li għandha tingħata attenzjoni wkoll għat-tnaqqis fl-istorbju u l-vibrazzjonijiet fit-trasport sabiex iċ-ċittadini jingħataw ambjent ta' kwalità għolja;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu appoġġjati d-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' politika industrijali b'saħħitha li jkollha l-għan li żżid is-sikurezza, is-sigurtà, is-saħħa pubblika u l-protezzjoni ambjentali u l-kompetittività globali tal-Ewropa fis-settur tat-trasport sabiex jinkisbu konnessjonijiet aħjar u vjaġġar aktar faċli fl-Istati Membri kollha; iqis il-big data bħala element li jgħin b'mod strateġiku biex jinkisbu l-għanijiet tal-politika tat-trasport tal-UE u jenfasizza l-ħtieġa li tiġi protetta mit-theddid ċibernetiku l-infrastruttura li hija kritika għat-trasport;

5.  Jenfasizza li l-infrastruttura kritika tat-trasport għandha titqies bħala ta' interess strateġiku għall-Unjoni Ewropea;

6.  Jenfasizza li l-valur miżjud Ewropew jista' jinkiseb biss fi proġetti tal-infrastruttura tat-trasport jekk l-UE jkollha l-kapaċità li tinkludi, fil-QFP li jmiss tagħha, qafas regolatorju u finanzjament proporzjonali għall-ambizzjonijiet tagħha;

7.  Iqis li s-sehem tal-baġit totali tal-UE li huwa maħsub għal proġetti ta' infrastruttura għall-politika ta' koeżjoni għandu jiżdied wara l-2020, peress li l-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali huma ta' kontribut kbir biex iċekknu d-distakki fl-infrastruttura u dawk soċjoekonomiċi bejn ir-reġjuni u jtejbu l-kwalità medja tal-infrastruttura, billi jnaqqsu d-distakk fil-konnettività bejn ir-reġjuni aktar żviluppati u r-reġjuni li għadhom lura;

8.  Jikkunsidra li l-QFP li jmiss għandu jipprevedi żieda fil-finanzjament tal-UE, inklużi l-fondi strutturali u ta' investiment, għal proġetti li b'mod partikolari jikkontribwixxu għat-tlestija tan-netwerk bażiku u l-kurituri tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) kif ukoll il-finanzjament għall-istabbiliment ta' infrastruttura tal-vetturi elettriċi u soluzzjonijiet tat-trasport tal-enerġija alternattiva; itenni li l-istrumenti finanzjarji ma jistgħux jissostitwixxu l-għotjiet għal proġetti TEN-T, li għandhom jibqgħu l-istrument prinċipali tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) futura, peress li xi mezzi ta' trasport bħall-ferroviji jew il-passaġġi fuq l-ilma mhumiex attraenti għall-investituri privati;

9.  Huwa tal-fehma li l-għotjiet ma għandhomx jintużaw biex jikkumpensaw għal telf fi proġetti li huma ekonomikament insostenibbli;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, fil-QFP li jmiss, tipproponi miżuri koerenti u trasparenti biex tiffaċilita, tħeġġeġ u tikkoordina, bl-appoġġ tal-aġenziji tal-UE, sinerġiji bejn il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE), is-CEF u l-Orizzont 2020 għal proġetti relatati mat-trasport, speċjalment bil-għan li jiġu appoġġjati dawk il-proġetti f'reġjuni transfruntiera u mat-TEN-T kollha; jitlob sistema ta' koordinazzjoni sabiex jiġu ottimizzati s-sinerġiji tal-għotjiet u l-istrumenti finanzjarji; jitlob involviment aktar attiv tad-DĠ MOVE fil-koordinament tal-infrastruttura tat-trasport fil-Fondi Ewropej differenti;

11.  Jemmen li, fil-kuntest tal-QFP li jmiss, għandu jkun hemm il-possibbiltà li jiġu żviluppati u estiżi aktar il-kurituri eżistenti tan-netwerk ewlieni u komprensiv tat-TEN-T, inkluż f'pajjiżi terzi rilevanti biex jappoġġjaw proġetti ta' interess komuni fis-settur tat-trasport;

12.  Jenfasizza li l-Brexit mhux se jkollu biss impatt ġenerali fuq il-baġit iżda wkoll b'mod partikolari se jkollu effetti diretti u indiretti konsiderevoli fuq il-politika Ewropea tat-trasport, speċjalment fl-avjazzjoni u t-trasport bil-baħar;

13.  Jistieden lill-Koordinaturi Ewropej biex iwettqu valutazzjoni bir-reqqa tal-proġetti li tlestew u tat-titjib miksub tul il-Kurituri tat-TEN-T matul il-perjodu ta' programmazzjoni attwali, u biex jippreżentawha lill-Kummissjoni u lill-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrifletti fuq din il-valutazzjoni fil-preparazzjoni tal-QFP li jmiss;

14.  Jenfasizza l-fatt li l-kofinanzjament tal-UE għandu jinkludi, bħala prijorità ewlenija fil-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (ETC – Interreg), proġetti infrastrutturali transfruntiera fuq skala żgħira biex jerġgħu jiġu stabbiliti konnessjonijiet reġjonali transfruntiera neqsin;

15.  Jenfasizza l-ħtieġa assoluta ta' finanzjament adegwat, inkluż għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-FP9 futur, f'oqsma bħalma huma vetturi li jaħdmu bl-elettriku u bl-idroġenu, karozzi mingħajr sewwieq u dawk konnessi;

16.  Iqis li t-tisħiħ tal-governanza ta' strateġiji makroreġjonali tal-UE se jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' proġetti b'valur miżjud tal-UE;

17.  Jenfasizza l-importanza tal-involviment, fl-Istrateġija tad-Danubju, tal-pajjiżi kollha li għandhom xatt max-xmara, sabiex jiġu evitati konġestjonijiet fin-navigazzjoni; jitlob l-istabbiliment ta' approċċ "minn fuq għal isfel" sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tal-Istrateġija tad-Danubju, speċjalment fir-rigward tan-navigabbiltà tal-passaġġi fuq l-ilma interni;

18.  Iqis li hija meħtieġa CEF aġġornata u aktar effikaċi, li tkopri l-mezzi kollha tat-trasport, inklużi l-infrastruttura tat-toroq u l-passaġġi fuq l-ilma interni, li tiffoka fuq l-interkonnessjonijiet u fuq it-tlestija tan-netwerk f'żoni periferali filwaqt li tuża standards komuni; jenfasizza li s-CEF għandha tibbenefika minn aktar finanzjament sabiex ikopri l-bżonnijiet kollha tat-trasport, inklużi soluzzjonijiet diġitali, bidla modali u trasport nadif; jemmen li s-CEF għandha tippromwovi programmi pilota għall-benefiċċju ta' kull mezz ta' trasport sabiex jiżdiedu s-sikurezza, is-sigurtà, il-protezzjoni ambjentali u l-kompetittività tal-UE; jenfasizza li l-investiment fl-infrastruttura tat-trasport huwa investiment għal tkabbir u impjiegi fit-tul; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, kemm jista' jkun malajr, proposta għal Regolament CEF aġġornat sabiex tkun tista' tiġi approvata qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019;

19.  Ifakkar li disa' kurituri tan-netwerk ewlenin huma identifikati fl-anness għar-Regolament CEF, li jinkludi lista ta' proġetti identifikati minn qabel għall-finanzjament possibbli tal-UE matul il-perjodu 2014-2020, ibbażata fuq il-valur miżjud tagħhom għall-iżvilupp tat-TEN-T u l-istatus ta' maturità tagħhom; jemmen li CEF imtejba u aktar effettiva għandha tipprijoritizza aktar rabtiet diretti bejn aktar netwerks ewlenin u komprensivi u għandha tintroduċi enfasi fuq il-promozzjoni ta' rabtiet akbar bejn netwerks komprensivi, inkluż, pereżempju, il-prijoritajiet orizzontali bħall-Awtostradi fil-Baħar; jemmen li dan għandu jiġi rifless fi kwalunkwe lista ta' proġetti identifikati minn qabel li għandhom jiġu inklużi fir-Regolament CEF li jmiss;

20.  Jenfasizza li l-fondi għat-tlestija taż-żona ferrovjarja unika Ewropea għandhom jiġu salvagwardjati u jemmen li hija meħtieġa enfasi akbar ħalli tittejjeb is-sikurezza, jitlestew il-konnessjonijiet bil-ferrovija bejn l-Istati Membri u tiġi żgurata ż-żamma ta' infrastruttura eżistenti tal-ferroviji; iqis li l-finanzjament għandu jintuża wkoll biex jitnaqqas l-istorbju u tiġi rinnovata konnessjoni ferrovjarja sekondarja; jenfasizza barra minn hekk li s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (European Rail Traffic Management System) (ERTMS) għandha titressaq 'il quddiem sabiex timplimenta ulterjorment standards tekniċi komuni u biex timmassimizza l-benefiċċji f'termini ta' interoperabbiltà; jenfasizza li għandu jissaħħaħ il-kofinanzjament tal-Impriża Konġunta Shift2Rail;

21.  Itenni l-importanza li jiġi permess l-użu sħiħ tal-Ajru Uniku Ewropew bħala pass kruċjali 'l quddiem għall-ispazju tal-ajru Ewropew; jisħaq fuq il-bżonn ta' finanzjament adegwat u nfiq trasparenti, inkluż għall-utenti tal-ispazju tal-ajru, għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' komponenti tar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR) jitlob li jkun hemm finanzjament, bħala parti mill-programm SESAR, għar-riċerka dwar il-ġestjoni tat-traffiku bl-ajru (ATM) ta' inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ u tlestija tal-ATM Diġitali Ewropea; itenni li, fi ħdan il-qafas tal-Ajru Uniku Ewropew, ATM effettiva tista' tnaqqas il-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet b'10 %; jitlob li jiġu allokati riżorsi finanzjarji xierqa għall-Impriża Konġunta Sema Nadif;

22.  Jisħaq fuq il-fatt li r-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tipprevedi t-twessigħ tal-ambitu ta' kompetenza tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA); jisħaq fuq l-importanza li jiġi allokat finanzjament adegwat lill-EASA biex jiġi żgurat li dawn ir-responsabbiltajiet il-ġodda jitwettqu b'suċċess;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tissalvagwardja l-finanzjament kontinwu għall-programmi tal-ispazju ewlenin tal-UE Galileo, is-sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) u Copernicus; jitlob l-allokazzjoni tal-ammonti meħtieġa biex jiġu salvagwardjati l-Impriża Konġunta Sema Nadif u l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta futura tat-teknoloġiji tal-Ispazju għall-Ewropa (STEPP); jitlob lill-Kummissjoni biex mill-aktar fis tfassal proposta għall-futur GOVSATCOM, flimkien ma' finanzjament xieraq; itenni l-importanza li tinkiseb kopertura EGNOS Ewropea globali u li jiġi żgurat li din tiġi estiża għal pajjiżi li huma parti mill-politika tal-viċinat; jikkunsidra li baġit tar-riċerka adattat f'dawn is-setturi huwa essenzjali sabiex tiġi żgurata l-awtonomija Ewropea fl-aċċess għall-ispazju;

24.  Itenni l-importanza li jiġi żgurat finanzjament xieraq għal Impriżi Konġunti, fost l-oħrajn SESAR, Shift2Rail u Clean Sky; iqis li Shift2Rail għandu jipprijoritizza proġetti tal-interoperabbiltà u għandu jimmassimizza l-benefiċċji għal interoperabbiltà fiż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea; iqis li huwa importanti li jiġu allokati fondi li jippermettu li tinżamm l-infrastruttura u li jiġu rrispettati kriterji ta' kwalità, sabiex jiġu garantiti aktar protezzjoni u sikurezza tal-konsumatur;

25.  Itenni l-importanza li jiġi ssalvagwardjat il-finanzjament meħtieġ għall-iżvilupp ta' applikazzjonijiet innovattivi u effettivi tas-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS), u servizzi bbażati fuq il-bżonn tal-utenti u l-valur miżjud;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-QFP li jmiss, tappoġġja programm ta' ordnijiet istituzzjonali għall-isparar tas-satelliti għal lanċaturi Ewropej u programm li jimmonitorja r-residwi spazjali;

27.  Jenfasizza l-importanza ta' finanzjament sikur biex tinkiseb politika marittima integrata, bħala inizjattiva ewlenija għal governanza intersettorjali u transfruntiera, kif ukoll għall-ottimizzazzjoni tal-konnessjonijiet multimodali u t-tressiq lejn servizzi diġitali tat-trasport u mezzi sostenibbli tat-trasport, inkluż dak tat-trasport pubbliku u tal-passaġġi fuq l-ilma interni; jenfasizza li t-twaqqif tas-Servizzi ta' Informazzjoni tax-Xmajjar għandu jitressaq 'il quddiem biex jappoġġjaw l-operazzjonijiet transfruntiera;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti impetu ġdid lir-rwol tal-UE fil-Baħar Mediterran, permezz ta' strateġija li ttejjeb u timmodernizza l-portijiet tal-baħar fil-Mediterran, bħala ċentri kummerċjali Ewropej vitali;

29.  Ifakkar li l-portijiet jiffunzjonaw bħala punti ta' aċċess għall-kummerċ, nodi tal-enerġija u raggruppamenti industrijali; jenfasizza l-pożizzjoni tal-portijiet fin-netwerk Ewropew tat-trasport; jenfasizza li l-finanzjament għat-tlestija u t-titjib tan-netwerk ewlieni tal-passaġġi fuq l-ilma interni, integrat fin-netwerk multimodali, għandu jiġi salvagwardjat; jenfasizza li l-portijiet u l-passaġġi fuq l-ilma interni jirrikjedu biżżejjed finanzjament sabiex jiġu megħluba l-isfidi attwali u futuri għall-għoti ta' sistemi tat-trasport intelliġenti, effiċjenti u sostenibbli; jirrikonoxxi li l-portijiet u l-passaġġi fuq l-ilma interni jista' jkollhom rwol importanti fid-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, billi joffru soluzzjonijiet ta' enerġija alternattiva;

30.  Jenfasizza li għandu wkoll jingħata finanzjament fil-perjodu li jmiss għal sistema ta' trasport intelliġenti (ITS) u proġetti tal-ITS kooperattivi fid-dawl tal-bżonnijiet tat-trasport;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid punt speċifiku mal-baġit għal dawk il-portijiet li se jkollhom jittrattaw il-piż ekonomiku u soċjali tal-kriżi tal-migrazzjoni;

32.  Jenfasizza r-rwol ta' aġenziji Ewropej tat-trasport fl-armonizzazzjoni u l-integrazzjoni ta' mezzi differenti tat-trasport fiż-Żona Ekonomika Ewropea; jitlob, fid-dawl tar-rwol dejjem akbar u tal-ammont ta' xogħol fdat lilhom legalment, biex ir-riżorsi operattivi tagħhom jiġu nnegozjati skont dan il-qafas baġitarju futur;

33.  Jenfasizza kemm hu importanti li naqilbu għal settur tat-turiżmu sostenibbli, innovattiv u diġitali, li jirrikjedi koordinament aħjar bejn il-proġetti fil-qasam tat-turiżmu u dawk tal-infrastruttura; iqis li jenħtieġ il-ħolqien ta' linja baġitarja speċifika għat-turiżmu sabiex nimxu lejn politika Ewropea ġenwina tat-turiżmu; jemmen li għandhom jintlaqgħu inizjattivi bħal dawk li jippromwovu esperjenzi innovattivi u sostenibbli tal-ivvjaġġar għaż-żgħażagħ; iqis, madankollu, li dawn m'għandhomx jieħdu post inizjattivi kulturali oħra, u jissuġġerixxi li għandhom jiġu ulterjorment promossi mezzi xierqa għal finanzjament adegwat;

34.  Jenfasizza li għandhom jiġu żgurati l-kompetittività fit-tul u s-sostenibbiltà tat-turiżmu Ewropew, inkluż billi jittieħed vantaġġ sħiħ mill-innovazzjoni fis-settur u s-soluzzjonijiet tal-ICT; iqis li għandhom jiġu riveduti l-proċessi ta' prenotazzjoni u għandu jiġi previst qafas ta' sistema ċentralizzata ta' prenotazzjonijiet diġitali li tkun orjentata lejn il-konsumatur;

35.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkofinanzja l-interkonnessjoni bejn in-netwerk EuroVelo u n-netwerk ferrovjarju tal-UE u b'hekk tinkoraġġixxi t-turiżmu sostenibbli mar-reġjuni differenti;

