Proċedura : 2017/2191(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0049/2018

Testi mressqa :

A8-0049/2018

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 24
CRE 18/04/2018 - 24

Votazzjonijiet :

PV 19/04/2018 - 10.16

Testi adottati :

P8_TA(2018)0187

RAPPORT     
PDF 813kWORD 94k
1.3.2018
PE 612.214v01-00 A8-0049/2018

dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni

(2017/2191(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Ramon Tremosa i Balcells

EMENDI
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni

(2017/2191(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 39, 42, 101 sa 109 u 174 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-31 ta' Mejju 2017 dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2016 (COM(2017)0285) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ppubblikat bħala dokument ta' sostenn fl-istess data,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat(1),

–  wara li kkunsidra l-White Paper tad-9 ta' Lulju 2014 bit-titolu ''Lejn kontroll aktar effettiv tal-fużjonijiet tal-UE'' (COM(2014)0449),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1084 tal-14 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 f'dak li għandu x'jaqsam ma' għajnuna għal infrastruttura tal-port u tal-ajruport, livelli limitu ta' notifika għal għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju u għajnuna għall-infrastrutturi għall-isport u għar-rikreazzjoni multifunzjonali, u l-iskemi ta' għajnuna operatorja reġjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 702/2014 f'dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli(2),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw is-setgħa biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern (COM(2017)0142),

–  wara li kkunsidra l-Avviż tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2016 dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2014 dwar ftehimiet ta' kooperazzjoni tal-UE dwar l-infurzar tal-politika tal-kompetizzjoni – it-triq 'il quddiem(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni speċjali tal-gżejjer(5),

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2016 dwar il-Green Paper dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2017 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE(7), u r-rapporti tiegħu tas-snin preċedenti dwar is-suġġett,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2017 dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur(8),

–  wara li kkunsidra r-regoli, il-linji gwida, id-deċiżjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet, il-komunikazzjonijiet u d-dokumenti rilevanti tal-Kummissjoni dwar is-suġġett tal-kompetizzjoni,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir-Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2016,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0049/2018),

1.  Jilqa' r-Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2016 tal-31 ta' Mejju 2017 (COM(2017)0285), li juri li, f'ambjent kompetittiv ġust, l-investiment u l-innovazzjoni huma essenzjali għall-futur tal-Ewropa;

2.  Jappoġġja bil-qawwa l-indipendenza tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni (NCAs) fil-missjoni tagħhom li jsawru u jinfurzaw b'mod effikaċi r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha tal-UE u tal-impriżi li joperaw fl-UE;

3.  Jilqa' u jkompli jħeġġeġ l-isforzi tal-Kummissjoni li żżomm, minbarra d-djalogu strutturat mal-Kummissarju għall-Kompetizzjoni, Margrethe Vestager, kuntatt regolari mal-membri tal-kumitat kompetenti tal-Parlament u tal-Grupp ta' Ħidma tiegħu dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni; huwa konvint li r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni huwa eżerċizzju essenzjali f'termini ta' skrutinju demokratiku, u jilqa' l-feedback tal-Kummissjoni dwar it-talbiet speċifiċi kollha adottati mill-Parlament;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura informazzjoni u skambji regolari mal-Parlament dwar it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, ta' ftehimiet internazzjonali u ta' liġijiet mhux vinkolanti oħra li jikkonċernaw il-politika tal-kompetizzjoni, kif previst mill-Ftehim Interistituzzjonali (FII) bejn il-Kummissjoni u l-Parlament; jinnota li dan mhuwiex qed iseħħ b'mod sodisfaċenti, pereżempju fid-diskussjonijiet dwar il-ftehim UE-Kanada dwar l-iskambju ta' informazzjoni fi proċedimenti fil-qasam tal-kompetizzjoni; jistieden lill-Kunsill jirratifika l-ftehim UE-Kanada mill-aktar fis possibbli; biħsiebu jippromwovi skambji ta' fehmiet regolari fil-kumitat responsabbli man-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni (NEK) u l-NCAs;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni marbuta mal-ikkompletar tas-suq uniku, bħal fis-setturi tal-enerġija (inkluż l-awtokonsum) u tat-trasport, fis-suq diġitali u fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, sabiex issaħħaħ l-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE u tikseb applikazzjoni konsistenti tagħhom fl-Istati Membri;

6.  Jenfasizza l-ħtieġa li s-suq uniku jiġi approfondit biex b'hekk titwitta t-triq għal ikkompletar ulterjuri u għal-libertà ta' stabbiliment fis-setturi kollha; jissottolinja l-ħtieġa ta' riformi strutturali u konsolidazzjoni fiskali fil-qafas tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST); jistieden lill-Kummissjoni terġa' tistabbilixxi l-kredibbiltà tal-PST billi tiżgura li l-Istati Membri kollha jsegwu r-regoli minflok jitolbu regoli ġodda u istituzzjonijiet ġodda;

7.  Jinnota li l-għajnuna mill-Istat tista' tkun għodda indispensabbli biex tiżgura l-infrastruttura u l-provvista meħtieġa kemm għas-settur tal-enerġija kif ukoll għas-settur tat-trasport, b'mod partikolari fl-Ewropa, fejn qed isseħħ tranżizzjoni lejn provvista tal-enerġija u sistemi tat-trasport aktar nodfa u li jirrispettaw aktar l-ambjent;

8.  Jinnota li l-għajnuna mill-Istat tista' tkun neċessarja biex tiżgura l-provvista ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (SGEI), inklużi l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni; jenfasizza li l-intervent mill-Istat spiss huwa l-aħjar għodda ta' politika biex jiġu pprovduti servizzi li huma kruċjali għall-appoġġ ta' reġjuni u gżejjer iżolati, remoti jew periferiċi fl-Unjoni;

9.  Iqis li huwa importanti li tiġi ggarantita l-kompetizzjoni, li tinvolvi s-salvagwardja tal-possibbiltà ta' akkwisti transfruntieri fis-suq intra-Ewropew fis-servizzi finanzjarji, anke fir-rigward tal-assigurazzjoni;

10.  Jenfasizza li l-konnettività tar-reġjuni u tal-gżejjer periferiċi hija essenzjali għas-sostenn u l-iżvilupp ta' livelli aċċettabbli ta' inizjattiva ekonomika u soċjali permezz taż-żamma ta' konnessjonijiet kummerċjali vitali;

11.  Jenfasizza li l-aċċess għall-flus kontanti mill-ATMs huwa servizz pubbliku essenzjali li jrid jiġi pprovdut mingħajr ebda prattika diskriminatorja, antikompetittiva jew inġusta u, għalhekk, m'għandux jinvolvi spejjeż eċċessivi;

12.  Jilqa' l-isforzi tad-DĠ Kompetizzjoni biex ikompli jibni forza tax-xogħol stabbli u bilanċjata matul l-2016; barra minn hekk, jilqa' t-titjib fil-ġestjoni tar-riżorsi umani fid-DĠ Kompetizzjoni, u l-fatt li ċ-ċaqliq tal-persunal naqas għall-inqas livell tiegħu mindu bdew jinżammu r-rekords (minn 13,9 % fl-2015 għal 10,8 % fl-2016(10)); jitlob lill-Kummissjoni talloka mill-ġdid riżorsi finanzjarji u umani adegwati lid-DĠ Kompetizzjoni, u tiżgura finanzi stabbli għall-modernizzazzjoni tal-għodod elettroniċi u informatiċi tad-direttorat, sabiex ilaħħaq mal-volum ta' xogħol li qed jiżdied u mal-progress teknoloġiku; jappella, għal darb'oħra, għal separazzjoni stretta bejn id-dipartimenti li jfasslu l-linji gwida u dawk responsabbli għall-applikazzjoni tagħhom;

13.  Jilqa' l-avvanzi li saru mid-DĠ Kompetizzjoni fil-qasam tal-opportunitajiet indaqs, inkluża rappreżentanza tan-nisa ta' 36 % fil-maniġment intermedju;

14.  Jenfasizza, għal darb'oħra, li l-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku għandha effetti serji ta' distorsjoni tas-suq fuq il-kompetittività Ewropea; itenni li l-akkwist pubbliku huwa waħda mill-attivitajiet pubbliċi l-aktar vulnerabbli għall-korruzzjoni; jenfasizza li, f'ċerti Stati Membri, l-akkwist iffinanzjat mill-UE għandu riskji ogħla ta' korruzzjoni mill-akkwist iffinanzjat fil-livell nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex tevita l-użu ħażin tal-fondi tal-UE u biex tistimola l-obbligu ta' rendikont fl-akkwist pubbliku; barra minn hekk, jilqa' t-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

15.  Jinnota li r-regoli tal-UE ma jistabbilux perjodi ta' żmien speċifiċi għal investigazzjonijiet antitrust, li jimplika li xi drabi d-deċiżjonijiet jittieħdu tard wisq, wara li l-kompetituri jkunu ġew obbligati joħorġu mis-suq;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tadotta linji gwida indikattivi biex jiġi limitat it-tul tal-investigazzjonijiet antitrust u tal-proċedimenti li jirrigwardaw l-abbuż ta' pożizzjonijiet dominanti fis-suq, sabiex jiġu evitati l-inċertezza u l-piżijiet eċċessivi għan-negozji, u biex jissawwar ambjent kompetittiv li jkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi; iwissi li perjodi ta' żmien aktar flessibbli għandhom jiġu permessi biss f'każijiet kumplessi fejn l-investigazzjonijiet ikunu jridu jiġu estiżi għal impriżi oħra;

17.  Jissottolinja li filwaqt li l-ħeffa tal-investigazzjonijiet trid tkun ibbilanċjata mal-ħtieġa li d-drittijiet tad-difiża kif ukoll il-kwalità tal-investigazzjonijiet jitħarsu b'mod adegwat, perjodi ta' żmien indikattivi jistgħu jgħinu lill-awtoritajiet antitrust jagħmlu użu aktar effiċjenti mir-riżorsi tagħhom; jinnota li sabiex tiżdied il-ħeffa tal-investigazzjonijiet antitrust ewlenin, il-Kummissjoni u l-partijiet interessati jistgħu jżidu l-użu ta' proċeduri antitrust simplifikati u jtejbu l-aċċess għall-fajls rilevanti;

18.  Jieħu nota li l-biċċa l-kbira tad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw kwistjonijiet ta' antitrust jittieħdu fil-livell nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja, filwaqt li tqis il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, il-konsistenza u l-indipendenza globali tal-politika tal-kompetizzjoni u l-infurzar tagħha fis-suq intern, bl-appoġġ tan-NEK; jenfasizza li l-indipendenza tal-NCAs hija importanti ferm, u għalhekk jilqa' l-proposta NEK+ tal-Kummissjoni bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-NCAs li jiżguraw infurzar aktar effikaċi tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE;

19.  Jemmen li l-Kummissjoni għandha tivverifika li, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom b'indipendenza sħiħa, l-NCAs ikunu mgħammra adegwatament f'termini ta' riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi, u li l-elezzjoni jew in-nomina tad-diretturi u tal-maniġment superjuri tagħhom tkun trasparenti u ma tkunx influwenzata politikament; jenfasizza li l-awtonomija tal-NCAs, anke f'termini baġitarji, hija essenzjali biex jiġi żgurat l-infurzar effikaċi tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-NCAs jippubblikaw rapporti annwali li jkun fihom statistika u sinteżi motivata tal-attivitajiet tagħhom, u jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta rapport annwali lill-Parlament rigward dawn il-punti ewlenin; jemmen li l-NCAs għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri li jiżguraw li l-persunal u d-diretturi tagħhom, għal perjodu raġonevoli wara li jkunu telqu mill-kariga tagħhom, ma jaċċettawx impjiegi li jistgħu jagħtu lok għal kunflitti ta' interess fir-rigward ta' każ speċifiku li kienu involuti fih fl-NCA; jenfasizza l-importanza tan-NEK, li jipprovdi pjattaforma għal skambji regolari bejn il-Kummissjoni u l-NCAs sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effikaċi u konsistenti tar-regoli tal-kompetizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tqis l-opinjoni tal-NCAs;

20.  Huwa tal-fehma li studju dwar l-għarfien u l-fehim fost l-impriżi, b'mod partikolari l-SMEs, tad-dritt tal-kompetizzjoni u tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-UE, jista' jkun utli sabiex jiġi intensifikat l-infurzar tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE u jista' jgħin ukoll bħala gwida;

21.  Huwa tal-fehma li miżuri interim jistgħu jkunu għodda importanti, b'mod partikolari fl-ekonomija diġitali, biex jiġi żgurat li kwalunkwe mġiba illeċita matul investigazzjoni ma tagħmilx ħsara serja u irreparabbli lill-kompetizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-għażliet disponibbli biex taċċellera l-proċedimenti quddiem l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE jew biex tissimplifika l-adozzjoni ta' miżuri interim; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, twettaq studju u tippreżenta l-konklużjonijiet tiegħu u, jekk ikun meħtieġ, proposta leġiżlattiva lill-Parlament u lill-Kunsill;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, b'rabta ma' riforma possibbli tar-Regolament dwar il-Fużjonijiet, teżamina bir-reqqa jekk il-proċeduri ta' valutazzjoni kurrenti jqisux biżżejjed iċ-ċirkustanzi fis-swieq diġitali; huwa tal-fehma li jista' jkun meħtieġ adattament tal-kriterji tal-valutazzjoni għall-fużjonijiet fl-ekonomija diġitali; jenfasizza wkoll li l-indipendenza tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni m'għandhiex tiġi ggarantita biss bl-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, iżda anke bl-infurzar tar-regoli Ewropej dwar il-fużjonijiet; għalhekk jisħaq fuq il-ħtieġa ta' regoli ekwivalenti fil-livell tal-UE f'dan il-qasam;

23.  Jilqa' l-isforzi sostnuti tal-Kummissjoni biex tiċċara l-aspetti differenti tad-definizzjoni ta' għajnuna mill-Istat, kif muri fl-Avviż tagħha dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) TFUE, li jikkostitwixxi element importanti tal-inizjattiva ta' Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat; jinnota b'mod partikolari l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiċċara l-kunċetti ta' "impriża" u "attività ekonomika"; josserva, madankollu, li l-ħolqien ta' distinzjoni ċara bejn l-attivitajiet ekonomiċi u dawk mhux ekonomiċi jibqa' diffiċli, speċjalment fil-qasam tal-affarijiet soċjali; jirrimarka wkoll li huwa r-rwol tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li tiżgura l-interpretazzjoni xierqa tat-Trattat;

24.  Itenni li kompetizzjoni ġusta fil-qasam tat-taxxa hija importanti għall-integrità tas-suq intern u li l-parteċipanti kollha tas-suq, inklużi l-kumpaniji diġitali, għandhom iħallsu s-sehem ġust tagħhom ta' taxxi fejn jiġġeneraw il-profitt tagħhom u jikkompetu b'kundizzjonijiet ugwali; jilqa' l-investigazzjonijiet fil-fond tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward u jenfasizza li l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa hija meħtieġa biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku kollu u biex jiġu kkonsolidati baġits pubbliċi sodi; jenfasizza li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw ukoll għal eżenzjonijiet mit-taxxa u li huwa essenzjali li jiġu eliminati prattiki antikompetittivi li joħolqu distorsjoni, bħal benefiċċji selettivi fuq it-taxxa; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-Kummissjoni jkollha aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha skambjata bejn l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa, sabiex tivvaluta l-kompatibbiltà tad-deċiżjonijiet u l-arranġamenti tat-taxxa tagħhom mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni;

