Proċedura : 2017/2171(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0067/2018

Testi mressqa :

A8-0067/2018

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 10
CRE 18/04/2018 - 10

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2018 - 12.36

Testi adottati :

P8_TA(2018)0141

RAPPORT     
PDF 735kWORD 61k
22.3.2018
PE 613.472v02-00 A8-0067/2018

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2171(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Bart Staes

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2171(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0081/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0067/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2171(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(7) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0081/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0067/2018),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2171(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0067/2018),

A.  billi, fil-kuntest tal-proċedura tal-kwittanza, l-awtorità tal-kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

B.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa tagħha(11), il-baġit finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea (l-"Awtorità") għas-sena finanzjarja 2016 kien jammonta għal EUR 36 491 378, li jfisser żieda ta' 9,19 % meta mqabbel mal-2015; billi l-Awtorità hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 14 071 959, jiġifieri 40 %), u minn kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri u minn osservaturi (EUR 22 419 419, jiġifieri 60 %);

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012, 2013 u 2014

1.  Jinnota li, fir-rigward ta' kumment wieħed li sar fir-rapport tal-Qorti tal-2012 dwar il-kontribuzzjoni tal-edukazzjoni, li l-azzjoni korrettiva għalih kienet immarkata bħala ''għadha għaddejja'' fir-rapporti tal-Qorti tal-2013 u tal-2014, ittieħdu azzjonijiet korrettivi mill-Awtorità u ġew iffirmati kuntratti ma' 26 skola li fihom jattendu t-tfal tal-membri tal-persunal, u għaddejjin negozjati ma' erba' skejjel oħra;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jagħraf li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2016 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 96,76 %, li tfisser tnaqqis ta' 2,58 % meta mqabbla mal-2015, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 88,67 %, li tfisser tnaqqis ta' 1,03 %; jagħraf mill-Awtorità li din ir-rata għolja kontinwata ta' eżekuzzjoni hija dovuta għal ippjanar u monitoraġġ tajbin tal-baġit;

3.  Jinnota li, minħabba ż-żieda fil-valur tal-euro fil-konfront tal-isterlina Brittanika fl-2016, l-Awtorità talbet tnaqqis ta' EUR 1 572 000 tal-baġit emendatorju;

Impenji u riporti

4.  Jilqa' l-fatt li l-Awtorità kompliet tnaqqas ir-rata globali ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati, minn 10 % fl-2015 għal 8 % fl-2016, l-aktar livell baxx fil-kuntest ta' żieda ta' 9 % fil-baġit totali fuq is-sentejn;

5.  Jirrimarka li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għalkollox ġustifikabbli min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji u li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li lanqas ma jmorru dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati min qabel mill-Awtorità u kkomunikati lill-Qorti;

Trasferimenti

6.  Jinnota mill-kontijiet finali tal-Awtorità li din wettqet 34 trasferiment baġitarju matul l-2016; josserva li l-limitu ta' 10 % msemmi fl-Artikolu 27 tar-Regolament Finanzjarju tal-Awtorità qatt ma nqabeż; jinnota b'sodisfazzjon li l-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2016 baqgħu fil-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċedura ta' akkwist u politika tal-persunal

7.  Jilqa' l-fatt li, mill-1164 fattura mħallsa mill-Awtorità fl-2016, 13 (0,9 %) biss tħallsu tard, u għat-tielet sena konsekuttiva l-Awtorità ma ħallset l-ebda mgħax ta' inadempjenza;

8.  Jinnota mit-tabella tal-persunal li 126 post tax-xogħol (mill-127 post awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni) kienu okkupati fil-31 ta' Diċembru 2016, meta mqabbla ma' 118-il post fl-2015; jinnota li l-persunal tal-Awtorità huma magħmula minn proporzjon ta' 50,3 % fil-każ tan-nisa u 49,7 % fil-każ tal-irġiel; josserva b'sodisfazzjon li t-tqassim tal-persunal skont il-ġeneru huwa bbilanċjat sew; jiddispjaċih, madankollu, dwar il-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali, b'sitt persuni tal-istess ġeneru;