36.  Itenni l-importanza li jiġu salvagwardjati l-fondi għall-infrastruttura fil-qafas tal-Politika tal-Viċinat sabiex jiġi żgurat l-istabbiliment tat-TEN-T u l-koordinazzjoni tal-infrastruttura transfruntiera;

37.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu inklużi diversi setturi tat-trasport, b'mod partikolari l-komponent industrijali, fir-riflessjonijiet tal-Kummissjoni u tas-SEAE u diversi Direttorati Ġenerali, bil-ħsieb li titfassal strateġija ta' diplomazija ekonomika li tippromwovi internazzjonalment lill-atturi Ewropej fis-settur;

38.  Iqis li l-QFP futur għandu jipprovdi prevedibbiltà u flessibbiltà massimi sabiex jippermetti l-użu sħiħ tar-riżorsi impenjati fi ħdanu, filwaqt li jiżgura distribuzzjoni ġusta fir-reġjuni kollha tal-Unjoni, li għalhekk għandu jiggarantixxi li kwalunkwe bilanċ pożittiv li jirriżulta mis-sottoimplimentazzjoni tal-baġit tal-UE, b'mod partikolari fis-settur tal-politika pubblika, u d-diżimpenji li jirriżultaw minn nuqqas ta' implimentazzjoni, jerġa' jsir disponibbli fil-baġit għas-settur ikkonċernat; jistieden lill-Unjoni Ewropea, f'dan il-kuntest, biex, meta jintgħażlu proġetti taħt il-QFP, iżżomm elementi kbar ta' kofinanzjament; jisħaq fuq l-importanza ta' involviment aktar attiv tad-DĠ MOVE fil-koordinament tal-infrastruttura tat-trasport fil-Fondi Ewropej differenti;

39.  Jenfasizza li l-investiment tal-UE f'teknoloġiji ġodda għal trasport sostenibbli, fir-rigward ta' metodi ta' propulsjoni b'mod partikolari (jiġifieri, l-elettriku, l-idroġenu, il-bijofjuwils, eċċ.), għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, u jħalli lis-suq u liċ-ċittadini fil-libertà li jagħżlu minn fost is-soluzzjonijiet differenti tat-trasport.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Jill Seymour, Pavel Telička, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Mark Demesmaeker, Jill Evans, Maria Grapini, Peter Kouroumbashev, Jozo Radoš, Olga Sehnalová

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Juan Fernando López Aguilar

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

38

+

ALDE

Gesine Meissner, Jozo Radoš, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Mark Demesmaeker, Jacqueline Foster, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

EFDD

Daniela Aiuto

GUE/NGL

Merja Kyllönen

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Massimiliano Salini, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Peter Kouroumbashev, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Juan Fernando López Aguilar, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Olga Sehnalová, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Jill Evans

3

-

EFDD

Peter Lundgren, Jill Seymour

ENF

Marie-Christine Arnautu

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (11.10.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-QFP li jmiss: tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020

(2017/2052(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Derek Vaughan

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi r-Regolament tal-Kunsill Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għas-snin 2014-2020 jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tippreżenta l-pożizzjoni tagħha dwar il-ġejjieni tal-qafas finanzjarju multiannwali għal wara l-2020 qabel l-1 ta' Jannar 2018; billi l-proposti leġiżlattivi għall-QFP li jmiss għandhom jiġu ppreżentati malajr kemm jista' jkun, sabiex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-futur tal-politika ta' koeżjoni u l-fondi l-ġodda jkunu jistgħu jiġu miftiehma malajr kemm jista' jkun qabel it-tmiem tal-perjodu ta' pprogrammar attwali, sabiex jiġi evitat id-dewmien fl-ipprogrammar għall-perjodu l-ġdid;

B.  billi l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropew (TUE) jistipula li l-Unjoni għandha tippromwovi koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u solidarjetà fost l-Istati Membri u r-reġjuni u fihom; billi l-politika ta' koeżjoni reġjonali hija waħda mill-politiki ewlenin tal-UE b'valur miżjud għoli, li trawwem is-solidarjetà, tnaqqas id-differenzi fil-livell ta' żvilupp u twassal il-benefiċċji tal-integrazzjoni Ewropea direttament liċ-ċittadini tal-UE fir-reġjuni kollha; billi, barra minn hekk, il-politika ta' koeżjoni reġjonali ġġib l-Ewropa flimkien u ssaħħaħ l-ekonomija tagħha bl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' solidarjetà, issaħħaħ il-konverġenza soċjali tagħha, u tgħin biex l-UE ssir tanġibbli u viżibbli għaċ-ċittadini tagħha billi tagħti riżultati konkreti fuq il-post; billi għalhekk huwa essenzjali li biżżejjed fondi għall-politika ta' koeżjoni – għall-inqas ekwivalenti għal dak tal-perjodu attwali – ikunu previsti fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), sabiex jikkorrispondu għall-isfidi li l-politika hija mistennija li tindirizza b'mod adegwat;

C.  billi għandhom jittieħdu miżuri biex ikun żgurat li l-isfida baġitarja li tirriżulta mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ma jkollhiex effett negattiv fuq il-baġit għall-politika reġjonali, inkluż ir-rikors għal riżorsi proprji ġodda għall-iffinanzjar; billi l-politika ta' koeżjoni toffri għodod transkonfinali u għodod oħra ta' kooperazzjoni territorjali li jiżguraw kollaborazzjoni kontinwa ma' reġjuni tar-Renju Unit meta r-Renju Unit jitlaq mill-UE, billi żżomm il-kuntatti u taħdem flimkien maċ-ċittadini tiegħu lejn għanijiet komuni;

D.  billi wħud mill-proposti għal riżorsi proprji ġodda li ġew ippreżentati fir-rapport finali u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji ta' Diċembru 2016, bħal taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, taxxa tal-karbonju imposta fuq is-sorsi kollha tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, u taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji Ewropea, jistħoqqilhom li jkunu analizzati f'kuntest usa', u barra minn hekk ikunu konsistenti kemm mal-miri tal-Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 u l-objettivi ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

E.  billi l-politika ta' koeżjoni kkontribwiet b'mod sinifikanti għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u għall-ilħuq tal-għanijiet tagħha għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; billi għad hemm ir-riskju li l-UE ma tilħaqx dawn il-miri sal-2020, speċjalment meta niġu għat-tnaqqis tal-faqar, il-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-ġlieda kontra l-qgħad; billi l-istrateġija għandha tiġi riveduta għall-perjodu ta' wara l-2020 u tikkontribwixxi għall-kisbiet tal-Aġenda 2030 għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli: billi l-iffinanzjar tagħha għandu jiġi żgurat fil-QFP li jmiss, b'rwol ewlieni mogħti lill-politika ta' koeżjoni; billi l-politika ta' koeżjoni kisbet riżultati importanti u ppermettiet li jitnaqqas id-distakk ekonomiku u soċjali bejn ir-reġjuni Ewropej; billi, madankollu, 47 reġjun fi tmien Stati Membri għadhom lura fl-iżvilupp tagħhom;

1.  Jikkonferma l-valur miżjud għoli tal-UE tal-politika ta' koeżjoni, għax tissodisfa l-objettivi ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tat-Trattat kif ukoll tat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp ta' diversi reġjuni billi:–

  tiġġenera t-tkabbir u l-impjiegi fil-livell reġjonali u lokali, speċjalment fit-territorji li waqgħu lura, li jikkontribwixxu għal konverġenza, effetti sekondarji, kooperazzjoni ekonomika mtejba, stabbiltà makroekonomika sħiħa u l-kompetittività tal-Unjoni kollha kemm hi;–

  tipprovdi beni pubbliċi ta' dimensjoni Ewropea billi tappoġġja infrastruttura transnazzjonali;–

  trawwem kooperazzjoni transkonfinali u tgħin biex toħloq bażi stabbli għal paċi u demokrazija dejjiema fl-Ewropa;–

  tuża l-ġestjoni kondiviża u s-sussidjarjetà sabiex tlaqqa' diversi partijiet interessati minn livelli differenti ta' governanza u jiġu indirizzati b'mod effettiv ir-riskji u l-opportunitajiet soċjoekonomiċi;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-proposti tagħha għall-QFP futur u l-pakkett tal-politika ta' koeżjoni ta' wara l-2020 mingħajr dewmien, u jinsisti fuq tnedija immedjata ta' negozjati sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni f'waqtha tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE) għall-perjodu ta' programmazzjoni ta' wara l-2020; jemmen li l-politika ta' koeżjoni għandha tkompli tibbenefika liċ-ċittadini fir-reġjuni kollha, filwaqt li r-riżorsi jiġu kkonċentrati fuq dawk l-aktar vulnerabbli; jemmen li sett ġdid ta' indikaturi soċjali u ambjentali, komplementari għall-PDG għandhom jiġu żviluppati u introdotti sabiex jallokaw il-Fondi SIE b'mod aktar ġust, u biex jittieħed kont aħjar tat-tipi differenti ta' inugwaljanzi;

3.  Jafferma li l-politika ta' koeżjoni għandha tibqa' l-politika ewlenija ta' investiment pubbliku u żvilupp tal-UE, iżda jeħtieġ li jsir aktar biex jiġi enfasizzat ir-rwol ewlieni u indispensabbli tal-politika ta' koeżjoni biex jintlaħqu l-objettivi politiċi tal-UE; iqis, għaldaqstant, li jeħtieġ li jkun hemm fokus qawwi fuq l-impjiegi, il-ħiliet, l-innovazzjoni, id-demografija, l-SMEs, l-inklużjoni soċjali, u l-għanijiet speċifiċi tal-UE bħalma hi d-diġitalizzazzjoni u l-industrijalizzazzjoni mill-ġdid, kif ukoll dwar id-dimensjoni soċjali msaħħa, il-kooperazzjoni territorjali u d-dimensjoni urbana; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-politika ta' koeżjoni mhijiex mistennija li tkun is-soluzzjoni u l-istrument ta' finanzjament għal kull eventwalità mhux prevista, u li għalhekk ma għandhiex tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' programmi ġodda; jinnota li l-isfidi l-ġodda m'għandhomx idgħajfu l-objettivi tradizzjonali u fit-tul tal-politika ta' koeżjoni kif stipulati fit-Trattati;

4.  Jitlob, għalhekk, biex il-QFP jkompli jipprevedi tal-inqas is-sehem attwali tal-fondi għall-politika ta' koeżjoni ta' wara l-2020, billi jilħaq bilanċ tajjeb bejn l-investimenti fiċ-ċittadini u l-investimenti għaċ-ċittadini, u bejn it-tliet dimensjonijiet ta' politika ta' koeżjoni – ekonomika, soċjali u territorjali – kif ukoll jiżgura li jintlaħqu l-għanijiet politiċi tal-UE; jemmen li s-sehem tal-QFP għall-koeżjoni għandha tiżdied u li l-impenji attwali m'għandhomx jonqsu; ifakkar li, minħabba dewmien fil-bidu tal-perjodu u l-volum mistenni ta' talbiet għal pagamenti lejn tmiemu, huwa ta' importanza kbira li jiżdied il-limitu massimu tal-pagament tal-Intestatura 1b sabiex ikun żgurat fluss ta' likwidità u investiment u biex jiġi evitat l-impatt potenzjali tar-riskji politiċi; jinnota li l-ħolqien ta' programmi u strumenti tal-UE futuri, u l-appoġġ għal dawk attwali, m'għandhomx isiru għad-detriment ta' investiment eżistenti; jirrikonoxxi l-kontribut importanti tal-politika ta' koeżjoni biex tiffaċilita r-riformi strutturali permezz ta' inċentivi, bħal kundizzjonalitajiet ex ante, aktar milli sanzjonijiet, u jistieden lill-Kummissjoni biex tesplora mezzi pożittivi oħra kif tista' tappoġġja l-isforzi nazzjonali u reġjonali; jenfasizza li attenzjoni speċjali trid tkompli tkun iddedikata għal reġjuni anqas żviluppati; jenfasizza li l-QFP għandu jappoġġja l-prijoritajiet imniżżla fis-Semestru Ewropew, b'mod partikolari billi jittieħed kont tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs), filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu l-objettivi tal-politika ta' koeżjoni minqux fit-Trattati; ifakkar li prijoritajiet u inizjattivi ġodda tal-UE għandhom jiġu ffinanzjati minn fondi ġodda, u li l-politika ta' koeżjoni m'għandhiex tiġi pperikolata mill-użu tal-pakkett attwali tagħha bħala sors ta' finanzjament għal dawn il-prijoritajiet u l-inizjattivi ġodda;

5.  Iqis li l-fondi reġjonali għandhom ikunu protetti u jkomplu jkunu mmirati lejn ir-reġjuni kollha tal-UE, u għandhom fil-biċċa l-kbira jieħdu l-forma ta' għotjiet li għandhom jiġu kkomplementati minn strumenti finanzjarji li, min-naħa tagħhom, għandhom rwol importanti x'jaqdu, f'ċerti każijiet, wara valutazzjoni ex ante xierqa, flimkien ma' strateġija ċara u sett ta' kriterji li jiddeterminaw liema tip ta' finanzjament huwa aktar xieraq biex jintlaħqu l-objettivi mixtieqa, u liema għandu jkun integrat sew ma' għotjiet skont kif ikun jixraq; jenfasizza li f'każ ta' tnaqqis tal-baġits tal-UE, hija meħtieġa enfasi ikbar fuq l-għanijiet ewlenin tal-UE u l-valur miżjud tal-UE, b'enfasi partikolari dwar kif jistgħu jiġu stimulati t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi u d-disparitajiet reġjonali; jenfasizza d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-istrumenti finanzjarji huma xierqa biss għal proġetti li jiġġeneraw dħul; iqis li l-għotjiet u s-sussidji għalhekk se jkomplu jkunu meħtieġa; jenfasizza r-riskji ta' prodotti finanzjarji bħal ekwità, fondi fiduċjarji u tipi oħra ta' bonds; jinnota li jenħtieġ li ż-żieda fis-sehem tal-istrumenti finanzjarji ma għandhiex tinfluwenza l-kontributi finanzjarji mhux rimborsabbli peress li dan ifixkel il-bilanċ meħtieġ; jinnota li l-miri vinkolanti għall-użu tal-istrumenti finanzjarji fil-QFP ta' wara l-2020 ma jistgħux jitqiesu bħala alternattiva vijabbli; iqis li r-rwol tal-Istati Membri għandu jiġi enfasizzat permezz ta' rati ta' kofinanzjament adatti li jiżguraw l-impenn tagħhom; jinnota li hemm opinjonijiet diverġenti dwar il-kundizzjonalità makroekonomika u jenfasizza li r-relazzjoni bejn il-politika ta' koeżjoni u s-Semestru Ewropew fil-proċessi tal-governanza ekonomika għandha tkun ibbilanċjata, reċiproka u għandha tillimita l-impatt fuq il-benefiċjarji tal-Fondi SIE; iqis li huwa essenzjali li l-Fondi SIE jiffukaw fuq oqsma fejn l-azzjoni komuni tkun meħtieġa l-aktar, bħall-promozzjoni tat-tkabbir u l-kompetittività, jew il-kontribut għall-adattament għat-tibdil fil-klima u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi; jenfasizza li l-finanzjament tal-UE għandu jikkomplementa l-baġits nazzjonali, billi joffri addizzjonalità reali u jiżgura li tittieħed azzjoni f'oqsma esklużi mill-baġits nazzjonali;

6.  Iqis li kwalunkwe soluzzjoni li tirriżulta f'QFP fuq terminu qasir mhijiex aċċettabbli, peress li din tfixkel l-ippjanar fit-tul u jkollha effett kuntrarju fuq il-prevedibbiltà tal-politiki, inkluża l-politika ta' koeżjoni; jemmen li l-unika alternattiva għat-tul attwali hija ta' perjodu ta' 5+5 snin tal-QFP, b'rieżami ta' nofs it-terminu obbligatorju, sakemm il-Kummissjoni tiżgura tranżizzjoni bla intoppi bejn il-perjodi ta' programmazzjoni, li tkun teħtieġ regoli ta' diżimpenn iktar stretti, proċeduri iqsar għall-għeluq tal-programmi, u proċessi aktar mgħaġġla għat-twaqqif u l-bidu ta' programmi; jitlob li l-QFP futur ikun jipprevedi sorveljanza akbar taċ-ċittadini, inkluż permezz ta' tisħiħ tal-prinċipju tas-sħubija fil-politika ta' koeżjoni u l-allinjament tagħha ma' politiki oħra; itenni t-talba tiegħu biex l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi applikata fil-partijiet kollha tal-baġit tal-UE;