25.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' azzjoni tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni kontra l-eliminazzjoni retroattiva ta' skemi ta' appoġġ għall-enerġija rinnovabbli; jissottolinja li dan in-nuqqas ta' azzjoni kompla jgħawweġ il-kompetizzjoni, peress li l-investituri internazzjonali rnexxielhom jiksbu rimedju filwaqt li l-investituri lokali ma rnexxilhomx; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-effetti ta' distorsjoni tal-pagamenti ta' kapaċità eżistenti u l-pagamenti moratorji nukleari fis-swieq tal-elettriku;

26.  Jitlob li jiġu riveduti l-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat dwar it-tassazzjoni biex ikopru każijiet ta' kompetizzjoni inġusta, li jmorru lil hinn mid-deċiżjonijiet tat-taxxa u l-ipprezzar ta' trasferiment;

27.  Jissottolinja l-ħtieġa ta' politiki u regolamenti sempliċi u trasparenti dwar it-taxxa;

28.  Jilqa' b'sodisfazzjon kbir id-deċiżjoni tal-Kummissjoni kontra l-benefiċċji illegali tat-taxxa mogħtija lil Amazon u d-deċiżjonijiet storiċi preċedenti tagħha dwar vantaġġi selettivi illegali tat-taxxa, u jenfasizza li l-irkupru f'waqtu ta' għajnuna illegali huwa essenzjali; jinnota li l-Lussemburgu ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jappella d-deċiżjoni dwar Amazon, bħalma għamlet l-Irlanda fil-każ ta' Apple; jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja s-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha u tieħu deċiżjonijiet kontra kwalunkwe għajnuna illegali mill-Istat fil-każijiet komparabbli kollha sabiex tiggarantixxi trattament ugwali u terġa' ddaħħal kundizzjonijiet ekwi;

29.  Jissottolinja l-ħtieġa li l-kumpaniji diġitali jiġu ntaxxati abbażi tal-attività ġenwina tagħhom fl-Istati Membri billi jiġi rreġistrat il-fatturat iġġenerat permezz tal-pjattaformi diġitali, u b'hekk jiġi evitat żvantaġġ kompetittiv għal dawk il-kumpaniji li jwettqu negozju permezz ta' preżenza fiżika permanenti;

30.  Iqis li kompetizzjoni ġusta fis-suq intern tista' tiġi mxekkla mill-ippjanar tat-taxxa, peress li parteċipanti u SMEs ġodda li jkunu qed iwettqu negozju f'pajjiż wieħed biss jiġu penalizzati meta mqabbla mal-korporazzjonijiet multinazzjonali, li jistgħu jċaqalqu l-profitti jew jimplimentaw forom oħra ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa permezz ta' varjetà ta' deċiżjonijiet u strumenti disponibbli għalihom biss; jinnota bi tħassib li l-obbligazzjonijiet ta' taxxa aktar baxxi li jirriżultaw jagħtu lill-korporazzjonijiet multinazzjonali profitt ogħla wara t-taxxa u joħolqu kundizzjonijiet mhux ekwi mal-kompetituri tagħhom fis-suq uniku, li m'għandhomx rikors għal ippjanar aggressiv tat-taxxa u jżommu r-rabta bejn il-post fejn jiġġeneraw profitt u l-post tat-tassazzjoni tagħhom;

31.  Jitlob lill-Kummissjoni tidħol f'negozjati mal-istati u mat-territorji kollha li jgawdu minn aċċess tajjeb għas-suq komuni u li m'għandhomx kontrolli effikaċi tal-għajnuna mill-Istat kontra kompetizzjoni inġusta fil-qasam tat-taxxa;

32.  Jieħu nota tal-possibbiltà li jintużaw fondi pubbliċi biex isalvaw il-banek li huma importanti fir-reġjun tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tispjega taħt liema kundizzjonijiet dan ikun possibbli, b'mod partikolari fir-rigward tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat u r-rikapitalizzazzjoni interna; jemmen li l-qafas legali kurrenti mhuwiex ċar u jistieden lill-Kummissjoni ttejbu;

33.  Ifakkar li, skont id-Direttiva dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti, l-użu tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti biex jiġi evitat il-falliment ta' istituzzjoni ta' kreditu għandu jsir fi ħdan qafas definit b'mod ċar u, fi kwalunkwe każ, għandu jkun konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tevalwa fuq bażi annwali jekk ir-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE fis-settur finanzjarju għadhomx jiġu ssodisfati;

35.  Jemmen li, wara l-kriżi finanzjarja, il-konċentrazzjoni fis-settur bankarju żdiedet u, f'xi każijiet, ġiet imħeġġa mill-awtoritajiet tas-superviżjoni nazzjonali u Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja dan il-fenomenu u twettaq studju pajjiż pajjiż fil-livell Ewropew biex teżamina l-effetti tiegħu fuq il-kompetizzjoni;

36.  Jilqa' l-impenji meħuda mill-Kummissarju Vestager fid-djalogu strutturat mal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji fil-21 ta' Novembru 2017 biex issir riflessjoni dwar distorsjonijiet possibbli tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-Programm ta' Xiri mis-Settur Korporattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew u biex jingħata rapport bi tweġiba kwalitattiva; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-kunċett tas-selettività fl-għajnuna mill-Istat huwa kriterju essenzjali li jeħtieġ jiġi investigat bir-reqqa; jinnota wkoll, f'dan ir-rigward, l-Artikolu 4(3) tat-TUE li fih l-hekk imsejjaħ prinċipju tal-kooperazzjoni leali;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-attivitajiet fis-settur bankarju għall-konsumatur u fis-settur tas-servizzi finanzjarji għal kwalunkwe ksur tar-regoli tal-antitrust u attività ta' kartell, u taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni biex tinforza r-regoli tal-antitrust tal-UE;

38.  Iqis li hija prijorità li jiġi żgurat li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ikunu strettament u imparzjalment segwiti meta jiġu indirizzati kriżijiet bankarji fil-futur, sabiex il-kontribwenti jkunu protetti mill-piż tas-salvataġġ tal-banek;

39.  Jappoġġja s-sejba tal-inkjesta settorjali tal-Kummissjoni dwar il-kummerċ elettroniku li l-kummerċ elettroniku transfruntier jista' jikkontribwixxi għal aktar integrazzjoni tas-suq uniku, u jista' joħloq vantaġġi kompetittivi għan-negozji u jżid l-għażla tal-konsumatur, iżda l-miżuri ta' mblukkar ġeografiku jikkostitwixxu tfixkil sinifikanti għal dan; itenni li dan jista' jitqies li jmur kontra l-Artikolu 101 f'ċerti ċirkustanzi; jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tiffoka fuq l-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE li jew kienu stabbiliti jew li nxterdu aktar minħabba l-emerġenza u s-sinifikat dejjem akbar tal-ekonomija diġitali; jilqa' bl-istess mod l-għan tal-Kummissjoni li twessa' d-djalogu mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni sabiex tiżgura applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE fir-rigward tal-prattiki tal-kummerċ elettroniku;

40.  Jistieden lill-Kap Negozjatur Ewropew għall-Brexit biex, f'kooperazzjoni mal-Kummissarju Vestager, jibda mill-aktar fis possibbli diskussjoni ġusta u trasparenti dwar il-futur tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit f'termini ta' kompetizzjoni;

41.  Jemmen li l-investigazzjonijiet kollha li għaddejjin(11) dwar ksur potenzjali tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE mir-Renju Unit jew minn kumpaniji bbażati fir-Renju Unit m'għandhomx ikunu mhedda mill-aġenda tal-Brexit, u li kwalunkwe deċiżjoni finali meħuda mill-Kummissjoni wara d-29 ta' Marzu 2019 għandha tibqa' vinkolanti;

42.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni u l-konklużjoni preliminari tagħha li Google abbużat mid-dominanza tas-suq tagħha bħala magna tat-tiftix billi tat vantaġġ illegali lil prodott ieħor tagħha: is-servizz tagħha ta' tqabbil tax-xiri; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-kumpanija timplimenta r-rimedju b'mod effettiv u minnufih sabiex jiġi evitat abbuż ulterjuri minn pożizzjoni dominanti; jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni twettaq analiżi fil-fond u timmonitorja kif il-proposta Google tista' taħdem fil-prattika sabiex terġa' ddaħħal il-kundizzjonijiet ekwi meħtieġa biex il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni jirnexxu; jinnota li mingħajr separazzjoni strutturali totali bejn is-servizzi ta' tiftix ġenerali u speċjalizzati tal-kumpanija, approċċ ibbażat fuq l-irkant jista' ma jipprovdix trattament ugwali; jistieden lill-Kummissjoni u lis-CEO ta' Google jattendu smigħ pubbliku konġunt tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IMCO); huwa tal-fehma li l-kumpaniji kollha, anke fis-settur diġitali, għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-Parlament, fosthom billi jattendi seduti ta' smigħ pubbliċi;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi aktar ambizzjużi biex telimina ostakli illeġittimi għall-kompetizzjoni online, sabiex tiżgura xiri online mingħajr ostakli għall-konsumaturi tal-UE li jixtru mingħand bejjiegħa bbażati fi Stat Membru ieħor, filwaqt li fl-istess ħin ma jinħolqux ostakli ġodda minħabba d-differenzi eżistenti fid-dritt tal-konsumatur;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, b'mod diliġenti, twettaq u tikkonkludi mill-aktar fis possibbli l-investigazzjonijiet pendenti l-oħra kollha dwar l-antitrust, bħal Android u AdSense, u investigazzjonijiet fis-setturi tat-tiftix lokali u tal-ivvjaġġar, fejn Google allegatament qed tabbuża mill-pożizzjoni dominanti tagħha askapitu ta' kompetituri eżistenti u potenzjali, li ma tħallewx jidħlu u jiżviluppaw f'dan il-qasam; jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tkun ippreparata u mgħammra sew għall-ewwel każ ta' big data, li jirrappreżenta madwar 5,2 terabytes ta' data; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-użu mill-kumpaniji kbar tat-teknoloġija ta' data personali huwa mingħajr preċedent u l-konsumaturi spiss ma jkunux konxji jew infurmati dwar kemm fil-fatt qed tintuża d-data tagħhom, pereżempju fit-tfassil ta' profili jew fir-reklamar immirat; jemmen li l-kumpaniji diġitali jikkostitwixxu sfida speċifika għall-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u dawk fiskali, b'mod partikolari fir-rigward tal-algoritmi, l-intelliġenza artifiċjali jew il-valur tad-data; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa politika u strumenti ta' infurzar li jindirizzaw l-iżvilupp ta' ekonomiji diġitali, filwaqt li tiżgura li jkollha disponibbli tim sħiħ ta' inġiniera u speċjalisti interni fl-aktar teknoloġiji avvanzati biex jimmonitorjaw u jieħdu azzjoni kontra sitwazzjonijiet antikompetittivi li jikkonċernaw l-ekonomija diġitali u tal-pjattaformi;

45.  Jenfasizza l-importanza tal-investigazzjonijiet li għaddejjin fis-settur farmaċewtiku, minħabba l-evidenza li nġabret ta' distorsjonijiet tas-suq f'dan il-qasam, inklużi restrizzjonijiet tal-kwantità, prezzijiet immanipulati u ostakli għad-disponibbiltà ta' mediċini ġeneriċi;

46.  Jilqa' l-iskeda informattiva tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2017 li tikkonferma t-twettiq, min-naħa tagħha, ta' spezzjonijiet għalgħarrieda li jikkonċernaw l-aċċess għal informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji minn servizzi f'kompetizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tibqa' viġilanti dwar din il-kwistjoni, speċjalment meta jidħlu fis-seħħ l-Istandards Tekniċi Regolatorji dwar l-awtentikazzjoni b'saħħitha tal-konsumatur u l-komunikazzjoni sigura;

47.  Jilqa' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kartell tat-trakkijiet u l-konklużjonijiet tagħha;

48.  Jitlob lill-Kummissjoni tiċċara r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal-linji tal-ajru Ewropej u mhux Ewropej, bil-għan li tistabbilixxi kundizzjonijiet ekwi bejn l-operazzjonijiet tagħhom diretti lejn is-swieq Ewropej u mhux Ewropej; jemmen li, f'ċerti xenarji, l-għajnuna għar-ristrutturar tista' toħloq distorsjoni; jemmen li l-istess regoli tal-kompetizzjoni għandhom jiġu applikati għat-trasportaturi tal-ajru kollha meta jtiru lejn l-UE jew mill-UE u kemm għat-trasportaturi nazzjonali kif ukoll għal dawk "low-cost", filwaqt li titqies is-sitwazzjoni tat-trasportaturi li l-operazzjonijiet tagħhom m'għandhom ebda impatt sinifikanti fuq is-suq; jinnota li l-Kummissjoni approvat l-akkwist minn Lufthansa tas-sussidjarja ta' Air Berlin, LGW, soġġett għal konformità ma' ċerti impenji biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja s-sitwazzjoni fuq perjodu medju u twil u tindirizza l-prattiki antikompetittivi kollha fl-industrija tal-avjazzjoni li jdgħajfu l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur;

49.  Jitlob lill-Kummissjoni tinvestiga l-eġemonija li jgawdu l-linji tal-ajru "low-cost" fuq rotot tal-ajru differenti fl-Ewropa u l-mudelli tal-ipprezzar għal dawk ir-rotot; jinnota li tali pożizzjoni spiss tinkiseb permezz ta' mġiba aggressiva jew saħansitra predatorja fis-suq, li telimina l-kompetizzjoni u tħalli lill-konsumaturi jerfgħu l-piż ta' tariffi u spejjeż ogħla; 

50.  Jistieden lill-Kummissjoni tapplika wkoll b'mod strett ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi ferrovjarji, b'mod partikolari dawk li jkunu diġà bbenefikaw minn għajnuna għar-ristrutturar;

51.  Jitlob li l-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-ftehimiet ta' fużjoni kollha bejn il-linji tal-ajru skont il-proċedura ta' kontroll tal-fużjonijiet tal-UE, inklużi l-impatt tagħhom fuq il-kompetizzjoni tas-suq u l-ħsara potenzjali li jistgħu jikkawżaw lill-konsumaturi, b'mod partikolari permezz ta' prezzijiet ogħla u restrizzjonijiet għall-aċċess dirett għad-destinazzjonijiet;

52.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkompleta l-implimentazzjoni taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, tiżgura trasparenza sħiħa tal-flussi ta' flus bejn il-maniġers tal-infrastrutturi u l-impriżi ferrovjarji, u tivverifika li kull Stat Membru jkollu regolatur nazzjonali tal-antitrust b'saħħtu u indipendenti;