9.  Jinnota li, il-medja ta' jiem ta' liv minħabba mard fl-2016 għal kull membru tal-persunal tal-Awtorità kienet 7,45; josserva li l-Awtorità nefqet GBP 800 (+ VAT) għal kull persuna fuq attivitajiet għall-benesseri, bħal sessjonijiet dwar is-saħħa u s-sikurezza u viżti mediċi annwali;

10.  Jinnota li l-inċertezza politika bħala riżultat tar-referendum tar-Renju Unit tat-23 ta' Ġunju 2016 kellha impatt negattiv fuq il-pjanijiet ta' reklutaġġ tal-Awtorità; jappella lill-Awtorità tirrapporta lura lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-iżviluppi ulterjuri fil-pjanijiet tagħha ta' reklutaġġ;

11.  Jinnota li l-Awtorità ma tuża l-ebda vettura uffiċjali;

Prevenzjoni u ġestjoni ta' kunflitti ta' interess, t-trasparenza u demokrazija

12.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità għandha fis-seħħ politika dwar il-kunflitt ta' interess għall-persunal, kif ukoll politika speċifika applikabbli għall-membri tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali;

13.  Jinnota li ġew rapportati 17-il każ ta' kunflitt ta' interess; jinnota li dawn il-każijiet kienu jikkonċernaw żewġ tipi ta' sitwazzjonijiet, id-detenzjoni ta' ishma u impjiegi preċedenti; jinnota wkoll li l-membri kollha tal-persunal li rrapportaw detenzjoni ta' ishma f'istituzzjonijiet kienu kisbuhom qabel ma ngħaqdu mal-Awtorità u ntalbu biex iċedu dawn l-ishma; jagħraf li fl-2017 reġa' sar eżami analitiku ta' dawn is-sitwazzjonijiet u dan ikkonferma li, fil-każijiet kollha, l-ishma kienu nbiegħu; jinnota li fil-każ ta' impjiegi preċedenti tal-persunal, fl-2016 ġew investigati tliet każijiet, u ġie deċiż li jiġu stabbiliti miżuri li bihom il-persunal ikkonċernat ma jkunx involut f'każijiet li jikkonċernaw l-awtoritajiet kompetenti minn fejn huma kienu ġejjin, fuq liv bla ħlas;

14.  Jilqa' l-fatt li d-dikjarazzjonijiet ta' interessi u l-curriculum vitae tal-membri tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali, kif ukoll mill-President, id-Direttur Eżekuttiv u d-Diretturi tal-Awtorità, ġew ippubblikati fis-sit web tal-Awtorità;

15.  Jinnota li l-proċess tal-pubblikazzjoni tal-minuti tal-Bord tas-Superviżuri qiegħed jiġi rieżaminat b'tali mod li l-minuti jiġu approvati permezz ta' proċedura bil-miktub u jiġu ppubblikati qabel il-laqgħa sussegwenti; jappella lill-Awtorità tirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza ladarba jiġi approvat il-proċess tal-pubblikazzjoni tal-minuti;

16.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità għandha fis-seħħ linji gwida dwar l-etika, maħsuba biex jiżguraw li l-persunal tagħha jaġixxi b'mod indipendenti, imparzjali, oġġettiv, leali u trasparenti;

17.  Jilqa' l-introduzzjoni ta' reġistru tal-laqgħat pubbliċi maħsub biex itejjeb it-trasparenza tal-attivitajiet tal-Awtorità permezz ta' rapportar tal-laqgħat li l-persunal tal-Awtorità jkollu mal-partijiet ikkonċernati, u d-disponibbiltà ta' dan ir-reġistru fis-sit web tal-Awtorità;

18.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità żviluppat strateġija kontra l-frodi għall-perjodu 2015–2017; jinnota li t-tim ta' kontra l-frodi, li jikkoordina l-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija, huwa magħmul minn uffiċjal għall-etika u tliet membri oħra minn fost il-persunal, inklużi esperti legali u jipprovdi sessjonijiet ta' taħriġ obbligatorji lill-persunal kollu; josserva li sar eżerċizzju ta' valutazzjoni tar-riskji, bl-involviment tal-unitajiet u d-dipartimenti kollha tal-Awtorità, sabiex jiġu identifikati r-riskji ta' frodi u jiġi stmat kemm jistgħu jkunu frekwenti u gravi l-event ta' riskju f'dawn l-oqsma; jappella lill-Awtorità tirrapporta lura lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-eżitu ta' dan l-eżerċizzju;

