Proċedura : 2017/0223(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0053/2018

Testi mressqa :

A8-0053/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/04/2018 - 6.2

Testi adottati :

P8_TA(2018)0093

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 630kWORD 64k
5.3.2018
PE 613.406v02-00 A8-0053/2018

dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius

(12476/2017– C8-0445/2017 – 2017/0223(NLE))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Norica Nicolai

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius

(12476/2017 – C8-0445/2017 – 2017/0223(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12476/2017),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius (12479/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0445/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0053/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Mauritius.


NOTA SPJEGATTIVA

L-Oċean Indjan huwa t-tieni l-akbar fornitur tat-tonn fid-dinja u l-akbar sors ta' qabdiet tat-tonn għall-flotta tal-UE. It-tonn isfar u t-tonn obeż jiffurmaw l-ikbar ammont ta' qabdiet fl-Oċean Indjan, u huma l-aktar speċi fil-mira tal-flotta Tajwaniża (70 %), filwaqt li l-flotta tal-UE tirrappreżenta biss 8,9 % tal-qabdiet annwali totali.

Ir-Repubblika ta' Mauritius hija stat gżira li jinsab fl-Oċean Indjan, madwar 2 000 kilometri 'l barra mill-kosta tax-Xlokk tal-kontinent Afrikan, għandha superfiċje ta' 2040 kilometru kwadru, żona marittima ta' 2,3 miljun kilometru kwadru u Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) ta' 1,86 miljun kilometru kwadru. Il-pajjiż jinkludi l-gżejjer ta' Mauritius, Rodrigues, il-ġżejjer periferiċi ta' St Brandon u Agaléga u t-territorji kontestati tal-gżira Tromelin u l-Arċipelagu Chagos.

B'popolazzjoni ta' 1,27 miljun ruħ, li minnhom 1,25 miljun jgħixu fil-ġżira ta' Mauritius u 38 000 fil-gżira ta' Rodrigues, il-pajjiż qed jipprova jkompli jnaqqas il-mortalità tat-tfal, itejjeb il-kura tas-saħħa u jikseb distribuzzjoni aktar ekwa tad-dħul.

Ir-Repubblika ta' Mauritius għandha ekonomija li dejjem qed tikber, li minn 4.6 % fis-sena naqset biss għal 3.2 % waqt il-kriżi ekonomika dinjija, fejn is-settur tas-sajd ġab bejn wieħed u ieħor 1.4 % tal-PGD tal-pajjiż. Il-pjan ta' żvilupp tal-pajjiż tal-2015 jinkludi s-sajd u l-ekonomija oċeanika bħala wieħed mill-pilastri ewlenin, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-ġestjoni fit-tul u l-isfruttament sostenibbli tal-ambjent marin.

Fl-2007 l-pajjiż adotta l-Att dwar ir-Riżorsi tas-Sajd u r-Riżorsi Marini - li daħal fis-seħħ fl-2008, bl-objettiv li jipprovdi ġestjoni, protezzjoni u konservazzjoni aħjar tar-riżorsi marini. Għalkemm ir-Repubblika ta' Mauritius ma għandhiex bastimenti tal-għassa, il-liċenzji tas-sajd kollha jitolbu Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) li taħdem u l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni tal-Oċean Indjan (IOC) ħolqot l-opportunità għal missjonijiet ta' għassa. Barra minn hekk, ir-ristrutturar u l-fużjoni tal-aġenziji u l-ministeri preċedenti fil-Ministeru tal-Ekonomija Oċeanika, ir-Riżorsi Maritni, is-Sajd, it-Tbaħħir u l-Gżejjer Periferiċi, flimkien mal-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni ġdida dwar is-sajd, għandhom iġibu l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż konformi mar-riżoluzzjonijiet tal-IOC u jtejbu l-effiċjenza u l-ġestjoni.

L-ewwel ftehim bilaterali bejn l-UE u r-Repubblika ta' Mauritius sar fl-1989, u l-aħħar Protokoll dwar is-sajd beda fl-2014 u ntemm fis-27 ta' Jannar 2017. L-aħħar Protokoll kopra tunnellaġġ ta' referenza annwali ta' 5 500 tunellata fis-sena, għal kontribuzzjoni finanzjarja annwali ta' EUR 660 000, li minnhom EUR 302 500 kienu intiżi għas-sostenn u l-implimentazzjoni tal-politika marittima u tas-sajd tal-pajjiż.

