Proċedura : 2017/0102(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0060/2018

Testi mressqa :

A8-0060/2018

Dibattiti :

PV 10/09/2018 - 19
CRE 10/09/2018 - 19

Votazzjonijiet :

PV 11/09/2018 - 6.11
CRE 11/09/2018 - 6.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0328

RAPPORT     ***I
PDF 2304kWORD 265k
7.3.2018
PE 610.547v02-00 A8-0060/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1288/2013, (UE) Nru 1293/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

(COM(2017)0262 – C8-0162/2017 – 2017/0102(COD))

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Rapporteur: Helga Trüpel

Rapporteur għal opinjoni (*) :

Brando Benifei, Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Eleonora Forenza, Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

* Kumitat assoċjat - Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1288/2013, (UE) Nru 1293/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

(COM(2017)0262 – C8-0162/2017 – 2017/0102(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0262),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 165(4) u 166(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0162/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà tas-6 ta' April 2017, Nru 2017/2585(RSP)(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mis-Senat Ċek, il-Parlament Spanjol u l-Parlament Portugiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta' ...(3),

–  wara li kkunsidra d-dokument tal-Aġenda Politika għall-Volontarjat fl-Ewropa (PAVE) tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011 u l-analiżi relatata ta' ħames snin tal-2015 tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011 bit-titolu "Helping Hands",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0060/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1288/2013, (UE) Nru 1293/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

li jistabbilixxi l-qafas legali tas-Servizz Ewropew ta' Solidarjetà u Volontarjat u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1288/2013, (UE) Nru 1293/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

(Din l-emenda tapplika għat-test kollu, bl-eċċezzjoni tal-premessi 2, 3, 38a u 38b. L-adozzjoni tagħha titlob adattamenti korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Unjoni Ewropea hija mibnija fuq is-solidarjetà, fost iċ-ċittadini tagħha u fost l-Istati Membri tagħha. Dan il-valur komuni jiggwida l-azzjonijiet tagħha u jipprovdi l-unità neċessarja biex jiġu indirizzati l-isfidi attwali u tal-ġejjieni tas-soċjetà, li ż-żgħażagħ Ewropej huma lesti li jgħinu jindirizzaw billi jesprimu s-solidarjetà tagħhom fil-prattika.

(1)  Is-solidarjetà, fost iċ-ċittadini tal-Unjoni u fost l-Istati Membri tal-UE, hija waħda mill-valuri universali li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea. Dan il-valur komuni jiggwida l-azzjonijiet tagħha, jipprovdi l-unità neċessarja biex jiġu indirizzati l-isfidi attwali u tal-ġejjieni tas-soċjetà, li ż-żgħażagħ Ewropej huma lesti li jgħinu jindirizzaw billi jesprimu s-solidarjetà tagħhom fil-prattika, u jistimola l-interess taż-żgħażagħ fil-proġett komuni Ewropew. Il-prinċipju tas-solidarjetá huwa minqux fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-preambolu tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-14 ta' Settembru 2016 saħaq dwar il-bżonn li ninvestu fiż-żgħażagħ u ħabbar l-istabbiliment ta' Korp Ewropew ta' Solidarjetà bl-għan li jinħolqu opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Unjoni biex dawn jagħtu kontribut sinifikanti lis-soċjetà, juru solidarjetà u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, u b'hekk mhux biss jiksbu esperjenza ta' xogħol iżda wkoll esperjenza umana imprezzabbli.

(2)  Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-14 ta' Settembru 2016 saħaq dwar il-bżonn li ninvestu fiż-żgħażagħ u ħabbar l-istabbiliment ta' Korp Ewropew ta' Solidarjetà bl-għan li jinħolqu opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Unjoni biex dawn jagħtu kontribut sinifikanti lis-soċjetà, juru solidarjetà u jiżviluppaw il-ħiliet, il-kompetenzi u l-għarfien tagħhom, u b'hekk jiksbu esperjenza umana imprezzabbli, li hija essenzjali wkoll biex tinħoloq ċittadinanza tal-Unjoni attiva u impenjata.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  Il-Servizz Ewropew ta' Solidarjetà u Volontarjat (ESVS) għandu l-għan li jkun avvanz lejn aġenda politika komprensiva għall-volontarjat fl-Unjoni bbażata fuq l-eżiti tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2b)  Fil-prinċipju, jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom biex jistabbilixxu arranġamenti li jagħmlu l-involviment fis-Servizz Volontarju u ta' Solidarjetà Ewropew attraenti kemm jista' jkun.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fil-Komunikazzjoni tagħha "Korp Ewropew ta' Solidarjetà" tas-7 ta' Diċembru 201618, il-Kummissjoni saħqet dwar il-bżonn li jissaħħu l-pedamenti għal ħidma ta' solidarjetà madwar l-Ewropa, biex iż-żgħażagħ jiġu pprovduti b'iktar opportunitajiet u ta' kwalità aħjar għall-attivitajiet ta' solidarjetà li jkopru firxa wiesgħa ta' oqsma, u biex jingħata appoġġ lill-atturi nazzjonali u lokali, fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw sfidi u kriżijiet differenti. Il-Komunikazzjoni nediet l-ewwel fażi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li fiha ġew immobilizzati tmien programmi differenti tal-Unjoni biex joffru opportunitajiet ta' volontarjat, traineeships jew impjiegi liż-żgħażagħ tal-UE. Dawn l-attivitajiet, kemm jekk implimentati qabel jew inkella wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkomplu japplikaw ir-regoli u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-programmi rispettivi tal-Unjoni li ffinanzjawhom fl-ewwel fażi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(3)  Fil-Komunikazzjoni tagħha "Korp Ewropew ta' Solidarjetà" tas-7 ta' Diċembru 201618, il-Kummissjoni saħqet dwar il-bżonn li jissaħħu l-pedamenti għal ħidma ta' solidarjetà madwar l-Ewropa, biex iż-żgħażagħ jiġu pprovduti b'iktar opportunitajiet u ta' kwalità aħjar għall-attivitajiet ta' solidarjetà ta' kwalità għolja li jkopru firxa wiesgħa ta' oqsma, u biex jingħata appoġġ lill-atturi nazzjonali, reġjonali u lokali, fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw sfidi u kriżijiet differenti. Il-Komunikazzjoni nediet l-ewwel fażi ta' dak li kien magħruf bħala l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li fiha ġew immobilizzati programmi differenti tal-Unjoni biex joffru opportunitajiet ta' volontarjat, traineeships jew impjiegi liż-żgħażagħ madwar l-Unjoni. Dawn l-attivitajiet, kemm jekk implimentati qabel jew inkella wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkomplu japplikaw ir-regoli u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-programmi rispettivi tal-Unjoni li ffinanzjawhom fl-ewwel fażi ta' dak li kien magħruf bħala l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  Is-solidarjetà tfisser sens ta' responsabbiltà min-naħa ta' kulħadd fir-rigward ta' kulħadd sabiex jimpenja ruħu għall-ġid komuni, li jiġi espress permezz ta' azzjonijiet konkreti mingħajr ma jistenna korrispettiv.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Jenħtieġ li ż-żgħażagħ jiġu pprovduti b'opportunitajiet li jkunu faċilment aċċessibbli biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà, li jistgħu jippermettulhom jesprimu l-impenn tagħhom għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jiksbu esperjenza, ħiliet u kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom, u b'hekk itejbu l-impjegabbiltà tagħhom. Dawk l-attivitajiet jappoġġjaw ukoll il-mobilità tal-voluntiera, tal-persuni f'taħriġ u tal-ħaddiema żgħażagħ.

(4)  Jenħtieġ li ż-żgħażagħ jiġu pprovduti b'opportunitajiet li jkunu faċilment aċċessibbli biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà ta' kwalità għolja, li jaffettwaw lis-soċjetà b'mod pożittiv filwaqt li jippermettulhom jesprimu l-impenn tagħhom f'solidarjetà mal-komunitajiet lokali u għall-benefiċċju tagħhom u biex tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali, filwaqt li jiksbu esperjenza, għarfien, ħiliet u kompetenzi siewja l-ewwel u qabel kollox għall-iżvilupp personali tagħhom, biex b'hekk tingħata spinta lill-istima tagħhom infushom, l-awtonomija tagħhom u l-motivazzjoni tagħhom biex jitgħallmu, kif ukoll biex jiġi stimolat l-iżvilupp edukattiv, soċjali, artistiku, kulturali, ċiviku u professjonali tagħhom. Dawk l-attivitajiet jappoġġjaw ukoll il-mobilità tal-voluntiera, tat-trainees jew l-impjegati f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-mobbiltà tal-ħaddiema.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-multilingwiżmu għax uħud mill-kollokamenti ta' solidarjetà se jkunu ta' natura transfruntiera.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-attivitajiet ta' solidarjetà offruti liż-żgħażagħ jenħtieġ li jkunu ta' kwalità għolja, fis-sens li jenħtieġ li jwieġbu għall-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà, jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunitajiet, joffru liż-żgħażagħ l-opportunità li jiksbu għarfien u kompetenzi siewja, ikunu finanzjarjament aċċessibbli għaż-żgħażagħ, u jiġu implimentati f'kundizzjonijiet sikuri u tajbin.

(5)   L-attivitajiet ta' solidarjetà offruti liż-żgħażagħ jenħtieġ li jkunu ta' kwalità għolja, fis-sens li jenħtieġ li jgħinu biex jegħlbu sfidi tas-soċjetà sinifikanti u identifikati b'mod ċar u jirrispondu għal ħtiġijiet sinifikanti u identifikati b'mod ċar u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunitajiet lokali jew nazzjonali u l-koeżjoni soċjali u għat-tisħiħ taċ-ċittadinanza attiva.

L-attivitajiet ta' solidarjetà jenħtieġ li jirrispondu għall-ħtiġijiet personali u jikkontribwixxu għall-iżvilupp professjonali tal-parteċipanti, joffru liż-żgħażagħ liż-żgħażagħ l-opportunità li jiksbu għarfien, ħiliet u kompetenzi siewja, ikunu finanzjarjament sostenibbli u effettivament aċċessibbli għaż-żgħażagħ, u jiġu implimentati f'kundizzjonijiet sikuri u tajbin. L-attivitajiet ta' solidarjetà jenħtieġ li jiggarantixxu bilanċ ġeografiku u inklużjoni effikaċi b'mod partikolari għall-persuni żvantaġġati, kif ukoll l-aċċessibbiltà għalihom. L-attivitajiet ta' solidarjetà jenħtieġ li qatt ma jieħdu post il-politiki dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva, u jenħtieġ li lanqas ma jkollhom impatt negattiv fuq l-impjiegi jew it-traineeships eżistenti.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  L-ESVS jenħtieġ li jipprovdi liż-żgħażagħ bl-opportunità li jiksbu esperjenza siewja ħafna, li jiżviluppaw l-ħiliet tagħhom u jagħtu kontribut lis-soċjetà, b'aktar opportunitajiet u opportunitajiet aħjar li jkopru firxa wiesgħa ta' attivitajiet, filwaqt li fl-istess ħin jiġi pprovdut aċċess għal taħriġ adegwat, segwit minn rikonoxximent formali tal-ħiliet u l-esperjenzi miksuba.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)   Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jipprovdi punt ta' dħul uniku għall-attivitajiet ta' solidarjetà fi ħdan l-Unjoni. Jenħtieġ li jiġu żgurati l-konsistenza u l-komplementarjetà ta' dak il-qafas ma' politiki u ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jibni fuq il-vantaġġi u fuq is-sinerġiji tal-programmi eżistenti, b'mod partikolari s-Servizz Volontarju Ewropew. Jenħtieġ li jikkomplimenta wkoll l-isforzi magħmula mill-Istati Membri biex jappoġġjaw liż-żgħażagħ u biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol skont il-Garanzija għaż-Żgħażagħ billi jipprovdulhom opportunitajiet addizzjonali biex jidħlu fis-suq tax-xogħol fil-forma ta' traineeships jew ta' impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà fi ħdan l-Istat Membru rispettiv tagħhom jew b'mod transfruntier. Il-komplimentarjetà ma' netwerks eżistenti fil-livell tal-Unjoni li huma pertinenti għall-attivitajiet skont il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bħan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, EURES u n-netwerk Eurodesk, jenħtieġ li tiġi żgurata wkoll. Barra minn hekk, għandha tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn l-iskemi relatati eżistenti, b'mod partikolari l-iskemi ta' solidarjetà u l-iskemi ta' mobilità nazzjonali għaż-żgħażagħ, u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, permezz ta' elaborazzjoni fuq il-prattiki tajba fejn xieraq.

(6)  L-ESVS jipprovdi punt ta' dħul ewlieni għall-attivitajiet ta' solidarjetà fi ħdan l-Unjoni. Jenħtieġ li jiġu żgurati l-konsistenza u l-komplementarjetà ta' dak il-qafas ma' politiki u ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni u dan jenħtieġ li ma jipperikolax il-finanzjament tal-programmi rilevanti eżistenti fil-qasam tas-solidarjetà. Jenħtieġ li l-ESVS jibni fuq il-vantaġġi u fuq is-sinerġiji tal-programmi eżistenti, b'mod partikolari s-Servizz Volontarju Ewropew u ż-Żgħażagħ fl-Azzjoni. Barra minn hekk, għandha tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn l-iskemi relatati eżistenti u l-ESVS, b'mod partikolari l-iskemi ta' solidarjetà, ta' volontarjat, tas-servizz ċivili u ta' mobilità għaż-żgħażagħ li joperaw fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-ESVS jibqa' ħieles mid-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, kunsiderazzjonijiet soċjali jew ekonomiċi, u jenħtieġ li jibni fuq prattiki tajba fejn xieraq. Jenħtieġ li l-ESVS ma jissostitwixxix l-iskemi nazzjonali. L-aċċess għaż-żgħażagħ kollha għall-attivitajiet ta' solidarjetà nazzjonali jenħtieġ li jiġi ggarantit fl-Istati Membri kollha permezz ta' qafas legali u riżorsi nazzjonali adegwati. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti sħubijiet ma' netwerks Ewropej li huma speċjalizzati f'ċerti problemi soċjali urġenti li mhumiex indirizzati biżżejjed mill-Istati Membri, bħall-faqar estrem, il-kundizzjoni tal-persuni mingħajr dar, il-miżerja fost il-minoranzi, bħall-Komunitajiet Rom u l-esklużjoni tal-persuni li qed ifittxu asil.

__________________

19 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ (2013/C 120/01).

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  Il-kollokamenti, il-proġetti u l-attivitajiet ta' netwerking ta' solidarjetà fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali joffru opportunità unika għaż-żgħażagħ biex jiskambjaw l-aħjar prattiki.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet biex programmi oħra tal-Unjoni bħall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini", il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Programm tas-Saħħa jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà billi jappoġġjaw attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li din il-kontribuzzjoni tiġi ffinanzjata skont l-atti bażiċi rispettivi tal-programmi kkonċernati. Ladarba jkunu kisbu tikketta tal-kwalità valida tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li l-benefiċjarji jingħataw aċċess għall-portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jirċievu miżuri ta' kwalità u ta' appoġġ ipprovduti skont it-tip ta' attività offruta.

(7)  Biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-ESVS, jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet biex programmi oħra tal-Unjoni bħall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini", il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Programm tas-Saħħa jikkontribwixxu għall-objettivi tal-ESVS billi jappoġġjaw attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li din il-kontribuzzjoni tiġi ffinanzjata skont l-atti bażiċi rispettivi tal-programmi kkonċernati bil-għan li jiġi żgurat involviment akbar taż-żgħażagħ, tas-soċjetà ċivili u tal-iskemi ta' volontarjat eżistenti fl-Istati Membri. Ladarba jkunu kisbu tikketta tal-kwalità valida tal-ESVS, jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet parteċipanti jingħataw aċċess għall-portal ESVS u jirċievu miżuri ta' kwalità u ta' appoġġ ipprovduti skont it-tip ta' attività offruta.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiftaħ opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ biex dawn jidħlu f'kollokamenti ta' volontarjat, traineeships jew impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà kif ukoll biex ifasslu u jiżviluppaw proġetti ta' solidarjetà abbażi tal-inizjattiva tagħhom stess. Jenħtieġ li dawk l-opportunitajiet jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom. Jenħtieġ ukoll li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġja lill-attivitajiet ta' netwerking għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà kif ukoll il-miżuri li jiżguraw il-kwalità tal-attivitajiet appoġġjati u li jsaħħu l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tagħhom.

(8)  Jenħtieġ li l-ESVS jiftaħ opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ biex dawn jidħlu f'kollokamenti ta' volontarjat, traineeships jew impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà kif ukoll biex ifasslu u jiżviluppaw proġetti ta' solidarjetà abbażi tal-inizjattiva tagħhom stess. Jenħtieġ li dawk l-opportunitajiet jgħinu fir-rispons għall-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunitajiet u jenħtieġ li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali taż-żgħażagħ. Jenħtieġ ukoll li l-ESVS jappoġġja lill-attivitajiet ta' netwerking għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet tal-ESVS kif ukoll il-miżuri li jiżguraw il-kwalità tal-attivitajiet appoġġjati u li jsaħħu l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tagħhom. Jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-appoġġ u t-tisħiħ ta' organizzazzjonijiet eżistenti li jimplimentaw azzjonijiet ta' solidarjetà.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-attivitajiet ta' volontarjat jikkostitwixxu esperjenza rikka f'kuntest ta' tagħlim mhux formali u informali li ssaħħaħ l-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali, iċ-ċittadinanza attiva u l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ. L-attivitajiet ta' volontarjat ma għandux ikollhom effett negattiv fuq impjiegi bi ħlas potenzjali jew eżistenti, u lanqas ma għandhom jitqiesu bħala sostitut tiegħu. Biex tkun żgurata l-kontinwità fir-rigward tal-attivitajiet ta' volontarjat li huma appoġġjati fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-attivitajiet ta' volontarjat skont is-Servizz Volontarju Ewropew u li jaqgħu taħt l-ambitu ġeografiku tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiġu appoġġjati minn dan tal-aħħar fil-forma ta' kollokamenti transfruntiera għall-volontarjat. Jenħtieġ li l-attivitajiet l-oħra ta' volontarjat skont is-Servizz Volontarju Ewropew li ma jaqgħux taħt l-ambitu ġeografiku tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkomplu jiġu appoġġjati mill-Programm stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi 'Erasmus+': il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport(20). Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni relatata fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li kemm il-kollokamenti transfruntiera għall-volontarjat skont il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà kif ukoll l-attivitajiet ta' volontarjat li se jibqgħu jiġu appoġġjati skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 jitqiesu li huma ekwivalenti għal dawk imwettqa skont is-Servizz Volontarju Ewropew.

(9)  L-attivitajiet ta' volontarjat jikkostitwixxu esperjenza rikka f'kuntest ta' tagħlim formali u mhux formali li ssaħħaħ l-iżvilupp personali u soċjoedukattiv taż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza attiva.Madankollu, minħabba n-natura transettorjali tal-attivitajiet relatati mas-solidarjetà, l-istatus differenti tal-entitajiet u l-organizzazzjonijiet potenzjali mingħajr skop ta' qligħ potenzjalment involuti f'dawn l-attivitajiet, kif ukoll is-sinifikat soċjoekonomiku tas-settur tas-solidarjetà fl-Unjoni, jenħtieġ li f'dan ir-Regolament jiġu inklużi dispożizzjonijiet biex jiżguraw li l-attivitajiet ta' volontarjat ma jkollhomx effett negattiv fuq impjiegi remunerati, potenzjali jew eżistenti, u l-attivitajiet ta' solidarjetà jenħtieġ li ma jitqisux bħala sostitut tiegħu u lanqas ma jintużaw b'mod effettiv għal dan l-iskop.Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li l-kollokamenti ta' solidarjetà fil-forma ta' volontarjat jiġu offruti esklussivament mill-organizzazzjonijiet parteċipanti li joperaw mis-settur, mill-fondazzjonijiet u mill-intrapriżi soċjali mingħajr skop ta' qligħ.

_____________

20 Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi 'Erasmus+': 20 il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50.

Emenda17

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  It-traineeships u l-impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà jistgħu joffru opportunitajiet addizzjonali għaż-żgħażagħ biex dawn jidħlu fis-suq tax-xogħol filwaqt li jagħtu l-kontribut tagħhom biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-soċjetà. Dan jista' jgħin biex jitrawmu l-impjegabbiltà u l-produttività taż-żgħażagħ filwaqt li tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tagħhom mill-edukazzjoni għall-impjiegi, li hija importanti biex jissaħħu l-possibbiltajiet tagħhom fis-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li l-kollokamenti ta' traineeships offruti taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiġu remunerati mill-organizzazzjoni parteċipanti u jsegwu l-prinċipji tal-kwalità spjegati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships tal-10 ta' Marzu 201421. Jenħtieġ li t-traineeships u l-impjiegi offruti jservu ta' pass 'il quddiem li permezz tiegħu ż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol u, għalhekk, jenħtieġ li dawn jiġu akkumpanjati minn appoġġ adegwat wara l-kollokament. Il-kollokamenti fi traineeships u f'impjiegi jenħtieġ li jiġu ffaċilitati mill-atturi rilevanti tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari mis-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi, mis-sħab soċjali u mill-Kamra tal-Kummerċ. Bħala organizzazzjonijiet parteċipanti, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu japplikaw għal finanzjament permezz tal-istruttura ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fid-dawl tal-intermedjazzjoni bejn il-parteċipanti żgħażagħ u l-impjegaturi li joffru kollokamenti fi traineeships u f'impjiegi fis-setturi tas-solidarjetà.

(10)  Jenħtieġ li l-ESVS jipprevedi wkoll qafas għat-traineeships u l-impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà biex jgħin biex tinbena l-koeżjoni soċjali, ekonomika u ċivika. Jenħtieġ li t-traineeships u l-impjiegi jkunu separati b'mod ċar mill-attivitajiet ta' volontarjat, kemm mil-lat finanzjarju u kif ukoll mil-lat organizzattiv, peress li dawn jistgħu joffru opportunitajiet differenti u addizzjonali għaż-żgħażagħ biex jidħlu fis-suq tax-xogħol u dawn jistgħu jtejbu l-possibbiltajiet tagħhom fis-suq u l-prospetti tal-karriera filwaqt li jagħtu l-kontribut tagħhom biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-soċjetà. It-traineeships u l-impjiegi ma għandhom qatt iwasslu għas-sostituzzjoni tal-impjiegi. Madankollu, it-traineeships u l-impjiegi remunerati jistgħu jirrappreżentaw inċentiv għaż-żgħażagħ żvantaġġati u għal dawk li għandhom inqas opportunitajiet biex jipparteċipaw f'attivitajiet relatati mas-solidarjetà li altrimenti jaf ma jkunux jistgħu jiksbu aċċess għalihom. Il-kollokamenti fi traineeships jistgħu jiffaċilitaw it-tranżizzjoni taż-żgħażagħ mill-edukazzjoni għall-impjieg, li hija essenzjali biex jiksbu l-integrazzjoni sostenibbli tagħhom fis-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li l-kollokamenti fi traineeships offruti taħt l-ESVS jiġu dejjem remunerati mill-organizzazzjoni parteċipanti u jenħtieġ li jsegwu l-prinċipji tal-kwalità spjegati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships tal-10 ta' Marzu 201421. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-kollokamenti fi traineeships ikunu distinti mix-xogħol volontarju, u jkunu bbażati fuq ftehim bil-miktub konkluż fil-bidu tat-traineeship bejn it-trainee u l-organizzazzjoni parteċipanti. Jenħtieġ li tali ftehimiet bil-miktub jindikaw l-objettivi edukattivi u tat-taħriġ, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-tul tat-traineeship, ir-remunerazzjoni tat-trainee u d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet skont il-liġi nazzjonali applikabbli, il-ftehimiet kollettivi applikabbli, jew it-tnejn li huma, tal-pajjiż fejn isir it-traineeship. Jenħtieġ li l-kollokamenti fi traineeships offruti jservu ta' pass 'il quddiem li permezz tiegħu ż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol, u jenħtieġ li dawn ma jissostitwixxux l-impjiegi. Jenħtieġ li l-kollokamenti fi traineeships ikunu temporanji u jenħtieġ li jkollhom tul raġonevoli, kif definit f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-kollokamenti f'impjiegi jkunu bbażati fuq kuntratt bil-miktub u li jirrispettaw it-termini u l-kundizzjonijiet kollha tal-impjieg kif definit fil-liġi nazzjonali jew fil-ftehimiet kollettivi applikabbli, jew it-tnejn li huma, tal-pajjiż fejn jitwettaq l-impjieg. Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet parteċipanti li joffru kollokamenti f'impjiegi ma jkunx ta' aktar minn tnax-il xahar. Jenħtieġ li t-traineeships u l-impjiegi jkunu distinti b'mod ċar, mil-lat finanzjarju u mil-lat tal-kontenut, minn attivitajiet volontarji, u jenħtieġ li dawn jiġu akkumpanjati minn preparazzjoni, taħriġ fuq il-post u appoġġ wara l-kollokament adegwati, b'relazzjoni mal-parteċipazzjoni tal-parteċipant fl-ESVS. Il-kollokamenti fi traineeships u f'impjiegi jenħtieġ li jiġu ffaċilitati mill-atturi rilevanti tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari mis-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi, mis-sħab soċjali u mill-Kamra tal-Kummerċ. Bħala organizzazzjonijiet parteċipanti, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu japplikaw għal finanzjament permezz tal-istruttura ta' implimentazzjoni kompetenti tal-ESVS bejn il-parteċipanti żgħażagħ u l-impjegaturi li joffru kollokamenti fi traineeships u f'impjiegi fis-setturi tas-solidarjetà.

__________________

__________________

21 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2014 dwar Qafas tal-Kwalita għat-Traineeships, ĠU C 88, 27.3.2014, p. 1.

21 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2014 dwar Qafas tal-Kwalita għat-Traineeships, ĠU C 88, 27.3.2014, p. 1.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-ispirtu ta' inizjattiva taż-żgħażagħ huwa assi importanti għas-soċjetà u għas-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jikkontribwixxi għat-trawwim ta' dan l-aspett billi joffri l-opportunità liż-żgħażagħ li jfasslu u jimplimentaw il-proġetti tagħhom stess immirati biex jindirizzaw sfidi speċifiċi għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali. Jenħtieġ li dawk il-proġetti jkunu opportunità biex jiġu ppruvati ideat u biex iż-żgħażagħ jiġu appoġġjati biex ikunu huma stess dawk li jixprunaw l-attivitajiet ta' solidarjetà. Dawn jistgħu jservu wkoll bħala punt tat-tluq għall-involviment ulterjuri f'attivitajiet ta' solidarjetà u jistgħu jkunu l-ewwel pass biex il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jitħeġġu jinvolvu ruħhom f'impjieg indipendenti jew fit-twaqqif ta' assoċjazzjonijiet, ta' NGOs jew ta' korpi oħra attivi fis-setturi tas-solidarjetà u dawk mingħajr skop ta' qligħ kif ukoll dawk taż-żgħażagħ.

(11)  L-ispirtu ta' inizjattiva taż-żgħażagħ huwa assi importanti għas-soċjetà. Jenħtieġ li l-ESVS jikkontribwixxi għat-trawwim ta' dan l-aspett billi joffri l-opportunità liż-żgħażagħ li jfasslu u jimplimentaw il-proġetti tagħhom stess immirati biex jindirizzaw sfidi speċifiċi b'solidarjetà mal-komunitajiet lokali u għall-benefiċċju tagħhom, b'mod partikolari l-komunitajiet f'żoni rurali, iżolati jew marġinalizzati. Jenħtieġ li dawk il-proġetti jkunu opportunità għaż-żgħażagħ biex jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi u biex jittestjaw ideat ġodda b'mod sostenibbli u biex ikollhom l-esperjenza li jkunu huma stess dawk li jixprunaw l-attivitajiet ta' solidarjetà. Dawn jistgħu jservu wkoll bħala punt tat-tluq għall-involviment ulterjuri f'attivitajiet ta' solidarjetà u jistgħu jkunu l-ewwel pass biex il-parteċipanti tal-ESVS jitħeġġu jinvolvu ruħhom f'intraprenditorija soċjali jew bħala voluntiera f'assoċjazzjonijiet, NGOs, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ jew korpi oħra attivi fis-setturi tas-solidarjetà u dawk mingħajr skop ta' qligħ kif ukoll dawk taż-żgħażagħ u jistabbilixxu l-assoċjazzjonijiet tagħhom stess. Jenħtieġ li jingħata l-appoġġ meħtieġ liż-żgħażagħ u lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u tal-istudenti biex jiġi żgurat li jiżviluppaw b'mod effikaċi l-attivitajiet ta' solidarjetà. L-appoġġ ta' wara l-kollokament jista' jinkludi appoġġ u pariri lill-parteċipanti interessati fit-twaqqif u t-tmexxija ta' assoċjazzjonijiet, kooperattivi, intrapriżi soċjali, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u ċentri tal-komunità.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Jenħtieġ li ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappartjenu għal komunità ta' individwi u ta' entitajiet li ħadu impenn li jsaħħu s-solidarjetà madwar l-Ewropa. Fl-istess ħin, l-organizzazzjonijiet parteċipanti jeħtieġu l-appoġġ biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom biex joffru kollokamenti ta' kwalità tajba għal għadd dejjem jiżdied ta' parteċipanti. Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġja l-attivitajiet ta' netwerking bl-għan li jissaħħaħ l-involviment taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet parteċipanti f'din il-komunità, fit-trawwim ta' spirtu tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll li jitħeġġeġ l-iskambju ta' prattiki u ta' esperjenza siewja. Jenħtieġ li dawk l-attivitajiet jikkontribwixxu għas-sensibilizzazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fost l-atturi pubbliċi u privati kif ukoll għall-ġbir ta' feedback mingħand il-parteċipanti u mingħand l-organizzazzjonijiet parteċipanti dwar l-implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(12)  Jenħtieġ li ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fl-ESVS iħossu li jappartjenu għal komunità ta' individwi u ta' entitajiet li ħadu impenn li jsaħħu s-solidarjetà madwar l-Ewropa u lil hinn. Fl-istess ħin, l-organizzazzjonijiet parteċipanti mingħajr skop ta' qligħ ta' interess ġenerali jew bi skop soċjali jeħtieġu l-appoġġ biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom biex joffru kollokamenti ta' kwalità tajba għal għadd dejjem jiżdied ta' parteċipanti. Jenħtieġ li l-ESVS jappoġġja l-attivitajiet ta' netwerking bl-għan li tissaħħaħ il-kapaċità taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet parteċipanti mingħajr skop ta' qligħ f'din il-komunità u,, jitħeġġeġ l-iskambju ta' prattiki u ta' esperjenza ta' solidarjetà siewja. Jenħtieġ li dawk l-attivitajiet jikkontribwixxu għas-sensibilizzazzjoni dwar is-solidarjetà fost l-atturi pubbliċi u privati, bħall-entitajiet mingħajr skop ta' qligħ b'għan soċjali, kif ukoll għall-ġbir ta' feedback mingħand il-parteċipanti u mingħand l-organizzazzjonijiet parteċipanti dwar l-implimentazzjoni tal-ESVS.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-iżgurar tal-kwalità tal-kollokamenti u ta' opportunitajiet oħra offruti mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, b'mod partikolari billi jiġu offruti taħriġ, appoġġ lingwistiku, assigurazzjoni, appoġġ amministrattiv u ta' wara l-kollokament lill-parteċipanti kif ukoll il-validazzjoni tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-kompetenzi miksuba permezz tal-esperjenza tagħhom fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(13)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-iżgurar tal-kwalità tal-kollokamenti u ta' opportunitajiet oħra offruti mill-ESVS, b'mod partikolari billi jiġu offruti taħriġ online u offline u appoġġ lingwistiku, assigurazzjoni, proċeduri amministrattivi simplifikati u appoġġ ta' qabel u ta' wara l-kollokament lill-parteċipanti kif ukoll il-validazzjoni tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-kompetenzi miksuba permezz tal-esperjenza tagħhom tal-ESVS. Jenħtieġ li dan l-appoġġ jiġi żviluppat u jingħata f'kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u ma' organizzazzjonijiet oħra mingħajr skop ta' qligħ u ma' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex jiġi sfruttat l-għarfien espert tagħhom fil-qasam. Fejn l-attivitajiet imwettqa mill-parteċipanti jkollhom isiru f'ambjenti perikolużi, bħal pereżempju ambjenti ta' wara diżastri, jenħtieġ li jiġu pprovduti korsijiet ta' sigurtà preventiva. Jenħtieġ li l-appoġġ ta' wara l-kollokament jipprijoritizza wkoll l-involviment ċiviku kontinwu tal-parteċipanti fil-komunità tagħhom, billi jiggwidahom lejn l-organizzazzjonijiet jew il-proġetti lokali li jistgħu jinvolvu ruħhom fihom wara li jkun sar il-kollokament.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Biex jiġi żgurat l-impatt tal-kollokamenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fuq l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-parteċipanti, jenħtieġ li l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li huma l-eżiti tat-tagħlim tal-kollokament jiġu identifikati u ddokumentati kif xieraq, f'konformità maċ-ċirkustanzi u mal-ispeċifiċitajiet nazzjonali, kif irrakkomandat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali22.

(14)  Biex jiġi żgurat l-impatt tal-kollokamenti tal-ESVS fuq l-iżvilupp personali, edukattiv, artistiku, soċjali, ċiviku u professjonali tal-parteċipanti, jenħtieġ li l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li huma l-eżiti tat-tagħlim fil-qafas tat-taħriġ immirat li jsir qabel il-kollokament jiġu identifikati, iddokumentati, ivvalutati, iċċertifikati u rikonoxxuti kif xieraq, f'konformità mal-linji gwida Ewropej u maċ-ċirkustanzi u mal-ispeċifiċitajiet nazzjonali, kif irrakkomandat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali22. Bħala għodda ta' rikonoxximent, jenħtieġ li jintuża ċertifikat ta' Youth Pass sabiex jiġu deskritti u vvalidati l-eżiti tat-tagħlim mhux formali u informali miksuba permezz tal-esperjenza tagħhom fl-ESVS. Iċ-ċertifikat tal-Youth Pass se jtejjeb ir-rikonoxximent tal-eżiti tat-tagħlim taż-żgħażagħ.

__________________

__________________

22 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

22 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a)   Sabiex l-attivitajiet ta' solidarjetà fost iż-żgħażagħ jingħataw appoġġ, l-organizzazzjonijiet parteċipanti jenħtieġ li jkunu organizzazzjonijiet mittenti jew riċeventi mingħajr skop ta' qligħ, u jistgħu jinkludu organizzazzjonijiet mhux governattivi jew organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, knejjes u assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li tiddaħħal fis-seħħ tikketta tal-kwalità li tiżgura l-konformità tal-organizzazzjonijiet parteċipanti mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, fir-rigward tad-drittijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom matul l-istadji kollha tal-esperjenza ta' solidarjetà. Jenħtieġ li l-kisba ta' tikketta tal-kwalità tkun prekundizzjoni għall-parteċipazzjoni iżda jenħtieġ li din ma twassalx b'mod awtomatiku għal finanzjament mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(15)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti tikketti u oqfsa ta' monitoraġġ tal-kwalità separati għall-volontarjat u għat-traineeships u l-impjiegi fi sħubiji ma' partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex jiġi żgurat li l-organizzazzjonijiet parteċipanti jikkonformaw b'mod effikaċi u kontinwu mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-Karta tal-ESVS, fir-rigward tad-drittijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom matul l-istadji kollha tal-esperjenza ta' solidarjetà. Biex jiġu evitati standards ta' kwalità differenti, il-Karta tal-ESVS jenħtieġ li tqis il-Karta tas-Servizz Volontarju Ewropew tal-programm Erasmus +. Jenħtieġ li l-kisba ta' tikketta tal-kwalità tkun prekundizzjoni għall-parteċipazzjoni iżda jenħtieġ li din ma twassalx b'mod awtomatiku għal finanzjament mill-ESVS. Jenħtieġ li t-tikketti tal-kwalità jiżguraw li l-attivitajiet tal-ESVS ma jintużawx bħala sostitut għall-impjiegi jew traineeships regolari. Jenħtieġ li l-proċess li jwassal għall-attribuzzjoni ta' tikketta tal-kwalità ma joħloqx burokrazija addizzjonali li tiskoraġġixxi lill-organizzazzjonijiet milli jikkontribwixxu għall-ESVS. Jenħtieġ li tikketta tal-kwalità tiżgura wkoll li l-organizzazzjonijiet parteċipanti jkunu konformi mal-kundizzjonalità ex ante dwar l-inklużjoni soċjali u, partikolarment, mal-prijorità ta' investiment tagħha dwar it-tranżizzjoni minn servizzi tas-saħħa u servizzi soċjali istituzzjonali għal servizzi tas-saħħa u servizzi soċjali bbażati fil-komunità stabbilita fir-Regolament (EU) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, sabiex issir prevenzjoni li ffinanzjar tal-Unjoni jintuża biex jappoġġja, anki indirettament, is-segregazzjoni ta' infrastrutturi tas-saħħa u infrastrutturi soċjali

_____________________

1a Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p.320).

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Jenħtieġ li ċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jassisti lill-korpi ta' implimentazzjoni, lill-organizzazzjonijiet parteċipanti u liż-żgħażagħ li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex tiżdied il-kwalità tal-implimentazzjoni u tal-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà kif ukoll tissaħħaħ l-identifikazzjoni u l-validazzjoni tal-kompetenzi miksuba permezz ta' dawn l-attivitajiet.