19.  Josserva li l-Awtorità adottat politika interna dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta u implimentat mezz sigur għall-iżvelar ta' informazzjoni protetta għall-persunal tagħha;

20.  Jesprimi l-bżonn li jiġi stabbilit korp inkarigat mill-iżvelar, konsulenza u riferiment indipendenti b'riżorsi baġitarji suffiċjenti, li jgħin lill-informaturi jużaw il-mezzi adatti biex jiżvelaw l-informazzjoni tagħhom dwar irregolaritajiet possibbli li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li titħares il-kunfidenzjalità tagħhom u jiġu offruti l-appoġġ u l-konsulenza li jeħtieġu;

Riżultati ewlenin li nkisbu

21.  Jilqa' t-tliet kisbiet u suċċessi ewlenin identifikati mill-Awtorità fl-2016, jiġifieri:

–  l-iżvilupp b'suċċess tal-Ġabra Unika tar-Regoli għall-banek fl-Unjoni, li tinkludi 12-il Linja Gwida, seba' Proġetti Finali tal-Istandards ta' Implimentazzjoni Tekniċi u 15-il Proġett Finali tal-Istandards Regolatorji Tekniċi;

–  il-monitoraġġ b'suċċess tad-diversi aspetti tal-Ġabra Unika tar-Regoli, inklużi l-istrumenti tal-Grad 1 addizzjonali ta' fondi proprji, il-prattiki ta' remunerazzjoni u t-trasferimenti ta' riskju sinifikanti f'titolizzazzjonijiet;

–  il-progress sinifikanti fl-iżgurar tal-konsistenza tar-rieżamijiet superviżorji, l-evalwazzjonijiet u l-miżuri superviżorji fl-Istati Membri kollha, fejn ir-rapport tagħha dwar il-konverġenza superviżorja, aċċentwa l-progress fil-konverġenza ta' prattiki ta' valutazzjoni tar-riskju wara l-implimentazzjoni tal-Linji gwida tal-Awtorità dwar il-Proċess ta' Rieżami u Evalwazzjoni Superviżorji u l-istabbiliment u l-funzjonament tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku;

Awditu intern

22.  Jinnota li, fi Frar 2016, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq valutazzjoni sħiħa tar-riskji tal-proċessi kollha tal-Awtorità (amministrattivi, finanzjarji, operattivi u tal-IT) li ser isservi bħala bażi għat-tħejjija tal-Pjan Strateġiku għall-Awditjar Intern il-ġdid li jkopri l-perjodu 2017–2019; jinnota, barra minn hekk, li f'Novembru 2016 sar l-ewwel awditu tal-Konverġenza Superviżorja – Kulleġġi u taħriġ; jappella lill-Aġenzija tirrapporta lura lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-eżiti ta' dan l-awditjar;

23.  Jinnota li, f'Settembru 2016, l-IAS wettaq rieżami dokumentarju ta' segwitu dwar ir-rakkomandazzjonijiet pendenti mill-awditu tal-2013; jilqa' l-fatt li r-rakkomandazzjonijiet pendenti ġew implimentati b'mod adegwat u effikaċi u issa ngħalqu; jinnota li matul l-2016 ma nħarġet u ma ngħalqet l-ebda rakkomandazzjoni kritika, u li fl-1 ta' Jannar 2017 ma kien għad hemm l-ebda rakkomandazzjoni kritika miftuħa;

Kummenti oħra

24.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fl-2016, l-Awtorità kienet involuta f'diversi attivitajiet biex tnaqqas l-impronta ambjentali;

