Proċedura : 2017/0063(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0057/2018

Testi mressqa :

A8-0057/2018

Dibattiti :

PV 13/11/2018 - 13
CRE 13/11/2018 - 13

Votazzjonijiet :

PV 14/11/2018 - 14.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0452

RAPPORT     ***I
PDF 1099kWORD 105k
6.3.2018
PE 610.704v01-00 A8-0057/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw is-setgħa biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern

(COM(2017)0142 – C8-0119/2017 – 2017/0063(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Andreas Schwab

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw is-setgħa biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern

(COM(2017)0142 – C8-0119/2017 – 2017/0063(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0142),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 103 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0119/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità mis-Senat Ċek, mill-Parlament Spanjol, mill-Parlament Portugiż u mis-Senat Rumen, li tasserixxi li l-abbozzi tal-atti leġiżlattivi ma jimxux mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0057/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(1)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

2017/0063 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw is-setgħa biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 103 u 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2)

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  L-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) huma kwistjoni ta' ordni pubbliku u jenħtieġ li jiġu applikati b'mod effettiv fl-Unjoni kollha sabiex jiġi żgurat li l-kompetizzjoni fis-suq intern ma tiġix imfixkla. L-infurzar effettiv tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE huwa meħtieġ sabiex jiġu żgurati swieq aktar miftuħa, ġusti u kompetittivi fl-Ewropa, fejn il-kumpaniji jikkompetu fuq il-merti tagħhom u mingħajr ma joħolqu ostakoli għad-dħul fis-suq, u dan jippermettilhom jiġġeneraw il-ġid u joħolqu l-impjiegi. Dan jipproteġi lill-konsumaturi u lill-impriżi li joperaw fis-suq intern minn prattiki kummerċjali li jżommu l-prezzijiet tal-oġġetti u tas-servizzi f'livell artifiċjalment għoli, u jtejjeb l-għażla tagħhom ta' prodotti u servizzi innovattivi.

(2)  L-infurzar pubbliku tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE jitwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni (NCAs) tal-Istati Membri b'mod parallel mal-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003((3)). L-NCAs u l-Kummissjoni flimkien jiffurmaw netwerk ta' awtoritajiet pubbliċi li japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE f'kooperazzjoni mill-qrib (in-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni).

(2a)  Sabiex tiġi evitata l-introduzzjoni ta' proċeduri ġodda bla bżonn fl-Istati Membri, l-allokazzjonijiet eżistenti tas-setgħat deċiżjonali u investigattivi bejn l-NCAs fi Stat Membru li wrew l-effettività tagħhom ma għandhomx jiġu kkontestati minn din id-Direttiva.

(3)  L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jobbliga lill-NCAs u lill-qrati nazzjonali biex japplikaw l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE fil-każ ta' arranġamenti jew imġiba li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fil-prattika, il-biċċa l-kbira tal-NCAs japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni flimkien mal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. Għaldaqstant, din id-Direttiva, li l-għan tagħha huwa li jiġi żgurat li l-NCAs ikollhom il-garanziji meħtieġa ta' indipendenza u s-setgħat ta' infurzar u mmultar, sabiex ikunu jistgħu japplikaw l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE b'mod effettiv, inevitabbilment se jkollha impatt fuq id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni li jiġu applikati mill-NCAs b'mod parallel.

(4)  Barra minn hekk, l-għoti lill-NCAs tas-setgħa li jiksbu l-informazzjoni kollha, relatata ma' impriża li tkun soġġetta għall-investigazzjoni, f'forma diġitali irrispettivament mill-mezz li fuqu tkun maħżuna, jenħtieġ li jaffettwa wkoll il-kamp ta' applikazzjoni tas-setgħat tal-NCAs meta, fl-istadji bikrin tal-proċedimenti, huma jieħdu wkoll il-miżura investigattiva rilevanti abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni applikati b'mod parallel għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. L-għoti lill-NCAs b'setgħat ta' spezzjoni b'kamp ta' applikazzjoni differenti, li jiddependi fuq jekk dawn fl-aħħar mill-aħħar hux se japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni biss jew ukoll l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE b'mod parallel, ixekkel l-effettività tal-infurzar tad-dritt tal-kompetizzjoni fis-suq intern. Għaldaqstant, il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva jenħtieġ li jkopri kemm l-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE fuq bażi indipendenti kif ukoll l-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni applikat b'mod parallel għall-istess każ. Dan iseħħ bl-eċċezzjoni għall-protezzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' klemenza u tas-sottomissjonijiet għas-saldu li jestendu wkoll għad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni applikat fuq bażi indipendenti.

(5)  Il-liġi nazzjonali timpedixxi lil bosta NCAs milli jkollhom il-garanziji meħtieġa ta' indipendenza u ta' infurzar kif ukoll is-setgħat għall-immultar, sabiex ikunu jistgħu jinfurzaw dawn ir-regoli b'mod effettiv. Dan idgħajjef il-ħila tagħhom biex japplikaw b'effikaċja l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni b'mod parallel u adegwatament għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. Pereżempju, skont il-liġi nazzjonali, bosta NCAs ma għandhomx għodod effettivi sabiex isibu evidenza li jkun sar ksur tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, sabiex jimmultaw lill-kumpaniji li jiksru l-liġi, jew ma għandhomx ir-riżorsi umani u finanzjarji adegwati u l-indipendenza baġitarja li għandhom bżonn sabiex japplikaw b'mod effettiv l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. Dan jista' jimpedihom milli jieħdu kwalunkwe azzjoni jew iwassalhom biex jillimitaw l-azzjoni tagħhom ta' infurzar. In-nuqqas ta' għodod u garanziji operattivi ta' bosta NCAs sabiex japplikaw b'mod effettiv l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE jfisser li l-impriżi involuti fi prattiki antikompetittivi jistgħu jiffaċċjaw eżiti differenti ħafna waqt proċeduri, skont l-Istati Membri li fihom ikunu attivi: huma jistgħu ma jkunu soġġetti għall-ebda infurzar skont l-Artikoli 101 jew 102 tat-TFUE, jew suġġetti għal infurzar mhux effettiv. Pereżempju, f'xi Stati Membri, l-impriżi jistgħu ma jerfgħux ir-responsabbiltà tal-multi sempliċement billi jagħmlu ristrutturazzjoni. L-infurzar mhux uniformi tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni applikati b'mod parallel għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, jirriżulta f'opportunitajiet mitlufa sabiex jitneħħew l-ostakoli għad-dħul fis-suq u sabiex jinħolqu swieq kompetittivi aktar ġusti fl-Unjoni ▌kollha, fejn l-impriżi jikkompetu b'mod ġust u abbażi tal-merti tagħhom. L-impriżi u l-konsumaturi jbatu b'mod partikolari f'dawk l-Istati Membri fejn l-NCAs huma anqas mgħammra sabiex ikunu inforzaturi effettivi. L-impriżi ma jistgħux jikkompetu fuq il-merti tagħhom fejn ikun hemm kenn għall-prattiki antikompetittivi, pereżempju, minħabba li ma tkunx tista' tinġabar evidenza tal-prattiki antikompetittivi jew minħabba li l-impriżi jkunu jistgħu ma jerfgħux ir-responsabbiltà tal-multi. Għalhekk għandhom diżinċentiv biex jidħlu f'dawn is-swieq u biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' stabbiliment u biex jipprovdu prodotti u servizzi hemmhekk. Il-konsumaturi bbażati fi Stati Membri fejn hemm inqas infurzar mhux se jgawdu mill-benefiċċji ta' infurzar effikaċi tal-kompetizzjoni. L-infurzar mhux uniformi tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni applikati b'mod parallel għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE fl-Unjoni għaldaqstant joħloq distorzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern, u jtellef il-funzjonament tajjeb tiegħu.

(6)  Id-diskrepanzi u l-limitazzjonijiet fl-għodod u l-garanziji tal-NCAs jimminaw is-sistema ta' setgħat paralleli għall-infurzar tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE li hija mfassla biex taħdem bħala unità sħiħa koeżiva bbażata fuq kooperazzjoni mill-qrib fl-ambitu tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni. Din is-sistema tiddependi fuq il-fatt li l-awtoritajiet ikunu jistgħu jibbażaw fuq xulxin sabiex iwettqu miżuri ta' tiftix ta' informazzjoni f'isem xulxin sabiex irawmu l-kooperazzjoni u l-assistenza reċiproka fost l-Istati Membri. Madankollu ma taħdimx tajjeb meta jkun għad hemm NCAs li ma għandhomx għodod adegwati għall-ġbir tal-informazzjoni. F'aspetti ewlenin oħra, l-NCAs ma jistgħux jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin. Pereżempju, fil-maġġoranza tal-Istati Membri, l-impriżi li joperaw bejn il-fruntieri jistgħu jevadu milli jħallsu l-multi sempliċement billi ma jkollhomx preżenza legali f'xi wħud mit-territorji tal-Istati Membri li fihom ikunu attivi. Dan inaqqas l-inċentivi sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. L-infurzar ineffettiv li jirriżulta jfixkel il-kompetizzjoni għall-impriżi li josservaw il-liġi u jimmina l-kunfidenza tal-konsumaturi fis-suq intern, b'mod partikolari fl-ambjent diġitali.

(7)  Sabiex jiġi assigurat spazju verament komuni ta' infurzar tal-kompetizzjoni fl-Ewropa li jipprovdi kundizzjonijiet aktar ekwi għall-impriżi li joperaw fis-suq intern u li jnaqqas il-kundizzjonijiet mhux ugwali għall-konsumaturi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti garanziji minimi ta' indipendenza, riżorsi finanzjarji, umani u teknoloġiċi adegwati, u setgħat ewlenin ta' infurzar u mmultar meta jiġu applikati l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni b'mod parallel mal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, sabiex l-NCAs ikunu jistgħu jkunu kompletament effikaċi.

(8)  Huwa xieraq li din id-Direttiva tissejjes fuq il-bażi legali doppja tal-Artikoli 103 u 114 tat-TFUE. Dan huwa minħabba li din id-Direttiva ma tkoprix biss l-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni b'mod parallel ma' dawn l-Artikoli, iżda wkoll in-nuqqasijiet u l-limitazzjonijiet tal-għodod u tal-garanziji tal-NCAs biex jiġu applikati l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, li jaffettwaw b'mod negattiv kemm il-kompetizzjoni kif ukoll il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(9)  L-istabbiliment ta' garanziji minimi sabiex ikun żgurat li l-NCAs japplikaw l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE b'mod uniformi u effettiv huwa mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Istati Membri li jżommu jew idaħħlu garanziji aktar estensivi ta' indipendenza kif ukoll riżorsi għall-NCAs, u regoli aktar iddettaljati dwar is-setgħat ta' infurzar u ta' mmultar ta' dawn l-awtoritajiet. b'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-NCAs setgħat addizzjonali lil hinn mis-ġabra bażika prevista f'din id-Direttiva sabiex iżidu ulterjorment l-effettività tagħhom.

(10)  Min-naħa l-oħra, huma meħtieġa regoli ddettaljati fil-qasam tal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-klemenza għal kartelli sigrieti. Il-kumpaniji se jgħidu l-verità dwar il-kartelli sigrieti li fihom ikunu pparteċipaw biss jekk ikollhom ċertezza legali suffiċjenti dwar jekk ikunux se jibbenefikaw minn immunità mill-multi. Id-differenzi sinifikanti bejn il-programmi ta' klemenza applikabbli fl-Istati Membri jwasslu għal inċertezza legali għall-applikanti potenzjali għall-klemenza, li tista' ddgħajjef l-inċentivi tagħhom sabiex japplikaw għall-klemenza. Dawk id-differenzi jistgħu wkoll iwasslu biex diversi membri ta' kartell sigriet jippruvaw jibbenefikaw minn programmi ta' klemenza fi Stati Membri differenti. Jekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jimplimentaw jew japplikaw regoli aktar ċari u armonizzati għall-klemenza fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, dan mhux biss ikun favur l-objettiv li jinżammu l-inċentivi għall-applikanti sabiex l-infurzar tal-kompetizzjoni fl-Unjoni jsir l-aktar effettiv possibbli, iżda jista' wkoll jiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi li joperaw fis-suq intern. Dan ma jimpedixxix lill-Istati Membri milli japplikaw programmi ta' klemenza li mhux biss ikopru l-kartelli sigrieti, iżda wkoll ksur ieħor tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u dispożizzjonijiet nazzjonali ekwivalenti.

(11)  Din id-Direttiva ma tapplikax għal-liġijiet nazzjonali sakemm dawn jipprevedu l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet kriminali fuq persuni fiżiċi, bl-eċċezzjoni tar-regoli li jirregolaw l-interazzjoni bejn il-programmi ta' klemenza u l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fil-konfront ta' persuni naturali.

(12)  L-eżerċizzju tas-setgħat mogħti lill-NCAs jenħtieġ li jkun soġġett għal salvagwardji xierqa li mill-anqas jilħqu l-istandards tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari fil-kuntest tal-proċedimenti li jistgħu jagħtu lok għall-impożizzjoni ta' penali. Dawn is-salvagwardji jinkludu d-dritt għal aministrazzjoni tajba u r-rispett għad-drittijiet tad-difiża tal-impriżi, li komponent essenzjali tagħhom huwa d-dritt li jinstemgħu. B'mod partikolari, l-NCAs jenħtieġ li jinfurmaw lill-partijiet li jkunu qegħdin jiġu investigati, dwar l-oġġezzjonijiet preliminari mqajmin kontrihom skont l-Artikolu 101 jew l-Artikolu 102 tat-TFUE, qabel ma jieħdu deċiżjoni li taffettwa negattivament l-interessi tagħhom, u dawn il-partijiet jenħtieġ li jkollhom l-opportunità li effettivament jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar dawn l-oġġezzjonijiet qabel ma tittieħed deċiżjoni bħal din. Għalhekk, huwa essenzjali li l-partijiet li jinsabu taħt investigazzjoni jirċievu għall-inqas dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet li tistipula l-oġġezzjonijiet kollha li fuqhom l-NCA biħsiebha tibbaża f'deċiżjoni finali ta' ksur li taffettwa b'mod negattiv l-interessi tal-impriża kkonċernata. Il-partijiet li dwarhom ikunu ġew innotifikati oġġezzjonijiet preliminari dwar allegat ksur tal-Artikolu 101 jew tal-Artikolu 102 tat-TFUE jenħtieġ li jkollhom id-dritt tal-aċċess għall-fajl tal-każ rilevanti tal-NCAs sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw b'mod effettiv id-dritt tagħhom tad-difiża. Dan huwa soġġett għall-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom u ma jestendix għall-informazzjoni kunfidenzjali u għad-dokumenti interni tal-NCAs u tal-Kummissjoni, u għall-korrispondenza ta' bejniethom. Barra minn hekk, id-destinatarji ta' deċiżjonijiet ▌tal-NCAs li jsibu ksur tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, jew li jimponu rimedji jew multi, jew li jagħmlu impenji vinkolanti jenħtieġ li jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal, skont l-Artikolu 47 tal-Karta Fundamentali tad-Drittijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali. Dawn id-deċiżjonijiet finali tal-NCAs jenħtieġ li jkunu mmotivati sabiex jippermettu lid-destinatarji ta' dawn id-deċiżjonijiet biex jivverifikaw ir-raġunijiet għad-deċiżjoni u biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal rimedju effettiv. Barra minn hekk, skont id-dritt għall-amministrazzjoni tajba, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-NCAs iwettqu l-proċedimenti fi żmien raġonevoli meta japplikaw l-Artikoli 101 102 tat-TFUE. It-tifsila ta' dawn is-salvagwardji jenħtieġ li tilħaq bilanċ bejn ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-impriżi u d-dmir li jiġi żgurat li l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE jiġu infurzati b'mod effettiv.

(13)  L-għoti tas-setgħa lill-NCAs sabiex japplikaw l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE b'mod imparzjali u fl-interess komuni tal-infurzar effettiv tar-regoli Ewropej tal-kompetizzjoni huwa komponent essenzjali tal-applikazzjoni effettiva u uniformi ta' dawn ir-regoli.

(14)  Jenħtieġ li tissaħħaħ l-indipendenza tal-NCAs sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni effettiva u uniformi tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jsir provvediment espliċitu fil-liġi nazzjonali sabiex ikun żgurat li meta jiġu applikati l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, l-NCAs ikunu protetti kontra intervent estern jew pressjoni politika li jistgħu jpoġġu f'periklu l-valutazzjoni indipendenti tagħhom tal-kwistjonijiet li jiġu quddiemhom. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti bil-quddiem regoli u proċeduri ċari u trasparenti għall-ħatra tal-membri tal-tal-korp deċiżjonali tal-NCAs u r-raġunijiet għat-tkeċċija tagħhom sabiex jitneħħa kwalunkwe dubju raġonevoli rigward l-imparzjalità ta' dan il-korp u l-kapaċità tiegħu li ma jiġix influwenzat minn fatturi esterni. Barra minn hekk, biex tiġi sostnuta l-imparzjalità tagħhom, il-multi imposti mill-NCAs jenħtieġ li ma jintużawx biex jiffinanzjawhom direttament.

(15)  Sabiex tiġi assigurata l-indipendenza tal-NCAs, il-kapijiet tagħhom, il-membri tal-korp deċiżjonali u l-persunal tagħhom jenħtieġ li jaġixxu b'integrità u joqogħdu lura minn kull azzjoni li ma tkunx kompatibbli mat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. Għal dak il-għan, waqt l-impjieg u l-ħatra tagħhom, u għal perjodu ta' żmien raġonevoli wara, huma jenħtieġ li joqogħdu lura minn kwalunkwe impjieg mhux kompatibbli li jista' jagħti lok għal kunflitt ta' interess f'każ speċifiku. Barra minn hekk, dan jimplika wkoll li meta jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom matul l-impjieg u l-ħatra tagħhom huma ma għandu jkollhom interess fl-ebda impriża jew organizzazzjoni li tkun soġġetta għall-proċedimenti għall-infurzar tal-Artikoli 101 jew 102 tat-TFUE li fihom huma jieħdu sehem, sakemm dan għandu l-potenzjal li jikkomprometti l-indipendenza tagħhom fl-immaniġġjar tal-każ ikkonċernat. Il-persunal u l-membri tal-korp deċiżjonali jenħtieġ li jiddikjaraw kull interess jew assi li jistgħu joħolqu kunflitt tal-interess fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. Huma jenħtieġ li jkunu obbligati jinfurmaw lill-korp deċiżjonali, lill-membri l-oħra tiegħu jew, fil-każ ta' NCAs li s-setgħa għat-teħid tad-deċiżjonijiet tkun f'idejn persuna waħda lill-awtorità tal-ħatra tagħhom, jekk, fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, huma jiġu msejħa sabiex jiddeċiedu dwar kwistjoni li fiha jkollhom interess li jista' jdgħajjef l-imparzjalità tagħhom.

(15a)  Jenħtieġ li kull NCA tippubblika kodiċi ta' kondotta li, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' regoli nazzjonali aktar stretti, ikopri mill-inqas regoli li jevitaw il-kunflitt tal-interess, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar perjodi ta' rtirar u l-aċċettazzjoni ta' stediniet, kif ukoll regoli dwar l-attivitajiet imwettqa f'kapaċità personali.