(16)  Jenħtieġ li ċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-ESVS jassisti lill-korpi ta' implimentazzjoni, lill-organizzazzjonijiet parteċipanti u liż-żgħażagħ li jieħdu sehem fl-ESVS biex titjiebil-kwalità tal-implimentazzjoni u tal-attivitajiet tal-ESVS kif ukoll tissaħħaħ l-identifikazzjoni, il-validazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-kompetenzi miksuba permezz ta' dawn l-attivitajiet.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Jenħtieġ li Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiġi żviluppat b'mod kontinwu biex jiġi żgurat aċċess faċli għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jiġi pprovdut punt uniku ta' kuntatt kemm għall-individwi kif ukoll għall-organizzazzjonijiet interessati fir-rigward, fost l-oħrajn, tar-reġistrazzjoni, tal-identifikazzjoni u tat-tlaqqigħ tal-profili u tal-opportunitajiet, tal-bini ta' netwerks u tal-iskambji virtwali, tat-taħriġ online, tal-appoġġ lingwistiku u ta' wara l-kollokament kif ukoll ta' funzjonalitajiet siewja oħra, li jistgħu jinħolqu fil-futur.

(17)  Jenħtieġ li Portal tal-ESVS, li jkun disponibbli fil-lingwi kollha uffiċjali tal-pajjiżi parteċipanti u li jkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà, jiġi żviluppat u aġġornat b'mod kontinwu biex jikkontribwixxi għall-iżgurar ta' aċċess faċli għall-ESVS u biex jipprovdi pjattaforma interattiva u multilingwi kemm għall-individwi interessati kif ukoll għall-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ irigward, fost l-oħrajn, ir-reġistrazzjoni, l-identifikazzjoni u t-tqabbil tal-profili u l-opportunitajiet, il-bini ta' netwerks u l-iskambji virtwali, l-informazzjoni dwar kollokamenti jew proġetti ta' solidarjetà eżistenti u dwar organizzazzjonijiet parteċipanti, il-punti ta' kuntatt Ewropej u nazzjonali rilevanti, it-taħriġ online, il-lingwa, l-appoġġ ta' qabel u ta' wara l-kollokament, il-mekkaniżmi ta' feedback u ta' valutazzjoni diretti kif ukoll funzjonalitajiet siewja oħra, li jistgħu jinħolqu fil-futur. Il-Portal tal-ESVS u l-użu tiegħu jenħtieġ li jiġu spjegati fid-dettall fil-gwida tal-programm. Jenħtieġ li tiġi żgurata l-interoperabbiltà mal-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a)  Jenħtieġ li jiġi żviluppat qafas tal-kwalità bi standards ta' kwalità għall-offerti ta' kollokament tal-ESVS. Il-bażi ta' dan il-qafas ta' -kwalità jenħtieġ li tkun il-liġi eżistenti li tipproteġi d-drittijiet tal-ħaddiema, tal-apprendisti u tal-voluntiera kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll nazzjonali, f'termini ta' protezzjoni soċjali, introjtu minimu, stabbiltà, protezzjoni tal-impjiegi, drittijiet marbuta mal-impjieg u saħħa mentali u fiżika; Jenħtieġ li l-istandards jiġu definiti permezz ta' proċess inklużiv bil-parteċipazzjoni sħiħa tas-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet tal-volontarjat.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17b)  Għall-funzjonament tajjeb tal-ESVS u l-użu f'waqtu tal-azzjonijiet rilevanti huwa essenzjali li l-mekkaniżmi jiġu stabbiliti fi ħdan il-programmi ta' ħidma tal-ESVS biex jiġi ggarantit li l-offerti jiġu ppreżentati liż-żgħażagħ reġistrati fi żmien raġonevoli u relattivament prevedibbli. Għaldaqstant jenħtieġ li jintbagħtu informazzjoni u aġġornamenti perjodiċi dwar kollokamenti disponibbli u organizzazzjonijiet parteċipanti involuti b'mod attiv fl-ESVS lill-individwi rreġistrati sabiex jiġi stimulat l-involviment tagħhom mal-ESVS wara r-reġistrazzjoni tagħhom, filwaqt li jingħataw ukoll l-opportunità li jikkuntattjaw direttament lill-atturi involuti fil-qasam tas-solidarjetà fil-livell nazzjonali kif ukoll Ewropew.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perjodu 2018-2020 li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza ewlieni, fit-tifsira tal-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, kooperazzjoni f'materji baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba23, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. L-ammont ta' referenza prim jinkludi riallokamenti mill-programm Erasmus+ (EUR 197.7 miljun) u mill-programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EUR 10 miljun) għas-snin finanzjarji 2018, 2019 u 2020, u huwa kkomplimentat mill-kontribuzzjonijiet ta' diversi programmi tal-Unjoni taħt intestaturi differenti, bħall-Fond Soċjali Ewropew, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, il-programm LIFE u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

(18)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju ta' EUR 341,5 miljun fi prezzjijiet attwali għall-perjodu 2018-2020 li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza ewlieni, fit-tifsira tal-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, kooperazzjoni f'materji baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba23, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. Il-pakkett finanzjarju jenħtieġ li jinkludi l-ammont ta' EUR 197,7 miljun li kien oriġinarjament allokat biex jiffinanzja l-attivitajiet tas-Servizz Volontarju Ewropew fi ħdan l-Unjoni fl-ambitu tal-programm Erasmus+ għas-snin finanzjarji 2018, 2019 u 2020, peress li dawk l-attivitajiet għandhom jiġu ttrasferiti għall-programm tal-ESVS. Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuq il-finanzjament tal-programmi pluriennali eżistenti, l-ammont li jifdal għall-finanzjament tal-ESVS jenħtieġ li jittieħed b'mod esklussiv minn marġini mhux allokati taħt il-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali u fis-snin finanzjarji li ġejjin jenħtieġ li jintużaw riżorsi ġodda.

______________ ____

__________________

23 Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a)  L-investiment fl-ESVS jenħtieġ li ma jsirx għad-detriment ta' programmi oħra tal-Unjoni li diġà qed joffru opportunitajiet siewja ħafna għaż-żgħażagħ, b'mod partikolari l-programm Erasmus+ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ. L-investiment fl-ESVS jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn żieda fl-investiment fi programmi oħra komplementari tal-Unjoni u, partikolarment, fil-każ tal-Programmi Erasmus+.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)   Biex tiġi żgurata l-kontinwità fl-attivitajiet appoġġjati mill-programmi li jikkontribwixxu għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, l-appoġġ finanzjarju għall-kollokamenti u għall-proġetti ta' solidarjetà jenħtieġ li jsegwu qsim indikattiv ta' 80%-20% bejn il-kollokamenti ta' volontarjat u l-proġetti ta' solidarjetà fuq naħa u l-kollokamenti fi traineeships u f'impjiegi fuq in-naħa l-oħra.

(19)   Biex tiġi żgurata l-kontinwità fl-attivitajiet appoġġjati mill-programmi li jikkontribwixxu għall-ESVS, l-appoġġ finanzjarju għall-kollokamenti u għall-proġetti ta' solidarjetà jenħtieġ li jkun b'mod indikattiv ta' 95 % għall-kollokamenti ta' volontarjat u l-proġetti ta' solidarjetà u ta' 5 % għall-kollokamenti fi traineeships u f'impjiegi.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet biex il-pajjiżi parteċipanti jitħallew jagħmlu finanzjament nazzjonali addizzjonali disponibbli f'konformità mar-regoli tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(20)  Biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-ESVS, jenħtieġ li l-pajjiżi parteċipanti jkunu jistgħu jagħmlu finanzjament nazzjonali, reġjonali jew lokali addizzjonali f'konformità mar-regoli tal-ESVS.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20a)  Il-protezzjoni ċivili u l-għajnuna umanitarja ma jistgħux ikunu dipendenti fuq iż-żgħażagħ permezz tal-ESVS. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jiggarantixxu investiment kontinwu f'azzjonijiet strutturati ta' protezzjoni ċivili u għajnuna umanitarja.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a)  Bħala regola ġenerali, it-talba għall-għotja mill-parteċipanti tiġi ppreżentata lill-Aġenzija Nazzjonali tal-pajjiż fejn hija bbażata l-organizzazzjoni. It-talbiet għall-għotja għall-kollokamenti organizzati minn organizzazzjonijiet madwar l-Ewropa jew internazzjonali jiġu ppreżentati lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura tal-Kummissjoni Ewropea.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 21b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tieħu inizjattiva biex tiżviluppa Aġenda tal-Unjoni għall-Volontarjat, filwaqt li tqis l-Aġenda Politika għall-Volontarjat fl-Ewropa (PAVE), immirata biex tiggarantixxi r-rikonoxximent u r-rispett għad-drittijiet tal-voluntiera u tal-organizzazzjonijiet li jinvolvu lill-voluntiera u t-tnaqqis tal-ostakoli amministrattivi u legali għall-volontarjat u għall-organizzazzjonijiet li jinvolvu lill-voluntiera madwar l-Ewropa, minbarra t-trawwim, il-promozzjoni u l-appoġġ ta' kultura usa' ta' solidarjetà u volontarjat fl-Ewropa.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Minbarra għall-Istati Membri, jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi oħra fuq il-bażi ta' ftehimiet bilaterali. Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni tkun ibbażata, fejn rilevanti, fuq approprjazzjonijiet addizzjonali li għandhom ikunu disponibbli f'konformità mal-proċeduri li jridu jiġu miftiehma mal-pajjiżi kkonċernati.

(22)  Bħal fis-Servizz Volontarju Ewropew, minbarra l-Istati Membri, jenħtieġ li l-ESVS ikun, mill-bidu tiegħu, miftuħ għall-pajjiżi u għall-pajjiżi sħab tal-programmi Erasmus+ u Żgħażagħ fl-Azzjoni, b'attenzjoni partikolari għall-pajjiżi fil-viċinat tal-Unjoni, sabiex jippromwovi l-opportunitajiet indaqs bejn iż-żgħażagħ mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni tkun ibbażata fuq approprjazzjonijiet addizzjonali li għandhom ikunu disponibbli f'konformità mal-proċeduri li jridu jiġu miftiehma mal-pajjiżi kkonċernati.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkun immirat għaż-żgħażagħ ta' bejn it-18 u t-30 sena. Il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet offruti mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandha tiġi rreġistrara minn qabel fil-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(23)  Jenħtieġ li l-ESVS ikun immirat għaż-żgħażagħ ta' bejn it-18 u t-30 sena. Il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet offruti mill-ESVS jenħtieġ li tiġi ġestita jew permezz ta' reġistrazzjoni minn qabel fil-Portal tal-ESVS jew permezz ta' applikazzjoni uffiċjali jew proċess ta' reklutaġġ immexxi mill-organizzazzjoni parteċipanti. Fejn ikun neċessarju, jenħtieġ li jkunu previsti għodod komplementari għall-finijiet tar-reġistrazzjoni, sabiex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ kollha, speċjalment dawk li jinsabu fl-iktar sitwazzjonijiet vulnerabbli u dawk li mhumiex diġitalment litterati. Għal dan l-għan jistgħu jintużaw il-proċessi ta' applikazzjoni eżistenti pprovduti mill-organizzazzjonijiet koordinaturi u mittenti.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23a)  Il-grupp fil-mira taż-żgħażagħ jenħtieġ li jkun wiesa' u inklużiv kemm jista' jkun, sabiex iż-żgħażagħ bi sfondi, livelli ta' edukazzjoni, ħiliet, kapaċitajiet, għarfien u esperjenza differenti jipparteċipaw fl-ESVS.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 23b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23b)  Huwa meħtieġ li tkun promossa strateġija tal-politika usa' bl-għan li jinħoloq ambjent favorevoli għall-volontarjat fl-Ewropa u li ma tinħoloqx sovrapożizzjoni ma' programmi oħra, iżda pjuttost li ssaħħaħ l-iniżjattivi eżistenti li qed jirnexxu, bħas-Servizz Volontarju Ewropew.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Għandha tingħata attenzjoni speċjali sabiex ikun żgurat li l-attivitajiet appoġġjati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha, b'mod partikolari dawk żvantaġġati. Għaldaqstant jeħtieġ li jittieħdu miżuri speċjali biex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ żvantaġġati, kif ukoll jiġu meqjusa r-restrizzjonijiet imposti mid-distanza remota tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u tal-Pajjiżi u tat-Territorji extra-Ewropej24. B'mod simili, jenħtieġ li l-pajjiżi parteċipanti jiimpenjaw ruħhom li jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Dan jinkludi s-soluzzjoni, fejn possibbli, u mingħajr ħsara għall-acquis ta' Schengen u għad-dritt tal-Unjoni dwar id-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, ta' kwistjonijiet amministrattivi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta' viżi u ta' permessi ta' residenza.

(24)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali sabiex ikun żgurat li l-attivitajiet appoġġjati mill-ESVS ikunu aċċessibbli fil-prattika għaż-żgħażagħ kollha, b'mod partikolari ż-żgħażagħ l-aktar żvantaġġati bħaż-żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali. Għaldaqstant jenħtieġ li jiġu pprovduti miżuri speċjali u appoġġ individwalizzat sabiex jintlaħqu l-kategoriji kollha taż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet, kif ukoll biex tiġi promossa l-inklużjoni soċjali, u jiġu meqjusa r-restrizzjonijiet imposti mid-distanza remota tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u tal-Pajjiżi u tat-Territorji extra-Ewropej24. B'mod simili, jenħtieġ li l-pajjiżi parteċipanti jiimpenjaw ruħhom li jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-ESVS. Dan jinkludi s-soluzzjoni, fejn possibbli, u mingħajr ħsara għall-acquis ta' Schengen u għad-dritt tal-Unjoni dwar id-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, ta' kwistjonijiet amministrattivi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta' viżi u ta' permessi ta' residenza.

______________________

______________________

24 Individwi minn pajjiż jew territorju extra-Ewropew (OCT) u korpi u istituzzjonijiet pubbliċi u / jew privati kompetenti minn OCT jistgħu jieħdu sehem fil-programmi f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea, ĠU L 314, 30.11.2001, p.1.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Kwalunkwe entità li lesta tieħu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kemm jekk iffinanzjata mill-baġit tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, minn programm ieħor tal-Unjoni kif ukoll minn sors ta' finanzjament ieħor, jenħtieġ li tirċievi tikketta tal-kwalità dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet xierqa. Jenħtieġ li l-proċess li jwassal għall-attribuzzjoni ta' tikketta tal-kwalità jsir fuq bażi kontinwa mill-istrutturi ta' implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li t-tikketta tal-kwalità attribwita terġa' tiġi vvalutata b'mod perjodiku u tista' tiġi revokata jekk, fil-kuntest tal-verifiki li jridu jsiru, il-kundizzjonijiet li wasslu għall-attribuzzjoni tagħha jinstab li ma jibqgħux issodisfati.

(25)  Kwalunkwe entità li lesta tieħu sehem fl-ESVS, kemm jekk iffinanzjata mill-baġit tal-ESVS, minn programm ieħor tal-Unjoni kif ukoll minn sors ta' finanzjament ieħor, jenħtieġ li l-ewwel tirċievi tikketta tal-kwalità dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet xierqa u dment li l-attività kkonċernata ma taqax taħt il-lista ta' attivitajiet esklużi. Jenħtieġ li l-proċess li jwassal għall-attribuzzjoni ta' tikketta tal-kwalità jsir fuq bażi kontinwa, pubblika u trasparenti mill-istrutturi ta' implimentazzjoni tal-ESVS. F'dan il-proċess jenħtieġ li jiġu evitati piżijiet amministrattivi mhux neċessarji. Jenħtieġ li t-tikketta tal-kwalità attribwita terġa' tiġi vvalutata b'mod perjodiku u tista' tiġi revokata jekk, fil-kuntest tal-verifiki li jridu jsiru, il-kundizzjonijiet li wasslu għall-attribuzzjoni tagħha jinstab li ma jibqgħux issodisfati.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Entità li tixtieq tapplika għal finanzjament biex toffri kollokamenti skont il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jenħtieġ li l-ewwel tkun irċeviet tikketta tal-kwalità bħala prekundizzjoni. Dan ir-rekwiżit jenħtieġ li ma jkunx japplika għal persuni fiżiċi li jfittxu appoġġ finanzjarju f'isem grupp informali ta' parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għall-proġetti ta' solidarjetà tagħhom.

(26)  Entità mingħajr skop ta' qligħ li tixtieq tapplika għal finanzjament biex toffri kollokamenti fil-qafas tal-ESVS jenħtieġ li l-ewwel tkun irċeviet tikketta tal-kwalità bħala prekundizzjoni. L-attribuzzjoni tat-tikketta tal-kwalità jenħtieġ li ma tapplikax għal persuni fiżiċi li jfittxu appoġġ finanzjarju f'isem grupp informali ta' parteċipanti tal-ESVS għall-programmi u l-proġetti ta' solidarjetà tagħhom. Il-korpi ta' implimentazzjoni kompetenti jenħtieġ li jwettqu kontrolli tal-kwalità ekwivalenti biex jaċċertaw il-konformità, minn dawk il-persuni fiżiċi, mar-rekwiżiti tal-ESVS.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26a)  Il-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-komunitajiet lokali jenħtieġ li jkunu kriterju importanti għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-proġetti. B'mod korrispondenti, jenħtieġ li indikaturi xierqa jiġu stabbiliti u jiġu vvalutati mill-ġdid kull sena.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Il-ġestjoni effikaċi tal-prestazzjoni, inkluż il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, teħtieġ l-iżvilupp ta' indikaturi speċifiċi, li jitkejlu u jkunu realistiċi li jistgħu jitkejlu maż-żmien u li jirriflettu l-loġika tal-intervenzjoni.

(27)  Il-ġestjoni effikaċi tal-prestazzjoni, inkluż il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, teħtieġ l-iżvilupp ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi speċifiċi, kalkolabbli u realistiċi li jistgħu jitkejlu maż-żmien u li jirriflettu l-loġika tal-intervenzjoni.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Jenħtieġ li jiġu żgurati sensibilizzazzjoni, pubbliċità u disseminazzjoni xierqa tal-opportunitajiet u tar-riżultati tal-azzjonijiet appoġġjati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, ta' pubbliċità u ta' disseminazzjoni jibbażaw fuq il-korpi ta' implimentazzjoni kollha tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, inkluż, meta jkun rilevanti, bl-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati ewlenin l-oħra.

(28)  Jenħtieġ li jiġu żgurati sensibilizzazzjoni, pubbliċità u disseminazzjoni xierqa tal-opportunitajiet u tar-riżultati tal-azzjonijiet appoġġjati mill-ESVS fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, ta' pubbliċità u ta' disseminazzjoni jibbażaw, mingħajr ma jżidu l-burokrazija, fuq il-korpi ta' implimentazzjoni kollha tal-ESVS, fuq is-siti web tal-Kummissjoni u fuq il-programmi tal-Unjoni li diġà huma assoċjati mal-ESVS.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28a)  Sabiex jintlaħqu aħjar l-objettivi tal-ESVS, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li jaħdmu mill-qrib flimkien fi sħubija mal-NGOs, mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u mal-partijiet ikkonċernati lokali b'għarfien espert fl-azzjonijiet ta' solidarjetà.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Test propost mill-Kummissjoni

(29)  Sabiex tiġi żgurata effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni lill-pubbliku ġenerali u sinerġiji aktar b'saħħithom bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni mwettqa b'inizjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati għall-komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni bejn il-korpi dwar il-prijoritajiet politiki tal-Unjoni bil-kundizzjoni li dawn ikunu relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament.

(29)  Sabiex jiġu żgurati effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni lill-pubbliku ġenerali u sinerġiji aktar b'saħħithom bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni mwettqa b'inizjattiva tal-Kummissjoni, jenħtieġ li r-riżorsi allokati għall-komunikazzjoni skont dan ir-Regolament jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, bħall-integrazzjoni soċjali, il-koeżjoni, il-ħarsien ambjentali u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, kif relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament u jkunu konsistenti mal-objettivi tas-sorsi ta' finanzjament tal-ESVS.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jagħmel użu massimali mill-arranġamenti ta' ġestjoni eżistenti li diġà jinsabu fis-seħħ. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà tiġi fdata f'idejn l-istrutturi eżistenti, jiġifieri il-Kummissjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva tagħha għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, u l-Aġenziji Nazzjonali maħtura biex jimmaniġġjaw l-azzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013.

(30)  Biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva ta' dan ir-Regolament, l-ESVS jenħtieġ li jagħmel użu massimu mill-arranġamenti ta' ġestjoni eżistenti li diġà jinsabu fis-seħħ. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-ESVS tiġi fdata f'idejn l-istrutturi eżistenti, jiġifieri l-Kummissjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva tagħha għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, u l-Aġenziji Nazzjonali maħtura biex jimmaniġġjaw l-azzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013. Jenħtieġ li jiġi stabbilit korp konsultattiv li jinvolvi netwerks tal-NGOs Ewropej ta' solidarjetà u volontarjat.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  F'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni26, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta programmi ta' ħidma u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan. Jenħtieġ li l-programm ta' ħidma jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni f'konformità mal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, mal-kriterji tal-għażla u tal-għoti għall-għotjiet, kif ukoll mal-elementi l-oħra kollha meħtieġa. Jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma u kwalunkwe emenda tagħhom jiġu adottati b'atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami.

(35)  F'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni26, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta programmi ta' ħidma u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan. Jenħtieġ li l-programm ta' ħidma jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni f'konformità mal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-ESVS, mal-kriterji tal-għażla u tal-għoti għall-għotjiet, kif ukoll mal-elementi l-oħra kollha meħtieġa. Jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma u kwalunkwe emenda tagħhom jiġu adottati permezz ta' atti delegati u jkunu bbażati fuq il-ħtiġijiet u t-talbiet tal-benefiċjarji.

__________________

__________________

26 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Għal raġunijiet ta' effiċjenza u ta' effikaċja, jenħtieġ li l-kumitat imwaqqaf skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 jassisti wkoll lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fir-rigward tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li dak il-kumitat jiltaqa' f'konfigurazzjoni speċifika u jenħtieġ li l-mandat tiegħu jiġi allinjat biex jissodisfa dan ir-rwol il-ġdid. Jenħtieġ li jkun f'idejn il-pajjiżi parteċipanti li jaħtru r-rappreżentanti rilevanti għal dawk il-laqgħat, fid-dawl tad-dimensjonijiet ta' volontarjat u okkupazzjonali tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(37)  Għal raġunijiet ta' effiċjenza u ta' effikaċja, jenħtieġ li sottokumitat speċjali tal-kumitat imwaqqaf skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 jassisti wkoll lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fir-rigward tal-programm, jenħtieġ li dak il-kumitat jiltaqa' f'konfigurazzjoni speċifika. Jenħtieġ li jkun f'idejn il-pajjiżi parteċipanti li jaħtru r-rappreżentanti rilevanti għal dawk il-laqgħat, fid-dawl tad-dimensjonijiet ta' volontarjat u okkupazzjonali tal-ESVS. Il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Voluntiera (CEV) u organizzazzjonijiet rilevanti oħra tas-soċjetà ċivili, inklużi n-netwerks li jirrappreżentaw lill-impjegaturi u lit-trade unions jenħtieġ li jiġu inklużi bħala osservaturi permanenti mingħajr drittijiet ta; vot fil-Kumitat tal-Programm u l-preżenza tagħhom tiġi prevista fir-regoli ta' proċedura ta' dak il-Kumitat.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Premessa 38a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38a)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2017 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Erasmus+1a, il-Parlament Ewropew ħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu sforz baġitarju sabiex jakkomodaw l-inizjattiva l-ġdida tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà mingħajr ma jkun hemm sottofinanzjament għall-programmi kurrenti u ta' prijorità.

___________________

1a Testi adottati, P8_TA(2017)0018

Emenda    51

Proposta għal regolament

Premessa 38b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38b)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-abbozz ta' baġit 20181a, il-Parlament Ewropew esprima t-tħassib tiegħu li, minkejja t-twissijiet li għamel, il-proposta leġiżlattiva adottata fit-30 ta' Mejju 2017 ipprevediet li tliet kwarti tal-baġit tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiġu ffinanzjati permezz ta' riallokazzjonijiet minn programmi eżistenti, u prinċipalment minn Erasmus+ (EUR 197,7 miljun) u tenna li kwalunkwe impenn politiku ġdid jenħtieġ li jiġi ffinanzjat b'approprjazzjonijiet ġodda u mhux riallokazzjonijiet minn programmi eżistenti.

_____________________

1a Testi adottati, P8_TA-PROV(2017)0302

Emenda    52

Proposta għal regolament

Premessa 38c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38c)  Jenħtieġ li jkunu garantiti finanzjament u allokazzjonijiet baġitarji separati għall-ESVS u ma jirrriżultawx fi tnaqqis fil-baġit għal politiki oħra li jippromwovu ż-żgħażagħ, l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-impjiegi jew is-solidarjetà. Jenħtieġ li jiġi żgurat l-użu ottimali u trasparenti tar-riżorsi finanzjarji.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Il-pakkett finanzjarju tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà taħt l-Intestatura 1a tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali jibni wkoll fuq il-fondi riallokati mill-programm Erasmus+. Jenħtieġ li dawn il-fondi jiġu primarjament mill-approprjazzjonijiet mmirati għall-finanzjament tal-attivitajiet tas-Servizz Volontarju Ewropew li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-kollokamenti ta' volontarjat appoġġjati skont dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li ċerti approprjazzjonijiet tal-Faċilità ta' Garanzija ta' Self lill-Istudenti, li aktarx li ma jkunux assorbiti mill-Erasmus+ jiġu riallokati bl-għan li jiġi pprovdut kofinanzjament adegwat għall-spejjeż operattivi tal-aġenziji nazzjonali u jiġu allinjati aktar mal-kapaċità ta' assorbiment ta' din l-azzjoni.

(39)  Il-pakkett finanzjarju tal-ESVS taħt l-Intestatura 1a tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali jibni fuq il-fondi riallokati mill-programm Erasmus+. Jenħtieġ li dawn il-fondi jiġu esklussivament mill-approprjazzjonijiet immirati għall-finanzjament tal-attivitajiet tas-Servizz Volontarju Ewropew li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-kollokamenti ta' volontarjat appoġġjati skont dan ir-Regolament.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Premessa 40a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40a)  Minħabba l-valur terapewtiku li għandha l-ħidma mal-annimali, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali sabiex iż-żgħażagħ b'diżabbiltajiet mentali u fiżiċi jingħataw opportunitajiet biex jaħdmu fl-irziezet għal finijiet terapewtiċi.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta' Jannar 2018. Sabiex tkun tista' ssir applikazzjoni fil-pront tal-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(41)  Sabiex tkun tista' ssir applikazzjoni fil-pront tal-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)   "attività ta' solidarjetà" tfisser attività mmirata lejn l-indirizzar tal-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà għall-benefiċċju tal-komunità filwaqt li jitrawwem ukoll l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali u professjonali tal-individwu, li jista' jieħu l-forma ta' kollokamenti, ta' proġetti jew ta' attivitajiet ta' netwerking, żviluppati b'rabta ma' oqsma differenti, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-intraprenditorija, b'mod partikolari l-intraprenditorija soċjali, iċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni demokratika, il-ħarsien tal-ambjent u tan-natura, l-azzjoni klimatika, il-prevenzjoni ta' diżastri, it-tħejjija u l-irkupru, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-forniment ta' oġġetti tal-ikel u mhux tal-ikel, is-saħħa u l-benessri, il-kreattività u l-kultura, l-edukazzjoni fiżika u l-isport, l-assistenza soċjali u s-servizzi soċjali, l-akkoljenza u l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-kooperazzjoni u l-koeżjoni territorjali;

(1)   "attività ta' solidarjetà" tfisser attività ta' interess ġenerali mmirata lejn l-indirizzar ta' sfidi importanti fis-soċjetà għall-benefiċċju ta' komunità u s-soċjetà kollha kemm hi, filwaqt li trawwem ukoll l-iżvilupp personali, edukattiv, artistiku, soċjali, ċiviku u professjonali tal-individwu; l-attività ta' solidarjetà tieħu l-forma ta' kollokamenti, ta' proġetti jew ta' attivitajiet ta' netwerking, żviluppati b'rabta ma' oqsma differenti, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ formali, mhux formali u informali, ix-xogħol taż-żgħażagħ, l-impjiegi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-intraprenditorija soċjali, iċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni demokratika, id-djalogu interkulturali, l-inklużjoni soċjali, l-inklużjoni tal-persuni b'diżabbiltà, il-ħarsien tal-ambjent u tan-natura, l-azzjoni klimatika, il-prevenzjoni ta' diżastri, it-tħejjija u l-irkupru, l-agrikoltura għal finijiet terapewtiċi u l-iżvilupp rurali, il-kooperazzjoni u l-koeżjoni territorjali, il-forniment ta' oġġetti tal-ikel u mhux tal-ikel, is-saħħa u l-benessri, il-kreattività u l-kultura, l-edukazzjoni fiżika u l-isport, l-assistenza soċjali u s-servizzi soċjali, u l-akkoljenza u l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi bħall-persuni li jfittxu asil u r-rifuġjati;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  "solidarjetà" tfisser ir-rieda li wieħed jaħdem għall-ġid komuni bħala parti minn attivitajiet speċifiċi mingħajr ma jistenna korrispettiv;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "parteċipant" tfisser żagħżugħ li rreġistra fil-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jieħu sehem f'attività ta' solidarjetà li taqa' taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà offruta minn organizzazzjoni parteċipanti;

(2)  "parteċipant" tfisser żagħżugħ li jieħu sehem f'attività ta' solidarjetà li taqa' taħt l-ESVS offruta minn organizzazzjoni parteċipanti jew żviluppata minn grupp ta' żgħażagħ irreġistrati fil-Portal tal-ESVS;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "żagħżugħ żvantaġġat" tfisser individwi li jeħtieġu appoġġ addizzjonali minħabba diżabilità, diffikultajiet edukattivi, ostakli ekonomiċi, differenzi kulturali, problemi tas-saħħa, ostakli soċjali, ostakli ġeografiċi;

(3)   "żagħżugħ b'inqas opportunitajiet" tfisser individu bejn is-17 u t-30 sena li jeħtieġ appoġġ addizzjonali mmirat għaliex jinsab fi żvantaġġ minħabba l-fatt li jiffaċċja fattur ta' esklużjoni jew ostaklu wieħed jew aktar, bħad-diżabbiltà, diffikultajiet fit-tagħlim, ostakli soċjali u ekonomiċi, differenzi kulturali, problemi tas-saħħa, ostakli istituzzjonali jew ġeografiċi jew diskriminazzjoni bbażata fuq kwalunkwe waħda mir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "organizzazzjoni parteċipanti" tfisser kwalunkwe entità pubblika jew privata li ġiet attribwita t-tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, li toffri kollokament lil parteċipant fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jew li timplimenta attivitajiet oħra fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

(4)  "organizzazzjoni parteċipanti" tfisser entità pubblika jew privata mingħajr skop ta' qligħ li twettaq attività ta' interess ġenerali jew b'għan soċjali, li għandha rwol fundamentali fit-tħeġġiġ, fil-promozzjoni u fil-faċilitazzjoni tal-aċċessibbiltà għas-settur tal-volontarjat u s-sħubiji fis-settur u li ngħatat it-tikketta tal-kwalità tal-ESVS; tali entità toffri kollokament ta' solidarjetà lil parteċipant fl-ESVS jew timplimenta u tappoġġja attivitajiet oħra fil-qafas tal-ESVS, li fih tipparteċipa bħala organizzazzjoni mittenti jew riċeventi. "Organizzazzjoni mittenti" tfisser oganizzazzjoni inkarigata mit-tħejjija u l-appoġġ tal-parteċipanti qabel, matul u wara kollokament ta' solidarjetà. "Organizzazzjoni riċeventi" tfisser organizzazzjoni li toffri kollokament lil parteċipant;

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  "kollokament ta' solidarjetà" tfisser attività ta' volontarjat, traineeships jew impjiegi f'qasam relatat mas-solidarjetà, li huma organizzati minn organizzazzjoni parteċipanti u li jagħtu kontribut biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-soċjetà filwaqt li jsaħħu l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali u l-impjegabbiltà tal-parteċipant fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li jwettaqhom, f'pajjiż li mhuwiex il-pajjiż ta' residenza (transfruntiera) jew fil-pajjiż ta' residenza tal-parteċipant (fil-pajjiż);

(5)  "kollokament ta' solidarjetà" tfisser attività ta' volontarjat, traineeship jew impjieg f'qasam relatat mas-solidarjetà, li għandha valur miżjud Ewropew u li ma tissostitwix u lanqas tieħu post skemi nazzjonali ta' volontarjat, li hija organizzata minn organizzazzjoni parteċipanti, u li tagħti kontribut biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-soċjetà identifikati b'mod ċar filwaqt li ssaħħaħ l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-parteċipant fl-ESVS, li jwettaq l-attività preferibbilment f'pajjiż li mhuwiex il-pajjiż ta' residenza (transfruntiera) jew fil-pajjiż ta' residenza tal-parteċipant (fil-pajjiż), jekk ikun meħtieġ;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "volontarjat" tfisser servizz volontarju full-time mhux imħallas għal perjodu massimu ta' tnax-il xahar, li jipprovdi liż-żgħażagħ bl-opportunità li jikkontribwixxu fil-ħidma ta' kuljum tal-organizzazzjonijiet attivi f'oqsma relatati mas-solidarjetà, għall-benefiċċju aħħari tal-komunitajiet li fi ħdahom jitwettqu l-attivitajiet, inkluża dimensjoni solida ta' tagħlim u ta' taħriġ biex il-voluntiera żgħażagħ jkunu jistgħu jiksbu ħiliet u kompetenzi, li se jkunu siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali u professjonali tagħhom, u li se jikkontribwixxu wkoll biex itejbu l-impjegabbiltà tagħhom;

(6)  "volontarjat" tfisser kollokament volontarju mhux imħallas fi ħdan organizazzjoni parteċipanti fis-settur mingħajr skop ta' qligħ, imwettaq għal perjodu sa tnax-il xahar, jew fuq bażi full-time jew fuq bażi flessibbli ta' mill-inqas 10 sigħat fil-ġimgħa, li jipprovdi liż-żgħażagħ bl-opportunità li jikkontribwixxu fil-ħidma ta' kuljum tal-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ attivi f'oqsma relatati mas-solidarjetà, għall-benefiċċju aħħari tal-komunitajiet li fihom jitwettqu l-attivitajiet u, b'mod partikolari, għall-ġid ta' dawk fil-bżonn fi ħdan tali komunitajiet, inkluża dimensjoni solida ta' tagħlim u ta' taħriġ biex il-voluntiera żgħażagħ ikunu jistgħu jiksbu, jivvalidaw u jiċċertfikaw ħiliet u kompetenzi, li mbagħad ikunu siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali u professjonali tagħhom, u li jikkontribwixxu wkoll biex itejbu l-impjegabbiltà tagħhom; din l-attività hija karatterizzata minn perjodu fiss u objettivi, kontenut, kompiti, struttura u qafas ċari; allowance xierqa, u protezzjoni legali u soċjali ma jistgħux jissostitwixxu jew jieħdu l-post ta' impjieg remunerat;

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  "kollokamenti f'timijiet ta' volontarjat" tfisser kollokamenti li jippermettu lit-timijiet tal-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà minn pajjiżi parteċipanti differenti jagħmlu volontarjat flimkien għal objettiv komuni, billi jwettqu kompiti manwali jew intellettwali, fuq proġett ta' servizz utli għall-komunità għal perjodu ta' bejn ġimagħtejn u xahrejn;

(7)  "kollokamenti f'timijiet ta' volontarjat" tfisser kollokamenti li jippermettu lit-timijiet tal-parteċipanti tal-ESVS minn pajjiżi parteċipanti differenti jagħmlu volontarjat flimkien għal objettiv komuni, billi jwettqu kompiti manwali jew intellettwali, fuq proġett ta' servizz utli għall-komunità f'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi, ma' organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, ma' fondazzjonijiet u intrapriżi soċjali għal perjodu ta' bejn ġimagħtejn u xahrejn;

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  "traineeship" tfisser perjodu ta' prattika ta' xogħol minn xahrejn sa tnax-il xahar, remunerat mill-organizzazzjoni li tospita lill-parteċipant tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, fuq il-bażi ta' ftehim dwar it-traineeship bil-miktub, li jinkludi komponent ta' tagħlim u ta' taħriġ, u mwettaq biex tinkiseb esperjenza prattika u professjonali bl-għan li titjieb l-impjegabbiltà u tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għal impjieg regolari;

(8)  "traineeship" tfisser perjodu ta' prattika ta' xogħol minn tlieta sa sitt xhur, li jista' jiġġedded darba u għal tul massimu ta' tnax-il xahar fl-istess organizzazzjoni parteċipanti, remunerat mill-organizzazzjoni li tospita lill-parteċipant tal-ESVS, li jinkludi komponent ta' tagħlim u ta' taħriġ, li jitwettaq biex tinkiseb esperjenza prattika u professjonali bil-għan li jiġu żviluppati kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-parteċipant, ikun ibbażat fuq ftehim bil-miktub konkluż fil-bidu tat-traineeship bejn il-parteċipant u l-organizzazzjoni parteċipanti, b'indikazzjoni tal-objettivi edukattivi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-tul tat-traineeship, ir-remunerazzjoni tal-parteċipant u d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi applikabbli, jew it-tnejn li huma, tal-pajjiż fejn isir it-traineeship, u ma jissostitwixxix impjiegi;

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  "impjieg" tfisser perjodu ta' xogħol minn xahrejn sa tnax-il xahar, remunerat mill-organizzazzjoni parteċipanti li timpjega lill-parteċipant tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, imwettaq f'pajjiż parteċipanti u bbażat fuq kuntratt ta' impjieg f'konformità mal-qafas regolatorju nazzjonali ta' dak il-pajjiż parteċipant;

(9)  "impjieg" tfisser perjodu ta' xogħol ta' mill-inqas sitt xhur, ibbażat fuq kuntratt ta' impjieg bil-miktub li jirrispetta t-termini u l-kundizzjonijiet kollha tal-impjieg kif definiti fil-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi applikabbli, jew it-tnejn li huma, tal-pajjiż fejn jitwettaq l-impjieg, u remunerat mill-organizzazzjoni parteċipanti li timpjega lill-parteċipant tal-ESVS;