25.  Jinnota li l-Qorti ħarġet "paragrafu ta' osservazzjonijiet" għaż-żewġ aġenziji bbażati f'Londra, rigward id-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni; jinnota li, bil-ħsieb tad-deċiżjoni dwar is-sede futura tagħha, l-Awtorità ddivulgat bħala obbligazzjonijiet kontinġenti fir-rapporti finanzjarji l-ispiża residwa tagħha ta' EUR 14 000 000 relatata mal-kuntratt ta' lokazzjoni tal-uffiċċju (bis-suppożizzjoni li dan jiġi kkanċellat sa tmiem l-2020), kif ukoll il-fatt li hemm spejjeż potenzjali oħra assoċjati ma' dan it-trasferiment, bħat-trasferiment tal-persunal flimkien mal-familji tagħhom, li għad ma tistax issir stima tagħha; jinnota barra minn hekk li huwa possibbli li, fil-futur, id-dħul tal-Awtorità jonqos b'riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni; jappella lill-Aġenzija tirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-ispejjeż tat-trasferiment;

26.  Jinnota li l-Awtorità ffirmat lokazzjoni ta' 12-il sena bi skadenza fit-8 ta' Diċembru 2026 u li, f'kundizzjonijiet kuntrattwali normali, hemm l-obbligu li titħallas kera sħiħa għall-perjodu kollu; josserva, madankollu, li l-Awtorità nnegozjat klawżola ta' ħall f'nofs il-perjodu tal-kuntratt, li jfisser li jekk din il-klawżola tiġi attivata, l-Awtorità ser tkun eżentata mill-obbligu li tħallas il-kera għall-aħħar sitt snin; jinnota, madankollu, li l-Awtorità għandha l-obbligu li tħallas lura nofs l-inċentiv (16-il xahar kera - ekwivalenti għal EUR 3 246 216) li kienet irċeviet fil-bidu tal-kuntratt u li kien maħdum fuq perjodu sħiħ ta' 12-il sena tal-kuntratt (32 xahar mingħajr kera) u li r-riattivazzjoni tal-bini skont il-kundizzjoni inizjali trid issir sa tmiem l-okkupazzjoni, irrispettivament mid-data tat-tluq tal-kerrej; jirrakkomanda li għandhom jittieħdu tagħlimiet minn din l-esperjenza fin-negozjar tal-kuntratti ta' kiri futuri kollha;

27.  Josserva b'sodisfazzjon li l-Kummissjoni qiegħda taġġorna kontinwament lill-Awtorità dwar l-aktar iżviluppi reċenti marbuta mad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni u li jaffettwaw l-Awtorità; josserva li l-funzjonament tal-Awtorità għandu jiġi żgurat matul il-perjodu ta' tranżizzjoni;

28.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, fl-interessi tal-kontinwità operattiva, il-belt li ser tospita s-sede l-ġdida tal-Awtorità ntgħażlet f'perjodu ta' żmien raġonevoli; jirrimarka li l-Parlament ser iwettaq għal kollox ir-rwol tiegħu billi jqiegħed din id-deċiżjoni fil-prattika;

29.  Jenfasizza li, filwaqt li tiżgura li l-kompiti kollha li jirriżultaw mill-qafas regolatorju stabbilit mill-Parlament u mill-Kunsill jitwettqu bis-sħiħ u fil-ħin, l-Awtorità għandha żżomm rigorożament mal-kompiti, ma għandhiex tmur lil hinn mill-mandat mogħti lilha mill-Parlament u mill-Kunsill, u għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-prinċipju ta' proporzjonalità, bil-għan li tottimizza l-użu tar-riżorsi u tilħaq l-objettivi li ngħatat mandat dwarhom mill-Parlament u mill-Kunsill;

30.  Jindika r-rwol ċentrali tal-Awtorità fl-iżgurar ta' superviżjoni aħjar tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni biex tiġi żgurata l-istabilità finanzjarja, it-trasparenza meħtieġa u sigurtà ikbar għas-swieq finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari billi tikkoordina s-superviżjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, billi, fejn ikun meħtieġ, tikkoopera ma' istituzzjonijiet responsabbli għas-superviżjoni internazzjonali, kif ukoll billi tissorvelja l-applikazzjoni konsistenti tad-dritt tal-Unjoni; jenfasizza li tali kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq atmosfera ta' fiduċja; jissottolinja r-rwol tal-Awtorità li tikkontribwixxi għal prattiki ta' superviżjoni konverġenti f'livell għoli fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u li tippromwovi dawn il-prattiki;