(16)  L-indipendenza tal-NCAs ma tipprekludix stħarriġ ġudizzjarju jew superviżjoni parlamentari skont il-liġijiet tal-Istati Membri. Ir-rekwiżiti tal-obbligu tar-rendikont jikkontribwixxu wkoll sabiex tkun żgurata l-kredibilità u l-leġittimità tal-azzjonijiet tal-NCAs. Ir-rekwiżiti tal-obbligu tar-rendikont proporzjonati jinkludu l-pubblikazzjoni, mill-NCAs, ta' rapporti perjodiċi dwar l-attivitajiet tagħhom għal korp governattiv jew parlamentari. L-NCAs jistgħu jkunu soġġetti wkoll għal kontroll jew monitoraġġ tan-nefqa finanzjarja tagħhom, dment li dan ma jaffettwax l-indipendenza tagħhom.

(17)  L-NCAs jenħtieġ li jkunu kapaċi jipprijoritizzaw il-proċedimenti tagħhom għall-infurzar tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE biex jagħmlu użu effettiv tar-riżorsi tagħhom, u biex ikunu jistgħu jiffukaw fuq il-prevenzjoni u t-temma ta' komportament antikompetittiv li jfixkel il-kompetizzjoni fis-suq intern. Għal dan il-għan, huma jenħtieġ li jkunu jistgħu jirrifjutaw ilmenti għax ma jkunux prijorità, ħlief dawk li jkunu ġejjin mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali rilevanti dment li dan ma jaffettwax ir-riżorsi tal-NCAs. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-NCAs li jirrifjutaw ilmenti għal raġunijiet oħra, bħan-nuqqas ta' kompetenza, jew li jiddeċiedu li ma jkunx hemm raġunijiet għal azzjoni min-naħa tagħhom. F'każ ta' rifjut, l-ilmentaturi jenħtieġ li jiġu infurmati fi żmien xieraq b'ġustifikazzjoni. Barra minn hekk, f'każijiet ta' lmenti ppreżentati b'mod formali, tali rifjut jenħtieġ li jkun soġġett għal rimedji effettivi. Is-setgħa tal-NCAs li jipprijoritizzaw il-proċedimenti ta' infurzar tagħhom hija mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' gvern ta' Stat Membru li joħroġ politika ġenerali jew linji gwida dwar il-prijoritajiet għall-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li ma jkunux relatati ma' proċedimenti speċifiċi għall-infurzar tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE.

(18)  L-NCAs jenħtieġ li jkollhom biżżejjed riżorsi, f'termini ta' persunal ikkwalifikat, għarfien espert legali u ekonomiku, mezzi finanzjarji u tagħmir tekniku u teknoloġiku, sabiex jiġi żgurat li huma jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv meta japplikaw l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. F'każ li d-dmirijiet u s-setgħat tagħhom skont il-liġi nazzjonali jiġu estiżi, ir-riżorsi neċessarji għat-twettiq ta' dawn il-kompiti xorta jridu jkunu suffiċjenti. L-indipendenza tal-NCAs jenħtieġ li tissaħħaħ billi huma jkunu jistgħu jiddeċiedu b'mod indipendenti dwar l-applikazzjoni tal-allokazzjonijiet tal-baġit bil-għan li jwettqu dmirijiethom, mingħajr preġudizzju għar-regoli u l-proċeduri baġitarji nazzjonali.

(18a)   Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-NCAs jippreżentaw pubblikament rapporti perjodiċi disponibbli dwar l-attivitajiet tagħhom u r-riżorsi tagħhom għal korp governattiv jew parlamentari. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-ħatriet u t-tkeċċija tal-membri tal-korp deċiżjonali, l-ammont ta' riżorsi li ġew allokati fis-sena rilevanti u kwalunkwe tibdil f'dan l-ammont meta mqabbel mas-snin preċedenti. Dawn ir-rapporti għandhom jintbagħtu fil-livell tal-Unjoni.

(19)  L-NCAs jirrikjedu gabra minima ta' setgħat investigattivi u deċiżjonali komuni sabiex ikunu jistgħu jinfurzaw b'mod effettiv l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE.

(20)  L-NCAs jenħtieġ li jingħataw is-setgħa sabiex ikollhom setgħat effettivi ta' investigazzjoni sabiex jidentifikaw kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma pprojbiti mill-Artikolu 101 tat-TFUE jew kwalunkwe abbuż ta' pożizzjoni dominanti pprojbit mill-Artikolu 102 tat-TFUE fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti quddiemhom.

(21)  Is-setgħat investigattivi tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jridu jkunu adegwati biex jilħqu l-isfidi tal-infurzar tal-ambjent diġitali u jenħtieġ li jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li jiksbu l-informazzjoni kollha f'forma diġitali, inkluża d-dejta miksuba b'mod forensiku, relatata mal-impriża jew l-assoċjazzjoni ta' impriżi li tkun soġġetta għall-miżura ta' investigazzjoni, irrispettivament mill-mezz li tkun maħżuna fuqu, bħal pereżempju fuq laptops, telefowns mobbli, apparat mobbli ieħor u cloud storage.

(22)  L-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jenħtieġ li jingħataw is-setgħa li jispezzjonaw il-bini kemm ta' impriżi kif ukoll ta' assoċjazzjonijiet ta' impriżi li jkunu s-suġġett ta' proċedimenti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, kif ukoll ta' atturi tas-suq oħra li jista' jkollhom informazzjoni li tkun rilevanti għal dawn il-proċedimenti. L-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu dawn l-ispezzjonijiet meta jkun hemm tal-anqas bażi raġonevoli biex jiġi ssuspettat il-ksur tal-Artikolu 101 jew tal-Artikolu 102 tat-TFUE. Din id-Direttiva ma tipprevjenix lill-Istati Membri milli jirrikjedu awtorizzazzjoni minn qabel minn awtorità ġudizzjarja nazzjonali għal tali spezzjonijiet.

(23)  Sabiex tkun effettiva, is-setgħa tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni biex iwettqu spezzjonijiet jenħtieġ li tippermettilhom jaċċessaw informazzjoni li tkun aċċessibbli għall-impriża jew għall-assoċjazzjoni ta' impriżi jew għall-persuna soġġetta għall-ispezzjoni, u li tkun relatata mal-impriża investigata.

(24)  Sabiex jiġi evitat id-dewmien bla bżonn tal-ispezzjonijiet, l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jkomplu jagħmlu tfittxijiet għal kopji jew siltiet minn kotba u rekords relatati man-negozju tal-impriża jew tal-assoċjazzjoni ta' impriżi li jkunu qed jiġu spezzjonati, fil-bini tal-awtorità jew f'postijiet indikati oħra.

(25)  L-esperjenza turi li r-rekords tan-negozju jistgħu jinżammu fid-djar tad-diretturi jew ta' persuni oħra li jaħdmu għal impriża, speċjalment biż-żieda fl-użu ta' arranġamenti ta' ħidma aktar flessibbli. Sabiex jiġi żgurat li l-ispezzjonijiet ikunu effettivi, l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jidħlu fi kwalunkwe bini, inklużi djar privati, meta jkun hemm suspett raġonevoli li jkunu qegħdin jinżammu rekords tan-negozju li jistgħu jkunu rilevanti sabiex jiġi ppruvat ksur ▌tal-Artikolu 101 jew tal-Artikolu 102 tat-TFUE. L-eżerċizzju ta' din is-setgħa jenħtieġ li jkun soġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel ta' awtorità ġudizzjarja. Dan ma jwaqqafx lill-Istati Membri milli jgħaddu l-kompiti ta' awtorità ġudizzjarja nazzjonali lil awtorità amministrattiva nazzjonali tal-kompetizzjoni li f'każijiet ta' urġenza estrema taġixxi bħala awtorità ġudizzjarja.

(26)  L-NCAs jenħtieġ li jkollhom setgħat effettivi sabiex jitolbu li tiġi pprovduta l-informazzjoni neċessarja sabiex jinstab kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma pprojbiti mill-Artikolu 101 tat-TFUE jew kwalunkwe abbuż ipprojbit mill-Artikolu 102 tat-TFUE. Dan jenħtieġ li jinkludi d-dritt li jitolbu l-informazzjoni maħżuna fi kwalunkwe forma, inklużi emails u messaġġi tas-sistema ta' messaġġi instantanji, u irrispettivament minn fejn tkun maħżuna, inkluż fi clouds u fuq servers, bil-kundizzjoni li tkun aċċessibbli għad-destinatarju tat-talba għall-informazzjoni. Jenħtieġ li dak id-dritt ma jirriżultax f'obbligu fuq l-impriża li jkun sproporzjonat għar-rekwiżiti tal-investigazzjoni, pereżempju, ma jirriżultax fi spejjeż jew sforzi mhux xierqa mġarrba mill-impriża. Filwaqt li d-dritt li tintalab informazzjoni huwa kruċjali biex jinstab il-ksur, tali talba jenħtieġ li tkun xierqa fl-ambitu. Tali talbiet jenħtieġ li ma jġegħlux impriża tammetti li wettqet ksur, li mbagħad ikun ir-responsabbiltà tal-NCAs li tippruvah. L-esperjenza turi li l-informazzjoni pprovduta fuq bażi volontarja minn partijiet terzi, bħal kompetituri, klijenti u konsumaturi fis-suq, tista' tkun ukoll sors siewi ta' informazzjoni għal infurzar infurmat kif ukoll sod, u l-NCAs jenħtieġ li jinkoraġġixxu dan.

(27)  L-NCAs jenħtieġ li jkollhom mezzi effettivi sabiex jerġgħu jistabbilixxu l-kompetizzjoni fis-suq billi jimponu rimedji strutturali u ta' aġir proporzjonati, li jkunu proporzjonati għall-ksur imwettaq u li jkunu neċessarji sabiex iwaqqfu l-ksur.

(27a)  Miżuri interim jistgħu jkunu għodda importanti biex jiġi żgurat li, filwaqt li tkun għaddejja investigazzjoni, il-ksur investigat ma jagħmilx ħsara serja u irreparabbli lill-kompetizzjoni u b'hekk iwassal għal żviluppi tas-suq li jkunu diffiċli ħafna biex jitreġġgħu lura minn kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn NCA fit-tmiem il-proċedimenti. Sabiex tiġi evitata din il-ħsara irreparabbli għall-kompetizzjoni, l-NCAs jenħtieġ li jkunu kapaċi jimponu miżuri provviżorji. Madankollu, din id-Direttiva ma tipprevjenix lill-NCAs milli jimponu miżuri interim f'każijiet xierqa oħra. Deċiżjoni li tordna miżuri interim jenħtieġ li tkun valida biss għal perjodu speċifikat, jew sakemm il-proċedimenti minn NCA jiġu konklużi, jew għal perjodu ta' żmien fiss li jista' jiġġedded dment li jkun neċessarju u xieraq. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-adegwatezza ta' dawn il-miżuri tista' tiġi rieżaminata fi proċeduri ta' appell aċċellerati. Bl-għan li tippermetti lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jittrattaw l-iżviluppi fi swieq li joperaw b'pass mgħaġġel, il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina l-għażliet disponibbli jew biex tħaffef il-proċedimenti quddiem l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 jew biex tissimplifika l-adozzjoni ta' miżuri interim. Jenħtieġ li twettaq studju u tippreżenta r-riżultati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-tmiem l-2020 u jekk ikun xieraq, tissottometti proposta leġiżlattiva. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li joħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji biex jiżguraw li l-NCAs ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-miżuri interim fil-prattika.

(28)  Meta, waqt proċedimenti li jistgħu jwasslu biex ftehim jew prattika jiġu pprojbiti, impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi joffru lill-NCAs impenji li jissodisfaw it-tħassib tagħhom, dawn l-awtoritajiet jenħtieġ li jkunu jistgħu jadottaw deċiżjonijiet li jagħmlu dawn l-impenji vinkolanti għall-impriżi kkonċernati kif ukoll inforzabbli kontrihom. Fil-prinċipju, deċiżjonijiet ta' impenn bħal dawn mhumiex adattati f'każijiet ta' kartelli sigrieti, li fir-rigward tagħhom l-NCAs jenħtieġ li jimponu multa. Deċiżjonijiet ta' impenn bħal dawn jenħtieġ li jaċċertaw li ma jkunx hemm aktar raġunijiet għal azzjoni mill-NCAs, mingħajr ma jikkonkludu jekk kienx hemm ksur jew le tal-Artikolu 101 jew tal-Artikolu 102 tat-TFUE. Id-deċiżjonijiet ta' impenn huma mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-qrati tal-Istati Membri li jikkonstataw ksur bħal dan u jieħdu deċiżjoni fuq il-każ. Barra minn hekk, mezzi effettivi li jimmonitorjaw il-konformità minn impriżi mal-impenji u li jimponu sanzjonijiet f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità wrew li huma għodod effettivi għall-awtoritajiet tal-kompetizzjoni. F'każijiet fejn kien hemm bidla materjali fi kwalunkwe wieħed mill-fatti li fuqu hija bbażata deċiżjoni jew meta impriża taġixxi kontra l-impenji tagħha, jew meta deċiżjoni kienet ibbażata fuq informazzjoni mhux kompluta, inkorretta jew qarrieqa pprovduta mill-partijiet, l-NCAs jenħtieġ li jkollhom mezzi effettivi biex jerġgħu jiftħu l-proċedimenti.

(29)  Sabiex jiġi żgurat infurzar effettiv u uniformi tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jimponu multi effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta' impriżi għall-ksur tal-Artikoli 101 jew 102 tat-TFUE, jew direttament huma stess fi proċedimenti amministrattivi jew inkella jippruvaw jimponu l-multi permezz ta' proċedimenti ġudizzjarji mhux kriminali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jipprevedu l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet mill-qrati fi proċedimenti kriminali għall-ksur tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE.

(30)  Sabiex jiġi żgurat li l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta' impriżi jikkonformaw mas-setgħat deċiżjonali u ta' investigazzjoni tal-NCAs, l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jridu jkunu jistgħu jimponu multi effettivi għan-nuqqas ta' konformità kif ukoll il-ħlasijiet ta' penali perjodiċi sabiex jesiġu konformità ma' dawn is-setgħat, jew direttament huma stess fi proċedimenti amministrattivi jew inkella jippruvaw jimponu l-multi permezz ta' proċedimenti ġudizzjarji mhux kriminali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jipprevedu l-impożizzjoni ta' tali multi mill-qrati fi proċedimenti ġudizzjarji kriminali. Barra minn hekk, din id-Direttiva la taffettwa r-regoli nazzjonali dwar l-istandard tal-provi u lanqas l-obbligi tal-NCAs sabiex jaċċertaw il-fatti marbutin ma' każ rilevanti, dment li dawn ir-regoli u l-obbligi jkunu kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. Il-multi u l-ħlasijiet ta' penali perjodiċi jenħtieġ li jiġu ddeterminati b'mod proporzjonali għall-fatturat totali tal-impriżi u tal-assoċjazzjonijiet ta' impriżi kkonċernati.

(31)  Sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni effettiva u uniformi tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, il-kunċett ta' impriża, kif qiegħed fl-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, jenħtieġ li jiġi applikat skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, bħala li jindika unità ekonomika, anki jekk din tkun magħmula minn diversi persuni ġuridiċi jew fiżiċi. Għaldaqstant, l-NCAs jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw il-kunċett ta' impriża sabiex isibu l-kumpanija prinċipali responsabbli, u jimponu multi fuqha, għall-aġir ta' waħda mis-sussidjarji tagħha meta din il-kumpanija prinċipali u s-sussidjarja tagħha jiffurmaw unità ekonomika waħda. Sabiex jiġi evitat li l-impriżi jaħarbu mir-responsabbiltà tal-multi għall-ksur tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE permezz ta' bidliet legali jew organizzattivi, l-NCAs jenħtieġ li jkunu jistgħu jsibu s-suċċessuri legali jew ekonomiċi għall-impriża responsabbli, u jimponu multi fuqhom, għal ksur tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(32)  Sabiex jiġi żgurat li l-multi imposti għal ksur tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE jirriflettu l-importanza ekonomika tal-ksur, l-NCAs jenħtieġ li jqisu l-gravità tal-ksur. L-NCAs jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu wkoll multi li jkunu proporzjonali għat-tul ta' żmien tal-ksur. Dawn il-fatturi jenħtieġ li jiġu vvalutati skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, fir-rigward tal-valutazzjoni tal-gravità ta' ksur, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea stabbiliet li jridu jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi tal-każ, il-kuntest li fih ikun seħħ il-ksur u l-effett deterrent tal-multi. Fatturi li jistgħu jiffurmaw parti minn din il-valutazzjoni huma l-fatturat għall-prodotti u s-servizzi li fir-rigward tiegħu jkun twettaq il-ksur u d-daqs u s-saħħa ekonomika tal-impriża, anke jekk tkun impriża żgħira u ta' daqs medju b'portafoll tal-prodotti limitat, billi dawn jirriflettu l-influwenza li l-impriża kienet kapaċi tagħmel fuq is-suq. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' ksur ripetut mill-istess awtur juri l-propensità tiegħu li jwettaq tali ksur u għalhekk huwa indikazzjoni sinifikanti ħafna tal-gravità tal-imġiba inkwistjoni, u għalhekk tal-ħtieġa li jiżdied il-livell tal-penali sabiex tintlaħaq deterrenza effettiva. Meta l-NCAs jistabbilixxu l-multa li għandha tiġi imposta, jenħtieġ li jikkunsidraw il-valur tal-bejgħ tal-prodotti u s-servizzi tal-impriża li miegħu jkun marbut direttament jew indirettament il-ksur. Bl-istess mod, l-NCAs jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jżidu l-multa li għandha tiġi imposta fuq impriża jew fuq assoċjazzjoni ta' impriżi li tkompli bl-istess ksur, jew twettaq ksur simili wara li l-Kummissjoni jew awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tkun ħadet deċiżjoni li ssib li l-istess impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi tkun kisret l-Artikoli 101 jew 102 tat-TFUE. Barra minn hekk, l-NCAs jenħtieġ li jqisu l-vijabbiltà ekonomika tal-impriża kkonċernata u kull kumpens imħallas b'riżultat ta' soluzzjoni konsenswali, skont l-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4).

(33)  L-esperjenza wriet li l-assoċjazzjonijiet ta' impriżi b'mod regolari għandhom rwol fil-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni u l-NCAs jenħtieġ li jkunu jistgħu jimmultaw b'mod effettiv lil dawn l-assoċjazzjonijiet. Meta tkun qiegħda tiġi valutata l-gravità tal-ksur sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-multa fi proċedimenti mressqa kontra assoċjazzjonijiet ta' impriżi meta l-ksur ikun jirrigwarda l-attivitajiet tal-membri tagħhom, jenħtieġ li tiġi kkunsidrata s-somma tal-bejgħ mill-impriżi li jkunu membri tal-assoċjazzjoni tal-prodotti u s-servizzi, li magħha jkun marbut direttament jew indirettament il-ksur. Sabiex jiġi żgurat l-irkupru effettiv tal-multi imposti fuq assoċjazzjonijiet ta' impriżi għall-ksur li jikkommettu, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li fuqhom l-NCAs ikunu jistgħu jesiġu l-ħlas ta' multa mill-membri tal-assoċjazzjoni meta l-assoċjazzjoni ma tkunx solventi. Meta jseħħ dan, l-NCAs jenħtieġ li jagħtu kas għall-kobor relattiv tal-impriżi li jappartjenu għall-assoċjazzjoni, u b'mod partikolari għas-sitwazzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Il-ħlas ta' multa minn membru jew minn diversi membri ta' assoċjazzjoni jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-liġi nazzjonali li jipprevedu l-irkupru tal-ammont imħallas minn membri oħra tal-assoċjazzjoni.