53.  Huwa mħasseb dwar l-effetti antikompetittivi ta' sjieda komuni minn investituri istituzzjonali kbar; jemmen li l-fatt li dawn l-investituri jippossjedu parti sinifikanti mill-ishma ta' kompetituri diretti fl-istess settur, bħall-kumpaniji tal-linji tal-ajru, pereżempju, joħloq kważi oligopolija u effetti negattivi għall-konsumaturi u l-ekonomija inġenerali peress li jillimita l-kompetizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tindirizza l-effetti antikompetittivi possibbli ta' sjieda komuni; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga s-sjieda komuni u tfassal rapport, li għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament, dwar l-effetti ta' sjieda komuni fis-swieq Ewropej, b'mod partikolari fuq il-prezzijiet u l-innovazzjoni;

54.  Jilqa' r-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 868/2004 biex tiġi salvagwardjata l-kompetizzjoni ġusta, tiġi żgurata r-reċiproċità u jitneħħew il-prattiki inġusti, inkluża l-allegata għajnuna mill-Istat lil-linji tal-ajru minn ċerti pajjiżi terzi, u biex jiġu indirizzati kwistjonijiet regolatorji, inklużi l-kundizzjonijiet tax-xogħol, u kwistjonijiet ambjentali; jaqbel mal-Kummissjoni li l-aħjar azzjoni tkun dik ta' adozzjoni ta' strument legali komprensiv ġdid biex jindirizza d-distorsjoni tas-suq fit-trasport internazzjonali, ta' inkoraġġiment tal-involviment tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) fir-rigward tal-kompetizzjoni reġjonali tal-linji tal-ajru, u ta' kompetizzjoni ġusta bbażata fuq ftehimiet tas-servizzi tal-ajru; jemmen li t-trasparenza fil-klawżola ta' kompetizzjoni ġusta hija element essenzjali biex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwi; huwa tal-fehma li dan ir-regolament, jew vetturi leġiżlattivi xierqa oħra, għandhom jipprevjenu mġiba antikompetittiva fid-distribuzzjoni tal-biljetti, bħall-impożizzjoni ta' ħlasijiet addizzjonali minn ċerti linji tal-ajru jew l-aċċess ristrett għall-informazzjoni għal dawk li jużaw mezzi ta' prenotazzjoni għajr tagħhom stess;

55.  Itenni li l-avjazzjoni tagħti kontribut vitali lill-konnettività tal-UE, kemm bejn l-Istati Membri stess kif ukoll ma' pajjiżi terzi, għandha rwol kruċjali fl-integrazzjoni u l-kompetittività tal-UE, u tagħti kontribut vitali lit-tkabbir ekonomiku u lill-impjiegi; jinnota li l-konnettività globali tal-UE tiddependi, fil-parti l-kbira tagħha, mis-servizzi tal-ajru mwettqa mit-trasportaturi tal-ajru tal-UE;

56.  Jilqa' s-simplifikazzjoni mill-Kummissjoni tar-regoli għal investiment pubbliku fil-portijiet u fl-ajruporti, fil-kultura u fir-reġjuni ultraperiferiċi; jenfasizza li, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta' konnettività tar-reġjuni ultraperiferiċi u periferiċi, u bi qbil mal-Linji gwida kurrenti tal-Kummissjoni, l-ajruporti kollha ffinanzjati mill-baġit tal-UE jew mill-Bank Ewropew tal-Investiment għandhom ikunu bbażati fuq analiżi pożittiva tal-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji u fuq vijabbiltà operattiva u ekonomika fuq perjodu medju u twil sabiex jiġi evitat il-finanzjament ta' ajruporti fittizji fl-Ewropa;

57.  Jenfasizza l-importanza li jiġu salvagwardjati t-trasparenza u n-newtralità tal-informazzjoni dwar it-titjiriet, li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq u, finalment, li tiġi protetta l-kapaċità tal-konsumaturi Ewropej li jagħmlu għażliet infurmati; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta dawn il-prinċipji meta teżamina mill-ġdid il-Kodiċi ta' Kondotta dwar sistemi kompjuterizzati ta' prenotazzjoni u r-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru;

58.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura kompetizzjoni ġusta fis-settur tat-trasport sabiex tikkompleta s-suq uniku, filwaqt li tqis l-interess pubbliku u kunsiderazzjonijiet ambjentali, u filwaqt li tissalvagwardja l-konnettività tar-reġjuni insulari u periferiċi; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja każijiet ta' netwerks pubbliċi ta' portijiet u ajruporti ġestiti permezz ta' monopolju;

59.  Jenfasizza li l-kooperazzjoni internazzjonali hija essenzjali għall-infurzar effikaċi tal-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni f'era ta' globalizzazzjoni; f'dan il-kuntest, jappoġġja l-impenn permanenti tal-Kummissjoni u tal-NCAs f'fora multilaterali bħan-Netwerk Internazzjonali dwar il-Kompetizzjoni, il-Kumitat għall-Kompetizzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), il-Bank Dinji u l-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD); jitlob lill-Kummissjoni tinkludi taqsimiet dwar il-kompetizzjoni fil-ftehimiet internazzjonali dwar il-kummerċ u l-investiment; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tippromwovi l-konverġenza tal-għodod u l-prattiki tal-politika tal-kompetizzjoni, anke permezz ta' kooperazzjoni bilaterali ma' pajjiżi terzi, skont il-ftehim ta' kooperazzjoni tat-tieni ġenerazzjoni tal-2013 bejn l-UE u l-Iżvizzera; jilqa' l-bidu tad-djalogu bejn il-Kummissjoni u ċ-Ċina dwar il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat u qed isegwi b'attenzjoni l-adozzjoni miċ-Ċina ta' sistema ta' rieżami tal-kompetizzjoni ġusta mfassla biex tiżgura li l-miżuri tal-Istat ma jaffettwawx b'mod negattiv id-dħul fis-suq, il-ħruġ mis-suq u l-moviment liberu tal-merkanzija; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissarju Vestager biex tiżgura b'mod effikaċi li l-Kummissjoni tinforma u taġġorna regolarment lill-kumitat kompetenti tal-Parlament dwar l-attività esterna tagħha fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni;

60.  Jenfasizza li huwa l-konsumatur li jibbenefika l-aktar minn kompetizzjoni funzjonali fis-suq uniku Ewropew; Jemmen li infurzar strett u imparzjali tal-politika tal-kompetizzjoni jista' jagħti kontribut sinifikanti lil prijoritajiet politiċi essenzjali, bħal suq intern aktar profond u aktar ġust, Suq Uniku Diġitali konness, u Unjoni tal-Enerġija integrata u li ma tagħmilx ħsara lill-klima; itenni li l-mudelli tas-suq tradizzjonali tal-politika tal-kompetizzjoni mhux dejjem ikunu adattati għas-suq diġitali, bħall-mudelli kummerċjali bbażati fuq pjattaforma jew is-swieq multilaterali;

61.  Jirrimarka li sett wieħed ta' regoli għall-kalkolu tal-bażi għat-taxxa korporattiva jista' jelimina l-kompetizzjoni inġusta fil-qasam tat-taxxa, bħall-konklużjoni ta' ftehimiet dwar it-taxxa bejn ċerti impriżi multinazzjonali u l-Istati Membri; jieħu nota tan-negozjati li għaddejjin dwar il-bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva (BKKTK); 

62.  Jinnota l-importanza ta' qafas regolatorju favorevoli għall-ajruporti biex jattiraw u jimmobilizzaw l-investiment privat; iqis li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tad-Direttiva dwar l-Imposti tal-Ajruporti, flimkien ma' konsultazzjoni effikaċi tal-linji tal-ajru/l-ajruporti, għandha tgħin biex jiġi ċċarat jekk id-dispożizzjonijiet eżistenti humiex għodda effikaċi biex titrawwem il-kompetizzjoni u biex jiġu ssodisfati l-interessi tal-konsumaturi Ewropej, jew jekk hijiex meħtieġa riforma;

63.  Jilqa' l-fatt li l-Gvern Spanjol lest jiftaħ il-ftehim dwar l-ajru bejn Spanja u r-Russja, biex b'hekk ikunu jistgħu jsiru titjiriet diretti bejn Barċellona u Tokyo;

64.  Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-ftehimiet bilaterali dwar l-avjazzjoni bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi sabiex tiżgura kompetizzjoni ġusta;

65.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis u tindirizza l-effetti potenzjali tal-Brexit fuq il-kompetizzjoni fis-settur tal-avjazzjoni, u b'mod partikolari fejn tiġi affettwata s-sħubija tar-Renju Unit fil-Ftehim dwar iż-Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea (ECAA), u b'hekk jiġi ristrett l-aċċess għad-destinazzjonijiet kollha tal-UE u viċi versa;

66.  Iqis li l-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji fis-suq intern jiddependi wkoll mill-isforzi biex id-dumping soċjali jiġi miġġieled b'mod deċiżiv;

67.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tindirizza l-effetti fit-tul tad-diskussjonijiet interrotti dwar leġiżlazzjoni futura skont l-Istrateġija tal-Avjazzjoni tal-UE;

68.  Jilqa' l-valutazzjoni tal-impatt inizjali u l-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar il-katina tal-provvista tal-ikel; jirrimarka li l-Parlament diġà stieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni biex jindirizzaw it-tħassib imqajjem mill-impatt kumulattiv, kemm fuq il-parti upstream tal-katina tal-provvista tal-ikel kif ukoll fuq id-distributuri u l-konsumaturi, tal-konċentrazzjoni rapida tas-settur tad-distribuzzjoni fil-livell nazzjonali, minn naħa waħda, u tal-iżvilupp ta' alleanzi bejn distributuri fuq skala kbira fil-livell Ewropew u f'dak internazzjonali, min-naħa l-oħra; jemmen li din il-bidla strutturali tqajjem tħassib dwar il-possibbiltà ta' allinjamenti strateġiċi, tnaqqis fil-kompetizzjoni u marġnijiet ridotti għall-investiment fl-innovazzjoni fi ħdan il-katina tal-provvista tal-ikel, il-funzjonament tajjeb tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, speċjalment il-bdiewa fuq skala żgħira, u l-għażla ta' varjetajiet adattati għall-kundizzjonijiet agroekoloġiċi; jistieden lill-Kummissjoni tqiegħed fis-seħħ qafas regolatorju vinkolanti fil-livell tal-UE biex jiġu miġġielda l-prattiki kummerċjali żleali fil-katina tal-provvista tal-ikel li jaffettwaw lill-bdiewa b'mod negattiv;

69.  Jilqa' l-investigazzjoni fil-fond tal-Kummissjoni dwar il-fużjoni Monsanto-Bayer; huwa allarmat ferm dwar il-fatt li jekk il-fużjoni Monsanto-Bayer tiġi approvata, tliet kumpaniji (ChemChina-Syngenta, Du Pont-Dow u Bayer-Monsanto) se jippossjedu u jbigħu sa 60 % taż-żrieragħ bi privattiva tad-dinja u 64 % tal-pestiċidi u l-erbiċidi tad-dinja; jirrimarka li, bla dubju, tali livell ta' konċentrazzjoni jwassal għal żieda fil-prezzijiet, iżid id-dipendenza teknoloġika u ekonomika tal-bdiewa fuq ftit pjattaformi integrati globali "one-stop shop", iwassal għal diversità limitata ta' żrieragħ u biex l-attività ta' innovazzjoni titbiegħed mill-adozzjoni ta' mudell ta' produzzjoni li jirrispetta l-ambjent u l-bijodiversità u, finalment, għal inqas innovazzjoni, minħabba tnaqqis fil-kompetizzjoni; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni tqis b'attenzjoni l-fatt li diversi fużjonijiet qed iseħħu simultanjament fis-settur, meta wieħed jeżamina l-livell ta' konċentrazzjoni u l-effetti kompetittivi tal-fużjoni fuq id-diversi swieq affettwati;

70.  Jistieden lill-Kummissjoni tobbliga lil min jirreklama jiddikjara jew jelenka biss il-karatteristiċi tal-ingredjenti effettivament preżenti fil-prodott u jeskludu dawk li mhumiex preżenti fil-prodott, sakemm il-preżenza jew l-assenza ta' ċerti ingredjenti ma tkunx relatata ma' mard konġeniti;

71.  Iqis li s-sussidji u l-preferenzi kummerċjali, bħall-GSP u l-GSP+, li jingħataw lill-istati mhux tal-UE biex jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol iżda li ntwera wkoll li huma strumentali fil-promozzjoni tal-kompetittività tal-UE fl-isfera internazzjonali, iridu jiġu mmonitorjati u applikati b'mod adegwat b'attenzjoni għall-impatt fuq l-industriji tal-UE; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tissospendi s-sussidju jew il-preferenza jekk il-pajjiżi terzi jabbużaw minnhom;

72.  Ifakkar li, minn Ġunju 2014, il-Kummissjoni kienet qed teżamina t-trattament fiskali ta' McDonald's min-naħa tal-Lussemburgu, u ħadet id-deċiżjoni li tibda proċedura ta' investigazzjoni formali f'Diċembru 2015, iżda sal-lum għadha ma ttieħdet ebda deċiżjoni finali; jitlob lill-Kummissjoni tagħmel kull sforz biex tieħu deċiżjoni finali malajr rigward dan il-każ;

73.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta b'mod regolari l-effikaċja tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali min-naħa tal-Istati Membri, li hija element essenzjali tal-politiki tal-kompetizzjoni fil-qasam tas-saħħa; jenfasizza li l-protezzjoni tat-trademarks hija essenzjali għall-fini tal-identifikazzjoni u d-distinzjoni tal-prodotti fis-suq; u li mingħajr it-trademarks u l-kapaċità tal-persuni li jiddistingwu l-prodotti tagħhom, ikun diffiċli ħafna, jekk mhux impossibbli, għall-manifatturi biex jidħlu fi swieq ġodda; barra minn hekk, iqis li jekk il-kompetizzjoni tkun iffukata fuq il-prezz, ikun diffiċli għall-manifatturi b'ishma żgħar mis-suq li jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq; għalhekk, jenfasizza li t-tneħħija tat-trademarks jew il-limitazzjonijiet fuq l-użu tagħhom joħolqu ostaklu sinifikanti għad-dħul fis-suq u jdgħajfu aspett essenzjali ta' kompetizzjoni libera u ġusta fl-UE;

74.  Jappoġġja bil-qawwa d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2016, li "hekk kif il-kumpaniji jsiru globali l-istess jagħmlu l-infurzaturi tal-kompetizzjoni"; jemmen li r-regoli globali dwar il-kompetizzjoni, it-trasparenza u l-ogħla livell ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, anke fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni matul proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, huma prekundizzjonijiet għall-iżvilupp globali tal-kummerċ ġust; jirrimarka li l-ġlieda kontra l-prattiki kummerċjali żleali, anke permezz tal-politika tal-kompetizzjoni, hija meħtieġa sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni fil-livell globali li minnhom jibbenefikaw il-ħaddiema, il-konsumaturi u n-negozji, u li din il-ġlieda hija waħda mill-prijoritajiet tal-istrateġija kummerċjali tal-UE; jenfasizza li d-dokument ta' riflessjoni dwar il-kontroll tal-globalizzazzjoni jsostni li l-Unjoni trid tieħu passi biex terġa' tistabbilixxi kundizzjonijiet ġusti tal-kompetizzjoni, u jitlob lill-Kummissjoni tipproponi politiki konkreti f'dan ir-rigward;