7.  Jitlob sabiex il-prijoritajiet ta' programmi ta' żvilupp reġjonali jiġu aġġornati sabiex jieħdu kont tal-kundizzjonijiet li qed jinbidlu u biex jibbenefikaw minn teknoloġija ġdida; huwa tal-opinjoni li l-politika ta' koeżjoni għandha timmira, b'mod partikolari, biex issaħħaħ l-ekonomija tal-għarfien u tistimula l-innovazzjoni; iqis, barra minn hekk, li hemm bżonn ta' iktar flessibbiltà fil-QFP biex jintlaħqu sfidi mhux previsti; jenfasizza li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni hija li ssib il-bilanċ ġust bejn l-istabbiltà u flessibbiltà fil-finanzjament; iqis ir-rati tal-qgħad reġjonali u l-indiċi tal-progress soċjali reġjonali bħala kriterji xierqa; jenfasizza li l-livell sinifikanti ta' tkabbir meħtieġ għall-ħolqien ta' impjiegi u l-żvilupp ma jistax jintlaħaq mingħajr sforzi konġunti għall-implimentazzjoni ta' taħlita ta' politika ekonomika tajba, li għandha tikkonsisti f'investiment, riformi strutturali u konsolidazzjoni fiskali; jenfasizza r-rwol tal-politika ta' koeżjoni biex jintlaħqu l-objettivi li jirriżultaw mill-Ftehim ta' Pariġi (COP 21) u biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju u ekonomija ċirkolari; jinnota li, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni aħjar tal-baġit tagħha fil-ġejjieni, jeħtieġ li l-politika ta' koeżjoni tkun simplifikata sew fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta' livell għoli, u jeħtieġ li tiġi kkunsidrata applikazzjoni usa' tal-proporzjonalità, flimkien ma' differenzjazzjoni bejn ir-reġjuni fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Fondi SIE; jenfasizza l-importanza ta' politika reġjonali biex tipproteġi lil dawk l-aktar vulnerabbli, bħalma huma r-reġjuni l-anqas żviluppati u r-reġjuni l-aktar imbiegħda;

8.  Jisħaq fuq l-importanza ta' inizjattivi transfruntieri reġjonali fil-promozzjoni tal-integrazzjoni Ewropea kif ukoll għat-tkabbir ekonomiku intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u l-ħolqien tal-impjiegi; jenfasizza li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-Fond ta' Koeżjoni għandhom jibqgħu l-għejun ewlenin ta' investiment fl-infrastruttura, u li l-iffinanzjar tal-approprjazzjonijiet għandu jaqbel mad-domanda għolja prevalenti u s-sottoskrizzjoni żejda; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) hija qasam ewlieni ta' valur miżjud tal-UE biex tiġi żgurata l-kontinwità ta' proġetti komuni bejn il-fruntieri u mal-UE kollha, jiġu żgurati r-rabtiet bejnhom; huwa tal-fehma li dawn l-inizjattivi transkonfinali juru b'mod partikolari l-valur miżjud tal-Unjoni Ewropea;

9.  Ifakkar li l-investiment fl-Intestatura 1a għandu impatt pożittiv b'saħħitha fuq il-politiki; iqis li programmi bħall-programm suċċessur tal-programm Orizzont 2020 għandhom jirċievu d-doppju tal-finanzjament disponibbli taħt il-programm ta' qafas attwali; jinnota li l-istimi, id-domanda u r-rati ta' suċċess jindikaw li żieda bħal din se tnaqqas id-diskrepanza fil-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni;

10.  Jitlob lill-Kummissjoni biex timplimenta u tkompli tiffaċilita aktar sinerġiji u kumplimentarjetajiet bejn il-fondi differenti tal-UE, inkluża l-politika ta' koeżjoni, l-Orizzont 2020, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), sabiex jiġi evitat li regoli differenti li japplikaw għal proġetti simili minħabba s-sempliċi fatt li dawn ġew implimentati fuq il-bażi ta' diversi strumenti, u biex taħdemlejn l-għan li jiġu stabbiliti l-istess regoli għal proġetti simili, inkluż meta dawn huma ffinanzjati permezz ta' politiki u strumenti differenti tal-UE, peress li dan inaqqas il-burokrazija żejda u jagħmel l-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE aktar faċli għall-benefiċjarji mingħajr preġudizzju għall-integrità tal-approprjazzjonijiet finanzjarji tal-Fondi SIE; jinnota li l-użu tal-istrumenti finanzjarji u s-sinerġiji mal-għotjiet jistgħu jittejbu; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li għandha tingħata attenzjoni speċjali lir-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, sabiex jiġu pprovduti kundizzjonijiet ekwi għal għotjiet u strumenti finanzjarji; iqis li huwa neċessarju li l-Fondi SIE jitkomplew wara l-2020, inklużi l-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew;

11.  Iqis li huwa essenzjali, fil-kuntest tal-QFP il-ġdid, li jiġi żgurat li r-regoli baġitarji, u r-regoli dwar l-infiq tal-politika ta' koeżjoni, huma fl-aħħar issimplifikati b'mod ibbilanċjat mingħajr ma jdgħajfu l-prinċipji orizzontali tal-politika ta' koeżjoni sabiex ikollhom impatt pożittiv fuq is-sostenibbiltà tal-QFP li jmiss, kif ukoll biex inaqqsu l-piż fuq il-benefiċjarji; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tkompli tesplora "ġabra unika tar-regoli" sabiex jiġu inkoraġġiti aktar benefiċjarji biex japplikaw għall-fondi tal-UE, peress li dan joħloq impetu li jistabbilixxi b'mod sinifikanti regoli tal-implimentazzjoni eħfef u aktar ċari u jiżgura l-ippjanar strateġiku integrat tal-appoġġ tal-UE; jitlob għat-twaqqif ta' bonus ta' simplifikazzjoni għall-Istati Membri għal miżuri effettivi li jeliminaw il-burokrazija u jtejbu l-ġestjoni tal-finanzjament tal-UE; jenfasizza li, fil-kuntest li jsaħħaħ kemm jista' jkun il-prestazzjoni tal-QFP fir-rigward tal-kundizzjonalità, huwa importanti li jinstab il-bilanċ ġust sabiex ma jikkompromettix l-investimenti; jenfasizza li l-pakkett Omnibus joffri potenzjal miżjud fir-rigward tas-simplifikazzjoni u l-flessibbiltà proposti; iqis, għalhekk, li għandu jiġi implimentat u żviluppat aktar wara l-2020; jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid l-effettività u testendi l-offerta ta' appoġġ għall-bini tal-kapaċità għal amministrazzjonijiet lokali, reġjonali u nazzjonali u l-benefiċjarji; jitlob li l-Kummissjoni tibni fuq l-elementi pożittivi tas-sistema tal-kundizzjonalità ex ante, filwaqt li tnaqqas il-piż amministrattiv korrispondenti f'dak li jirrigwarda l-valutazzjoni u l-proċedura; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-azzjoni għall-bini tal-kapaċità amministrattiva bil-ħsieb ta' implimentazzjoni aktar effiċjenti tal-fondi; iħeġġeġ użu usa' ta' miżuri ispirati minn rapport riċenti tal-Kummissjoni bit-titolu "Kompetittività f'reġjuni bi dħul baxx u bi tkabbir batut – reġjuni li għadhom lura";

12.  Jitlob għal żieda fil-baġit u reviżjoni ulterjuri tal-Fond ta' Solidarjetà Ewropew, partikolarment il-limitu massimu ta' pagamenti bil-quddiem (attwalment limitat għal EUR 30 miljun) stipulat fl-Artikolu 4a tal-Ftehim rivedut dwar il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, sabiex jindirizza b'mod effettiv u fil-pront aktar danni kkawżati minn diżastri naturali.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

9.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

4

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Franc Bogovič, Steeve Briois, Andrea Cozzolino, Rosa D’Amato, John Flack, Iratxe García Pérez, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Jens Nilsson, Andrey Novakov, Paul Nuttall, Konstantinos Papadakis, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Maria Spyraki, Ruža Tomašić, Ángela Vallina, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Buda, Andor Deli, Raffaele Fitto, John Howarth, Ivana Maletić, Tonino Picula

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

James Carver, Esther Herranz García, Susanne Melior

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

27

+

ALDE

Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

ECR

Raffaele Fitto, John Flack, Mirosław Piotrowski, Ruža Tomašić

PPE

Franc Bogovič, Daniel Buda, Andor Deli, Esther Herranz García, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Maria Spyraki, Joachim Zeller, Lambert van Nistelrooij

S&D

Andrea Cozzolino, Iratxe García Pérez, John Howarth, Louis-Joseph Manscour, Susanne Melior, Jens Nilsson, Tonino Picula, Liliana Rodrigues, Derek Vaughan

4

-

EFDD

James Carver, Paul Nuttall

ENF

Steeve Briois

NI

Konstantinos Papadakis

4

0

EFDD

Rosa D’Amato

GUE/NGL

Martina Michels, Ángela Vallina

Verts/ALE

Monika Vana

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (26.1.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020

(2017/2052(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Sofia Ribeiro

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza l-importanza enormi tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), bħala l-eqdem politika komuni tal-Unjoni biex jintlaħqu l-għanijiet pubbliċi u jingħata rispons għall-isfidi li qed jevolvu permezz ta' riformi suċċessivi, li huwa fundamentali, pereżempju, għall-produzzjoni ta' ikel ta' kwalità għolja kif ukoll għall-forniment ta' prodotti u servizzi mhux alimentari, is-sigurtà tal-ikel u l-istabbilizzazzjoni u l-preservazzjoni tal-popolazzjonijiet rurali, sabiex jiġu żgurati ikel bi prezz raġonevoli għal madwar 500 miljun konsumatur Ewropew, bilanċ territorjali u koeżjoni soċjali, u biex jiġi ggarantit li ż-żoni rurali jkunu sostenibbli fuq perjodu twil; jinnota, barra minn hekk, li dan jiswa biss EUR 0,32 lil kull ċittadin tal-UE kuljum; ifakkar li l-agrikoltura u l-industrija tal-ikel jirrappreżentaw 16 % tal-fatturat totali tal-industrija Ewropea, u huma responsabbli għal 'il fuq minn 44 miljun impjieg fil-katina tal-provvista tal-ikel kollha, 10 miljun impjieg direttament fl-agrikoltura, 11-il miljun azjenda agrikola u EUR 130 biljun fis-sena f'introjtu mill-esportazzjonijiet; jenfasizza li, permezz taż-żewġ pilastri tagħha, il-PAK tgħin biex jiġu stabbilizzati l-introjti tal-bdiewa, filwaqt li tippromwovi programmi ambjentali u l-attività ekonomika fiż-żoni rurali;

2.  Jinnota li taħt il-QFP attwali 2014-2020, u għall-ewwel darba, il-PAK m'għadhiex il-politika tal-UE bl-akbar baġit (f'dawn l-aħħar tliet deċennji sehemha mill-QFP sfortunatament niżel minn 75 % tal-QFP għal 38 % biss); jiddikjara b'mod ċar li, permezz ta' bosta riformi politiċi, l-infiq tal-PAK tnaqqas u sar aktar immirat, orjentat lejn is-suq u mmirat lejn it-titjib tal-kompetittività tal-biedja tal-UE;

3.  Jinnota wkoll li l-integrazzjoni ta' aktar kompiti u objettivi fil-PAK, li mhumiex neċessarjament remunerati mis-suq, twettqet mingħajr ma żdied il-baġit tagħha u filwaqt li l-UE ġiet estiża biex tinkludi aktar Stati Membri; jenfasizza li l-isfidi u d-domandi żdiedu, inkluża, pereżempju, il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-provvista tal-ikel tkun sikura u r-riżorsi ambjentali jkunu protetti, l-iżvilupp ta' prattiki tal-biedja sostenibbli, l-ekoloġizzazzjoni, l-investiment f'teknoloġija ġdida tal-biedja, u t-taffija tal-effetti u l-impatti tat-tibdil fil-klima;

4.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżid, jew tal-inqas iżżomm fil-livell attwali tiegħu, il-baġit tal-PAK ta' wara l-2020, b'tali mod li l-istruttura ta' żewġ pilastri tal-PAK tkun tista' tinżamm biex il-bdiewa jiġu megħjuna f'kull settur, biex jinkisbu l-għanijiet ewlenin li jiżdied l-introjtu tal-bdiewa, jitħarsu u jinħolqu impjiegi, l-innovazzjoni u l-konformità mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u jiġu ssodisfati l-impenji għall-implimentazzjoni tal-ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima; jenfasizza li kwalunkwe tnaqqis ieħor fil-baġit tal-PAK se jkollu impatt negattiv fuq il-kompetittività tas-settur agrikolu u l-iżvilupp reġjonali fl-UE fil-komunitajiet tal-biedja u ż-żoni rurali tal-Ewropa, li hija possibilità li ġiet kategorikament miċħuda mill-Parlament;

5.  Iqis li l-baġit tal-PAK għandu jirrefletti l-valur miżjud Ewropew għoli ta' din il-politika, magħmula kemm minn suq uniku għal prodotti agroalimentari u kif ukoll benefiċċji soċjali, ambjentali u ta' koeżjoni fil-livell tal-UE, u jirrimarka li l-PAK m'għadhiex sempliċement politika settorjali Ewropea; iqis li tnaqqis fil-baġit tal-PAK bħala sehem tal-PDG tal-UE b'27 Stat Membru jnaqqas l-effikaċja tal-PAK fl-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni; huwa tal-fehma li l-livell tal-baġit ta' din il-politika għandu jiggarantixxi l-istatus sħiħ tiegħu tal-Unjoni f'termini finanzjarji;

6.  Jenfasizza li l-PAK hija politika tal-UE komprensiva u kompluta li hija waħda mill-pedamenti tal-integrazzjoni Ewropea; jinnota li din il-politika tilħaq dejjem aktar l-objettivi pubbliċi u qed tirrispondi b'mod flessibbli għall-isfidi ġodda u l-ħtiġijiet li jevolvu tal-UE u s-soċjetà tagħha permezz ta' riformi; jinnota li hija responsabbli għall-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni fis-suq uniku, u b'hekk tiddetermina l-prevedibilità u l-istabilità tal-kundizzjonijiet li taħthom jitwettqu l-attivitajiet agrikoli;

7.  Jinnota bi tħassib li l-inċertezza dwar il-futur tal-PAK fil-kuntest tal-QFP diġà qed ikollha riperkussjonijiet negattivi fiż-żoni rurali, b'effett li taqta' qalb in-nies li jaħdmu fis-settur tal-agrikoltura, u toħloq sitwazzjoni li tista' twassal għal kriżijiet fl-UE għas-settur u f'termini tal-provvista tal-ikel;

8.  Jenfasizza li l-PAK u l-baġit tagħha jifformaw il-qafas operattiv komuni għas-settur agrikolu fl-Unjoni Ewropea, u li jekk dawn l-elementi tal-proġett Ewropew ikunu nieqsa, dan jimpedixxi l-funzjonament ta' suq komuni effiċjenti għall-prodotti agroalimentari fl-UE, peress li l-Istati Membri jkunu qed jikkompetu ma' xulxin fir-rigward tal-livell ta' appoġġ għall-agrikoltura, u b'hekk il-kompetizzjoni tkun mgħawġa.