31.  Jinnota li, minħabba li x-xogħol tal-Awtorità qiegħed jinbidel dejjem aktar minn kompiti regolatorji għall-infurzar u għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-baġit u l-persunal tal-Awtorità għandhom jiġu riallokati internament; iqis li huwa essenzjali li l-Awtorità jkollha biżżejjed riżorsi biex twettaq il-kompiti tagħha bis-sħiħ, inkluż biex tlaħħaq ma' kwalunkwe volum ta' xogħol addizzjonali kkawżat minn dawk il-kompiti, filwaqt li tiżgura livell adatt ta' prijoritizzazzjoni f'dak li jirrigwarda l-allokazzjoni tar-riżorsi u l-effiċjenza baġitarja; barra minn hekk, jirrimarka li kwalunkwe żieda fix-xogħol tal-Awtorità tista' tiġi akkomodata internament permezz tar-riallokazzjoni ta' riżorsi baġitarji jew umani, bil-kundizzjoni li din ir-riallokazzjoni ma taffettwax l-eżerċizzju sħiħ min-naħa tal-Awtorità tal-mandat tagħha u tiżgura l-indipendenza tal-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħha;

32.  jissottolinja li r-riżorsi disponibbli għall-Awtorità għandhom jintużaw bi qbil ma' prijoritajiet ċari u b'enfasi ċara fuq il-mandat sabiex tikseb l-għanijiet mixtieqa b'mod effiċjenti; jinnota l-ħtieġa li l-ħidma tal-Awtorità tiġi valutata tajjeb fuq bażi regolari fi sforz biex ir-riżorsi tagħha jiġu allokati u użati b'mod aktar effikaċi, trasparenti u kredibbli;

33.  Jistenna li l-Awtorità tipprovdi lill-Parlament u lill-Kunsill, fuq bażi regolari, informazzjoni aġġornata u komprensiva dwar il-ħidma tagħha, b'mod partikolari b'rabta mat-twaqqif ta' standards tekniċi vinkolanti, opinjonijiet u regoli, sabiex turi t-trasparenza liċ-ċittadini tal-Unjoni u tagħti prova tal-prijorità tagħha li tipproteġi lill-konsumaturi;

°

°  °

34.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ... tal-2018(12) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

1.3.2018

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U MONETARJI

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2171(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Kay Swinburne

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirrikonoxxi li, fl-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri, it-tranżazzjonjiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea ("l-Awtorità"), li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena 2016, huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha; jistieden lill-Awtorità tiżgura segwitu u implimentazzjoni xierqa tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jenfasizza li, filwaqt li tiżgura li l-kompiti kollha li jirriżultaw mill-qafas regolatorju stabbilit mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill jitwettqu bis-sħiħ u fil-ħin, l-Awtorità għandha żżomm rigorożament mal-kompiti, ma għandhiex tmur lil hinn mill-mandat mogħti lilha mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, u għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-prinċipju ta' proporzjonalità, bil-għan li tottimizza l-użu tar-riżorsi u tilħaq l-objettivi li ngħatat mandat dwarhom mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill;

3.  Jindika r-rwol ċentrali tal-Awtorità fl-iżgurar ta' superviżjoni aħjar tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni biex tiġi żgurata l-istabilità finanzjarja, it-trasparenza meħtieġa u sigurtà ikbar għas-swieq finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari billi tikkoordina s-superviżjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, billi, fejn ikun meħtieġ, tikkoopera ma' istituzzjonijiet responsabbli għas-superviżjoni internazzjonali, kif ukoll billi tissorvelja l-applikazzjoni konsistenti tad-dritt tal-Unjoni; jenfasizza li tali kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq atmosfera ta' fiduċja; jissottolinja r-rwol tal-Awtorità li tikkontribwixxi għal prattiki ta' superviżjoni konverġenti f'livell għoli fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u li tippromwovi dawn il-prattiki;