75.  Jitlob li l-istrumenti għad-difiża kummerċjali jiġu aġġornati biex isiru aktar b'saħħithom, aktar rapidi u aktar effikaċi; jilqa' l-metodu ġdid ta' kalkolu ta' dazji antidumping billi jiġu vvalutati d-distorsjonijiet tas-suq f'pajjiżi terzi, li jrid jirnexxilu jissalvagwardja tal-anqas l-istess livell ta' effikaċja bħall-miżuri antidumping imposti qabel f'konformità sħiħa mal-obbligi tagħna meħuda fl-ambitu tad-WTO; ifakkar fl-importanza tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni effikaċi tiegħu; barra minn hekk, jenfasizza l-importanza partikolari tal-istrument kontra s-sussidji fl-indirizzar tal-kompetizzjoni globali inġusta, u l-istabbiliment ta' kundizzjonijiet ekwi b'regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat;

76.  Jenfasizza li r-reċiproċità trid tkun wieħed mill-prinċipji ewlenin li jirfdu l-politika kummerċjali tal-Unjoni, bil-għan li tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji tal-UE, partikolarment fil-qasam tal-akkwist pubbliku; jenfasizza li l-isforzi mmirati lejn l-iżgurar ta' aċċess akbar għas-swieq tal-akkwist pubbliku barranin ma jridux idgħajfu l-iżvilupp tar-regoli tal-UE b'rabta mal-kriterji soċjali u ambjentali; jenfasizza l-importanza għall-Unjoni li jkun hemm strument internazzjonali dwar l-akkwist pubbliku li jistabbilixxi r-reċiproċità meħtieġa f'każijiet fejn is-sħab kummerċjali jirrestrinġu l-aċċess għas-swieq tal-akkwist tagħhom; ifakkar fil-benefiċċji tal-investiment dirett barrani, u huwa tal-fehma li l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ tal-investimenti barranin għandha tippermetti aktar reċiproċità fil-qasam tal-aċċess għas-swieq;

77.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-ħtiġijiet tal-SMEs fin-negozjati u fil-kummerċ, bil-għan li tiżgura aktar aċċess għas-swieq u li d-ditti kkonċernati jsiru aktar kompetittivi; jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiġġieled il-kompetizzjoni inġusta f'każijiet prominenti, iżda jenfasizza li l-infurzar ta' kompetizzjoni ġusta fil-każ tal-SMEs huwa wkoll tal-ogħla importanza;

78.  Jenfasizza li l-politika kummerċjali u l-ftehimiet kummerċjali tal-UE jista' jkollhom rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

79.  Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li l-UE jkollha kontrolli doganali effikaċi u armonizzati fil-ġlieda kontra l-kompetizzjoni inġusta;

80.  Itenni li l-aċċess ugwali għar-riżorsi naturali, fosthom għas-sorsi tal-enerġija, għandu impatt fundamentali fuq il-kompetizzjoni ġusta u ugwali fis-suq globali; għaldaqstant, jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fil-ftehimiet kummerċjali dispożizzjonijiet li jtejbu l-aċċess għal dawn ir-riżorsi;

81.  Jistieden lill-Kummissjoni tispjega aktar kif il-prattiki kummerċjali żleali jistgħu jiġu indirizzati fl-ambitu tal-politika tal-kompetizzjoni attwali;

82.  Għalhekk, jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar in-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni (NEK+), inkluża l-importanza ta' multi ta' deterrent għall-politika tal-kompetizzjoni; barra minn hekk, jenfasizza li r-rifjut tal-awtorità li ssirilha t-talba li tinforza deċiżjoni li timponi multi dejjem għandu jkun iġġustifikat debitament, u li għandha titwaqqaf sistema li permezz tagħha jkun jista' jiġi riżolt it-tilwim potenzjali bejn l-awtoritajiet f'każijiet bħal dawn;

83.  Jieħu nota tal-inkjesta tas-settur tal-kummerċ elettroniku u tar-rapport finali tagħha, li turi li fis-settur tal-kummerċ elettroniku wħud mill-prattiki kummerċjali jaffettwaw b'mod negattiv il-kompetizzjoni ġusta u jillimitaw l-għażla tal-konsumatur; jemmen li, fil-kuntest tal-Istrateġija dwar is-Suq Uniku Diġitali, l-inkjesta għandha tkun parti minn sforz akbar ta' infurzar mill-Kummissjoni biex tapplika b'mod sħiħ il-politika tal-kompetizzjoni għall-bejjiegħa bl-imnut online;

84.  Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiffoka l-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE fuq prattiki kummerċjali mifruxa li nibtu jew żviluppaw b'riżultat tat-tkabbir fil-kummerċ elettroniku, u jenfasizza li l-Kummissjoni trid tagħmel sforz ikbar fl-iżgurar tal-applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE fl-Istati Membri kollha, anke fir-rigward ta' prattiki kummerċjali relatati mal-kummerċ elettroniku; jissottolinja li, minħabba r-relazzjoni asimetrika bejn il-bejjiegħa bl-imnut online kbar u l-fornituri tagħhom, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandhom jinfurzaw b'mod attiv ir-regoli tal-kompetizzjoni peress li l-fornituri, speċjalment l-SMEs, jista' jkun li mhux dejjem ikollhom aċċess kosteffikaċi għal mezzi ta' rimedju;

85.  Jappella għat-tisħiħ tal-libertà tal-għażla għall-konsumaturi fis-Suq Uniku Diġitali; iqis li d-dritt għall-portabbiltà tad-data stabbilit fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) huwa approċċ tajjeb għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumaturi u tal-kompetizzjoni;

86.  Huwa tal-fehma li politika tal-kompetizzjoni effikaċi tista' tikkomplementa l-inizjattivi regolatorji fil-qasam tas-Suq Uniku Diġitali, u jqis li fejn l-impetu għal azzjoni regolatorja jkun primarjament b'reazzjoni għal azzjonijiet minn xi atturi tas-suq, il-ħsara tista' tiġi indirizzata permezz ta' miżuri ta' kompetizzjoni maħsuba biex jindirizzaw prattiki antikompetittivi, mingħajr ma jżommu lura lil dawk li jippruvaw jikkompetu;

87.  Huwa mħasseb dwar iż-żieda fl-użu ta' restrizzjonijiet kuntrattwali mill-manifatturi fuq il-bejgħ online, kif ikkonfermat mill-inkjesta dwar il-kummerċ elettroniku, u jistieden lill-Kummissjoni teżamina aktar tali klawżoli biex tiżgura li ma joħolqux restrizzjonijiet mhux ġustifikati fil-kompetizzjoni; fl-istess waqt, jitlob lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid il-Linji gwida dwar ir-Restrizzjonijiet Vertikali u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 fid-dawl ta' dawn il-bidliet;

88.  Jieħu nota tal-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Wahl, ippreżentata fis-26 ta' Lulju 2017 fil-kawża C-230/16 Coty Germany GmbH vs Parfümerie Akzente GmbH, li r-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ f'post tas-suq online fi ftehim ta' distribuzzjoni m'għandhomx jitqiesu bħala restrizzjonijiet fundamentali skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010;

89.  Jenfasizza li l-aċċess għall-ġustizzja, li jista' jinkludi wkoll id-disponibbiltà ta' rimedju kollettiv, huwa essenzjali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE; jissottolinja li n-nuqqas ta' opportunitajiet bħal dawn idgħajjef il-kompetizzjoni, il-funzjonament tas-suq intern u d-drittijiet tal-konsumatur;

90.  Ifakkar li sabiex il-prattiki antikompetittivi jiġu miġġielda b'mod effikaċi, l-Istati Membri jridu jadottaw politika ekonomika konsistenti mal-prinċipji ta' ekonomija tas-suq miftuħ ibbażata fuq il-kompetizzjoni ġusta, peress li l-miżuri purament protezzjonisti huma ta' ħsara għall-funzjonament tas-suq uniku; jissottolinja li l-aspetti kollha tal-kompetizzjoni inġusta jridu jiġu eliminati, inklużi x-xogħol mhux irreġistrat u l-evitar tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema, mingħajr preġudizzju għall-moviment liberu tal-ħaddiema bħala waħda mil-libertajiet fundamentali tas-suq intern;

91.  Iqis li l-konsultazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni dwar it-titjib possibbli tal-kontroll tal-fużjonijiet tal-UE hija importanti ħafna; jemmen li jridu jittieħdu passi sabiex jiġi żgurat, b'mod partikolari fil-qasam diġitali, li l-fużjonijiet ma jirrestrinġux il-kompetizzjoni fis-suq intern; għalhekk, jistieden għal darb'oħra lill-Kummissjoni teżamina bir-reqqa jekk il-proċeduri ta' valutazzjoni attwali jiħdux kont biżżejjed taċ-ċirkustanzi tas-swieq diġitali u tal-internazzjonalizzazzjoni tas-swieq; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-rwol tal-aċċess għad-data u l-informazzjoni meta tkun qed tivvaluta s-saħħa fis-suq, jekk il-fużjoni tad-data u l-informazzjoni tal-konsumaturi waqt fużjoni xxekkilx il-kompetizzjoni, u sa liema punt l-aċċess ta' intrapriża għal metodi analitiċi u privattivi esklużivi jeskludi lill-kompetituri; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tispjega kif tiddefinixxi l-għadd minimu ta' parteċipanti fis-suq meħtieġa għal kompetizzjoni ġusta, u kif se tħalli l-possibbiltà li kumpaniji ġodda, b'mod partikolari negozji ġodda, jidħlu fi swieq ikkonċentrati ħafna;

92.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-infurzar xieraq tar-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku sabiex jindirizzaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, anke permezz ta' kriterji ta' protezzjoni soċjali, ambjentali u tal-konsumaturi meta dan ikun xieraq, u jippromwovu prattika tajba fil-proċessi tal-awtoritajiet pubbliċi; iqis li l-iżvilupp ta' proċeduri elettroniċi tal-akkwist pubbliku jagħmilha aktar faċli biex l-SMEs jaċċessaw l-akkwist pubbliku, iżid it-trasparenza u jiżgura monitoraġġ aktar effikaċi tal-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi opportunitajiet ta' aċċess għas-suq għall-SMEs permezz ta' kuntratti iżgħar meta dan ikun kompatibbli ma' objettivi ewlenin ta' akkwist, u tissorvelja bir-reqqa l-infurzar tar-regoli dwar iċ-ċentralizzazzjoni tal-akkwisti fis-swieq tal-akkwist pubbliku;

93.  Jilqa' l-adozzjoni ta' regoli dwar il-portabbiltà ta' servizzi mħallsa minn qabel skont l-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali li jtejbu l-kompetizzjoni fis-suq intern u jiżguraw drittijiet akbar għall-konsumaturi;

94.  Jemmen li l-kriterji biex wieħed jissieħeb f'netwerk ta' franchising jew ta' distribuzzjoni selettiva għandhom ikunu trasparenti sabiex ikun żgurat li tali kriterji ma jmorrux kontra l-politika tal-kompetizzjoni u l-funzjonament liberu tas-suq uniku; jissottolinja li tali kriterji jridu jkunu oġġettivi, kwalitattivi u nondiskriminatorji, u m'għandhomx imorru lil hinn minn dak li hu strettament meħtieġ; jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri sabiex tiżgura din it-trasparenza;

95.  Jinnota r-riskju akbar ta' kollużjoni bejn il-kompetituri minħabba, fost affarijiet oħra, softwer għall-monitoraġġ tal-prezzijiet; iqis li jistgħu jitfaċċaw prattiki miftiehma minkejja li l-kuntatt bejn il-kompetituri jkun aktar dgħajjef milli meħtieġ skont in-normi attwali, forsi anke b'mod awtomatizzat, peress li l-algoritmi jinteraġixxu ma' xulxin indipendentement mid-direzzjoni ta' parteċipant tas-suq wieħed jew aktar; jitlob lill-Kummissjoni tkun viġilanti fir-rigward ta' tali sfidi ġodda għall-kompetizzjoni libera;

96.  Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tingħaqad mas-sħab internazzjonali u l-fora multilaterali fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni; jemmen li l-kooperazzjoni internazzjonali hija dejjem aktar essenzjali meta l-kumpaniji soġġetti għal infurzar ikunu joperaw f'bosta ġurisdizzjonijiet;

97.  Jemmen li ż-żieda tan-netwerk ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles li jinvolvu lill-Unjoni Ewropea tkun ta' benefiċċju għall-infurzar tad-dritt tal-kompetizzjoni b'mod globali; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfittex opportunitajiet oħra ta' ftehimiet kummerċjali, u tinkludi regoli b'saħħithom dwar l-antitrust u l-għajnuna mill-Istat fi kwalunkwe ftehim bħal dan fil-futur;

98.  Jemmen li n-natura speċifika tas-settur agrikolu trid titqies fil-politika tal-kompetizzjoni; ifakkar li l-Artikolu 42 TFUE jagħti status speċjali lis-settur agrikolu fir-rigward tad-dritt tal-kompetizzjoni, skont kif affermat fl-aħħar riforma tal-politika agrikola komuni (PAK) bl-għoti ta' sensiela ta' derogi u eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101 tat-TFUE; jinnota li l-PAK għandha l-għan li tiżgura standard tal-għajxien ġust għall-komunità agrikola fid-dawl tal-periklu ekonomiku u klimatiku kostanti; ifakkar li l-politika tal-kompetizzjoni prinċipalment tiddefendi l-interessi tal-konsumaturi u ma tqisx biżżejjed l-interessi u d-diffikultajiet speċifiċi tal-produtturi agrikoli; jenfasizza li l-politika tal-kompetizzjoni trid tiddefendi l-interessi tal-produtturi u l-konsumaturi agrikoli bl-istess mod billi tiżgura li l-kundizzjonijiet għall-kompetizzjoni u għall-aċċess għas-suq intern ikunu ġusti sabiex jitrawmu l-investiment u l-innovazzjoni għall-impjieg, il-vijabbiltà tan-negozji agrikoli u l-iżvilupp bilanċjat taż-żoni rurali fl-UE filwaqt li tippromwovi t-trasparenza għall-parteċipanti fis-suq;

99.  Jinsisti li l-kunċett ta' "prezz ġust" m'għandux jitqies bħala l-inqas prezz possibbli għall-konsumatur, iżda minflok għandu jkun raġonevoli u jippermetti r-remunerazzjoni ġusta ta' kull parti fil-katina tal-provvista tal-ikel;

100.  Iqis li l-attivitajiet kollettivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom (inklużi l-ippjanar tal-produzzjoni u n-negozjar tal-bejgħ u tat-termini tal-kuntratti) huma meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-PAK stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-TFUE, u għalhekk għandhom jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-TFUE, meta dawn l-attivitajiet konġunti jkunu eżerċitati ġenwinament, u b'hekk jikkontribwixxu għat-titjib tal-kompetittività tal-bdiewa; jinnota li ma ġiex sfruttat il-potenzjal sħiħ tad-derogi taħt ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (ir-Regolament dwar l-OKS Unika) u li n-nuqqas ta' ċarezza ta' dawn id-derogi, id-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tagħhom u n-nuqqas ta' applikazzjoni uniformi mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni ma tawx biżżejjed ċertezza tad-dritt lill-bdiewa u lill-organizzazzjonijiet tagħhom; jilqa' l-fatt li r-Regolament Omnibus se jissimplifika r-regoli dwar l-organizzazzjoni kollettiva tal-bdiewa u se jiċċara r-rwol u s-setgħat tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet ekonomiċi b'rabta mad-dritt tal-kompetizzjoni sabiex tissaħħaħ is-setgħa tan-negozjar tagħhom filwaqt li jitħarsu l-prinċipji stipulati fl-Artikolu 39 tat-TFUE;