9.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-livell għoli ta' ambizzjoni tal-Kummissjoni f'termini ta' negozjati kummerċjali u l-liberalizzazzjoni tal-aċċess għas-suq agrikolu Ewropew għal uħud mill-produtturi agrikoli l-iktar kompetittivi fid-dinja; jenfasizza, min-naħa l-oħra, li s-soċjetà Ewropea għandha l-aspettattiva li l-produzzjoni agrikola fl-UE ssir skont l-ogħla normi u standards f'termini ta' kwalità u sikurezza tal-ikel, benesseri tal-annimali, ħarsien ambjentali u ħarsien tal-klima; jenfasizza, f'dan il-kuntest, ir-rwol kompensatorju importanti tal-PAK u l-appoġġ finanzjarju relatat biex tinżamm il-kompetittività tal-agrikoltura Ewropea;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu aktar passi biex tissimplifika s-sistema ta' finanzjament tal-PAK, biex tnaqqas il-piżijiet finanzjarji u amministrattivi tal-bdiewa u biex tiżgura informazzjoni pubblika xierqa dwar il-PAK u dak li l-baġit tagħha jipprovdi, hekk kif l-ammont ta' għajnuna pubbliċizzat jista' jkun qarrieqi peress li l-pubbliku mhuwiex konxju li mindu ġiet stabbilita l-PAK fl-1962 l-Istati Membri ġabru r-riżorsi tagħhom flimkien sabiex joħolqu politika komuni u suq uniku għall-prodotti agrikoli, u li għaldaqstant ma għandhiex kontroparti nazzjonali fl-Istati Membri; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm sensibilizzazzjoni dwar ir-rwol importanti tal-UE fl-appoġġ għall-produzzjoni Ewropea tal-ikel u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-PAK mhux biss tipprovdi prodotti ta' kwalità għolja bi prezzijiet ferm raġonevoli liċ-ċittadini Ewropej, iżda hemm ukoll il-benefiċċju mistur li jiġi żgurat li l-konsumaturi jkollhom aktar introjtu disponibbli biex idawru r-rota ta' setturi oħra tal-ekonomija; jenfasizza li dan jista' jkompli biss jekk il-livell tal-baġit tal-PAK jiżdied, jew tal-anqas jinżamm kif inhu; jirrimarka li kieku kull politika kienet iffinanzjata kompletament mill-baġit tal-UE, il-PAK kienet tirrappreżenta biss 1 % ta' dak il-baġit, li huwa raġonevoli, peress li tipprovdi l-ikel lil aktar minn 500 miljun ċittadin Ewropew; jenfasizza li l-PAK tirrappreżenta inqas minn 0,4 % tan-nefqa pubblika totali fl-UE u fl-Istati Membri, li huwa ammont żgħir meta mqabbel mal-medja ta' 49 % tal-PDG tal-UE minfuq fuq in-nefqa pubblika; jenfasizza li l-bdiewa tal-UE jaderixxu ma' standards għolja tal-benesseri tal-annimali u standards ambjentali u tas-sikurezza tal-ikel u għalhekk għandhom jiġu appoġġati biex ikomplu b'dawn il-prattiki importanti;

11.  Jenfasizza li l-instabilità attwali tas-swieq agrikoli u l-volatilità għolja tal-prezzijiet juru l-ħtieġa li jinżammu s-sussidji tal-azjendi agrikoli, peress li jippermettu li l-fallimenti fis-suq jiġu ġestiti u kkontrollati b'mod aktar effettiv; jirrikonoxxi, f'dan il-kuntest, li ż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel u fil-bejgħ ta' prodotti f'dawn l-aħħar snin ma marritx għall-ġid tal-bdiewa; jinsisti li hemm bżonn ta' appoġġ konkret sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' aċċess għall-kreditu għall-bdiewa u l-introjtu agrikolu li qed jonqos; ifakkar ukoll li l-konsumaturi Ewropej mhumiex lesti jħallsu għall-ikel tagħhom bi prezz li jkun bla dubju ogħla kieku s-settur agrikolu ma kienx qiegħed jirċievi appoġġ pubbliku;

12.  Jenfasizza li filwaqt li s-sussidji tal-azjendi agrikoli jkopru biss ammont insinifikanti meta mqabbla mal-PDG totali tal-Istati Membri, huma essenzjali biex jiżguraw il-kontinwità fil-biedja u s-sigurtà tal-introjtu għall-bdiewa; itenni li l-PAK hija essenzjali biex tgħin fit-tnaqqis fil-volatilità tal-introjtu tal-azjendi agrikoli u biex tgħin lill-bdiewa żgħażagħ jidħlu fis-settur tal-biedja u jorganizzaw l-azjendi tagħhom b'mod li jirrendi profitt, u b'hekk jinħolqu impjiegi diretti u indiretti fis-settur;

13.  Jinnota li l-volatilità fl-introjtu li tirriżulta minn volatilità fil-prezzijiet minħabba d-deterjorament tal-kundizzjonijiet fis-settur agrikolu jeħtieġ li tiġi ġestita, speċjalment waqt li l-ispejjeż tal-produzzjoni qed jiżdiedu; jenfasizza li l-PAK ma jilqax biżżejjed għall-instabilità tal-introjti tal-azjendi u tas-swieq agrikoli, u li t-tnaqqis fil-baġit tal-PAK aktarx li jaggrava aktar din il-kwistjoni, u b'hekk jiġu affettwati s-setturi l-aktar vulnerabbli fl-industrija;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju dwar l-ammont ta' flus li jmur lura fil-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) jekk limiti massimi ta' pagamenti diretti ta' EUR 150 000, EUR 100 000 u EUR 50 000 kellhom jiġu applikati madwar l-UE kollha;

15.  Ifakkar li l-Brexit se jkollu impatt previst ta' bejn EUR 3,8 u EUR 4,1 biljun fis-sena fuq il-PAK, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tikkompensa għal dan it-telf billi ssib forom alternattivi ta' finanzjament, pereżempju billi jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri bħala perċentwali tal-introjtu nazzjonali gross, l-iżvilupp ta' forom ġodda ta' riżorsi proprji, l-introduzzjoni ta' wħud mir-riformi proposti mill-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji u titjib fil-funzjonament tal-PAK, fi sforz sabiex il-baġit tal-PAK jinżamm intatt wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, sabiex hija tkun tista' tegħleb għal kollox l-isfidi attwali u futuri li qed tiffaċċja l-biedja Ewropea;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni tiffaċilita l-aċċess għas-settur agrikolu għal strumenti finanzjarji oħra bħalma huwa l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS); jemmen li jekk għandhom jinħolqu kundizzjonijiet ġodda dwar il-pagamenti tal-PAK, il-Kummissjoni għandha torbothom ma' żieda xierqa fil-baġit tagħha; jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-fondi f'konformità ma' risposti għall-kriżijiet ċikliċi varji f'setturi sensittivi bħal dak tal-ħalib, tal-laħam tal-majjal, tal-frott u l-ħaxix, u jenfasizza li l-volatilità tal-prezzijiet għandha tiġu miġġielda billi jiġu proposti strumenti ġodda, filwaqt li jittieħed kont tal-impatt possibbli ta' Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles fuq dawn is-setturi u filwaqt li titqies il-ħtieġa dejjem tikber li tissaħaħ il-kompetittività tas-settur agrikolu Ewropew globalment; jiġbed l-attenzjoni, barra minn hekk, lejn l-impatt dejjem jikber tal-kundizzjonijiet esterni fuq il-biedja Ewropea u l-PAK, u l-ħtieġa konsegwenti ta' strumenti addizzjonali biex jiġu miġġielda kriżijiet potenzjali fis-swieq agrikoli li joriġinaw minn barra mit-territorju tal-UE;

17.  Jenfasizza l-importanza li jitjieb il-kontroll tal-baġit u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa politika li tagħti kont aħjar tad-destinazzjoni u r-riżultati tal-flus tal-kontribwenti tal-UE;

18.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni żżomm il-pagamenti diretti intatti, billi dawn jgħinu biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri, u biex iżżomm il-kompetittività tal-prodotti agrikoli tal-UE esternament; jirrifjuta bil-qawwa l-introduzzjoni ta' kwalunkwe kofinanzjament nazzjonali li jikkorispondi għal rinazzjonalizzazzjoni parzjali tal-PAK u li tista' twassal għall-ħolqien ta' Politiki Agrikoli Komuni differenti fl-Istati Membri differenti, li jirriżulta f'tendenza qawwija favur il-kontributuri netti għall-baġit tal-UE u jfixkel il-funzjonament tas-suq uniku; jenfasizza li l-PAK, bħala l-unika politika totalment integrata fil-livell tal-UE, tikkontribwixxi għall-ogħla valur miżjud Ewropew u li politika agrikola ffinanzjata fil-livell nazzjonali tkun konsiderevolment aktar għalja; jiċħad kull tentattiv li jġiegħel lill-Istati Membri jikkofinanzjaw il-PAK; jirrikonoxxi l-importanza li jitkompla l-finanzjament ta' programmi ta' żvilupp rurali minħabba l-kontribut tagħhom għall-koeżjoni soċjali u territorjali Ewropea, peress li ż-żoni rurali jirrappreżentaw madwar 90 % tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis kif xieraq l-ispejjeż differenti tal-produzzjoni u tax-xogħol, flimkien mal-kontribut li tagħti l-agrikoltura għall-impjiegi fl-Istati Membri individwali, kif ukoll it-tkomplija tal-proċess ta' konverġenza tal-pagamenti diretti tal-Unjoni taħt il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, u l-konverġenza interna fi ħdan l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom; jenfasizza l-importanza li tinżamm varjetà ta' miżuri, inkluż appoġġ akkoppjat volontarju, disponibbli għall-Istati Membri biex iżommu l-produzzjoni f'setturi li huma kruċjali għal żoni vulnerabbli mingħajr effett ta' distorsjoni fuq is-suq intern; jenfasizza li l-pagamenti diretti huma xibka ta' sikurezza importanti u appoġġ għad-dħul għall-bdiewa;

19.  Jenfasizza li l-agrikoltura, b'mod partikolari l-produzzjoni primarja, hija partikolarment sensittiva għal dannu kkawżat minn fenomeni naturali kkawżati mill-klima (nixfiet, għargħar, maltempati, xita, borra u silġ, eċċ.), u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa mekkaniżmu biex jiġu appoġġati miżuri biex titnaqqas u tiġi pprevenuta ħsara bħal din li tista' tinkludi wkoll kumpens għat-telf imġarrab minn produttur agrikolu primarju bħala riżultat ta' diżastri mit-tibdil fil-klima;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni, fil-baġit tal-PAK li jmiss, tikkunsidra li jirrinġovanixxi s-settur billi tagħmilha aktar faċli għaż-żgħażagħ u għall-bdiewa l-ġodda li jidħlu fl-industrija u għall-persuni akbar fl-età li joħorġu minnu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa miżuri ta' tiġdid ġenerazzjonali, u b'hekk tappoġġa l-modernizzazzjoni tal-settur tal-biedja u r-rinġovaniment tas-settur tal-biedja, dejjem bil-ħsieb jintuża u jiġi ttrasferit l-għarfien;

21.  Ifakkar li l-parti l-kbira taż-żoni rurali huma fost l-inqas vantaġġati tal-UE, u li l-PDG tagħhom per capita huwa kunsiderevolment inqas mill-medja Ewropea; huwa tal-fehma, għalhekk, li l-iżvilupp rurali jibqa' sfida importanti għal żvilupp territorjali bbilanċjat u li dawn l-oqsma jeħtieġu appoġġ f'termini ta' żieda fil-livelli tal-impjiegi u l-istandards tal-għajxien, kif ukoll f'termini tal-iżvilupp ta' rwoli mhux agrikoli; jenfasizza li l-promozzjoni ta' koeżjoni ekonomika u soċjali fl-UE għadha kompitu kontinwu għall-baġit tal-UE; iqis, għalhekk, li l-fondi tal-baġit tal-UE għall-iżvilupp rurali taħt il-PAK għandhom jissaħħu, filwaqt li l-kriterji għad-distribuzzjoni ta' dan l-appoġġ fost l-Istati Membri għandhom ikomplu jieħdu kont tad-differenzi fil-ġid, il-kobor u l-erja ddedikata għall-agrikoltura li minnhom tgawdi l-popolazzjoni rurali;

22.  Jitlob appoġġ imġedded immirat għal dawk il-bdiewa li huma l-aktar fil-bżonn, inklużi l-azjendi agrikoli b'ġestjoni tal-familja, żgħar u ta' daqs medju u, permezz ta' miżuri prattiċi mmirati, għal dawk f'żoni b'restrizzjonijiet naturali, kif ukoll dawk fir-reġjuni l-iktar żvantaġġati, muntanjużi u ultraperiferiċi, u b'hekk jiġu żgurati produzzjoni u provvista tal-ikel b'mod aktar effettiv fil-partijiet kollha tal-UE u tiġi prevenuta id-depopolazzjoni taż-żoni rurali; jitlob appoġġ immirat b'mod preċiż lejn dawk li jaħdmu direttament l-art, mingħajr ma jiġu esklużi l-bdiewa fuq bażi part-time, li f'ħafna każijiet iddiversifikaw l-attivitajiet tagħhom u m'għandhomx jiġu penalizzati għal dawn l-isforzi; jinnota li l-għoti ta' inċentivi għall-biedja fil-futur permezz ta' baġit futur xieraq għall-PAK u d-differenzjazzjoni pożittiva għall-oqsma l-aktar vulnerabbli huma kruċjali għas-settur agrikolu; jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi żieda fil-pakkett għal Programmi ta' Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità (POSEI), kif mitlub mill-Parlament, sabiex tiġi ssalvagwardjata skema li hija importanti ħafna għar-reġjuni ultraperiferiċi; ifakkar li tliet Stati Membri huma eliġibbli għal dawn il-programmi, li jirrappreżenta inqas minn 1 % tal-baġit tal-PAK; jinnota, b'mod partikolari, li l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità bħall-programm LEADER jirrappreżenta użu effiċjenti tal-fondi tal-PAK; jitlob li jkun hemm aktar finanzjament li għandu jiġi allokat taħt il-QFP futur għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, fi ħdan il-QFP li jmiss, tappoġġa l-aċċess tal-bdiewa għall-innovazzjonijiet bħalma huma tekniki moderni ta' tnissil u l-biedja ta' preċiżjoni billi żżd is-sinerġiji bejn forom differenti ta' programmi ta' finanzjament u ttejjeb ir-rwol tal-biedja fil-programmi ta' riċerka tal-UE; jinnota r-rwol u l-potenzjal li qed jikbru ta' teknoloġiji ġodda fl-agrikoltura, iżda jirrimarka li dawn jibqgħu finanzjarjament inaċċessibbli għal proporzjon kbir ta' bdiewa;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal qafas legali għall-katina tal-provvista tal-ikel fl-UE u biex tiggarantixxi li dan jiġi ffinanzjat b'mod xieraq, bil-għan li jiġu kkumbattuti prattiki kummerċjali inġusti fis-suq uniku u jiġi żgurat ċertu livell ta' trasparenza u ċertezza għall-bdiewa, li jippermettilhom jieħdu deċiżjonijiet informati tajjeb li jkunu ta' benefiċċju mhux biss għall-bdiewa nfushom, iżda wkoll għall-konsumaturi, u jiġu evitati tali prattiki bħall-bejgħ taħt il-livell tal-prezz tas-suq u t-tnaqqis li dan iġib miegħu fl-introjtu tal-biedja; jitlob li jiġu ffinanzjati miżuri li jagħtu spinta lis-setgħa ta' negozjar tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel; ifakkar fl-appoġġ qawwi tal-Parlament għal qafas regolatorju tal-UE biex jiġu indirizzati l-prattiki kummerċjali inġusti;

25.  Jinnota l-interess tal-produtturi fil-programmi ta' promozzjoni tal-prodotti tal-UE, u jistieden lill-Kummissjoni ssostni x-xejra attwali ta' tisħiħ tar-riżorsi għal tali programmi, filwaqt li, madankollu, twettaq evalwazzjoni tar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet amministrattivi assoċjati li spiss jippreżentaw diffikultajiet, speċjalment għall-produtturi żgħar u ta' daqs medju u l-produtturi ġodda u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom;

26.  Iqis li l-ewwel erba' xenarji stabbiliti mill-Kummissjoni fil-White Paper tagħha ta' Marzu 2017 mhumiex ambizzjużi biżżejjed; jenfasizza li l-ħames xenarju għandu jkun il-punt ta' tluq għal kwalunkwe riflessjoni dwar il-futur tal-baġit tal-UE ta' wara l-2020; jemmen li l-perjodu tal-QFP li jmiss għandu jkun twil kemm jista' jkun (tal-anqas seba' snin), b'perspettiva fuq terminu twil tal-2050 għall-iżvilupp tas-settur agrikolu tal-UE, sabiex jiġu żgurati l-prevedibilità u l-istabilità tal-finanzjament tal-PAK għall-ġejjieni, speċjalment minħabba l-importanza tas-sigurtà tal-provvista tal-ikel u ż-żieda fl-instabilità fis-settur, kif ukoll iż-żieda tal-possibilità li l-programmi pilota jkollhom suċċess.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

3

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Richard Ashworth, José Bové, Daniel Buda, Nicola Caputo, Paolo De Castro, Jean-Paul Denanot, Albert Deß, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Ivan Jakovčić, Jarosław Kalinowski, Zbigniew Kuźmiuk, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Laurenţiu Rebega, Bronis Ropė, Ricardo Serrão Santos, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi, Marc Tarabella, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Franc Bogovič, Stefan Eck, Jens Gieseke, Maria Heubuch, Karin Kadenbach, Momchil Nekov, Sofia Ribeiro, Annie Schreijer-Pierik, Hannu Takkula, Tom Vandenkendelaere, Thomas Waitz