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "proġett ta' solidarjetà" tfisser inizjattiva lokali għal perjodu ta' bejn xahrejn u tnax-il xahar, li tkun ippreparata u mwettqa minn gruppi li jkun fihom minn tal-inqas ħames parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bl-għan li jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin fi ħdan il-komunità lokali tagħhom filwaqt li torbothom ma' perspettiva Ewropea usa';

(10)  "proġett ta' solidarjetà" tfisser inizjattiva lokali għal perjodu ta' bejn xahrejn u tnax-il xahar, li tkun ippreparata u mwettqa minn gruppi li jkun fihom minn tal-inqas ħames parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bl-għan li jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin fi ħdan il-komunità lokali tagħhom filwaqt li torbothom ma' perspettiva Ewropea usa' u b'inizjattivi ta' solidarjetà lokali eżistenti; it-tfassil ta' gwida, kif ukoll l-appoġġ għal qabel u għal wara l-kollokament minn organizzazzjoni parteċipanti jew mill-awtoritajiet lokali huma obbligatorji biex ikun hemm azzjoni ta' solidarjetà sabiex ikunu żgurati s-sostenibbiltà tal-proġett u l-kwalità tas-servizzi mogħtija;

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a)  "agrikoltura għal finijiet terapewtiċi" tfisser l-użu ta' riżorsi agrikoli li jtejbu l-benessri soċjali, fiżiku u mentali tal-individwi, billi jippermetti lil dawk li huma soċjalment u psikoloġikament vulnerabbli biex jieħdu sehem f'xogħol fl-irziezet;

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  "tikketta tal-kwalità" tfisser ċertifikazzjoni attribwita lil entità pubblika jew privata jew lil organizzazzjoni internazzjonali li tkun lesta li tipprovdi kollokamenti li jaqgħu taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà f'konformità ma' proċedura mmirata biex tiżgura l-konformità mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

(11)  "tikketta tal-kwalità" tfisser ċertifikazzjoni attribwita lil entità pubblika jew privata jew lil organizzazzjoni internazzjonali li tixtieq issir organizzazzjoni parteċipanti u li tkun lesta tipprovdi kollokamenti li jaqgħu taħt l-ESVS f'konformità ma' proċedura mmirata biex tiżgura l-konformità mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-ESVS u biex tiżgura l-kwalità tas-servizzi mogħtija mill-organizzazzjonijiet parteċipanti;

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  "Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà" tfisser id-dokument li jistabbilixxi d-drittijiet u r-responsabbiltajiet rispettivi li l-entitajiet kollha li lesti li jissieħbu fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jridu jaqblu li jaderixxu għalih;

(12)  "Karta tas-Servizz Ewropew ta' Solidarjetà u Volontarjat" tfisser id-dokument li jistabbilixxi d-drittijiet u r-responsabbiltajiet rispettivi li l-entitajiet kollha li lesti li jissieħbu fl-ESVS iridu jaqblu li jaderixxu għalih;

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  "Ċentru ta' Riżorsi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà" tfisser il-funzjonijiet addizzjonali mwettqa minn aġenzija nazzjonali maħtura biex tappoġġja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet li jaqgħu taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà kif ukoll l-identifikazzjoni tal-kompetenzi miksuba mill-parteċipanti permezz tal-kollokamenti u tal-proġetti tagħhom;

(13)  "Ċentru ta' Riżorsi tas-Servizz Ewropew ta' Solidarjetà u Volontarjat" tfisser il-funzjonijiet addizzjonali mwettqa minn aġenzija nazzjonali maħtura biex tappoġġja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet li jaqgħu taħt l-ESVS kif ukoll l-identifikazzjoni tal-kompetenzi miksuba mill-parteċipanti permezz tat-taħriġ immirat imwettaq qabel il-kollokament ta' solidarjetà; l-aġenziji nazzjonali rispettivi għandhom ikunu involuti fil-proċess tal-istabbiliment tal-funzjonijiet li għandhom jitwettqu miċ-Ċentru ta' Riżorsi tal-Inizjattiva Ewropea ta' Solidarjetà;

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  "Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà" tfisser għodda bbażata fuq il-web li tipprovdi servizzi online rilevanti lill-parteċipanti u lill-organizzazzjonijiet parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, inkluż billi tipprovdi informazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, tirreġistra l-parteċipanti, tfittex parteċipanti għal kollokamenti, tirreklama u tfittex kollokamenti, tfittex sħab potenzjali għall-proġetti, timmaniġġja l-kuntatti u l-offerti għal kollokamenti u għal proġetti, l-attivitajiet ta' taħriġ, ta' komunikazzjoni u ta' netwerking, tinforma u tinnotifika dwar l-opportunitajiet, kif ukoll żviluppi rilevanti oħra relatati mal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(14)  "Portal tal-ESVS" tfisser għodda interattiva u multilingwi, ibbażata fuq il-web, disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-pajjiżi parteċipanti u aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà, li tipprovdi servizzi online addizzjonali lill-parteċipanti u lill-organizzazzjonijiet parteċipanti tal-ESVS; dawk is-servizzi jikkomplementaw l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet parteċipanti u jinkludu l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ESVS, ir-reġistrazzjoni tal-parteċipanti, it-tfittix ta' parteċipanti għall-kollokamenti, ir-reklamar u t-tfittix ta' kollokamenti, it-tfittix ta' sħab potenzjali għall-proġetti, il-ġestjoni tal-kuntatti u tal-offerti għal kollokamenti u għal proġetti, l-attivitajiet ta' taħriġ, ta' komunikazzjoni u ta' netwerking, l-avviżi u n-notifika ta' opportunitajiet, l-għoti ta' mekkaniżmu ta' feedback rigward il-kwalità tal-kollokamenti, kif ukoll żviluppi rilevanti oħra relatati mal-ESVS.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a)  Sabiex iż-żgħażagħ jitħeġġu jieħdu sehem f'attivitajiet tal-volontarjat li huma totalment mhux imħallsa, u fid-dawl tal-fatt li l-ġimgħa tax-xogħol f'ambjent professjonali m'għandhiex taqbeż l-40 siegħa, m'għandux ikun permess li ż-żgħażaġħ iwettqu xogħol ta' volontarjat għal aktar minn 25 siegħa fil-ġimgħa.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huwa li jsaħħaħ l-involviment taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet f'attivitajiet ta' solidarjetà aċċessibbli u ta' kwalità għolja bħala mezz biex dawn jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-koeżjoni u tas-solidarjetà fl-Ewropa, jappoġġjaw il-komunitajiet u jwieġbu għall-isfidi tas-soċjetà.

L-objettiv tal-ESVS huwa l-promozzjoni tas-solidarjetà bħala valur u l-volontarjat fl-Ewropa u lil hinn minnha sabiex tinbena soċjetà inklużiva, billi jissaħħaħ l-involviment taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ f'attivitajiet ta' solidarjetà aċċessibbli u ta' kwalità għolja bħala mezz biex dawn jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-koeżjoni u ċ-ċittadinanza; huwa għandu l-għan li jikkomplementa l-azzjonijiet u l-istrutturi eżistenti tal-organizzazzjonijiet li jappoġġjaw il-komunitajiet lokali, b'mod partikolari l-komunitajiet l-aktar vulnerabbli, u li jirreaġixxi malajr għall-isfidi tas-soċjetà, il-ħarsien tal-ambjent, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, u integrazzjoni soċjali akbar.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-a)  li jiżgura li l-attivitajiet ta' solidarjetà offruti lill-parteċipanti jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-isfidi sinifikanti tas-soċjetà u għat-tisħiħ tal-komunitajiet, u jkunu ta' kwalità għolja u vvalidati kif xieraq;

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jipprovdi liż-żgħażagħ, bl-appoġġ tal-organizzazzjonijiet parteċipanti, opportunitajiet faċilment aċċessibbli għall-involviment f'attivitajiet ta' solidarjetà filwaqt li jtejjeb il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali, kif ukoll l-impjegabbiltà tagħhom u jiffaċilita t-tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol, inkluż billi jappoġġja l-mobilità tal-voluntiera, tal-persuni f'taħriġ u tal-ħaddiema żgħażagħ;

(a)  li jipprovdi liż-żgħażagħ, bl-appoġġ tal-organizzazzjonijiet parteċipanti, opportunitajiet faċilment aċċessibbli għall-involviment f'attivitajiet ta' solidarjetà u ta' volontarjat filwaqt li jtejjeb il-ħiliet, il-kompetenzi u l-għarfien tagħhom għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku, kulturali u professjonali, inkluż billi jappoġġja l-mobbiltà tal-voluntiera żgħażagħ, li jista' jwassal ukoll għal titjib fl-impjegabbiltà, filwaqt li jiżgura li tiġi evitata s-sostituzzjoni ta' xogħol imħallas b'xogħol mhux imħallas;

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  li jtejjeb l-inklużjoni taż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet fl-ESVS billi joħloq formati adattati u jippromwovi miżuri speċjali ta' gwida u appoġġ;

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li jiżgura li l-attivitajiet ta' solidarjetà li jiġu offruti lill-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-ħtiġijiet konkreti mhux issodisfati tas-soċjetà u għat-tisħiħ tal-komunitajiet, ikunu ta' kwalità għolja u jkunu vvalidati kif xieraq.

(b)  li jiżgura li l-attivitajiet ta' solidarjetà u ta' volontarjat li jiġu offruti lill-parteċipanti tal-ESVS jgħinu biex jingħelbu l-isfidi sinifikanti tas-soċjetà u jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-interess pubbliku għall-benefiċċju tal-komunità, jiġu indirizzati ħtiġijiet soċjetali konkreti, identifikati b'mod ċar u mhux sodisfati u jissaħħu l-komunitajiet, ikunu ta' kwalità għolja, validati u implimentati kif xieraq u jkunu jirrispettaw il-prinċipji u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Karta tal-ESVS.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – point ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  li jappoġġja l-iżvilupp, l-appoġġ u ż-żamma ta' Aġenda tal-UE għall-Volontarjat bil-għan li jiġu garantiti r-rikonoxximent u r-rispett tad-drittijiet tal-voluntiera u l-organizzazzjonijiet li jinvolvu l-voluntiera u t-tnaqqis tal-ostakli amministrattivi u ġuridiċi għall-volontarjat u l-organizzazzjonijiet li jinvolvu l-voluntiera fl-Unjoni, flimkien mat-trawwim, il-promozzjoni u l-appoġġ ta' kultura usa' ta' solidarjetà u volontarjat fl-Unjoni.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  li jippromwovi t-tisħiħ ta' perspettiva komuni Ewropea fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, permezz tal-involviment f'attivitajiet ta' solidarjetà;

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bc)  li jiżgura li l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-parteċipanti, u l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li huma l-eżiti tat-tagħlim tal-kollokament jiġu identifikati, iddokumentati, ivvalutati u ċċertifikati kif xieraq.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt bd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bd)  li jżid l-inklużjoni taż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet fl-ESVS billi joħloq formati adattati u jippromwovi gwida mfassla apposta u personalizzata kif ukoll miżuri ta' appoġġ b'baġit speċifiku;

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt be (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(be)  li jimpedixxi lill-organizzazzjonijiet milli jittrasformaw miżuri ta' responsabbiltà soċjali f'miżuri tal-ESVS u, b'hekk, milli jagħmlu użu ħażin mill-fondi;

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandhom ikunu konsistenti u komplimentari mal-politiki u mal-programmi rilevanti relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 2(1) kif ukoll man-netwerks eżistenti fil-livell tal-Unjoni li huma pertinenti għall-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

1.  L-azzjonijiet tal-ESVS għandhom ikunu konsistenti u komplementari mal-politiki u mal-programmi rilevanti tal-Unjoni relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 2(1) kif ukoll man-netwerks eżistenti fil-livell tal-Unjoni li huma pertinenti għall-attivitajiet tal-ESVS.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni u l-pajjiżi parteċipanti għandhom jikkooperaw biex jiksbu l-effiċjenza u l-effettività, billi jiżguraw il-koerenza bejn il-programmi u l-iskemi nazzjonali relatati mas-solidarjetà, mal-edukazzjoni, mat-taħriġ vokazzjonali u maż-żgħażagħ minn naħa u l-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà min-naħa l-oħra. Dawk l-azzjonijiet għandhom jinbnew fuq prattiki tajba u fuq programmi eżistenti rilevanti.

2.  Il-Kummissjoni u l-pajjiżi parteċipanti għandhom jikkooperaw biex jiksbu l-effiċjenza u l-effikaċja, billi jiżguraw il-koerenza bejn il-programmi u l-iskemi nazzjonali relatati mas-solidarjetà, mal-edukazzjoni, maż-żgħażagħ minn naħa u l-azzjonijiet li jaqgħu taħt l-ESVS min-naħa l-oħra. Dawk l-azzjonijiet għandhom jinbnew fuq prattiki tajba u fuq programmi eżistenti rilevanti.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Il-Kummissjoni għandha tieħu l-inizjattiva li tiżviluppa Aġenda tal-UE għall-Volontarjat bil-għan li jiġu garantiti r-rikonoxximent u r-rispett tad-drittijiet tal-voluntiera u l-organizzazzjonijiet li jinvolvu l-voluntiera u t-tnaqqis tal-ostakli amministrattivi u ġuridiċi għall-volontarjat u l-organizzazzjonijiet li jinvolvu l-voluntiera fl-Unjoni, flimkien mat-trawwim, il-promozzjoni u l-appoġġ ta' kultura usa' ta' solidarjetà u volontarjat fl-Unjoni.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiksbu konverġenza u komplementarjetà fir-rigward tal-politiki ta' voluntarjat fost il-liġijiet nazzjonali differenti permezz tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-kollokamenti ta' solidarjetà, il-proġetti u l-attivitajiet ta' netwerking

(a)  il-kollokamenti ta' solidarjetà, fil-forma ta'

(i)   volontarjat;

(ii)   traineeships jew impjiegi;

(iii)   proġetti u attivitajiet ta' netwerking;

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Qafas Ewropew għandu jiġi żviluppat għall-kollokamenti ta' solidarjetà volontarja, proġetti ta' solidarjetà u attivitajiet ta' netwerking. Il-qafas Ewropew għandu jidentifika d-drittijiet u r-responsabbiltajiet, u għandu jiffaċilita l-mobbiltà u r-rikonoxximent tal-ħiliet fil-forma ta' Karta;

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  miżuri mmirati biex jiżguraw il-kwalità tal-kollokamenti ta' solidarjetà, inklużi t-taħriġ, l-appoġġ lingwistiku, l-appoġġ amministrattiv għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet parteċipanti, l-assigurazzjoni, l-appoġġ ta' wara l-kollokament kif ukoll l-iżvilupp ta' ċertifikat li jidentifika u jiddokumenta l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul il-kollokament;

(a)  miżuri mmirati biex jiżguraw il-kwalità u l-aċċessibbiltà tal-kollokamenti ta' solidarjetà, inkluż taħriġ offline u online għall-preparazzjoni tal-kollokament ta' solidarjetà u gwida matulu, l-appoġġ lingwistiku, l-appoġġ finanzjarju u amministrattiv għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet parteċipanti, l-assigurazzjoni, l-appoġġ għal qabel il-kollokament u għal warajh kif ukoll l-użu ulterjuri tal-Youth Pass li jidentifika u jiddokumenta l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul il-kollokament, l-għadd totali ta' sigħat ta' volontarjat, u ż-żmien tal-kollokament ta' volontarjat, bl-involviment tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, bħala esperti, fl-iżvilupp ta' tali miżuri;

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-attivitajiet ta' netwerking għal individwi u għal organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(c)  l-attivitajiet ta' netwerking għal individwi u għal organizzazzjonijiet li qed jieħdu sehem jew iridu jieħdu sehem fl-ESVS, li jeħtieġ li jkunu kompletament konsistenti mal-esperjenzi territorjali diġà stabbiliti u wkoll jikkomplementawhom, b'mod partikolari flimkien mal-prattiki tajbin fis-settur tal-volontarjat u tal-protezzjoni ċivili.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b.   Il-parteċipazzjoni f'kollokamenti ta' solidarjetà għandha tiġi rregolata mill-Karta tal-ESVS li tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-organizzazzjonijiet parteċipanti u tal-parteċipanti u tindika l-bażi għall-proċess ta' ċertifikazzjoni ta' "tikketta tal-kwalità" għall-organizzazzjonijiet parteċipanti. Il-Karta tal-ESVS għandha tiżgura l-kwalità tas-servizzi li se jingħataw pereżempju l-iżgurar ta' kundizzjonijiet ta' għejxien diċenti lill-parteċipanti u l-provvediment ta' ikel adegwat, akkomodazzjoni u allowance minima għal-volontiera. Għandha tiġi stabbilita tikketta tal-kwalità separata għall-kollokamenti ta' volontarjat u għall-kollokamenti ta' traineeships u ta' xogħol; Il-Karta ESVS għandha tikkonforma mal-Artikolu 7a u għandha tinkludi lista ta' attivitajiet li jistgħu potenzjalment ikunu ta' ħsara lill-parteċipanti u s-soċjetà, jew mhux xierqa għall-parteċipanti, bħall-volontarjat f'istituzzjonijiet residenzjali għat-tfal, li m'għandux jitwettaq fil-qafas ta' kollokamenti ta' solidarjetà. Waqt it-tfassil tal-Karta tal-ESVS, il-Kummissjoni għandha tqis il-Karta tas-Servizz Volontarju Ewropew.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2c.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu XX ħalli jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jadottaw il-Karta tal-ESVS u l-emendi għaliha.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  attivitajiet u miżuri mwettqa mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u entitatijiet li jappoġġjaw liż-żgħażagħ fl-aċċess jew fl-iżvilupp ta' kollokamenti u proġetti ta' solidarjetà;

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ab)  attivitajiet u miżuri mmirati biex jiżguraw il-kwalità tal-kollokamenti ta' solidarjetà pprovduti mill-organizzazzjonijiet parteċipanti li jappoġġjaw liż-żgħażagħ biex jiksbu aċċess għal attivitajiet ta' volontarjat u jiżviluppaw proġetti ta' solidarjetà tagħhom stess, kif ukoll, fejn rilevanti, l-appoġġ ta' wara l-kollokament provdut lill-parteċipanti interessati fit-twaqqif u t-tmexxija ta' assoċjazzjonijiet, kooperattivi, intrapriżi soċjali, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u ċentri tal-komunità;

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ac (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ac)  l-iżvilupp ta' qafas Ewropew għall-azzjonijiet ta' volontarjat li jidentifika d-drittijiet u r-responsabbiltajiet u jiffaċilita l-mobbiltà u r-rikonoxximent tal-ħiliet;

Ġustifikazzjoni

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew (2016/2872) tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar is-Servizz Volontarju Ewropew u l-promozzjoni tal-volontarjat fl-Ewropa titlob l-istabbiliment ta' qafas legali Ewropew għall-azzjonijiet ta' volontarjat.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ad (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ad)  l-iżvilupp ta' proċedura ċara u ddettaljata indirizzata lill-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet, li tistabbilixxi l-passi u l-iskeda tal-fażijiet kollha tal-kollokamenti;

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ae (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ae)  attivitajiet u miżuri mwettqa mill-organizzazzjonijiet parteċipanti li jappoġġjaw liż-żgħażagħ fl-aċċess jew fl-iżvilupp ta' kollokamenti u proġetti ta' solidarjetà;

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt af (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(af)  miżuri li jinkoraġġixxu lill-intrapriżi soċjali biex jappoġġjaw attivitajiet tal-ESVS jew li jippermettu lill-impjegati jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' volontarjat fil-qafas tal-ESVS;

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-iżvilupp u ż-żamma ta' tikketta tal-kwalità għal entitajiet li lesti jipprovdu kollokamenti għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex jiżguraw il-konformità mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

(b)  l-iżvilupp u ż-żamma ta' tikketti tal-kwalità għal entitajiet li lesti jipprovdu rispettivament kollokamenti fil-volontarjat jew kollokamenti fi traineeships u f'impjiegi għall-ESVS biex jiżguraw il-konformità mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-Karta tal-ESVS; Proċedura ta' akkreditament separata għall-entitajiet li jridu jipprovdu kollokamenti ta' volontarjat u l-entitajiet li jridu jipprovdu kollokamenti f'impjiegi u fi traineeships bi kriterji ta' evalwazzjoni differenti, billi l-aċċess għall-programm għall-azzjonijiet li huma akkreditati għalihom jiġi limitat.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – point ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  l-użu tal-Youth pass, għodda tal-Unjoni għar-rikonoxximent tal-eżiti tat-tagħlim;

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Test propost mill-Kummissjoni

(d)  l-istabbiliment, iż-żamma u l-aġġornament tal-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u tas-servizzi online rilevanti oħra kif ukoll is-sistemi informatiċi neċessarji ta' appoġġ u għodod ibbażati fuq il-web.

(d)  l-istabbiliment, iż-żamma u l-aġġornament tal-ESVS, inklużi r-rapporti tal-parteċipanti fuq il-post, u tas-servizzi online rilevanti oħra, li għandhom ikunu disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, qabelxejn biex jiġu promossi l-objettivi ta' dan ir-Regolament u l-aċċessibbiltà tiegħu, kif ukoll is-sistemi informatiċi neċessarji ta' appoġġ u għodod ibbażati fuq il-web.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 1 - punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  l-iżvilupp ta' qafas ta' kwalità bi standards ta' kwalità għal offerti ta' kollokament tal-ESVS;

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din l-Azzjoni titlob li jingħeleb id-distakk diġitali sabiex dawn l-isforzi ta' solidarjetà, kif proposti mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, ikunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ Ewropej kollha, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ li jkunu ġejjin miż-żoni rurali.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8a

L-ESVS għandu jipprovdi opportunitajiet indaqs għaż-żgħażagħ kollha fl-Unjoni, irrispettivament mill-opportunitajiet nazzjonali. Għandu wkoll iqiegħed l-azzjonijiet ta' solidarjetà u ta' volontarjat fil-qalba tal-proġett Ewropew u jagħti spinta lill-importanza tas-solidarjetà bejn il-fruntieri Ewropej;

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 2 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jinkludi pakkett finanzjarju ta' EUR 294 200 00033 fil-prezzijiet kurrenti ssupplimentat mill-kontribuzzjonijiet minn:

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jinkludi pakkett finanzjarju ta' EUR 294 200 00033 fil-prezzijiet kurrenti, b'marġinijiet mhux allokati miżjuda u bl-użu ta' riżorsi ġodda fis-snin finanzjarji futuri.

__________________

__________________

33 Dan il-pakkett finanzjarju jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza prim skont it-tifsira tal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali (2013/C 373/01) bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba.

33 Dan il-pakkett finanzjarju jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza prim skont it-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali (2013/C 373/01) bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba.

Ġustifikazzjoni

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà m'għandux jimmina l-funzjonament ta' programmi oħra tal-UE filwaqt li l-punt ċentrali primarju tiegħu għandu jkun fuq iż-żgħażagħ u l-voluntiera fil-programm Erasmus+ u għandu jkun iffinanzjat prinċipalment mill-allokazzjoni SVE u mhux minn partijiet oħra ta' Erasmus+ jew programmi tal-UE (nota: din l-emenda tirrikjedi t-tħassir tal-Artikoli 27-31).

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-Fond Soċjali Ewropew, li jikkontribwixxi EUR 35 000 000 fil-prezzijiet kurrenti;

imħassar

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, li jikkontribwixxi EUR 6 000 000 fil-prezzijiet kurrenti;

imħassar

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-programm LIFE, li jikkontribwixxi EUR 4 500 000 fil-prezzijiet kurrenti;

imħassar

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, li jikkontribwixxi EUR 1 800 000 fil-prezzijiet kurrenti.

imħassar

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kumplament għandu jiġi ffinanzjat bl-użu tal-mezzi finanzjarji kollha disponibbli fl-ambitu tar-Regolament QFP fis-seħħ;

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-appoġġ finanzjarju għall-kollokamenti u għall-proġetti ta' solidarjetà msemmija fil-paragrafi (a) u (b) tal-Artikolu 7(1) b'mod indikattiv għandu jkun 80% għall-kollokamenti ta' volontarjat u għall-proġetti ta' solidarjetà; u 20% għall-kollokamenti fi traineeship u f'impjieg.

3.  L-appoġġ finanzjarju għall-kollokamenti u għall-proġetti ta' solidarjetà msemmija fil-paragrafi (a) u (b) tal-Artikolu 7(1) b'mod indikattiv għandu jkun 95 % għall-kollokamenti ta' volontarjat u għall-proġetti ta' solidarjetà u % għall-kollokamenti fi traineeship u għall-kollokamenti f'impjieg.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-allokazzjoni finanzjarja tista' tkopri wkoll spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet ta' preparazzjoni, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u l-kisba tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari għal studji, għal laqgħat ta' esperti u għal azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, għal spejjeż marbuta mal-istabbiliment, mal-manutenzjoni u mal-aġġornament tal-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u tas-sistemi informatiċi ta' appoġġ neċessarji, u għall-ispejjeż l-oħrajn kollha relatati mal-assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

4.  L-allokazzjoni finanzjarja tista' tkopri wkoll spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet ta' preparazzjoni, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-ESVS u l-kisba tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari, appoġġ personalizzat u mfassal apposta għaż-żgħażagħ parteċipanti b'inqas opportunitajiet, studji, laqgħat ta' esperti u azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, spejjeż marbuta mal-istabbiliment, mal-manutenzjoni u mal-aġġornament tal-Portal tal-ESVS u sistemi informatiċi ta' appoġġ neċessarji, u l-ispejjeż l-oħrajn kollha relatati mal-assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-ESVS.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikomplu jiffinanzjaw il-protezzjoni ċivili u l-għajnuna umanitarja sabiex l-ESVS ma jintużax biex jagħmel tajjeb għal tnaqqis fl-infiq pubbliku billi jqabbdu voluntiera żgħażagħ f'dawn is-setturi soċjali fejn l-impjiegi tneħħew.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjoni tista' tiddaħħal fil-baġit wara l-2020 biex tkopri spejjeż simili, sabiex tippermetti l-ġestjoni tal-azzjonijiet li jkunu għadhom ma tlestewx sal-31 ta' Diċembru 2020.

5.  Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjoni ta' pagament tista' tiddaħħal fil-baġit wara l-2020 biex tkopri spejjeż simili, sabiex tippermetti l-ġestjoni tal-azzjonijiet li jkunu għadhom ma tlestewx sal-31 ta' Diċembru 2020.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Pajjiż parteċipanti jista' jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji finanzjament nazzjonali ġestit skont ir-regoli tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, u għal dan l-għan jista' juża l-istrutturi deċentralizzati tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà bil-patt li jiżgura l-finanzjament prorata komplementari ta' dawn l-istrutturi.

6.  Pajjiż, entità reġjonali jew lokali parteċipanti għandhom, skont ir-riżorsi tagħhom, iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji finanzjament addizzjonali ġestit skont ir-regoli tal-ESVS, u għal dan l-għan għandhom jużaw l-istrutturi deċentralizzati tal-ESVS bil-patt li jiżguraw il-finanzjament prorata komplementari ta' dawn l-istrutturi. L-Istati Membri jistgħu jqiegħdu għad-dispożizzjoni fondi addizzjonali ġodda.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Biex jiġu ssemplifikati r-rekwiżiti għall-benefiċjarji, għandhom jintużaw kemm jista' jkun somom f'daqqa, spejjeż għal kull unità jew finanzjament b'rata fissa.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

1.  L-ESVS għandu jopera fl-Unjoni Ewropea u f'pajjiżi terzi.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi oħra fuq il-bażi ta' ftehimiet bilaterali. Il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata, fejn ikun rilevanti, fuq approprjazzjonijiet addizzjonali li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni skont il-proċeduri li jridu jiġu miftiehma ma' dawk il-pajjiżi.

2.  Sal-2020 l-ESVS għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi l-oħra kollha li qed jipparteċipaw fis-Servizz Volontarju Ewropew u għandu jkun miftuħ għal pajjiżi oħra fuq il-bażi ta' ftehimiet bilaterali u multilaterali. Il-kooperazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-pajjiżi tal-viċinat kif ukoll il-pajjiżi b'introjtu baxx u medju, għandha tkun ibbażata, fejn ikun rilevanti, fuq approprjazzjonijiet addizzjonali li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni skont il-proċeduri li jridu jiġu miftiehma ma' dawk il-pajjiżi.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Żgħażagħ ta' bejn is-17 u t-30 sena li lesti li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandhom jirreġistraw fil-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Madankollu, fil-bidu ta' kollokament jew ta' proġett, żagħżugħ li jkun irreġistrat għandu jkollu tal-inqas 18-il sena u ma jkollux aktar minn 30 sena.

1.  Żgħażagħ ta' bejn is-17 u t-30 sena għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem fl-ESVS. Żgħażagħ ta' 17-il sena li lesti li jieħdu sehem fl-ESVS jistgħu jirreġistraw mal-Portal tal-ESVS jew japplikaw għal kollokament ta' solidarjetà permezz ta' proċess ta' applikazzjoni pprovdut minn organizzazzjoni parteċipanti li jkollha tikketta tal-kwalità. Madankollu, fil-bidu ta' kollokament jew ta' proġett, żagħżugħ li jkun irreġistrat għandu jkollu tal-inqas 18-il sena u ma jkollux aktar minn 30 sena. Il-Kummissjoni għandha tagħmel sforz biex tipprovdi kollokamenti għall-applikazzjonijiet ammissibbli kollha.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni u l-pajjiżi parteċipanti għandhom jiżguraw li qed isiru sforzi partikolari għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ żvantaġġati.

2.  Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u pajjiżi parteċipanti oħra għandhom jiżguraw li qed jittieħdu miżuri speċifiċi u effikaċi għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-kundizzjonijiet ta' aċċess ugwali, b'mod partikolari għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet, inklużi persuni b'diżabbiltà, persuni li jidentifikaw ruħhom bħala LGBTI u persuni li ġejjin minn komunitajiet marġinalizzati. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu sistemi ta' appoġġ u gwida adattati u mfassla apposta, persuni ta' kuntatt speċifiċi matul il-kollokamenti, kif ukoll formati speċifiċi bħal kollokamenti fuq medda qasira ta' żmien. Kwalunkwe spiża addizzjonali marbuta mal-parteċipazzjoni ta' persuni bi bżonnijiet speċjali għandha tkun koperta b'rata ta' 100 %;

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet pubbliċi jew privati, jew organizzazzjonijiet internazzjonali, dment li dawn ikunu rċevew it-tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

1.  L-ESVS għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet pubbliċi jew privati mingħajr skop ta' qligħ, organizzazzjonijiet internazzjonali, bħal NGOs u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, dment li l-attivitajiet tagħhom ikunu jikkorrispondu għad-definizzjoni ta' attività ta' solidarjetà fis-sens ta' dan ir-Regolament, li dawn ikunu rċevew tikketta tal-kwalità u li l-attività li huma joffru ma tkunx imniżżla fil-lista ta' attivitajiet esklużi.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-applikazzjoni ta' entità eliġibbli biex issir organizzazzjoni parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandha tiġi vvalutata mill-korp ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex ikun żgurat li l-attivitajiet tagħha jaderixxu mar-rekwiżiti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

2.  L-applikazzjoni ta' entità eliġibbli biex issir organizzazzjoni parteċipanti tal-ESVS għandha tiġi vvalutata mill-korp ta' implimentazzjoni kompetenti tal-ESVS biex ikun żgurat li l-attivitajiet tagħha jaderixxu mal-prinċipji u mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Karta tal-ESVS. Kwalunkwe entità li tibdel l-attivitajiet tagħha b'mod sostanzjali għandha tinforma lill-korp ta' implimentazzjoni kompetenti għal rivalutazzjoni. Il-proċess ta' applikazzjoni u ta' reġistrazzjoni għandu jkun faċli għall-utent. Il-piżijiet amministrattivi għandhom jiġu evitati. Il-proċess li jwassal għall-komponent ta' volontarjat għandu jkun differenzjat mill-proċess li jwassal għall-attribuzzjoni ta' tikketta tal-kwalità għall-komponent ta' "impjieg", filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta' kull komponent.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Bħala riżultat tal-valutazzjoni, l-entità tista' tingħata t-tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-tikketta miksuba għandha terġa' tiġi perjodikament vvalutata u tista' tiġi revokata.

3.  Bħala riżultat tal-valutazzjoni, l-entità tista' tingħata t-tikketta tal-kwalità tal-ESVS. It-tikketta miksuba għandha terġa' tiġi vvalutata regolarment u mill-inqas kull sentejn, mingħajr ma jinħolqu piżijiet amministrattivi eċċessivi, u tista' tiġi revokata, ladarba l-attivitajiet ta' dik l-entità ma jibqgħux jaderixxu mal-prinċipju u mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Karta tal-ESVS. Madankollu, tista' mbagħad tiġi attribwita mill-ġdid wara li ssir valutazzjoni oħra. Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet mill-ġdid tal-entitajiet għandhom jagħmlu parti mill-monitoraġġ u l-evalwazzjoni previsti fl-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari mir-rapport ta' progress li l-Kummissjoni għandha tippubblika fl-2020.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Kwalunkwe entità li tkun irċeviet it-tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandha tingħata aċċess għall-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u għandha titħalla tagħmel offerti għal attivitajiet ta' solidarjetà lill-individwi rreġistrati.

4.  Kwalunkwe entità li tkun irċeviet it-tikketta tal-kwalità tal-ESVS għandha tingħata aċċess għall-ESVS u għandha titħalla tagħmel offerti għal attivitajiet ta' solidarjetà lill-individwi rreġistrati. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri ta' akkreditament separati għal entitajiet li għandhom il-ħsieb li jipprovdu kollokamenti ta' volontarjat u entitajiet li għandhom il-ħsieb li jipprovdu kollokamenti f'impjiegi u fi traineeships bi kriterji ta' evalwazzjoni differenti u bil-limitazzjoni tal-aċċess għall-programm għall-partijiet li huma akkreditati għalihom.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a.  Fl-istadji kollha tal-proċessi ta' applikazzjoni u akkreditazzjoni, il-piż amministrattiv għandu jinżamm baxx kemm jista' jkun biex jiġu evitati frustrazzjoni, spejjeż addizzjonali jew nuqqas ta' inċentiv min-naħa tal-organizzazzjoni parteċipanti fil-kollokamenti offruti.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6b.  L-organizzazzjonijiet parteċipanti, li l-kollokamenti ta' solidarjetà tagħhom jirċievu finanzjament fil-kuntest tal-attivitajiet ta' volontarjat, jistgħu jwettqu, b'mod indipendenti, it-taħriġ stipulat fil-programm għall-finijiet ta' preparazzjoni, appoġġ matul il-kollokamenti ta' solidarjetà u segwitu, sakemm dawn ma jkunux jixtiequ li jgħaddu din ir-responsabbiltà lill-aġenzija nazzjonali kompetenti. L-organizzazzjonijiet parteċipanti għandhom jirċievu appoġġ finanzjarju għall-iskemi ta' taħriġ tagħhom stess.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe entità pubblika jew privata stabbilita f'pajjiż parteċipanti kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali li jwettqu attivitajiet ta' solidarjetà fil-pajjiżi parteċipanti jistgħu japplikaw għall-finanzjament mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Fil-każ tal-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1), l-organizzazzjoni parteċipanti għandha tikseb it-tikketta tal-kwalità bħala prekundizzjoni biex tirċievi l-finanzjament mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Fil-każ tal-proġetti ta' solidarjetà msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7(1), persuni fiżiċi jistgħu wkoll japplikaw għal finanzjament f'isem gruppi informali ta' parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Kwalunkwe entità pubblika jew privata mingħajr skop ta' qligħ stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż parteċipanti ieħor kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali li jwettqu attivitajiet ta' solidarjetà fil-pajjiżi parteċipanti jistgħu japplikaw għall-finanzjament fl-ambitu tal-ESVS. Fil-każ tal-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1), l-organizzazzjoni parteċipanti għandha tikseb it-tikketta tal-kwalità bħala prekundizzjoni biex tirċievi l-finanzjament fl-ambitu tal-ESVS. Fil-każ tal-proġetti ta' solidarjetà msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7(1), persuni fiżiċi jistgħu wkoll japplikaw għal finanzjament f'isem gruppi informali ta' parteċipanti tal-ESVS, dment li jitwettqu kontrolli ta' kwalità ekwivalenti minn korpi ta' implimentazzjoni kompetenti;

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-pajjiżi parteċipanti, għandha tissorvelja b'mod regolari l-prestazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fil-kisba tal-objettivi tiegħu.