101.  Jilqa' l-fatt li, filwaqt li jitqiesu r-rieżamijiet inkoraġġanti tal-implimentazzjoni(12) u l-mod li bih qed jgħin biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fl-industrija tal-ħalib fil-katina tal-provvista tal-ikel, il-"Pakkett dwar il-Ħalib" tal-2012 wasal biex jiġi estiż fil-ħin skont ir-Regolament Omnibus; madankollu, jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt biex tiddetermina jekk għandux jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar negozjati kuntrattwali dwar is-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib biex ikopri setturi agrikoli oħrajn, peress li l-bdiewa u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi b'hekk ikollhom aktar libertà biex jippjanaw il-produzzjoni, id-dritt għal negozjar kollettiv u n-negozjar għall-bejgħ u għat-termini kuntrattwali li jistabbilixxu l-prezzijiet u l-volumi b'mod ċar;

102.  Jitlob li tiġi prevista eżenzjoni awtomatika espliċita mill-Artikolu 101 tat-TFUE, soġġetta għall-prinċipji ta' neċessità u proporzjonalità, li tippermetti lill-organizzazzjonijiet agrikoli interprofessjonali jwettqu l-kompiti assenjati lilhom mir-Regolament dwar l-OKS Unika bil-għan li jkomplu jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikolu 39 tat-TFUE;

103.  Jipproponi li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jippermettu miżuri ta' regolamentazzjoni tal-provvista għall-ġobnijiet b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta (l-Artikolu 150), għall-perżut DOP jew IĠP (l-Artikolu 172) jew għall-inbejjed (l-Artikolu 167) jiġu estiżi biex ikopru l-prodotti b'tikketta ta' kwalità sabiex jiżdiedu l-possibbiltajiet li l-provvista titqabbel mad-domanda;

104.  Jilqa' l-fatt li r-Regolament Omnibus jistabbilixxi proċedura li permezz tagħha grupp ta' bdiewa jista' jitlob opinjoni mhux vinkolanti mill-Kummissjoni sabiex tiddetermina jekk azzjoni kollettiva partikolari tkunx kompatibbli mal-eċċezzjoni ġenerali għar-regoli tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (Ir-Regolament dwar l-OKS Unika); madankollu, fid-dawl tar-rakkomandazzjoni tat-Task Force dwar is-Swieq Agrikoli, jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-kamp ta' applikazzjoni tad-deroga ġenerali għall-agrikoltura sabiex tispeċifika l-eċċezzjoni b'tali mod li trendi n-nonapplikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-TFUE, meta tkun prevista, infurzabbli u fattibbli;

105.  Jirrimarka li f'perjodi ta' żbilanċi serji ħafna fis-suq, meta s-settur agrikolu jkun f'riskju u ċ-ċittadini kollha jiġu affettwati mill-ħsara potenzjali għall-provvisti tal-ikel essenzjali, PAK orjentata lejn is-suq jeħtieġ li tipprovdi appoġġ lill-bdiewa u tagħti eżenzjonijiet addizzjonali, għal żmien limitat u ġustifikat b'mod sħiħ mir-regoli tal-kompetizzjoni; jilqa' l-fatt li, b'konsegwenza tal-bidliet li saru permezz tar-Regolament Omnibus, se jkun aktar faċli li jiskattaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 222 tar-Regolament dwar l-OKS Unika, li jippermetti tali derogi temporanji mid-dritt tal-kompetizzjoni;

106.  Jitlob li jiġi żviluppat ulterjorment l-Istrument Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Prezzijiet tal-Ikel biex titjieb l-identifikazzjoni tal-kriżijiet fis-settur agroalimentari permezz ta' data aħjar u aktar diżaggregata; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa jkunu involuti fid-definizzjoni u l-ġbir tad-data;

107.  Jirrimarka li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-produtturi agrikoli jiffurmaw l-inqas livell konċentrat fil-katina tal-provvista tal-ikel waqt li l-fornituri tal-fatturi produttivi u l-klijenti tagħhom huma ta' sikwit ħafna akbar u ħafna aktar konċentrati u dan jirriżulta f'relazzjoni żbilanċjata u fi prattiki negattivi u inġusti min-naħa tal-ktajjen ta' distribuzzjoni kbar, il-proċessuri u l-operaturi tal-bejgħ bl-imnut, li ma jistgħux jissolvew mill-politika tal-kompetizzjoni biss u għalhekk hija meħtieġa l-koerenza mal-politiki l-oħrajn; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi b'mod aktar ċar "pożizzjoni dominanti" u l-abbuż ta' tali pożizzjoni, filwaqt li tqis il-grad ta' konċentrazzjoni u s-saħħa ta' negozjar tas-setturi tal-input, tal-ipproċessar u tal-bejgħ bl-imnut; barra minn hekk, jinnota li r-Regolament Omnibus jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet dwar id-dritt għal kuntratti bil-miktub u għan-negozjar ta' termini kuntrattwali għal titjib fil-kondiviżjoni tal-valur matul il-katina tal-provvista, biex jgħin jikkalma r-relazzjonijiet bejn il-partijiet interessati, jiġġieled il-prattiki kummerċjali żleali, jagħmel lill-bdiewa aktar reattivi għas-sinjali tas-suq, itejjeb ir-rapportar u t-trażmissjoni tal-prezzijiet u jiffavorixxi l-adegwament tal-provvista għad-domanda; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jiżguraw li l-komoditajiet jiġu kklassifikati u pprezzati kif suppost u li l-abbużi u l-prattiki kummerċjali żleali li jaffettwaw lill-bdiewa jiġu mmonitorjati u indirizzati permezz ta' azzjonijiet vinkolanti, u jiġu penalizzati; jemmen li l-iskemi nazzjonali eżistenti għandhom jiġu eżaminati biex tiġi determinata l-aqwa prattika li għandha tiġi applikata;

108.  Jirrikonoxxi li, sal-lum, id-dritt tal-kompetizzjoni biex jiġu indirizzati prattiki kummerċjali żleali fil-katina tal-ikel la ġie applikat fil-livell Ewropew u lanqas fil-livell nazzjonali; jinnota li ġew implimentati regoli nazzjonali speċifiċi f'dan ir-rigward, iżda dawn ma kinux kompletament effikaċi biex jindirizzaw il-problema endemika tal-prattiki kummerċjali żleali u l-iżbilanċ tas-setgħa fil-katina tal-provvista tal-ikel; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika u tapprova mingħajr dewmien il-proposta leġiżlattiva tal-UE dwar il-prattiki kummerċjali żleali mħabbra, tipprovdi qafas legali armonizzat li jipproteġi aħjar lill-produtturi u lill-bdiewa mill-prattiki kummerċjali żleali u tiżgura konsolidazzjoni ulterjuri tas-suq intern;

109.  Jirrimarka li l-Parlament diġà stieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni biex jirrispondu b'mod effikaċi għall-ansjetajiet li qed jinħolqu mill-impatt ikkombinat li l-konċentrazzjoni rapida tas-settur tad-distribuzzjoni fil-livell nazzjonali u l-alleanzi li qed jiġu ffurmati fost id-distributuri fuq skala kbira fil-livell Ewropew u internazzjonali qed ikollhom kemm fuq il-parti upstream tal-katina tal-provvista tal-ikel kif ukoll fuq id-distributuri u l-konsumaturi; iqis li din il-bidla strutturali tqajjem tħassib dwar il-possibbiltà ta' allinjamenti strateġiċi, tnaqqis fil-kompetizzjoni u marġnijiet ridotti għall-investiment fl-innovazzjoni fi ħdan il-katina tal-provvista tal-ikel;

110.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jipprijoritizzaw it-tisħiħ tas-suq uniku wara l-Brexit billi jiżguraw konformità sħiħa mad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE u d-derogi tiegħhu, kif ukoll ma' standards oħra, sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza tad-dritt u kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri;

111.  Jinnota li l-limitu massimu individwali għall-għajnuna de minimis fis-settur agrikolu ġie rduppjat fl-2013 (minn EUR 7 500 għal EUR 15 000) sabiex tiġi indirizzata ż-żieda f'daqqa fil-kriżijiet ekonomiċi, tas-saħħa u kkawżati mill-klima; jirrimarka li l-limitu massimu nazzjonali de minimis dak iż-żmien ġie aġġustat biss marġinalment (minn 0,75 % għal 1 % tal-valur tal-produzzjoni nazzjonali agrikola) u b'hekk tnaqqset il-libertà tal-Istati Membri biex jgħinu lill-azjendi agrikoli li jkunu f'diffikultà; għalhekk, jitlob li l-limitu massimu nazzjonali de minimis jiżdied għal 1,25 % tal-produzzjoni nazzjonali agrikola biex itaffi s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli tal-bdiewa; jinnota li regoli koerenti dwar l-għajnuna de minimis għandhom jgħinu biex tittejjeb il-pożizzjoni tal-bdiewa mingħajr implikazzjonijiet ta' rinazzjonalizzazzjoni tal-politika agrikola;

112.  Jenfasizza l-importanza tal-fondi bil-għan li jippermettu aċċess għal netwerks tal-broadband b'veloċità għolja sabiex jinżamm il-pass mal-avvanz teknoloġiku u tingħata spinta lill-kompetizzjoni, speċjalment fiż-żoni rurali u remoti;

113.  Jenfasizza li l-ftuħ tas-suq tal-UE għal sħab kummerċjali kompetittivi ħafna u esportaturi ewlenin tal-prodotti agrikoli soġġetti għal standards differenti varji jista' jikkostitwixxi riskju għall-aktar setturi sensittivi tal-biedja fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni tqis bis-sħiħ l-effett tad-distorsjonijiet possibbli tas-suq, li jistgħu jirriżultaw minn ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi, fuq il-produtturi agrikoli fl-Ewropa, minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja delikata tagħhom u r-rwol fundamentali tagħhom fis-soċjetà tagħna;

114.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u – meta jkun applikabbli – lil dawk reġjonali.

(1)

ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1.

(2)

ĠU L 156, 20.6.2017, p. 1.

(3)

ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1.

(4)

ĠU C 93, 24.3.2017, p. 71.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2016)0049.

(6)

Testi adottati, P8_TA(2016)0434.

(7)

Testi adottati, P8_TA(2017)0027.

(8)

Testi adottati, P8_TA(2017)0428.

(9)

ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(10)

https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/file_import/aar-comp-2016_en_0.pdf

(11)

Pereżempju, l-investigazzjoni fil-fond tal-Kummissjoni dwar skema potenzjali ta' għajnuna mill-Istat rigward l-eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi (CFC) stabbilita mir-Renju Unit (SA.44896).

(12)

Rapporti dwar "L-iżvilupp tas-sitwazzjoni tas-suq tal-prodotti magħmula mill-ħalib u l-operat tad-dispożizzjonijiet tal-"Pakkett tal-Ħalib""(COM(2016)0724 u COM(2014)0354).


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (22.11.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni għall-2016

(2017/2191(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Christel Schaldemose

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar li l-politika dwar il-kompetizzjoni hija marbuta mal-politika dwar it-taxxa u li huwa essenzjali li jkun hemm trattament ta' taxxa ġusta bejn l-intrapriżi għall-finijiet tal-integrità tas-suq intern u għal kundizzjonijiet ekwi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tindirizza t-tipi kollha ta' għajnuna illegali mill-Istat li jgħawġu l-kompetizzjoni fis-suq intern; jinnota l-importanza tal-konformità ma' regoli tal-kompetizzjoni preċiżi u effettivi;

2.  Jappoġġja l-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar prattiki antikompetittivi bħalma huma l-għajnuniet mill-Istat ta' natura fiskali li huma inkompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni; jenfasizza li huwa kruċjali għal suq intern li jiffunzjona tajjeb li jiġi żgurat li l-entitajiet kollha jkunu ttrattati b'mod ugwali u li l-atturi kollha jikkontribwixxu b'sehem suffiċjenti ta' pagamenti tat-taxxa; iqis meħtieġ li jkun hemm qafas regolatorju sod u b'regoli trasparenti li jiggarantixxi aċċess għas-suq għall-kumpaniji kollha, inklużi l-SMEs;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tispjega aktar kif il-prattiki kummerċjali inġusti jistgħu jiġu indirizzati fl-ambitu tal-politika tal-kompetizzjoni attwali;

4.  Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiġġieled il-kompetizzjoni inġusta f'każijiet ta' profil għoli kontra kumpaniji magħrufa sew; iqis li l-SMEs jistgħu jibbenefikaw mill-applikazzjoni rigoruża tar-regoli tal-kompetizzjoni, partikolarment fil-qasam diġitali; jitlob lill-Kummissjoni biex, f'dan il-kuntest, teżamina r-rwol dominanti ta' ċerti pjattaformi online fir-rigward tal-SMEs, u kwalunkwe terminu u kundizzjoni inġusti imposti; jisħaq li l-infurzar tar-regoli dwar il-kompetizzjoni huwa tal-akbar importanza għall-parteċipanti tas-suq kollha sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ekonomika ġusta u sabiex tingħata spinta lill-impjiegi u t-tkabbir f'setturi importanti tal-ekonomija, b'mod partikolari s-setturi tal-enerġija, tat-telekomunikazzjonijiet, tat-trasport u dawk diġitali;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-ekwità tat-termini u l-kundizzjonijiet imposti minn ċerti pjattaformi on-line dominanti fuq il-fornituri, b'mod partikolari l-SMEs, pereżempju fir-rigward tal-klawżoli dwar il-parità tal-prezzijiet u l-parità kundizzjonali li jistgħu jipperikolaw il-kompetizzjoni ħielsa, speċjalment fis-Suq Uniku Diġitali; jitlob lill-Kummissjoni tanalizza aktar dawn il-klawżoli, u jekk ikun meħtieġ, tipproponi restrizzjonijiet dwar l-użu tagħhom;

6.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli li jimplimentaw il-politika tal-kompetizzjoni sabiex jiġu garantiti kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni ugwali u ġusti, kif ukoll iċ-ċertezza legali, għall-intrapriżi; jinsab imħasseb li l-infurzar mhux ekwu tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE mill-awtoritajiet nazzjonali jista' jwassal għal riżultati differenti, u b'hekk ixekkel il-kompetizzjoni fis-suq intern; jenfasizza l-ħtieġa li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu indipendenti u jkollhom riżorsi finanzjarji u umani adegwati sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv; itenni, barra minn hekk, li huwa essenzjali li jkun hemm sett ta' għodod effettiv fil-Kummissjoni għall-investigazzjoni indipendenti ta' każijiet suspetti ta' kompetizzjoni inġusta u ta' ksur suspett tal-liġi tal-kompetizzjoni;

7.  Jilqa', għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni dwar in-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni (ECN+), inkluża l-importanza ta' multi ta' deterrent għall-politika tal-kompetizzjoni; jenfasizza, barra minn hekk, li r-rifjut mill-awtorità li ssirilha t-talba li teżegwixxi deċiżjoni li timponi multi jenħtieġ li dejjem ikun iġġustifikat kif xieraq, u li jenħtieġ li titwaqqaf sistema li permezz tagħha jkun jista' jiġi riżolt it-tilwim potenzjali bejn l-awtoritajiet f'każijiet bħal dawn;