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Stanisław Ożóg

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

32

+

PPE

Franc Bogovič, Daniel Buda, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Jens Gieseke, Esther Herranz García, Mairead McGuinness, Marijana Petir, Sofia Ribeiro, Annie Schreijer-Pierik, Czesław Adam Siekierski, Tom Vandenkendelaere

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Nicola Caputo, Paolo De Castro, Jean-Paul Denanot, Karin Kadenbach, Maria Noichl, Ricardo Serrão Santos, Tibor Szanyi, Marc Tarabella

ECR

Jørn Dohrmann, Zbigniew Kuźmiuk, James Nicholson, Stanisław Ożóg

ALDE

Ivan Jakovčić, Ulrike Müller, Hannu Takkula

ENF

Philippe Loiseau, Laurenţiu Rebega

3

-

GUE/NGL

Stefan Eck, Luke Ming Flanagan

EFDD

John Stuart Agnew

5

0

ECR

Richard Ashworth

Verts/ALE

José Bové, Martin Häusling, Bronis Ropė

EFDD

Marco Zullo

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd (23.11.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020

(2017/2052(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Clara Eugenia Aguilera García

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza l-fatt li, minħabba l-importanza soċjoekonomika tal-attività tas-sajd fir-reġjuni kostali tal-UE, iż-żamma ta' fond speċifiku, sostanzjali, indipendenti u aċċessibbli għas-sajd hija meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-akkwakultura u s-sajd Ewropej, biex jiġi introdott pjan ta' selettività sabiex jiġi evitat l-iskartar tal-ħut, biex jitnaqqas il-piż finanzjarju tal-obbligu ta' ħatt l-art u jiġi ffaċilitat l-ilħuq tiegħu, u biex jintlaħaq l-objettiv tal-qabda massima sostenibbli (MSY); jenfasizza, barra minn hekk, li fond bħal dan għandu jgħin ukoll biex is-settur tas-sajd iwettaq proċess ta' ristrutturar li sar meħtieġ għal bosta raġunijiet, u li dan il-proċess jista' jinkludi miżuri bħalma huma l-applikazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art u s-sostituzzjoni ta' magni li ma jniġġsux;

2.  Jenfasizza li l-PKS hija kompetenza esklużiva tal-UE u li l-fondi finanzjarji disponibbli għall-UE għal din il-politika għandhom għalhekk ikunu suffiċjenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi stipulati fir-Regolament Bażiku; ifakkar, madankollu, li l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) jammonta biss għal 0.6 % tat-total tal-QFP 2014-2020; jenfasizza li l-fondi finanzjarji tal-FEMS għandhom jinżammu, mill-inqas, fl-istess livell, filwaqt li titqies l-importanza soċjoekonomika tas-sajd fir-reġjuni kostali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi allokazzjoni finanzjarja akbar għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss tal-FEMS, rati ogħla ta' finanzjament u regoli differenti dwar il-kofinanzjament u dwar il-kumpens lis-sajjieda fil-perjodi ta' waqfien mis-sajd biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-sajd artiġjanali fuq skala żgħira li spiss jiġi mfixkel minn dewmien amministrattiv attribwibbli lill-Istati Membri;

4.  Jindika li l-miżuri ta' appoġġ għall-waqfien temporanju tal-attività tas-sajd għandhom jibqgħu fis-seħħ f'xi każijiet; barra minn hekk, jinnota li dawn għandhom ikunu mmirati lejn dawk il-flotot li huma mġiegħla jwaqqfu l-attivitajiet tagħhom minħabba kawża esterna, bħal pereżempju l-għeluq ta' post tas-sajd; jitlob ukoll li l-miżuri ta' appoġġ għall-waqfien definittiv tal-attività tas-sajd jinżammu taħt l-istess kundizzjonijiet li taħthom joperaw attwalment, filwaqt li jsir ukoll, fil-każijiet fejn ikun meħtieġ, awditu ekonomiku dwar ir-riperkussjoni tal-ħatt ta' bastimenti fuq il-bilanċ tal-flotta u l-kapaċità reali tal-qbid;

5.  Jinnota li l-Brexit mgħandux jintuża bħala skuża biex jitnaqqas il-finanzjament futur; huwa tal-fehma li l-UE għandha ssib mod biex tiżgura li tnaqqis possibbli fil-QFP ta' wara l-2020 ma jirriżultax awtomatikament f'allokazzjonijiet aktar baxxi għall-FEMS, hekk kif sar tnaqqis fil-baġit tal-2018; jissottolinja l-fatt li l-appoġġ għandu jiġi speċifikament prijoritizzat għal sajd kostali fuq skala żgħira; iwissi, barra minn hekk, li r-riskju tal-impatt tal-Brexit fuq l-industrija tas-sajd jeħtieġ intestatura tal-baġit solida, minħabba l-baġit allokat għal dan is-settur fl-UE, li diġà ġie mnaqqas;

6.  Jipproponi li l-finanzjament jiżdied permezz ta' strumenti finanzjarji oħra li jikkomplementaw l-għajnuna mhux ripagabbli; barra minn hekk, jipproponi li jkun possibbli l-aċċess għal skema ta' self li tippermetti lis-settur iżid il-possibbiltajiet ta' finanzjament bil-għan li jissaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku tal-impriżi, kif ukoll sabiex titkompla l-ħidma biex jittaffa l-impatt ambjentali ta' attività ta' estrazzjoni;

7.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-FEMS jingħata biżżejjed finanzjament biex jiġi permess investiment fis-sostenibbiltà, is-selettività u l-kompetittività tal-flotot tas-sajd;

8.  Jenfasizza li l-livell ta' implimentazzjoni tal-FEMS 2014–2020 tliet snin wara l-adozzjoni tiegħu fil-15 ta' Mejju 2014 għadu mhux sodisfaċenti, peress li minn Settembru 2017, 1.4 % biss mill-EUR 6.4 biljun ta' fondi kienu ġew użati; jispera li l-livell ta' implimentazzjoni tal-FEMS u ta' programmi strutturali u ta' investiment oħra tal-UE eventwalment se jitjieb; jenfasizza li l-livell baxx ta' eżekuzzjoni huwa dovut fil-biċċa l-kbira għad-dewmien fl-approvazzjoni tar-regolament ta' dan il-fond Ewropew wara r-riforma tal-PKS u n-nuqqas ta' ċarezza fl-ipproċessar, f'ħafna każijiet, tal-għajnuniet fi ħdan il-fond; jitlob, għalhekk, għal aktar preċiżjoni u simplifikazzjoni f'dan ir-rigward; jitlob li jkun hemm aktar flessibbiltà fl-allokazzjoni tal-approprjazzjonijiet, b'mod partikolari, l-finanzjament relatat mad-data mhux użat mill-Istati Membri għandu jkun jista' jiġi trasferit lill-istituti ta' riċerka u għal skopijiet ta' kontroll għandu jkun jista' jiġi trasferit lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA);

9.  Jinsisti wkoll li l-ispejjeż relatati mal-obbligu ta' ħatt l-art jiġu kkumpensati mill-FEMS, li jippresupponi li dan il-fond ikun ġie ssimplifikat u mogħti biżżejjed fondi;

10.  Huwa tal-fehma li jeħtieġ li jittieħdu passi sabiex jiġi żgurat li l-fond tas-sajd tal-UE għal wara l-2020 ikun implimentat b'mod aktar mgħaġġel, flessibbli u inqas burokratiku, mingħajr id-dewmien li għadu qed jifni lill-FEMS 2014–2020, biex wieħed jipprova jevita ripetizzjoni tas-sitwazzjoni attwali;

11.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrevedi l-klawsola dwar l-investiment sabiex l-investimenti reġjonali u nazzjonali kkofinanzjati permezz tal-FEMS ikunu jistgħu jiġu esklużi mill-kalkoli tad-defiċits nazzjonali użati għall-iskopijiet tas-Semestru Ewropew;

12.  Jappoġġa l-fehma miżmuma b'mod wiesa' mill-industrija u mill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri li r-regoli attwali ta' finanzjament huma kkumplikati wisq u jistgħu jkunu inqas ikkumplikati inġenerali, u għal proġetti li jinvolvu livelli baxxi ta' finanzjament b'mod partikolari; jirrimarka li peress li r-rapport dwar ir-Regolament Omnibus maħsub biex jissimplifika r-Regolament Finanzjarju ma kienx ikopri lill-FEMS, jenħtieġ li ssir simplifikazzjoni tar-Regolament dwar il-FEMS;

13.  Jenfasizza l-importanza tal-kontroll tas-sajd u tal-ġbir ta' data xjentifika, li huma l-pilastri tal-Politika Komuni tas-Sajd; iqis li għandhom jibqgħu jibbenefikaw mill-fondi tal-UE u li l-Istati Membri għandhom isaħħu l-isforzi tagħhom biex jużaw dawn il-mezzi;

14.  Huwa tal-fehma li, għal fond tas-sajd ġdid tal-UE, għandhom jiġu introdotti regoli tal-proporzjonalità sabiex proġetti żgħar ikollhom inqas piż burokratiku minn proġetti kbar; għal dan il-għan jipproponi l-adozzjoni ta' tip ta' regola "de minimis" għall-għajnuniet żgħar taħt dan il-fond tal-UE ġdid għas-sajd;

15.  Jenfasizza li, għalkemm l-UE tibqa' importatur nett tal-frott tal-baħar, is-sajd Ewropew ikompli jkun kemm sors importanti ħafna ta' ikel bnin fis-suq Ewropew kif ukoll garanzija ta' awtonomija fl-ikel; jenfasizza li l-UE għandha tkompli tevita d-dħul fis-suq ta' prodotti minn pajjiżi terzi li ma jissodisfawx ir-regoli alimentari, ambjentali u soċjali tal-Konvenzjoni 188 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol jew ta' kontra s-sajd illegali, mhux iddikjarat u mhux irregolat u jenħtieġ li dawn ir-rekwiżiti jiġu integrati fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles; jenfasizza li b'mod ġenerali, l-importazzjonijiet ta' standard inferjuri ta' prodotti tas-sajd li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti legali għandhom ikunu ristretti, u għandhom jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-prodotti tas-sajd; jenfasizza l-bżonn li jissaħħu u jiġu armonizzati l-kontrolli u l-ispezzjonijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, sabiex timpedixxi li prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti meħtieġa mir-regolamentazzjoni fis-seħħ jidħlu fis-suq tal-UE;

16.  Jenfasizza li l-valur miżjud Ewropew fil-ġestjoni tas-sajd s'issa fil-biċċa l-kbira ġie assoċjat ma' tnaqqis fil-kapaċità tal-flotot tas-sajd, ġestjoni soda tar-riżorsi, kwalità tal-prodotti u pproċessar tal-prodotti; huwa tal-fehma li għall-QFP ta' wara l-2020, bilanċ bejn ir-riżorsi tas-sajd u l-kapaċità tal-flotta se jkollu jiġi kkunsidrat; jenfasizza li elementi oħra b'valur miżjud mhux kwantifikabbli għandhom jiġu kkunsidrati wkoll, bħalma huwa r-rwol li għandu s-settur tas-sajd f'komunitajiet li jiddependu ħafna minn dan is-settur f'termini ta' impjiegi diretti u indiretti u t-tkabbir lokali; jenfasizza, għalhekk, l-importanza li jinżamm fond tas-sajd indipendenti biex jappoġġa lil dawn il-komunitajiet u jiżgura koeżjoni territorjali akbar;

17.  Jenfasizza li l-komunitajiet kostali li jiddependu mis-sajd artiġjanali għandhom jingħataw prijorità fil-FEMS futur minħabba l-importanza li għandu s-sajd artiġjanali f'dawn il-lokalitajiet f'dak li jirrigwarda l-ambjent u l-impjiegi, peress li dan is-settur jirrappreżenta 80 % tal-flotta Ewropea u 40 % tal-impjiegi totali fis-settur primarju, minbarra l-postijiet tax-xogħol indiretti li jiġġeneraw fid-distribuzzjoni fuq skala lokali, il-manifattura ta' xbieki jew it-tiswija ta' dgħajjes; barra minn hekk, il-komunitajiet kostali li jiddependu mis-sajd artiġjanali għandhom jingħataw prijorità fil-FEMS futur, sabiex jiżdiedu u jiġu pprovduti introjtu u postijiet tax-xogħol; jinnota li dan kien il-messaġġ tar-riforma tal-PKS u li nstema' meta ġiet ifformulata l-politika l-ġdida;

18.  Jenfasizza l-importanza tad-dimensjoni soċjali u ekonomika tas-sajd għall-komunitajiet lokali u għal xi reġjuni marittimi u kostali; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jinżammu biżżejjed previżjonijiet finanzjarji biex is-setturi tal-flotta kostali, artiġjanali u ta' skala żgħira jkunu jistgħu jiksbu finanzjament;

19.  Jenfasizza li s-sajd kostali tradizzjonali jgawdi minn attraenza turisitika qawwija, li b'mod indirett toħloq effetti ekonomiċi pożittivi ħafna fuq setturi ekonomiċi oħra;

20.  Jenfasizza li l-komunitajiet kostali u insulari Ewropej huma u se jibqgħu dipendenti ħafna fuq is-settur tas-sajd, kemm għall-ipproċessar tal-prodotti tal-baħar, it-turiżmu, il-catering u upstream mill-industrija tat-tarznari, il-manutenzjoni, it-tiswija, is-sigurtà u t-teknoloġiji ġodda; jenfasizza, għalhekk, li l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) u l-gruppi ta' azzjoni lokali tas-sajd (FLAGs) għandhom jibqgħu fokus u l-finanzjament tagħhom għandu jiżdied, peress li huma jservu biex il-komunitajiet lokali tas-sajd jindirizzaw dawn l-isfidi fil-livell lokali, billi jużaw l-għarfien tal-partijiet interessati lokali biex jindirizzaw kwistjonijiet lokali; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza li tinżamm intatta l-istruttura ta' finanzjament tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi tas-sajjieda u tal-kontribuzzjonijiet lir-rappreżentanti tal-professjoni;

21.  Jemmen li l-miżuri ta' kontroll huma komponent fundamentali u essenzjali tal-PKS sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u li kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri jeħtieġ li jiddedikaw riżorsi ekonomiċi u riżorsi oħrajn suffiċjenti għall-attivitajiet ta' kontroll; għalhekk jikkunsidra li l-fond futur irid jiżgura appoġġ suffiċjenti f'dan ir-rigward;

22.  Jenfasizza l-ħtieġa li tinżamm kif inhi l-istruttura tal-finanzjament taż-żewġ strumenti ta' appoġġ kollettiv għas-settur tas-sajd, il-gruppi ta' azzjoni lokali u l-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi tas-Sajd, filwaqt li jitqies li dawn huma elementi bażiċi għall-iżvilupp tas-sajd fir-reġjuni li jiddependu minn din l-attività;

23.  Jikkunsidra li l-FEMS għandu jkompli jagħti appoġġ finanzjarju prijoritarju lis-sajd ta' mal-kosta u dak artiġjanali għar-rwol soċjoekonomiku li għandu fir-reġjuni li jiddependu ħafna fuq is-sajd, mingħajr tnaqqis tal-appoġġ finanzjarju għal flotot oħrajn li huma wkoll neċessarji għall-provvista ta' ikel tajjeb għas-saħħa lis-swieq tal-UE;

24.  Jikkunsidra li huwa meħtieġ li ssir riflessjoni dwar il-possibbiltà ta' finanzjament ta' miżuri għall-immodernizzar ta' ċerti flotot li qdiemu u li joħolqu riskji ta' sigurtà fil-baħar, bħal fil-każ ta' xi flotot tar-reġjuni ultraperiferiċi, bil-perspettiva tar-riforma li jmiss tal-QFP, sakemm dan ma jagħtix lok għal żieda fil-kapaċità tas-sajd;

25.  Jenfasizza r-rwol dejjem aktar importanti tal-hekk imsejħa "ekonomija blu"; huwa tal-fehma li l-prijoritajiet tal-Istrateġija tat-"Tkabbir Blu" għandhom jiġu allinjati ma' dawk tal-FEMS bl-allokazzjoni ta' intestatura baġitarja speċifika, jiġifieri s-sostenibbiltà ambjentali, l-effiċjenza tar-riżorsi, il-kompetittività, il-ħolqien ta' opportunitajiet ta' impjieg ta' kwalità għolja, it-taħriġ akkademiku u professjonali u l-koeżjoni territorjali; jistieden lill-Kummissjoni terġa' teżamina l-allokazzjonijiet finanzjarji għat-"Tkabbir Blu" fil-QFP u jenfasizza li l-fond tas-sajd għandu jkollu rwol importanti f'dan ir-rigward;