1.   Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-pajjiżi parteċipanti, l-aġenziji eżekuttivi u l-organizzazzjonijiet parteċipanti u mittenti kif ukoll partijiet interessati fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni bħal pereżempju organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, għandha tissorvelja b'mod regolari u effikaċi l-prestazzjoni tal-ESVS fil-kisba tal-objettivi tiegħu. Għal dak il-għan, kumitat speċjali għall-monitoraġġ tal-programm għandu jiġi stabbilit. Il-kumitat speċjali għall-monitoraġġ tal-programm għandu jinkludi rappreżentanti tal-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-pajjiżi parteċipanti l-oħra, l-aġenziji eżekuttivi, l-organizzazzjonijiet parteċipanti u partijiet interessati fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 15 - paragrafu 2 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-progress fl-objettivi speċifiċi għandu jitkejjel billi jintużaw indikaturi, bħal:

2.   Il-progress fl-objettivi speċifiċi għandu jitkejjel billi jintuża sett ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi, bħal:

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)   l-għadd ta' parteċipanti f'kollokamenti ta' volontarjat (fil-pajjiż u transfruntiera);

(a)   l-għadd u l-profil ta' parteċipanti f'kollokamenti ta' volontarjat ta' kwalità għolja, skont il-pajjiż, l-età u l-ġeneru (nazzjonali u transfruntiera);

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  l-għadd ta' parteċipanti li jiddikjaraw li żiedu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ab)  ir-rata tal-kisba tal-objettivi tal-proġett f'termini ta' ħtiġijiet komunitarji identifikati;

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)   l-għadd ta' parteċipanti fi proġetti ta' solidarjetà;

(d)  l-għadd u l-profil ta' parteċipanti fi proġetti ta' solidarjetà ta' kwalità għolja, skont il-pajjiż, l-età u l-ġeneru;

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 15 - paragrafu 2 - punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  l-għadd ta' parteċipanti li ddikjaraw li kisbu ħiliet, kompetenzi u għarfien għal żvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku (anki għal dak li jikkonċerna ċ-ċittadinanza tal-Ewropa) u professjonali, skont l-età, il-pajjiż u l-ġeneru;

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(db)  l-għadd ta' parteċipanti bi bżonnijiet speċjali jew żgħażagħ b'inqas opportunitajiet;

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  l-għadd ta' parteċipanti li jkunu rċevew ċertifikat, bħal Youth pass, jew tip ieħor ta' rikonoxximent formali tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-ESVS;

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(eb)   ir-rata ta' impjieg tal-parteċipanti preċedenti

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt ec (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ec)   il-perċentwal ta' parteċipanti li jiddikjaraw li għandhom il-ħsieb li jibqgħu jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà, skont il-pajjiż, l-età u l-ġeneru (e ...) n-numru ta' proġetti ta' solidarjetà;

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt ed (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ed)   l-għadd ta' organizzazzjonijiet li jkollhom it-tikketta tal-kwalità u li l-attivitajiet ta' solidarjetà tagħhom ikunu bbenefikaw minn fondi fl-ambitu tal-ESVS skont il-pajjiż;

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt ee (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ee)  il-kwalità u l-effikaċja tal-proċedura sħiħa, jiġifieri l-livell tal-piz amministrattiv imġarrab mill-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti;

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt ef (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ef)  ir-rata ta' sodisfazzjon ġenerali tal-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti fir-rigward tal-kwalità tal-kollokamenti tal-ESVS, it-taħriġ, l-appoġġ lingwistiku, l-appoġġ amministrattiv, l-assigurazzjoni u l-appoġġ ta' wara l-kollokament.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt eg (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(eg)  l-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċeduri u l-kriterji użati għall-attribuzzjoni u l-valutazzjoni mill-ġdid ulterjuri tal-attribuzzjoni tat-tikketta tal-kwalità;

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt eh (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(eh)  il-kwalità tal-kollokament, b'mod partikolari fir-rigward tal-assistenza u s-segwitu tal-parteċipanti;

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt ei (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ei)  il-kwalità tar-riżultati u l-impatt tal-attivitajiet ta' solidarjetà;

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt ej (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ej)  l-effikaċja tal-miżuri speċifiċi adottati għall-promozzjoni u l-garanzija tal-inklużjoni soċjali u l-kundizzjonijiet ta' aċċess ugwali għall-parteċipanti, b'mod partikolari għall-parteċipazzjoni ta' żgħażagħ żvantaġġati;

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tal-inqas sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-outputs, tar-riżultati u tal-impatti ta' dan ir-Regolament.

Sa...*, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-outputs, tar-riżultati u tal-impatti ta' dan ir-Regolament.

_______________

* Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fl-2020 il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jqis il-progress li jkun sar fil-kisba tar-riżultati tiegħu, inkluża l-mira li jiġu offruti 100 000 opportunità għaż-żgħażagħ mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà sal-2020 (li jkopru l-kollokamenti u l-proġetti kollha msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7(1)).

3.  Fl-2019 il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar ir-riżultati miksuba kif ukoll l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni tal-programm, li jqis il-progress li jkun sar fil-kisba tar-riżultati tiegħu, inkluża l-mira li jiġu offruti 100 000 opportunità għaż-żgħażagħ fl-ambitu tal-ESVS sal-2020 (li jkopru l-kollokamenti u l-proġetti kollha msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7(1)), kif ukoll il-kosteffettività tal-programm, u tippreżentah lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Il-kwalità tal-kollokamenti għandha tkun evalwata permezz ta' standards ta' monitoraġġ komuni fil-pajjiżi parteċipanti kollha biex b'hekk jintlaħaq livell komuni ta' kwalità ta' implimentazzjoni. L-organizzazzjonijiet parteċipanti għandhom jgħinu fl-iżvilupp ta' sett ta' standards ta' kwalità.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Erba' snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni indipendenti ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

4.  Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ex post indipendenti ta' dan ir-Regolament biex tivvaluta l-effiċjenza, l-effikaċja u l-impatt tal-programm fid-dawl tal-objettivi tal-programm u għandha, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2021, tippreżenta rapport dwar il-konstatazzjonijiet ewlenin, inklużi r-rakkomandazzjonijiet għall-futur tal-programm, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Bħala parti mill-proċedura, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsultazzjoni regolari mal-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-parteċipanti, l-organizzazzjonijiet parteċipanti u l-komunitajiet lokali kkonċernati. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jiġu integrati fit-tfassil futur tal-programm u fil-proposti tal-allokazzjoni tar-riżorsi.

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-pajjiżi parteċipanti, għandha tiżgura d-disseminazzjoni tal-informazzjoni, il-pubbliċità u segwitu fir-rigward tal-azzjonijiet kollha appoġġjati fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

1.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-pajjiżi parteċipanti u n-netwerks fil-livell tal-Unjoni pertinenti għall-attività tal-ESVS, għandha tiżgura d-disseminazzjoni tal-informazzjoni, il-pubbliċità u s-segwitu fir-rigward tal-azzjonijiet kollha appoġġjati fil-qafas tal-ESVS, b'mod partikolari permezz ta' soluzzjonijiet tal-ICT bħal pereżempju portal disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, b'enfasi partikolari fuq l-opportunitajiet indaqs u l-aċċessibbiltà.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 20 għandhom jiżviluppaw politika konsistenti fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni effettiva kif ukoll tad-disseminazzjoni u tal-isfruttament tar-riżultati tal-attivitajiet appoġġjati skont l-azzjonijiet li huma jiġġestixxu, għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-kompitu ġenerali tad-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, inkluż l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet ġestiti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u r-riżultati tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-gruppi rilevanti fil-mira dwar l-inizjattivi mwettqa f'pajjiżhom.

2.  L-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 20 għandhom jiżviluppaw politika konsistenti fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni effikaċi, li għandha tolqot ukoll iż-żoni remoti, kif ukoll tad-disseminazzjoni u tal-isfruttament tar-riżultati tal-attivitajiet appoġġjati fl-ambitu tal-azzjonijiet li huma jiġġestixxu, għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-kompitu ġenerali tad-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ESVS, inkluż l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet ġestiti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u r-riżultati tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-gruppi destinatarji rilevanti dwar l-inizjattivi mwettqa f'pajjiżhom.

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-attivitajiet ta' komunikazzjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni bejn il-korpi dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li dawn ikunu relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament.

3.  L-attivitajiet ta' komunikazzjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni bejn il-korpi dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li dawn ikunu relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament u jirrappreżentaw valur u viżibbiltà miżjuda għall-Unjoni.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  L-aġenziji nazzjonali għandhom jikkooperaw ma' servizzi speċjalizzati ta' informazzjoni għaż-żgħażagħ, li jinfurmaw, jilħqu, jiggwidaw u jappoġġjaw liż-żgħażagħ, b'mod speċjali dawk jkunu ġejjin minn ambjent żvantaġġat, sabiex jiżguraw disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni koerenti u diversa.

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura - EACEA fil-livell tal-Unjoni;

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità nazzjonali għandha taħtar korp tal-awditjar indipendenti. Il-korp indipendenti tal-awditjar għandu joħroġ opinjoni tal-awditjar dwar id-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni msemmija fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) No 966/2012.

1.  L-awtorità nazzjonali għandha, skont il-prinċipju tat-trasparenza, taħtar korp tal-awditjar indipendenti. Il-korp indipendenti tal-awditjar għandu joħroġ opinjoni tal-awditjar dwar id-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni msemmija fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) No 966/2012.

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19a

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

1.   Fil-livell tal-Unjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura - EACEA għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-istadji kollha tal-għotja għal proġetti u azzjonijiet tal-ESVS elenkati fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament ippreżentati minn organizzazzjonijiet tal-Unjoni jew internazzjonali.

2.   L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura - EACEA għandha tkun responsabbli wkoll għall-akkreditament u l-monitoraġġ ta' organizzazzjonijiet tal-Unjoni jew internazzjonali.

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'kull pajjiż parteċipanti fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, l-aġenziji nazzjonali maħtura għall-ġestjoni tal-azzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 fil-pajjiżi rispettivi tagħhom għandhom jaġixxu wkoll bħala aġenziji nazzjonali fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

F'kull pajjiż parteċipanti fl-ESVS, l-aġenziji nazzjonali maħtura għall-ġestjoni tal-azzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1288/20131 fil-pajjiżi rispettivi tagħhom għandhom jaġixxu wkoll bħala aġenziji nazzjonali fil-qafas tal-ESVS. L-organizzazzjonijiet tan-netwerk EURES, kif imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 2016/589, għandhom jassistu lil dawk l-aġenziji nazzjonali fil-ġestjoni tal-azzjonijiet ta' solidarjetà fil-forma ta' kollokamenti fi traineeships u f'impjiegi u fil-miżuri rilevanti ta' kwalità u ta' appoġġ fil-qafas tal-ESVS.

_______________

1 Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 2016 dwar netwerk Ewropew ta' servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta' mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 107, 22.4.2016, p. 1).

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013, l-aġenzija nazzjonali għandha tkun responsabbli wkoll għall-ġestjoni tal-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett ta' dawk l-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà elenkati fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 24, f'konformità mal-punti (c) (v) u (vi) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u mal-Artikolu 44 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/201234.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013, l-aġenzija nazzjonali għandha tkun responsabbli wkoll għall-ġestjoni tal-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett ta' dawk l-azzjonijiet tal-ESVS elenkati fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 24, f'konformità mal-punti (c) (v) u (vi) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u mal-Artikolu 44 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/201234. L-aġenziji nazzjonali għandhom jingħataw taħriġ u gwida konkreti mill-Kummissjoni, sabiex iwettqu b'mod adegwat iċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett kollu, kif ukoll sabiex iwieġbu għall-ostakli kollha li jistgħu jiffaċċjaw l-individwi u l-organizzazzjonijiet.

__________________

__________________

34Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jistipula l-istandards interni ta' kontroll għall-aġenziji nazzjonali u r-regoli għall-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni għall-appoġġ ta' għotja mill-aġenziji nazzjonali;

(a)  jistipula l-istandards interni ta' kontroll għall-aġenziji nazzjonali u r-regoli għall-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni għall-appoġġ ta' għotja mill-aġenziji nazzjonali, filwaqt li jqis ir-rekwiżiti ta' semplifikazzjoni u għaldaqstant, ma jimponix piżijiet addizzjonali fuq l-organizzazzjonijiet parteċipanti;

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  prijoritajiet annwali speċifiċi

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ab)  jikkonsulta lill-aġenziji nazzjonali għall-istabbiliment ta' proċeduri, strumenti u għodod, filwaqt li jiżgura riżorsi adegwati għal tariffi ta' ġestjoni;

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat regolari man-netwerk ta' aġenziji nazzjonali biex tiżgura l-implimentazzjoni koerenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fost il-pajjiżi parteċipanti kollha.

7.  Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat regolari man-netwerk ta' aġenziji nazzjonali, mal-organizzazzjonijiet parteċipanti u mittenti kif ukoll mal-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili involuti fl-attivitajiet tal-ESVS, bħal pereżempju organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, biex tiżgura l-implimentazzjoni koerenti tal-ESVS fost il-pajjiżi parteċipanti kollha. Il-Kummissjoni għandha tistieden lin-netwerks eżistenti fil-livell tal-Unjoni pertinenti għall-attivitajiet fil-qafas tal-ESVS, bħan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, l-EURES u n-netwerk tal-Eurodesk, iċ-Ċentru Ewropew għall-Volontarjat (CEV) u l-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ (YFJ) u organizzazzjonijiet rilevanti oħra tas-soċjetà ċivili, inklużi netwerks li jirrappreżentaw l-impjegaturi u t-trade unions biex jattendu dawk il-laqgħat.

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-aġenziji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli għall-kontrolli primarji tal-benefiċjarji tal-għotjiet għall-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li jiġu assenjati lilhom. Dawn il-kontroll għandhom jagħtu assigurazzjoni raġonevoli li l-għotjiet mogħtija jintużaw kif kien intenzjonat u f'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.

3.  L-aġenziji nazzjonali u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura - EACEA, għandhom ikunu responsabbli għall-kontrolli primarji tal-benefiċjarji tal-għotjiet għall-azzjonijiet tal-ESVS li jiġu assenjati lilhom. Dawn il-kontrolli għandhom ikunu proporzjonati u adegwati u jagħtu assigurazzjoni raġonevoli li l-għotjiet mogħtija jintużaw kif kien intenzjonat u f'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti ta' semplifikazzjoni u, għaldaqstant, ma jimponux piżijiet addizzjonali fuq l-organizzazzjonijiet parteċipanti. Barra minn hekk, biex jiġu ssemplifikati r-rekwiżiti għall-benefiċjarji, għandhom jintużaw, kemm jista' jkun, somom f'daqqa, kostijiet għal kull unità u finanzjament b'rata fissa.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex timplimenta dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Kull programm ta' ħidma għandu jiżgura li l-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 jiġu implimentati b'mod konsistenti u għandu jagħti deskrizzjoni tar-riżultati mistennija, tal-metodu tal-implimentazzjoni u tal-ammont totali tagħhom. Il-programmi ta' ħidma għandhom ukoll jinkludu deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni, indikazzjoni tad-distribuzzjoni tal-fondi bejn il-pajjiżi parteċipanti għall-azzjonijiet li għandhom jiġu ġestiti mill-aġenziji nazzjonali u skeda indikattiva tal-implimentazzjoni.

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 25a rigward l-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma. Kull programm ta' ħidma għandu jiżgura li l-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 jiġu implimentati b'mod konsistenti u għandu jagħti deskrizzjoni tar-riżultati mistennija, tal-metodu tal-implimentazzjoni u tal-ammont totali tagħhom. Il-programmi ta' ħidma għandhom ukoll jinkludu deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, inklużi azzjonijiet konġunti fil-livell transfruntier, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni, indikazzjoni tad-distribuzzjoni tal-fondi bejn il-pajjiżi parteċipanti għall-azzjonijiet li għandhom jiġu ġestiti mill-aġenziji nazzjonali u skeda indikattiva tal-implimentazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament u l-Kunsill għandhom jiġu kkonsultati dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Wara sentejn mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-Kummissjoni permezz ta' programmi ta' ħidma, l-indikaturi tar-riżultati tal-ESVS għandhom jiġu ppreżentati għal aktar skrutinju mill-Kunsill u l-Parlament, biex tiġi vvalutata l-integrazzjoni xierqa tal-objettivi u l-attivitajiet previsti f'qafas tal-politika formali taż-żgħażagħ li se jiddaħħal fis-seħħ wara l-2020.

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).

imħassar

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 25

imħassar

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament u l-Kunsill għandhom jiġu kkonsultati dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 25 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 25a

Eżerċitar tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni hija soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 24 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 24 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħtura minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.   Mal-adozzjoni ta' att delegat, il-Kummissjoni għandha tibgħat notifika dwaru simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat fis-sens tal-Artikolu 24 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn minn notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    170

Proposta għal regolament

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27

imħassar

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1293/2013

Fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013, jiżdied il-paragrafu li ġej:

‘3.  Massimu ta' EUR 3 000 000 fil-prezzijiet attwali mis-sottoprogramm għall-Ambjent li jikkorrispondi għall-qasam ta' prijorità Governanza u Informazzjoni Ambjentali u ta' EUR 1 500 000 fil-prezzijiet attwali mis-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika li jikkorrispondi għall-qasam ta' prijorità Governanza Klimatika u Informazzjoni għandhom jiġu allokati għall-finanzjament ta' proġetti skont it-tifsira tal-Artikolu 17(4) implimentati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXX, li jikkontribwixxu għal wieħed jew aktar mill-oqsma ta' prijorità skont it-tifsira tal-Artikoli 9 u 13. Din l-allokazzjoni għandha tiġi implimentata biss f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXXX għall-esklużjoni tar-rekwiżiti speċifiċi tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013. ’

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 28

imħassar

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:

1.  L-Artikolu 58(1) huwa emendat kif ġej:

(a)  l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Fondi ESI jistgħu jappoġġjaw il-miżuri ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' amministrazzjoni, ta' għajnuna teknika, ta' evalwazzjoni, ta' awditjar u ta' kontroll neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u jappoġġaw l-azzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2017/XXX kif imsemmi fit-tielet subparagrafu dment li dawk l-azzjonijiet isegwu l-għan ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali". ’

(b)  Fit-tielet subparagrafu jiżdied il-punt (m) li ġej:

"(m)  azzjonijiet iffinanzjati skont ir-Regolament (UE) 2017/XXX dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex jissaħħaħ l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali taż-żgħażagħ, kif ukoll l-impjegabbiltà tagħhom u tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. ’

2.  Fl-Artikolu 91(3) jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"EUR 35 000 000 fil-prezzijiet attwali mill-ammont allokat lill-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni għandhom jiġu allokati għall-Inizjattiva Ewropea ta' Solidarjetà b'appoġġ għall-azzjonijiet tagħha, f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2017/XXX. L-allokazzjoni għandha tiġi implimentata biss f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXXX għall-esklużjoni tar-rekwiżiti speċifiċi tar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi. "

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 29

imħassar

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 1305/2013, jiżdied is-subparagrafu li ġej taħt l-ewwel subparagrafu:

"Il-FAEŻR jista' jiffinanzja wkoll azzjonijiet implimentati mill-Inizjattiva Ewropea ta' Solidarjetà b'ammont ta' EUR 1 800 000 fil-prezzijiet kurrenti f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXX, li jikkontribiwxxu għal waħda jew aktar mill-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali. Din l-allokazzjoni għandha tiġi implimentata biss f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXXX għall-esklużjoni tar-rekwiżiti speċifiċi tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. "

Ġustifikazzjoni

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà m'għandux jimmina l-funzjonament ta' programmi oħra tal-UE filwaqt li l-fokus primarju tiegħu għandu jkun fuq iż-żgħażagħ u l-voluntiera fil-programm Erasmus+ (nota: din l-emenda tirrikjedi t-tħassir tal-Artikoli 27-31).

Emenda    173

Proposta għal regolament

Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 30

imħassar

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

Fl-Anness 6 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jiżdied il-punt (j) li ġej:

"(j)  azzjonijiet implimentati mill-Inizjattiva Ewropea ta' Solidarjetà f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXX, li jikkontribwixxu għal waħda jew aktar mill-prijoritajiet tal-Unjoni fil-qasam tal-agrikoltura u tal-iżvilupp rurali u b'mod partikolari l-azzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. L-allokazzjoni għandha tiġi implimentata biss f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXXX għall-esklużjoni tar-rekwiżiti speċifiċi tar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi. "

Emenda    174

Proposta għal regolament

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 31

imħassar

Emenda għad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Fl-Artikolu 19(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, jiżdied is-subparagrafu li ġej wara t-tieni subparagrafu:

"EUR 6 000 000 fi prezzijiet attwali mill-pakkett finanzjarju derivat mill-Intestatura 3 “Sigurtà u Ċittadinanza” għandhom jiġu allokati biex jiffinanzjaw azzjonijiet implimentati mill-Inizjattiva Ewropea ta' Solidarjetà f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXX, li jikkontribwixxu għal waħda jew aktar mill-prijoritajiet tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili. L-allokazzjoni għandha tiġi implimentata biss f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXXX għall-esklużjoni tar-rekwiżiti speċifiċi tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. "

(1)

(2)

(3)

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (ESC) jikkostitwixxi inizjattiva siewja tal-Kummissjoni Ewropea intiża sabiex tissaħħaħ is-solidarjetà fl-Ewropa. Inizjattiva bħal din hija aktar meħtieġa minn qatt qabel: il-qgħad kontinwu fost iż-żgħażagħ, il-kriżi monetarja jew l-ewroxettiċiżmu li qed jiżdied jitolbu aktar impenn u solidarjetà fil-livell Ewropew. Sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi b'mod sostenibbli u jiġi promoss il-kunċett tas-solidarjetà fi stadju kemm jista' jkun bikri, l-ESC qed jiffoka fuq il-futur tal-Ewropa: iż-żgħażagħ. Il-proposta għal programm tal-Kummissjoni tinkludi Servizz Volontarju Ewropew estiż, u settur tal-impjiegi li jkopri l-impjiegi u t-taħriġ prattiku mill-qasam tas-solidarjetà.

Bħala rapporteur, jien naqbel mat-tnaqqis tat-taqsima tal-impjiegi mill-programm mill-20 % propost għal 5 % tal-allokazzjoni totali tal-Programm, bil-għan li jiġi żgurat is-suċċess tal-ESC, li jiġi evitat tnaqqis fil-kwalità tal-postijiet u li jissaħħaħ il-valur tas-servizz volontarju fl-intier tiegħu. Peress li l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (EMPL) għandu kompetenza esklussiva biex jemenda l-paragrafi relatati mat-taqsima tal-impjiegi, nittama li se jkolli kooperazzjoni kostruttiva fir-rigward ta' din il-kwistjoni mal-kollegi tal-EMPL.

Iddeċidejt li nagħti prijorità lill-kunċett tas-solidarjetà fil-programm. L-ESC mhuwiex intiż bħala programm immirat primarjament biex jippromwovi l-impjiegi, u ħafna inqas bħala risposta għad-diżokkupazzjoni fost iż-żgħażagħ. Dawn il-kwistjonijiet qed jiġu indirizzati minn inizjattivi diġà fis-seħħ bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ jew l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, li tnedew preċiżament għal dan l-iskop. Ta' min wieħed jiżviluppahom aktar u mhux jiżvalutahom biż-żieda ta' programm addizzjonali.

Barra minn hekk, titqajjem il-kwistjoni ġenerali dwar jekk ix-xogħol ma' intrapriża bi skop ta' qligħ huwiex kompatibbli mal-kunċett tas-solidarjetà. Fejn jidħlu l-valutazzjoni tal-kwalità u s-segwitu, il-kliem tal-proposta tal-Kummissjoni huwa vag ħafna, u dan jirriżulta f'lakuni perikolużi fil-qasam tal-impjiegi li se jkollhom impatt negattiv fuq il-parteċipanti.

Ir-rapport tiegħi jiffoka fuq il-promozzjoni, kemm jista' jkun possibbli, tas-solidarjetà fost iż-żgħażagħ. Għalhekk, għan ewlieni jrid ikun l-inklużjoni taż-żgħażagħ żvantaġġati. Dan il-grupp fil-mira wieħed jilħqu mhux permezz ta' portali online, iżda permezz ta' kuntatt dirett ma' individwi. Dan jitlob l-involviment dirett mill-atturi u l-organizzazzjonijiet li jorganizzaw is-servizzi volontarji. Dan il-grupp fil-mira wieħed jista' jilħqu biss billi jibni relazzjoni fuq livell personali. Għaldaqstant, nitlob il-promozzjoni speċifika ta' strutturi ta' segwitu u unitajiet operattivi aġġustati b'mod flessibbli li jagħtu l-possibbiltà liż-żgħażagħ żvantaġġati jesperjenzaw attività ta' volontarjat. F'dan il-kuntest, nimpenja ruħi wkoll favur aktar flessibbiltà fis-servizzi tal-volontarjat, sabiex anki mudelli alternattivi tal-ħajja jkunu kompatibbli mal-ESC u b'hekk gruppi ġodda fil-mira jkunu jistgħu jinġibdu lejn il-programm.

F'dan il-kuntest, nipproponi bidla fl-isem tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għal "Servizz Ewropew ta' Solidarjetà u Volontarjat", biex jinżamm il-punt ċentrali fuq is-"solidarjetà", u jiġu eliminati n-nuqqas ta' fehim u l-assoċjazzjoni negattiva tal-kelma "korp" li tinstema' militari.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (12.1.2018)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1288/2013, (UE) Nru 1293/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

(COM(2017)0262 – C8-0162/2017 – 2017/0102(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Brando Benifei

(*)Kumitat assoċjat – l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

F'Diċembru 2016, wara d-diskors tal-President Junker dwar l-Istat tal-Unjoni, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret l-Inizjattiva tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. L-objettiv ġenerali huwa kemm li jitħeġġeġ sens ta' appartenenza għall-proġett Ewropew billi jitrawwem wieħed mill-aktar valuri bażiċi tiegħu, is-solidarjetà, kif ukoll li ż-żgħażagħ Ewropej jiġu megħjuna jtejbu l-prospetti ta' impjieg tagħhom, minħabba l-koeżistenza persistenti ta' livelli għoljin ta' qgħad fost iż-żgħażagħ u ta' spariġġ fil-ħiliet. Wara li kienet diġà tnediet l-"ewwel fażi" tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat li jkun xieraq li tipproponi qafas legali ad hoc, u fit-30 ta' Mejju 2017 ippubblikat il-proposta għal Regolament li qiegħda taħt skrutinju fil-Parlament u fil-Kunsill. Ir-Regolament jistabbilixxi l-bażi legali għall-Korp ta' Solidarjetà, li jiddefinixxi l-arranġamenti baġitarji u ta' implimentazzjoni għall-inizjattiva, kif ukoll jistabbilixxi objettivi speċifiċi u jiddefinixxi t-termini ewlenin.

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ngħata l-kompitu li jagħti Opinjoni dwar l-aspetti tal-proposta speċifikament dwar l-hekk imsejħa "fergħa professjonali", b'mod partikolari dwar id-definizzjonijiet ta' "traineeship" u ta' "impjieg" inklużi fit-test. Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali għandu kompetenzi esklużivi fuq dawn il-partijiet tal-proposta tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew.

Ir-rapporteur tal-Kumitat EMPL, b'mod ġenerali, jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni, madankollu bl-emendi tiegħu huwa jindika b'mod ċar u jindirizza elementi kritiċi fit-tfassil tagħha. L-objettiv primarju tiegħu huwa li jiżgura li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ma jagħtix lok għall-possibbiltà ta' distorsjoni fejn il-voluntiera jintużaw biex iwettqu kompiti li għandhom jitwettqu fil-qafas ta' impjieg bi ħlas regolari. F'dan is-sens, kwalunkwe riskju ta' sostituzzjoni fil-leġiżlazzjoni jrid jitneħħa. Għal din ir-raġuni, huwa jqis il-ħtieġa li l-volontarjat jiġi sseparat b'mod ċar mit-traineeships u mill-impjiegi, anke fir-rigward tal-finanzjament allokat għaż-żewġ fergħat. Fit-test trid tissaħħaħ ir-referenza għas-salvagwardji tal-impjiegi u trid tissemma b'mod espliċitu l-ħtieġa li l-impjiegi u t-traineeships jirrispettaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, jiġu remunerati b'mod obbligatorju u jkunu tal-aqwa kwalità.

Ir-rapporteur jemmen ukoll li sabiex jiġu evitati l-abbużi f'dan il-qasam, huwa fundamentali li l-aċċess għall-volontarjat ikun limitat biss għall-awtoritajiet pubbliċi jew għall-organizzazzjonijiet parteċipanti fis-settur mingħajr skop ta' qligħ. Dan, pereżempju, jeskludi l-possibbiltà – prevista attwalment fis-Servizz Volontarju Ewropew – li l-kumpaniji l-kbar jew il-korporazzjonijiet jaċċettaw voluntiera li jingħataw fondi mill-UE, li mhux biss tidher diskutibbli minn perspettiva etika u finanzjarja, iżda tista' tinbidel ukoll f'forma inaċċettabbli ta' reklamar korporattiv. Barra minn hekk, minħabba n-natura transettorjali tiegħu, kif ukoll is-sinifikat soċjoekonomiku tiegħu, il-qasam tas-solidarjetà jeħtieġ jiġi indirizzat b'attenzjoni partikolari mir-regolaturi, sabiex jiġi evitat kwalunkwe effett potenzjalment negattiv fuq is-suq tax-xogħol.

Min-naħa l-oħra, il-kumpaniji bi skop ta' qligħ m'għandhomx jitħallew jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ħlief jekk joffru impjieg jew traineeship remunerat liż-żgħażagħ. Alternattiva għal dan l-approċċ, li għad trid tiġi esplorata, tista' tkun li l-kumpaniji jew l-atturi tal-intrapriżi soċjali li jkunu jixtiequ jinvolvu ruħhom fl-inizjattiva tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandhom jiżviluppaw sħubijiet jew kollokamenti ta' fondi f'entitajiet mingħajr skop ta' qligħ esperti fil-qasam ta' solidarjetà rilevanti.

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bl-aġġustamenti proposti, se joffri opportunitajiet ġodda liż-żgħażagħ fl-Ewropa biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà u jiksbu esperjenza sinifikattiva fil-prattika.

Ir-rapporteur ġentilment jitlob lill-Membri tal-Kumitat għall-Impjiegi jiffukaw ix-xogħol tagħhom fuq il-partijiet tat-test li għandhom rilevanza ċara għall-attivitajiet tal-Kumitat EMPL. Dan ikun funzjonali biex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni rapida tal-pożizzjoni tal-Kumitat EMPL u jkun sinjal ta' kooperazzjoni pożittiva u leali mal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u x-xogħol tar-rapporteur tiegħu.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Unjoni Ewropea hija mibnija fuq is-solidarjetà, fost iċ-ċittadini tagħha u fost l-Istati Membri tagħha. Dan il-valur komuni jiggwida l-azzjonijiet tagħha u jipprovdi l-unità neċessarja biex jiġu indirizzati l-isfidi attwali u tal-ġejjieni tas-soċjetà, li ż-żgħażagħ Ewropej huma lesti li jgħinu jindirizzaw billi jesprimu s-solidarjetà tagħhom fil-prattika.

(1)  L-Unjoni Ewropea hija mibnija fuq is-solidarjetà, fost iċ-ċittadini tagħha u fost l-Istati Membri tagħha. Dan il-valur komuni jiggwida l-azzjonijiet tagħha u jipprovdi l-unità neċessarja biex jiġu indirizzati l-isfidi attwali u tal-ġejjieni tas-soċjetà, li ż-żgħażagħ Ewropej huma lesti li jgħinu jindirizzaw billi jesprimu s-solidarjetà tagħhom fil-prattika. Il-prinċipju tas-solidarjetà huwa minqux fl-Artikolu 2 tat-TUE u fil-preambolu tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-14 ta' Settembru 201617 saħaq dwar il-bżonn li ninvestu fiż-żgħażagħ u ħabbar l-istabbiliment ta' Korp Ewropew ta' Solidarjetà bl-għan li jinħolqu opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Unjoni biex dawn jagħtu kontribut sinifikanti lis-soċjetà, juru solidarjetà u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, u b'hekk mhux biss jiksbu esperjenza ta' xogħol iżda wkoll esperjenza umana imprezzabbli.

(2)  Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-14 ta' Settembru 201617 saħaq fuq il-bżonn li ninvestu fiż-żgħażagħ u ħabbar l-istabbiliment ta' Korp Ewropew ta' Solidarjetà bl-għan li jinħolqu opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Unjoni u jingħatalhom iċ-ċans jagħtu kontribut sinifikanti lis-soċjetà u juru solidarjetà filwaqt li jiżviluppaw ukoll il-ħiliet informali u mhux formali tagħhom, u b'hekk jiksbu esperjenza prattika f'attivitajiet ibbażati fil-komunità kif ukoll esperjenza umana imprezzabbli.

__________________

__________________

17 The State of the Union 2016: Towards a Better Europe – A Europe that Protects, Empowers and Defends, IP/16/3042 (http://europa.eu/rapid/press-release_IP-16-3042_en.htm).

17 The State of the Union 2016: Towards a Better Europe – A Europe that Protects, Empowers and Defends, IP/16/3042 (http://europa.eu/rapid/press-release_IP-16-3042_en.htm).

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  Fil-prinċipju, jenħtieġ li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom biex joħolqu l-aktar kundizzjonijiet attraenti possibbli għall-parteċipazzjoni fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fil-Komunikazzjoni tagħha "Korp Ewropew ta' Solidarjetà" tas-7 ta' Diċembru 201618, il-Kummissjoni saħqet dwar il-bżonn li jissaħħu l-pedamenti għal ħidma ta' solidarjetà madwar l-Ewropa, biex iż-żgħażagħ jiġu pprovduti b'iktar opportunitajiet u ta' kwalità aħjar għall-attivitajiet ta' solidarjetà li jkopru firxa wiesgħa ta' oqsma, u biex jingħata appoġġ lill-atturi nazzjonali u lokali, fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw sfidi u kriżijiet differenti. Il-Komunikazzjoni nediet l-ewwel fażi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li fiha ġew immobilizzati tmien programmi differenti tal-Unjoni biex joffru opportunitajiet ta' volontarjat, traineeships jew impjiegi liż-żgħażagħ tal-UE. Dawn l-attivitajiet, kemm jekk implimentati qabel jew inkella wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkomplu japplikaw ir-regoli u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-programmi rispettivi tal-Unjoni li ffinanzjawhom fl-ewwel fażi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(3)  Fil-Komunikazzjoni tagħha "Korp Ewropew ta' Solidarjetà "tas-7 ta' Diċembru 201618, il-Kummissjoni saħqet fuq il-bżonn li jissaħħu l-pedamenti għal ħidma ta' solidarjetà madwar l-Ewropa, biex iż-żgħażagħ jingħataw aktar opportunitajiet u opportunitajiet ta' kwalità aħjar għall-attivitajiet ta' solidarjetà li jkopru firxa wiesgħa ta' oqsma, u biex jingħata appoġġ lill-atturi governattivi u mhux governattivi nazzjonali, reġjonali u lokali, fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw sfidi u kriżijiet differenti. Il-Komunikazzjoni nediet l-ewwel fażi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li fiha ġew immobilizzati tmien programmi differenti tal-Unjoni biex joffru opportunitajiet ta' volontarjat, traineeships jew impjiegi liż-żgħażagħ tal-UE. Dawn l-attivitajiet, kemm jekk implimentati qabel jew inkella wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkomplu japplikaw ir-regoli u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-programmi rispettivi tal-Unjoni li ffinanzjawhom fl-ewwel fażi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

__________________

__________________

18 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, COM(2016) 942 final tas-7.12.2016.

18 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, COM(2016) 942 final tas-7.12.2016.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Jenħtieġ li ż-żgħażagħ jiġu pprovduti b'opportunitajiet li jkunu faċilment aċċessibbli biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà, li jistgħu jippermettulhom jesprimu l-impenn tagħhom għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jiksbu esperjenza, ħiliet u kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom, u b'hekk itejbu l-impjegabbiltà tagħhom. Dawk l-attivitajiet jappoġġjaw ukoll il-mobilità tal-voluntiera, tal-persuni f'taħriġ u tal-ħaddiema żgħażagħ.

(4)  Jenħtieġ li ż-żgħażagħ jingħataw opportunitajiet li jkunu faċilment aċċessibbli biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà li jġibu magħhom effetti pożittivi għas-soċjetà filwaqt li, qabelxejn, jippermettulhom ukoll jesprimu l-impenn tagħhom għall-benefiċċju tal-komunitajiet u, fl-istess ħin, jiksbu esperjenza, ħiliet u kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom, u b'hekk itejbu l-ħiliet tagħhom u jsaħħu l-kwalitajiet professjonali li jistgħu japplikaw fl-ambitu tax-xogħol. Dawk l-attivitajiet jappoġġjaw ukoll il-mobilità tal-voluntiera, tal-persuni f'taħriġ u tal-ħaddiema żgħażagħ.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-attivitajiet ta' solidarjetà offruti liż-żgħażagħ jenħtieġ li jkunu ta' kwalità għolja, fis-sens li jenħtieġ li jwieġbu għall-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà, jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunitajiet, joffru liż-żgħażagħ l-opportunità li jiksbu għarfien u kompetenzi siewja, ikunu finanzjarjament aċċessibbli għaż-żgħażagħ, u jiġu implimentati f'kundizzjonijiet sikuri u tajbin.

(5)  L-attivitajiet ta' solidarjetà offruti liż-żgħażagħ jenħtieġ li jgħinu biex jitwieġbu l-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunitajiet u taċ-ċittadinanza u jwieġbu għall-ħtiġijiet tal-iżvilupp personali u professjonali tal-parteċipanti. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' solidarjetà jkunu ta' kwalità għolja u aċċessibbli effettivament għaż-żgħażagħ kollha, billi joffrulhom l-opportunità li jiksbu għarfien u kompetenzi siewja u li jkollhom l-isforzi tagħhom rikonoxxuti, u jiġu implimentati f'kundizzjonijiet sikuri u tajbin. Jenħtieġ li jsiru sforzi partikolari biex jiġu żgurati l-inklużività u l-aċċessibilità reali tal-attivitajiet ta' solidarjetà offruti, speċjalment b'rabta maż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet, partikolarment iż-żgħażagħ b'diżabilità. L-attivitajiet ta' solidarjetà ma għandhom qatt jieħdu post il-politiki dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva, u lanqas ma għandu jkollhom impatt negattiv fuq l-impjiegi jew it-traineeships eżistenti.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jipprovdi punt ta' dħul uniku għall-attivitajiet ta' solidarjetà fi ħdan l-Unjoni. Jenħtieġ li jiġu żgurati l-konsistenza u l-komplementarjetà ta' dak il-qafas ma' politiki u ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jibni fuq il-vantaġġi u fuq is-sinerġiji tal-programmi eżistenti, b'mod partikolari s-Servizz Volontarju Ewropew. Jenħtieġ li jikkomplimenta wkoll l-isforzi magħmula mill-Istati Membri biex jappoġġjaw liż-żgħażagħ u biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol skont il-Garanzija għaż-Żgħażagħ19 billi jipprovdulhom opportunitajiet addizzjonali biex jidħlu fis-suq tax-xogħol fil-forma ta' traineeships jew ta' impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà fi ħdan l-Istat Membru rispettiv tagħhom jew b'mod transfruntier. Il-komplimentarjetà ma' netwerks eżistenti fil-livell tal-Unjoni li huma pertinenti għall-attivitajiet skont il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bħan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, EURES u n-netwerk Eurodesk, jenħtieġ li tiġi żgurata wkoll. Barra minn hekk, għandha tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn l-iskemi relatati eżistenti, b'mod partikolari l-iskemi ta' solidarjetà u l-iskemi ta' mobilità nazzjonali għaż-żgħażagħ, u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, permezz ta' elaborazzjoni fuq il-prattiki tajba fejn xieraq.