8.  Jieħu nota tal-inkjesta tas-settur tal-kummerċ elettroniku u tar-rapport finali tagħha, li turi li fis-settur tal-kummerċ elettroniku wħud mill-prattiki tan-negozju jaffettwaw b'mod negattiv il-kompetizzjoni ġusta u jillimitaw l-għażla tal-konsumatur; jemmen li, fil-kuntest tal-Istrateġija dwar is-Suq Uniku Diġitali, l-inkjesta jenħtieġ li tkun parti minn sforz akbar ta' infurzar mill-Kummissjoni sabiex tapplika b'mod sħiħ il-politika tal-kompetizzjoni għall-bejjiegħa bl-imnut online;

9.  Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiffoka l-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE fuq prattiki kummerċjali mifruxa li nibtu jew żviluppaw b'riżultat tat-tkabbir fil-kummerċ elettroniku, u jenfasizza li l-Kummissjoni trid tpoġġi sforz ikbar fl-iżgurar tal-applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE fl-Istati Membri kollha anki fir-rigward ta' prattiki kummerċjali relatati mal-kummerċ elettroniku; jenfasizza li, minħabba r-relazzjoni asimetrika bejn il-bejjiegħa bl-imnut online kbar u l-fornituri tagħhom, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jenħtieġ li jinfurzaw b'mod attiv ir-regoli tal-kompetizzjoni peress li l-fornituri, speċjalment l-SMEs, jista' jkun li mhux dejjem ikollhom aċċess kosteffettiv għal mezzi ta' rimedju;

10.  Jitlob it-tisħiħ tal-libertà tal-għażla għall-konsumaturi fis-Suq Uniku Diġitali; iqis li d-dritt għall-portabilità tad-data stabbilit fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) huwa approċċ tajjeb għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumaturi u tal-kompetizzjoni;

11.  Huwa tal-fehma li politika tal-kompetizzjoni effettiva tista' tikkumplimenta l-inizjattivi regolatorji fil-qasam tas-Suq Uniku Diġitali, u jqis li fejn l-impetu għal azzjoni regolatorja jkun primarjament b'reazzjoni għal azzjonijiet minn xi atturi tas-suq, il-ħsara tista' tiġi indirizzata permezz ta' miżuri ta' kompetizzjoni maħsuba biex jindirizzaw prattiki antikompetittivi, mingħajr ma jżommu lura lil dawk li jippruvaw jikkompetu;

12.  Huwa mħasseb dwar iż-żieda fl-użu ta' restrizzjonijiet kuntrattwali mill-manifatturi fuq il-bejgħ online, kif ikkonfermat mill-inkjesta dwar il-kummerċ elettroniku, u jistieden lill-Kummissjoni teżamina aktar tali klawżoli sabiex jiġi żgurat li dawn ma joħolqux restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni mhux ġustifikati; fl-istess waqt, jitlob lill-Kummissjoni tirrieżamina l-Linji Gwida dwar ir-Restrizzjonijiet Vertikali u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 fid-dawl ta' dawn il-bidliet;

13.  Jieħu nota tal-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Wahl, tas-26 ta' Lulju 2017 dwar il-każ C-230/16 Coty Germany GmbH vs Parfümerie Akzente GmbH, li r-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ f'post tas-suq online fi ftehim ta' distribuzzjoni jenħtieġ li ma jitqisux bħala restrizzjonijiet fundamentali skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010;

14.  Jenfasizza li l-aċċess għall-ġustizzja, li jista' jinkludi wkoll id-disponibilità ta' rimedju kollettiv, huwa essenzjali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE; jissottolinja li n-nuqqas ta' opportunitajiet bħal dawn idgħajjef il-kompetizzjoni, il-funzjonament tas-suq intern u d-drittijiet tal-konsumaturi;

15.  Jenfasizza li l-isforzi biex titrawwem il-kompetizzjoni permezz tal-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali jridu jaħdmu dejjem fl-interessi tal-konsumaturi, u li d-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jridu jkunu protetti bis-sħiħ fil-qasam diġitali;

16.  Jenfasizza li kompetizzjoni li tkun kemm b'xejn kif ukoll ġusta finalment hija ta' benefiċċju għall-konsumaturi;

17.  Ifakkar li sabiex il-prattiki antikompetittivi jiġu miġġielda b'mod effettiv, l-Istati Membri jridu jadottaw politika ekonomika konsistenti mal-prinċipji ta' ekonomija tas-suq miftuħ ibbażata fuq il-kompetizzjoni ġusta, minħabba li l-miżuri li huma biss protezzjonisti huma ta' ħsara għall-funzjonament tas-Suq Uniku; jenfasizza li l-aspetti kollha tal-kompetizzjoni inġusta jridu jiġu eliminati, inklużi/fosthom i/x-xogħol mhux reġistrat u l-evitar tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema, mingħajr preġudizzju għall-moviment liberu tal-ħaddiema bħala waħda mil-libertajiet fundamentali tas-suq intern;

18.  Iqis li l-konsultazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni dwar it-titjib possibbli tal-kontroll tal-fużjonijiet tal-UE hija importanti ħafna; jemmen li jridu jittieħdu passi sabiex jiġi żgurat, b'mod partikolari fil-qasam diġitali, li l-fużjonijiet ma jirrestrinġux il-kompetizzjoni fis-suq intern; jistieden għalhekk għal darba oħra lill-Kummissjoni biex teżamina bir-reqqa jekk il-proċeduri ta' valutazzjoni attwali jieħdux kont suffiċjenti taċ-ċirkustanzi tas-swieq diġitali u tal-internazzjonalizzazzjoni tas-swieq; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tqis ir-rwol tal-aċċess għad-data u l-informazzjoni meta tkun qed tivvaluta s-saħħa fis-suq, jekk il-fużjoni tad-data u l-informazzjoni tal-konsumaturi waqt fużjoni xxekkilx il-kompetizzjoni, u sa liema punt l-aċċess ta' intrapriża għal metodi analitiċi u privattivi esklużivi jeskludi lill-kompetituri; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tispjega kif tiddefinixxi l-għadd minimu ta' parteċipanti fis-suq meħtieġa għall-kompetizzjoni ġusta, u kif se tħalli l-possibilità li kumpaniji ġodda, b'mod partikolari negozji ġodda, jidħlu fi swieq ikkonċentrati ħafna;

19.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-infurzar xieraq tar-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku sabiex jindirizzaw it-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni, inkluż permezz ta' kriterji ta' protezzjoni soċjali, ambjentali u tal-konsumaturi meta dan ikun xieraq, u jippromwovu prattika tajba fil-proċessi tal-awtoritajiet pubbliċi; iqis li l-iżvilupp ta' proċeduri elettroniċi tal-akkwist pubbliku se jagħmilha aktar faċli biex l-SMEs jaċċessaw l-akkwist pubbliku, se jżid it-trasparenza u se jiżgura monitoraġġ aktar effettiv tal-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tippromwovi opportunitajiet ta' aċċess għas-suq għall-SMEs permezz ta' kuntratti iżgħar meta dan ikun kompatibbli ma' objettivi ewlenin ta' akkwist, u tissorvelja bir-reqqa l-infurzar tar-regoli dwar iċ-ċentralizzazzjoni tal-akkwisti fis-swieq tal-akkwist pubbliku;

20.  Jilqa' l-adozzjoni ta' regoli dwar il-portabilità ta' servizzi mħallsa minn qabel skont l-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali li se jtejbu l-kompetizzjoni fis-suq intern u jiżguraw drittijiet akbar għall-konsumaturi;

21.  Jilqa' l-liberalizzazzjoni progressiva ta' setturi bħal dawk tat-telekomunikazzjonijiet, tas-servizzi postali u tat-trasport pubbliku bl-għan li jinħoloq ambjent kompetittiv li minnu jibbenefikaw ukoll il-konsumaturi;

22.  Jemmen li l-kriterji biex wieħed jissieħeb f'netwerk ta' franchising jew ta' distribuzzjoni selettiva jenħtieġ li jkunu trasparenti sabiex ikun żgurat li tali kriterji ma jmorrux kontra l-politika tal-kompetizzjoni u l-funzjonament liberu tas-suq uniku; jenfasizza li tali kriterji jridu jkunu oġġettivi, kwalitattivi u nondiskriminatorji, u m'għandhomx imorru lil hinn minn dak li hu strettament meħtieġ; jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri sabiex tiżgura din it-trasparenza;

23.  Jinnota r-riskju akbar ta' kollużjoni bejn il-kompetituri minħabba, fost affarijiet oħra, softwer għall-monitoraġġ tal-prezzijiet; iqis li l-prattiki miftiehma jistgħu jitfaċċaw minkejja li l-kuntatt bejn il-kompetituri huwa aktar dgħajjef milli meħtieġ skont in-normi attwali, forsi anke b'mod awtomatizzat, peress li l-algoritmi jinteraġixxu ma' xulxin indipendentement mid-direzzjoni ta' parteċipant tas-suq wieħed jew aktar; jitlob lill-Kummissjoni tkun viġilanti fir-rigward ta' tali sfidi ġodda għall-kompetizzjoni libera;

24.  Jenfasizza r-relazzjoni bejn is-suq intern u l-politika tal-kompetizzjoni; jinkuraġġixxi kooperazzjoni b'saħħitha bejn il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur tal-Parlament u l-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat li l-interessi tal-konsumaturi jkunu mħarsa u promossi fi kwalunkwe u f'kull sforz sabiex tiġi promossa UE kompetittiva;

25.  Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tingħaqad mas-sħab internazzjonali u l-fora multilaterali fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni; jemmen li l-kooperazzjoni internazzjonali hija dejjem aktar essenzjali meta l-kumpaniji soġġetti għal infurzar ikunu joperaw f'ġurisdizzjonijiet multipli;

26.  Jemmen li ż-żieda tan-netwerk ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles li jinvolvu lill-Unjoni Ewropea se tkun ta' benefiċċju għall-infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni b'mod globali; iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tfittex opportunitajiet ta' ftehimiet kummerċjali ulterjuri u tinkludi regoli b'saħħithom dwar l-antitrust u l-għajnuna mill-Istat fi kwalunkwe tali ftehim fil-futur.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGHTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

21.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Pascal Arimont, Dita Charanzová, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Maria Grapini, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Marlene Mizzi, Nosheena Mobarik, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Richard Sulík, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Arndt Kohn

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Heidi Hautala, Jaromír Štětina

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

33

+

ALDE

Dita Charanzová, Jasenko Selimovic

ECR

Daniel Dalton, Nosheena Mobarik, Richard Sulík, Anneleen Van Bossuyt

EFDD

Marco Zullo

ENF

Mylène Troszczynski

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Pascal Arimont, Carlos Coelho, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Ivan Štefanec, Jaromír Štětina, Mihai Ţurcanu

S&D

Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Maria Grapini, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Arndt Kohn, Marlene Mizzi, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler

Verts/ALE

Heidi Hautala, Igor Šoltes

1

-

EFDD

John Stuart Agnew

0

0

-

-

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (27.11.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar ir-Rapport annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni

(2017/2191(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Tokia Saïfi

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li l-konsistenza bejn il-politika kummerċjali, il-politika tal-kompetizzjoni u l-politiki kollha l-oħra tal-Unjoni għandha importanza li tieħu preċedenza fuq kollox; iżid li l-politika tal-kompetizzjoni tal-UE trid tikkunsidra l-iżviluppi fil-qasam tal-kompetizzjoni internazzjonali; jilqa', f'dan il-kuntest, l-impenn kontinwu tal-UE f'fora multilaterali li għandhom l-għan li jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, bħall-Kumitat tal-Kompetizzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), il-Bank Dinji u l-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD), kif ukoll in-Netwerk Internazzjonali dwar il-Kompetizzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fl-istess ħin, tikkonkludi ftehimiet ta' kooperazzjoni bilaterali ma' pajjiżi terzi dwar l-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni, fuq il-mudell tal-ftehim ta' kooperazzjoni tat-tieni ġenerazzjoni bejn l-UE u l-Iżvizzera tal-2013;

2.  Jappoġġja bil-qawwa l-istqarrija tal-Kummissjoni fir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2016, li "hekk kif il-kumpaniji jsiru globali l-istess jeħtiġilhom jagħmlu l-infurzaturi tal-kompetizzjoni"; jemmen li r-regoli globali dwar il-kompetizzjoni, it-trasparenza u l-ogħla livell ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, inkluż fir-rigward ta' skambju ta' informazzjoni matul proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, huma prekundizzjonijiet għall-iżvilupp globali tal-kummerċ ġust; jirrimarka li l-ġlieda kontra l-prattiki kummerċjali, inkluż permezz tal-politika tal-kompetizzjoni, hija meħtieġa sabiex tiżgura kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni globali li minnhom jibbenefikaw il-ħaddiema, il-konsumaturi u n-negozji, u li din il-ġlieda hija waħda mill-prijoritajiet tal-istrateġija kummerċjali tal-UE; jenfasizza li d-dokument ta' riflessjoni dwar il-kontroll tal-globalizzazzjoni jiddikjara li l-Unjoni trid tieħu passi biex terġa' tistabbilixxi kundizzjonijiet ġusti tal-kompetizzjoni, u jitlob lill-Kummissjoni tipproponi politiki konkreti f'dan ir-rigward;

3.  Jitlob li l-istrumenti għad-difiża kummerċjali jiġu aġġornati biex isiru aktar b'saħħithom, aktar rapidi u aktar effikaċi; jilqa' l-metodu ġdid ta' kalkolu ta' dazji antidumping billi jiġu vvalutati d-distorsjonijiet tas-suq f'pajjiżi terzi, li jrid jirnexxilu jissalvagwardja tal-anqas l-istess livell ta' effikaċja bħall-miżuri antidumping imposti qabel f'konformità sħiħa mal-obbligi tagħna rigward id-WTO; ifakkar fl-importanza tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni effikaċi tiegħu; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza partikolari tal-istrument kontra s-sussidji fl-indirizzar tal-kompetizzjoni globali inġusta, u l-istabbiliment ta' kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat;

4.  Jenfasizza li r-reċiproċità trid tkun waħda mill-prinċipji ewlenin li jirfdu l-politika kummerċjali tal-Unjoni, bil-għan li tiżgura kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni għall-kumpaniji tal-UE, partikolarment fil-qasam tal-akkwist pubbliku; jenfasizza li l-isforzi mmirati lejn l-iżgurar ta' aċċess akbar għas-swieq tal-akkwist pubbliku barranin ma jridux idgħajfu l-iżvilupp tar-regoli tal-UE rigward kriterji soċjali u ambjentali; jenfasizza l-importanza għall-Unjoni li jkun hemm strument internazzjonali dwar l-akkwist pubbliku li jistabbilixxi r-reċiproċità meħtieġa f'każijiet fejn is-sħab kummerċjali jirrestrinġu l-aċċess għas-swieq tal-akkwist tagħhom; ifakkar fil-benefiċċji tal-investiment dirett barrani, u huwa tal-fehma li l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ tal-investimenti barranin għandha tippermetti aktar reċiproċità fil-qasam tal-aċċess għas-swieq;