26.  Jilqa' x-xewqa li tingħata spinta lis-settur tal-akkwakultura fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea dwar l-"ekonomija blu" - u li għalih huwa ddedikat 20 % tal-FEMS - iżda jilmenta dwar l-ostakli amministrattivi għall-iżvilupp tal-akkwakultura; jitlob, għalhekk, li ssir riflessjoni dwar modi li jnaqqsu l-burokrazija żejda fl-Istati Membri;

27.  Jenfasizza l-ħtieġa għal miżuri ta' appoġġ sabiex jiġi ffaċilitat id-djalogu soċjali u għal użu tal-FEMS biex jgħin fit-taħriġ ta' professjonisti kwalifikati fis-settur marittimu u tas-sajd; jisħaq fuq l-importanza tal-modernizzazzjoni tas-settur marittimu u tas-sajd u jinnota r-rwol li l-innovazzjoni għandha f'din il-modernizzazzjoni; jitlob għalhekk li jiġi mtejjeb l-investiment fl-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tal-ħtieġa li jsir titjib fis-selettività tal-irkaptu tas-sajd fil-kuntest tal-obbligu ta' ħatt l-art, u li jiġu ssodisfati l-kriterji tal-MSY, u fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-effiċjenza tal-bastiment u l-kumdità u s-sikurezza tal-ekwipaġġ; jitlob barra minn hekk li jkollhom aċċess għall-fondi dawk l-impriżi ta' setturi oħrajn li jiżviluppaw proposti għas-settur tas-sajd u jitlob li jiżdiedu l-possibbiltajiet ta' finanzjament sabiex tingħata spinta għal titjib fil-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tas-settur;

28.  Jafferma mill-ġdid l-importanza tal-promozzjoni u tal-investiment fid-diversifikazzjoni tas-sajd bl-iżvilupp ta' attivitajiet komplementari;

29.  Ifakkar fil-ħtieġa li jittejjeb il-ġbir ta' data xjentifika u jiġi żgurat aktar aċċess għaliha, li jitrawmu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' data xjentifika bejn is-setturi marittimi u tas-sajd, fuq naħa waħda, u l-komunità xjentifika, l-NGOs u entitajiet oħra fuq in-naħa l-oħra, u li jiġu mħeġġa attivitajiet ġodda ta' riċerka xjentifika u li jinħolqu fergħat ġodda fis-settur tas-sajd, bħall-akkwaponika;

30.  Itenni kemm huwa importanti li jintużaw opinjonijiet xjentifiċi rigorużi u indipendenti fil-valutazzjoni tal-istat tar-riżorsi tas-sajd, biex jittieħdu deċiżjonijiet ta' ġestjoni li jagħmluha possibbli li jinkisbu r-rendimenti massimi sostenibbli (MSY); huwa tal-fehma li għandu jiġi pprovdut finanzjament suffiċjenti għall-FEMS wara l-2020 għall-finijiet ta' ġbir ta' data xjentifika;

31.  Jenfasizza l-importanza li jinżamm mill-inqas l-istess livell ta' finanzjament għall-EFCA esklużivament fil-kompitu tagħha fil-qasam tal-kontroll, spezzjoni u sorveljanza tas-settur tas-sajd; jitlob li r-rwol tal-EFCA jissaħħaħ fil-ġejjieni sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-PKS, u biex l-EFCA tikkonsolida l-attivitajiet tagħha rigward it-tmexxija tal-flotot tas-sajd u s-superviżjoni ta' proċeduri ta' monitoraġġ; jistieden lill-Kummissjoni żżid il-finanzjament għall-EFCA.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGHTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

21.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, David Coburn, Richard Corbett, Diane Dodds, Linnéa Engström, Mike Hookem, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Liadh Ní Riada, Ulrike Rodust, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

France Jamet, Verónica Lope Fontagné, Francisco José Millán Mon, Maria Lidia Senra Rodríguez

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

21

+

ALDE

António Marinho e Pinto, Norica Nicolai

ECR

Ruža Tomašić, Remo Sernagiotto

ENF

France Jamet

PPE

Alain Cadec, Carlos Iturgaiz, Francisco José Millán Mon, Gabriel Mato, Jarosław Wałęsa, Verónica Lope Fontagné, Werner Kuhn

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Isabelle Thomas, Renata Briano, Ricardo Serrão Santos, Richard Corbett, Ulrike Rodust

VERTS/ALE

Ian Hudghton, Linnéa Engström, Marco Affronte

2

-

EFDD

David Coburn, Mike Hookem

2

0

GUE/NGL

Liadh Ní Riada, Maria Lidia Senra Rodríguez

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (6.12.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020

(2017/2052(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Helga Trüpel

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jemmen li t-tmiem tal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, flimkien mal-ambjent politiku Ewropew u internazzjonali mibdul, jistħoqqilhom li tiġi maħsuba mill-ġdid l-istruttura tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), sabiex dan ikun adatt għall-ħtiġijiet tal-Unjoni; Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw debitament il-konsegwenzi u l-effetti potenzjali tal-Brexit, jagħtu bidu għal riforma komprensiva tal-QFP u jipprovdu r-riżorsi finanzjarji meħtieġa sabiex jiġi evitat li l-Brexit ikollu xi effett negattiv kemm fuq il-livell ta' finanzjament allokat għall-programmi ta' kooperazzjoni mifruxa mal-UE kollha fl-oqsma tal-kultura, l-edukazzjoni, il-midja, iż-żgħażagħ, l-isports u r-riċerka, kif ukoll fuq il-persuni li jaħdmu fis-setturi rilevanti;

2.   Jesprimi appoġġ għal programmi fl-oqsma tal-kultura, l-edukazzjoni, il-midja, iż-żgħażagħ, l-isport, ir-riċerka u ċ-ċittadinanza li wrew b'mod ċar il-valur miżjud Ewropew tagħhom u li jgawdu popolarità dejjiema fost il-benefiċjarji, u jitlob żieda sinifikanti fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u investimenti fit-tul u kkoordinati biex jiggarantixxu l-ilħiq tal-objettivi tagħhom fil-QFP ta' wara l-2020;

3.  Iqis li l-istruttura tal-QFP tal-ġejjieni għandha tirrispetta, minimament, il-kriterji li ġejjin:

i.  Is-sempliċità, jiġifieri riforma tal-intestaturi li tippermetti liċ-ċittadini jifhmu l-għanijiet tiegħu; jemmen li l-programmi għall-edukazzjoni u t-taħriġ, iż-żgħażagħ, il-kultura u l-isport għandhom jinġabru taħt intestatura waħda li tirrifletti l-bosta objettivi tal-programmi b'mod adegwat;

ii.  Il-prevedibbiltà, jiġifieri struttura tal-QFP u l-programmi relatati li tippermetti ppjanar fit-tul suffiċjenti mill-benefiċjarji; jistieden lill-Kummissjoni żżomm l-istruttura ta' dawk il-programmi li l-potenzjal tagħhom għadu ma ġiex sfruttat kompletament, inkluża l-fergħa transsettorjali tal-programm Ewropa Kreattiva, u b'mod partikolari l-faċilità ta' Garanzija tas-Settur Kulturali u Kreattiv u l-azzjonijiet konġunti tagħha mal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), li huma kruċjali għall-appoġġ tal-industriji kulturali u kreattivi;

iii.  It-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont demokratiku, jiġifieri: id-durata tal-QFP għandha tkun allinjata maċ-ċiklu elettorali Ewropew; jinnota li n-nuqqas ta' qbil bejn il-programmazzjoni ta' seba' snin tal-QFP u l-programmazzjoni ta' għaxar snin tal-prijoritajiet politiċi u strateġiċi tal-UE jista' jaffettwa b'mod ħażin il-valutazzjoni konsistenti tar-riżultati miksuba mill-programmi tal-Unjoni; jissuġġerixxi għalhekk li l-QFP ta' wara l-2020 ikollu durata ta' 10 snin u ssirlu reviżjoni vinkolanti u sinifikattiva wara l-ewwel 5 snin;

iv.  L-adattabilità, għax l-esperjenza tal-QFP 2014-2020 uriet li ma rnexxilhiex twieġeb għal sfidi li qed jitfaċċaw mingħajr impatt fuq programmi eżistenti; jemmen li jenħtieġu aktar flessibbiltà u marġni usa' fi ħdan il-QFP li jmiss, flimkien mal-istabbiliment tal-prinċipju ta' "fondi ġodda għal inizjattivi ġodda" biex jiġi evitat finanzjament ta' inizjattivi ġodda mill-baġit tal-UE għad-detriment ta' programmi u politiki eżistenti tal-UE; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-istabilità fit-tul hija essenzjali għall-programmi kulturali u edukattivi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, għalhekk, biex jikkunsidraw li jżidu l-limiti massimi tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament fl-Oqsfa Finanzjarji Pluriennali futuri; huwa tal-fehma li l-flessibilità għandha tagħmilha possibbli li jsir użu sħiħ mil-limiti massimi tal-impenji u tal-pagamenti tal-QFP;

v.  Ir-responsabilità: bħala kwistjoni ta' prijorità trid tittieħed azzjoni biex tiġi prevenuta kriżi ġdida tal-pagamenti matul il-QFP attwali; huwa tal-fehma li għandha tingħata attenzjoni kbira biex tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta' arretrati pendenti fil-kontijiet, tat-tip bħal dawk li dehru fi tmiem l-aħħar QFP (2007–2013) u fil-bidu tal-QFP attwali (2014–2020); jistenna li żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn tkun akkumpanjata minn żieda korrispondenti fl-approprjazzjonijiet għal pagamenti f'waqthom; jiddispjaċih li l-konsegwenzi tal-arretrati ta' pagamenti huma sinifikanti u għandhom effett partikolarment qawwi fuq organizzazzjonijiet żgħar fis-setturi tal-edukazzjoni, il-kultura u l-industriji kreattivi, u b'hekk jolqtu direttament lill-benefiċjarji tal-baġit tal-UE, pereżempju l-istudenti, l-universitajiet, l-SMEs u r-riċerkaturi;

4.  Jemmen li investimenti adegwati u fit-tul fl-edukazzjoni u l-kultura huma essenzjali biex jippermettu liċ-ċittadini tal-UE jieħdu sehem b'mod effettiv u attiv fil-ħajja politika u demokratika tal-UE;

5.  Jappoġġa bis-sħiħ il-ħtieġa li titnaqqas il-kontribuzzjoni minn riżorsi bbażati fuq l-ING għar-riżorsi proprji tal-baġit tal-UE, fil-kuntest ta' riforma komprensiva tas-sistema, biex jiġu rispettati l-forma u s-sustanza tal-Artikolu 311 tat-TFUE;

6.  Jinnota bi tħassib kbir iż-żieda fl-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi, il-ksenofobija, ir-razziżmu, in-nazzjonaliżmu, l-estremiżmu vjolenti u t-terroriżmu fl-Ewropa; jitlob, għalhekk, li miżuri ta' prevenzjoni effettivi jiġu appoġġati permezz ta' aktar fondi għal programmi rilevanti tal-UE, inklużi dawk li fost inizjattivi oħra jappoġġaw strateġiji edukattivi li jrawmu ċ-ċittadinanza Ewropea, il-koeżjoni soċjali, it-tolleranza u d-drittijiet tal-bniedem, u jippromwovu soċjetajiet Ewropej miftuħa u inklużivi bħala s-sisien tal-mudell demokratiku tagħna, f'konformità mad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tas-17 ta' Marzu 2015;

7.  Jirrikonoxxi l-isfidi għal żmien qasir u fit-tul dovuti għall-integrazzjoni ta' rifuġjati u migranti bi sfond kulturali differenti fis-soċjetà Ewropea għal min ikun għadu kemm wasal u kif ukoll għas-soċjetajiet ospitanti; jenfasizza l-importanza ta' programmi kulturali, edukattivi u sportivi u f'dan ir-rigward, u jitlob li jkun hemm investimenti fit-tul u kkoordinati, flimkien ma' żieda adegwata fil-finanzjament permezz ta' ġenerazzjonijiet attwali u futuri ta' Erasmus+ u tal-programmi Ewropa Kreattiva u Ewropa għaċ-Ċittadini, biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jiksbu integrazzjoni sinifikanti, filwaqt li dan l-appoġġ jiġi integrat għal programmi kulturali u edukattivi f'fondi oħra tal-UE għall-integrazzjoni, bħall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF);

8.  Jirrikonoxxi l-isfidi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Unjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kultura, iż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza, partikolarment b'rabta mal-aċċessibilità konkreta għal programmi tal-UE, b'mod partikolari għall-persuni b'diżabilità, u l-ħtieġa li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-programmi biex jindirizzaw liż-żgħażagħ Ewropej kollha, inklużi studenti tal-livell sekondarju u apprendisti tal-kulleġġi, filwaqt li wieħed imur oltre l-istudenti universitarji, li bħalissa jikkostitwixxu l-maġġoranza kbira tal-benefiċjarji; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' programmi kulturali, edukattivi u sportivi, u jitlob investiment fit-tul u kkoordinat permezz tal-programmi attwali u futuri Erasmus+, Ewropa Kreattiva u Ewropa għaċ-Ċittadini, biex l-Istati Membri jingħataw appoġġ fl-isforzi tagħhom;

9.  Ifakkar li l-Iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ huma għodda ewlenin għall-indirizzar tal-problema persistenti ta' livelli għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ u jitlob li dawn ikomplu jitjiebu, u li jkun hemm żieda sostanzjali fil-baġit, fil-qafas tal-Fond Soċjali Ewropew; jirrimarka li l-politiki li jappoġġaw id-domanda u l-investimenti, ir-riformi strutturali li jżidu t-tkabbir u koordinazzjoni fil-politiki soċjali huma meħtieġa biex jappoġġaw tranżizzjonijiet ta' kwalità għaż-żgħażagħ lejn is-suq tax-xogħol b'mod sostenibbli;

10.  Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-programmi eżistenti fil-qasam tal-edukazzjoni u l-kultura biex tkompli tiġi appoġġata l-impjegabilità tal-ħaddiema, b'mod partikolari fl-Istati Membri b'rati għolja ta' qgħad, u biex titrawwem il-kompetittività tal-industriji kulturali tal-UE;

11.  Jemmen li l-QFP li jmiss jeħtieġ jipprovdi finanzjament speċifiku għall-edukazzjoni nonformali, attivitajiet ibbażati fuq il-volontarjat fil-qasam tal-edukazzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea għal studenti żgħażagħ fl-iskejjel primarji u sekondarji, fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u f'kull ċentru ieħor ta' tagħlim, peress li dan it-tip ta' attivitajiet għandhom rwol ewlieni fl-iżgurar li l-UE tiġi "mgħallma" f'bosta skejjel fl-Ewropa, iżid il-kwalità tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza Ewropea b'mod ġenerali, filwaqt li b'mod indirett irawwem l-identità Ewropea u impenn ċiviku attiv fost iċ-ċittadini żgħażagħ;

12.  Itenni l-appoġġ tiegħu anke għat-tisħiħ tad-dimensjoni esterna tal-programmi kulturali Erasmus+ u Ewropa Kreattiva, bħala parti importanti mill-aspett "mill-poplu għall-poplu" tal-istrateġija tal-UE għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, b'kunsiderazzjoni partikolari għall-pajjiżi bi dħul finanzjarju baxx jew medju kif ukoll skemi ta' mobilità speċifiċi għal artisti żgħażagħ u professjonisti li jaħdmu fis-setturi kulturali u kreattivi; huwa tal-opinjoni li d-dimensjoni esterna tal-programm il-ġdid Korp Ewropew ta' Solidarjetà jeħtieġ li tissaħħaħ;

13.  Jitlob għal investiment kontinwu fil-qafas tal-ET2020, u fil-programmi Erasmus +, Ewropa Kreattiva u Ewropa għaċ-Ċittadini attwali u futuri biex jingħata spazju lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ biex ikomplu jilħqu liż-żgħażagħ u jipprovdulhom kompetenzi ta' valur u ħiliet għall-ħajja permezz ta' opportunitajiet ta' tagħlim matul il-ħajja kollha, edukazzjoni bbażata fuq min qed jitgħallem, edukazzjoni mhux formali u tagħlim informali, partikolarment il-volontarjat u x-xogħol maż-żgħażagħ;