L-evalwazzjoni ex post tal-Protokoll preċedenti turi li ż-żewġ partijiet bbenefikaw minn dan il-qafas, fejn il-gvern ta' Mauritius uża l-fondi tal-UE għall-appoġġ settorjali, għal protezzjoni aqwa taż-ŻEE u għal progress konsiderevoli fl-implimentazzjoni tal-politika ambjentali tiegħu u fil-promozzjoni tas-sostenibbiltà. Fl-istess ħin, il-flotta tal-UE bbenefikat minn qafas aktar stabbli, prevedibbli u ċar, speċjalment meta jittieħed kont tal-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli l-oħra kollha li hemm attivi fir-reġjun.

Abbażi tar-riżultati ta' dan ir-rapport ex post u ex ante, Protokoll ġdid bejn l-UE u r-Repubblika ta' Mauritius ġie inizjalat fl-26 ta' April 2017, u jkopri perjodu ta' erba' snin. Il-Protokoll il-ġdid huwa konformi mal-għanijiet tal-PKS u d-dimensjoni esterna tagħha.

Dan il-Protokoll jipprovdi opportunitajiet għas-sajd għal 40 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u 45 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, kif ukoll massimu ta' 20 bastiment ta' forniment biex jassistu l-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tal-UE.

L-implikazzjoni baġitarja ta' kull sena għandha tkun ta' EUR 575 000, li jammonta għal total ta' EUR 2 300 000, imqassam kif ġej:

a)  it-tunnellaġġ ta' referenza ta' 4 000 tunnellata, li għalih ġie stabbilit l-ammont annwali ta' EUR 220 000 marbut mal-aċċess;

b)  l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tar-Repubblika ta' Mauritius, li jammonta għal EUR 220 000 fis-sena; u

c)  l-appoġġ għall-iżvilupp fil-qasam tal-ekonomija oċeanika, li jammonta għal EUR 135 000 fis-sena.

Jekk il-livell annwali tal-qabdiet għall-bastimenti tas-sajd tal-UE jeċċedi t-tunnellaġġ annwali ta' referenza, il-kontribuzzjoni finanzjarja għal kull tunnellata ta' qbid żejda tkun ta' EUR 55, mingħajr ma jinqabeż id-doppju tal-ammont annwali pjanat ta' EUR 220 000. F'każ li dan il-limitu jinqabeż, l-ammont żejjed jitħallas is-sena ta' wara.

Bħala parti mill-Protokoll, ir-Repubblika ta' Mauritius se tapplika l-istess miżuri tekniċi u ta' konservazzjoni għall-flotot industrijali kollha li joperaw fl-ilmijiet tagħha, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi. Fl-istess ħin, l-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Mauritius se jipprovdu lill-UE informazzjoni rilevanti rigward l-attivitajiet ta' sajd barranin fl-ilmijiet tagħha.

Fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipju demokratiku u l-istat tad-dritt, l-UE u r-Repubblika ta' Mauritius se jimplimentaw dan il-Ftehim skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou.

B'konformità mal-PKS u l-objettivi ekonomiċi u tas-sajd ta' Mauritius, il-Partijiet se jikkooperaw fil-qasam tal-ġlieda kontra s-sajd IUU, u għalhekk il-Protokoll jitlob li l-bastimenti tal-UE jirrappurtaw minnufih kull attività suspettuża li jaraw.

Il-Kumitat Konġunt, magħmul minn rappreżentanti taż-żewġ Partijiet, se jistabbilixxi, abbażi tal-politika nazzjonali tas-sajd u dik marittima ta' Mauritius, objettivi kemm annwali kif ukoll pluriennali, li għandhom jintlaħqu fil-qasam tal-iżvilupp ta' sajd responsabbli u sostenibbli. Il-Kumitat Konġunt se jevalwa l-progress ta' dawn l-objettivi u jista' jirrevedi jew jissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja jekk ir-riżultati ma jkunux konsistenti mal-ipprogrammar.

Iż-żewġ Partijiet qablu li jikkonformaw mar-regolamenti u r-rakkomandazzjonijiet tal-IOC u li jikkunsidraw dawn, flimkien mal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, meta l-Kumitat Konġunt jaqbel dwar il-miżuri meħtieġa sabiex tkun żgurata ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd ta' Mauritius, sa fejn huma kkonċernati l-bastimenti tal-UE.