(34)  L-effett dissważiv tal-multi jvarja ħafna fl-Ewropa u f'xi Stati Membri l-ammont massimu tal-multa li jista' jkun stabbilit huwa baxx ħafna. Sabiex jiġi żgurat li l-NCAs jistgħu jistabbilixxu multi ta' deterrent, l-ammont massimu tal-multa jenħtieġ li jiġi stabbilit f'livell ta' mhux inqas minn 10 % tal-fatturat dinji totali tal-impriża kkonċernata. Dan jenħtieġ li ma jimpedixxix lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu ammont massimu ogħla bħala multa.

(35)  Il-programmi ta' klemenza huma għodda ewlenija għall-kxif ta' kartelli sigrieti u għalhekk jikkontribwixxu għall-prosekuzzjoni effiċjenti tal-aktar ksur serju tad-dritt tal-kompetizzjoni u għall-impożizzjoni ta' penali għalih. Madankollu, fil-preżent hemm differenzi sinifikanti bejn il-programmi ta' klemenza applikabbli fl-Istati Membri. Dawn id-differenzi jwasslu għal inċertezza legali min-naħa tal-impriżi kontraventuri rigward il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu japplikaw għall-klemenza kif ukoll dwar l-istatus tal-immunità tagħhom skont il-programm(i) ta' klemenza rispettiv(i). Din l-inċertezza tista' ddgħajjef l-inċentivi għall-applikanti potenzjali għall-klemenza sabiex japplikaw għall-klemenza. Dan imbagħad jista' jwassal għal infurzar anqas effettiv tal-kompetizzjoni fl-Unjoni, billi jinkixfu anqas kartelli sigrieti.

(36)  Id-differenzi bejn il-programmi ta' klemenza fuq il-livell tal-Istati Membri jipperikolaw ukoll il-kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi li joperaw fis-suq intern. Għalhekk huwa f'loku li tiżdied iċ-ċertezza legali billi jitnaqqsu dawn id-differenzi billi jiġi żgurat li l-NCAs kollha jkunu jistgħu jagħtu immunità u jnaqqsu l-multi kif ukoll jaċċettaw applikazzjonijiet fil-qosor bl-istess kundizzjonijiet. Sabiex jiġi żgurat grad saħansitra akbar taċ-ċertezza legali għall-impriżi fis-suq intern u biex tissaħħaħ l-attrattività tal-programmi ta' klemenza fl-Unjoni kollha, hemm bżonn ta' aktar sforzi mill-Istati Membri billi jallinjaw il-kundizzjonijiet ta' klemenza tagħhom.

(37)  L-NCAs jenħtieġ li jagħtu lill-impriżi immunità mill-multi u tnaqqis tal-multi jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. L-impriżi jenħtieġ li jitqiesu li pprovdew lil awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni b'evidenza fir-rigward ta' kartell sigriet li tippermetti l-konstatazzjoni ta' ksur tal-Artikolu 101 tat-TFUE jekk dik l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni ma jkollhiex evidenza suffiċjenti biex issib il-ksur tal-Artikolu 101 tat-TFUE b'rabta mal-istess kartell fil-mument tas-sottomissjoni ta' din l-evidenza mill-impriża.

(38)  L-applikanti jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li japplikaw għall-klemenza bil-miktub jew fejn ikun xieraq, b'mezzi oħra li ma jirriżultawx fil-produzzjoni ta' dokumenti, informazzjoni, jew materjal ieħor fil-pussess, il-kustodja, jew il-kontroll tal-applikant. Għal dan il-għan, l-NCAs jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ sistema li tippermettilhom li jaċċettaw dikjarazzjonijiet ta' klemenza kemm bil-fomm kif ukoll permezz ta' mezzi oħra, inkluż f'forma diġitali. Barra minn hekk, sabiex jitnaqqsu piżijiet amministrattivi u piżijiet oħra konsiderevoli f'termini ta' ħin li jirrigwardaw applikazzjonijiet multipli, jenħtieġ li jkun possibbli għall-applikanti li jippreżentaw applikazzjonijiet ta' klemenza mhux biss fil-lingwa uffiċjali tal-NCA rilevanti, iżda wkoll f'lingwa operattiva oħra tal-Unjoni.

(39)  Fid-dawl tal-kompetenzi kondiviżi bejn il-Kummissjoni u l-NCAs għall-infurzar tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, huwa importanti li tkun stabbilita sistema ta' applikazzjonijiet fil-qosor li tiffunzjona sew. L-applikanti li jkunu applikaw għall-klemenza mal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta' allegat kartell sigriet jenħtieġ li jkunu jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet fil-qosor fir-rigward tal-istess kartell lill-NCAs li huma jqisu adegwati. L-NCAs jenħtieġ li jaċċettaw applikazzjonijiet fil-qosor li jkun fihom ġabra minima ta' informazzjoni fir-rigward tal-allegat kartell u ma jitolbux informazzjoni addizzjonali apparti din il-ġabra minima qabel ma jkun beħsiebhom jieħdu azzjoni dwar il-każ. Madankollu, huwa l-oneru tal-applikanti li jinfurmaw lill-NCAs li lilhom ikunu ssottomettew l-applikazzjonijiet fil-qosor jekk jinbidel il-kamp ta' applikazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom għall-klemenza mal-Kummissjoni. L-NCAs jenħtieġ li jipprovdu lill-applikanti konferma tar-riċevuta li tindika d-data u l-ħin tar-riċevuta, u jinfurmaw lill-applikant jekk ikunux diġà rċevew applikazzjoni fil-qosor jew applikazzjoini għall-klemenza preċedenti fir-rigward tal-istess kartell, ħlief meta dan ikun jaffettwa b'mod negattiv l-integrità ta' investigazzjoni. Ladarba l-Kummissjoni tkun iddeċidiet li ma tiħux azzjoni dwar każ b'mod sħiħ jew parzjali, l-applikanti jenħtieġ li jkollhom l-opportunità li jissottomettu applikazzjonijiet sħaħ għall-klemenza lill-NCAs li lilhom ikunu ssottomettew applikazzjonijiet fil-qosor.

(40)  L-inċertezza legali dwar jekk l-impjegati tal-impriżi humiex protetti minn sanzjonijiet individwali tista' żomm applikanti potenzjali milli japplikaw għall-klemenza. L-impjegati u d-diretturi attwali u mgħoddija tal-impriżi li japplikaw għall-immunità mill-multi għand l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni għalhekk jenħtieġ li jiġu protetti minn kwalunkwe sanzjoni imposta mill-awtoritajiet pubbliċi għall-involviment tagħhom fil-kartell sigriet kopert mill-applikazzjoni. Tali protezzjoni jenħtieġ li tingħata bil-kundizzjoni li l-impjegati u d-diretturi jikkooperaw effettivament mal-NCAs ikkonċernati u li l-applikazzjoni għall-immunità ssir qabel il-bidu tal-proċedimenti kriminali.

(41)  F'sistema ta' setgħat paralleli għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, hija meħtieġa kooperazzjoni mill-qrib bejn l-NCAs u bejn l-NCAs u l-Kummissjoni. B'mod partikolari meta NCA twettaq spezzjoni f'isem NCA oħra skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, jenħtieġ li tkun possibbli l-preżenza u l-assistenza tal-uffiċjali mill-awtorità li tagħmel it-talba, sabiex tiżdied l-effettività ta' dawn l-ispezzjonijiet billi jiġu pprovduti riżorsi, għarfien u kompetenza teknika addizzjonali.

(42)  Bl-istess mod, jenħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti sabiex l-NCAs ikunu jistgħu jitolbu assistenza reċiproka għan-notifika tal-oġġezzjonijiet u d-deċiżjonijiet preliminari u tal-infurzar tad-deċiżjonijiet li jimponu multi jew ħlasijiet perjodiċi meta l-impriża kkonċernata ma jkollhiex preżenza legali fit-territorju tagħhom. Dan jiżgura l-infurzar effettiv tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u jikkontribwixxi għall-funzjonament korrett tas-suq intern. Sabiex jiġi żgurat li l-NCAs jagħmlu tentattivi raġonevoli biex jinfurzaw deċiżjoni li timponi multi jew ħlas perjodiku ta' penali qabel titlob assistenza reċiproka, l-awtoritajiet rikjedenti jenħtieġ li jintalbu jinfurzaw tali deċiżjonijiet biss sal-punt li l-impriża kkonċernata ma jkollhiex preżenza legali, jew evidentement ma jkollhiex biżżejjed assi, fl-Istat Membru tal-NCA li titlob assistenza reċiproka. Sabiex jiġi żgurat li l-NCAs jiddedikaw biżżejjed riżorsi għat-talbiet għal assistenza reċiproka u sabiex jinċentivaw tali assistenza, l-awtoritajiet rikjedenti jenħtieġ li jkunu kapaċi jirkupraw l-ispejjeż relatati.

(43)  Sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE mill-NCAs, hemm bżonn li jiġu pprovduti regoli effikaċi dwar is-sospensjoni tal-perjodi ta' limitazzjoni. B'mod partikolari, f'sistema ta' setgħat paralleli, il-perjodi ta' limitazzjoni nazzjonali jinħtieġ li jiġu sospiżi għat-tul ta' żmien tal-proċedimenti quddiem l-NCAs ta' Stat Membru ieħor jew quddiem il-Kummissjoni. Dan ma jimpedix lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu perjodi ta' limitazzjoni assoluti, bil-kundizzjoni li t-tul ta' dawn il-perjodi taż-żmien assoluti ma jrendix l-infurzar effettiv tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE prattikament impossibbli jew diffiċli żżejjed.

(44)  Sabiex ikun żgurat li l-każijiet jiġu ttrattati b'mod effiċjenti u effettiv fi ħdan in-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni, f'dawk l-Istati Membri fejn awtorità amministrattiva nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollha l-kompetenza sabiex tinvestiga ksur tal-Artikoli 101 jew 102 tat-TFUE u awtorità ġudizzjarja nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollha l-kompetenza sabiex tadotta deċiżjoni li tikkonstata l-ksur u / jew li timponi l-multa, l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jressqu direttament l-azzjoni quddiem l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, billi l-qrati nazzjonali jaġixxu bħala qrati ta' rieżami fi proċedimenti mressqa kontra deċiżjonijiet ta' infurzar ta' NCAs li japplikaw l-Artikoli 101 jew 102, l-awtoritajiet aministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jenħtieġ li bi dritt jipparteċipaw bħala prosekutur, konvenut jew intimat f'dawn il-proċedimenti, u jgawdu l-istess drittijiet ta' din il-parti f'dawn il-proċedimenti.

(45)  Ir-riskju li jiġi divulgat materjal awtoinkriminanti barra l-kuntest tal-investigazzjoni li għall-iskopijiet tagħha jkun ingħata, jista' jdgħajjef l-inċentivi għall-applikanti potenzjali għall-klemenza sabiex jikkooperaw mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni. Minħabba f'hekk, irrispettivament mill-forma li fiha jiġu ppreżentati d-dikjarazzjonijiet ta' klemenza, l-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet ta' klemenza li tinkiseb permezz tal-aċċess għall-fajl jenħtieġ li tintuża biss fejn ikun meħtieġ għall-eżerċitar tad-drittijiet tad-difiża fi proċedimenti quddiem il-qrati tal-Istati Membri f'ċerti każijiet limitati ħafna li jkunu direttament marbuta mal-każ li fih ikun ingħata l-aċċess. Dan ma għandux iżomm lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni milli jippubblikaw id-deċiżjonijiet tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli.

(46)  L-evidenza hija element importanti fl-infurzar tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. L-NCAs jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkunsidraw l-evidenza rilevanti irrispettivament minn jekk din issirx bil-miktub, bil-fomm jew f'forma rrekordjata, inklużi rikordings sigrieti magħmula minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi bil-kundizzjoni li dawn ma jkunx l-uniku sors ta' evidenza. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt li jinstemgħu.

(47)  Sabiex issostni kooperazzjoni mill-qrib fin-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li żżomm, tiżviluppa, tospita, tħaddem u tappoġġa sistema ċentrali ta' informazzjoni (is-Sistema tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni) f'konformità mal-istandards rilevanti dwar il-kunfidenzjalità, il-protezzjoni tad-dejta u s-sigurtà tad-dejta. In-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni jiddependi fuq l-interoperabilità għall-funzjonament effettiv u effiċjenti tiegħu. Il-baġit ġenerali tal-Unjoni jenħtieġ li jerfa' l-ispejjeż tal-manutenzjoni, l-iżvilupp, l-ospitar, l-appoġġ għall-utenti u t-tħaddim tas-sistema ċentrali ta' informazzjoni kif ukoll spejjeż amministrattivi oħra mġarrba b'rabta mal-funzjonament tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni, b'mod partikolari l-ispejjeż relatati mal-organizzazzjoni tal-laqgħat. Sal-2020, l-ispejjeż għas-Sistema tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni huma previsti li jiġu koperti mill-programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (il-programm ISA2), soġġetti għad-disponibbiltà tar-riżorsi u għall-kriterji ta' eleġibbiltà u ta' prijorità tal-programm.

(48)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat li l-NCAs ikollhom il-garanziji neċessarji ta' indipendenza u riżorsi u setgħat ta' infurzar u mmultar sabiex ikunu jistgħu japplikaw b'mod effettiv l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u d-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni b'mod parallel għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, u li jiġi żgurat il-funzjonament effikaċi tas-suq intern u tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, u billi dan l-objettiv minħabba r-rekwiżiti tal-effettività u tal-uniformità meħtieġa fl-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE jista' jintlaħaq aħjar mill-Unjoni waħedha, b'mod partikolari minħabba l-kamp ta' applikazzjoni territorjali tiegħu, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan il-għan.

(49)  Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni,(5) l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f'każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. F'dak li għandu x'jaqsam ma' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' dawn id-dokumenti hija ġustifikata.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi ċerti regoli sabiex ikun żgurat li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom il-garanziji meħtieġa ta' indipendenza u riżorsi u setgħat ta' infurzar u mmultar sabiex ikunu jistgħu japplikaw b'mod effettiv l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, sabiex il-kompetizzjoni fis-suq intern ma tiġix imfixkla u l-konsumaturi u l-impriżi, b'mod partikolari l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, ma jitpoġġewx fi żvantaġġ minn liġijiet u miżuri nazzjonali li jimpedixxu lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni milli jkunu inforzaturi effettivi. Il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva jkopri l-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni applikati b'mod parallel mal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE għall-istess każ, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 29(2) li jestendi ruħu wkoll għall-applikazzjoni esklussiva tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni.

2.  Din id-Direttiva tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-assistenza reċiproka sabiex jiġi salvagwardjat l-funzjonament mingħajr problemi tas-suq intern u s-sistema ta' kooperazzjoni mill-qrib fin-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)   "awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni" tfisser awtorità nnominata minn Stat Membru skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li tkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw awtorità amministrattiva waħda jew aktar ("awtorità amministrattiva nazzjonali tal-kompetizzjoni"), kif ukoll awtoritajiet ġudizzjarji ("awtorità ġudizzjarja nazzjonali tal-kompetizzjoni") sabiex iwettqu dawn il-funzjonijiet;

(2)   "awtorità tal-kompetizzjoni" tfisser awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni jew il-Kummissjoni jew it-tnejn, skont xi jkun jitlob il-kuntest;

(3)   "Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni" tfisser in-Netwerk ta' awtoritajiet pubbliċi ffurmat mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-Kummissjoni sabiex jipprovdi forum għad-diskussjoni u l-kooperazzjoni fl-applikazzjoni u l-infurzar tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE;

(4)  "dispożizzjonijiet nazzjonali ekwivalenti" tfisser dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jsegwu prinċipalment l-istess għan bħall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u li jiġu applikati għall-istess każ u b'mod parallel mal-liġi tal-antitrust tal-Unjoni skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, bl-eċċezjoni għall-użu tal-informazzjoni meħuda minn dikjarazzjonijiet ta' klemenza u sottomissjonijiet għas-saldu kif imsemmija fl-Artikolu 29(2), u bl-esklużjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimponu pieni kriminali fuq persuni fiżiċi.