14.  Jenfasizza li ż-żieda fl-investiment f'Erasmus+ trid tippermetti li l-programm ikun mifrux iktar, sabiex jinkludi opportunitajiet aktar ambizzjużi ta' mobilità għal studenti ETV, żgħażagħ vulnerabbli u żgħażagħ li jbatu minn diskriminazzjoni u ostakoli multipli, inklużi persuni b'diżabilitajiet, persuni li jidentifikaw ruħhom bħala LGBTI u persuni li jiġu minn komunitajiet emarġinati, kif ukoll studenti fil-kuntest ta' skambji bejn l-iskejjel;

15.  Jappella għal investiment għaxar darbiet akbar fil-Programm Erasmus+ Suċċessur għaċ-ċiklu tal-QFP li jmiss sabiex jilħaq ħafna aktar żgħażagħ u studenti fl-Ewropa kollha u jinkiseb il-potenzjal sħiħ tal-programm, b'appoġġ għat-talba li saret mill-President Juncker fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni u minn diversi mexxejja Ewropej, kif ukoll mill-koalizzjoni ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili wara l-kampanja 'Erasmus x 10'; jirrimarka li l-programm Erasmus + attwali jammonta biss għal 1.36 % tal-baġit ġenerali 2014-2020 tal-UE u se jibbenefikaw minnu 4 miljun Ewropew biss sa tmiem l-implimentazzjoni tiegħu fl-2020;

16.  Jenfasizza l-importanza ta' approvazzjoni f'waqtha tal-QFP ta' wara l-2020 u r-regolamenti tal-programmi assoċjati, biex jiġi evitati l-problemi fl-implimentazzjoni tal-programm u biex il-perjodu ta' tranżizzjoni bejn il-perjodi attwali u dawk futuri jinżamm f'livell minimu;

17.  Iqis li, minħabba li għad hemm għadd kbir ta' ċittadini Ewropej b'ħiliet baxxi ta' litteriżmu jew b'diffikultajiet ta' litteriżmu, inkluż l-illitteriżmu funzjonali u tal-midja, u billi hemm madwar 40 % tal-ħaddiema tal-UE li m'għandhomx ħiliet diġitali adegwati u 44 % tal-popolazzjoni għandha ftit jew xejn ħiliet diġitali bażiċi, il-QFP li jmiss għandu jalloka riżorsi addizzjonali sostanzjali — lil hinn mill-programmi edukattivi eżistenti — sabiex jissaħħu l-ħiliet diġitali permezz ta' opportunitajiet imtejba ta' tagħlim, ta' taħriġ vokazzjonali u ta' tagħlim tul il-ħajja, u biex tiġi appoġġata d-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi edukattivi u kulturali u biex jittejbu u jissaħħu l-kwalità u l-aċċessibilità tagħhom; jenfasizza wkoll li l-inizjattivi tal-ħiliet diġitali jridu jinkludu kemm il-ħiliet bażiċi tal-ħajja, bħal-litteriżmu tal-midja u diġitali, u ħiliet tax-xogħol speċifiċi, bħal pereżempju l-ikkowdjar; jinsisti li l-QFP il-ġdid għandu joffri opportunità biex titfassal politika olistika tal-UE dwar il-ħiliet diġitali;

18.  Jenfasizza kemm hu importanti li tiġi indirizzata l-esklużjoni soċjali u li persuni minn ambjenti żvantaġġati jiġu inklużi biex ikun żgurat li jkollhom aċċess sħiħ u indaqs għall-kultura u l-edukazzjoni;

19.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni għall-ħolqien tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà bħala programm li jrawwem is-solidarjetà fost iż-żgħażagħ Ewropej u jirrakkomanda t-tkomplija tiegħu fil-QFP li jmiss, b'baġit akbar u bħala element tal-qafas tal-politika tal-UE għaż-żgħażagħ;

20.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-industriji kulturali u kreattivi għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-UE u l-Istati Membri tagħha u jirrakkomanda li jiġi żviluppat qafas tal-politika kkoordinat li jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi għall-iżvilupp u l-promozzjoni ulterjuri tas-settur;

21.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jittejbu l-aċċessibilità u l-implimentazzjoni tal-programmi billi titnaqqas il-burokrazija, possibilment permezz tas-simplifikazzjoni, il-flessibilità u s-sinerġija bejn il-programmi, u biex jiġu prevenuti l-pagamenti tardivi jew akkumulazzjoni ta' kontijiet mhux imħallsa;

22.  Jirrikonoxxi l-importanza li jiġu ssalvagwardjati l-wirt naturali u kulturali u li jiġi sfruttat il-potenzjal tagħhom bħala muturi ekonomiċi;

23.  Jitlob li jkun hemm enfasi ikbar fuq traineeships u apprendistati ta' kwalità u parteċipazzjoni akbar miż-żgħażagħ Ewropej fil-proċessi tat-tfassil tal-politika.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

4.12.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Bocskor, Silvia Costa, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Stefano Maullu, Luigi Morgano, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Hermann Winkler

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sylvie Goddyn

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

14

+

ALDE

María Teresa Giménez Barbat

PPE

Andrea Bocskor, Norbert Erdős, Stefano Maullu, Sabine Verheyen, Bogdan Brunon Wenta, Hermann Winkler, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

S&D

Silvia Costa, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Luigi Morgano, Julie Ward

1

-

ENF

Sylvie Goddyn

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (30.11.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020

(2017/2052(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Monica Macovei

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirrimarka li l-istruttura tal-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid (QFP) jenħtieġ li tikkorrispondi aħjar mal-ħames prijoritajiet politiċi ewlenin tal-UE; jitlob li jkun hemm aktar koerenza bejn il-finanzjament tal-baġit tal-UE u l-objettivi tagħha, jekk ikun hemm bżonn billi jinkiser is-saqaf tal-ħġieġ tal-kontribuzzjonijiet ta' 1 % mill-PDG tal-Istati Membri u/jew billi jiġu adattati u jitnaqqsu l-objettivi tal-UE;

2.  Jappella sabiex ikun hemm aktar fondi allokati biex jiġi miġġieled il-fenomenu tar-radikalizzazzjoni li jwassal għall-estremiżmu vjolenti fi ħdan l-UE; iqis li dan jista' jsir billi nippromwovu l-integrazzjoni u jiġu indirizzati d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu u l-ksenofobija;

3.  Jenfasizza l-importanza tal-fondi differenti tal-UE u jenfasizza li l-azzjonijiet fil-qasam tas-sigurtà u l-migrazzjoni għandhom mhux biss ikunu koperti minn strumenti ddedikati, bħall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) jew il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF), li jipprevedu livell adegwat ta' finanzjament biex jiġu indirizzati l-isfidi komprensivi f'dawn l-oqsma u li jkollhom biżżejjed riżorsi mill-bidu nett u għaż-żmien kollu li jdum il-QFP li jmiss, iżda għandhom ukoll jiġu inklużi b'mod awtomatiku fi strumenti futuri aktar ġeneriċi, bħall-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta' Koeżjoni jew il-Fond għas-Sigurtà Interna (li jikkorrispondi għall-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà) u l-istrumenti li jiffinanzjaw l-azzjoni esterna; jinnota li m'għandhiex tiġi eskluża l-possibilità li jintużaw strumenti oħra aktar ġeneriċi, bħall-FSE, biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet li huma rilevanti wkoll fil-kuntest tal-integrazzjoni tal-migranti u tar-rifuġjati fis-soċjetajiet ospitanti; iqis li jeħtieġ li l-Fondi kollha tal-ESI jitkomplew wara l-2020, u jenfasizza li ċerti fondi, bħall-FSE, għandhom jindirizzaw, b'mod partikolari, il-kwistjoni ta' programmi għall-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni, il-marġinalizzazzjoni, ir-reati ta' mibegħda u l-ksenofobija;

4.  Jitlob li jkun hemm aktar appoġġ finanzjarju biex jissaħħu l-attivitajiet tas-soċjetà ċivili;

5.  Jenfasizza li l-livell u l-mekkaniżmi ta' finanzjament għas-sigurtà u l-migrazzjoni għandhom ikunu adegwati u jipprevedu l-flessibilità meħtieġa sabiex jiġi evitat li kull sena wieħed jirrikorri sistematikament għall-mekkaniżmu ta' flessibilità tal-baġit tal-UE, bħalma kien il-każ bil-QFP attwali mill-2015, u sabiex jiġi żgurat li l-modi tat-twettiq ikunu qed jirrispondu b'mod effettiv għall-ħtiġijiet li jitfaċċaw fil-post; huwa tal-fehma li l-fondi għandhom jinkludu wkoll rieżami robust ta' nofs it-terminu li jaġġusta l-allokazzjoni tal-finanzjament għall-ħtiġijiet fil-post abbażi ta' statistiki aġġornati u li jippremja l-prestazzjoni fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-UE;

6.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-ħolqien ta' strumenti ad hoc barra mill-baġit tal-Unjoni, bħall-fondi fiduċjarji, li la jippreservaw l-uniċità u l-universalità tal-baġit tal-UE u lanqas itejbu t-trasparenza u l-komprensibbiltà tiegħu; ifakkar li l-fondi fiduċjarji tal-UE għandhom jappoġġaw biss azzjonijiet barra mill-Unjoni; ifakkar li l-Parlament għandu jkun jista' jeżerċita s-setgħat ta' skrutinju tiegħu mhux biss fuq il-ħolqien ta' tali fondi fiduċjarji tal-UE, iżda wkoll fuq il-ħlas kollu tagħhom;

7.  Jiddeplora ż-żieda fl-appoġġ finanzjarju tal-UE mogħti lil pajjiżi terzi bħal-Libja u t-Turkija għall-prevenzjoni tal-migrazzjoni, minkejja t-tħassib dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'dawk il-pajjiżi terzi;

8.  Ifakkar li, sabiex l-Unjoni tas-Sigurtà taħdem kif suppost, l-enfasi tal-istrumenti finanzjarji għandha tkun fuq li jittejbu l-politiki attwali u s-sistemi eżistenti;  

9.  Jenfasizza r-rwol tal-aġenziji kollha tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI) u tal-korpi tal-Unjoni li nħolqu ġodda bħala parti mill-Aġenda għas-Sigurtà tal-Unjoni, kif ukoll ir-rwol sinifikanti li huma għandhom fil-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali, il-frodi, il-ħasil tal-flus u t-terroriżmu, sew f’dak li jirrigwarda l-għoti ta’ appoġġ fil-qasam tal-asil, il-kooperazzjoni ġudizzjarja, il-kooperazzjoni tal-pulizija, il-ġestjoni tal-fruntieri, il-protezzjoni tad-data, il-proġetti tal-IT fuq skala kbira jew tad-drittijiet fundamentali; jitlob li jiġu allokati riżorsi adegwati għall-operazzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom; jiddispjaċih li l-finanzjament ipprovdut għal ħafna minn dawn l-aġenziji ma żammx il-pass maż-żieda fl-aspettattivi imposti fuqhom f'termini tal-kompiti tagħhom;

a)  jiddispjaċih dwar il-provvista insuffiċjenti ta' riżorsi lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi bħalma huma l-Europol, il-Eurojust u s-Cepol, fil-qafas tal-QFP attwali u jitlob li jkun hemm ipprogrammar tar-riżorsi skont l-aspettattivi politiċi u l-esiġenzi operattivi tal-aġenziji, inkluża l-ħtieġa ta' appoġġ teknoloġiku u tekniku, kif ukoll taħriġ;

b)  jitlob li jiġi allokat finanzjament akbar għall-ħolqien ta' Skwadri ta' Investigazzjoni Konġunti addizzjonali sabiex jiżdiedu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni f'investigazzjonijiet transfruntiera;

c)  jenfasizza l-importanza tal-ħidma mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) fuq għadd ta' sistemi eżistenti u ġodda fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja; jappella għall-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji u umani adegwati sabiex tkun żgurata l-kontinwazzjoni ta' din il-ħidma, kif ukoll għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni bla xkiel tas-Sistema ta' Dħul u Ħruġ, is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS-TCN) u għall-inizjattivi li jmiss biex ikun jista' jkun hemm interoperabbiltà bejn is-sistema ta' informazzjoni tal-UE għas-sigurtà, il-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni;

d)  ifakkar fl-impenn tal-Unjoni li tiġġieled il-faqar u l-esklużjoni soċjali, fil-kuntest tal-istrateġija ta' tkabbir Ewropa 2020, kif ukoll il-ħtieġa ta' fehim aħjar tal-fenomenu tar-radikalizzazzjoni u tar-reazzjoni għalih, il-marġinalizzazzjoni li qed tikber ta' ċerti gruppi, id-diskors ta' mibegħda u r-reati ta' mibegħda; jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet; jitlob li l-FRA tkun allokata aktar riżorsi umani; jiddispjaċih li l-mandat tal-FRA għadu jillimita r-rwol tagħha ta' appoġġ għad-drittijiet fundamentali; jenfasizza li l-FRA għandha tkun tista' toffri opinjonijiet dwar proposti leġiżlattivi fuq l-inizjattiva tagħha stess u li l-mandat tagħha għandu jiġi estiż biex ikopri l-oqsma kollha tad-drittijiet protetti skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inklużi, pereżempju, kwistjonijiet ta' kooperazzjoni tal-pulizija u kooperazzjoni ġudizzjarja;

e)  jitlob li jkun hemm riżorsi adegwati għall-konsolidazzjoni tal-mandat il-ġdid tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) u jenfasizza li l-inkarigi, il-kompetenzi u l-attivitajiet ġodda tagħha se jeħtieġu finanzjament kontinwu fil-qafas finanzjarju ta' wara l-2020;

f)  jitlob li jiġu allokati aktar riżorsi umani lill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) sabiex jiġi appoġġjat mandat imsaħħaħ li jittrasforma l-EASO f'aġenzija sħiħa li tkun kapaċi tipprovdi l-għajnuna operattiva u teknika neċessarja lill-Istati Membri;

g)  jenfasizza r-rwol taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) fl-għoti ta' valutazzjoni komprensiva tal-użu tad-drogi illeċiti, l-importanza tiegħu kemm f'termini tal-prevenzjoni kif ukoll fit-twettiq ta' azzjonijiet ta' segwitu għall-infurzar tal-liġijiet, u l-ħtieġa, għaldaqstant, li jiġi żgurat li jingħata riżorsi adegwati;

h)  jappella għall-allokazzjoni ta' riżorsi xierqa sabiex jiġi żgurat li jkun hemm implimentazzjoni u ġestjoni mingħajr xkiel tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tinvoka l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea f'każ ta' riskju serju li Stat Membru jikser l-istat tad-dritt u jitlob lill-Kunsill jassumi r-responsabbiltajiet tiegħu f'dan ir-rigward.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGHTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

28.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Gerard Batten, Heinz K. Becker, Monika Beňová, Malin Björk, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Soraya Post, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Gérard Deprez, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Nuno Melo, Morten Helveg Petersen, Salvatore Domenico Pogliese, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

André Elissen, Karoline Graswander-Hainz, Georg Mayer, Julia Pitera

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

40

+

ALDE

Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Morten Helveg Petersen, Sophia in ‘t Veld

ECR

Jussi Halla-aho, Monica Macovei, Branislav Škripek, Helga Stevens

PPE

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Rachida Dati, Monika Hohlmeier, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Nuno Melo, Roberta Metsola, Julia Pitera, Salvatore Domenico Pogliese, Csaba Sógor, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Traian Ungureanu, Axel Voss, Tomáš Zdechovský

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Karoline Graswander-Hainz, Sylvie Guillaume, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Dietmar Köster, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Soraya Post, Birgit Sippel, Sergei Stanishev

VERTS/ALE

Jean Lambert, Bodil Valero

7

-

EFDD

Gerard Batten, Kristina Winberg

ENF

André Elissen, Georg Mayer

GUE/NGL

Malin Björk, Marie-Christine Vergiat

NI

Udo Voigt

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (11.10.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020

(2017/2052(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Gerolf Annemans

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar li l-infiq tal-UE għandu jkollu l-flessibilità adegwata u għandu jkun suġġett għal skrutinju demokratiku xieraq u għal kontabilità, u dan jinneċessita l-involviment sħiħ tal-Parlament fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet dwar ir-Regolament dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP); jitlob, għalhekk, djalogu aktar mill-qrib bejn il-Kunsill u l-Parlament fin-negozjati tal-QFP li jmiss u jwissi kontra l-approċċ minn fuq għal isfel tas-soltu tal-Kunsill Ewropew li jistabbilixxi l-limiti massimi globali għal kull intestatura, minflok ma l-ewwel jivvaluta l-ħtiġijiet attwali tal-programmi;