5.  Jilqa' l-fatt li, fi ftehimiet kummerċjali konklużi dan l-aħħar, bħall-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) u l-ftehim fil-prinċipju mal-Ġappun, ġew inklużi dispożizzjonijiet dwar il-politika tal-kompetizzjoni; ifakkar fl-importanza tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni effikaċi tagħhom u jiddispjaċih li dawn id-dispożizzjonijiet mhumiex soġġetti għar-riżoluzzjoni tat-tilwim; jiġbed l-attenzjoni fuq l-importanza li djalogu permanenti jinżamm għaddej mas-sħab kummerċjali, u li dispożizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni jiddaħħlu fil-ftehimiet kummerċjali kollha, bil-ħsieb li jiggarantixxu regoli ġusti; jisħaq fuq il-ħtieġa li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu rrispettati u implimentati;

6.  Jitlob li l-Kummissjoni tikkunsidra l-ħtiġijiet tal-SMEs fin-negozjati u fil-kummerċ, bil-għan li tiżgura aktar aċċess għas-swieq u li d-ditti kkonċernati jsiru aktar kompetittivi; jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiġġieled il-kompetizzjoni inġusta f'każijiet prominenti, iżda jenfasizza li l-infurzar ta' kompetizzjoni ġusta fil-każ tal-SMEs huwa wkoll tal-ogħla importanza;

7.  Jenfasizza li l-politika kummerċjali u l-ftehimiet kummerċjali tal-UE jista' jkollhom rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

8.  Jiġbed l-attenzjoni fuq l-importanza li l-UE jkollha kontrolli doganali effikaċi u armonizzati fil-ġlieda kontra l-kompetizzjoni inġusta;

9.  Jitlob li l-UE tkompli tippromwovi regoli dwar il-kompetizzjoni ġusta fil-livell internazzjonali; ifakkar fil-ħidma li twettqet fid-WTO bejn l-1996 u l-2004 dwar l-interazzjoni bejn il-politika kummerċjali u l-politika tal-kompetizzjoni, u jiddispjaċih li din il-kwistjoni ma kinitx parti mill-programm ta' ħidma tad-WTO minn dakinhar 'l hawn; jenfasizza li dispożizzjonijiet fil-ftehimiet tad-WTO bħall-Artikolu IX tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) jipprovdu bażi għal aktar kooperazzjoni fost il-membri tad-WTO dwar kwistjonijiet ta' kompetizzjoni; jitlob, għalhekk, li fil-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO jsir aktar progress lejn l-iżgurar ta' kompetizzjoni internazzjonali ġusta, minkejja li għandha titqies ukoll in-natura sensittiva ta' ċerti setturi, b'mod partikolari tal-agrikoltura; ifakkar li r-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni jagħtu lill-agrikoltura status speċjali, u li dawn ir-regoli jridu jiġu applikati; jenfasizza li l-kooperazzjoni globali dwar l-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tgħin biex issolvi l-inkonsistenzi, ittejjeb ir-riżultati tal-infurzar, u tgħin lin-negozji jnaqqsu l-ispejjeż ta' konformità tagħhom;

10.  Itenni li l-aċċess ugwali għar-riżorsi naturali, inkluż għas-sorsi tal-enerġija, għandu impatt fundamentali fuq il-kompetizzjoni ġusta u ugwali fis-suq globali; jitlob, għaldaqstant, li l-Kummissjoni tinkludi fi ftehimiet kummerċjali dispożizzjonijiet li jtejbu l-aċċess għal dawn ir-riżorsi.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Karoline Graswander-Hainz, Heidi Hautala, Nadja Hirsch, France Jamet, Jude Kirton-Darling, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Alessia Maria Mosca, Artis Pabriks, Franck Proust, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Klaus Buchner, Edouard Ferrand, Bolesław G. Piecha, Frédérique Ries, Paul Rübig, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Merja Kyllönen


OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (6.12.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni

(2017/2191(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Tibor Szanyi

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-Artikolu 42 tat-TFUE jipprevedi li r-regoli tal-kompetizzjoni għandhom japplikaw għall-produzzjoni tal-prodotti agrikoli u l-kummerċ tagħhom biss sal-limitu determinat mill-Parlament u mill-Kunsill u waqt li jitqiesu l-objettivi tal-politika agrikola komuni (PAK) stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-TFUE;

B.  billi l-Artikolu 39(1) tat-TFUE jistabbilixxi bħala wieħed mill-objettivi tal-PAK l-iżgurar ta' livell ġust ta' għajxien għall-komunità agrikola, b'mod partikolari billi jiżdied il-qligħ individwali tal-persuni li jaħdmu fl-agrikoltura, jiġu stabilizzati s-swieq u tiġi żgurata d-disponibilità tal-provvisti;

C.  billi l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistabbilixxi l-istabilità tal-prezzijiet fis-suq intern bħala objettiv;

D.  billi, minħabba l-karatteristiċi naturali u strutturali speċifiċi tal-biedja (iċ-ċikli ta' produzzjoni twal, produzzjoni frammentata, l-għadd ta' azjendi agrikoli żgħar u ta' sikwit bi dħul baxx, ir-reżiljenza baxxa għax-xokkijiet u għat-tibdiliet fis-suq minħabba l-volatilità tal-prezzijiet, in-nuqqas ta' elastiċità tad-domanda u n-natura tal-prodotti li jitħassru malajr u li twassal għal żbilanċi tal-fluss 'il fuq u/jew 'l isfel u għal setgħa ta' negozjar żgħira ħafna tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel vis-à-vis l-fornituri, il-proċessuri u l-katini ta' distribuzzjoni kbar fis-settur tal-bejgħ bl-imnut), il-leġiżlatur tal-UE sa mill-1962 dejjem iddefenda l-eżistenza ta' status speċjali għas-settur agrikolu fir-rigward tal-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni li ma tistax tiġi applikata għal dan is-settur bl-istess mod bħalma tiġi applikata għas-setturi l-oħra tal-attività ekonomika u billi din l-"eċċezzjoni agrikola" saret aktar rilevanti minn qatt qabel fil-kuntest ta' PAK orjentata lejn is-suq u ż-żieda fil-globalizzazzjoni tas-swieq agrikoli u għandha tiġi riflessa b'mod effettiv fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-politika mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mad-derogi;

E.  billi ambjent regolatorju ċar u koerenti f'termini ta' adattament tal-politika tal-kompetizzjoni għall-karatteristiċi speċifiċi tas-suq agrikolu, f'konformità mal-Artikolu 42 tat-TFUE, jista' jgħin biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel billi jipprevjeni s-sovrakonċentrazzjoni tas-setgħa ekonomika u finanzjarja tal-operaturi, waqt li jindirizza l-iżbilanċ tas-setgħa fil-katina, iżid l-effiċjenza tas-suq (prezzijiet aktar baxxi, prodotti u servizzi ta' kwalità aħjar) u jiżgura ċ-ċertezza legali u kundizzjonijiet ekwi f'suq uniku li jiffunzjona kif suppost;

F.  billi l-Kummissjoni, bħala gwardjana tar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni, u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ikunu inqas stretti fl-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-TFUE għall-ftehimiet, il-prattiki u l-koordinazzjoni, inklużi l-iskambji ta' informazzjoni ekonomika ewlenija, imwettqa mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi (OP), l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi (AOP), il-kooperattivi u l-konsorzji agrikoli bejn il-produtturi, speċjalment fir-rigward tal-objettiv fundamentali li jiġu żgurati provvisti tal-ikel disponibbli u bi prezz raġonevoli f'konformità mal-Artikolu 39 tat-TFUE, biex b'hekk jittejjeb id-dħul tal-bdiewa u s-sehem tagħhom fil-katina tal-valur;

G.  billi, minħabba l-perikli ekonomiċi fis-settur tal-biedja, fi żminijiet ta' kriżi, PAK orjentata lejn is-suq jeħtieġ li tagħti aktar eżenzjonijiet limitati fiż-żmien mir-regoli tal-kompetizzjoni;

H.  billi l-perikli għall-klima u għas-saħħa jistgħu jikkawżaw żbilanċi serji fis-suq u jkomplu jdgħajfu lill-produtturi primarji; billi tali avvenimenti jistgħu jeħtieġu rikonsiderazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni meta l-provvisti tal-ikel essenzjali jkunu f'riskju;

I.  billi d-deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Kawża Nru C-671/15 ("indivja") turi li l-produtturi, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jeħtieġ ikollhom ċertezza legali waqt li jwettqu dmirijiethom, partikolarment f'settur ikkaratterizzat minn provvista frammentata ħafna li qed tiffaċċja domanda kkonċentrata u minn diffikultajiet biex jiġi kkontrollat it-tbassir tal-provvista u tad-domanda; billi d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni għall-produtturi u għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi hija ta' importanza ewlenija f'dak li jikkonċerna ċarezza u prevedibilità;

J.  billi t-Task Force għas-Swieq Agrikoli f'Novembru 2016 fasslet ġabra ta' proposti u rakkomandazzjonijiet biex issaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel, tirrieżamina l-għodod kuntrattwali disponibbli għall-bdiewa, tiġġieled il-prattiki inġusti u tiċċara l-eżenzjonijiet agrikoli għal-liġi tal-kompetizzjoni; billi dawn ir-rakkomandazzjonijiet iridu jitqiesu meta jkunu applikabbli, peress li ntlaqgħu mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-partijiet interessati fil-katina tal-provvista, u għandhom jittieħdu miżuri xierqa bil-ħsieb li tittejjeb il-pożizzjoni tal-bdiewa, OP, AOP u forom oħrajn ta' kooperazzjoni bejn il-produtturi fis-settur agrikolu u fil-katina tal-provvista tal-ikel;

K.  billi l-komponent agrikolu tar-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (2016/0282B) (Omnibus) huwa pass importanti għall-PAK peress li fih proposti ambizzjużi magħmulin mill-Parlament li jistgħu joffru titjib importanti fil-politika tal-kompetizzjoni, speċjalment billi jiġu miġġielda l-prattiki kummerċjali żleali (PKŻ) u billi jiġu ċċarati r-regoli tal-kompetizzjoni u r-regoli dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi ekonomiċi u dwar l-eżenzjonijiet ġenerali u ta' kriżi għal-liġi tal-kompetizzjoni;

L.  billi l-Istudju li sar f'Ottubru 2016 dwar l-organizzazzjonijiet agrikoli interprofessjonali fl-UE ġibed l-attenzjoni lejn ir-rwol importanti tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali fit-trażmissjoni tal-informazzjoni ekonomika u teknika lill-partijiet interessati fil-katina tal-produzzjoni; billi dan l-istudju juri li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jippermettu kondiviżjoni aħjar tar-riskju u tal-profitt;

M.  billi fil-Linji Gwida għall-Għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u fiż-żoni rurali tal-2014 sal-2020(1), il-Kummissjoni tirrikonoxxi n-natura speċjali tas-settur agrikolu u l-istruttura soċjali tiegħu u l-iskala tal-isfidi l-ġodda li qed jiffaċċja, bħas-sigurtà tal-ikel u l-kwistjonijiet ambjentali u klimatiċi; billi din il-politika għalhekk jeħtieġ li tikkontribwixxi biex issaħħaħ il-vijabilità ekonomika tal-azjendi agrikoli u l-promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-katina tal-provvista tal-ikel, l-iżvilupp rurali u l-inklużjoni soċjali;

1.  Jemmen li n-natura speċifika tas-settur agrikolu trid titqies fil-politika tal-kompetizzjoni; ifakkar li l-Artikolu 42 tat-TFUE jagħti status speċjali lis-settur agrikolu fir-rigward tal-liġi tal-kompetizzjoni, skont kif affermat fl-aħħar riforma tal-PAK bl-għoti ta' sensiela ta' derogi u eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101 tat-TFUE; jinnota li l-PAK għandha l-għan li tiżgura standard tal-għajxien ġust għall-komunità agrikola fid-dawl tal-periklu ekonomiku u klimatiku kostanti; ifakkar li l-politika tal-kompetizzjoni prinċipalment tiddefendi l-interessi tal-konsumaturi u ma tqisx biżżejjed l-interessi u d-diffikultajiet speċifiċi tal-produtturi agrikoli; jenfasizza li l-politika tal-kompetizzjoni trid tiddefendi l-interessi tal-produtturi u l-konsumaturi agrikoli bl-istess mod billi tiżgura li l-kundizzjonijiet għall-kompetizzjoni u għall-aċċess għas-suq intern ikunu ġusti sabiex jitrawmu l-investiment u l-innovazzjoni għall-impjieg, il-vijabilità tan-negozji agrikoli u l-iżvilupp bilanċjat taż-żoni rurali fl-UE filwaqt li tippromwovi t-trasparenza għall-parteċipanti fis-suq;

2.  Jinsisti li l-kunċett ta' "prezz ġust" ma għandux jitqies bħala l-inqas prezz possibbli għall-konsumatur, iżda minflok għandu jkun raġonevoli u jippermetti r-remunerazzjoni ġusta ta' kull parti fil-katina tal-provvista tal-ikel;

3.  Jirrikonoxxi l-pożizzjoni aktar dgħajfa tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel u jqis li l-kriżijiet fis-settur agrikolu jistgħu jiggravaw dik il-pożizzjoni; jemmen li għandu jiġi garantit lill-bdiewa fis-setturi kollha tal-produzzjoni d-dritt li jinnegozjaw kollettivament, inkluż id-dritt li jaqblu dwar il-prezzijiet; jemmen li l-bdiewa għandhom jiġu mħeġġa jinvolvu ruħhom b'mod sħiħ u jkunu mgħammra b'mezzi sabiex jisfruttaw il-potenzjal tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, inklużi l-kooperattivi tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkoraġġixxu lil tali għodod kollettivi ta' awtoassistenza jiżviluppaw il-kompetenzi u l-effiċjenzi tagħhom billi jiċċaraw u jissimplifikaw ir-regoli applikabbli għalihom bil-għan li jsaħħu l-kapaċità ta' negozjar tagħhom u l-kompetittività tagħhom, filwaqt li jħarsu l-prinċipji stipulati fl-Artikolu 39 tat-TFUE;

4.  Iqis li l-attivitajiet kollettivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom (inklużi l-ippjanar tal-produzzjoni u n-negozjar tal-bejgħ u tat-termini tal-kuntratti) huma meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-PAK stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-TFUE u għandhom għalhekk jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-TFUE, meta dawn l-attivitajiet konġunti jkunu eżerċitati ġenwinament, u b'hekk jikkontribwixxu għat-titjib tal-kompetittività tal-bdiewa; jinnota li ma ġiex sfruttat il-potenzjal sħiħ tad-derogi taħt ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (Regolament dwar l-OKS Unika) u li n-nuqqas ta' ċarezza ta' dawn id-derogi, id-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tagħhom u n-nuqqas ta' applikazzjoni uniformi mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni ma tawx biżżejjed ċertezza legali lill-bdiewa u lill-organizzazzjonijiet tagħhom; jilqa' l-fatt li r-Regolament Omnibus se jissimplifika r-regoli dwar l-organizzazzjoni kollettiva tal-bdiewa u se jiċċara r-rwol u s-setgħat tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet ekonomiċi b'rabta mal-liġi tal-kompetizzjoni sabiex tissaħħaħ is-setgħa tan-negozjar tagħhom filwaqt li jitħarsu l-prinċipji stipulati fl-Artikolu 39 tat-TFUE;