(5)   "qorti nazzjonali" tfisser qorti jew tribunal nazzjonali skont l-Artikolu 267 tat-TFUE;

(6)   "qorti ta' rieżami" tfisser qorti nazzjonali li jkollha s-setgħa bil-mezzi ta' appell ordinarji li teżamina mill-ġdid id-deċiżjonijiet ta' awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni jew li teżamina mill-ġdid is-sentenzi li jagħmlu dikjarazzjonijiet dwar dawk id-deċiżjonijiet, irrispettivament minn jekk dik il-qorti jkollhiex hija stess is-setgħa li ssib ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni;

(7)   "proċedimenti" tfisser il-proċedimenti quddiem awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 jew l-Artikolu 102 tat-TFUE, sakemm dik l-awtorità tkun għalqet dawk il-proċedimenti billi tieħu deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 9 jew fl-Artikolu 11 jew tkun ikkonkludiet li ma jkunx hemm raġunijiet għal aktar azzjoni min-naħa tagħha, jew fil-każ tal-Kummissjoni, tfisser proċedimenti quddiemha għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 jew l-Artikolu 102 tat-TFUE sakemm hija tkun għalqet dawn il-proċedimenti billi tieħu deċiżjoni skont l-Artikoli 7, 9 jew 10 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jew tkun ikkonkludiet li ma jkunx hemm raġunijiet għal aktar azzjoni min-naħa tagħha;

(8)   "impriża" kif imsemmija fl-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, tfisser kwalunkwe entità involuta f'attività kummerċjali, irrispettivament mill-istatus legali tagħha jew il-mod li bih tkun iffinanzjata skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

(9)   "kartell sigriet" tfisser ftehim u / jew prattika miftiehma bejn żewġ kompetituri jew iktar bl-iskop li jikkoordinaw l-imġiba kompetittiva tagħhom fis-suq u / jew li jinfluwenzaw il-parametri rilevanti tal-kompetizzjoni permezz ta' prattiki bħall-iffissar tal-prezzijiet tax-xiri jew tal-bejgħ jew kundizzjonijiet oħra tal-kummerċ, l-allokazzjoni ta' kwoti ta' produzzjoni jew bejgħ, il-kondiviżjoni tas-swieq inkluż l-immanuvrar tal-offerti, ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u / jew azzjonijiet antikompetittivi kontra kompetituri oħra, li ma jkunux, parzjalment jew kompletament, magħrufa ħlief għall-parteċipanti;

(10)   "immunità mill-multi" tfisser li ma tiġi imposta l-ebda multa fuq impriża għall-parteċipazzjoni tagħha f'kartell sigriet, bħala kumpens għall-kooperazzjoni tagħha ma' awtorità tal-kompetizzjoni fil-qafas ta' programm ta' klemenza;

(11)   "tnaqqis tal-multi" tfisser li tiġi imposta multa mnaqqsa meta mqabbla mal-multi li kieku jiġu imposti fuq impriża għall-parteċipazzjoni tagħha f'kartell sigriet, bħala kumpens għall-kooperazzjoni tagħha ma' awtorità tal-kompetizzjoni fil-qafas ta' programm ta' klemenza;

(12)   "klemenza" tfisser kemm immunità mill-multi kif ukoll tnaqqis tal-multi;

(13)   "programm ta' klemenza" tfisser programm li jikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-TFUE jew tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni li abbażi tiegħu parteċipant f'kartell sigriet, b'mod indipendenti mill-impriżi l-oħra involuti fil-kartell, jikkoopera ma' investigazzjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni, billi b'mod volontarju l-parteċipant jippreżenta l-għarfien tiegħu dwar il-kartell u r-rwol tiegħu fih, u ta' dan il-parteċipant jirċievi, permezz ta' deċiżjoni jew permezz tat-twaqqif tal-proċedimenti, l-immunità mill-multi li għandhom jiġu imposti għall-involviment tiegħu fil-kartell jew it-tnaqqis tat-tali multi;

(14)   "dikjarazzjoni ta' klemenza" tfisser preżentazzjoni bil-fomm jew bil-miktub ipprovduta b'mod volontarju minn, jew f'isem, impriża jew persuna fiżika lil awtorità tal-kompetizzjoni, jew rekord tagħha, li tiddeskrivi l-għarfien ta' dik l-impriża jew tal-persuna fiżika dwar kartell sigriet u r-rwol tagħha fih, li tkun tfasslet speċifikament biex tiġi ppreżentata lill-awtorità tal-kompetizzjoni bil-għan li tinkiseb immunità jew tnaqqis tal-multi permezz ta' programm ta' klemenza, li ma tinkludix informazzjoni preeżistenti;

(15)   "informazzjoni preeżistenti" tfisser evidenza li tkun teżisti irrispettivament mill-proċedimenti ta' awtorità tal-kompetizzjoni, irrispettivament minn jekk tali informazzjoni tkunx tinsab jew le fil-fajl ta' awtorità tal-kompetizzjoni;

(16)   "sottomissjoni ta' saldu" tfisser preżentazzjoni volontarja minn, jew f'isem, impriża lil awtorità tal-kompetizzjoni li tiddeskrivi r-rikonoxximent tal-impriża jew ir-rinunzja tagħha għal tilwima dwar is-sehem tagħha fi ksur tal-Artikolu 101 tat-TFUE jew tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni u r-responsabbiltà tagħha għal dan il-ksur, li tkun tfasslet speċifikament sabiex tippermetti li l-awtorità tal-kompetizzjoni tapplika proċedura simplifikata jew proċedura mħaffa;

(17)   "applikant" tfisser impriża li tapplika għall-immunità jew għal tnaqqis fil-multi taħt il-programm ta' klemenza;

(18)   "awtorità applikanti" tfisser awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li tagħmel talba għall-assistenza reċiproka kif imsemmija fl-Artikoli 23, 24 jew 25;

(19)   "awtorità li ssirilha t-talba" tfisser awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li tirċievi talba għall-assistenza reċiproka u fil-każ ta' talba għall-assistenza msemmija fl-Artikoli 24 u 25 tista' tfisser l-uffiċċju pubbliku, l-awtorità jew id-dipartiment kompetenti li jkollu r-responsabbiltà prinċipali għall-infurzar ta' tali deċiżjonijiet skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattika amministrattiva nazzjonali.

Ir-referenzi kollha għal applikazzjoni u għall-ksur tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala li jinkludu l-applikazzjoni parallela tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni għall-istess każ.

KAPITOLU II

DRITTIJIET FUNDAMENTALI

Artikolu 3

Salvagwardji

1.  L-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija f'din id-Direttiva mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandu jirrispetta l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.  B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat ikun soġġett għal salvagwardji xierqa rigward id-drittijiet tad-difiża tal-impriżi, inkluż id-dritt li jinstemgħu u d-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedimenti tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE jitwettqu fi żmien raġonevoli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel ma tittieħed deċiżjoni skont l-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jadottaw dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet

KAPITOLU III

INDIPENDENZA U RIŻORSI

Artikolu 4

Indipendenza

1.  Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni meta japplikaw l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma jwettqu d-dmirijiet tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod imparzjali u fl-interessi tal-infurzar effettiv u uniformi ta' dawn id-dispożizzjonijiet, soġġetti għal rekwiżiti proporzjonati tal-obbligu tar-rendikont u mingħajr ma jippreġudikaw il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni fin-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni.

2.  B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

a)   Il-persunal u l-membri tal-korp deċiżjonali tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE b'mod indipendenti minn influwenza politika u kwalunkwe influwenza esterna oħra;

b)   Il-persunal u l-membri tal-korp deċiżjonali tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni ma jistgħux ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet mingħand l-ebda entità governattiva jew entità pubblika jew privata oħra meta jkunu qegħdin iwettqu d-dmirijiet tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE;

c)   Il-persunal u l-membri tal-korp deċiżjonali tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni joqogħdu lura minn kwalunkwe azzjoni li ma tkunx kompatibbli mat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom u l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. L-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandu jkollhom proċeduri stabbiliti sabiex jiżguraw li, għal perjodu raġonevoli wara li jitilqu mill-kariga, il-persunal tagħhom u l-membri tal-korp deċiżjonali joqogħdu lura milli jidħlu f'okkupazzjonijiet li jistgħu jagħtu lok għal kunflitt ta' interessi b'rabta ma' każ speċifiku li fih kienu involuti waqt li kienu fl-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni;

d)   Il-membri tal-korp deċiżjonali tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jitneħħew biss jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom jew ikunu nstabu ħatja ta' mġiba ħażina serja skont il-liġi nazzjonali. Ir-raġunijiet għat-tkeċċija jenħtieġ li jiġu stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali. Huma ma għandhomx jitneħħew għal raġunijiet relatati mat-twettiq tajjeb tad-dmirijiet tagħhom u l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom fl-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE kif definiti fl-Artikolu 5(2);

e)   L-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom is-setgħa li jistabbilixxu l-prijoritajiet tagħhom għat-twettiq tal-kompiti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE kif definiti fl-Artikolu 5(2). Billi l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni huma obbligati jikkunsidraw l-ilmenti li jiġu ppreżentati b'mod formali, dan għandu jinkludi li dawn l-awtoritajiet ikollhom is-setgħa li jirrifjutaw tali lmenti għar-raġuni li ma jqisuhomx bħala prijorità, bl-esklużjoni, meta jkun applikabbli fid-dritt nazzjonali, tal-ilmenti li jkunu ġejjin mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali rilevanti. Dan huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li jirrifjutaw ilmenti għal raġunijiet oħra definiti mil-liġi nazzjonali. Ir-rifjut ta' lment ippreżentat b'mod formali għandu jkun soġġett għal rimedji effettivi skont id-dritt nazzjonali.

ea)   Il-membri tal-korp deċiżjonali tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jintgħażlu u jinħatru skont proċeduri ta' selezzjoni u reklutaġġ ċari u trasparenti stabbiliti minn qabel.

Artikolu 5

Riżorsi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom numru biżżejjed ta' staff ikkwalifikat u biżżejjed riżorsi finanzjarji, tekniċi u teknoloġiċi għad-dispożizzjoni tagħhom għat-twettiq b'mod effettiv tad-dmirijiet tagħhom u għall-eżerċitar tas-setgħat tagħhom meta japplikaw l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE kif stipulat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.  L-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandha tinkludi: it-twettiq ta' investigazzjonijiet sabiex jiġu applikati l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE; it-teħid ta' deċiżjonijiet li japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament 1/2003; l-għoti ta' pariri; u l-kooperazzjoni mill-qrib fin-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u uniformi tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE.

2a.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli u l-proċeduri nazzjonali baġitarji, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jingħataw indipendenza fl-applikazzjoni tal-baġit allokat sabiex iwettqu dmirijiethom kif stipulat fil-paragrafu 2.

2b.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jissottomettu rapporti perjodiċi disponibbli pubblikament dwar l-attivitajiet u r-riżorsi tagħhom lil korp governattiv jew parlamentari. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali rapporti jinkludu informazzjoni dwar il-ħatriet u t-tkeċċijiet tal-membri tal-korp deċiżjonali, l-ammont ta' riżorsi li ġew allokati fis-sena rilevanti u kwalunkwe tibdil f'dan l-ammont meta mqabbel mas-snin preċedenti u għandhom jintbagħtu fil-livell tal-Unjoni.

KAPITOLU IV

SETGĦAT

Artikolu 6

Is-setgħa li l-bini tan-negozju jiġi spezzjonat

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jwettqu l-ispezzjonijiet għal għarrieda meħtieġa tal-impriżi u tal-assoċjazzjonijiet ta' impriżi għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. L-Istati Membri ma jinżammux milli jirrikjedu awtorizzazzjoni minn qabel minn awtorità ġudizzjarja nazzjonali għal tali spezzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom, awtorizzati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni sabiex iwettqu spezzjoni, ikollhom mill-anqas is-setgħa:

a)   li jidħlu fi kwalunkwe bini, biċċa art u f'mezzi tat-trasport tal-impriżi u tal-assoċjazzjonijiet ta' impriżi;

b)   li jeżaminaw il-kotba u reġistri oħra relatati man-negozju irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna, inkluż id-dritt li jaċċessaw informazzjoni li tkun aċċessibbli għall-entità soġġetta għall-ispezzjoni;

c)   li jieħdu jew jiksbu fi kwalunkwe forma kopji jew siltiet minn dawn il-kotba jew ir-reġistri u meta jħossu l-bżonn, li jkomplu jagħmlu tfittxijiet għal dawn il-kopji jew is-siltiet fil-bini tagħhom jew f'postijiet oħra indikati;

d)   li jissiġillaw kwalunkwe proprjetà fejn isir in-negozju kif ukoll kotba jew reġistri għal tul l-ispezzjoni u kemm ikun meħtieġ għaliha.

e)   li jistaqsu lil kwalunkwe rappreżentant jew membru tal-persunal tal-impriża jew tal-assoċjazzjoni ta' impriżi għal spjegazzjonijiet dwar fatti jew dokumenti li għandhom x'jaqsmu mas-suġġett u mal-għan tal-ispezzjoni u biex jirreġistraw it-tweġibiet.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta' impriżi jkunu meħtieġa joqogħdu għall-ispezzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni. Meta impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi topponi spezzjoni ordnata minn awtorità amministrattiva nazzjonali tal-kompetizzjoni jew awtorizzata minn awtorità ġudizzjarja nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jistgħu jiksbu l-assistenza neċessarja tal-pulizija jew ta' aġenzija ekwivalenti tal-infurzar sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni. Assistenza bħal din tista' tinkiseb ukoll bħala miżura ta' prekawzjoni.

Artikolu 7

Is-setgħa li jispezzjonaw bini ieħor

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk ikun jeżisti suspett raġonevoli li kotba jew reġistri oħra relatati man-negozju u mas-suġġett tal-ispezzjoni, li jistgħu jkunu rilevanti sabiex jiġi ppruvat ksur ▌tal-Artikolu 101 jew tal-Artikolu 102 tat-TFUE, ikunu qegħdin jinżammu fi kwalunkwe bini, għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 6, biċċa art jew f'mezzi tat-trasport, inklużi d-djar ta' diretturi, maniġers, u membri oħra tal-persunal tal-impriżi u tal-assoċjazzjonijiet ta' impriżi, l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jwettqu spezzjonijiet għal għarrieda fit-tali bini, biċċa art u f'mezzi tat-trasport.

2.  Spezzjonijiet bħal dawn ma għandhomx jitwettqu mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel ta' awtorità ġudizzjarja nazzjonali, li espressament tistipula l-evidenza għas-sospett raġonevoli msemmija fil-paragrafu 1.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom, awtorizzati mill-qrati nazzjonali sabiex iwettqu spezzjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikollhom mill-anqas is-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 6(1)(a)(b) u (c) u fl-Artikolu 6(2).

Artikolu 8

Talbiet għall-informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu ▌jitolbu lill-impriżi u lill-assoċjazzjonijiet ta' impriżi jipprovdu l-informazzjoni kollha mitluba għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE fi żmien speċifikat u raġonevoli. Tali talbiet għal informazzjoni għandhom ikunu speċifiċi u xierqa għall-kamp ta' applikazzjoni u ma jistgħux iġiegħlu lid-destinatarju jametti ksur tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. Dan l-obbligu għandu jkopri l-informazzjoni li tkun aċċessibbli għall-impriża u għall-assoċjazzjoni ta' impriżi.

Artikolu 9

Konstatazzjoni u terminazzjoni tal-ksur

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jsibu ▌ ksur tal-Artikolu 101 jew 102 tat-TFUE, dawn ikunu jistgħu permezz ta' deċiżjoni jitolbu lill-impriżi u lill-assoċjazzjonijiet ta' impriżi kkonċernati sabiex itemmu dak il-ksur. Għal dan il-għan, huma jistgħu jimponu kwalunkwe rimedju fl-aġir jew strutturali li jkun proporzjonat għall-ksur imwettaq u neċessarju sabiex itemm effettivament il-ksur. Jekk żewġ rimedji jkunu ugwalment effettivi, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandhom jiffavorixxu r-rimedju li jkun l-anqas ta' piż fuq l-impriża. Jekk ikollhom interess leġittimu li jagħmlu dan, huma jistgħu jikkonstataw li twettaq ksur fil-passat.

1a.  Meta l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jiddeċiedu li m'hemm l-ebda raġuni biex ikomplu l-proċedimenti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u għalhekk jagħlqu l-proċedimenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jinfurmaw lill-Kummissjoni b'mod xieraq.

Artikolu 10

Miżuri interim

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni li jkunu qegħdin jaġixxu fuq inizjattiva proprja tagħhom ikunu jistgħu permezz ta' deċiżjoni jordnaw l-impożizzjoni ta' miżuri interim fuq l-impriżi, tal-anqas f'każijiet fejn ikun hemm urġenza minħabba r-riskju ta' ħsara serja u irreparabbli għall-kompetizzjoni u abbażi ta' konstatazzjoni prima facie ta' ksur tal-Artikolu 101 jew tal-Artikolu 102 tat-TFUE. Deċiżjoni bħal din għandha tkun proporzjonata u tapplika jew għal perjodu ta' żmien speċifikat, li jista' jiġi mġedded sakemm dan ikun meħtieġ u xieraq, jew sakemm tittieħed deċiżjoni finali. In-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni għandu jiġi infurmat dwar tali miżuri u l-implimentazzjoni tagħhom.

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-adegwatezza tal-miżuri interim imsemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi riveduta fi proċeduri ta' appell aċċellerati.

Artikolu 11

Impenji

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fi proċedimenti mibdija rigward deċiżjoni li titlob it-temma tal-ksur tal-Artikolu 101 jew tal-Artikolu 102 tat-TFUE, wara li jitolbu l-opinjonijiet tal-parteċipanti fis-suq l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu permezz ta' deċiżjoni jrendu l-impenji vinkolanti offruti mill-impriżi tajbin biex jindirizzaw it-tħassib espress minn dawn l-awtoritajiet. Deċiżjoni bħal din tista' tiġi adottata għal perjodu speċifikat u għandha tikkonkludi li ma jkunx hemm aktar raġunijiet għal azzjoni mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni kkonċernata.

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom setgħat effettivi biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-impenji msemmija fil-paragrafu 1.

1b.  Meta l-impriża kkonċernata taġixxi kontra deċiżjoni ta' impenn, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jistgħu jerġgħu jiftħu l-proċedimenti.

KAPITOLU V

MULTI U ĦLASIJIET PERJODIĊI TA' PENALI

Artikolu 12

Multi fuq l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta' impriżi

1.  Mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jipprevedu l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fi proċedimenti ġudizzjarji kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jew jimponu permezz ta' deċiżjoni fi proċedimenti amministrattivi, jew, fi proċedimenti ġudizzjarji mhux kriminali, jitolbu l-impożizzjoni ta' multi pekunjarji effikaċi, proporzjonati u ta' deterrent fuq impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi meta, b'intenzjoni jew b'negliġenza, dawn jiksru l-Artikoli 101 jew 102 tat-TFUE.

2.  Mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jipprevedu l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fi proċedimenti ġudizzjarji kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jew jimponu permezz ta' deċiżjoni fi proċedimenti amministrattivi, jew, fi proċedimenti ġudizzjarji mhux kriminali, jitolbu l-impożizzjoni ta' multi pekunjarji effettivi, proporzjonati u ta' deterrent fuq impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi, li jiġu ddeterminati b'mod proporzjonali għall-fatturat dinji totali tagħhom, meta b'intenzjoni jew b'negliġenza:

a)  huma jonqsu milli jikkonformaw mal-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2);

b)  ikunu nkisru s-siġilli mwaħħla mill-uffiċjali jew persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(d);

c)  għal mistoqsija msemmija fl-Artikolu 6(1)(e), huma jagħtu tweġiba mhux korretta jew qarrieqa, jonqsu milli jipprovdu jew jirrifjutaw milli jipprovdu tweġiba sħiħa jew jonqsu milli jirrettifikaw, f'perjodu ta' żmien stabbilit mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, tweġiba mhux korretta, qarrieqa jew mhux kompluta mogħtija minn membru tal-persunal;

d)  huma jagħtu informazzjoni żbaljata, mhux kompluta jew qarrieqa bi tweġiba għal talba ▌msemmija fl-Artikolu 8 jew ma jipprovdux l-informazzjoni fil-limitu ta' żmien speċifikat;

e)  huma jonqsu milli jikkonformaw ma' deċiżjoni msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kunċett ta' impriża jiġi applikat għall-iskop tal-impożizzjoni ta' multi fuq il-kumpaniji prinċipali u s-suċċessuri legali u ekonomiċi tal-impriżi.

Artikolu 13

Kalkolu tal-multi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jistabbilixxu l-ammont tal-multa għal ksur tal-Artikolu 101 jew tal-Artikolu 102 tat-TFUE, huma jikkunsidraw kemm il-gravità kif ukoll it-tul ta' żmien tal-ksur. Jistgħu jkunu inklużi fatturi bħalma huma d-daqs u s-setgħa tas-suq tal-impriża u jekk il-ksur huwiex ripetut.

1a.  Meta jiġi stabbilit l-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta minħabba ksur tal-Artikoli 101 jew 102 tat-TFUE, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jistgħu, skont l-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2014/104/UE, jikkunsidraw kwalunkwe kumpens imħallas b'riżultat ta' soluzzjoni kunsenswali.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tiġi imposta multa fuq assoċjazzjoni ta' impriżi, filwaqt li jitqies il-fatturat tal-membri tagħha u li l-assoċjazzjoni ma tkunx solventi, l-assoċjazzjoni tkun obbligata ssejjaħ għal kontribuzzjonijiet mill-membri tagħha biex tkopri l-ammont tal-multa.