(6)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jipprovdi punt ta' dħul prinċipali għall-attivitajiet ta' solidarjetà mwettqa miż-żgħażagħ fi ħdan l-Unjoni. Jenħtieġ li jiġu żgurati l-konsistenza u l-komplementarjetà ta' dak il-qafas ma' politiki u ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jibni fuq il-vantaġġi u fuq is-sinerġiji tal-programmi eżistenti, b'mod partikolari s-Servizz Volontarju Ewropew, u ma jipperikolax il-finanzjament tal-programmi rilevanti diġà eżistenti fil-qasam tas-solidarjetà. Jenħtieġ li jikkomplimenta wkoll l-isforzi magħmula mill-Istati Membri biex jappoġġjaw liż-żgħażagħ fl-aċċess għal opportunitajiet ta' volontarjat u dawk żviluppati biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol billi jipprovdulhom opportunitajiet addizzjonali biex jidħlu fis-suq tax-xogħol fil-forma ta' traineeships jew ta' impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà fi ħdan l-Istat Membru rispettiv tagħhom jew b'mod transfruntier. Il-komplimentarjetà ma' netwerks eżistenti fil-livell tal-Unjoni li huma pertinenti għall-attivitajiet skont il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bħan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, EURES u n-netwerk Eurodesk, il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ (YFJ), iċ-Ċentru Ewropew għall-Volontarjat (CEV) u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti oħra inklużi s-sħab soċjali, jenħtieġ li tiġi żgurata wkoll. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti sħubijiet ma' netwerks Ewropej li huma speċjalizzati f'ċerti problemi soċjali urġenti li mhumiex indirizzati biżżejjed mill-Istati Membri, bħall-faqar estrem, il-kundizzjoni tal-persuni mingħajr dar, il-miżerja fost il-komunitajiet Rom u l-esklużjoni tal-persuni li jkunu qed ifittxu asil. Barra minn hekk, għandha tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn l-iskemi relatati eżistenti, b'mod partikolari l-iskemi ta' solidarjetà u l-iskemi ta' mobilità nazzjonali għaż-żgħażagħ, u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, permezz ta' elaborazzjoni fuq il-prattiki tajba fejn xieraq.

__________________

19 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ (2013/C 120/01).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet biex programmi oħra tal-Unjoni bħall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini", il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Programm tas-Saħħa jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà billi jappoġġjaw attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li din il-kontribuzzjoni tiġi ffinanzjata skont l-atti bażiċi rispettivi tal-programmi kkonċernati. Ladarba jkunu kisbu tikketta tal-kwalità valida tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li l-benefiċjarji jingħataw aċċess għall-portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jirċievu miżuri ta' kwalità u ta' appoġġ ipprovduti skont it-tip ta' attività offruta.

(7)  Biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet biex programmi oħra tal-Unjoni bħall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini", il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Programm tas-Saħħa jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà billi jappoġġjaw attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu Jenħtieġ li din il-kontribuzzjoni tiġi ffinanzjata skont l-atti bażiċi rispettivi tal-programmi kkonċernati. Ladarba jkunu kisbu tikketta tal-kwalità valida tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet parteċipanti jingħataw aċċess għall-portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jirċievu miżuri ta' kwalità u ta' appoġġ ipprovduti skont it-tip ta' attività offruta.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiftaħ opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ biex dawn jidħlu f'kollokamenti ta' volontarjat, traineeships jew impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà kif ukoll biex ifasslu u jiżviluppaw proġetti ta' solidarjetà abbażi tal-inizjattiva tagħhom stess. Jenħtieġ li dawk l-opportunitajiet jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom. Jenħtieġ ukoll li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġja lill-attivitajiet ta' netwerking għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà kif ukoll il-miżuri li jiżguraw il-kwalità tal-attivitajiet appoġġjati u li jsaħħu l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tagħhom.

(8)  Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiftaħ opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ biex dawn jidħlu f'kollokamenti ta' volontarjat, traineeships jew impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà kif ukoll biex ifasslu u jiżviluppaw proġetti ta' solidarjetà abbażi tal-inizjattiva tagħhom stess. Jenħtieġ li dawk l-opportunitajiet jgħinu fl-indirizzar tal-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunitajiet u tal-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali taż-żgħażagħ. Jenħtieġ ukoll li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġja lill-attivitajiet ta' netwerking għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà kif ukoll il-miżuri li jiżguraw il-kwalità tal-attivitajiet appoġġjati u li jsaħħu l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tagħhom. Jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-appoġġ u t-tisħiħ ta' organizzazzjonijiet eżistenti li jimplimentaw azzjonijiet ta' solidarjetà.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a)  Bħala esperjenza prezzjuża fuq CV, huwa mistenni li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jgħin biex titħaffef u tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni taż-żgħażagħ Ewropej fis-suq tax-xogħol.

Emenda11

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-attivitajiet ta' volontarjat jikkostitwixxu esperjenza rikka f'kuntest ta' tagħlim mhux formali u informali li ssaħħaħ l-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali, iċ-ċittadinanza attiva u l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ. L-attivitajiet ta' volontarjat ma għandux ikollhom effett negattiv fuq impjiegi bi ħlas potenzjali jew eżistenti, u lanqas ma għandhom jitqiesu bħala sostitut tiegħu. Biex tkun żgurata l-kontinwità fir-rigward tal-attivitajiet ta' volontarjat li huma appoġġjati fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-attivitajiet ta' volontarjat skont is-Servizz Volontarju Ewropew u li jaqgħu taħt l-ambitu ġeografiku tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiġu appoġġjati minn dan tal-aħħar fil-forma ta' kollokamenti transfruntiera għall-volontarjat. Jenħtieġ li l-attivitajiet l-oħra ta' volontarjat skont is-Servizz Volontarju Ewropew li ma jaqgħux taħt l-ambitu ġeografiku tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkomplu jiġu appoġġjati mill-Programm stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi 'Erasmus+': il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport20. Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni relatata fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li kemm il-kollokamenti transfruntiera għall-volontarjat skont il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà kif ukoll l-attivitajiet ta' volontarjat li se jibqgħu jiġu appoġġjati skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 jitqiesu li huma ekwivalenti għal dawk imwettqa skont is-Servizz Volontarju Ewropew.

(9)  L-attivitajiet ta' volontarjat jikkostitwixxu esperjenza rikka f'kuntest ta' tagħlim mhux formali u informali li ssaħħaħ l-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali, iċ-ċittadinanza attiva u l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ. Madankollu, minħabba n-natura transettorjali tal-attivitajiet relatati mas-solidarjetà, l-istatus differenti tal-entitajiet u l-organizzazzjonijiet potenzjali involuti f'dawn l-attivitajiet, kif ukoll is-sinifikat soċjoekonomiku tas-settur tas-solidarjetà fl-UE, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-attivitajiet ta' volontarjat ma jkollhomx effett negattiv fuq impjiegi bi ħlas potenzjali jew eżistenti, u lanqas ma qatt jitqiesu jew jintużaw b'mod effettiv bħala sostitut tiegħu. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li l-kollokamenti ta' solidarjetà fil-forma ta' volontarjat skont dan ir-Regolament jiġu offruti esklużivament mill-korpi pubbliċi jew mill-organizzazzjonijiet parteċipanti fis-settur mingħajr skop ta' qligħ, u jkunu limitati għalihom. Biex tkun żgurata l-kontinwità fir-rigward tal-attivitajiet ta' volontarjat li huma appoġġjati fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-attivitajiet ta' volontarjat skont is-Servizz Volontarju Ewropew u li jaqgħu taħt l-ambitu ġeografiku tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiġu appoġġjati minn dan tal-aħħar fil-forma ta' kollokamenti transfruntiera għall-volontarjat. Jenħtieġ li l-attivitajiet l-oħra ta' volontarjat skont is-Servizz Volontarju Ewropew li ma jaqgħux taħt l-ambitu ġeografiku tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkomplu jiġu appoġġjati mill-Programm stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi 'Erasmus+': il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport20. Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni relatata fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li kemm il-kollokamenti transfruntiera għall-volontarjat skont il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà kif ukoll l-attivitajiet ta' volontarjat li se jibqgħu jiġu appoġġjati skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 jitqiesu li huma ekwivalenti għal dawk imwettqa skont is-Servizz Volontarju Ewropew.

__________________

__________________

20 Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi 'Erasmus+': il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50.

Emenda12

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  It-traineeships u l-impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà jistgħu joffru opportunitajiet addizzjonali għaż-żgħażagħ biex dawn jidħlu fis-suq tax-xogħol filwaqt li jagħtu l-kontribut tagħhom biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-soċjetà. Dan jista' jgħin biex jitrawmu l-impjegabbiltà u l-produttività taż-żgħażagħ filwaqt li tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tagħhom mill-edukazzjoni għall-impjiegi, li hija importanti biex jissaħħu l-possibbiltajiet tagħhom fis-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li l-kollokamenti ta' traineeships offruti taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiġu remunerati mill-organizzazzjoni parteċipanti u jsegwu l-prinċipji tal-kwalità spjegati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships tal-10 ta' Marzu 201421. Jenħtieġ li t-traineeships u l-impjiegi offruti jservu ta' pass 'il quddiem li permezz tiegħu ż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol u, għalhekk, jenħtieġ li dawn jiġu akkumpanjati minn appoġġ adegwat wara l-kollokament. Il-kollokamenti fi traineeships u f'impjiegi jenħtieġ li jiġu ffaċilitati mill-atturi rilevanti tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari mis-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi, mis-sħab soċjali u mill-Kamra tal-Kummerċ. Bħala organizzazzjonijiet parteċipanti, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu japplikaw għal finanzjament permezz tal-istruttura ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fid-dawl tal-intermedjazzjoni bejn il-parteċipanti żgħażagħ u l-impjegaturi li joffru kollokamenti fi traineeships u f'impjiegi fis-setturi tas-solidarjetà.

(10)  Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jipprevedi wkoll qafas għat-traineeships u l-impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà li jgħin biex tinbena l-koeżjoni soċjali, ekonomika u ċivika. Jenħtieġ li t-traineeships u l-impjiegi jkunu separati b'mod ċar mill-attivitajiet ta' volontarjat, kemm mil-lat finanzjarju u kemm mil-lat organizzattiv, peress li dawn jistgħu joffru opportunitajiet differenti u addizzjonali għaż-żgħażagħ biex jidħlu u jżidu ċ-ċansijiet tagħhom fis-suq tax-xogħol u jtejbu l-prospetti tal-karriera filwaqt li jagħtu l-kontribut tagħhom biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-soċjetà. It-traineeships u l-impjiegi ma għandhom qatt iwasslu għas-sostituzzjoni tal-impjiegi. Madankollu, it-traineeships u l-impjiegi remunerati jistgħu jirrappreżentaw inċentiv għaż-żgħażagħ żvantaġġati u għal dawk li għandhom inqas opportunitajiet biex jipparteċipaw f'attivitajiet relatati mas-solidarjetà li altrimenti jaf ma jkunux jistgħu jiksbu aċċess għalihom. Il-kollokamenti fi traineeships jistgħu jiffaċilitaw it-tranżizzjoni taż-żgħażagħ mill-edukazzjoni għall-impjieg, li hija importanti għall-integrazzjoni sostenibbli tagħhom fis-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li l-kollokamenti fi traineeships offruti taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiġu dejjem remunerati mill-organizzazzjoni parteċipanti u jsegwu l-prinċipji tal-kwalità spjegati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships tal-10 ta' Marzu 201421. Barra minn hekk, jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-kollokamenti fi traineeships – fuq naħa – u x-xogħol volontarju – fuq in-naħa l-oħra – u dawn jenħtieġ li jkunu bbażati fuq ftehim bil-miktub stipulat fil-bidu tat-traineeship bejn it-trainee u l-organizzazzjoni parteċipanti. Jenħtieġ li dawn il-ftehimiet bil-miktub jindikaw l-objettivi edukattivi u tat-taħriġ, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-tul tat-traineeship, ir-remunerazzjoni tat-trainee u d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet skont il-liġi nazzjonali applikabbli u/jew il-ftehimiet kollettivi applikabbli tal-pajjiż fejn isir it-traineeship. Jenħtieġ li l-kollokamenti fi traineeships offruti jservu ta' pass 'il quddiem li permezz tiegħu ż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol u ma jissostitwixxux l-impjiegi. Jenħtieġ li l-kollokamenti fi traineeships ikunu temporanji u jkollhom tul raġonevoli kif definit f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-kollokamenti f'impjiegi jkunu bbażati fuq kuntratt bil-miktub u jirrispettaw it-termini u l-kundizzjonijiet kollha tal-impjieg kif definit fil-liġi nazzjonali u/jew fil-ftehimiet kollettivi applikabbli tal-pajjiż fejn jitwettaq l-impjieg. Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet parteċipanti li joffru kollokamenti f'impjiegi ma jkunx ta' aktar minn tnax-il xahar. Jenħtieġ li ssir distinzjoni ċara, f'termini ta' finanzjament u kontenut, bejn it-traineeships u l-impjiegi – minn naħa – u l-attivitajiet ta' volontarjat – min-naħa l-oħra – u, għalhekk, jenħtieġ li dawn jiġu akkumpanjati minn tħejjija, taħriġ fuq il-post tax-xogħol u appoġġ adegwat wara l-kollokament b'rabta mal-parteċipazzjoni tal-parteċipant fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Il-kollokamenti fi traineeships u f'impjiegi jenħtieġ li jiġu ffaċilitati mill-atturi rilevanti tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari mis-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi, mis-sħab soċjali u mill-Kamra tal-Kummerċ. Bħala organizzazzjonijiet parteċipanti, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu japplikaw għal finanzjament permezz tal-istruttura ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fid-dawl tal-intermedjazzjoni bejn il-parteċipanti żgħażagħ u l-impjegaturi li joffru kollokamenti fi traineeships u f'impjiegi fis-setturi tas-solidarjetà.

__________________

__________________

21 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2014 dwar Qafas tal-Kwalita għat-Traineeships, ĠU C 88, 27.3.2014, p. 1.

21 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2014 dwar Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships, ĠU C 88, 27.3.2014, p. 1.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-ispirtu ta' inizjattiva taż-żgħażagħ huwa assi importanti għas-soċjetà u għas-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jikkontribwixxi għat-trawwim ta' dan l-aspett billi joffri l-opportunità liż-żgħażagħ li jfasslu u jimplimentaw il-proġetti tagħhom stess immirati biex jindirizzaw sfidi speċifiċi għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali. Jenħtieġ li dawk il-proġetti jkunu opportunità biex jiġu ppruvati ideat u biex iż-żgħażagħ jiġu appoġġjati biex ikunu huma stess dawk li jixprunaw l-attivitajiet ta' solidarjetà. Dawn jistgħu jservu wkoll bħala punt tat-tluq għall-involviment ulterjuri f'attivitajiet ta' solidarjetà u jistgħu jkunu l-ewwel pass biex il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jitħeġġu jinvolvu ruħhom f'impjieg indipendenti jew fit-twaqqif ta' assoċjazzjonijiet, ta' NGOs jew ta' korpi oħra attivi fis-setturi tas-solidarjetà u dawk mingħajr skop ta' qligħ kif ukoll dawk taż-żgħażagħ.

(11)  L-ispirtu ta' inizjattiva taż-żgħażagħ huwa assi importanti għas-soċjetà u għas-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jikkontribwixxi għat-trawwim ta' dan l-aspett billi joffri l-opportunità liż-żgħażagħ li jfasslu u jimplimentaw il-proġetti tagħhom stess immirati biex jindirizzaw sfidi speċifiċi għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali. Jenħtieġ li dawk il-proġetti jkunu opportunità biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi b'mod sostenibbli u biex iż-żgħażagħ jiġu appoġġjati biex ikunu huma stess dawk li jixprunaw l-attivitajiet ta' solidarjetà. Dawn jistgħu jservu wkoll bħala punt tat-tluq għall-involviment ulterjuri f'diversi attivitajiet ta' solidarjetà u jistgħu jkunu l-ewwel pass biex il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jitħeġġu jinvolvu ruħhom fl-intrapenditorija u l-intraprenditorija soċjali jew fit-twaqqif ta' assoċjazzjonijiet, ta' NGOs jew ta' korpi oħra attivi fis-setturi tas-solidarjetà u dawk mingħajr skop ta' qligħ kif ukoll dawk taż-żgħażagħ, u jinvolvu ruħhom dejjem aktar f'attivitajiet assoċjattivi. Jenħtieġ li ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u tal-istudenti jingħataw l-appoġġ meħtieġ biex jiżviluppaw dawn l-inizjattivi. L-appoġġ ta' wara l-kollokament jista' jinkludi appoġġ u pariri lill-parteċipanti interessati fit-twaqqif u t-tmexxija ta' assoċjazzjonijiet, kooperattivi, intrapriżi soċjali, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u ċentri tal-komunità. Dan l-appoġġ jista' jinkludi studju dwar il-fattibbiltà, l-għażla tal-forma ġuridika, l-iżvilupp ta' pjan kummerċjali, pariri finanzjarji u fiskali, valutazzjoni tar-riskju, pariri dwar il-komunikazzjonijiet u attivitajiet ta' promozzjoni u kummerċjalizzazzjoni.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Jenħtieġ li ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappartjenu għal komunità ta' individwi u ta' entitajiet li ħadu impenn li jsaħħu s-solidarjetà madwar l-Ewropa. Fl-istess ħin, l-organizzazzjonijiet parteċipanti jeħtieġu l-appoġġ biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom biex joffru kollokamenti ta' kwalità tajba għal għadd dejjem jiżdied ta' parteċipanti. Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġja l-attivitajiet ta' netwerking bl-għan li jissaħħaħ l-involviment taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet parteċipanti f'din il-komunità, fit-trawwim ta' spirtu tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll li jitħeġġeġ l-iskambju ta' prattiki u ta' esperjenza siewja. Jenħtieġ li dawk l-attivitajiet jikkontribwixxu għas-sensibilizzazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fost l-atturi pubbliċi u privati kif ukoll għall-ġbir ta' feedback mingħand il-parteċipanti u mingħand l-organizzazzjonijiet parteċipanti dwar l-implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(12)  Jenħtieġ li ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappartjenu għal komunità ta' individwi u ta' entitajiet li ħadu impenn li jsaħħu s-solidarjetà madwar l-Ewropa. Fl-istess ħin, l-organizzazzjonijiet parteċipanti jeħtieġu l-appoġġ biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom biex joffru kollokamenti ta' kwalità tajba għal għadd dejjem jiżdied ta' parteċipanti. Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġja l-attivitajiet ta' netwerking bl-għan li tissaħħaħ il-kapaċità taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet parteċipanti f'din il-komunità, fit-trawwim ta' spirtu tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll li jitħeġġeġ l-iskambju ta' prattiki u ta' esperjenza siewja. Jenħtieġ li dawk l-attivitajiet jikkontribwixxu għas-sensibilizzazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fost l-atturi pubbliċi u privati kif ukoll għall-ġbir ta' feedback mingħand il-parteċipanti u mingħand l-organizzazzjonijiet parteċipanti dwar l-implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-iżgurar tal-kwalità tal-kollokamenti u ta' opportunitajiet oħra offruti mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, b'mod partikolari billi jiġu offruti taħriġ, appoġġ lingwistiku, assigurazzjoni, appoġġ amministrattiv u ta' wara l-kollokament lill-parteċipanti kif ukoll il-validazzjoni tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-kompetenzi miksuba permezz tal-esperjenza tagħhom fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(13)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-iżgurar tal-kwalità tal-kollokamenti u ta' opportunitajiet oħra offruti mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, b'mod partikolari billi jiġu offruti taħriġ online u offline adegwat, appoġġ lingwistiku, assigurazzjoni, appoġġ amministrattiv u ta' qabel u ta' wara l-kollokament lill-parteċipanti. Jenħtieġ li dan l-appoġġ jinħoloq f'kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u ma' organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili sabiex jiġi sfruttat l-għarfien espert tagħhom fil-qasam. Jenħtieġ li l-appoġġ ta' wara l-kollokament jipprijoritizza wkoll l-involviment ċiviku kontinwu tal-parteċipanti fil-komunità tagħhom, billi jiggwidahom lejn l-organizzazzjonijiet lokali jew il-proġetti li jistgħu jinvolvu ruħhom fihom wara l-kollokament.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Biex jiġi żgurat l-impatt tal-kollokamenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fuq l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-parteċipanti, jenħtieġ li l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li huma l-eżiti tat-tagħlim tal-kollokament jiġu identifikati u ddokumentati kif xieraq, f'konformità maċ-ċirkustanzi u mal-ispeċifiċitajiet nazzjonali, kif irrakkomandat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali22.

(14)  Biex jiġi żgurat l-impatt tal-kollokamenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fuq l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-parteċipanti, jenħtieġ li l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li huma l-eżiti tat-tagħlim tal-kollokament jiġu identifikati, iddokumentati, ivvalutati u ċċertifikati kif xieraq, f'konformità maċ-ċirkustanzi u mal-ispeċifiċitajiet nazzjonali, kif irrakkomandat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali22. Jenħtieġ li dan il-proċess jiġi ffaċilitat mill-Kummissjoni Ewropea li, għal dan l-iskop, ippubblikat il-Linji Gwida Ewropej għall-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali u Inventarju Ewropew dwar il-validazzjoni.

__________________

__________________

22 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

22 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li tiddaħħal fis-seħħ tikketta tal-kwalità li tiżgura l-konformità tal-organizzazzjonijiet parteċipanti mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, fir-rigward tad-drittijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom matul l-istadji kollha tal-esperjenza ta' solidarjetà. Jenħtieġ li l-kisba ta' tikketta tal-kwalità tkun prekundizzjoni għall-parteċipazzjoni iżda jenħtieġ li din ma twassalx b'mod awtomatiku għal finanzjament mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(15)  Jenħtieġ li jiddaħħlu fis-seħħ tikketta tal-kwalità u qafas ta' monitoraġġ rispettivament għall-volontarjat kif ukoll għat-traineeships u għall-impjiegi, f'kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, li jiżguraw il-konformità tal-organizzazzjonijiet parteċipanti mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, fir-rigward tad-drittijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom matul l-istadji kollha tal-esperjenza ta' solidarjetà. Jenħtieġ li l-kisba ta' tikketta tal-kwalità tkun prekundizzjoni għall-parteċipazzjoni iżda jenħtieġ li din ma twassalx b'mod awtomatiku għal finanzjament mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li t-tikketti tal-kwalità jqisu li l-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ma jissostitwixxux impjiegi jew traineeships regolari. Jenħtieġ li l-proċess li jwassal għall-attribuzzjoni ta' tikketta tal-kwalità ma joħloqx burokrazija addizzjonali li tiskoraġġixxi lill-organizzazzjonijiet, b'mod partikolari n-negozji privati fil-komponent okkupazzjonali, milli jikkontribwixxu għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li tikketta tal-kwalità tiżgura wkoll li l-organizzazzjonijiet parteċipanti jirrispettaw il-kundizzjonalità ex ante dwar l-inklużjoni soċjali u, partikolarment, il-prijorità ta' investiment tagħha dwar it-tranżizzjoni minn servizzi soċjali istituzzjonali għal servizzi komunitarji stabbilita fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni b'rabta mal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, biex jiġi evitat li l-finanzjament tal-UE jkun jista' jintuża biex jappoġġja (anke b'mod indirett) is-segregazzjoni tal-infrastrutturi soċjali u tas-saħħa.

Ġustifikazzjoni

Mill-2013, l-Unjoni Ewropea mxiet b'mod kostanti lejn id-deistituzzjonalizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa, jiġifieri l-proċess li jissostitwixxi l-isptarijiet psikjatriċi għal soġġorni fit-tul ma' servizzi tas-saħħa mentali komunitarji inqas iżolati, bl-inklużjoni ta' kundizzjonalità ex ante fil-Fond Strutturali u ta' Investiment Ewropew li tgħid li dawk il-fondi ma jistgħux jiġu ddedikati għal servizzi tas-saħħa istituzzjonali. Ikun tajjeb li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jinkludi dispożizzjonijiet f'dan is-sens.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Jenħtieġ li Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiġi żviluppat b'mod kontinwu biex jiġi żgurat aċċess faċli għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jiġi pprovdut punt uniku ta' kuntatt kemm għall-individwi kif ukoll għall-organizzazzjonijiet interessati fir-rigward, fost l-oħrajn, tar-reġistrazzjoni, tal-identifikazzjoni u tat-tlaqqigħ tal-profili u tal-opportunitajiet, tal-bini ta' netwerks u tal-iskambji virtwali, tat-taħriġ online, tal-appoġġ lingwistiku u ta' wara l-kollokament kif ukoll ta' funzjonalitajiet siewja oħra, li jistgħu jinħolqu fil-futur.

(17)  Jenħtieġ li Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE jiġi żviluppat b'mod kontinwu biex jiġi żgurat aċċess faċli għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jiġi pprovdut punt uniku ta' kuntatt kemm għall-individwi kif ukoll għall-organizzazzjonijiet interessati f'dak li jirrigwarda, fost l-oħrajn, ir-reġistrazzjoni, l-identifikazzjoni u t-tlaqqigħ tal-profili u l-opportunitajiet, il-bini ta' netwerks u l-iskambji virtwali, l-informazzjoni dwar kollokamenti jew proġetti ta' solidarjetà eżistenti u dwar l-organizzazzjonijiet parteċipanti, is-sħab soċjali, il-punti ta' kuntatt Ewropej u nazzjonali rilevanti, it-taħriġ online, l-appoġġ lingwistiku u ta' qabel u ta' wara l-kollokament, l-evalwazzjonijiet bejn il-pari tal-kollokamenti u l-mekkaniżmi ta' feedback dirett kif ukoll funzjonalitajiet siewja oħra, li jistgħu jinħolqu fil-futur. Se tingħata attenzjoni partikolari biex il-Portal ikun aċċessibbli b'mod sħiħ għaż-żgħażagħ kollha irrispettivament mill-kapaċitajiet tagħhom.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a)  Għall-funzjonament tajjeb tal-programm u l-użu f'waqtu tal-azzjonijiet, huwa essenzjali li, fil-programmi ta' ħidma tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jiddaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi li jiggarantixxu l-preżentazzjoni ta' offerti liż-żgħażagħ irreġistrati fi żmien raġonevoli u relattivament prevedibbli. Għaldaqstant jenħtieġ li jintbagħtu informazzjoni u aġġornamenti perjodiċi dwar kollokamenti disponibbli u organizzazzjonijiet parteċipanti involuti b'mod attiv lill-individwi rreġistrati sabiex jiġi stimulat l-involviment tagħhom fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà wara r-reġistrazzjoni tagħhom, filwaqt li jingħataw ukoll il-possibbiltà li jikkuntattjaw direttament lill-atturi involuti fil-qasam tas-solidarjetà fil-livell nazzjonali kif ukoll Ewropew.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17b)  Jenħtieġ li jiġi żviluppat Qafas tal-Kwalità bi standards tal-kwalità għall-offerti ta' kollokament tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Il-bażi ta' dan jenħtieġ li tkun il-leġiżlazzjoni eżistenti li tipproteġi d-drittijiet tal-ħaddiema, it-trainees u l-voluntiera fil-livell tal-UE kif ukoll nazzjonali, f'dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni soċjali, l-introjtu minimu, l-istabbiltà, id-drittijiet tal-ħaddiema u s-saħħa mentali u fiżika. Jenħtieġ li d-definizzjoni tal-istandards tkun proċess inklużiv bil-parteċipazzjoni sħiħa tas-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet tal-volontarjat.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perjodu 2018-2020 li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza ewlieni, fit-tifsira tal-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, kooperazzjoni f'materji baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba23, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. L-ammont ta' referenza prim jinkludi riallokamenti mill-programm Erasmus+ (EUR 197.7 miljun) u mill-programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EUR 10 miljun) għas-snin finanzjarji 2018, 2019 u 2020, u huwa kkomplimentat mill-kontribuzzjonijiet ta' diversi programmi tal-Unjoni taħt intestaturi differenti, bħall-Fond Soċjali Ewropew, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, il-programm LIFE u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

(18)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perjodu 2018-2020 li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza prim, fit-tifsira tal-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, kooperazzjoni f'materji baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba23, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. L-ammont ta' referenza prim jinkludi riallokamenti mill-programm Erasmus+ (EUR 197.7 miljun), li jenħtieġ li bl-ebda mod ma jikkompromettu l-finanzjament tal-proġetti ta' mobilità diġà approvati fil-qafas tal-programm Erasmus+, u mill-programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EUR 10 miljun) għas-snin finanzjarji 2018, 2019 u 2020, u huwa kkomplimentat mill-kontribuzzjonijiet ta' diversi programmi tal-Unjoni taħt intestaturi differenti, bħall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u l-programm LIFE.

__________________

__________________

23 Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

23 Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a)  Jenħtieġ li fid-diskussjonijiet futuri dwar il-perjodu ta' programmazzjoni tal-baġit li jmiss, il-finanzjament tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà bl-ebda mod ma jaffettwa l-finanzjament tal-programm tal-mobilità Erasmus+ u programmi ewlenin oħrajn, bħall-FSE u l-FAEŻR;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23a)  Il-grupp fil-mira taż-żgħażagħ jenħtieġ li jkun wiesa' u inklużiv kemm jista' jkun, sabiex iż-żgħażagħ bi sfondi, livelli ta' edukazzjoni, ħiliet, kapaċitajiet, għarfien u esperjenza differenti jipparteċipaw fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Kwalunkwe entità li lesta tieħu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kemm jekk iffinanzjata mill-baġit tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, minn programm ieħor tal-Unjoni kif ukoll minn sors ta' finanzjament ieħor, jenħtieġ li tirċievi tikketta tal-kwalità dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet xierqa. Jenħtieġ li l-proċess li jwassal għall-attribuzzjoni ta' tikketta tal-kwalità jsir fuq bażi kontinwa mill-istrutturi ta' implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li t-tikketta tal-kwalità attribwita terġa' tiġi vvalutata b'mod perjodiku u tista' tiġi revokata jekk, fil-kuntest tal-verifiki li jridu jsiru, il-kundizzjonijiet li wasslu għall-attribuzzjoni tagħha jinstab li ma jibqgħux issodisfati.

(25)  Kwalunkwe entità li lesta tieħu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kemm jekk iffinanzjata mill-baġit tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, minn programm ieħor tal-Unjoni kif ukoll minn sors ta' finanzjament ieħor, jenħtieġ li l-ewwel tirċievi tikketta tal-kwalità dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet xierqa. Jenħtieġ li l-proċess li jwassal għall-attribuzzjoni ta' tikketta tal-kwalità jsir fuq bażi kontinwa mill-istrutturi ta' implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. F'dan il-proċess iridu jiġu evitati piżijiet amministrattivi mhux neċessarji. Jenħtieġ li t-tikketta tal-kwalità attribwita terġa' tiġi vvalutata b'mod perjodiku u tista' tiġi revokata jekk, fil-kuntest tal-verifiki li jridu jsiru, il-kundizzjonijiet li wasslu għall-attribuzzjoni tagħha jinstab li ma jibqgħux issodisfati.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Jenħtieġ li l-pakkett finanzjarju tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà taħt l-Intestatura 1a tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali jiġi ssupplimentat ukoll minn kontribuzzjonijiet finanzjarji minn programmi u minn intestaturi oħra, li jeħtieġu l-emenda tar-Regolamenti (UE) Nru 1293/201327, (UE) Nru 1303/201328, (UE) Nru 1305/201329, (UE) Nru 1306/201330 kif ukoll tad-Deċiżjoni Nru 1313/201331 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(40)  Jenħtieġ li l-pakkett finanzjarju tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà taħt l-Intestatura 1a tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali jiġi ssupplimentat ukoll minn kontribuzzjonijiet finanzjarji minn programmi u minn intestaturi oħra, li jeħtieġu l-emenda tar-Regolamenti (UE) Nru 1293/201327, (UE) Nru 1303/201328, (UE) Nru 1305/201329, (UE) Nru 1306/201330 kif ukoll tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE31 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jenħtieġ li dak il-pakkett finanzjarju jiġi supplimentat filwaqt li jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda impatt ta' detriment fuq id-dispożizzjonijiet eżistenti ta' finanzjament għall-volontarjat, l-inklużjoni soċjali u l-impjiegi, kif ukoll il-mobilità, diġà previsti fi programmi eżistenti, b'mod partikolari l-programm Erasmus+. Barra minn hekk, sabiex ikunu żgurati s-suċċess u l-effikaċja tal-inizjattiva u b'mod partikolari biex jingħata appoġġ liż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet, jenħtieġ li l-baġit jiżdied bl-użu tal-mezzi finanzjarji disponibbli kollha skont ir-Regolament tal-QFP eżistenti. Jenħtieġ li l-investiment fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkun akkumpanjat minn żieda fl-investiment fi programmi komplementari oħra tal-UE bħall-Erasmus+ u l-Inizzjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.

__________________

__________________

27 Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185).

28 Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p.320).

28 Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

29 Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

30 Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

31 Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).