5.  Jilqa' l-fatt li l-"Pakkett dwar il-Ħalib" tal-2012 wasal biex jiġi estiż fil-ħin skont ir-Regolament Omnibus, filwaqt li jitqiesu r-rieżamijiet inkoraġġanti tal-implimentazzjoni(2) u l-mod li bih qed jgħin biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fl-industrija tal-ħalib fil-katina tal-provvista tal-ikel; jistieden lill-Kummissjoni, madankollu, twettaq valutazzjoni tal-impatt biex tiddetermina jekk għandux jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar negozjati kuntrattwali dwar is-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib biex ikopri setturi agrikoli oħrajn, peress li l-bdiewa u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi b'hekk ikollhom aktar libertà biex jippjanaw il-produzzjoni, id-dritt għal negozjar kollettiv u n-negozjar għall-bejgħ u għat-termini tal-kuntratti li jistabbilixxu l-prezzijiet u l-volumi b'mod ċar;

6.  Jitlob li tiġi prevista eżenzjoni awtomatika espressa mill-Artikolu 101 tat-TFUE, soġġetta għall-prinċipji ta' neċessità u proporzjonalità, li tippermetti lill-organizzazzjonijiet agrikoli interprofessjonali jwettqu l-kompiti assenjati lilhom mir-Regolament dwar l-OKS Unika bil-għan li jkomplu jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikolu 39 tat-TFUE;

7.  Jipproponi li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jippermettu miżuri ta' regolamentazzjoni tal-provvista għall-ġobnijiet b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta (l-Artikolu 150), għall-perżut DOP jew IĠP (l-Artikolu 172) jew għall-inbejjed (l-Artikolu 167) jiġu estiżi biex ikopru l-prodotti b'tikketta ta' kwalità sabiex jiżdiedu l-possibilitajiet li titqabbel il-provvista mad-domanda;

8.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tiċċara l-kamp ta' applikazzjoni tal-eżenzjonijiet individwali għar-regoli tal-kompetizzjoni abbażi tal-Artikolu 101(3) tat-TFUE, b'mod partikolari fir-rigward tal-ftehimiet ta' sostenibilità li jsiru fil-katina tal-provvista tal-ikel peress li dawn jistgħu jiġu eżentati mil-liġi tal-kompetizzjoni jekk jikkontribwixxu għat-titjib tal-produzzjoni u l-progress tal-promozzjoni waqt li jibbenefikaw lill-konsumatur u lis-soċjetà; jemmen li l-Kummissjoni għandha tivvaluta taħt liema kundizzjonijiet jista' jinħoloq aktar spazju fil-politika tal-kompetizzjoni għall-arranġamenti kollettivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi, inklużi l-kooperattivi, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali tagħhom, li jsiru fil-katina tal-provvista tal-ikel bl-iskop tas-sostenibilità (pereżempju l-inizjattivi li jiffavorixxu l-bijodiversità, itejbu l-benesseri u/jew is-saħħa tal-annimali jew jiġġieldu kontra r-reżistenza antimikrobika);

9.  Jilqa' l-fatt li r-Regolament Omnibus jistabbilixxi proċedura li permezz tagħha raggruppament ta' bdiewa jista' jitlob opinjoni mhux vinkolanti mill-Kummissjoni sabiex tiddetermina jekk azzjoni kollettiva partikolari tkunx kompatibbli mal-eċċezzjoni ġenerali għar-regoli tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (Ir-Regolament dwar l-OKS Unika); jistieden madankollu lill-Kummissjoni, fid-dawl tar-rakkomandazzjoni tat-Task Force dwar is-Swieq Agrikoli, tiċċara l-kamp ta' applikazzjoni tad-deroga ġenerali għall-agrikoltura sabiex tispeċifika l-eċċezzjoni b'tali mod li trendi n-nonapplikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-TFUE, meta tkun prevista, inforzabbli u fattibbli;

10.  Jirrimarka li f'perjodi ta' żbilanċi serji ħafna fis-suq, meta s-settur agrikolu jkun f'riskju u ċ-ċittadini kollha jiġu affettwati mill-ħsara potenzjali għall-provvisti tal-ikel essenzjali, PAK orjentata lejn is-suq jeħtieġ li tipprovdi appoġġ lill-bdiewa u tagħti eżenzjonijiet addizzjonali, għal żmien limitat u ġustifikati b'mod sħiħ mir-regoli tal-kompetizzjoni; jilqa' l-fatt li, bħala riżultat tal-bidliet magħmulin permezz tar-Regolament Omnibus, se jkun aktar faċli li jiskattaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 222 tar-Regolament dwar l-OKS Unika, li jippermetti tali derogi temporanji mil-liġi tal-kompetizzjoni;

11.  Jemmen li organizzazzjonijiet interprofessjonali "twal" li jlaqqgħu flimkien il-produtturi, il-proċessuri u d-distributuri għandhom jitħallew jorganizzaw laqgħat sabiex jiġu diskussi l-prevenzjoni tal-kriżi u l-miżuri ta' ġestjoni intiżi biex jiġu stabbiliti mill-ġdid il-kundizzjonijiet tas-suq u b'hekk ikun possibbli li jinkisbu l-għanijiet tal-Artikolu 39 tat-TFUE;

12.  Itenni l-ħtieġa għall-iżvilupp progressiv tal-PAK u tal-qafas tal-UE dwar il-kompetizzjoni, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-agrikoltura, bil-għan li tiġi inkluża azzjoni regolatorja biex tiġi miġġielda l-inugwaljanza fil-katina tal-provvista tal-ikel u monitorjati l-evoluzzjonijiet fil-pożizzjoni tal-produtturi primarji u l-indikaturi tas-sistemi ta' Valutazzjoni tas-Sostenibilità tal-Ikel u l-Agrikoltura (SAFA) tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO), inklużi l-indikaturi taħt l-intestaturi tal-Ipprezzar Ġust u Kuntratti Trasparenti (S.2.1.1) u d-Drittijiet tal-Fornituri (S.2.2.1);

13.  Jitlob li jiġi żviluppat ulterjorment l-Istrument Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Prezzijiet tal-Ikel biex titjieb l-identifikazzjoni tal-kriżijiet fis-settur agroalimentari permezz ta' data aħjar u aktar diżaggregata; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa jkunu involuti fid-definizzjoni u l-ġbir tad-data;

14.  Jirrimarka r-rikonoxximent tal-Kummissjoni li l-produtturi agrikoli jiffurmaw l-inqas livell konċentrat fil-katina tal-provvista tal-ikel waqt li l-fornituri u l-klijenti tal-input tagħhom huma ta' sikwit ħafna akbar u ħafna aktar konċentrati u dan jirriżulta f'relazzjoni żbilanċjata u fi prattiki negattivi u inġusti min-naħa tal-katini ta' distribuzzjoni kbar, il-proċessuri u l-operaturi tal-bejgħ bl-imnut, li ma jistgħux jissolvew mill-politika tal-kompetizzjoni biss u għalhekk hija meħtieġa l-koerenza mal-politiki l-oħrajn; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tiddefinixxi b'mod aktar ċar "pożizzjoni dominanti" u l-abbuż ta' tali pożizzjoni, filwaqt li jitqies il-grad ta' konċentrazzjoni u s-saħħa ta' negozjar tas-setturi tal-input, tal-ipproċessar u tal-bejgħ bl-imnut; jinnota, barra minn hekk, li r-Regolament Omnibus se jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet dwar id-dritt għall-kuntratti bil-miktub u għan-negozjar ta' termini kuntrattwali għall-kondiviżjoni tal-valur imtejba matul il-katina tal-provvista, biex jgħin jikkalma r-relazzjonijiet bejn il-partijiet interessati, jiġġieled il-prattiki kummerċjali żleali, jagħmel lill-bdiewa aktar reattivi għas-sinjali tas-suq, itejjeb ir-rapportar u t-trażmissjoni tal-prezzijiet u jiddirezzjona l-provvista b'mod aktar pront għad-domanda; jistieden barra minn hekk lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali jiżguraw li l-komoditajiet jiġu kklassifikati u pprezzati kif suppost u li l-abbużi u l-prattiki kummerċjali żleali li jaffettwaw lill-bdiewa jiġu monitorjati u indirizzati permezz ta' azzjonijiet vinkolanti u jiġu penalizzati; jemmen li l-iskemi nazzjonali eżistenti għandhom jiġu eżaminati biex tiġi determinata l-aqwa prattika li għandha tiġi applikata;

15.  Jirrikonoxxi li sa issa l-liġi tal-kompetizzjoni biex tindirizza prattiki kummerċjali żleali fil-katina tal-ikel la ġiet applikata fil-livell Ewropew u lanqas fil-livell nazzjonali; jinnota li ġew implimentati regoli nazzjonali speċifiċi f'dan ir-rigward iżda dawn ma kinux kompletament effettivi biex jindirizzaw il-problema endemika ta' prattiki kummerċjali żleali u l-iżbilanċ tas-setgħa fil-katina tal-provvista tal-ikel; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika u tapprova mingħajr dewmien il-proposta leġiżlattiva tal-UE dwar il-prattiki kummerċjali żleali mħabbra, jipprovdi qafas legali amronizzat li jipproteġi aħjar lill-produtturi u lill-bdiewa mill-prattiki kummerċjali żleali u jiżgura konsolidazzjoni ulterjuri tas-suq intern;

16.  Jirrimarka li l-Parlament diġà stieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali biex jirrispondu b'mod effikaċi għall-ansjetajiet li qed jinħolqu mill-impatt kombinat li l-konċentrazzjoni rapida tas-settur tad-distribuzzjoni fil-livell nazzjonali u l-alleanzi li qed jiġu ffurmati fost id-distributuri fuq skala kbira fil-livell Ewropew u internazzjonali qed ikollhom kemm fuq il-parti upstream tal-katina tal-provvista tal-ikel kif ukoll fuq id-distributuri u l-konsumaturi; jemmen li din il-bidla strutturali tqajjem tħassib dwar allinjamenti strateġiċi possibbli, tnaqqis fil-kompetizzjoni u kamp ta' applikazzjoni ridott għall-investiment fl-innovazzjoni fil-katina tal-provvista tal-ikel;

17.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Istituzzjonijiet tal-UE jipprijoritizzaw it-tisħiħ tas-suq uniku wara l-Brexit billi jiżguraw konformità sħiħa mal-liġijiet tal-kompetizzjoni tal-UE u d-derogi tagħha, kif ukoll standards oħra, sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri;

18.  Jinnota li l-limitu massimu individwali għall-għajnuna de minimis fis-settur agrikolu ġie rduppjat fl-2013 (minn EUR 7 500 għal EUR 15 000) sabiex tiġi indirizzata ż-żieda fil-kriżijiet ekonomiċi, tas-saħħa u kkawżati mill-klima; jirrimarka li l-limitu massimu nazzjonali de minimis dak iż-żmien ġie aġġustat biss marġinalment (minn 0.75 % għal 1 % tal-valur tal-produzzjoni nazzjonali agrikola) u b'hekk tnaqqset il-libertà tal-Istati Membri biex jgħinu lill-azjendi agrikoli li jkunu f'diffikultà; jitlob għalhekk li l-limitu massimu nazzjonali de minimis jiżdied għal 1.25 % tal-produzzjoni nazzjonali agrikola biex itaffi s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli tal-bdiewa; jinnota li regoli koerenti dwar għajnuna de minimis għandhom iservu biex tittejjeb il-pożizzjoni tal-bdiewa mingħajr l-involviment tar-rinazzjonalizzazzjoni tal-politika agrikola;

19.  Jenfasizza l-importanza tal-fondi mmirati biex jippermettu aċċess għal netwerks tal-broadband b'veloċità għolja sabiex jinżamm il-pass mal-avvanz teknoloġiku u tingħata spinta lill-kompetizzjoni, speċjalment fiż-żoni rurali u remoti;

20.  Jenfasizza li l-ftuħ tas-suq tal-UE għal sħab kummerċjali kompetittivi ħafna u esportaturi ewlenin tal-prodotti agrikoli soġġetti għal standards differenti varji jista' jikkostitwixxi riskju għall-aktar setturi sensittivi fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni tqis bis-sħiħ l-effett tad-distorsjonijiet tas-suq li jistgħu jirriżultaw minn ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi fuq il-produtturi agrikoli fl-Ewropa, minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja delikata tagħhom u r-rwol fundamentali tagħhom fis-soċjetà tagħna.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

4.12.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Daniel Buda, Jean-Paul Denanot, Albert Deß, Jørn Dohrmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Jan Huitema, Zbigniew Kuźmiuk, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Ulrike Müller, Maria Noichl, Marijana Petir, Maria Lidia Senra Rodríguez, Ricardo Serrão Santos, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi, Marc Tarabella

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Bas Belder, Jens Gieseke, Momchil Nekov, Annie Schreijer-Pierik, Thomas Waitz

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

PPE

Daniel Buda, Albert Deß, Norbert Erdős, Jens Gieseke, Mairead McGuinness, Marijana Petir, Annie Schreijer-Pierik, Czesław Adam Siekierski

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Jean-Paul Denanot, Momchil Nekov, Maria Noichl, Tibor Szanyi, Marc Tarabella

ECR

Bas Belder, Jørn Dohrmann, Zbigniew Kuźmiuk

ENF

Philippe Loiseau

3

-

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan, Maria Lidia Senra Rodríguez

EFDD

John Stuart Agnew

3

0

ALDE

Jan Huitema, Ulrike Müller

Verts/ALE

Thomas Waitz

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Il-Linji Gwida għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f'żoni rurali mill-2014 sal-2020, ĠU C-204/1, 1.7.2014.

(2)

Rapporti dwar "L-iżvilupp tas-sitwazzjoni tas-suq tal-prodotti magħmula mill-ħalib u l-operat tad-dispożizzjonijiet tal-"Pakkett dwar il-Ħalib" (COM(2016)0724 and COM(2014)0354).


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

21.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Hugues Bayet, Udo Bullmann, Matt Carthy, Thierry Cornillet, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Werner Langen, Sander Loones, Paloma López Bermejo, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Alex Mayer, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Bas Eickhout, Ramón Jáuregui Atondo, Alain Lamassoure, Thomas Mann, Luigi Morgano, Laurenţiu Rebega, Joachim Starbatty, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Alberto Cirio


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

49

+

ALDE

Thierry Cornillet, Petr Ježek, Wolf Klinz, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

Sander Loones, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Joachim Starbatty, Kay Swinburne

EFDD

Marco Valli

PPE

Burkhard Balz, Alberto Cirio, Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Anne Sander, Theodor Dumitru Stolojan, Esther de Lange

S&D

Hugues Bayet, Udo Bullmann, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Ramón Jáuregui Atondo, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Alex Mayer, Luigi Morgano, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

Verts/ALE

Bas Eickhout, Sven Giegold, Molly Scott Cato, Ernest Urtasun

5

-

ENF

Bernard Monot

GUE/ NGL

Matt Carthy, Paloma López Bermejo, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

1

0

ENF

Laurenţiu Rebega

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' April 2018Avviż legali