Fejn ikun neċessarju sabiex jiġi żgurat il-pagament sħiħ tal-multa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu intitolati li jitolbu l-ħlas tal-ammont pendenti tal-multa minn kwalunkwe waħda mill-impriżi li r-rappreżentanti tagħha kienu membri tal-korpi deċiżjonali tal-assoċjazzjoni. Safejn ikun għadu neċessarju, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandhom ikunu intitolati wkoll li jitolbu l-pagament tal-ammont pendenti tal-multa minn kwalunkwe wieħed mill-membri tal-assoċjazzjoni li kien attiv fis-suq li fih ikun seħħ il-ksur. Madankollu, ma għandux ikun meħtieġ ħlas skont dan il-paragrafu mingħand dawk l-impriżi li juru li ma implimentawx id-deċiżjoni ta' ksur tal-assoċjazzjoni, jew ma kinux jafu biha jew kienu ddistanzjaw attivament irwieħhom minnu qabel bdiet l-investigazzjoni

Artikolu 14

Ammont massimu tal-multa

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont massimu tal-multa li awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tista' timponi fuq kull impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi li tipparteċipa fi ksur tal-Artikoli 101 jew 102 tat-TFUE ma għandux jiġi stabbilit għal livell taħt l-10 % tal-fatturat totali tagħha madwar id-dinja kollha fis-sena kontabilistika ta' qabel id-deċiżjoni.

2.  Meta ksur minn assoċjazzjoni ta' impriżi jkun jirrigwarda l-attivitajiet tal-membri tagħha, l-ammont massimu tal-multa ma għandux jiġi stabbilit għal livel taħt l-10 % tas-somma tal-fatturat totali fid-dinja kollha, ta' kull membru attiv fis-suq affettwat mill-ksur tal-assoċjazzjoni. Madankollu, ir-responsabbiltà finanzjarja ta' kull impriża fir-rigward tal-ħlas tal-multa ma għandhiex taqbeż l-ammont massimu stabbilit skont il-paragrafu 1.

Artikolu 15

Ħlasijiet perjodiċi ta' penali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu, permezz ta' deċiżjoni, jimponu ħlasijiet ta' penali perjodiċi effettivi, proporzjonati u ta' deterrent fuq l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta' impriżi, li jiġu stabbiliti b'mod proporzjonali għall-fatturat totali tagħhom ta' kuljum sabiex iġegħluhom:

a)  joqogħdu għall-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2),

b)   jipprovdu informazzjoni sħiħa u korretta kif imsemmija fl-Artikolu 8,

c)   jikkonformaw ma' deċiżjoni msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11.

KAPITOLU VI

KLEMENZA

Artikolu 16

Immunità mill-multi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom fis-seħħ programmi ta' klemenza li jippermettulhom li jagħtu immunità lill-kartelli sigrieti mill-multi lill-impriżi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-immunità lill-kartelli sigrieti tkun tista' tingħata biss jekk l-impriża

a)  tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18;

b)  tiżvela l-parteċipazzjoni tagħha f'kartell sigriet; u

c)  tkun l-ewwel li tissottometti evidenza li:

i.  fil-ħin li l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tirċievi l-applikazzjoni, din tippermettilha twettaq spezzjoni mmirata b'rabta mal-kartell sigriet, dment li l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni ma kellhiex diġà fil-pussess tagħha evidenza biex twettaq spezzjoni b'rabta mal-kartell sigriet jew ma kinitx diġà wettqet tali spezzjoni; jew

ii.  fil-fehma tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, tippermetti l-konstatazzjoni ta' ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, bil-kundizzjoni li l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni ma jkollhiex diġà fil-pussess tagħha evidenza biex issib tali ksur u li l-ebda impriża oħra ma tkun ikkwalifikat qabel għall-immunità skont il-paragrafu 2(c)(i) fir-rigward tal-istess kartell.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi kollha huma eliġibbli għall-immunità mill-multi, bl-eċċezzjoni tal-impriżi li jkunu ħadu passi sabiex iġiegħlu impriżi oħra jipparteċipaw f'kartell sigriet.

3a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jinfurmaw lill-applikant għall-immunità jekk ingħatax jew le l-immunità kundizzjonali. L-applikant għall-immunità jista' jitlob li jiġi infurmat mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali bir-riżultat tal-applikazzjoni tiegħu bil-miktub. F'każijiet ta' rifjut, l-applikant ikkonċernat jista' jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni biex tikkunsidra l-applikazzjoni tiegħu għal tnaqqis tal-multa.

Artikolu 17

Tnaqqis tal-multi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom fis-seħħ programmi ta' klemenza li jippermettulhom li jagħtu tnaqqis tal-multi lill-impriżi li ma jikkwalifikawx għall-immunità.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tnaqqis tal-multi jingħata biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18 u l-applikant jikxef il-parteċipazzjoni tiegħu f'kartell sigriet u jipprovdi lill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni b'evidenza tal-allegat kartell sigriet li tkun tirrappreżenta valur miżjud sinifikanti sabiex jiġi ppruvat il-ksur tal-Artikolu 101 tat-TFUE jew ta' dispożizzjoni korrispondenti skont il-liġi nazzjonali, meta mqabbla mal-evidenza li diġà jkollha l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni fiż-żmien tal-applikazzjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jagħtu tnaqqis addizzjonali tal-multi jekk l-applikant jissottometti evidenza li l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tuża, mingħajr il-ħtieġa ta' aktar korroborazzjoni, sabiex tipprova fatti addizzjonali li jwasslu għal żieda fil-multi meta mqabbel mal-multi li kieku kienu jiġu imposti fuq il-parteċipanti fil-kartell sigriet. It-tnaqqis tal-multi għall-applikant għandu jkun proporzjonat ma' din iż-żieda fil-multi.

Artikolu 18

Kundizzjonijiet ġenerali għall-klemenza

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex jikkwalifika għall-klemenza, l-applikant irid jissodisfa l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

a)  ikun temm l-involviment tiegħu fl-allegat kartell sigriet immedjatament wara l-applikazzjoni tiegħu, ħlief għal dak li, fil-fehma tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni kompetenti, ikun raġonevolment neċessarju sabiex tiġi ppreservata l-integrità tal-investigazzjoni tiegħu;

b)  huwa jikkoopera ġenwinament, b'mod sħiħ, fuq bażi kontinwa u mingħajr dewmien mal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni mill-mument tal-applikazzjoni tiegħu sakemm l-awtorità tkun għalqet il-proċedimenti tagħha kontra l-partijiet kollha taħt investigazzjoni billi tadotta deċiżjoni jew tkun temmet b'mod ieħor il-proċedimenti tagħha. Dan jinkludi:

i.  li jipprovdi mingħajr dewmien lill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni l-informazzjoni u l-evidenza kollha rilevanti fir-rigward tal-allegat kartell sigriet li tiġi fil-pussess tiegħu jew li tkun għad-dispożizzjoni tiegħu, b'mod partikolari;

- l-isem u l-indirizz tal-entità legali li tissottometti l-applikazzjoni għall-immunità,

- l-ismijiet tal-impriżi kollha l-oħra li jipparteċipaw jew li kienu pparteċipaw fl-allegat kartell sigriet;

  - deskrizzjoni dettaljata tal-allegat kartell sigriet, inklużi l-prodotti affettwati, it-territorji affettwati, id-dewmien u n-natura tal-allegat aġir tal-kartell sigriet;

  - l-evidenza tal-allegat kartell sigriet aċċessibbli għall-applikant;

  - informazzjoni dwar kull applikazzjoni għall-klemenza diġà mressqa jew li tkun se tiġi mressqa lil kull awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni oħra jew lill-kummissjoni b'rabta mal-allegat kartell sigriet.

ii.  li jibqa' disponibbli għall-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni sabiex iwieġeb għal kwalunkwe rikjesta li tista' tikkontribwixxi għall-istabbiliment tal-fatti;

iii.  li jagħmel lill-impjegati u lid-diretturi preżenti (u, jekk ikun possibbli, ta' qabel) disponibbli għall-intervisti mal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni;

iv.  li ma jeqridx, jiffalsifika jew jaħbi informazzjoni jew evidenza rilevanti; u

v.  li ma jiżvelax il-fatti tal-applikazzjoni jew l-ebda kontenut tal-applikazzjoni tiegħu qabel ma l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tkun ħarġet l-oġġezzjonijiet għall-proċedimenti quddiemha, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor; u

c)  meta jkun qiegħed jikkunsidra li jagħmel applikazzjoni lill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni huwa ma jridx ikun:

i.  qered, iffalsifika jew ħeba evidenza tal-allegat kartell sigriet; jew

ii.  żvela l-fatti jew xi kontenut tal-applikazzjoni kkontemplata tiegħu, ħlief lil awtoritajiet oħra tal-kompetizzjoni.

Artikolu 19

Forma tal-applikazzjonijiet għall-klemenza

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkunu jistgħu japplikaw għall-klemenza bil-miktub u li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom fis-seħħ sistema li tippermettilhom li jaċċettaw dikjarazzjonijiet ta' klemenza kemm bil-fomm kif ukoll b'mezzi oħra li ma jirriżultawx fil-preżentazzjoni ta' dokumenti, informazzjoni jew materjali oħra fil-pussess, kustodja jew kontroll tal-applikant. Fuq it-talba tal-applikant, il-wasla tal-applikazzjoni għall-klemenza tiegħu għandha tiġi rikonoxxuta mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni bil-miktub.

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet għall-klemenza jistgħu jiġu sottomessi f'waħda mil-lingwi uffiċjali rispettivi tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni rilevanti jew f'waħda mil-lingwi operattivi tal-Unjoni.

Artikolu 20

Indikatur għal applikazzjoni formali għall-immunità

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriża li tkun tixtieq tapplika għall-immunità tkun tista' inizjalment tapplika għal indikatur għand l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni. L-indikatur jagħti lill-applikant post fil-lista għal perjodu li għandu jiġi speċifikat fuq bażi ta' każ b'każ mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li tirċievi l-applikazzjoni għal indikatur. Dan jippermetti lill-applikant biex jiġbor l-informazzjoni u l-evidenza neċessarji sabiex jissodisfa l-livell limitu ta' evidenza rilevanti għall-immunità.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet għall-klemenza jistgħu jiġu sottomessi f'waħda mil-lingwi uffiċjali rispettivi tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni rilevanti jew f'waħda mil-lingwi operattivi tal-Unjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom id-diskrezzjoni jekk jagħtux indikatur jew le. Indikatur jista' jingħata biss jekk l-impriża tipprovdi lill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni b'din l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a) l-isem u l-indirizz tal-applikant;

(b) il-bażi għat-tħassib li rriżulta fl-applikazzjoni għall-klemenza;

(c) l-ismijiet tal-impriżi kollha l-oħra li jipparteċipaw jew ipparteċipaw fl-allegat kartell sigriet;

(d) il-prodotti u t-territorji affettwati;

(e) id-dewmien u n-natura tal-allegat aġir tal-kartell sigriet;

(f) informazzjoni dwar kull applikazzjoni għall-klemenza diġà mressqa jew li tkun se tiġi mressqa lil kull awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni oħra b'rabta mal-allegat kartell sigriet.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk l-applikant jipperfezzjona l-indikatur fil-perjodu speċifikat, l-informazzjoni u l-evidenza mogħtija jitqiesu li ġew ippreżentati fiż-żmien li ngħata l-indikatur.

3a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriża li tkun tixtieq tapplika għal tnaqqis tal-multi tkun tista' inizjalment tapplika għal indikatur għand l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni. Fir-rigward ta' tali indikatur, il-paragrafi 1 sa 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 21

Applikazzjonijiet fil-qosor

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti li jkunu applikaw għall-klemenza, jew billi applikaw għal indikatur jew billi ssottomettew applikazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni fir-rigward ta' allegat kartell sigriet, ikunu jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet fil-qosor fir-rigward tal-istess kartell mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, li l-applikant iqis li jkunu f'pożizzjoni tajba biex jittrattaw il-każ.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet fil-qosor jistgħu jiġu sottomessi f'waħda mil-lingwi uffiċjali rispettivi tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni rilevanti jew f'waħda mil-lingwi operattivi tal-Unjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jaċċettaw applikazzjonijiet fil-qosor bil-kundizzjoni li dawn ikunu f'waħda mill-forom stipulati fl-Artikolu 19, ikollhom l-istess kamp ta' applikazzjoni tal-prodott, ġeografiku u ta' tul ta' żmien bħall-applikazzjoni għall-klemenza ppreżentata lill-Kummissjoni, u jinkludu deskrizzjoni qasira tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) u fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 20(2), kif ukoll l-informazzjoni dwar l-Istat Membru fejn x'aktarx tkun tinsab l-evidenza, meta dawn ikunu magħrufa mill-applikant fil-ħin tas-sottomissjoni▌.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni joqogħdu lura milli jitolbu lill-applikant xi informazzjoni ▌qabel ma jitolbu li tiġi ppreżentata applikazzjoni sħiħa skont il-paragrafu 6.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li jirċievu applikazzjoni fil-qosor jagħtu lill-applikant konferma tar-riċevuta li tindika d-data u l-ħin tar-riċevuta. Fuq it-talba tal-applikant, il-wasla ta' applikazzjoni sommarja għandha tiġi rikonoxxuta mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni bil-miktub.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li jirċievu applikazzjoni fil-qosor jivverifikaw jekk ikunux diġà rċevew applikazzjoni preċedenti fil-qosor jew għall-klemenza fir-rigward tal-istess allegat kartell sigriet meta jirċevuha, u ħlief meta jkun jaffettwa b'mod negattiv l-integrità tal-investigazzjoni, jinfurmaw lill-applikant skont il-każ.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom l-opportunità li jissottomettu applikazzjonijiet sħaħ għall-klemenza, li jipperfezzjonaw l-applikazzjonijiet fil-qosor imsemmija fil-paragrafu 1 għall-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni kkonċernati, biss ladarba l-Kummissjoni tkun infurmat lil dawn l-awtoritajiet li hija ma jkunx beħsiebha tieħu azzjoni dwar il-każ b'mod sħiħ jew parzjali. Il-Kummissjoni se żżomm lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni informati fuq bażi regolari dwar is-sitwazzjoni attwali u tasal għal tali deċiżjoni mingħajr dewmien żejjed. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom is-setgħa li jispeċifikaw perjodu ta' żmien raġonevoli sa meta l-applikant irid jissottometti l-applikazzjoni sħiħa flimkien mal-evidenza u l-informazzjoni korrispondenti.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk l-applikant jissottometti l-applikazzjoni sħiħa skont il-paragrafu 6, sal-perjodu speċifikat mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, l-informazzjoni li tinsab fiha titqies li ġiet ippreżentata fid-data u l-ħin tal-applikazzjoni fil-qosor. Jekk l-applikant ikun issottometta l-applikazzjoni fil-qosor mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li jippreżenta l-applikazzjoni għall-klemenza lill-Kummissjoni, l-applikazzjoni fil-qosor titqies li ġiet ippreżentata fid-data u l-ħin tal-applikazzjoni għall-klemenza ppreżentata lill-Kummissjoni.

Artikolu 22

Interazzjoni bejn programmi ta' klemenza u sanzjonijiet fuq persuni fiżiċi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegati u d-diretturi attwali u mgħoddija tal-applikanti għall-immunità mill-multi quddiem l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jiġu protetti bis-sħiħ u immedjatament minn kwalunkwe sanzjoni kriminali u amministrattiva u minn sanzjonijiet imposti fi proċedimenti ġudizzjarji mhux kriminali għall-involviment tagħhom fil-kartell sigriet kopert mill-applikazzjoni, inkluż f'każijiet transfruntiera, bl-unika kundizzjoni li dawn l-impjegati u d-diretturi jikkooperaw attivament mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni kkonċernati u l-applikazzjoni għall-immunità tkun saret qabel iż-żmien meta l-impjegati u d-diretturi jkunu saru konxji mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bil-proċedimenti kriminali.

KAPITOLU VII

ASSISTENZA REĊIPROKA

Artikolu 23

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jwettqu spezzjoni f'isem u għall-kont ta' awtoritajiet nazzjonali oħra tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, l-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom, awtorizzati mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li tagħmel it-talba għandhom jitħallew jattendu u jassistu attivament lill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li ssirilha t-talba fl-ispezzjoni tagħha, billi jeżerċitaw is-setgħat imsemmija fl-Artikoli 6 u 7.

Artikolu 24

Talbiet għan-notifika ta' oġġezzjonijiet u deċiżjonijiet preliminari

1.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe forma oħra ta' notifika magħmula minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru applikanti skont ir-regoli fis-seħħ f'dak l-Istat Membru, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tinnotifika lid-destinatarju f'isem l-awtorità applikanti, bl-oġġezzjonijiet preliminari għall-allegat ksur tal-Artikoli 101 jew 102 tat-TFUE u d-deċiżjonijiet li japplikaw dawn l-Artikoli, kif ukoll b'dokumenti li għandhom x'jaqsmu mal-infurzar tad-deċiżjonijiet li jimponu multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali.

2.  L-awtorità li ssirilha t-talba għandha tiżgura li n-notifika fl-Istat Membru li ssirlu t-talba tkun f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru li ssirlu t-talba.

Artikolu 25

Talbiet għall-infurzar ta' deċiżjonijiet li jimponu multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tinforza d-deċiżjonijiet li jimponu multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali adottati skont l-Artikoli 12 u 15 mill-awtorità applikanti. Dan għandu japplika biss sakemm:

a)  l-impriża li kontriha l-multa jew il-ħlas perjodiku ta' penali jista' jiġi infurzat ma jkollhiex preżenza legali fl-Istat Membru tal-awtorità applikanti; jew

b)   huwa ovvju li l-impriża li kontriha l-multa jew il-ħlas perjodiku ta' penali jista' jiġi infurzat ma għandhiex assi suffiċjenti fl-Istat Membru tal-awtorità applikanti;

2.  L-awtorità li ssirilha t-talba għandha tiżgura li l-infurzar fl-Istat Membru li ssirlu t-talba jsir f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru li ssirlu t-talba.

3.  L-awtorità applikanti tista' tagħmel talba għall-infurzar biss meta d-deċiżjoni li tippermetti l-infurzar tagħha fl-Istat Membru applikanti tkun finali u ma tkunx tista' tiġi appellata aktar b'mezzi ordinarji, u meta tkun għamlet tentattivi raġonevoli biex tinforza d-deċiżjonijiet fit-territorju tagħha stess.

4.  Il-kwistjonijiet li jirrigwardaw il-perjodi ta' limitazzjoni għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet fis-seħħ tal-Istat Membru applikanti.

5.  L-awtorità li ssirilha t-talba ma għandhiex tkun obbligata tinforza deċiżjonijiet skont il-paragrafu 1 meta tkun kapaċi turi raġunijiet raġonevoli lill-awtorità applikanti li juru kif dan ikun manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku fl-Istat Membru li fih qed jintalab l-infurzar.

Artikolu 26

Tilwimiet li jirrigwardaw it-talbiet għal notifika u għall-infurzar ta' deċiżjonijiet li jimponu multi jew ħlasijiet ta' penali

1.  It-tilwimiet dwar il-legalità ta' miżura li għandha tiġi notifikata jew deċiżjoni li timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali skont l-Artikoli 12 u 15 magħmula minn awtorità applikanti għandhom jaqgħu taħt il-kompetenza tal-korpi kompetenti tal-Istat Membru applikanti u jkunu regolati bir-regoli nazzjonali ta' dak l-Istat.

2.  It-tilwimiet dwar il-miżuri ta' infurzar meħuda fl-Istat Membru li ssirlu t-talba jew dwar il-validità ta' notifika magħmula mill-awtorità li ssirilha t-talba għandhom jaqgħu taħt il-kompetenza tal-korpi kompetenti tal-Istat Membru li ssirlu t-talba u jkunu regolati bir-regoli fis-seħħ ta' dak l-Istat.