2.  Jinnota li l-QFP attwali jillimita serjament l-awtonomija finanzjarja tal-Unjoni, peress li l-parti l-kbira tad-dħul jikkonsisti minn kontribuzzjonijiet nazzjonali mill-Istati Membri u parti kbira min-nefqa hija diġà predeterminata għall-istess Stati Membri fil-forma ta' ritorni;

3.  Jenfasizza li l-baġit tal-UE huwa strument li jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi komuni tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-TUE u jemmen li dan serva l-għan tiegħu tajjeb fil-passat;

4.  Jirrimarka li l-QFP ta' wara l-2020 jeħtieġ li jippermetti lill-Unjoni twieġeb kemm għall-isfidi preżenti kif ukoll dawk futuri, li jirrikjedu approċċ pan-Ewropew;

5.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-possibilità li ssir bidla minn votazzjoni b'unanimità għal votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata għall-adozzjoni tar-Regolament QFP li jmiss, bl-użu tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 312(2) TFUE, li jġib in-negozjati dwar il-QFP aktar konformi mal-proċedura għall-adozzjoni tal-baġit annwali tal-Unjoni;

6.  Jitlob l-allinjament tal-QFP futur mat-tul tat-terminu leġiżlattiv tal-Parlament u l-mandat tal-Kummissjoni, biex b'hekk jitnaqqas it-tul ta' żmien tal-QFP minn seba' għal ħames snin għal ċerti programmi, filwaqt li għal oħrajn, b'mod partikolari dawk relatati mal-programmi li jeħtieġu programmazzjoni fit-tul u/jew politiki li jipprevedu proċeduri kumplessi għall-istabbiliment ta' sistemi ta' implimentazzjoni, bħall-politika ta' koeżjoni jew l-iżvilupp rurali, għandu jintlaħaq qbil għal perjodu ta' 5 + 5 snin b'reviżjoni obbligatorja ta' nofs it-terminu;

7.  Ifakkar li l-prattika tal-Kunsill Ewropew li jespandi r-rwol tiegħu fil-proċess leġiżlattiv billi jieħu deċiżjonijiet dwar id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi fin-negozjati dwar il-QFP ma tikkonformax mat-Trattati, li espliċitament jeskludu tali rwol għall-Kunsill Ewropew;

8.  Jenfasizza l-importanza tal-QFP bħala baġit pluriennali iffokat primarjament fuq l-investiment;

9.  Jenfasizza li l-Brexit se jaffettwa severament il-QFP li jmiss, speċjalment min-naħa tad-dħul; jinsisti għalhekk li għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġenwini; jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji, fir-rigward tad-diversifikazzjoni tad-dħul tal-baġit tal-UE, inklużi r-riżorsi proprji ġodda, bil-għan li jitnaqqas il-proporzjon tal-kontribuzzjonijiet tad-dħul nazzjonali gross mill-baġit tal-UE bil-għan li jiġi abbandunat l-approċċ ta' "juste retour" tal-Istati Membri;

10.  Iqis li l-Unjoni Ewropea ma tistax tistenna l-eżitu tal-Brexit biex tibda tħejji n-negozjati dwar il-QFP ta' wara l-2020 u li proposta dwar din il-kwistjoni għandha tiġi mressqa mill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli, idealment sa tmiem l-ewwel kwart tal-2018;

11.  Ifakkar li l-prijoritajiet il-ġodda u l-inizjattivi tal-UE għandhom jiġu ffinanzjati bi flus ġodda mingħajr ma jiġu pperikolati l-programmi u l-politiki eżistenti; jitlob, f'dan il-kuntest, biex issir riforma approfondita tas-sistema ta' finanzjament tal-Unjoni – sistema ġenwina ta' riżorsi proprji – biex il-baġit tal-UE ikun aktar stabbli, sostenibbli u prevedibbli, filwaqt li tittejjeb it-trasparenza għaċ-ċittadini; iqis li l-unità tal-baġit, u aktar flessibilità baġitarja, għandhom jiġu indirizzati;

12.  Huwa tal-fehma li hemm domanda dejjem tikber min-naħa taċ-ċittadini Ewropej sabiex l-Unjoni tkun tista' tirrispondi għal sfidi transfruntiera sinifikanti li ma jistgħux jiġu indirizzati b'mod effettiv mill-Istati Membri; iwissi lill-Istati Membri li l-Unjoni ma tistax tindirizza dawn l-isfidi sakemm ir-riżorsi tal-baġit ma jiżdidux skont dan;

13.  Jitlob għal aktar komplementarjetà bejn il-baġits nazzjonali u l-baġit tal-UE;

14.  Huwa tal-fehma li l-introduzzjoni ta' intestatura ġdida għall-implimentazzjoni ta' Unjoni Ewropea tad-Difiża, preferibbilment iffinanzjata b'riżorsi proprji ġodda, tkun f'konformità mat-Trattati tal-UE;

15.  Jisħaq fuq il-fatt li l-QFP li jmiss għandu jqis b'mod sħiħ l-impenji li għamlet l-UE fil-kuntest tal-COP 21.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

11.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Mercedes Bresso, Richard Corbett, Pascal Durand, Danuta Maria Hübner, Diane James, Alain Lamassoure, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Markus Pieper, Paulo Rangel, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Claudia Țapardel, Kazimierz Michał Ujazdowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ashley Fox, Enrique Guerrero Salom, Jérôme Lavrilleux, Jasenko Selimovic

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tadeusz Zwiefka

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

13

+

ALDE

Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Jasenko Selimovic

PPE

Danuta Maria Hübner, Alain Lamassoure, , Paulo Rangel, György Schöpflin, Tadeusz Zwiefka

S&D

Mercedes Bresso, Richard Corbett, Enrique Guerrero Salom, Pedro Silva Pereira, Claudia Țapardel

VERTS/ALE

Pascal Durand

5

-

ECR

Ashley Fox, Kazimierz Michał Ujazdowski

ENF

Gerolf Annemans

NI

Diane James

PPE

Jérôme Lavrilleux

1

0

PPE

Markus Pieper

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (6.12.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020

(2017/2052(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Iratxe García Pérez

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi, skont l-Artikolu 8 tat-TFUE, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa tikkostitwixxi prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri hija obbligu legali li jirriżulta direttament mit-Trattati; billi, barra minn hekk, dikjarazzjoni konġunta interistituzzjonali dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri hija mehmuża mal-QFP;

B.  billi għall-QFP 2014 - 2020, id-dikjarazzjoni konġunta mehmuża ta' Novembru 2013 tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni inkludiet il-ftehim li l-proċeduri baġitarji annwali applikabbli għall-QFP se jintegraw, kif xieraq, elementi li jistgħu jirrispondu għall-perspettiva tal-ġeneri, billi jittieħed kont tal-modi ta' kif il-qafas finanzjarju globali tal-Unjoni jikkontribwixxi għal aktar ugwaljanza bejn is-sessi u jiżgura l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri;

C.  billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP ma tagħmel l-ebda referenza għall-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri;

D.  billi insegwitu tal-inklużjoni tal-programm Daphne fi ħdan il-Programm "Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza", missha ġiet żgurata allokazzjoni xierqa u ġusta ta' appoġġ finanzjarju, filwaqt li jitqies il-livell ta' finanzjament li diġà ġie allokat għall-programmi preċedenti 2007 - 2013;

E.  billi l-Parlament kemm-il darba appella għal finanzjament suffiċjenti u għall-iktar viżabbiltà possibbli għall-objettiv speċifiku ta' Daphne tal-Programm "Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Cittadinanza"; billi, madankollu, il-livell ta' finanzjament disponibbli għal Daphne naqas fil-perjodu 2014 - 2020, meta mqabbel mal-perjodu 2007 - 2013;

F.  billi l-aċċess għas-servizzi pubbliċi huwa kundizzjoni essenzjali biex jiġu garantiti l-indipendenza ekonomika tan-nisa u l-emanċipazzjoni tan-nisa; billi s-servizzi pubbliċi għadhom settur importanti ta' impjiegi għan-nisa;

1.  Ifakkar li l-ugwaljanza bejn is-sessi hija minquxa fit-Trattat tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki, il-programmi u l-inizjattivi kollha tal-UE, sabiex tiġi assigurata l-ugwaljanza fil-prattika; jenfasizza li l-perspettiva tal-ġeneri fit-tfassil tal-baġit għandha ssir parti integrali mill-proċedura baġitarja fl-istadji kollha tagħha u fil-linji baġitarji kollha, u mhux biss fi programmi li l-impatt tal-ġeneru tagħhom huwa l-aktar evidenti, b'tali mod li n-nefqa baġitarja ssir għodda effikaċi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

2.  Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu integrati, b'mod aktar saħħtu u aktar effiċjenti, il-politiki tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għodod tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri matul il-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss;

3.  Josserva li l-perspettiva tal-ġeneri fit-tfassil tal-baġit hija parti minn strateġija globali dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi; jenfasizza, għaldaqstant, li l-impenn tal-istituzzjonijiet tal-UE f'dan il-qasam huwa fundamentali; jiddispjaċih, f'dan il-kuntest, li għall-2016 - 2020 ma ġiet adottata l-ebda strateġija tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u, jistieden lill-Kummissjoni, b'tennija tal-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2016 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, issaħħaħ l-istatus tal-Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi tagħha għall-2016 - 2019 billi taddottah bħala komunikazzjoni;

4.  Jiddispjaċih li, minkejja d-dikjarazzjoni konġunta dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri mehmuża mal-QFP, ma sar l-ebda progress sinifikanti f'dan il-qasam, u mill-QFP 2014 - 2020 ma rriżultat l-ebda strateġija ċara dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, li tistabbilixxi objettivi speċifiċi u miri konkreti u allokazzjonijiet; jappella għat-tiġdid tal-impenn min-naħa tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni fil-konfront tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-QFP li jmiss, permezz ta' dikjarazzjoni konġunta mehmuża mal-QFP, inkluż impenn għall-implimetazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fit-tfassil tal-baġit; jappella għal monitoraġġ effikaċi tal-implimentazzjoni ta' din id-dikjarazzjoni fil-proċeduri baġitarji annwali permezz tal-inklużjoni ta' dispożizzjoni fil-klawsola ta' rieżami fir-Regolament QFP il-ġdid;

5.  Jitlob li l-ugwaljanza bejn is-sessi tissemma' b'mod espliċitu f'intestatura 3 "Sigurtà u ċittadinanza";

6.  Jirrimarka li wieħed mill-objettivi ewlenin tal-UE għall-baġit ġenerali huwa l-investiment strateġiku u t-tkabbir sostenibbli sabiex tingħata spinta lill-koeżjoni ekonomika u lill-ħolqien tal-impjiegi, b'mod partikolari sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, u li għalhekk huwa ta' importanza kruċjali li jkun hemm fokus fuq it-tisħiħ tal-potenzjal tan-nisa fis-setturi kollha tal-ekonomija: l-ekonomija diġitali, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), u x-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM); Jisħaq fuq il-punt li huwa possibbli li jiġu indirizzati d-disparità bejn is-sessi u d-defiċit ta' ħiliet fl-ICT u fis-setturi STEM fl-Unjoni kollha biss pemezz ta' enfasi speċifika fuq il-ġeneri f'dawk l-oqsma;

7.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi allokat finanzjament suffiċjenti, fil-qafas tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għall-miżuri li jippromwovu u jappoġġjaw edukazzjoni ta' kwalità, l-impjegabbiltà, l-intraprenditorija u l-ħolqien tal-impjiegi għan-nisa u ż-żgħażagħ, speċjalment dawk li jagħmlu parti mill-gruppi l-aktar żvantaġġati, kemm f'żoni urbani kif ukoll rurali, inkluż iżda mhux limitat għal opportunitajiet fis-setturi STEM, b'tali mod li n-nefqa baġitarja tintuża b'mod effikaċi biex jintlaħqu l-miri politiċi;

8.  Jitlob għal darb'oħra li l-programm Daphne jkollu linja baġitarja separata sabiex tiżdied it-trasparenza fir-rigward tal-użu tal-fondi kkonċernati u biex jiġi żgurat livell xieraq ta' finanzjament għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa. jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiżdiedu r-riżorsi għall-objettiv speċifiku ta' Daphne fil-perjodu 2014 - 2020 b'konformità mal-allokazzjonijiet tal-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti;

9.  Jiddeplora l-fatt li l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) ma jinkludix perspettiva tal-ġeneri; jenfasizza li perspettiva tal-ġeneri għandha tiġi inkluża fil-FEIS, peress li l-UE qatt mhu se tirkupra b'mod sħiħ u b'mod sodisfaċenti mill-kriżijiet ekonomiċi riċenti għajr jekk ma jiġix indirizzat l-impatt tagħhom fuq nisa li, fil-maġġoranza tal-każijiet, kienu l-aktar affettwati;

10.  Ifakkar li għadd sinifikanti ta' rifuġjati u persuni li jfittxu asil li jidħlu fl-UE huma nisa u tfal; jissottolinja li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tinsab ukoll fost il-prinċipji bażiċi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF); itenni l-appelli tiegħu biex fil-politiki dwar il-migrazzjoni u l-asil titqies id-dimensjoni tal-ġeneri; jappella għall-użu effiċjenti tal-fondi tal-AMIF għall-integrazzjoni tar-rifuġjati, il-familji tagħhom u l-persuni li jfittxu asil;

11.  Jikkundanna bil-qawwa l-introduzzjoni mill-ġdid u l-espansjoni tar-Regola "Global Gag" u l-impatt tagħha fuq il-kura tas-saħħa globali u d-drittijiet għan-nisa u l-bniet; itenni t-talba tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex ipattu għan-nuqqas finanzjarju li hemm minħabba t-tluq tal-Istati Uniti fil-qasam tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, bl-użu ta' finanzjament għall-iżvilupp kemm nazzjonali kif ukoll tal-UE;

12.  Jenfasizza l-importanza li jsir investiment f'servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja u li jiġu allokati ammonti speċifiċi għall-investiment fil-QFP li jmiss, bil-ħsieb li jiġi żgurat forniment adegwat ta' servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja u infrastruttura soċjali pubblika bi prezzijiet għal but ta' kulħadd bħal ċentri ta' kura matul il-ġurnata, għall-kura tat-tfal, tal-anzjani u ta' persuni dipendenti oħra;

13.  Jissottolinja li biex l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) ikun jista' jilħaq l-objettivi tiegħu b'mod xieraq, il-baġit tiegħu u l-għadd tal-persunal iridu jiżdiedu ħalli tisaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jipprovdi assistenza xierqa lill-Kummissjoni billi jipprovdi informazzjoni rilevanti u assistenza teknika f'oqsma prijoritarji bħalma huma l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-ġlieda kontra l-vjolenza sessista; jirrimarka li l-EIGE għandu jibqa' istituzzjoni speċifika u separata fi ħdan il-qafas istituzzjonali tal-Unjoni.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGHTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

4.12.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Maria Arena, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Hedh, Mary Honeyball, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Florent Marcellesi, Angelika Mlinar, Maria Noichl, Marijana Petir, Ángela Vallina, Anna Záborská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Stefan Eck, Sirpa Pietikäinen, Evelyn Regner, Marc Tarabella, Mylène Troszczynski, Julie Ward

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Lambert van Nistelrooij

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

16

+

ALDE

Angelika Mlinar

EFDD

Daniela Aiuto

GUE/NGL

Stefan Eck, Ángela Vallina

PPE

Sirpa Pietikäinen

S&D

Maria Arena, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Hedh, Mary Honeyball, Maria Noichl, Evelyn Regner, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Marc Tarabella, Julie Ward

VERTS/ALE

Max Andersson, Florent Marcellesi

1

-

ENF

Mylène Troszczynski

4

0

PPE

Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Marijana Petir, Lambert van Nistelrooij, Anna Záborská

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

4

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Esteban González Pons, John Howarth, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Urmas Paet, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Jean-Paul Denanot, Janusz Lewandowski, Ivana Maletić, Stanisław Ożóg, Pavel Poc, Nils Torvalds, Helga Trüpel, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Anders Primdahl Vistisen


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

29

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Gérard Deprez, Urmas Paet, Nils Torvalds

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Esteban González Pons, Janusz Lewandowski, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský

S&D

Jean-Paul Denanot, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, John Howarth, Vladimír Maňka, Pavel Poc, Manuel dos Santos, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Helga Trüpel

4

-

ECR

Anders Primdahl Vistisen

ENF

André Elissen, Marco Zanni

NI

Eleftherios Synadinos

3

0

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Stanisław Ożóg

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga

 

Korrezzjonijiet tal-votazzjoni

+

 

-

 

0

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Marzu 2018Avviż legali