31 Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta' Jannar 2018. Sabiex tkun tista' ssir applikazzjoni fil-pront tal-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(41)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta' Marzu 2018. Sabiex tkun tista' ssir applikazzjoni fil-pront tal-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "attività ta' solidarjetà" tfisser attività mmirata lejn l-indirizzar tal-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà għall-benefiċċju tal-komunità filwaqt li jitrawwem ukoll l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali u professjonali tal-individwu, li jista' jieħu l-forma ta' kollokamenti, ta' proġetti jew ta' attivitajiet ta' netwerking, żviluppati b'rabta ma' oqsma differenti, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-intraprenditorija, b'mod partikolari l-intraprenditorija soċjali, iċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni demokratika, il-ħarsien tal-ambjent u tan-natura, l-azzjoni klimatika, il-prevenzjoni ta' diżastri, it-tħejjija u l-irkupru, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-forniment ta' oġġetti tal-ikel u mhux tal-ikel, is-saħħa u l-benessri, il-kreattività u l-kultura, l-edukazzjoni fiżika u l-isport, l-assistenza soċjali u s-servizzi soċjali, l-akkoljenza u l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-kooperazzjoni u l-koeżjoni territorjali;

(1)  "attività ta' solidarjetà" tfisser attività mmirata lejn l-indirizzar tal-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà għall-benefiċċju tal-komunità u tas-soċjetà kollha kemm hi filwaqt li jitrawwem ukoll l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali u professjonali tal-individwu, li jista' jieħu l-forma ta' kollokamenti, ta' proġetti jew ta' attivitajiet ta' netwerking li jkollhom valur miżjud Ewropew u internazzjonali u dimensjoni transnazzjonali, żviluppati b'rabta ma' oqsma differenti, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ formali u mhux formali, il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ, l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza u l-antidiskriminazzjoni, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-intraprenditorija soċjali, iċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni demokratika, il-ħarsien tal-ambjent u tan-natura, l-azzjoni klimatika, il-prevenzjoni ta' diżastri, it-tħejjija u l-irkupru, l-agrikoltura ċivika u l-iżvilupp rurali, il-forniment ta' oġġetti tal-ikel u mhux tal-ikel, is-saħħa u l-benessri, il-kreattività u l-kultura, l-edukazzjoni fiżika u l-isport, l-assistenza soċjali u s-servizzi soċjali, l-assistenza liż-żgħażagħ, id-diżabilità, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, l-akkoljenza u l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, inklużi l-persuni li jfittxu asil u r-rifuġjati, il-kooperazzjoni u l-koeżjoni territorjali;

Emenda28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "żagħżugħ żvantaġġat" tfisser individwi li jeħtieġu appoġġ addizzjonali minħabba diżabilità, diffikultajiet edukattivi, ostakli ekonomiċi, differenzi kulturali, problemi tas-saħħa, ostakli soċjali, ostakli ġeografiċi;

(3) "żagħżagħ b'inqas opportunitajiet" tfisser individwi li jeħtieġu appoġġ addizzjonali għaliex huma fi żvantaġġ meta mqabbel ma' żgħażagħ ta' mparhom peress li jiffaċċjaw fattur(i) jew ostaklu/i ta' esklużjoni bħal diżabilità, diffikultajiet edukattivi, ostakli ekonomiċi, ostakli soċjali, differenzi kulturali, problemi tas-saħħa fiżika u mentali, ostakli ġeografiċi;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "organizzazzjoni parteċipanti" tfisser kwalunkwe entità pubblika jew privata li ġiet attribwita t-tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, li toffri kollokament lil parteċipant fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jew li timplimenta attivitajiet oħra fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

(4)  "organizzazzjoni parteċipanti" tfisser kwalunkwe entità pubblika jew privata li tkun diġà ġiet attribwita t-tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li toffri kollokament fil-volontarjat, fi traineeship jew f'impjieg lil parteċipant fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jew li timplimenta attivitajiet oħra fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  "kollokament ta' solidarjetà" tfisser attività ta' volontarjat, traineeships jew impjiegi f'qasam relatat mas-solidarjetà, li huma organizzati minn organizzazzjoni parteċipanti u li jagħtu kontribut biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-soċjetà filwaqt li jsaħħu l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali u l-impjegabbiltà tal-parteċipant fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li jwettaqhom, f'pajjiż li mhuwiex il-pajjiż ta' residenza (transfruntiera) jew fil-pajjiż ta' residenza tal-parteċipant (fil-pajjiż);

(5)  "kollokament ta' solidarjetà" tfisser attività ta' volontarjat, traineeships jew impjiegi f'qasam relatat mas-solidarjetà, li huma organizzati minn organizzazzjoni parteċipanti u li jagħtu kontribut biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-soċjetà filwaqt li jsaħħu l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali u l-impjegabbiltà tal-parteċipant fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li jwettaqhom, f'pajjiż li mhuwiex il-pajjiż ta' residenza (transfruntiera) jew, eċċezzjonalment għaż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet, fil-pajjiż ta' residenza tal-parteċipant (fil-pajjiż);

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "volontarjat" tfisser servizz volontarju full-time32 mhux imħallas għal perjodu massimu ta' tnax-il xahar, li jipprovdi liż-żgħażagħ bl-opportunità li jikkontribwixxu fil-ħidma ta' kuljum tal-organizzazzjonijiet attivi f'oqsma relatati mas-solidarjetà, għall-benefiċċju aħħari tal-komunitajiet li fi ħdahom jitwettqu l-attivitajiet, inkluża dimensjoni solida ta' tagħlim u ta' taħriġ biex il-voluntiera żgħażagħ jkunu jistgħu jiksbu ħiliet u kompetenzi, li se jkunu siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali u professjonali tagħhom, u li se jikkontribwixxu wkoll biex itejbu l-impjegabbiltà tagħhom;

(6)  "volontarjat" tfisser kollokament volontarju mhux imħallas għal perjodu massimu ta' tnax-il xahar f'awtorità pubblika jew organizzazzjoni parteċipanti f'settur mingħajr skop ta' qligħ, li jsir fuq bażi ta' full-time32 jew part-time u li jipprovdi liż-żgħażagħ bl-opportunità li jikkontribwixxu fil-ħidma ta' kuljum tal-organizzazzjonijiet attivi f'oqsma relatati mas-solidarjetà, għall-benefiċċju aħħari tal-komunitajiet li fi ħdanhom jitwettqu l-attivitajiet, inkluża dimensjoni solida ta' tagħlim u ta' taħriġ biex il-voluntiera żgħażagħ jkunu jistgħu jiksbu, jivvalidaw u jiċċertifikaw ħiliet u kompetenzi, li se jkunu siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali u professjonali tagħhom, u li se jikkontribwixxu wkoll biex itejbu l-impjegabbiltà tagħhom;

__________________

__________________

32 Bħala prinċipju ġenerali, attività mwettqa kontinwament, 5 ijiem fil-ġimgħa għal 7 ijiem kull jum.

32 Bħala prinċipju ġenerali, attività mwettqa kontinwament, 5 ijiem fil-ġimgħa għal 7 sigħat kull jum.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  "traineeship" tfisser perjodu ta' prattika ta' xogħol minn xahrejn sa tnax-il xahar, remunerat mill-organizzazzjoni li tospita lill-parteċipant tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, fuq il-bażi ta' ftehim dwar it-traineeship bil-miktub, li jinkludi komponent ta' tagħlim u ta' taħriġ, u mwettaq biex tinkiseb esperjenza prattika u professjonali bl-għan li titjieb l-impjegabbiltà u tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għal impjieg regolari;

(8)  "traineeship" tfisser perjodu ta' prattika ta' xogħol minn tlieta sa sitt xhur, li jista' jiġġedded darba u għal tul massimu ta' tnax-il xahar fl-istess organizzazzjoni parteċipanti, remunerat mill-organizzazzjoni li tospita lill-parteċipant tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, li jinkludi komponent ta' tagħlim u ta' taħriġ, isir biex tinkiseb esperjenza prattika u professjonali bil-għan li jiġu żviluppati kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-parteċipant, ikun ibbażat fuq ftehim bil-miktub stipulat fil-bidu tat-traineeship bejn il-parteċipant u l-organizzazzjoni parteċipanti, b'indikazzjoni tal-objettivi edukattivi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-tul tat-traineeship, ir-remunerazzjoni tal-parteċipant u d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet skont il-liġi nazzjonali u/jew il-ftehimiet kollettivi applikabbli tal-pajjiż fejn isir it-traineeship, u ma jissostitwixxix impjiegi;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  "impjieg" tfisser perjodu ta' xogħol minn xahrejn sa tnax-il xahar, remunerat mill-organizzazzjoni parteċipanti li timpjega lill-parteċipant tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, imwettaq f'pajjiż parteċipanti u bbażat fuq kuntratt ta' impjieg f'konformità mal-qafas regolatorju nazzjonali ta' dak il-pajjiż parteċipant;

(9)  "impjieg" tfisser perjodu ta' xogħol ta' mill-inqas sitt xhur, ibbażat fuq kuntratt ta' impjieg bil-miktub li jirrispetta t-termini u l-kundizzjonijiet kollha tal-impjieg kif definiti fil-liġi nazzjonali u/jew il-ftehimiet kollettivi applikabbli tal-pajjiż fejn jitwettaq l-impjieg, u remunerat mill-organizzazzjoni parteċipanti li timpjega lill-parteċipant tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "proġett ta' solidarjetà" tfisser inizjattiva lokali għal perjodu ta' bejn xahrejn u tnax-il xahar, li tkun ippreparata u mwettqa minn gruppi li jkun fihom minn tal-inqas ħames parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bl-għan li jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin fi ħdan il-komunità lokali tagħhom filwaqt li torbothom ma' perspettiva Ewropea usa';

(10)  "proġett ta' solidarjetà" tfisser inizjattiva lokali għal perjodu ta' bejn xahrejn u tnax-il xahar, li tkun ippreparata u mwettqa minn gruppi li jkun fihom minn tal-inqas ħames parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bl-għan li jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin fi ħdan il-komunità lokali tagħhom filwaqt li torbothom ma' perspettiva Ewropea usa'; Biex titwettaq azzjoni ta' solidarjetà, huwa obbligatorju li organizzazzjoni intermedjarja jew l-awtoritajiet lokali jorganizzaw gwida u appoġġ għal qabel u għal wara sabiex tkun żgurata s-sostenibbiltà tal-proġett u l-kwalità tas-servizzi mogħtija;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  "tikketta tal-kwalità" tfisser ċertifikazzjoni attribwita lil entità pubblika jew privata jew lil organizzazzjoni internazzjonali li tkun lesta li tipprovdi kollokamenti li jaqgħu taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà f'konformità ma' proċedura mmirata biex tiżgura l-konformità mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

(11)  "tikketta tal-kwalità" tfisser ċertifikazzjoni attribwita lil entità pubblika jew privata jew lil organizzazzjoni internazzjonali li tkun tixtieq issir organizzazzjoni parteċipanti u li tkun lesta tipprovdi kollokamenti li jaqgħu taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà f'konformità ma' proċedura mmirata biex tiżgura l-konformità mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà kif ukoll il-kwalità tas-servizzi mogħtija mill-organizzazzjonijiet parteċipanti; f'kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, għandha tiġi stabbilita tikketta tal-kwalità separata għal kollokamenti fil-volontarjat u għal kollokamenti fi traineeships u f'impjiegi;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  "Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà" tfisser id-dokument li jistabbilixxi d-drittijiet u r-responsabbiltajiet rispettivi li l-entitajiet kollha li lesti li jissieħbu fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jridu jaqblu li jaderixxu għalih;

(12)  "Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà" tfisser id-dokument li jistabbilixxi d-drittijiet u r-responsabbiltajiet rispettivi li l-entitajiet kollha li lesti li jissieħbu fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jridu jaqblu li jaderixxu għalih minn qabel u li jirrispettaw kontinwament sabiex jiksbu u jżommu t-tikketta tal-kwalità;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  "Ċentru ta' Riżorsi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà" tfisser il-funzjonijiet addizzjonali mwettqa minn aġenzija nazzjonali maħtura biex tappoġġja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet li jaqgħu taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà kif ukoll l-identifikazzjoni tal-kompetenzi miksuba mill-parteċipanti permezz tal-kollokamenti u tal-proġetti tagħhom;

(13)  "Ċentru ta' Riżorsi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà" tfisser il-funzjonijiet addizzjonali mwettqa minn entità magħżula għal dan il-għan wara proċess ta' allokazzjoni tal-offerti biex tappoġġja l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-kwalità tal-attivitajiet li jaqgħu taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà kif ukoll l-identifikazzjoni tal-kompetenzi miksuba mill-parteċipanti permezz tal-kollokamenti u tal-proġetti tagħhom;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-objettiv tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huwa li jsaħħaħ l-involviment taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet f'attivitajiet ta' solidarjetà aċċessibbli u ta' kwalità għolja bħala mezz biex dawn jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-koeżjoni u tas-solidarjetà fl-Ewropa, jappoġġjaw il-komunitajiet u jwieġbu għall-isfidi tas-soċjetà.

1.  L-objettiv tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huwa li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koeżjoni u jippromwovi s-solidarjetà fl-Ewropa, jappoġġja lill-komunitajiet u jwieġeb malajr u b'mod effikaċi għall-isfidi tas-soċjetà billi jsaħħaħ l-involviment taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet f'attivitajiet ta' solidarjetà aċċessibbli u ta' kwalità għolja.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li jiżgura li l-attivitajiet ta' solidarjetà li jiġu offruti lill-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-ħtiġijiet konkreti mhux issodisfati tas-soċjetà u għat-tisħiħ tal-komunitajiet, ikunu ta' kwalità għolja u jkunu vvalidati kif xieraq.

(b)  li jiżgura li l-attivitajiet ta' solidarjetà li jiġu offruti lill-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-ħtiġijiet konkreti tas-soċjetà u għat-tisħiħ tal-komunitajiet, ikunu ta' kwalità għolja u jkunu vvalidati kif xieraq.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  li jiżgura li l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-parteċipanti, l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li huma l-eżiti tat-tagħlim tal-kollokament jiġu identifikati, iddokumentati, ivvalutati u ċċertifikati kif xieraq.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  li jżid l-inklużjoni taż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet fil-Korp billi joħloq formati adattati u jippromwovi gwida mfassla apposta u personalizzata kif ukoll miżuri ta' appoġġ b'baġit iddedikat;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bc)  li jimpedixxi lill-organizzazzjonijiet milli jittrasformaw miżuri tar-responsabbiltà soċjali f'miżuri tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u, allura, milli jagħmlu użu ħażin mill-fondi;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-kollokamenti ta' solidarjetà, il-proġetti u l-attivitajiet ta' netwerking

(a)  kollokamenti ta' solidarjetà, fil-forma ta'

(i)   volontarjat;

(ii)   traineeships jew impjiegi;

(iii)   proġetti u attivitajiet ta' netwerking;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-kollokamenti ta' solidarjetà fil-forma ta' volontarjat, traineeships jew impjiegi, inklużi l-kollokamenti transfruntiera individwali u fil-pajjiż kif ukoll il-kollokamenti f'timijiet ta' volontarjat;

(a)  kollokamenti ta' solidarjetà fil-forma ta' volontarjat, traineeships jew impjiegi, inklużi kollokamenti transfruntiera individwali u, fil-każ ta' żgħażagħ b'inqas opportunitajiet, fil-pajjiż kif ukoll kollokamenti f'timijiet ta' volontarjat;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-attivitajiet ta' netwerking għal individwi u għal organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(c)  attivitajiet ta' netwerking għal individwi u għal organizzazzjonijiet li jieħdu sehem jew li huma lesti li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  miżuri mmirati biex jiżguraw il-kwalità tal-kollokamenti ta' solidarjetà, inklużi t-taħriġ, l-appoġġ lingwistiku, l-appoġġ amministrattiv għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet parteċipanti, l-assigurazzjoni, l-appoġġ ta' wara l-kollokament kif ukoll l-iżvilupp ta' ċertifikat li jidentifika u jiddokumenta l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul il-kollokament;

(a)  miżuri mmirati biex jiżguraw il-kwalità u l-aċċessibbiltà tal-kollokamenti ta' solidarjetà, inklużi t-taħriġ komprensiv online u offline, l-appoġġ lingwistiku, l-appoġġ amministrattiv għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet parteċipanti, l-assigurazzjoni, l-appoġġ ta' qabel u ta' wara l-kollokament kif ukoll l-iżvilupp ta' ċertifikat uffiċjali, li jibni fuq l-esperjenza tal-Youth Pass, li jidentifika, jiddokumenta, jivvaluta u jiċċertifika l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul il-kollokament; jekk ikun rilevanti, appoġġ ta' wara l-kollokament lill-parteċipanti interessati fit-twaqqif u t-tmexxija ta' assoċjazzjonijiet, kooperattivi, intrapriżi soċjali, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u ċentri tal-komunità;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-iżvilupp u ż-żamma ta' tikketta tal-kwalità għal entitajiet li lesti jipprovdu kollokamenti għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex jiżguraw il-konformità mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

(b)  l-iżvilupp u ż-żamma ta' tikketti tal-kwalità għal entitajiet li lesti jipprovdu rispettivament kollokamenti fil-volontarjat jew kollokamenti fi traineeships u f'impjiegi għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex jiżguraw il-konformità mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà; Proċedura ta' akkreditament separata għal entitajiet li jridu jipprovdu kollokamenti fil-volontarjat u entitajiet li jridu jipprovdu kollokamenti f'impjiegi u fi traineeships bi kriterji ta' evalwazzjoni differenti u bil-limitazzjoni tal-aċċess għall-programm għall-azzjonijiet li huma akkreditati għalihom;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din l-azzjoni teħtieġ li jingħeleb id-distakk diġitali sabiex l-isforzi ta' solidarjetà proposti mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ Ewropej kollha, b'mod partikolari dawk li jkunu ġejjin miż-żoni rurali.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-Fond Soċjali Ewropew, li jikkontribwixxi EUR 35 000 000 fil-prezzijiet kurrenti;

imħassar

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, li jikkontribwixxi EUR 1 800 000 fil-prezzijiet kurrenti.

imħassar

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kumplament għandu jiġi ffinanzjat bl-użu tal-mezzi finanzjarji kollha disponibbli skont ir-Regolament QFP eżistenti;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-allokazzjoni finanzjarja tista' tkopri wkoll spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet ta' preparazzjoni, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u l-kisba tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari għal studji, għal laqgħat ta' esperti u għal azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, għal spejjeż marbuta mal-istabbiliment, mal-manutenzjoni u mal-aġġornament tal-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u tas-sistemi informatiċi ta' appoġġ neċessarji, u għall-ispejjeż l-oħrajn kollha relatati mal-assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

4.  L-allokazzjoni finanzjarja tista' tkopri wkoll spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet ta' preparazzjoni, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u l-kisba tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari għal appoġġ personalizzat u mfassal apposta għaż-żgħażagħ parteċipanti b'inqas opportunitajiet, għal studji, għal laqgħat ta' esperti u għal azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, għal spejjeż marbuta mal-istabbiliment, mal-manutenzjoni u mal-aġġornament tal-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u tas-sistemi informatiċi ta' appoġġ neċessarji, u għall-ispejjeż l-oħrajn kollha relatati mal-assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-applikazzjoni ta' entità eliġibbli biex issir organizzazzjoni parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandha tiġi vvalutata mill-korp ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex ikun żgurat li l-attivitajiet tagħha jaderixxu mar-rekwiżiti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

2.  L-applikazzjoni ta' entità eliġibbli biex issir organizzazzjoni parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandha tiġi vvalutata mill-korp ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex ikun żgurat li l-attivitajiet tagħha jaderixxu mar-rekwiżiti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Kwalunkwe entità li tibdel l-attivitajiet tagħha b'mod sostanzjali għandha tinforma lill-korp ta' implimentazzjoni kompetenti għal rivalutazzjoni. Il-proċess ta' applikazzjoni u ta' reġistrazzjoni għandu jkun faċli għall-utent. Il-piżijiet amministrattivi għandhom jiġu evitati. Għandha ssir distinzjoni bejn il-proċess li jwassal għall-komponent tal-volontarjat u l-proċess li jwassal għall-attribuzzjoni ta' tikketta tal-kwalità għall-komponent tal-volontarjat, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta' kull komponent.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-pajjiżi parteċipanti, għandha tissorvelja b'mod regolari l-prestazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fil-kisba tal-objettivi tiegħu.

1.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-pajjiżi parteċipanti, għandha, bħala prijorità, iddaħħal fis-seħħ qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni u tużah biex tissorvelja l-prestazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fil-kisba tal-objettivi tiegħu.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  l-għadd ta' organizzazzjonijiet li jkollhom tikketta tal-kwalità u li l-attivitajiet ta' solidarjetà tagħhom ikunu bbenefikaw minn fondi fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'kull pajjiż parteċipanti fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, l-aġenziji nazzjonali maħtura għall-ġestjoni tal-azzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 fil-pajjiżi rispettivi tagħhom għandhom jaġixxu wkoll bħala aġenziji nazzjonali fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

F'kull pajjiż parteċipanti fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, l-aġenziji nazzjonali maħtura għall-ġestjoni tal-azzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 fil-pajjiżi rispettivi tagħhom għandhom jaġixxu wkoll bħala aġenziji nazzjonali fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. L-organizzazzjonijiet tan-netwerk EURES, kif definiti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 2016/589, għandhom jassistu lil dawk l-aġenziji nazzjonali fil-ġestjoni tal-azzjonijiet ta' solidarjetà fil-forma ta' kollokamenti fi traineeships u f'impjiegi u fil-miżuri rilevanti ta' kwalità u ta' appoġġ fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Referenzi

COM(2017)0262 – C8-0162/2017 – 2017/0102(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

12.6.2017

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

12.6.2017

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

5.10.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Brando Benifei

18.9.2017

Eżami fil-kumitat

10.10.2017

4.12.2017

Data tal-adozzjoni

11.1.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

4

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, João Pimenta Lopes, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Romana Tomc, Yana Toom, Marita Ulvskog, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Georges Bach, Deirdre Clune, Miapetra Kumpula-Natri, António Marinho e Pinto, Ivari Padar, Evelyn Regner, Anne Sander, Sven Schulze, Jasenko Selimovic, Helga Stevens, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniele Viotti

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

35

+

ALDE

PPE

S&D

VERTS/ALE

Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, António Marinho e Pinto, Jasenko Selimovic, Yana Toom

Georges Bach, David Casa, Deirdre Clune, Danuta Jazłowiecka, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Romana Tomc

Maria Arena, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Miapetra Kumpula-Natri, Javi López, Ivari Padar, Emilian Pavel, Evelyn Regner, Marita Ulvskog, Daniele Viotti, Flavio Zanonato

Jean Lambert, Tatjana Ždanoka

4

-

ENF

GUE/NGL

NI

Joëlle Mélin

Rina Ronja Kari, João Pimenta Lopes

Lampros Fountoulis

5

0

ECR

EFDD

Arne Gericke, Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Helga Stevens

Laura Agea

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (30.11.2017)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1288/2013, (UE) Nru 1293/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

(COM(2017)0262 – C8-0162/2017 – 2017/0102(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Eleonora Forenza

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni tfittex li tistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li temenda r-Regolamenti (UE) Nru 1288/2013, (UE) Nru 1293/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE; il-korp ta' solidarjetà tal-futur għandu jinkludi wkoll lis-Servizz Volontarju Ewropew (EVS) preeżistenti. Huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u s-Servizz Volontarju Ewropew ma jitqiegħdux fl-istess sfera ta' kompetenza, peress li l-EVS implimenta programmi ta' volontarjat f'pajjiżi barra mill-UE; Ir-rapporteur, għalhekk, tirrakkomanda li huwa importanti li jiġi żgurat li l-attivitajiet imwettqa fil-programm preċedenti ma jiġux issagrifikati meta ssir il-fużjoni taż-żewġ programmi.

L-għan tal-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà hu li sal-2020 jimmobilizza 100 000 żagħżugħ u żagħżugħa ta' bejn it-18 u t-30 sena permezz ta' proġetti bbażati fuq il-konservazzjoni u l-ħarsien tal-ambjent jew fuqi l-koeżjoni soċjali. Din il-proposta hija bbażata fuq il-filosofija tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea(1). Il-pajjiżi li se jkollhom aċċess għall-programm se jkunu l-Istati Membri tal-UE u possibbilment pajjiżi oħra fi ftehimiet bilaterali, iżda huwa importanti li wieħed iżomm f'moħħu li mit-territorju tal-UE bħalissa qed jgħaddu anke persuni li ma jkollhom passaport ta' ebda wieħed mill-Istati Membri tal-UE. Għal din ir-raġuni l-programm għandu bżonn jinkludi ż-żgħażagħ anki meta ma jkunux fil-pussess ta' karta tal-identità ta' Stat Membru, u għandu jiffaċilita l-ħruġ ta' permessi ta' residenza u viżi.

Is-solidarjetà hija waħda mill-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-UE; hija tiddefinixxi l-proġett Ewropew u tipprovdi l-unità meħtieġa biex l-UE tkun imħejjija sew biex taffronta l-emerġenzi kif ukoll il-kriżijiet attwali u futuri. Fl-okkażjoni tas-60 anniversarju tat-Trattati ta' Ruma, il-Kunsill Ewropew, il-Parlament u l-Kummissjoni kkonfermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jsaħħu s-solidarjetà, li l-iskop tagħha huwa l-iżvilupp kumplessiv tal-isfera umana(2).

Ir-rapporteur tqis li huwa vitali li ż-żgħażagħ, li huma dawk li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi ekonomika u li huma l-iżjed vulnerabbli, jingħataw inkoroġġiment u jiġi megħjuna biex jinvolvi ruħhom f'kull tip ta' miżura li għandha l-għan li ttejjeb is-sistemi u l-politiki fil-qasam tas-solidarjetà, peress li s-solidarjetà tgħin biex tissaħħaħ il-kultura tad-drittijiet tal-bniedem li fuqha hija msejsa l-UE.

Huwa importanti li jiġi enfasizzat li d-drittijiet tan-nisa u tal-persuni LGBTIQ, kif ukoll tal-migranti, jikkostitwixxu drittijiet tal-bniedem u li, peress li dawn huma gruppi partikolarment vulnerabbli, jeħtieġ ikun hemm perspettiva ta' ugwaljanza bejn is-sessi u viżjoni dwar il-proċessi migratorji inkorporati fil-linji gwida tal-programm.

Il-Kummissjoni għandha titfaħħar talli tat attenzjoni speċjali liż-żgħażagħ żvantaġġati fir-rigward tal-aċċess għall-programm ta' taħriġ volontarju, li bl-ebda mod m'għandu jissostitwixxi x-xogħol imħallas jew it-traineeships irregolati mil-liġijiet lokali relevanti u intiżi li jwasslu għal kuntratti ta' impjieg. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom għalhekk jiintalbu jwettqu eżerċizzju ta' sorveljanza sabiex ma jkunx hemm sitwazzjonijiet bħal dawn.

Ir-rapporteur issib li hija tat-tħassib li r-riżorsi diġa allokati jew impenjati fis-setturi tal-edukazzjoni u l-kultura – pereżempju Erasmus+ – qed jiġu ttrasferiti għall-programm Korp Ewropew ta' Solidarjetà stabbilit dan l-aħħar. Erasmus+ wera li kien l-aħjar mezz kif jiġi kkonsolidat l-għarfien Ewropew. Ir-rapporteur tqis li l-opportunità kulturali u edukattiva ta' esperjenza fil-qafas tal-programm ERASMUS+ tikkostitwixxi element validu ħafna anke biex jiġi żgurat taħriġ ta' kwalità tajba fi ħdan il-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Ir-rapporteur temmen, barra minn hekk, li s-sħab soċjali u l-partijiet interessati kollha tas-soċjetà ċivili għandhom jiġu involuti fil-proċess ta' evalwazzjoni ex ante, kif ukoll fl-attivazzjoni, is-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-programm, mingħajr ebda interferenza ma' dak li għandu x'jaqsam man-netwerks volotarji tal-protezzjoni ċivili, li kemm fil-qasam tal-ħarsien ambjentali jew għaliex kienu involuti fil-proċessi ta' rikostruzzjoni wara d-diżastri naturali, ikkontribwew u kkooperaw mal-Kummissjoni fir-rigward tal-programmi ta' rispons għad-diżastri jew tal-operazzjonijiet ta' ħarsien ambjentali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Jenħtieġ li ż-żgħażagħ jiġu pprovduti b'opportunitajiet li jkunu faċilment aċċessibbli biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà, li jistgħu jippermettulhom jesprimu l-impenn tagħhom għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jiksbu esperjenza, ħiliet u kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom, u b'hekk itejbu l-impjegabbiltà tagħhom. Dawk l-attivitajiet jappoġġjaw ukoll il-mobilità tal-voluntiera, tal-persuni f'taħriġ u tal-ħaddiema żgħażagħ.

(4)  Jenħtieġ li ż-żgħażagħ jiġu pprovduti b'opportunitajiet li jkunu faċilment aċċessibbli biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà, li jistgħu jippermettulhom jesprimu l-impenn tagħhom għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jiksbu esperjenza, ħiliet u kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom, u b'hekk itejbu l-impjegabbiltà tagħhom. Dawk l-attivitajiet jappoġġjaw ukoll il-mobilità tal-voluntiera, tat-trainees u tal-ħaddiema żgħażagħ, u għandhom ikunu f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-mobilità tal-ħaddiema.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-attivitajiet ta' solidarjetà offruti liż-żgħażagħ jenħtieġ li jkunu ta' kwalità għolja, fis-sens li jenħtieġ li jwieġbu għall-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà, jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunitajiet, joffru liż-żgħażagħ l-opportunità li jiksbu għarfien u kompetenzi siewja, ikunu finanzjarjament aċċessibbli għaż-żgħażagħ, u jiġu implimentati f'kundizzjonijiet sikuri u tajbin.

(5)  L-attivitajiet ta' solidarjetà offruti liż-żgħażagħ jenħtieġ li jkunu ta' kwalità għolja, fis-sens li jenħtieġ li jwieġbu għall-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà, jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunitajiet lokali u l-koeżjoni soċjali, joffru liż-żgħażagħ l-opportunità li jiksbu għarfien u kompetenzi siewja, ikunu finanzjarjament aċċessibbli għaż-żgħażagħ, u jiġu implimentati f'kundizzjonijiet sikuri u tajbin.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jipprovdi punt ta' dħul uniku għall-attivitajiet ta' solidarjetà fi ħdan l-Unjoni. Jenħtieġ li jiġu żgurati l-konsistenza u l-komplementarjetà ta' dak il-qafas ma' politiki u ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jibni fuq il-vantaġġi u fuq is-sinerġiji tal-programmi eżistenti, b'mod partikolari s-Servizz Volontarju Ewropew. Jenħtieġ li jikkomplimenta wkoll l-isforzi magħmula mill-Istati Membri biex jappoġġjaw liż-żgħażagħ u biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol skont il-Garanzija għaż-Żgħażagħ19 billi jipprovdulhom opportunitajiet addizzjonali biex jidħlu fis-suq tax-xogħol fil-forma ta' traineeships jew ta' impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà fi ħdan l-Istat Membru rispettiv tagħhom jew b'mod transfruntier. Il-komplimentarjetà ma' netwerks eżistenti fil-livell tal-Unjoni li huma pertinenti għall-attivitajiet skont il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bħan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, EURES u n-netwerk Eurodesk, jenħtieġ li tiġi żgurata wkoll. Barra minn hekk, għandha tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn l-iskemi relatati eżistenti, b'mod partikolari l-iskemi ta' solidarjetà u l-iskemi ta' mobilità nazzjonali għaż-żgħażagħ, u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, permezz ta' elaborazzjoni fuq il-prattiki tajba fejn xieraq.

(6)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jipprovdi punt ta' dħul uniku, ħieles minn diskriminazzjoni abbażi ta' ġeneru jew klassi soċjali, għall-attivitajiet ta' solidarjetà fi ħdan l-Unjoni. Jenħtieġ li jiġu żgurati l-konsistenza u l-komplementarjetà ta' dak il-qafas ma' politiki u ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jibni fuq il-vantaġġi u fuq is-sinerġiji tal-programmi eżistenti, b'mod partikolari s-Servizz Volontarju Ewropew. Jenħtieġ li jikkomplimenta wkoll l-isforzi magħmula mill-Istati Membri biex jappoġġjaw liż-żgħażagħ u biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol skont il-Garanzija għaż-Żgħażagħ19 billi jipprovdulhom opportunitajiet addizzjonali biex jidħlu fis-suq tax-xogħol fil-forma ta' traineeships jew ta' impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà fi ħdan l-Istat Membru rispettiv tagħhom jew b'mod transfruntier. Il-komplimentarjetà ma' netwerks eżistenti fil-livell tal-Unjoni li huma pertinenti għall-attivitajiet skont il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bħan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, EURES u n-netwerk Eurodesk, jenħtieġ li tiġi żgurata wkoll. Barra minn hekk, għandha tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn l-iskemi relatati eżistenti, b'mod partikolari l-iskemi ta' solidarjetà u l-iskemi ta' mobilità nazzjonali għaż-żgħażagħ, inklużi skemi li joperaw fil-livell reġjonali u lokali, u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, permezz ta' elaborazzjoni fuq il-prattiki tajba fejn xieraq.

_________________

_________________

19 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ (2013/C 120/01).

19 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ (2013/C 120/01).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet biex programmi oħra tal-Unjoni bħall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini", il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Programm tas-Saħħa jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà billi jappoġġjaw attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li din il-kontribuzzjoni tiġi ffinanzjata skont l-atti bażiċi rispettivi tal-programmi kkonċernati. Ladarba jkunu kisbu tikketta tal-kwalità valida tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li l-benefiċjarji jingħataw aċċess għall-portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jirċievu miżuri ta' kwalità u ta' appoġġ ipprovduti skont it-tip ta' attività offruta.

(7)  Biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet biex programmi oħra tal-Unjoni bħall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini", il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Programm tas-Saħħa jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà billi jappoġġjaw attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li din il-kontribuzzjoni tiġi ffinanzjata skont l-atti bażiċi rispettivi tal-programmi kkonċernati bil-għan li jiġi żgurat involviment akbar taż-żgħażagħ, tas-soċjetà ċivili u tal-iskemi ta' volontarjat li diġà jeżistu fl-Istati Membri. Ladarba jkunu kisbu tikketta tal-kwalità valida tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li l-benefiċjarji jingħataw aċċess għall-portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jirċievu miżuri ta' kwalità u ta' appoġġ ipprovduti skont it-tip ta' attività offruta.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perjodu 2018-2020 li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza ewlieni, fit-tifsira tal-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, kooperazzjoni f'materji baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba23, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. L-ammont ta ' referenza prim jinkludi riallokamenti mill-programm Erasmus+ (EUR 197.7 miljun) u mill-programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EUR 10 miljun) għas-snin finanzjarji 2018, 2019 u 2020, u huwa kkomplimentat mill-kontribuzzjonijiet ta' diversi programmi tal-Unjoni taħt intestaturi differenti, bħall-Fond Soċjali Ewropew, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, il-programm LIFE u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

(18)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perjodu 2018-2020 li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza ewlieni, fit-tifsira tal-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, kooperazzjoni f'materji baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba23, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. Bl-eċċezzjoni tar-riallokamenti, l-ammont ta' referenza prim għandu jkun iffinanzjat permezz tal-użu tal-mezzi finanzjarji kollha disponibbli taħt ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/201323a.

_________________

_________________

23 Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

23 Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

23 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 884).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 18 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a)  Meta l-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ma jkunux marbutin direttament ma' mezzi finanzjarji disponibbli taħt ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013, il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi li jkunu disponibbli fondi addizzjonali ġodda.

Ġustifikazzjoni

L-azzjonijiet meħuda mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jridu jkunu relatati mal-fondi u l-programmi li huma ffinanzjati minnhom; għal dawk l-azzjonijiet li mhumiex, il-Kummissjoni trid tiżgura li hemm sorsi addizzjonali ta' finanzjament li permezz tagħhom dawn l-azzjonijiet jiġu implimentati.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet biex il-pajjiżi parteċipanti jitħallew jagħmlu finanzjament nazzjonali addizzjonali disponibbli f'konformità mar-regoli tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(20)  Biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, l-Istati Membri, u fejn applikabbli, korpi substatali kompetenti bis-setgħat leġiżlattivi esklussivi tagħhom, kif ukoll il-pajjiżi parteċipanti, għandhom jadottaw dispożizzjonijiet biex jagħmlu finanzjament nazzjonali, reġjonali u lokali addizzjonali disponibbli f'konformità mar-regoli tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Għandha tingħata attenzjoni speċjali sabiex ikun żgurat li l-attivitajiet appoġġjati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha, b'mod partikolari dawk żvantaġġati. Għaldaqstant jenħtieġ li jittieħdu miżuri speċjali biex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ żvantaġġati, kif ukoll jiġu meqjusa r-restrizzjonijiet imposti mid-distanza remota tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u tal-Pajjiżi u tat-Territorji extra-Ewropej24. B'mod simili, jenħtieġ li l-pajjiżi parteċipanti jiimpenjaw ruħhom li jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Dan jinkludi s-soluzzjoni, fejn possibbli, u mingħajr ħsara għall-acquis ta' Schengen u għad-dritt tal-Unjoni dwar id-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, ta' kwistjonijiet amministrattivi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta' viżi u ta' permessi ta' residenza.

(24)  Għandha tingħata attenzjoni speċjali sabiex ikun żgurat li l-attivitajiet appoġġjati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha, b'mod partikolari dawk żvantaġġati. Għaldaqstant jenħtieġ li jittieħdu miżuri speċjali biex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ żvantaġġati, kif ukoll jiġu meqjusa r-restrizzjonijiet imposti mid-distanza remota tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u tal-Pajjiżi u tat-Territorji extra-Ewropej24. B'mod simili, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-pajjiżi parteċipanti jiimpenjaw ruħhom li jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Dan jinkludi s-soluzzjoni, fejn possibbli, u mingħajr ħsara għall-acquis ta' Schengen u għad-dritt tal-Unjoni dwar id-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, ta' kwistjonijiet amministrattivi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta' viżi u ta' permessi ta' residenza.

_________________

_________________

24 Individwi minn pajjiż jew territorju extra-Ewropew (OCT) u korpi u istituzzjonijiet pubbliċi u / jew privati kompetenti minn OCT jistgħu jieħdu sehem fil-programmi f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea, ĠU L 314, 30.11.2001, p.1.

24 Individwi minn pajjiż jew territorju extra-Ewropew (OCT) u korpi u istituzzjonijiet pubbliċi u / jew privati kompetenti minn OCT jistgħu jieħdu sehem fil-programmi f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea, ĠU L 314, 30.11.2001, p.1.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Kwalunkwe entità li lesta tieħu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kemm jekk iffinanzjata mill-baġit tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, minn programm ieħor tal-Unjoni kif ukoll minn sors ta' finanzjament ieħor, jenħtieġ li tirċievi tikketta tal-kwalità dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet xierqa. Jenħtieġ li l-proċess li jwassal għall-attribuzzjoni ta' tikketta tal-kwalità jsir fuq bażi kontinwa mill-istrutturi ta' implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li t-tikketta tal-kwalità attribwita terġa' tiġi vvalutata b'mod perjodiku u tista' tiġi revokata jekk, fil-kuntest tal-verifiki li jridu jsiru, il-kundizzjonijiet li wasslu għall-attribuzzjoni tagħha jinstab li ma jibqgħux issodisfati.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija)  

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Test propost mill-Kummissjoni

(28)  Jenħtieġ li jiġu żgurati sensibilizzazzjoni, pubbliċità u disseminazzjoni xierqa tal-opportunitajiet u tar-riżultati tal-azzjonijiet appoġġjati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, ta' pubbliċità u ta' disseminazzjoni jibbażaw fuq il-korpi ta' implimentazzjoni kollha tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, inkluż, meta jkun rilevanti, bl-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati ewlenin l-oħra.

(28)  Permezz ta' portali tas-siti elettroniċi jenħtieġ li jiġu żgurati sensibilizzazzjoni, pubbliċità u disseminazzjoni xierqa tal-opportunitajiet u tar-riżultati tal-azzjonijiet appoġġjati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, ta' pubbliċità u ta' disseminazzjoni jibbażaw fuq il-korpi ta' implimentazzjoni kollha tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, u fuq il-programmi tal-Unjoni li huma diġà assoċjati mal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Test propost mill-Kummissjoni

(29)  Sabiex tiġi żgurata effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni lill-pubbliku ġenerali u sinerġiji aktar b'saħħithom bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni mwettqa b'inizjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati għall-komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni bejn il-korpi dwar il-prijoritajiet politiki tal-Unjoni bil-kundizzjoni li dawn ikunu relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament.