Artikolu 26a

Il-kondiviżjoni tal-ispejjeż bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni li jitolbu assistenza għandhom, fuq talba tal-awtorità li ssirilha t-talba:

(a)   iġarrbu l-ispejjeż addizzjonali raġonevoli kollha, inklużi l-ispejjeż tat-traduzzjoni u amministrattivi, f'dak li jirrigwarda l-azzjoni meħuda skont l-Artikoli 23 u 24;

(b)   jippermettu lill-awtorità li ssirilha t-talba tirkupra l-ispejjeż amministrattivi raġonevoli kollha miġbura minn multa jew penali f'dak li jirrigwarda l-azzjoni meħuda skont l-Artikolu 25.

KAPITOLU VIII

PERJODI TA' LIMITAZZJONI

Artikolu 27

Sospensjoni tal-perjodi ta' limitazzjoni għall-impożizzjoni ta' penali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodi ta' limitazzjoni għall-impożizzjoni ta' multi jew ta' ħlasijiet perjodiċi ta' penali mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni skont l-Artikoli 12 u 15 għandhom jiġu sospiżi għat-tul ta' żmien tal-proċedimenti quddiem l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni ta' Stati Membri oħra jew il-Kummissjoni fir-rigward ta' ksur li jkun jirrigwarda l-istess ftehim, deċiżjoni ta' assoċjazzjoni jew prattika miftiehma. Is-sospensjoni għandha tibda tgħodd min-notifika tal-ewwel miżura ta' investigazzjoni formali lill-impriża soġġetta għall-proċedimenti. Hija għandha tintemm fil-jum li l-awtorità kkonċernata tkun għalqet il-proċedimenti tagħha u infurmat lill-impriża dwar dan. It-tul ta' żmien ta' dan il-perjodu ta' limitazzjoni huwa mingħajr preġudizzju għall-perijodi assoluti ta' limitazzjoni previsti skont il-liġi nazzjonali.

2.  Il-perijodu ta' limitazzjoni għall-impożizzjoni ta' multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali għandu jiġi sospiż sakemm id-deċiżjoni ta' awtorità tal-kompetizzjoni tkun is-suġġett ta' proċedimenti quddiem qorti ta' rieżami.

2a.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li n-notifika tal-bidu ta' miżura investigattiva formali rċevuta minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament 1/2003 issir disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri l-oħra fi ħdan is-Sistema tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni.

KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 28

Rwol tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni quddiem il-qrati nazzjonali

1.  L-Istati Membri li jaħtru kemm awtorità amministrattiva nazzjonali tal-kompetizzjoni, li jkollha l-kompetenza sabiex tinvestiga ksur tal-Artikoli 101 jew 102 tat-TFUE, kif ukoll awtorità ġudizzjarja nazzjonali tal-kompetizzjoni, li jkollha l-kompetenza sabiex tadotta deċiżjoni li tikkontesta l-ksur u / jew li timponi l-multa, għandhom jiżguraw li l-azzjoni quddiem l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tal-kompetizzjoni tkun tista' titressaq direttament mill-awtorità amministrattiva nazzjonali tal-kompetizzjoni.

2.  Billi l-qrati nazzjonali jaġixxu fi proċedimenti mressqa kontra deċiżjonijiet ta' infurzar ta' awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li japplikaw l-Artikoli 101 jew 102 tat-TFUE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità aministrattiva nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollha d-dritt sħiħ li tipparteċipa bħala prosekutur, konvenut jew intimat f'dawn il-proċedimenti, u li tgawdi l-istess drittijiet bħall-partijiet pubbliċi f'dawn il-proċedimenti.

Artikolu 29

Limitazzjonijiet fuq l-użu tal-informazzjoni

1.  L-informazzjoni miġbura fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet imsemmija f'din id-Direttiva jenħtieġ li tintuża biss għall-iskop li għalih tkun inkisbet. Hija ma għandhiex tintuża f'evidenza għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fuq persuni fiżiċi. Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu skont il-liġi kriminali nazzjonali.

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, l-uffiċjali tagħhom, il-persunal u persuni oħra li jaħdmu taħt is-sorveljanza ta' dawn l-awtoritajiet, ma jiżvelaw la l-informazzjoni miksuba skont din id-Direttiva u lanqas l-informazzjoni tat-tip kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħata aċċess għad-dikjarazzjonijiet ta' klemenza jew għas-sottomissjonijiet ta' saldu għall-iskopijiet biss tal-eżerċitar tad-drittijiet tad-difiża fi proċedimenti quddiem awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni meħuda minn dawn id-dikjarazzjonijiet ta' klemenza u s-sottomissjonijiet ta' saldu tkun tista' tintuża mill-parti li tkun kisbet l-aċċess għall-fajl biss meta dan ikun neċessarju għall-eżerċitar tad-drittijiet tagħha tad-difiża fi proċedimenti quddiem il-qrati tal-Istati Membri f'każijiet li jkunu direttament marbuta mal-każ li fih ikun ingħata l-aċċess, u li jirrigwardaw:

a)  l-għoti bejn il-parteċipanti f'kartell, ta' multa imposta in solidum fuqhom minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni; jew

b)  ir-rieżami ta' deċiżjoni li biha awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tkun sabet ksur tal-Artikolu 101 tat-TFUE jew tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kategoriji ta' informazzjoni li ġejjin miksuba waqt proċedimenti quddiem awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni ma għandhomx jintużaw fi proċedimenti quddiem il-qrati nazzjonali sakemm l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni ma tkunx għalqet il-proċedimenti tagħha kontra l-partijiet kollha investigati billi tadotta d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 9 jew l-Artiklou 11, jew inkella għax tkun temmet il-proċedimenti tagħha:

a)  Informazzjoni li tkun ġiet ippreparata minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra speċifikament għall-proċedimenti tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni; u

b)  Informazzjoni li l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tkun ħejjiet u bagħtet lill-partijiet matul il-proċedimenti tagħha.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet ta' klemenza jiġu skambjati biss bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003:

a)  bil-kunsens tal-applikant; jew

b)  meta l-awtorità riċeventi tkun irċeviet ukoll applikazzjoni għall-klemenza relatata mal-istess ksur mill-istess applikant bħall-awtorità trasmittenti, bil-kundizzjoni li fil-mument li tiġi trasmessa l-informazzjoni, din ma tkunx miftuħa għall-applikant sabiex jirtira l-informazzjoni li huwa jkun issottometta lil dik l-awtorità riċeventi; jew

c)  meta l-awtorità riċeventi tkun ipprovdiet impenn bil-miktub li la l-informazzjoni trasmessa lilha u l-ebda informazzjoni oħra li hija tista' tikseb wara d-data u l-ħin tat-trasmissjoni kif innotati mill-awtorità trasmettenti ma tkun se tintuża minnha jew minn xi awtorità oħra li lilha eventwalment tiġi trasmessa l-informazzjoni sabiex jiġu imposti sanzjonijiet fuq l-applikant, fuq kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika oħra koperta mit-trattament favorevoli offrut mill-awtorità trasmittenti bħala riżultat tal-applikazzjoni magħmula mill-applikant taħt il-programm ta' klemenza tagħha, jew fuq kwalunkwe impjegat jew eks impjegat ta' xi waħda mill-persuni hawn fuq imsemmija;

u bil-kundizzjoni li l-protezzjoni kontra d-divulgazzjoni mogħtija mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni riċeventi tkun ekwivalenti għal dik mogħtija mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni trasmittenti.

5.  Meta awtorità tal-kompetizzjoni tittrasmetti informazzjoni pprovduta b'mod volontarju minn applikant skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 mingħajr il-kunsens tal-applikant, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni riċeventi jkunu kapaċi jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 4(c).

6.  Il-paragrafi 2-5 japplikaw irrispettivament mill-forma li fiha jiġu ppreżentati d-dikjarazzjonijiet ta' klemenza skont l-Artikolu 19.

Artikolu 30

Ammissibbiltà tal-evidenza quddiem l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi ta' provi ammissibbli bħala evidenza quddiem awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni jinkludu dokumenti, dikjarazzjonijiet bil-fomm, rikordings u kull oġġett ieħor li jinkludi informazzjoni, irrispettivament mill-mezz li fuqu tkun maħżuna l-informazzjoni.

Artikolu 31

Is-Sistema tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni

1.  L-ispejjeż imġarrba mill-Kummissjoni b'rabta maż-żamma u l-iżvilupp tas-Sistema tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni u l-kooperazzjoni fin-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni għandhom jinġarru mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fil-limitu tal-approprjazzjonijiet disponibbli.

2.  In-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni għandu jippubblika, kemm-il darba jkun meħtieġ, rakkomandazzjonijiet utli u l-aħjar prattiki minn awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni differenti dwar l-indipendenza, ir-riżorsi, is-setgħat, il-multi u l-assistenza reċiproka.

KAPITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 32

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn (perjodu ta' sentejn għat-traspożizzjoni). Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 32a

Rieżami

Sa ... [seba' snin wara d-data tal-adozzjoni tad-Direttiva], il-Kummnissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn proposta leġiżlattiva xierqa.

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 34

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

(1)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(2)

  ĠU C , , p. .

(3)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p.1).

(4)

Id-Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 5.12.2014, p. 1).

(5)

  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (21.11.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw is-setgħa biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern

(COM(2017)0142 – C8-0119/2017 – (2017)0063(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Eva Maydell

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, għandhom rwol deċiżiv fl-infurzar tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE (l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE) u b'hekk jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għal suq intern li jiffunzjona sew, kompetittiv u orjentat lejn il-konsumaturi. Ir-rapporteur tirrikonoxxi li sabiex dawn il-funzjonijiet tal-NCAs jinżammu u jissaħħu, is-setgħat ta' infurzar maħluqa bir-Regolament 1/2003 jeħtieġ li jiġu sostnuti mill-istrumenti, il-mezzi u l-proċeduri neċessarji għall-NCAs kollha. Sett ta' għodod u prinċipji ta' gwida simili għall-NCAs kollha jiżguraw infurzar aktar uniformi, effettiv u konsistenti tar-regoli tal-kompetizzjoni fl-UE kollha. Ir-rapporteur, għalhekk, tirrikonoxxi li l-proposta tal-Kummissjoni tista' ġġib benefiċċji prattiċi għall-ġlieda kontra d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u hija pass importanti lejn l-iżvilupp tal-potenzjal sħiħ tas-suq intern tal-UE.

Ir-rapporteur tixtieq tenfasizza li, minħabba n-nuqqas ta' riżorsi finanzjarji suffiċjenti f'ċerti NCAs, il-prijoritizzazzjoni tal-proċedimenti u għalhekk il-kapaċitajiet ta' infurzar tal-NCAs ikkonċernati jistgħu jiġu affettwati b'mod negattiv. Filwaqt li mhuwiex fattibbli li jiġi determinat x'inhu meqjus bħala "riżorsi suffiċjenti" għall-Istati Membri kollha tal-NCAs, il-proposta tista' tissaħħaħ billi l-NCAs jingħataw awtonomija baġitarja akbar fl-implimentazzjoni tal-baġits allokati tagħhom. Tali dispożizzjoni se tippermetti lill-NCAs jagħtu prijorità lill-ħidma fuq il-kawżi tagħhom, tippermettilhom iwettqu spezzjonijiet multipli fl-istess ħin u żżid il-grad tagħhom ta' indipendenza. Għalhekk, l-emendi proposti mir-rapporteur jissuġġerixxu aktar awtonomija baġitarja għall-NCAs filwaqt li josservaw ir-regoli baġitarji nazzjonali kollha.

Ir-rapporteur temmen li l-imparzjalità tal-NCAs u l-protezzjoni tagħhom kontra l-influwenza politika u tan-negozju għandhom ikunu element ewlieni, saħansitra aktar fil-kuntest li jingħataw setgħa bi strumenti u mezzi addizzjonali, u f'ċerti każijiet, responsabbiltajiet ġodda. Għalhekk, garanziji kontra l-kunflitti ta' interess, u impenji ta' selezzjoni u tkeċċija trasparenti min-naħa tal-NCAs u l-maniġment tagħhom jistgħu jsaħħu l-proposta attwali. Tali dispożizzjonijiet jistgħu jkunu ta' benefiċċju biex titqajjem kuxjenza u tiżdied il-fiduċja tal-pubbliku għaż-żieda tas-sensibilizzazzjoni u tal-fiduċja pubblika fl-NCAs.

Rigward il-livelli ta' multi applikati mill-NCAs, ir-rapporteur tirrikonoxxi li, bħalissa, l-impriżi jistgħu jiffaċċjaw multi differenti ħafna għal ksur simili fi Stati Membri differenti. Din is-sitwazzjoni tirrappreżenta periklu għall-infurzar uniformi tad-dritt tal-kompetizzjoni. Ir-rapporteur tilqa' l-isforzi fil-proposta biex jiġu indirizzati dawk l-isfidi u temmen li limitu massimu komuni tal-multa jista' jipprovdi l-inċentivi t-tajba għal titjib.

Barra minn hekk, ir-rapporteur hija tal-opinjoni li s-setgħat tal-NCAs li jiġbru evidenza jistgħu jittejbu billi jiġu minimizzati ċerti proċeduri amministrattivi u billi s-setgħat investigattivi tagħhom jiġu adattati għar-realtajiet diġitali tal-lum fl-impriżi. Għalhekk, ir-rapporteur tissuġġerixxi żidiet għall-proposta f'dan il-kuntest.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) huma kwistjoni ta' ordni pubbliku u jinħtieġ li jiġu applikati b'mod effettiv fl-Unjoni kollha sabiex jiġi żgurat li l-kompetizzjoni fis-suq intern ma tiġix imfixkla. L-infurzar effettiv tal-Artikoli 101 u 102 TFUE huwa meħtieġa sabiex jiġu żgurati swieq aktar miftuħa u kompetittivi fl-Ewropa, fejn il-kumpaniji jikkompetu fuq il-merti tagħhom u mingħajr ma joħolqu ostakoli għad-dħul fis-suq, u dan jippermettilhom jiġġeneraw il-ġid u joħolqu l-impjiegi. Tipproteġi lill-konsumaturi minn prattiki kummerċjali li jżommu l-prezzijiet tal-oġġetti u tas-servizzi f'livell artifiċjalment għoli, u ttejjeb l-għażla tagħhom ta' prodotti u servizzi innovattivi.

(1)  L-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) huma kwistjoni ta' ordni pubbliku u jenħtieġ li jiġu applikati b'mod effettiv fl-Unjoni kollha sabiex jiġi żgurat li l-kompetizzjoni fis-suq intern ma tiġix imfixkla. L-infurzar effettiv tal-Artikoli 101 u 102 TFUE huwa meħtieġ sabiex jiġu żgurati swieq aktar miftuħa u kompetittivi fl-Ewropa, mingħajr ostakoli għad-dħul fis-suq, u b'hekk il-kumpaniji jkunu jistgħu jikkompetu fuq il-merti tagħhom u jiġġeneraw il-ġid u joħolqu l-impjiegi. Tipproteġi lill-konsumaturi minn prattiki kummerċjali li jżommu l-prezzijiet tal-oġġetti u tas-servizzi f'livell artifiċjalment għoli, u ttejjeb l-għażla tagħhom ta' prodotti u servizzi innovattivi.

Ġustifikazzjoni

L-intenzjoni tar-rapporteur hija li tagħmel it-test aktar ċar u aktar konċiż.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-liġi nazzjonali timpedixxi lil bosta NCAs milli jkollhom il-garanziji meħtieġa ta' indipendenza u ta' infurzar kif ukoll is-setgħat għall-immultar, sabiex ikunu jistgħu jinfurzaw dawn ir-regoli b'mod effettiv. Dan idgħajjef il-ħila tagħhom biex japplikaw b'effikaċja l-Artikoli 101 u 102 TFUE u d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni b'mod parallel u adegwatament għall-Artikoli 101 u 102 TFUE. Pereżempju, skont il-liġi nazzjonali, bosta NCAs ma għandhomx għodod effettivi sabiex isibu evidenza għall-ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, sabiex jimmultaw lill-kumpaniji li jiksru l-liġi, jew ma għandhomx ir-riżorsi li għandhom bżonn sabiex japplikaw b'mod effettiv l-Artikoli 101 u 102 TFUE. Dan jista' jimpedihom milli jieħdu kwalunkwe azzjoni jew iwassalhom biex jillimitaw l-azzjoni tagħhom ta' infurzar. In-nuqqas ta' għodod u garanziji operattivi ta' bosta NCAs sabiex japplikaw b'mod effettiv l-Artikoli 101 u 102 TFUE jfisser li l-impriżi involuti fi prattiki antikompetittivi jistgħu jiffaċċjaw eżiti differenti ħafna waqt proċeduri, skont l-Istati Membri li fihom ikunu attivi: huma jistgħu ma jkunu soġġetti għall-ebda infurzar skont l-Artikoli 101 jew 102 TFUE, jew suġġetti għal infurzar mhux effettiv. Pereżempju, f'xi Stati Membri, l-impriżi jistgħu ma jerfgħux ir-responsabbiltà tal-multi sempliċement billi jagħmlu ristrutturazzjoni. L-infurzar mhux uniformi, tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni applikati b'mod parallel għall-Artikoli 101 u 102 TFUE, jirriżulta f'opportunitajiet mitlufa sabiex jitneħħew l-ostakoli għad-dħul fis-suq u sabiex jinħolqu swieq kompetittivi aktar miftuħa fl-Unjoni Ewropea kollha, fejn l-impriżi jikkompetu b'mod ġust u fuq il-merti tagħhom. L-impriżi u l-konsumaturi jbatu b'mod partikolari f'dawk l-Istati Membri fejn l-NCAs huma anqas mgħammra sabiex ikunu inforzaturi effettivi. L-impriżi ma jistgħux jikkompetu fuq il-merti tagħhom fejn ikun hemm kenn għall-prattiki antikompetittivi, pereżempju, minħabba li ma tkunx tista' tinġabar evidenza tal-prattiki antikompetittivi jew minħabba li l-impriżi jkunu jistgħu ma jerfgħux ir-responsabbiltà tal-multi. Għalhekk għandhom diżinċentiv biex jidħlu f'dawn is-swieq u biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' stabbiliment u biex jipprovdu prodotti u servizzi hemmhekk. Il-konsumaturi bbażati fi Stati Membri fejn hemm inqas infurzar mhux se jgawdu mill-benefiċċji ta' infurzar effikaċi tal-kompetizzjoni. L-infurzar mhux uniformi tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni applikati b'mod parallel għall-Artikoli 101 u 102 TFUE fl-Ewropa għaldaqstant joħloq distorzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern, u jtellef il-funzjonament tajjeb tiegħu.