Dan il-Protokoll jista' jiġi sospiż jew terminat fuq l-inizjattiva ta' xi waħda miż-żewġ partijiet, filwaqt li titqies li tkun ngħatat bil-miktub notifika minn qabel ta' tliet xhur u rispettivament ta' sitt xhur. Is-sospensjoni tista' tinbeda jekk waħda mill-Partijiet ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll jew jekk tiġi kkonstatata leżjoni tad-drittijiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem. Kemm il-proċedura ta' sospensjoni kif ukoll ta' terminazzjoni jvaraw konsultazzjonijiet bejn l-UE u r-Repubblika ta' Mauritius sabiex tinstab soluzzjoni diplomatika.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (23.2.2018)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius

12476/2017 – C8-0445/2017 – 2017/0223(NLE)

Rapporteur għal opinjoni: Inese Vaidere

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Abbażi tad-direttivi tan-negozjati rilevanti, il-Kummissjoni nnegozjat mal-Gvern ta' Mauritius bil-ħsieb li tikkonkludi Protokoll ġdid għall-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius. Wara dawn in-negozjati, ġie inizjalat Protokoll ġdid fis-26 ta' April 2017. Il-Protokoll ikopri perjodu ta' erba' snin mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu, jiġifieri mid-data li fiha jiġi ffirmat, kif huwa indikat fl-Artikolu 15.

L-ewwel Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd stabbilixxa, għal perjodu ta' tliet snin, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' Mauritius u l-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea. Il-perjodu tal-applikazzjoni ta' dak il-Protokoll skada fis-27 ta' Jannar 2017.

Il-Protokoll il-ġdid għandu l-għan ewlieni li jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet ta' Mauritius, skont l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli u filwaqt li jirrispetta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC), meta applikabbli, fil-limiti tal-eċċess disponibbli. Il-Kummissjoni sejset il-pożizzjoni tagħha parzjalment fuq ir-riżultati ta' evalwazzjoni tal-Protokoll preċedenti (2014-2017), u valutazzjoni li tħares lejn il-ġejjieni dwar jekk għandux jiġi konkluż Protokoll ġdid. It-tnejn li huma twettqu minn esperti esterni. Il-Protokoll se jippermetti wkoll lill-Unjoni Ewropea u lir-Repubblika ta' Mauritius jaħdmu aktar mill-qrib għall-promozzjoni ta' politika tas-sajd sostenibbli, għall-isfruttar sod tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta' Mauritius, u għall-appoġġ tal-isforzi ta' Mauritius biex jiżviluppa l-ekonomija sostenibbli tiegħu tal-oċeani, fl-interess taż-żewġ partijiet.

Il-Protokoll il-ġdid għandu jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja totali ta' EUR 2 300 000 għall-perjodu kollu (2017-2021).

Din il-kontribuzzjoni finanzjarja totali għandha tiġbor fiha:

•ammont annwali ta' EUR 220 000 għall-aċċess għall-ilmijiet ta' Mauritius, li jkun ekwivalenti għal tunnellaġġ ta' referenza ta' 4000 tunnellata fis-sena;

•ammont speċifiku ta' EUR 220 000 fis-sena bħala appoġġ għall-politika settorjali tas-sajd ta' Mauritius u għall-implimentazzjoni tagħha; kif ukoll

•ammont addizzjonali ta' EUR 135 000 bħala appoġġ għall-iżvilupp tal-politika marittima u l-ekonomija tal-oċean.

******

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda l-approvazzjoni għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius

Referenzi

12476/2017 – C8-0445/2017 – COM(2017)04862017/0223(NLE)

Kumitat responsabbli

 

PECH

 

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.12.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Inese Vaidere

26.9.2017

Data tal-adozzjoni

22.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Esteban González Pons, John Howarth, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Urmas Paet, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Jean-Paul Denanot, Ivana Maletić, Pavel Poc, Tomáš Zdechovský

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

27

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Gérard Deprez, Urmas Paet

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Esteban González Pons, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský

S&D

Jean-Paul Denanot, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, John Howarth, Vladimír Maňka, Pavel Poc, Manuel dos Santos, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand

3

-

ENF

André Elissen

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga

NI

Eleftherios Synadinos

1

0

ENF

Marco Zanni

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius

Referenzi

12476/2017 – C8-0445/2017 – COM(2017)04862017/0223(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

13.12.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

14.12.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.12.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Norica Nicolai

12.10.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.11.2017

24.1.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

27.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Alain Cadec, David Coburn, Linnéa Engström, João Ferreira, Sylvie Goddyn, Mike Hookem, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Liadh Ní Riada, Ulrike Rodust, Annie Schreijer-Pierik, Remo Sernagiotto, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Liliana Rodrigues

Data tat-tressiq

5.3.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

19

+

ALDE

António Marinho e Pinto, Norica Nicolai

ECR

Peter van Dalen, Remo Sernagiotto, Ruža Tomašić

GUE/NGL

João Ferreira, Liadh Ní Riada

PPE

Alain Cadec, Norbert Erdős, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, Gabriel Mato, Annie Schreijer-Pierik, Jarosław Wałęsa

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Liliana Rodrigues, Ulrike Rodust, Isabelle Thomas

VERTS/ALE

Linnéa Engström

3

-

EFDD

David Coburn, Mike Hookem

ENF

Sylvie Goddyn

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' April 2018Avviż legali