(29)  Sabiex jiġu żgurati effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni lill-pubbliku ġenerali u sinerġiji aktar b'saħħithom bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni mwettqa b'inizjattiva tal-Kummissjoni, jenħtieġ li r-riżorsi allokati għall-komunikazzjoni skont dan ir-Regolament jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni bejn il-korpi dwar il-prijoritajiet politiki tal-Unjoni, bħall-integrazzjoni soċjali, il-koeżjoni, il-ħarsien ambjentali u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, kif relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament u jkunu konsistenti mal-objettivi tas-sorsi ta' finanzjament tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Għal raġunijiet ta' effiċjenza u ta' effikaċja, jenħtieġ li l-kumitat imwaqqaf skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 jassisti wkoll lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fir-rigward tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li dak il-kumitat jiltaqa' f'konfigurazzjoni speċifika u jenħtieġ li l-mandat tiegħu jiġi allinjat biex jissodisfa dan ir-rwol il-ġdid. Jenħtieġ li jkun f'idejn il-pajjiżi parteċipanti li jaħtru r-rappreżentanti rilevanti għal dawk il-laqgħat, fid-dawl tad-dimensjonijiet ta' volontarjat u okkupazzjonali tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(37)  Għal raġunijiet ta' effiċjenza u ta' effikaċja, jenħtieġ li l-kumitat imwaqqaf skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 jassisti wkoll lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fir-rigward tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li dak il-kumitat jiltaqa' f'konfigurazzjoni speċifika u jenħtieġ li l-mandat tiegħu jiġi allinjat biex jissodisfa dan ir-rwol il-ġdid. Jenħtieġ li jkun f'idejn l-Istati Membri u l-pajjiżi parteċipanti li jaħtru r-rappreżentanti rilevanti għal dawk il-laqgħat, fid-dawl tad-dimensjonijiet ta' volontarjat u okkupazzjonali tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Jenħtieġ li l-pakkett finanzjarju tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà taħt l-Intestatura 1a tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali jiġi ssupplimentat ukoll minn kontribuzzjonijiet finanzjarji minn programmi u minn intestaturi oħra, li jeħtieġu l-emenda tar-Regolamenti (UE) Nru 1293/201327 , (UE) Nru 1303/201328 , (UE) Nru 1305/2013 , (UE) Nru 1306/201330 kif ukoll tad-Deċiżjoni Nru 1313/201331 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

imħassar

_________________

27 Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185).

28 Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

29 Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

30 Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

31 Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "attività ta' solidarjetà" tfisser attività mmirata lejn l-indirizzar tal-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà għall-benefiċċju tal-komunità filwaqt li jitrawwem ukoll l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali u professjonali tal-individwu, li jista' jieħu l-forma ta' kollokamenti, ta' proġetti jew ta' attivitajiet ta' netwerking, żviluppati b'rabta ma' oqsma differenti, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-intraprenditorija, b'mod partikolari l-intraprenditorija soċjali, iċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni demokratika, il-ħarsien tal-ambjent u tan-natura, l-azzjoni klimatika, il-prevenzjoni ta' diżastri, it-tħejjija u l-irkupru, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-forniment ta' oġġetti tal-ikel u mhux tal-ikel, is-saħħa u l-benessri, il-kreattività u l-kultura, l-edukazzjoni fiżika u l-isport, l-assistenza soċjali u s-servizzi soċjali, l-akkoljenza u l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-kooperazzjoni u l-koeżjoni territorjali;

(1)  "attività ta' solidarjetà" tfisser attività mmirata lejn l-indirizzar tal-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà għall-benefiċċju tal-komunità filwaqt li jitrawwem ukoll l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku,, u formattiv tal-individwu, li jista' jieħu l-forma ta' kollokamenti, ta' proġetti jew ta' attivitajiet ta' netwerking, żviluppati b'rabta ma' oqsma differenti, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-intraprenditorija, b'mod partikolari l-intraprenditorija soċjali, iċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni demokratika, il-ħarsien tal-ambjent u tan-natura, l-azzjoni klimatika, il-prevenzjoni ta' diżastri, it-tħejjija u l-irkupru, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-forniment ta' oġġetti tal-ikel u mhux tal-ikel, is-saħħa u l-benessri, il-kreattività u l-kultura, l-edukazzjoni fiżika u l-isport, l-assistenza soċjali u s-servizzi soċjali, id-diżabilità, l-akkoljenza u l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-kooperazzjoni u l-koeżjoni territorjali;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "żagħżugħ żvantaġġat" tfisser individwi li jeħtieġu appoġġ addizzjonali minħabba diżabilità, diffikultajiet edukattivi jew ta' tagħlim, ostakli ekonomiċi, differenzi kulturali, problemi tas-saħħa, ostakli soċjali, ostakli ġeografiċi;

(3)  "żagħżugħ żvantaġġat" tfisser individwi li jeħtieġu appoġġ addizzjonali minħabba diżabilità, diffikultajiet edukattivi jew ta' integrazzjoni, ostakli ekonomiċi, differenzi kulturali, problemi tas-saħħa, ostakli soċjali, ostakli ġeografiċi;

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "volontarjat" tfisser servizz volontarju full-time mhux imħallas32 għal perjodu massimu ta' tnax-il xahar, li jipprovdi liż-żgħażagħ bl-opportunità li jikkontribwixxu fil-ħidma ta' kuljum tal-organizzazzjonijiet attivi f'oqsma relatati mas-solidarjetà, għall-benefiċċju aħħari tal-komunitajiet li fi ħdahom jitwettqu l-attivitajiet, inkluża dimensjoni solida ta' tagħlim u ta' taħriġ biex il-voluntiera żgħażagħ jkunu jistgħu jiksbu ħiliet u kompetenzi, li se jkunu siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali u professjonali tagħhom, u li se jikkontribwixxu wkoll biex itejbu l-impjegabbiltà tagħhom;

(6)  "volontarjat" tfisser servizz volontarju full-time mhux imħallas32 għal perjodu massimu ta' tnax-il xahar, li jipprovdi liż-żgħażagħ bl-opportunità li jikkontribwixxu fil-ħidma ta' kuljum tal-organizzazzjonijiet attivi f'oqsma relatati mas-solidarjetà, għall-benefiċċju aħħari tal-komunitajiet li fi ħdahom jitwettqu l-attivitajiet, inkluża dimensjoni solida ta' tagħlim u ta' taħriġ biex il-voluntiera żgħażagħ jkunu jistgħu jiksbu ħiliet u kompetenzi, li se jkunu siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali u formattiv tagħhom, u għalhekk se jtejjeb ukoll l-impjegabbiltà potenzjali tagħhom;

_________________

_________________

32 Bħala prinċipju ġenerali, attività mwettqa kontinwament, 5 ijiem fil-ġimgħa għal 7 sigħat kuljum.

32 Bħala prinċipju ġenerali, attività mwettqa kontinwament, 5 ijiem fil-ġimgħa għal 7 sigħat kuljum.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  "kollokamenti f'timijiet ta' volontarjat" tfisser kollokamenti li jippermettu lit-timijiet tal-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà minn pajjiżi parteċipanti differenti jagħmlu volontarjat flimkien għal objettiv komuni, billi jwettqu kompiti manwali jew intellettwali, fuq proġett ta' servizz utli għall-komunità għal perjodu ta' bejn ġimagħtejn u xahrejn;

(7)  "kollokamenti f'timijiet ta' volontarjat" tfisser kollokamenti li jippermettu lit-timijiet tal-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà minn Stati Membri differenti u minn pajjiżi parteċipanti oħra li jagħmlu volontarjat flimkien għal objettiv komuni, billi jwettqu kompiti manwali jew intellettwali, fuq proġett ta' servizz utli għall-komunità għal perjodu ta' bejn ġimagħtejn u xahrejn;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  "Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà" tfisser għodda bbażata fuq il-web li tipprovdi servizzi online rilevanti lill-parteċipanti u lill-organizzazzjonijiet parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, inkluż billi tipprovdi informazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, tirreġistra l-parteċipanti, tfittex parteċipanti għal kollokamenti, tirreklama u tfittex kollokamenti, tfittex sħab potenzjali għall-proġetti, timmaniġġja l-kuntatti u l-offerti għal kollokamenti u għal proġetti, l-attivitajiet ta' taħriġ, ta' komunikazzjoni u ta' netwerking, tinforma u tinnotifika dwar l-opportunitajiet, kif ukoll żviluppi rilevanti oħra relatati mal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(14)  "Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà" tfisser għodda bbażata fuq il-web li tipprovdi servizzi online rilevanti lill-parteċipanti u lill-organizzazzjonijiet parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, inkluż billi tipprovdi informazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, tirreġistra l-parteċipanti, tiġġestixxi t-tikketti tal-kwalità, tfittex parteċipanti għal kollokamenti, tirreklama u tfittex kollokamenti, tfittex sħab potenzjali għall-proġetti, timmaniġġja l-kuntatti u l-offerti għal kollokamenti u għal proġetti, l-attivitajiet ta' taħriġ, ta' komunikazzjoni u ta' netwerking, tinforma u tinnotifika dwar l-opportunitajiet, ixxandar ir-riżultati tal-azzjonijiet ta' solidarjetà, kif ukoll żviluppi rilevanti oħra relatati mal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huwa li jsaħħaħ l-involviment taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet f'attivitajiet ta' solidarjetà aċċessibbli u ta' kwalità għolja bħala mezz biex dawn jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-koeżjoni u tas-solidarjetà fl-Ewropa, jappoġġjaw il-komunitajiet u jwieġbu għall-isfidi tas-soċjetà.

L-objettiv tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huwa li jsaħħaħ l-involviment taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet f'attivitajiet ta' solidarjetà aċċessibbli u ta' kwalità għolja bħala mezz biex dawn jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-koeżjoni u tas-solidarjetà fl-Ewropa, jappoġġjaw il-komunitajiet u jwieġbu għall-isfidi epokali, speċjalment dawk marbutin ma' iktar integrazzjoni soċjali, edukazzjoni u impjiegi, kif ukoll mal-ħarsien ambjentali u t-tnaqqis tat-tibdil fil-klima.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni u l-pajjiżi parteċipanti għandhom jikkooperaw biex jiksbu l-effiċjenza u l-effettività, billi jiżguraw il-koerenza bejn il-programmi u l-iskemi nazzjonali relatati mas-solidarjetà, mal-edukazzjoni, mat-taħriġ vokazzjonali u maż-żgħażagħ minn naħa u l-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà min-naħa l-oħra. Dawk l-azzjonijiet għandhom jinbnew fuq prattiki tajba u fuq programmi eżistenti rilevanti.

2.  Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi parteċipanti l-oħrajn għandhom jikkooperaw biex jiksbu l-effiċjenza u l-effettività, billi jiżguraw il-koerenza bejn il-programmi u l-iskemi nazzjonali relatati mas-solidarjetà, mal-edukazzjoni, mat-taħriġ vokazzjonali u maż-żgħażagħ, mingħajr preġudizzju għas-setgħat leġiżlattivi tal-awtoritajiet sottostatali, minn naħa, u l-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà min-naħa l-oħra. Dawk l-azzjonijiet għandhom jinbnew fuq prattiki tajba u fuq programmi eżistenti rilevanti.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandu jikseb l-objettivi tiegħu permezz tat-tipi ta' azzjonijiet li ġejjin:

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandu jikseb l-objettivi tiegħu permezz tat-tipi ta' azzjonijiet li ġejjin fi ħdan il-qafas tal-objettivi tas-sorsi ta' finanzjament tiegħu:

Ġustifikazzjoni

Peress li l-fondi li jiffinanzjaw il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ġejjin mill-Erasmus+, l-EaSI, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, il-LIFE, il-FSE u l-FEAŻR, l-objettivi tal-Korp għandhom ikunu marbutin mal-objettivi tal-fondi li jiffinanzjawh.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-kollokamenti ta' solidarjetà, il-proġetti u l-attivitajiet ta' netwerking

(a)  il-kollokamenti ta' solidarjetà, il-proġetti u l-attivitajiet ta' netwerking li jikkonċernaw lis-soċjetà ċivili;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-attivitajiet ta' netwerking għal individwi u għal organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(c)  l-attivitajiet ta' netwerking għal individwi u għal organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà b'konformità sħiħa u b'komplementarjetà mal-esperjenzi territorjali fil-livell lokali u reġjonali diġà stabbiliti, b'mod partikolari l-prattiki tajbin fis-settur tal-volontarjat u tal-protezzjoni ċivili.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  miżuri mmirati biex jiżguraw il-kwalità tal-kollokamenti ta ' solidarjetà, inklużi t-taħriġ, l-appoġġ lingwistiku, l-appoġġ amministrattiv għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet parteċipanti, l-assigurazzjoni, l-appoġġ ta' wara l-kollokament kif ukoll l-iżvilupp ta ' ċertifikat li jidentifika u jiddokumenta l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul il-kollokament;

(a)  miżuri mmirati biex jiżguraw il-kwalità għolja tal-kollokamenti ta' solidarjetà, inklużi programm ta' t-taħriġ komprensiv, l-appoġġ lingwistiku, l-appoġġ amministrattiv għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet parteċipanti, l-assigurazzjoni, l-appoġġ ta' wara l-kollokament kif ukoll l-iżvilupp ta' ċertifikat li jidentifika u jiddokumenta l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul il-kollokament;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Test propost mill-Kummissjoni

(d)  l-istabbiliment, iż-żamma u l-aġġornament tal-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u tas-servizzi online rilevanti oħra kif ukoll is-sistemi informatiċi neċessarji ta' appoġġ u għodod ibbażati fuq il-web.

(d)  l-istabbiliment, iż-żamma u l-aġġornament tal-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, inklużi r-rapporti tal-parteċipanti fuq il-post, u ta' servizzi online rilevanti oħra, qabelxejn fir-rigward tad-disseminazzjoni tal-objettivi ta' dan ir-Regolament u l-promozzjoni tal-aċċessibbiltà tiegħu, kif ukoll is-sistemi informatiċi neċessarji ta' appoġġ u għodod ibbażati fuq il-web.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jinkludi pakkett finanzjarju ta' EUR 294 200 00033 fil-prezzijiet kurrenti ssupplimentat mill-kontribuzzjonijiet minn:

imħassar

(a) il-Fond Soċjali Ewropew, li jikkontribwixxi EUR 35 000 000 fil-prezzijiet kurrenti;

(b) il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, li jikkontribwixxi EUR 6 000 000 fil-prezzijiet kurrenti;

(c) il-programm LIFE, li jikkontribwixxi EUR 4 500 000 fil-prezzijiet kurrenti;

(d) il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, li jikkontribwixxi EUR 1 800 000 fil-prezzijiet kurrenti.

_________________

33 Dan il-pakkett finanzjarju jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza prim skont it-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali (2013/C 373/01) bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba.

Ġustifikazzjoni

Nemmnu li l-inizjattivi ġodda m'għandhomx jiġu ffinanzjati mir-rilokazzjoni minn programmi u fondi eżistenti; għall-kuntrarju, dawn għandhom jiġu ffinanzjati mir-riżorsi l-oħra kollha disponibbli taħt il-QFP eżistenti.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Pajjiż parteċipanti jista' jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji finanzjament nazzjonali ġestit skont ir-regoli tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, u għal dan l-għan jista' juża l-istrutturi deċentralizzati tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà bil-patt li jiżgura l-finanzjament prorata komplementari ta' dawn l-istrutturi.

6.  Pajjiż parteċipanti għandu, skont il-kapaċitajiet tiegħu, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji finanzjament nazzjonali ġestit skont ir-regoli tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, u għal dan l-għan għandu juża l-istrutturi deċentralizzati tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà bil-patt li jiżgura l-finanzjament prorata komplementari ta' dawn l-istrutturi. L-Istati Membri jistgħu jqiegħdu għad-dispożizzjoni fondi addizzjonali ġodda.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. F'dawk l-Istati Membri fejn is-setgħat marbutin mar-rendiment tal-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkunu ġew trasferiti lejn awtoritajiet sottostatali, għandhom jinħolqu mekkaniżmi, permezz ta' aġenziji nazzjonali li jaġixxu bħala entitajiet ta' implimentazzjoni, biex jippermettu l-parteċipazzjoni diretta ta' dawk l-awtoritajiet.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni u l-pajjiżi parteċipanti għandhom jiżguraw li qed isiru sforzi partikolari għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ żvantaġġati.

2.  Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri u pajjiżi parteċipanti oħrajn għandhom jiżguraw li qed isiru sforzi partikolari għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ żvantaġġati u aktar vulnerabbli, u għal dan il-għan għandhom jadottaw perspettiva sensittiva għall-kwistjonijiet marbuta mal-ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Korp Ewropew ta ' Solidarjetà għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta ' entitajiet pubbliċi jew privati, jew organizzazzjonijiet internazzjonali, dment li dawn ikunu rċevew it-tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta ' Solidarjetà.

1.  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet pubbliċi jew privati, jew organizzazzjonijiet internazzjonali, dment li dawn ikunu rċevew it-tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà f'konformità mal-objettivi ta' dan ir-Regolament.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-applikazzjoni ta' entità eliġibbli biex issir organizzazzjoni parteċipanti tal-Korp Ewropew ta ' Solidarjetà għandha tiġi vvalutata mill-korp ta ' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta ' Solidarjetà biex ikun żgurat li l-attivitajiet tagħha jaderixxu mar-rekwiżiti tal-Korp Ewropew ta ' Solidarjetà.

2.  L-applikazzjoni ta' entità eliġibbli biex issir organizzazzjoni parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandha tiġi vvalutata mill-korp ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex ikun żgurat li l-attivitajiet tagħha jaderixxu mar-rekwiżiti u l-objettivi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Bħala riżultat tal-valutazzjoni, l-entità tista' tingħata t-tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-tikketta miksuba għandha terġa' tiġi perjodikament vvalutata u tista' tiġi revokata.

3.  Bħala riżultat tal-valutazzjoni, l-entità tista' tingħata t-tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-tikketta miksuba għandha terġa' tiġi vvalutata minn tal-anqas kull sentejn, mingħajr ma jinħolqu piżijiet amministrattivi eċċessivi, u tista' tiġi revokata.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  It-tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà ma għandhiex twassal b'mod awtomatiku għal finanzjament li jaqa' taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

5.  It-tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ma għandhiex twassal b'mod awtomatiku għal finanzjament li jaqa' taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, iżda għandha tkun prerekwiżit essenzjali għal tali finanzjament.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe entità pubblika jew privata stabbilita f'pajjiż parteċipanti kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali li jwettqu attivitajiet ta' solidarjetà fil-pajjiżi parteċipanti jistgħu japplikaw għall-finanzjament mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Fil-każ tal-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1), l-organizzazzjoni parteċipanti għandha tikseb it-tikketta tal-kwalità bħala prekundizzjoni biex tirċievi l-finanzjament mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Fil-każ tal-proġetti ta' solidarjetà msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7(1), persuni fiżiċi jistgħu wkoll japplikaw għal finanzjament f'isem gruppi informali ta' parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Kwalunkwe entità pubblika jew privata stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż parteċipanti ieħor kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali li jwettqu attivitajiet ta' solidarjetà fi Stat Membru jew f'pajjiżi parteċipanti oħrajn jistgħu japplikaw għall-finanzjament mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Fil-każ tal-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1), l-organizzazzjoni parteċipanti għandha tikseb it-tikketta tal-kwalità bħala prekundizzjoni biex tirċievi l-finanzjament mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Fil-każ tal-proġetti ta' solidarjetà msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7(1), persuni fiżiċi jistgħu wkoll japplikaw għal finanzjament f'isem gruppi informali ta' parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-pajjiżi parteċipanti, għandha tissorvelja b'mod regolari l-prestazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fil-kisba tal-objettivi tiegħu.

1.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u ma' pajjiżi parteċipanti oħra, għandha tissorvelja b'mod regolari l-prestazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fil-kisba tal-objettivi tiegħu.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-għadd ta' parteċipanti f'kollokamenti ta'volontarjat (fil-pajjiż u transfruntiera);

(a)  l-għadd ta' parteċipanti f'kollokamenti ta' volontarjat, inklużi żgħażagħ żvantaġġati (fil-pajjiż stess u transfruntiera);

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-għadd ta' parteċipanti f'kollokamenti fi traineeship (fil-pajjiż u transfruntiera);

(b)  l-għadd ta' parteċipanti f'kollokamenti fi traineeship, inklużi żgħażagħ żvantaġġati (fil-pajjiż stess u transfruntiera);

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-għadd ta' parteċipanti f'kollokamenti f'impjieg (fil-pajjiż u transfruntiera);

(c)  l-għadd ta' parteċipanti f'kollokamenti f'impjieg, inklużi żgħażagħ żvantaġġati (fil-pajjiż stess u transfruntiera);

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-għadd ta' parteċipanti fi proġetti ta' solidarjetà;

(d)  l-għadd ta' parteċipanti fi proġetti ta' solidarjetà, inklużi żgħażagħ żvantaġġati;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  l-għadd ta' proġetti ta' solidarjetà;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-pajjiżi parteċipanti, għandha tiżgura d-disseminazzjoni tal-informazzjoni, il-pubbliċità u segwitu fir-rigward tal-azzjonijiet kollha appoġġjati fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

1.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u ma' pajjiżi parteċipanti loħrajn, għandha tiżgura d-disseminazzjoni tal-informazzjoni, il-pubbliċità u s-segwitu fir-rigward tal-azzjonijiet kollha appoġġjati fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll f'dak kollu li għandu x'jaqsam mar-reġistrazzjoni u l-aċċessibilità għall-proċeduri.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 20 għandhom jiżviluppaw politika konsistenti fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni effettiva kif ukoll tad-disseminazzjoni u tal-isfruttament tar-riżultati tal-attivitajiet appoġġjati skont l-azzjonijiet li huma jiġġestixxu, għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-kompitu ġenerali tad-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, inkluż l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet ġestiti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u r-riżultati tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-gruppi rilevanti fil-mira dwar l-inizjattivi mwettqa f'pajjiżhom.

2.  L-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 20 għandhom jiżviluppaw politika konsistenti u strateġija xierqa fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni effettiva kif ukoll tad-disseminazzjoni u tal-isfruttament tar-riżultati tal-attivitajiet appoġġjati skont l-azzjonijiet li huma jiġġestixxu, għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-kompitu ġenerali tad-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, inkluż l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet ġestiti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u r-riżultati tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-gruppi rilevanti fil-mira dwar l-inizjattivi mwettqa f'pajjiżhom.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-aġenziji nazzjonali fil-livell nazzjonali fil-pajjiżi parteċipanti.

(b)  l-aġenziji nazzjonali maħtura fl-Istati Membri u f'pajjiżi parteċipanti oħrajn.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni r-realtajiet differenti tal-Istati Membri fejn ċerti kompetenzi huma allokati lil awtoritajiet sottonazzjonali mogħnija bis-setgħa leġiżlattiva proprja tagħhom.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'kull pajjiż parteċipanti fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-azzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 għandhom jaġixxu wkoll bħala awtoritajiet nazzjonali fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Il-paragrafi 1, 3, 5, 8, 9, 11, 12, 13, 14, 15 u 16 tal-Artikolu 27 ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà mutatis mutandis. Għall-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, meta awtorità nazzjonali ma tkunx identifikata għal dak il-pajjiż, din għandha tinħatar skont il-paragrafi 2 sa 6 u 8 sa 15 tal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013.

F'kull pajjiż parteċipanti fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-azzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 għandhom jaġixxu wkoll bħala awtoritajiet nazzjonali fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. F'dawk l-Istati Membri fejn is-setgħat marbutin ma' dak il-Kapitolu jkunu ġew trasferiti lejn awtoritajiet sottostatali mogħnija b'setgħa leġiżlattiva proprja u esklużiva, għandhom jinħolqu mekkaniżmi għall-parteċipazzjoni diretta ta' tali awtoritajiet permezz tal-aġenziji nazzjonali li jaġixxu bħala entitajiet ta' implimentazzjoni. Il-paragrafi 1, 3, 5, 8, 9, 11, 12, 13, 14, 15 u 16 tal-Artikolu 27 ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà mutatis mutandis. Għall-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, meta awtorità nazzjonali ma tkunx identifikata għal dak il-pajjiż, din għandha tinħatar skont il-paragrafi 2 sa 6 u 8 sa 15 tal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'kull pajjiż parteċipanti fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, l-aġenziji nazzjonali maħtura għall-ġestjoni tal-azzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 fil-pajjiżi rispettivi tagħhom għandhom jaġixxu wkoll bħala aġenziji nazzjonali fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

F'kull Stat Membru jew pajjiż parteċipanti ieħor fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, l-aġenziji nazzjonali maħtura għall-ġestjoni tal-azzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 fil-pajjiżi rispettivi tagħhom għandhom jaġixxu wkoll bħala aġenziji nazzjonali fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. F'dawk l-Istati Membri fejn is-setgħat marbutin ma' dak il-Kapitolu jkunu ġew trasferiti lejn awtoritajiet sottostatali mogħnija b'setgħa leġiżlattiva proprja u esklużiva, għandhom jinħolqu mekkaniżmi għall-parteċipazzjoni diretta ta' tali awtoritajiet permezz tal-aġenziji nazzjonali li jaġixxu bħala entitajiet ta' implimentazzjoni.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex timplimenta dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Kull programm ta' ħidma għandu jiżgura li l-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 jiġu implimentati b'mod konsistenti u għandu jagħti deskrizzjoni tar-riżultati mistennija, tal-metodu tal-implimentazzjoni u tal-ammont totali tagħhom. Il-programmi ta' ħidma għandhom ukoll jinkludu deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni, indikazzjoni tad-distribuzzjoni tal-fondi bejn il-pajjiżi parteċipanti għall-azzjonijiet li għandhom jiġu ġestiti mill-aġenziji nazzjonali u skeda indikattiva tal-implimentazzjoni.

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 25a rigward l-adozzjoni ta'programmi ta' ħidma Kull programm ta' ħidma għandu jiżgura li l-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 jiġu implimentati b'mod konsistenti u għandu jagħti deskrizzjoni tar-riżultati mistennija, tal-metodu tal-implimentazzjoni u tal-ammont totali tagħhom. Il-programmi ta' ħidma għandhom ukoll jinkludu deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni, indikazzjoni tad-distribuzzjoni tal-fondi bejn il-pajjiżi parteċipanti għall-azzjonijiet li għandhom jiġu ġestiti mill-aġenziji nazzjonali u skeda indikattiva tal-implimentazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li l-Parlament u l-Kunsill jiġu kkonsultati dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li l-Parlament u l-Kunsill jiġu kkonsultati dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 25

imħassar

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li l-Parlament u l-Kunsill jiġu kkonsultati dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 25 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 25a

L-eżerċizzju ta' delega

1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 24 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' 5 snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' sentejn. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 24 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħtura minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess waqt.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 24 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li l-Parlament u l-Kunsill jiġu kkonsultati dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27

imħassar

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1293/2013

Fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013, jiżdied il-paragrafu li ġej:

‘3. Massimu ta' EUR 3 000 000 fil-prezzijiet attwali mis-sottoprogramm għall-Ambjent li jikkorrispondi għall-qasam ta' prijorità Governanza u Informazzjoni Ambjentali u ta' EUR 1 500 000 fil-prezzijiet attwali mis-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika li jikkorrispondi għall-qasam ta' prijorità Governanza Klimatika u Informazzjoni għandhom jiġu allokati għall-finanzjament ta' proġetti skont it-tifsira tal-Artikolu 17(4) implimentati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXX, li jikkontribwixxu għal wieħed jew aktar mill-oqsma ta' prijorità skont it-tifsira tal-Artikoli 9 u 13. Din l-allokazzjoni għandha tiġi implimentata biss f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXXX għall-esklużjoni tar-rekwiżiti speċifiċi tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 28

imħassar

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 58(1) huwa emendat kif ġej:

(a) l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

'Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Fondi ESI jistgħu jappoġġjaw il-miżuri ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' amministrazzjoni, ta' għajnuna teknika, ta' evalwazzjoni, ta' awditjar u ta' kontroll neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u jappoġġjaw l-azzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2017/XXX kif imsemmi fit-tielet subparagrafu dment li dawk l-azzjonijiet isegwu l-għan ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.'

'(m) azzjonijiet iffinanzjati skont ir-Regolament (UE) 2017/XXX dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex jissaħħaħ l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali taż-żgħażagħ, kif ukoll l-impjegabbiltà tagħhom u tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.'

'EUR 35 000 000 fil-prezzijiet kurrenti tal-ammont allokat għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni għandhom jiġu allokati lill-Fond Ewropew tas-Solidarjetà biex isostni l-azzjonijiet tagħha, f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2017/XXX. L-allokazzjoni għandha tiġi implimentata biss f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXXX għall-esklużjoni tar-rekwiżiti speċifiċi tar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 29

imħassar

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 1305/2013, jiżdied is-subparagrafu li ġej taħt l-ewwel subparagrafu:

'Il-FAEŻR jista' jiffinanzja wkoll azzjonijiet implimentati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà b'ammont ta' EUR 1 800 000 fil-prezzijiet kurrenti f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXX, li jikkontribwixxu għal waħda jew aktar mill-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali. L-allokazzjoni għandha tiġi implimentata biss f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXXX għall-esklużjoni tar-rekwiżiti speċifiċi tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 30

imħassar

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

Fl-Anness 6 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jiżdied il-punt (j) li ġej:

'(j) azzjonijiet implimentati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXX, li jikkontribwixxu għal prijorità waħda jew aktar tal-Unjoni fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u b'mod partikolari l-azzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. L-allokazzjoni għandha tiġi implimentata biss f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXXX għall-esklużjoni tar-rekwiżiti speċifiċi tar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 31

imħassar

Emenda għad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Fl-Artikolu 19(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, jiżdied is-subparagrafu li ġej wara t-tieni subparagrafu:

'EUR 6 000 000 fil-prezzijiet kurrenti mill-pakkett finanzjarju finanzjarju derivat mill-Intestatura 3 "Sigurtà u Ċittadinanza" għandhom jiġu allokati biex jiffinanzjaw azzjonijiet implimentati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXX, li jikkontribwixxu għal prijorità waħda jew aktar tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili. L-allokazzjoni għandha tiġi implimentata biss f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXXX għall-esklużjoni tar-rekwiżiti speċifiċi tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.'

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà

Referenzi

COM(2017)0262 – C8-0162/2017 – 2017/0102(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

12.6.2017

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.6.2017

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

5.10.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Eleonora Forenza

28.6.2017

Eżami fil-kumitat

7.9.2017

Data tal-adozzjoni

28.11.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Pilar Ayuso, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, Bas Eickhout, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Anneli Jäätteenmäki, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Norbert Lins, Susanne Melior, Rory Palmer, Gilles Pargneaux, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, John Procter, Julia Reid, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Herbert Dorfmann, Christofer Fjellner, Eleonora Forenza, Jan Huitema, Peter Jahr, Gesine Meissner, Ulrike Müller, Younous Omarjee, Christel Schaldemose, Bart Staes, Keith Taylor, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Pál Csáky, Marco Valli, Tomáš Zdechovský

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

55

+

ALDE

Catherine Bearder, Anneli Jäätteenmäki, Gesine Meissner, Ulrike Müller, Frédérique Ries

ECR

Arne Gericke, Bolesław G. Piecha

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Stefan Eck, Eleonora Forenza, Kateřina Konečná, Younous Omarjee

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, Pál Csáky, Angélique Delahaye, Herbert Dorfmann, Christofer Fjellner, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Peter Jahr, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Renate Sommer, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean, Tomáš Zdechovský

S&D

Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nicola Caputo, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Susanne Melior, Rory Palmer, Gilles Pargneaux, Pavel Poc, Christel Schaldemose, Daciana Octavia Sârbu, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Tiemo Wölken

Verts/ALE

Margrete Auken, Bas Eickhout, Bart Staes, Keith Taylor

6

-

ECR

Richard Ashworth, Mark Demesmaeker, Julie Girling, John Procter

EFDD

Julia Reid

ENF

Sylvie Goddyn

1

0

ALDE

Jan Huitema

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

http://ec.europa.eu/justice/fundamental-rights/charter/index_en.htm (2012/C 326/02) (ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391).

(2)

http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2017/03/25/rome-declaration/#

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (5.12.2017)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1288/2013, (UE) Nru 1293/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

(COM(2017)0262 – C8-0162/2017 – 2017/0102(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Tiemo Wölken

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta li jitwaqqaf Korp Ewropew ta' Solidarjetà (ESC) imressqa mill-Kummissjoni Ewropea fit-30 ta' Mejju 2017. L-UE hija mibnija fuq is-solidarjetà: is-solidarjetà bejn iċ-ċittadini tagħha, is-solidarjetà bejn il-fruntieri fost l-Istati Membri tagħha, u s-solidarjetà fl-azzjonijiet tagħha fi ħdan u lil hinn mill-Unjoni. Is-solidarjetà hija valur li tinħass ħafna fi ħdan l-UE. Hija parti mill-pedamenti li jwasslu biex il-ħolma Ewropea tispira ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni, u toħloq valuri komuni madwar l-Unjoni.

Il-proposta preżenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà tipprovdi bażi legali dedikata għal inizjattiva li tagħti liż-żgħażagħ kollha madwar l-UE l-opportunità li jaġixxu fuq l-aspirazzjonijiet tagħhom għal Unjoni aħjar u b'hekk jimbottaw ʼil quddiem il-proġett Ewropew filwaqt li jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom stess.

Madankollu, ir-rapporteur huwa ta' konvinzjoni soda li l-Korp jistħoqqlu baġit dedikat tiegħu stess. Għall-perjodu 2018-2020, il-Kummissjoni tipproponi li tliet kwarti tal-finanzjament tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiġi permezz tar-riallokazzjoni ta' fondi minn programmi li għaddejjin bħalissa fi ħdan l-allokazzjoni finanzjarja eżistenti tagħhom: EUR 197.7 miljun għandhom jittieħdu mill-Erasmus+ u EUR 10 miljun mill-programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), kif ukoll EUR 47.3 miljun minn programmi f'intestaturi oħra (li minnhom EUR 35 miljun mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE), EUR 6 miljun mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, EUR 4.5 miljun mill-programm LIFE, u EUR 1.8 miljun mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)). Huwa biss kwart tal-pakkett globali tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li se jkun finanzjament 'ġdid'.

Ir-rapporteur joġġezzjoni bil-qawwa din l-istruttura li, fil-biċċa l-kbira, tiffinanzja l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà askapitu ta' attivitajiet ewlenin ta' programmi sinifikanti oħra tal-UE, li għandhom il-missjonijiet, l-objettivi u l-pakkett finanzjarju ekwivalenti, kif ibbaġitjat mill-bidu tal-QFP kurrenti. Dak li seta' kien aċċettabbli f'fażi pilota inizjali tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex l-attivitajiet jibdew joperaw, ma jistax jitqies bħala soluzzjoni fuq żmien medju jew fit-tul għall-finanzjament ta' programm importanti li jistħoqqlu mhux biss il-bażi legali tiegħu stess, iżda wkoll pakkett ambizzjuż ta' fondi ġodda.

Prijoritajiet politiċi ġodda matul il-QFP attwali jeħtieġu riżorsi ġodda, permezz tal-mobilizzazzjoni ta' dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà u ta' strumenti speċjali inklużi fir-regolament dwar il-QFP, wara li jkunu ġew eżawriti l-marġnijiet disponibbli. Jekk il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huwa fil-fatt inizjattiva ta' prijorità ġdida, kif iddikjarat fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2017, huwa loġiku li dan għandu jirċievi finanzjament ġdid sabiex ikun jista' jikseb l-objettivi tiegħu mingħajr ma ssir ħsara lill-programmi u l-proġetti ffinanzjati mill-UE li għaddejjin bħalissa.

Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li l-istrumenti ta' flessibbiltà provduti mill-QFP attwali, u li ngħataw spinta mir-reviżjoni ta' nofs it-terminu, bħall-Istrument ta' Flessibbiltà u l-Marġni Globali għall-Impenji, għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà matul il-perjodu 2018-2020. Ir-riallokazzjoni tkun aċċettabbli biss meta t-trasferiment ta' fondi jkun previst mill-bidu tal-programm, bħal fil-każ tal-finanzjament għall-attivitajiet fl-UE tas-Servizz Volontarju Ewropew taħt Erasmus+. Billi jitneħħew il-kontribuzzjonijiet tal-EaSI, il-FSE, il-protezzjoni ċivili, il-programm LIFE u l-EARD lill-ESC, u dawn l-ammonti jirritornaw għal-linji baġitarji li ttieħdu minnhom, f'konformità mal-programmazzjoni finanzjarja oriġinali, ir-rapporteur jibgħat sinjal ċar li din l-inizjattiva għandha tiġi ffinanzjata.

Il-programm LIFE, li jindirizza l-isfidi ambjentali u klimatiċi, wassal għal titjib sostanzjali fil-qagħda tal-ambjent madwar l-UE. Sabiex ikompli fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u biex jirrispetta l-ftehim ta' Pariġi li ntlaħaq waqt il-COP21, il-finanzjament tal-programm LIFE ma għandux jiġi riallokat għal skopijiet oħra.

Il-FAEŻR u l-FSE, bħala parti mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE), jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni. L-għan tal-FSIE hu li jnaqqas id-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ma għandux jiġi ffinanzjat permezz ta' trasferiment ta' fondi mill-politika ta' koeżjoni.

Permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, l-Unjoni u l-Istati Membri jikkoordinaw is-sistemi tagħhom għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem. B'kunsiderazzjoni taż-żieda sinifikanti fl-ammont, fis-severità u fil-kumplessità ta' diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem tul dawn l-aħħar snin, anki minħabba t-tibdil fil-klima, qed isir dejjem aktar importanti li jkun hemm approċċ konġunt u integrat għall-ġestjoni tad-diżastri. F'dan il-kuntest, ir-rapporteur iqis li huwa inaċċettabbli li jiġu riallokati l-fondi tal-protezzjoni ċivili għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jipproponi li jissaħħu d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex tħejji proposta ċara u ambizzjuża għall-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà mill-2021, kif imwiegħed.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perjodu 2018-2020 li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza ewlieni, fit-tifsira tal-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, kooperazzjoni f'materji baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba23, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. L-ammont ta' referenza prim jinkludi riallokamenti mill-programm Erasmus+ (EUR 197.7 miljun) u mill-programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EUR 10 miljun) għas-snin finanzjarji 2018, 2019 u 2020, u huwa kkomplimentat mill-kontribuzzjonijiet ta' diversi programmi tal-Unjoni taħt intestaturi differenti, bħall-Fond Soċjali Ewropew, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, il-programm LIFE u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

(18)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju ta' EUR 341,5 miljun fil-prezzijiet attwali għall-perjodu 2018-2020 li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza ewlieni, fit-tifsira tal-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, kooperazzjoni f'materji baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba23, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. Il-pakkett finanzjarju jenħtieġ li jinkludi l-ammont ta' EUR 197,7 miljun li kien oriġinarjament allokat biex jiffinanzja l-attivitajiet fl-Unjoni tas-Servizz Volontarju Ewropew fl-ambitu tal-Programm Erasmus+ għas-snin finanzjarji 2018, 2019 u 2020, peress li dawk l-attivitajiet għandhom jiġu trasferiti għall-Programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Meta wieħed jikkunsidra l-ħtieġa li jiġi evitat kull impatt negattiv fuq il-finanzjament tal-programmi pluriennali eżistenti, l-ammont li jifdal għall-finanzjament tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jenħtieġ li jittieħed b'mod esklussiv minn marġni mhux allokati skont il-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali.