(5)  Il-liġi nazzjonali timpedixxi lil bosta NCAs milli jkollhom il-garanziji meħtieġa ta' indipendenza u ta' infurzar kif ukoll is-setgħat għall-immultar, sabiex ikunu jistgħu japplikaw b'effikaċja l-Artikoli 101 u 102 TFUE u d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni b'mod parallel. Pereżempju, skont il-liġi nazzjonali, bosta NCAs ma għandhomx għodod effettivi sabiex isibu evidenza għall-ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, sabiex jimmultaw lill-kumpaniji li jiksru l-liġi, jew ma għandhomx ir-riżorsi li għandhom bżonn sabiex japplikaw b'mod effettiv l-Artikoli 101 u 102 TFUE. Dan jista' jimpedihom milli jieħdu kwalunkwe azzjoni jew iwassalhom biex jillimitaw l-azzjoni tagħhom ta' infurzar. In-nuqqas ta' għodod u garanziji operattivi ta' bosta NCAs sabiex japplikaw b'mod effettiv l-Artikoli 101 u 102 TFUE jfisser li l-impriżi involuti fi prattiki antikompetittivi jistgħu jiffaċċjaw eżiti differenti ħafna waqt proċeduri, skont l-Istati Membri li fihom ikunu attivi jew stabbiliti: huma jistgħu ma jkunu soġġetti għall-ebda infurzar skont l-Artikoli 101 jew 102 TFUE, jew suġġetti għal infurzar mhux effettiv. Pereżempju, f'xi Stati Membri, l-impriżi jistgħu ma jerfgħux ir-responsabbiltà tal-multi sempliċement billi jagħmlu ristrutturazzjoni. L-infurzar mhux uniformi, tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni applikati b'mod parallel għall-Artikoli 101 u 102 TFUE, jirriżulta f'opportunitajiet mitlufa sabiex jitneħħew l-ostakoli għad-dħul fis-suq u sabiex jinħolqu swieq kompetittivi aktar miftuħa fl-Unjoni Ewropea kollha, fejn l-impriżi jikkompetu b'mod ġust u fuq il-merti tagħhom. L-impriżi u l-konsumaturi jbatu b'mod partikolari f'dawk l-Istati Membri fejn l-NCAs huma anqas mgħammra sabiex ikunu inforzaturi effettivi. L-impriżi ma jistgħux jikkompetu fuq il-merti tagħhom fejn ikun hemm kenn għall-prattiki antikompetittivi, pereżempju, minħabba li ma tkunx tista' tinġabar evidenza tal-prattiki antikompetittivi jew minħabba li l-impriżi jkunu jistgħu ma jerfgħux ir-responsabbiltà tal-multi. Għalhekk għandhom diżinċentiv biex jidħlu f'dawn is-swieq u biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' stabbiliment u biex jipprovdu prodotti u servizzi hemmhekk. Il-konsumaturi bbażati fi Stati Membri fejn hemm inqas infurzar mhux se jgawdu mill-benefiċċji ta' infurzar effikaċi tal-kompetizzjoni. L-infurzar mhux uniformi tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni applikati b'mod parallel għall-Artikoli 101 u 102 TFUE fl-Ewropa għaldaqstant joħloq distorzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern, u jtellef il-funzjonament tajjeb tiegħu.

Ġustifikazzjoni

L-intenzjoni tar-rapporteur hija li tagħmel it-test aktar ċar u aktar konċiż. L-impriżi jistgħu jkunu attivi f'aktar minn Stat Membru wieħed tal-UE, madankollu l-eżitu differenti tal-proċedimenti jista' jiddependi wkoll fuq il-post tal-istabbiliment tagħhom, jiġifieri, l-NCA rilevanti li tittratta l-każ.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Id-diskrepanzi u l-limitazzjonijiet fl-għodod u l-garanziji tal-NCAs jimminaw is-sistema ta' setgħat paralleli għall-infurzar tal-Artikoli 101 u 102 TFUE li hija mfassla biex taħdem bħala unità sħiħa koeżiva bbażata fuq kooperazzjoni mill-qrib fl-ambitu tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni. Din is-sistema tiddependi fuq il-fatt li l-awtoritajiet ikunu jistgħu jibbażaw fuq xulxin sabiex iwettqu miżuri ta' tiftix ta' informazzjoni f'isem xulxin. Madankollu ma taħdimx tajjeb meta jkun għad hemm NCAs li ma għandhomx għodod adegwati għall-ġbir tal-informazzjoni. F'aspetti ewlenin oħra, l-NCAs ma jistgħux jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin. Pereżempju, fil-maġġoranza tal-Istati Membri, l-impriżi li joperaw bejn il-fruntieri jistgħu jevadu milli jħallsu l-multi sempliċement billi ma jkollhomx preżenza legali f'xi wħud mit-territorji tal-Istati Membri li fihom ikunu attivi. Dan inaqqas l-inċentivi sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 101 u 102 TFUE. L-infurzar ineffettiv li jirriżulta jfixkel il-kompetizzjoni għall-impriżi li josservaw il-liġi u jimmina l-kunfidenza tal-konsumaturi fis-suq intern, b'mod partikolari fl-ambjent diġitali.

(6)  Id-diskrepanzi u l-limitazzjonijiet fl-għodod u l-garanziji tal-NCAs jimminaw is-sistema ta' setgħat paralleli għall-infurzar tal-Artikoli 101 u 102 TFUE li hija mfassla biex taħdem bħala unità sħiħa koeżiva bbażata fuq kooperazzjoni mill-qrib fl-ambitu tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni. Din is-sistema tiddependi fuq il-fatt li l-awtoritajiet ikunu jistgħu jibbażaw fuq xulxin sabiex iwettqu miżuri ta' tiftix ta' informazzjoni fuq talba ta' xulxin. Madankollu ma taħdimx tajjeb meta jkun għad hemm NCAs li ma għandhomx għodod adegwati għall-ġbir tal-informazzjoni. F'aspetti ewlenin oħra, l-NCAs ma jistgħux jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin. Pereżempju, fil-maġġoranza tal-Istati Membri, l-impriżi li joperaw bejn il-fruntieri jistgħu jevadu milli jħallsu l-multi sempliċement billi ma jkollhomx preżenza legali f'xi wħud mit-territorji tal-Istati Membri li fihom ikunu attivi. Dan inaqqas l-inċentivi sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 101 u 102 TFUE. L-infurzar ineffettiv li jirriżulta jfixkel il-kompetizzjoni għall-impriżi li josservaw il-liġi u jimmina l-fiduċja tal-konsumaturi fis-suq intern, b'mod partikolari fl-ambjent diġitali.

Ġustifikazzjoni

L-intenzjoni tar-rapporteur hija li żżomm it-test konsistenti mad-definizzjonijiet: "awtorità applikanti" u "awtorità li ssirilha t-talba". NCA ta' Stat Membru wieħed tista' tiġbor informazzjoni fuq talba ta' NCA minn Stat Membru ieħor.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-istabbiliment ta' garanziji minimi sabiex ikun żgurat li l-NCAs japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE b'mod effettiv huwa mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Istati Membri li jżommu jew idaħħlu garanziji aktar estensivi ta' indipendenza kif ukoll riżorsi għall-NCAs, u regoli aktar iddettaljati dwar is-setgħat ta' infurzar u ta' mmultar ta' dawn l-awtoritajiet. B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-NCAs setgħat addizzjonali lil hinn mis-ġabra bażika prevista f'din id-Direttiva sabiex iżidu ulterjorment l-effettività tagħhom.

(9)  L-istabbiliment ta' garanziji minimi sabiex ikun żgurat li l-NCAs japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE b'mod uniformi u effettiv huwa mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Istati Membri li jżommu jew idaħħlu garanziji aktar estensivi ta' indipendenza kif ukoll riżorsi għall-NCAs, u regoli aktar iddettaljati dwar is-setgħat ta' infurzar u ta' mmultar ta' dawn l-awtoritajiet. B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-NCAs setgħat addizzjonali lil hinn mill-ġabra bażika prevista f'din id-Direttiva sabiex iżidu ulterjorment l-effettività tagħhom.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Min-naħa l-oħra, huma meħtieġa regoli ddettaljati fil-qasam tal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-klemenza għal kartelli sigrieti. Il-kumpaniji se jgħidu l-verità dwar il-kartelli sigrieti li fihom ikunu pparteċipaw biss jekk ikollhom ċertezza legali suffiċjenti dwar jekk ikunux se jibbenefikaw minn immunità mill-multi. Id-differenzi sinifikanti bejn il-programmi ta' klemenza applikabbli fl-Istati Membri jwasslu għal inċertezza legali għall-applikanti potenzjali għall-klemenza, li tista' ddgħajjef l-inċentivi tagħhom sabiex japplikaw għall-klemenza. Jekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jimplimentaw jew japplikaw regoli anqas jew aktar restrittivi għall-klemenza fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, dan mhux biss imur kontra l-objettiv li jinżammu l-inċentivi għall-applikanti sabiex l-infurzar tal-kompetizzjoni fl-Unjoni jsir l-aktar effettiv possibbli, iżda jista' wkoll jipperikola l-kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi li joperaw fis-suq intern. Dan ma jimpedixxix lill-Istati Membri milli japplikaw programmi ta' klemenza li mhux biss ikopru l-kartelli sigrieti, iżda wkoll ksur ieħor tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u dispożizzjonijiet nazzjonali ekwivalenti.

(10)  Min-naħa l-oħra, huma meħtieġa regoli ddettaljati fil-qasam tal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-klemenza għall-iżvelar ta' kartelli. Il-kumpaniji se jgħidu l-verità dwar il-kartelli li fihom ikunu pparteċipaw biss jekk ikollhom ċertezza legali suffiċjenti dwar jekk ikunux se jibbenefikaw minn immunità mill-multi. Id-differenzi sinifikanti bejn il-programmi ta' klemenza applikabbli fl-Istati Membri jwasslu għal inċertezza legali għall-applikanti potenzjali għall-klemenza, li tista' ddgħajjef l-inċentivi tagħhom sabiex japplikaw għall-klemenza. Jekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jimplimentaw jew japplikaw regoli anqas jew aktar restrittivi għall-klemenza fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, dan mhux biss imur kontra l-objettiv li jinżammu l-inċentivi għall-applikanti sabiex l-infurzar tal-kompetizzjoni fl-Unjoni jsir l-aktar effettiv possibbli, iżda jista' wkoll jipperikola l-kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi li joperaw fis-suq intern. Dan ma jimpedixxix lill-Istati Membri milli japplikaw programmi ta' klemenza li mhux biss ikopru l-kartelli, iżda wkoll ksur ieħor tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u dispożizzjonijiet nazzjonali ekwivalenti.

Ġustifikazzjoni

Fil-prattika l-klemenza tingħata lill-ewwel parteċipant fil-kartell li jiżvela informazzjoni dwar il-kartell, pjuttost milli l-kartell sħiħ. Il-kartelli huma sigrieti min-natura tagħhom, u għalhekk it-terminu "kartell sigriet" huwa ripetizzjoni fit-test kollu. It-tħassir ta' "sigriet" se jġib it-test konformi mat-terminoloġija użata fid-Direttiva 2014/104. Ara l-emenda 10 aktar 'l isfel.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jinħtieġ li tissaħħaħ l-indipendenza tal-NCAs sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni effettiva u uniformi tal-Artikoli 101 u 102 TFUE. Għal dan il-għan, jinħtieġ li jsir provvediment espliċitu fil-liġi nazzjonali sabiex ikun żgurat li meta jiġu applikati l-Artikoli 101 u 102 TFUE, l-NCAs jkunu protetti kontra intervent estern jew pressjoni politika li jistgħu jpoġġu f'periklu l-valutazzjoni indipendenti tagħhom tal-kwistjonijiet li jiġu quddiemhom. Għal dan il-għan, jinħtieġ li jiġu stabbiliti regoli bil-quddiem rigward ir-raġunijiet għat-tneħħija tal-membri tal-korp deċiżjonali tal-NCAs sabiex jitneħħa kwalunkwe dubju raġonevoli rigward l-imparzjalità ta' dan il-korp u l-kapaċità tiegħu li ma jiġix influwenzat minn fatturi esterni.

(14)  Jenħtieġ li tissaħħaħ l-indipendenza tal-NCAs sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni effettiva u uniformi tal-Artikoli 101 u 102 TFUE. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jsir provvediment espliċitu fil-liġi nazzjonali sabiex ikun żgurat li meta jiġu applikati l-Artikoli 101 u 102 TFUE, l-NCAs jkunu protetti kontra intervent estern jew pressjoni politika li jistgħu jpoġġu f'periklu l-valutazzjoni indipendenti tagħhom tal-kwistjonijiet li jiġu quddiemhom. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti bil-quddiem regoli u proċeduri ċari u trasparenti għall-ħatra u r-raġunijiet għat-tkeċċija tal-membri tal-korp deċiżjonali tal-NCAs sabiex jitneħħa kwalunkwe dubju raġonevoli rigward l-imparzjalità ta' dan il-korp u l-kapaċità tiegħu li ma jiġix influwenzat minn fatturi esterni.

Ġustifikazzjoni

Ir-raġunament tar-rapporteur huwa li peress li l-proposta se żżid is-setgħat u l-kompetenzi għal ċerti NCAs, għandhom jiżdiedu b'mod parallel l-indipendenza u l-għarfien tagħhom f'dak li jirrigwarda l-persunal tal-NCAs. Ħatriet ibbażati fuq il-mertu u tkeċċijiet oġġettivi x'aktarx jippromwovu indipendenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet u jżidu l-fiduċja tal-pubbliku fl-NCAs.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Sabiex tiġi assigurata l-indipendenza tal-NCAs, il-persunal tagħhom u l-membri tal-korp deċiżjonali jinħtieġ li jaġixxu b'integrità u joqogħdu lura minn kull azzjoni li ma tkunx kompatibbli mat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. Il-ħtieġa li ma titħalliex tiġi pperikolata l-valutazzjoni indipendenti tal-persunal jew tal-membri tal-korp deċiżjonali timplika li waqt l-impjieg u l-ħatra tagħhom, u għal perjodu ta' żmien raġonevoli wara, huma jinħtieġ li joqogħdu lura minn kwalunkwe impjieg mhux kompatibbli, sew bi qligħ kif ukoll jekk mhux. Barra minn hekk, dan jimplika wkoll li matul l-impjieg u l-ħatra tagħhom huma ma għandu jkollhom interess fl-ebda impriża jew organizzazzjoni li jkollhom x'jaqsmu ma' NCA, sakemm dan għandu l-potenzjal li jikkomprometti l-indipendenza tagħhom. Il-persunal u l-membri tal-korp deċiżjonali jinħtieġ li jiddikjaraw kull interess jew assi li jistgħu joħolqu kunflitt tal-interess fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. Huma jinħtieġ li jkunu obbligati jinfurmaw lill-korp deċiżjonali, lill-membri l-oħra tiegħu jew, fil-każ ta' NCAs li s-setgħa għat-teħid tad-deċiżjonijiet tkun f'idejn persuna waħda lill-awtorità tal-ħatra tagħhom, jekk, fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, huma jiġu msejħa sabiex jiddeċiedu dwar kwistjoni li fiha jkollhom interess li jista' jdgħajjef l-imparzjalità tagħhom.

(15)  Sabiex tiġi assigurata l-indipendenza tal-NCAs, il-persunal tagħhom u l-membri tal-korp deċiżjonali u l-maniġment jenħtieġ li jaġixxu b'integrità u joqogħdu lura minn kull azzjoni li ma tkunx kompatibbli mat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. Il-ħtieġa li ma titħalliex tiġi pperikolata l-valutazzjoni indipendenti tal-persunal, tal-membri tal-korp deċiżjonali u tal-maniġment tal-NCAs timplika li waqt l-impjieg u l-ħatra tagħhom, u għal perjodu ta' żmien raġonevoli wara, huma jenħtieġ li joqogħdu lura minn kwalunkwe impjieg li jista' jirriżulta f'kunflitt ta' interess jew li jkun inkompatibbli, sew bi qligħ kif ukoll jekk mhux. Barra minn hekk, dan jimplika wkoll li matul l-impjieg u l-ħatra tagħhom huma jenħtieġ li ma jkollhom interess fl-ebda impriża jew organizzazzjoni li jkollhom x'jaqsmu ma' NCA, sakemm dan ikollu l-potenzjal li jikkomprometti l-indipendenza tagħhom. Il-persunal, il-membri tal-korp deċiżjonali u l-maniġment tal-NCAs jenħtieġ li jiddikjaraw kull interess jew assi li jistgħu joħolqu kunflitt tal-interess fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. Għal dan il-għan, il-persunal, il-membri tal-korp deċiżjonali u l-maniġment tal-NCAs jenħtieġ li jagħmlu, kull sena, dikjarazzjoni ta' impenn u dikjarazzjoni ta' interessi, fejn jindikaw kull interess dirett jew indirett li jista' jiġi kkunsidrat li jippreġudika l-indipendenza tagħhom u li jista' jinfluwenza l-prestazzjoni tagħhom. Huma jenħtieġ li jkunu obbligati jinfurmaw lill-korp deċiżjonali, lill-membri l-oħra tiegħu jew, fil-każ ta' NCAs li s-setgħa għat-teħid tad-deċiżjonijiet tkun f'idejn persuna waħda, lill-awtorità tal-ħatra tagħhom, jekk, fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, huma jiġu msejħa sabiex jiddeċiedu dwar kwistjoni li fiha jkollhom interess li jista' jdgħajjef l-imparzjalità tagħhom.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  L-indipendenza tal-NCAs tissaħħaħ jekk huma jkunu jistgħu jamministraw b'mod indipendenti l-baġits allokati lilhom. Din il-libertà tal-ġestjoni tal-baġits allokati jenħtieġ li tiġi implimentata fil-qafas tar-regoli u l-proċeduri baġitarji nazzjonali.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Is-setgħat investigattivi tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jridu jkunu adegwati biex jilħqu l-isfidi tal-infurzar tal-ambjent diġitali u jinħtieġ li jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li jiksbu l-informazzjoni kollha f'forma diġitali, inkluża d-dejta miksuba b'mod forensiku, relatata mal-impriża jew l-assoċjazzjoni ta' impriżi li tkun soġġetta għall-miżura ta' investigazzjoni, irrispettivament mill-mezz li tkun maħżuna fuqu, bħal pereżempju fuq laptops, telefowns mobbli u apparat mobbli ieħor.

(21)  Is-setgħat investigattivi tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jridu jkunu adegwati biex jilħqu l-isfidi tal-infurzar tal-ambjent diġitali u jenħtieġ li jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li jiksbu l-informazzjoni kollha f'forma diġitali, inkluża d-dejta miksuba b'mod forensiku, relatata mal-impriża jew l-assoċjazzjoni ta' impriżi li tkun soġġetta għall-miżura ta' investigazzjoni, irrispettivament mill-mezz li tkun maħżuna fuqu, bħal pereżempju fuq laptops, telefowns mobbli, apparat mobbli ieħor u cloud storage.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  "kartell sigriet" tfisser ftehim u / jew prattika miftiehma bejn żewġ kompetituri jew iktar bl-iskop li jikkoordinaw l-imġiba kompetittiva tagħhom fis-suq u / jew li jinfluwenzaw il-parametri rilevanti tal-kompetizzjoni permezz ta' prattiki bħall-iffissar tal-prezzijiet tax-xiri jew tal-bejgħ jew kundizzjonijiet oħra tal-kummerċ, l-allokazzjoni ta' kwoti ta' produzzjoni jew bejgħ, il-kondiviżjoni tas-swieq inkluż l-immanuvrar tal-offerti, ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u / jew azzjonijiet antikompetittivi kontra kompetituri oħra, li ma jkunux, parzjalment jew kompletament, magħrufa ħlief għall-parteċipanti;

(9)  "kartell" tfisser ftehim jew prattika miftiehma bejn żewġ kompetituri jew aktar bl-iskop li jikkoordinaw l-imġiba kompetittiva tagħhom fis-suq jew jinfluwenzaw il-parametri rilevanti tal-kompetizzjoni, permezz ta' prattiki bħal, imma mhux limitati għal, l-iffissar jew il-koordinazzjoni tal-prezzijiet tax-xiri jew tal-bejgħ jew ta' kundizzjonijiet kummerċjali oħrajn, inkluż fir-rigward tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, l-allokazzjoni ta' kwoti ta' produzzjoni jew ta' bejgħ, il-kondiviżjoni tas-swieq u l-klijenti, inklużi l-immanuvrar tal-offerti, ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet jew azzjonijiet antikompetittivi kontra kompetituri oħrajn;

(Il-bidla li saret fit-terminu definit trid issir fit-test kollu.)

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija f'din id-Direttiva mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandu jkun soġġett għas-salvagwardji xierqa, inkluż li jiġu rrispettati d-drittijiet tad-difiża tal-impriżi u d-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal, skont il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

L-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija f'din id-Direttiva mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandu jkun soġġett għas-salvagwardji xierqa, inkluż li jiġu rrispettati d-drittijiet tad-difiża tal-impriżi, id-dritt għal amministrazzjoni tajba, id-dritt għal proċess ġust u d-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal, skont il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)  Il-persunal u l-membri tal-korp deċiżjonali tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE b'mod indipendenti minn influwenza politika u kwalunkwe influwenza esterna oħra;

a)  Id-direttur, il-persunal u l-membri tal-korp deċiżjonali tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE b'mod indipendenti minn influwenza politika u kwalunkwe influwenza esterna oħra;

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  Il-persunal u l-membri tal-korp deċiżjonali tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni ma jistgħux ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet mingħand l-ebda entità governattiva jew entità pubblika jew privata oħra meta jkunu qegħdin iwettqu d-dmirijiet tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE;

b)  Id-direttur, il-persunal u l-membri tal-korp deċiżjonali tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni ma jistgħux ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet mingħand l-ebda entità governattiva jew entità pubblika jew privata oħra meta jkunu qegħdin iwettqu d-dmirijiet tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE;

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)  Il-persunal u l-membri tal-korp deċiżjonali tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni joqogħdu lura minn kwalunkwe azzjoni li ma tkunx kompatibbli mat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom u l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE;

c)  Id-direttur, il-persunal, il-membri tal-korp deċiżjonali u l-maniġment tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni joqogħdu lura minn kwalunkwe azzjoni li ma tkunx kompatibbli mat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom u l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE; B'mod partikolari, dak l-obbligu jimplika li matul l-impjieg u l-mandat tagħhom huma ma għandu jkollhom interess fl-ebda negozju jew organizzazzjoni li jkollhom x'jaqsmu ma' awtorità amministrattiva nazzjonali tal-kompetizzjoni, dment li dan l-interess ikollu l-potenzjal li jikkomprometti l-indipendenza tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-intenzjoni tar-rapporteur hija li ssaħħaħ l-imparzjalità tal-persunal u l-membri tal-NCAs.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ca)  Il-persunal, il-membri tal-korp deċiżjonali u l-maniġment tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jiddikjaraw l-interessi jew l-assi li jistgħu joħolqu kunflitt ta' interess fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. Għal dak il-għan, il-persunal, il-membri tal-korp deċiżjonali u l-maniġment tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni għandhom, kull sena, jagħmlu dikjarazzjoni ta' impenn u dikjarazzjoni ta' interessi, fejn jindikaw kull interess dirett jew indirett li jista' jiġi kkunsidrat li jippreġudika l-indipendenza tagħhom u li jista' jinfluwenza l-prestazzjoni tagħhom;

Ġustifikazzjoni

L-intenzjoni tar-rapporteur hija li ssaħħaħ l-indipendenza tal-NCAs minn influwenza politika jew kummerċjali. Dispożizzjonijiet simili diġà jeżistu fir-regolamenti settorjali, bħall-korpi regolatorji fis-settur ferrovjarju (Direttiva 2012/34, Artikolu 55).

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d)  Il-membri tal-korp deċiżjonali tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jitneħħew biss jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom jew ikunu nstabu ħatja ta' mġiba ħażina serja skont il-liġi nazzjonali. Ir-raġunijiet għat-tkeċċija jinħtieġ li jiġu stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali. Huma ma għandhomx jitneħħew għal raġunijiet relatati mat-twettiq tajjeb tad-dmirijiet tagħhom u l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom fl-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE kif definiti fl-Artikolu 5(2);

d)  Id-direttur u l-membri tal-korp deċiżjonali tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jitneħħew biss jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom jew ikunu nstabu ħatja ta' mġiba ħażina serja skont il-liġi nazzjonali. Ir-raġunijiet għat-tkeċċija għandhom jiġu stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali. Huma ma għandhomx jitneħħew għal raġunijiet relatati mat-twettiq tajjeb tad-dmirijiet tagħhom u l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom fl-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE kif definiti fl-Artikolu 5(2) ta' din id-Direttiva;

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ea)  Il-membri tal-korp deċiżjonali tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jintgħażlu u jinħatru skont regoli u proċeduri ċari u trasparenti stabbiliti minn qabel.

Ġustifikazzjoni

L-intenzjoni tar-rapporteur hija li ssaħħaħ l-indipendenza tal-NCAs minn influwenza politika jew kummerċjali. Dispożizzjonijiet simili diġà jeżistu fir-regolamenti settorjali, bħall-korpi regolatorji fis-settur ferrovjarju (Direttiva 2012/34, Artikolu 55).

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom ir-riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi neċessarji għat-twettiq b'mod effettiv tad-dmirijiet tagħhom u għall-eżerċitar tas-setgħat tagħhom meta japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE kif definit fil-paragrafu 2.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom ir-riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi neċessarji għat-twettiq effettiv u indipendenti tad-dmirijiet tagħhom u għall-eżerċitar tas-setgħat tagħhom meta japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE kif definit fil-paragrafu 2.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom allokazzjonijiet baġitarji separati, u filwaqt li jirrispettaw ir-regoli baġitarji nazzjonali, ikunu kapaċi jamministraw il-baġits allokati b'mod indipendenti għall-finijiet tal-prijoritizzazzjoni ta' investigazzjonijiet f'każijiet speċifiċi.

Ġustifikazzjoni

Il-fatt li l-NCAs jingħataw id-dritt li jiddistribwixxu b'mod awtonomu r-riżorsi finanzjarji tagħhom bejn każijiet differenti jippermetti flessibbiltà u indipendenza meta jagħżlu liema każijiet jixirqilhom aktar attenzjoni. Għal ċerti NCAs, dan il-fatt jista' jkun titjib sostanzjali f'termini ta' indipendenza.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  li jeżaminaw il-kotba u reġistri oħra relatati man-negozju irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna, inkluż id-dritt li jaċċessaw informazzjoni li tkun aċċessibbli għall-entità soġġetta għall-ispezzjoni;

b)  li jeżaminaw il-kotba u reġistri oħra relatati man-negozju irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna, bħal laptops, apparat portabbli u cloud storage, inkluż id-dritt li jaċċessaw informazzjoni li tkun aċċessibbli għall-entità soġġetta għall-ispezzjoni;

Ġustifikazzjoni

L-intenzjoni tar-rapporteur hija li tagħmel il-proposta adatta għall-era diġitali, u li tippermetti lill-NCAs ikollhom aċċess aħjar għall-midja rilevanti. L-informazzjoni dwar il-kartelli rarament tkun dokumentata bil-miktub, iżda pjuttost tinstab f'korrispondenza elettronika.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu, permezz ta' deċiżjoni, jitolbu lill-impriżi u lill-assoċjazzjonijiet ta' impriżi jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE fi żmien speċifikat. Dan l-obbligu għandu jkopri l-informazzjoni li tkun aċċessibbli għall-impriża u għall-assoċjazzjoni ta' impriżi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jitolbu lill-impriżi u lill-assoċjazzjonijiet ta' impriżi jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE fi żmien speċifikat. Dan l-obbligu għandu jkopri l-informazzjoni li tkun aċċessibbli għall-impriża u għall-assoċjazzjoni ta' impriżi.

Ġustifikazzjoni

L-intenzjoni tar-rapporteur hija li taġevola lill-NCAs fit-talba għall-informazzjoni, tagħtihom aktar flessibbiltà u tħaffef il-proċedimenti.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d)  huma jagħtu informazzjoni żbaljata, mhux kompluta jew qarrieqa bi tweġiba għal talba magħmula permezz ta' deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 8 jew ma jipprovdux l-informazzjoni fil-limitu ta' żmien speċifikat;

d)  huma jagħtu informazzjoni żbaljata, mhux kompluta jew qarrieqa bi tweġiba għal talba msemmija fl-Artikolu 8 jew ma jipprovdux l-informazzjoni fil-limitu ta' żmien speċifikat;

Ġustifikazzjoni

L-intenzjoni tar-rapporteur hija li taġevola lill-NCAs fit-talba għall-informazzjoni, tagħtihom aktar flessibbiltà u tħaffef il-proċedimenti.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont massimu tal-multa li awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tista' timponi fuq kull impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi li tipparteċipa fi ksur tal-Artikoli 101 jew 102 TFUE ma għandux jiġi stabbilit għal livell taħt l-10 % tal-fatturat totali tagħha madwar id-dinja kollha fis-sena kontabilistika ta' qabel id-deċiżjoni.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tista' timponi fuq kull impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi li tipparteċipa fi ksur tal-Artikoli 101 jew 102 TFUE multa massima li ma tkunx anqas minn 10 % tal-fatturat totali tagħha madwar id-dinja kollha fis-sena kontabilistika ta' qabel id-deċiżjoni.

Ġustifikazzjoni

Miżuri li jistabbilixxu sanzjonijiet minimi massimi huma komuni fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ġustizzja u l-intern. Il-formulazzjoni tirrifletti l-formulazzjoni tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta ksur minn assoċjazzjoni ta' impriżi jkun jirrigwarda l-attivitajiet tal-membri tagħha, l-ammont massimu tal-multa ma għandux jiġi stabbilit għal livel taħt l-10 % tas-somma tal-fatturat totali fid-dinja kollha, ta' kull membru attiv fis-suq affettwat mill-ksur tal-assoċjazzjoni. Madankollu, ir-responsabbiltà finanzjarja ta' kull impriża fir-rigward tal-ħlas tal-multa ma għandhiex taqbeż l-ammont massimu stabbilit skont il-paragrafu 1.

2.  Meta ksur minn assoċjazzjoni ta' impriżi jkun jirrigwarda l-attivitajiet tal-membri tagħha, l-ammont massimu tal-multa ma għandux ikun anqas minn10 % tas-somma tal-fatturat totali fid-dinja kollha, ta' kull membru attiv fis-suq affettwat mill-ksur tal-assoċjazzjoni. Madankollu, ir-responsabbiltà finanzjarja ta' kull impriża fir-rigward tal-ħlas tal-multa ma għandhiex taqbeż l-ammont massimu stabbilit skont il-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Miżuri li jistabbilixxu sanzjonijiet minimi massimi huma komuni fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ġustizzja u l-intern. Il-formulazzjoni tirrifletti l-formulazzjoni tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkunu jistgħu japplikaw għall-klemenza bil-miktub u li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom fis-seħħ sistema li tippermettilhom li jaċċettaw dikjarazzjonijiet ta' klemenza kemm bil-fomm kif ukoll b'mezzi oħra li ma jirriżultawx fil-preżentazzjoni ta' dokumenti, informazzjoni jew materjali oħra fil-pussess, kustodja jew kontroll tal-applikant.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkunu jistgħu japplikaw għall-klemenza bil-miktub u li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom fis-seħħ sistema li tippermettilhom li jaċċettaw dikjarazzjonijiet ta' klemenza kemm bil-fomm kif ukoll b'mezzi oħra li ma jirriżultawx fil-preżentazzjoni ta' dokumenti, informazzjoni jew materjali oħra fil-pussess, kustodja jew kontroll tal-applikant. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jaċċettaw applikazzjonijiet sħaħ għall-klemenza u applikazzjonijiet fil-qosor b'lingwa oħra tal-Unjoni, apparti l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-intenzjoni tar-rapporteur hija li tagħti inċentiv addizzjonali lill-impriżi biex japplikaw għall-klemenza billi jitnaqqsulhom l-ispejjeż għat-traduzzjoni ta' applikazzjonijiet għall-klemenza, meta jkun possibbli.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti li jkunu applikaw għall-klemenza, jew billi applikaw għal indikatur jew billi ssottomettew applikazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni fir-rigward ta' allegat kartell sigriet, ikunu jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet fil-qosor fir-rigward tal-istess kartell mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, li l-applikant iqis li jkunu f'pożizzjoni tajba biex jittrattaw il-każ.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti li jkunu applikaw għall-klemenza, jew billi applikaw għal indikatur jew billi ssottomettew applikazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni fir-rigward ta' allegat kartell, ikunu jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet fil-qosor fir-rigward tal-istess kartell mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, li l-applikant iqis li jkunu f'pożizzjoni tajba biex jittrattaw il-każ.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegati u d-diretturi attwali u mgħoddija tal-applikanti għall-immunità mill-multi quddiem l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jiġu protetti minn kwalunkwe sanzjoni kriminali u amministrattiva u minn sanzjonijiet imposti fi proċedimenti ġudizzjarji mhux kriminali għall-involviment tagħhom fil-kartell sigriet kopert mill-applikazzjoni, jekk dawn l-impjegati u d-diretturi jikkooperaw attivament mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni kkonċernati u l-applikazzjoni għall-immunità tkun saret qabel il-bidu tal-proċedimenti kriminali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegati u d-diretturi attwali u mgħoddija tal-applikanti għall-immunità mill-multi quddiem l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jiġu protetti minn kwalunkwe sanzjoni kriminali u amministrattiva u minn sanzjonijiet imposti fi proċedimenti ġudizzjarji mhux kriminali għall-involviment tagħhom fil-kartell sigriet kopert mill-applikazzjoni, jekk dawn l-impjegati u d-diretturi jikkooperaw attivament mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni kkonċernati u l-applikazzjoni għall-immunità tkun saret qabel il-mument meta l-impjegati u d-diretturi jkunu ġew mgħarrfa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar il-proċedimenti kriminali.

Ġustifikazzjoni

Jekk id-dispożizzjoni dwar il-klemenza fid-Direttiva tkun wiesgħa wisq, dan jista' jneħħi l-effett dissważiv tas-sanzjonijiet.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtorità li ssirilha t-talba ma għandhiex tkun obbligata tinforza deċiżjonijiet skont il-paragrafu 1 jekk dan ikun manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku fl-Istat Membru li fih qed jintalab l-infurzar.

5.  L-awtorità li ssirilha t-talba għandha tinforza deċiżjonijiet skont il-paragrafu 1 sakemm ma tkunx kapaċi turi raġunijiet raġonevoli lill-awtorità applikanti li juru kif dan ikun manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku fl-Istat Membru li fih qed jintalab l-infurzar.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 26a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 26a

 

Il-kondiviżjoni tal-ispejjeż bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni

 

L-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-awtorità li ssirilha t-talba, jiżguraw li l-awtorità applikanti għandha:

 

(a)  b'rabta mal-azzjoni meħuda skont l-Artikoli 23 u 24, iġġarrab l-ispejjeż addizzjonali raġonevoli kollha, inklużi l-ispejjeż tat-traduzzjoni u dawk amministrattivi;

 

(b)  b'rabta mal-azzjoni meħuda skont l-Artikolu 25, tippermetti lill-awtorità li ssirilha t-talba tkopri l-ispejjeż amministrattivi raġonevoli kollha minn multa jew ħlas ta' penali miġbura.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li n-notifika tal-bidu tal-ewwel miżura investigattiva formali trażmessa minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri l-oħra fi ħdan is-Sistema tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-informazzjoni miġbura fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet imsemmija f'din id-Direttiva jinħtieġ li tintuża biss għall-iskop li għalih tkun inkisbet. Hija ma għandhiex tintuża f'evidenza għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fuq persuni fiżiċi.

1.  L-informazzjoni miġbura fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet imsemmija f'din id-Direttiva għandha tintuża biss għall-iskop li għalih tkun inkisbet. Hija ma għandhiex tintuża f'evidenza għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fuq persuni fiżiċi. F'dak li għandu x'jaqsam mar-responsabbiltà kriminali ta' individwu, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jistgħu jittrażmettu dejta mill-fajl tal-kawża lill-qorti jew lill-uffiċċju tal-prosekutur.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw is-setgħa biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern

Referenzi

COM(2017)0142 – C8-0119/2017 – 2017/0063(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

26.4.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

26.4.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Eva Maydell

25.4.2017

Eżami fil-kumitat

4.9.2017

11.10.2017

20.11.2017

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Dita Charanzová, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Maria Grapini, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Marlene Mizzi, Nosheena Mobarik, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Richard Sulík, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Kaja Kallas, Arndt Kohn

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Heidi Hautala, Jaromír Štětina

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

34

+

ALDE

ECR

ENF

GUE/NGL

PPE

 

 

S&D

 

 

Verts/ALE

Dita Charanzová, Kaja Kallas, Jasenko Selimovic

Daniel Dalton, Nosheena Mobarik, Richard Sulík, Anneleen Van Bossuyt

Mylène Troszczynski

Dennis de Jong

Pascal Arimont, Carlos Coelho, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Andreas Schwab, Ivan Štefanec, Jaromír Štětina, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mihai Ţurcanu

Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Maria Grapini, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Arndt Kohn, Marlene Mizzi, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler

Heidi Hautala, Igor Šoltes

0

-

 

 

1

0

EFDD

Marco Zullo

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw is-setgħa biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern

Referenzi

COM(2017)0142 – C8-0119/2017 – 2017/0063(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

23.3.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

26.4.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

26.4.2017

IMCO

26.4.2017

JURI

26.4.2017

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

25.4.2017

JURI

12.4.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Andreas Schwab

21.3.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.7.2017

9.10.2017

21.11.2017

 

Data tal-adozzjoni

27.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, David Coburn, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Tibor Szanyi, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, Jan Keller, Verónica Lope Fontagné, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Michel Reimon, Andreas Schwab, Romana Tomc, Miguel Urbán Crespo, Roberts Zīle

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Zbigniew Kuźmiuk, Edouard Martin

Data tat-tressiq

6.3.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

48

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Petr Ježek, Wolf Klinz, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Kay Swinburne, Roberts Zīle

PPE

Burkhard Balz, Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Dariusz Rosati, Anne Sander, Andreas Schwab, Theodor Dumitru Stolojan, Romana Tomc, Tom Vandenkendelaere, Esther de Lange

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Jan Keller, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Costas Mavrides, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Tibor Szanyi, Jakob von Weizsäcker

Verts/ALE

Philippe Lamberts, Michel Reimon, Molly Scott Cato, Ernest Urtasun

5

-

EFDD

David Coburn

ENF

Bernard Monot

GUE/ NGL

Paloma López Bermejo, Dimitrios Papadimoulis, Miguel Urbán Crespo

1

0

EFDD

Marco Valli

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Marzu 2018Avviż legali