_________________

_________________

23 Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

23 Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 38a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38a)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2017 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Erasmus+1a, il-Parlament Ewropew ħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu sforz baġitarju sabiex jakkomodaw l-inizjattiva l-ġdida tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà mingħajr ma jkun hemm sottofinanzjament għall-programmi kurrenti u ta' prijorità.

___________________

1a Testi adottati, P8_TA(2017)0018.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 38b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38b)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-mandat għat-trilogu rigward l-abbozz ta' baġit 20181a, il-Parlament Ewropew esprima t-tħassib tiegħu li, minkejja t-twissijiet li għamel, il-proposta leġiżlattiva adottata fit-30 ta' Mejju 2017 tipprevedi li tliet kwarti tal-baġit tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà se jiġu ffinanzjati permezz ta' riallokazzjonijiet mill-programmi eżistenti, u prinċipalment mill-Erasmus+ (EUR 197,7 miljun) u tenna li kwalunkwe impenn politiku ġdid, jenħtieġ li jiġi ffinanzjat b'approprjazzjonijiet ġodda u mhux riallokazzjonijiet minn programmi eżistenti.

_____________________

1a Testi adottati, P8_TA-PROV(2017)0302.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 38c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38c)  Jenħtieġ li jkunu garantiti finanzjament separat u allokazzjonijiet baġitarji għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u ma jikkawżawx tnaqqis fil-baġit għal politiki oħra li jippromwovu ż-żgħażagħ, l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-impjiegi jew is-solidarjetà. Jenħtieġ li jiġi żgurat l-użu ottimali u trasparenti ta' riżorsi finanzjarji.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Il-pakkett finanzjarju tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà taħt l-Intestatura 1a tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali jibni wkoll fuq il-fondi riallokati mill-programm Erasmus+. Jenħtieġ li dawn il-fondi jiġu primarjament mill-approprjazzjonijiet mmirati għall-finanzjament tal-attivitajiet tas-Servizz Volontarju Ewropew li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-kollokamenti ta' volontarjat appoġġjati skont dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li ċerti approprjazzjonijiet tal-Faċilità ta' Garanzija ta' Self lill-Istudenti, li aktarx li ma jkunux assorbiti mill-Erasmus+ jiġu riallokati bl-għan li jiġi pprovdut kofinanzjament adegwat għall-spejjeż operattivi tal-aġenziji nazzjonali u jiġu allinjati aktar mal-kapaċità ta' assorbiment ta' din l-azzjoni.

(39)  Il-pakkett finanzjarju tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà taħt l-Intestatura 1a tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali jibni fuq il-fondi riallokati mill-programm Erasmus+. Jenħtieġ li dawn il-fondi jiġu esklussivament mill-approprjazzjonijiet mmirati għall-finanzjament tal-attivitajiet tas-Servizz Volontarju Ewropew li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-kollokamenti ta' volontarjat appoġġjati skont dan ir-Regolament.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Jenħtieġ li l-pakkett finanzjarju tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà taħt l-Intestatura 1a tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali jiġi ssupplimentat ukoll minn kontribuzzjonijiet finanzjarji minn programmi u minn intestaturi oħra, li jeħtieġu l-emenda tar-Regolamenti (UE) Nru 1293/201327, (UE) Nru 1303/201328, (UE) Nru 1305/201329, (UE) Nru 1306/201330 kif ukoll tad-Deċiżjoni Nru 1313/201331 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

imħassar

__________________

27 Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185).

28 Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p.320).

29 Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

30 Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

31 Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "volontarjat" tfisser servizz volontarju full-time mhux imħallas32 għal perjodu massimu ta' tnax-il xahar, li jipprovdi liż-żgħażagħ bl-opportunità li jikkontribwixxu fil-ħidma ta' kuljum tal-organizzazzjonijiet attivi f'oqsma relatati mas-solidarjetà, għall-benefiċċju aħħari tal-komunitajiet li fi ħdahom jitwettqu l-attivitajiet, inkluża dimensjoni solida ta' tagħlim u ta' taħriġ biex il-voluntiera żgħażagħ jkunu jistgħu jiksbu ħiliet u kompetenzi, li se jkunu siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali u professjonali tagħhom, u li se jikkontribwixxu wkoll biex itejbu l-impjegabbiltà tagħhom;

(6)  "volontarjat" tfisser servizz volontarju full-time mhux imħallas32 għal perjodu massimu ta' tnax-il xahar, li jipprovdi liż-żgħażagħ bl-opportunità li jikkontribwixxu fil-ħidma ta' kuljum tal-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ attivi f'oqsma relatati mas-solidarjetà, għall-benefiċċju aħħari tal-komunitajiet li fi ħdanhom jitwettqu l-attivitajiet, inkluża dimensjoni solida ta' tagħlim u ta' taħriġ biex il-voluntiera żgħażagħ jkunu jistgħu jiksbu ħiliet u kompetenzi, li se jkunu siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali u professjonali tagħhom, u li se jikkontribwixxu wkoll biex itejbu l-impjegabbiltà tagħhom;

_________________

_________________

32 Bħala prinċipju ġenerali, attività mwettqa kontinwament, 5 ijiem fil-ġimgħa għal 7 ijiem kull jum.

32 Bħala prinċipju ġenerali, attività mwettqa kontinwament, 5 ijiem fil-ġimgħa għal 7 ijiem kuljum.

Ġustifikazzjoni

Kwalunkwe attività ta' volontarjat li mhijiex f'organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ trid tiġi eskluża b'mod espliċitu. Kull approċċ ieħor ikun f'kontradizzjoni mal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-volontarjat ta' ċerti Stati Membri, bħal pereżempju, il-Belġju u Franza.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jipprovdi liż-żgħażagħ, bl-appoġġ tal-organizzazzjonijiet parteċipanti, opportunitajiet faċilment aċċessibbli għall-involviment f'attivitajiet ta' solidarjetà filwaqt li jtejjeb il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali, kif ukoll l-impjegabbiltà tagħhom u jiffaċilita t-tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol, inkluż billi jappoġġja l-mobilità tal-voluntiera, tal-persuni f'taħriġ u tal-ħaddiema żgħażagħ;

(a)  li jipprovdi liż-żgħażagħ, bl-appoġġ tal-organizzazzjonijiet parteċipanti, opportunitajiet faċilment aċċessibbli għall-involviment f'attivitajiet ta' solidarjetà filwaqt li jtejjeb l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku, kulturali u professjonali, kif ukoll l-impjegabbiltà tagħhom u jiffaċilita t-tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol, inkluż billi jappoġġja l-mobilità tal-voluntiera, tal-persuni f'taħriġ u tal-ħaddiema żgħażagħ;

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 1 - punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  it-twaqqif ta' kampanji ta' informazzjoni biex iqajmu kuxjenza dwar l-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 2 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jinkludi pakkett finanzjarju ta' EUR 294 200 00033 fil-prezzijiet kurrenti ssupplimentat mill-kontribuzzjonijiet minn:

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jinkludi pakkett finanzjarju ta' EUR 197 700 000 fil-prezzijiet kurrenti, li jikkorrispondi mal-ammont oriġinarjament allokat biex jiffinanzja l-attivitajiet fl-Unjoni tas-Servizz Volontarju Ewropew fl-ambitu tal-Programm Erasmus+. L-ammont li jifdal ta' EUR 143 800 000 għall-finanzjament tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandu jittieħed esklussivament minn marġni mhux allokati skont il-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali.

_________________

33 Dan il-pakkett finanzjarju jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza prim skont it-tifsira tal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali (2013/C 373/01) bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-Fond Soċjali Ewropew, li jikkontribwixxi EUR 35 000 000 fil-prezzijiet kurrenti;

imħassar

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, li jikkontribwixxi EUR 6 000 000 fil-prezzijiet kurrenti;

imħassar

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-programm LIFE, li jikkontribwixxi EUR 4 500 000 fil-prezzijiet kurrenti;

imħassar

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, li jikkontribwixxi EUR 1 800 000 fil-prezzijiet kurrenti.

imħassar

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 a.  L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjoni tista' tiddaħħal fil-baġit wara l-2020 biex tkopri spejjeż simili, sabiex tippermetti l-ġestjoni tal-azzjonijiet li jkunu għadhom ma tlestewx sal-31 ta' Diċembru 2020.

5.  Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjoni ta' pagament tista' tiddaħħal fil-baġit wara l-2020 biex tkopri spejjeż simili, sabiex tippermetti l-ġestjoni tal-azzjonijiet li jkunu għadhom ma tlestewx sal-31 ta' Diċembru 2020.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-applikazzjoni ta' entità eliġibbli biex issir organizzazzjoni parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandha tiġi vvalutata mill-korp ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex ikun żgurat li l-attivitajiet tagħha jaderixxu mar-rekwiżiti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

2.  L-applikazzjoni ta' entità eliġibbli biex issir organizzazzjoni parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandha tiġi vvalutata mill-korp ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex ikun żgurat li l-attivitajiet tagħha jaderixxu mal-prinċipji u mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Bħala riżultat tal-valutazzjoni, l-entità tista' tingħata t-tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-tikketta miksuba għandha terġa' tiġi perjodikament vvalutata u tista' tiġi revokata.

3.  Bħala riżultat tal-valutazzjoni, l-entità tista' tingħata t-tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-tikketta miksuba għandha tiġi vvalutata mill-ġdid regolarment u għall-inqas kull sentejn, u tista' tiġi revokata ladarba l-attivitajiet ta' dik l-entità ma jibqgħux jaderixxu mal-prinċipju u mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Kwalunkwe entità li tkun irċeviet it-tikketta ta' kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandha tiddaħħal fil-bażi tad-data tal-organizzazzjonijiet parteċipanti, li tinsab fil-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, li għalih iż-żgħażagħ kollha Ewropej għandhom aċċess.

Ġustifikazzjoni

Bħalissa, l-istrutturi akkreditati tal-SVE huma inkorporati fil-bażi tad-data tal-organizzazzjonijiet tal-SVE fil-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ. Dan jippermetti liż-żgħażagħ jinfurmaw ruħhom dwar l-entitajiet. Għaldaqstant huwa importanti li l-istess isir għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-pajjiżi parteċipanti, għandha tissorvelja b'mod regolari l-prestazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fil-kisba tal-objettivi tiegħu.

1.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-pajjiżi parteċipanti, għandha tissorvelja u tirrapporta b'mod regolari l-prestazzjoni u r-riżultati tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif wkoll fl-adeżjoni mal-objettivi tiegħu, speċifikament il-kontribuzzjoni tiegħu għat-tisħiħ tal-koeżjoni u s-solidarjetà fl-Ewropa.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-għadd ta' parteċipanti f'kollokamenti ta' volontarjat (fil-pajjiż u transfruntiera);

(a)  l-għadd u l-profil ta' parteċipanti f'kollokamenti ta' volontarjat (fil-pajjiż u transfruntiera);

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-għadd ta' parteċipanti f'kollokamenti fi traineeship (fil-pajjiż u transfruntiera);

(b)  l-għadd u l-profil ta' parteċipanti f'kollokamenti fi traineeship (fil-pajjiż u transfruntiera);

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-għadd ta' parteċipanti f'kollokamenti f'impjieg (fil-pajjiż u transfruntiera);

(c)  l-għadd u l-profil ta' parteċipanti f'kollokamenti f'impjieg (fil-pajjiż u transfruntiera);

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-għadd ta' parteċipanti fi proġetti ta' solidarjetà;

(d)  l-għadd u l-profil ta' parteċipanti fi proġetti ta' solidarjetà;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  il-livell ta' sodisfazzjon tal-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti fir-rigward tal-kwalità tal-kollokamenti, it-taħriġ, l-appoġġ lingwistiku, l-appoġġ amministrattiv, l-assigurazzjoni u l-appoġġ ta' wara l-kollokament.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(eb)  rata ta' impjieg tal-parteċipanti preċedenti

Ġustifikazzjoni

Ma rridux ninsew li wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huwa l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ u jħaffef it-tranżizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fl-2020 il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jqis il-progress li jkun sar fil-kisba tar-riżultati tiegħu, inkluża l-mira li jiġu offruti 100 000 opportunità għaż-żgħażagħ mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà sal-2020 (li jkopru l-kollokamenti u l-proġetti kollha msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7(1)).

3.  Fl-2019 il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar ir-riżultati miksuba kif ukoll l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni tal-programm, li jqis il-progress li jkun sar fil-kisba tar-riżultati tiegħu, inkluża l-mira li jiġu offruti 100 000 opportunità għaż-żgħażagħ mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà sal-2020 (li jkopru l-kollokamenti u l-proġetti kollha msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7(1)), kif ukoll il-kosteffettività tal-programm, u tippreżentah lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Erba' snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni indipendenti ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

4.  Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ex post indipendenti ta' dan ir-Regolament biex tivvaluta l-effiċjenza, l-effettività u l-impatt tal-programm meta mqabbel mal-objettivi tal-programm u għandha, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2021, tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin, inklużi r-rakkomandazzjonijiet għall-futur tal-programm, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Bħala parti mill-proċedura, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsultazzjoni regolari mal-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-parteċipanti, l-organizzazzjonijiet parteċipanti u l-komunitajiet lokali kkonċernati. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jiġu integrati fit-tfassil futur tal-programm u fil-proposti tal-allokazzjoni tar-riżorsi.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt 2

Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  sa 1,5 % lill-Faċilità ta' Garanzija tas-Self lill-Istudenti;

(c)  3,5 % tal-Faċilità ta' Garanzija tas-Self lill-Istudenti;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27

imħassar

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1293/2013

Fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013, jiżdied il-paragrafu li ġej:

‘3.  Massimu ta' EUR 3 000 000 fil-prezzijiet attwali mis-sottoprogramm għall-Ambjent li jikkorrispondi għall-qasam ta' prijorità Governanza u Informazzjoni Ambjentali u ta' EUR 1 500 000 fil-prezzijiet attwali mis-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika li jikkorrispondi għall-qasam ta' prijorità Governanza Klimatika u Informazzjoni għandhom jiġu allokati għall-finanzjament ta' proġetti skont it-tifsira tal-Artikolu 17(4) implimentati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXX, li jikkontribwixxu għal wieħed jew aktar mill-oqsma ta' prijorità skont it-tifsira tal-Artikoli 9 u 13. Din l-allokazzjoni għandha tiġi implimentata biss f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXXX għall-esklużjoni tar-rekwiżiti speċifiċi tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013. ’

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 28

imħassar

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:

1.  L-Artikolu 58(1) huwa emendat kif ġej:

(a)  l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Fondi ESI jistgħu jappoġġjaw il-miżuri ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' amministrazzjoni, ta' għajnuna teknika, ta' evalwazzjoni, ta' awditjar u ta' kontroll neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u jappoġġaw l-azzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2017/XXX kif imsemmi fit-tielet subparagrafu dment li dawk l-azzjonijiet isegwu l-għan ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali".

(b)  Fit-tielet subparagrafu jiżdied il-punt (m) li ġej:

"(m) azzjonijiet iffinanzjati skont ir-Regolament (UE) 2017/XXX dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex jissaħħaħ l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali taż-żgħażagħ, kif ukoll l-impjegabbiltà tagħhom u tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol."

2.  Fl-Artikolu 91(3) jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"EUR 35 000 000 fil-prezzijiet attwali mill-ammont allokat lill-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni għandhom jiġu allokati lill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà b'appoġġ tal-azzjonijiet tiegħu, f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2017/XXX. L-allokazzjoni għandha tiġi implimentata biss f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXXX għall-esklużjoni tar-rekwiżiti speċifiċi tar-Regolamenti Speċifiċi għall-Fondi."

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 29

imħassar

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 1305/2013, jiżdied is-subparagrafu li ġej taħt l-ewwel subparagrafu:

"Il-FAEŻR jista' jiffinanzja wkoll azzjonijiet implimentati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà b'ammont ta' EUR 1 800 000 fil-prezzijiet kurrenti f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXX, li jikkontribiwxxu għal waħda jew aktar mill-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali. L-allokazzjoni għandha tiġi implimentata biss f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXXX għall-esklużjoni tar-rekwiżiti speċifiċi tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013."

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 30

imħassar

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

Fl-Anness 6 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jiżdied il-punt (j) li ġej:

‘(j)  "(j) azzjonijiet implimentati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXX, li jikkontribwixxu għal waħda jew aktar mill-prijoritajiet tal-Unjoni fil-qasam tal-agrikoltura u tal-iżvilupp rurali u b'mod partikolari l-azzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. L-allokazzjoni għandha tiġi implimentata biss f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXXX għall-esklużjoni tar-rekwiżiti speċifiċi tar-Regolamenti Speċifiċi għall-Fondi."

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 31

imħassar

Emenda għad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Fl-Artikolu 19(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, jiżdied is-subparagrafu li ġej wara t-tieni subparagrafu:

"EUR 6 000 000 fi prezzijiet attwali mill-pakkett finanzjarju derivat mill-Intestatura 3 "Sigurtà u Ċittadinanza" għandhom jiġu allokati biex jiffinanzjaw azzjonijiet implimentati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXX, li jikkontribwixxu għal waħda jew aktar mill-prijoritajiet tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili. L-allokazzjoni għandha tiġi implimentata biss f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/XXXX għall-esklużjoni tar-rekwiżiti speċifiċi tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE."

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà

Referenzi

COM(2017)0262 – C8-0162/2017 – 2017/0102(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

12.6.2017

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

12.6.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Tiemo Wölken

29.6.2017

Data tal-adozzjoni

4.12.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Esteban González Pons, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Paul Rübig, Jordi Solé, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Howarth, Joachim Zeller

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

21

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Esteban González Pons, Siegfried Mureşan, Paul Rübig, Joachim Zeller

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, John Howarth, Vladimír Maňka, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Manuel dos Santos

VERTS/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

5

-

ECR

Bernd Kölmel

EFDD

Jonathan Arnott

ENF

André Elissen, Marco Zanni

NI

Eleftherios Synadinos

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (29.11.2017)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1288/2013, (UE) Nru 1293/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

(COM(2017)0262 – C8-0162/2017 – 2017/0102(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Krzysztof Hetman

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Is-solidarjetà, li hija pedament tal-Unjoni Ewropea, hija wkoll wieħed mill-valuri ewlenin għall-Ewropej. Ma nkunux qed neżaġeraw jekk ngħidu li l-istorja ta' suċċess tal-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq is-solidarjetà. Hija għandha potenzjal kbir għall-ħolqien tal-empatija, l-attenzjoni reċiproka u l-interazzjonijiet pożittivi kemm bejn il-popli kif ukoll bejn l-individwi. Din hija r-raġuni għalfejn għandna niddefendu u nsaħħu din l-idea f'moħħ l-Ewropej.

Ir-rapporteur għal opinjoni jemmen li Korp Ewropew ta' Solidarjetà hu għodda tajba ħafna biex jintlaħaq dan l-għan, u għaldaqstant laqa' b'sodisfazzjon kbir it-tħabbir tal-idea fl-indirizz tal-Qagħda tal-Unjoni tal-14 ta' Settembru 2016, segwit mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Korp Ewropew ta' Solidarjetà" tas-7 ta' Diċembru 2016 u proposta leġiżlattiva fl-1 ta' Ġunju 2017. L-involviment akbar taż-żgħażagħ mill-pajjiżi kollha Ewropej f'attivitajiet ta' solidarjetà għandu potenzjal li jsaħħaħ is-solidarjetà u l-koeżjoni fl-Ewropa kif ukoll li jikkontribwixxi lejn l-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà u jissodisfa l-ħtiġijiet mhux issodisfati fil-pajjiżi u r-reġjuni parteċipanti. Barra minn hekk, dan l-involviment se jappoġġja l-iżvilupp personali u professjonali taż-żgħażagħ permezz tal-ksib ta' ħiliet siewja.

Ir-rapporteur għal opinjoni jappoġġja l-ħolqien ta' Korp Ewropew ta' Solidarjetà ffokat fuq żewġ tipi ta' azzjonijiet: proġetti ta' solidarjetà u kollokamenti ta' voluntiera fuq naħa, u taħriġ u kollokamenti ta' impjieg fuq in-naħa l-oħra. Filwaqt li tal-ewwel għandhom bla dubju jkunu bażi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà futur, tal-aħħar jikkostitwixxu opportunità importanti għaż-żgħażagħ biex jidħlu fis-suq tax-xogħol u jiksbu opportunità għal impjiegi ta' kwalità. Għalhekk, ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi li jinbidlu l-proporzjonijiet indikattivi tat-tqassim tal-baġit bejn iż-żewġ tipi ta' azzjonijiet u li jiżdied l-appoġġ finanzjarju għat-taħriġ u l-opportunitajiet ta' impjieg għal 30 %.

L-ammont globali ta' EUR 341 500 000 allokat għall-implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà sal-31 ta' Diċembru 2020 se jippermetti li jiġu mmobilizzati 100 000 żagħżugħ(a) f'attivitajiet ta' solidarjetà. Ir-rapporteur għal opinjoni jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi mmobbilizzat dan l-ammont minn diversi programmi eżistenti tal-UE, inklużi fost l-oħrajn EUR 35 000 000 mill-Fond Soċjali Ewropew. Madankollu, hu jemmen li l-kontribuzzjoni ewlenija għandha tiġi mill-approprjazzjonijiet tal-programm Erasmus+ immirati għall-finanzjament tal-attivitajiet tas-Servizz Volontarju Ewropew li kieku issa jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet appoġġjati taħt dan ir-Regolament.

Ir-rapporteur għal opinjoni jittama li l-proposta se tibni fuq l-esperjenza u l-aħjar prattiki żviluppati fis-Servizz Volontarju Ewropew, u se tiżviluppa sinerġiji u komplementarjetà ma' fondi u programmi oħra tal-UE sabiex il-potenzjal jitwettaq sal-ogħla livell possibbli.

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jqis il-miżuri ta' semplifikazzjoni bħala fattur estremament importanti ta' effikaċja mtejba u effiċjenza akbar tal-proġetti, imwettqa bl-appoġġ tal-baġit tal-UE. Din hija r-raġuni għalfejn ir-rapporteur għal opinjoni ppropona xi bidliet, li huma konformi ma' dan il-prinċipju u jiżguraw li l-benefiċjarji ma jitgħabbewx b'rekwiżiti u formalitajiet bla bżonn.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur għal opinjoni jemmen li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà se jkollu influwenza pożittiva kbira mhux biss fuq iż-żgħażagħ involuti, iżda wkoll fuq il-komunitajiet reġjonali u lokali, u għalhekk huwa impenja ruħu li jsaħħaħ id-dimensjoni lokali u reġjonali ta' dan ir-Regolament.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Unjoni Ewropea hija mibnija fuq is-solidarjetà, fost iċ-ċittadini tagħha u fost l-Istati Membri tagħha. Dan il-valur komuni jiggwida l-azzjonijiet tagħha u jipprovdi l-unità neċessarja biex jiġu indirizzati l-isfidi attwali u tal-ġejjieni tas-soċjetà, li ż-żgħażagħ Ewropej huma lesti li jgħinu jindirizzaw billi jesprimu s-solidarjetà tagħhom fil-prattika.

(1)  L-Unjoni Ewropea hija mibnija fuq is-solidarjetà, fost iċ-ċittadini tagħha u fost l-Istati Membri tagħha. Dan il-valur komuni jiggwida l-azzjonijiet tagħha, jipprovdi l-unità neċessarja biex jiġu indirizzati l-isfidi attwali u tal-ġejjieni tas-soċjetà, li ż-żgħażagħ Ewropej huma lesti li jgħinu jindirizzaw billi jesprimu s-solidarjetà tagħhom fil-prattika, u jistimola l-interess taż-żgħażagħ fil-proġett komuni Ewropew.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fil-Komunikazzjoni tagħha "Korp Ewropew ta' Solidarjetà" tas-7 ta' Diċembru 201618, il-Kummissjoni saħqet dwar il-bżonn li jissaħħu l-pedamenti għal ħidma ta' solidarjetà madwar l-Ewropa, biex iż-żgħażagħ jiġu pprovduti b'iktar opportunitajiet u ta' kwalità aħjar għall-attivitajiet ta' solidarjetà li jkopru firxa wiesgħa ta' oqsma, u biex jingħata appoġġ lill-atturi nazzjonali u lokali, fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw sfidi u kriżijiet differenti. Il-Komunikazzjoni nediet l-ewwel fażi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li fiha ġew immobilizzati tmien programmi differenti tal-Unjoni biex joffru opportunitajiet ta' volontarjat, traineeships jew impjiegi liż-żgħażagħ tal-UE. Dawn l-attivitajiet, kemm jekk implimentati qabel jew inkella wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkomplu japplikaw ir-regoli u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-programmi rispettivi tal-Unjoni li ffinanzjawhom fl-ewwel fażi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(3)  Fil-Komunikazzjoni tagħha "Korp Ewropew ta' Solidarjetà" tas-7 ta' Diċembru 201618, il-Kummissjoni saħqet dwar il-bżonn li jissaħħu l-pedamenti għal ħidma ta' solidarjetà madwar l-Ewropa, biex iż-żgħażagħ jiġu pprovduti b'iktar opportunitajiet u ta' kwalità aħjar għall-attivitajiet ta' solidarjetà li jkopru firxa wiesgħa ta' oqsma, u biex jingħata appoġġ lill-atturi nazzjonali, reġjonali u lokali, fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw sfidi u kriżijiet differenti. Il-Komunikazzjoni nediet l-ewwel fażi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li fiha ġew immobilizzati tmien programmi differenti tal-Unjoni biex joffru opportunitajiet ta' volontarjat, traineeships, il-mezzi għall-iżvilupp personali jew impjiegi liż-żgħażagħ tal-UE. Dawn l-attivitajiet, kemm jekk implimentati qabel jew inkella wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkomplu japplikaw ir-regoli u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-programmi rispettivi tal-Unjoni li ffinanzjawhom fl-ewwel fażi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

_________________

_________________

18 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Korp Ewropew ta' Solidarjetà, COM(2016) 942 final tas-7.12.2016.

18 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Korp Ewropew ta' Solidarjetà, COM(2016) 942 final tas-7.12.2016.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Jenħtieġ li ż-żgħażagħ jiġu pprovduti b'opportunitajiet li jkunu faċilment aċċessibbli biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà, li jistgħu jippermettulhom jesprimu l-impenn tagħhom għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jiksbu esperjenza, ħiliet u kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom, u b'hekk itejbu l-impjegabbiltà tagħhom. Dawk l-attivitajiet jappoġġjaw ukoll il-mobilità tal-voluntiera, tal-persuni f'taħriġ u tal-ħaddiema żgħażagħ.

(4)  Jenħtieġ li ż-żgħażagħ jiġu pprovduti b'opportunitajiet li jkunu faċilment aċċessibbli biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà, li jistgħu jippermettulhom jesprimu l-impenn tagħhom għall-benefiċċju tal-komunitajiet tal-Istati Membri filwaqt li jiksbu esperjenza, għarfien, ħiliet u kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom, u b'hekk itejbu l-impjegabbiltà tagħhom. Dawk l-attivitajiet jappoġġjaw ukoll il-mobilità tal-voluntiera, tal-persuni f'taħriġ u tal-ħaddiema żgħażagħ.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-attivitajiet ta' solidarjetà offruti liż-żgħażagħ jenħtieġ li jkunu ta' kwalità għolja, fis-sens li jenħtieġ li jwieġbu għall-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà, jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunitajiet, joffru liż-żgħażagħ l-opportunità li jiksbu għarfien u kompetenzi siewja, ikunu finanzjarjament aċċessibbli għaż-żgħażagħ, u jiġu implimentati f'kundizzjonijiet sikuri u tajbin.

(5)  L-attivitajiet ta' solidarjetà offruti liż-żgħażagħ jenħtieġ li jkunu ta' kwalità għolja, iqisu l-ħiliet tagħhom u jkunu marbuta mill-qrib mal-iżvilup tas-soċjetà, fis-sens li jenħtieġ li jwieġbu għall-isfidi ewlenin tas-soċjetà, jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunitajiet lokali u l-koeżjoni soċjali, joffru liż-żgħażagħ l-opportunità li jiksbu għarfien, ħiliet u kompetenzi siewja, ikunu finanzjarjament aċċessibbli għaż-żgħażagħ, u jiġu implimentati f'kundizzjonijiet sikuri u tajbin.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jipprovdi punt ta' dħul uniku għall-attivitajiet ta' solidarjetà fi ħdan l-Unjoni. Jenħtieġ li jiġu żgurati l-konsistenza u l-komplementarjetà ta' dak il-qafas ma' politiki u ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jibni fuq il-vantaġġi u fuq is-sinerġiji tal-programmi eżistenti, b'mod partikolari s-Servizz Volontarju Ewropew. Jenħtieġ li jikkomplimenta wkoll l-isforzi magħmula mill-Istati Membri biex jappoġġjaw liż-żgħażagħ u biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol skont il-Garanzija għaż-Żgħażagħ19 billi jipprovdulhom opportunitajiet addizzjonali biex jidħlu fis-suq tax-xogħol fil-forma ta' traineeships jew ta' impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà fi ħdan l-Istat Membru rispettiv tagħhom jew b'mod transfruntier. Il-komplimentarjetà ma' netwerks eżistenti fil-livell tal-Unjoni li huma pertinenti għall-attivitajiet skont il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bħan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, EURES u n-netwerk Eurodesk, jenħtieġ li tiġi żgurata wkoll. Barra minn hekk, għandha tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn l-iskemi relatati eżistenti, b'mod partikolari l-iskemi ta' solidarjetà u l-iskemi ta' mobilità nazzjonali għaż-żgħażagħ, u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, permezz ta' elaborazzjoni fuq il-prattiki tajba fejn xieraq.

(6)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jipprovdi punt ta' dħul ewlieni, ħieles minn kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni abbażi tal-isfond, għall-attivitajiet ta' solidarjetà fi ħdan l-Unjoni. Jenħtieġ li jiġu żgurati l-konsistenza u l-komplementarjetà ta' dak il-qafas ma' politiki u ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jibni fuq il-vantaġġi u fuq is-sinerġiji tal-programmi eżistenti, b'mod partikolari s-Servizz Volontarju Ewropew. Jenħtieġ li jikkomplimenta wkoll l-isforzi magħmula mill-Istati Membri, ir-reġjuni, l-ibliet u l-komunitajiet lokali biex jappoġġjaw liż-żgħażagħ u biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol skont il-Garanzija għaż-Żgħażagħ19 billi jipprovdulhom opportunitajiet addizzjonali biex jidħlu fis-suq tax-xogħol fil-forma ta' traineeships jew ta' impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà fi ħdan l-Istat Membru rispettiv tagħhom jew b'mod transfruntier. Il-komplimentarjetà ma' netwerks eżistenti fil-livell tal-Unjoni li huma pertinenti għall-attivitajiet skont il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bħan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, EURES u n-netwerk Eurodesk u l-Programm Żgħażagħ Attivi, jenħtieġ li tiġi żgurata wkoll. Barra minn hekk, għandha tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn l-iskemi relatati eżistenti, b'mod partikolari l-iskemi ta' solidarjetà u l-iskemi ta' mobilità nazzjonali għaż-żgħażagħ, inklużi skemi li joperaw fil-livell reġjonali jew lokali, u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, permezz ta' elaborazzjoni fuq il-prattiki tajba fejn xieraq.

_________________

_________________

19 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ (2013/C 120/01).

19 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ (2013/C 120/01).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet biex programmi oħra tal-Unjoni bħall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini", il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Programm tas-Saħħa jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà billi jappoġġjaw attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li din il-kontribuzzjoni tiġi ffinanzjata skont l-atti bażiċi rispettivi tal-programmi kkonċernati. Ladarba jkunu kisbu tikketta tal-kwalità valida tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li l-benefiċjarji jingħataw aċċess għall-portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jirċievu miżuri ta' kwalità u ta' appoġġ ipprovduti skont it-tip ta' attività offruta.

(7)  Biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet biex programmi oħra tal-Unjoni bħall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini", il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Programm tas-Saħħa jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà billi jappoġġjaw attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li din il-kontribuzzjoni tiġi ffinanzjata skont l-atti bażiċi rispettivi tal-programmi kkonċernati u b'komplementarjetà ma' politiki eżistenti tal-Unjoni, bħall-politika ta' koeżjoni, mingħajr ma jkun hemm impatt negattiv fuq il-programmi operattivi tagħha u suġġetta għall-mezzi disponibbli, relatati mal-użu tagħhom. Ladarba jkunu kisbu tikketta tal-kwalità valida tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li l-benefiċjarji jingħataw aċċess għall-portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jirċievu miżuri ta' kwalità u ta' appoġġ ipprovduti skont it-tip ta' attività offruta.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiftaħ opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ biex dawn jidħlu f'kollokamenti ta' volontarjat, traineeships jew impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà kif ukoll biex ifasslu u jiżviluppaw proġetti ta' solidarjetà abbażi tal-inizjattiva tagħhom stess. Jenħtieġ li dawk l-opportunitajiet jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom. Jenħtieġ ukoll li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġja lill-attivitajiet ta' netwerking għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà kif ukoll il-miżuri li jiżguraw il-kwalità tal-attivitajiet appoġġjati u li jsaħħu l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tagħhom.

(8)  Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiftaħ opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ biex dawn jidħlu f'kollokamenti ta' volontarjat, traineeships jew impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà kif ukoll biex ifasslu u jiżviluppaw programmi u proġetti ta' solidarjetà transnazzjonali u transfruntiera abbażi tal-inizjattiva tagħhom stess. Jenħtieġ li dawk l-opportunitajiet jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom u jikkontribwixxu għal ċittadinanza Ewropea ġenwina u li jtejbu s-solidarjetà bejn iż-żgħażagħ, bil-ħsieb li jitjieb l-aċċess sussegwenti tagħhom fis-suq tax-xogħol. Jenħtieġ ukoll li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġja lill-attivitajiet ta' netwerking għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà billi jippermettilhom li jiskambjaw l-aħjar prattiki kif ukoll il-miżuri li jiżguraw il-kwalità tal-attivitajiet appoġġjati u li jsaħħu l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tagħhom.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  It-traineeships u l-impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà jistgħu joffru opportunitajiet addizzjonali għaż-żgħażagħ biex dawn jidħlu fis-suq tax-xogħol filwaqt li jagħtu l-kontribut tagħhom biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-soċjetà. Dan jista' jgħin biex jitrawmu l-impjegabbiltà u l-produttività taż-żgħażagħ filwaqt li tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tagħhom mill-edukazzjoni għall-impjiegi, li hija importanti biex jissaħħu l-possibbiltajiet tagħhom fis-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li l-kollokamenti ta' traineeships offruti taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiġu remunerati mill-organizzazzjoni parteċipanti u jsegwu l-prinċipji tal-kwalità spjegati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships tal-10 ta' Marzu 201421. Jenħtieġ li t-traineeships u l-impjiegi offruti jservu ta' pass 'il quddiem li permezz tiegħu ż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol u, għalhekk, jenħtieġ li dawn jiġu akkumpanjati minn appoġġ adegwat wara l-kollokament. Il-kollokamenti fi traineeships u f'impjiegi jenħtieġ li jiġu ffaċilitati mill-atturi rilevanti tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari mis-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi, mis-sħab soċjali u mill-Kamra tal-Kummerċ. Bħala organizzazzjonijiet parteċipanti, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu japplikaw għal finanzjament permezz tal-istruttura ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fid-dawl tal-intermedjazzjoni bejn il-parteċipanti żgħażagħ u l-impjegaturi li joffru kollokamenti fi traineeships u f'impjiegi fis-setturi tas-solidarjetà.

(10)  It-traineeships u l-impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà jistgħu joffru opportunitajiet addizzjonali billi jiżguraw il-bażi meħtieġa għaż-żgħażagħ biex dawn jidħlu fis-suq tax-xogħol filwaqt li jagħtu l-kontribut tagħhom biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-soċjetà. Dan jista' jgħin biex jitrawmu l-impjegabbiltà u l-produttività taż-żgħażagħ, anke ibbażata fuq il-ħiliet personali ta' kull individwu,filwaqt li tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tagħhom mill-edukazzjoni għall-impjiegi, li hija importanti biex jissaħħu l-possibbiltajiet tagħhom fis-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li l-kollokamenti ta' traineeships offruti taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiġu remunerati mill-organizzazzjoni parteċipanti u jkunu bbażati fuq il-prinċipji tal-kwalità spjegati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships tal-10 ta' Marzu 201421. Jenħtieġ li t-traineeships u l-impjiegi offruti jservu ta' pass 'il quddiem li permezz tiegħu ż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol u, għalhekk, jenħtieġ li dawn jiġu akkumpanjati minn appoġġ adegwat wara l-kollokament. Il-kollokamenti fi traineeships u f'impjiegi jenħtieġ li jiġu ffaċilitati mill-atturi rilevanti tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari mis-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi, mis-sħab soċjali u mill-Kamra tal-Kummerċ. Bħala organizzazzjonijiet parteċipanti, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu japplikaw għal finanzjament permezz tal-istruttura ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Ko