4.  Jinnota li, minħabba li x-xogħol tal-Awtorità qiegħed jinbidel dejjem aktar minn kompiti regolatorji għall-infurzar u għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-baġit u l-persunal tal-Awtorità għandhom jiġu riallokati internament; iqis li huwa essenzjali li l-Awtorità jkollha biżżejjed riżorsi biex twettaq il-kompiti tagħha bis-sħiħ, inkluż biex tlaħħaq ma' kwalunkwe volum ta' xogħol addizzjonali kkawżat minn dawk il-kompiti, filwaqt li tiżgura livell adatt ta' prijoritizzazzjoni f'dak li jirrigwarda l-allokazzjoni tar-riżorsi u l-effiċjenza baġitarja; barra minn hekk, jirrimarka li kwalunkwe żieda fix-xogħol tal-Awtorità tista' tiġi akkomodata internament permezz tar-riallokazzjoni ta' riżorsi baġitarji jew umani, bil-kundizzjoni li din ir-riallokazzjoni ma taffettwax l-eżerċizzju sħiħ min-naħa tal-Awtorità tal-mandat tagħha u tiżgura l-indipendenza tal-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħha;

5.  jissottolinja li r-riżorsi disponibbli għall-Awtorità għandhom jintużaw bi qbil ma' prijoritajiet ċari u b'fokus ċar dwar il-mandat sabiex tikseb l-għanijiet mixtieqa b'mod effiċjenti; jinnota l-ħtieġa li l-ħidma tal-Awtorità tiġi evalwata tajjeb fuq bażi regolari fi sforz biex ir-riżorsi tagħha jiġu allokati u użati b'mod aktar effikaċi, trasparenti u kredibbli;

6.  Jistenna li l-Awtorità tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fuq bażi regolari, informazzjoni aġġornata u komprensiva dwar il-ħidma tagħha, b'mod partikolari b'rabta mat-twaqqif ta' standards tekniċi vinkolanti, opinjonijiet u regoli, sabiex turi t-trasparenza liċ-ċittadini tal-Unjoni u tagħti prova tal-prijorità tagħha li tipproteġi lill-konsumaturi;

7.  Iqis li l-minuti tal-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati, li huma pubblikament disponibbli, għandhom jiġu ppubblikati aktar malajr biex il-perjodu latenti attwali jkompli jitnaqqas, kif ukoll biex tingħata stampa aktar ċara tad-diskussjonijiet li jkunu saru, tal-pożizzjonijiet adottati mill-membri u ta' kif il-membri jkunu użaw il-vot tagħhom; jenfasizza li huwa essenzjali li l-Awtorità, fid-dawl tan-natura tal-kompiti tagħha, turi trasparenza mhux biss fil-konfront tal-Parlament u tal-Kunsill, iżda anke fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni; jemmen li l-ħidma ta' kuntatt mal-pubbliku ġenerali tista' tissaħħaħ wkoll permezz ta' web streaming tal-avvenimenti; jirrimarka li l-aċċess għad-dokumenti u għall-informazzjoni relatati ma' laqgħat interni għandu jiġi ffaċilitat ukoll; jilqa' l-fatt li minn fost l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, l-Awtorità tipprovdi l-aktar livell xieraq ta' divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar il-laqgħat tal-membri tal-persunal tagħha mal-partijiet interessati; ifakkar fl-importanza tal-protezzjoni tal-informaturi għat-tisħiħ tat-trasparenza, ir-responsabilità demokratika u l-kontroll pubbliku.

8.  Ifakkar, fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, fl-importanza tat-trasferiment bla xkiel u kosteffettiv tal-Awtorità minn Londra; jistieden lill-Awtorità tikkalkula l-kostijiet potenzjali kollha u josserva li l-funzjonament tal-Awtorità jrid jiġi żgurat matul il-perjodu ta' tranżizzjoni;

9.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, fl-interessi tal-kontinwità operattiva, il-belt li ser tospita s-sede l-ġdida tal-Awtorità ntgħażlet f'perjodu ta' żmien raġonevoli; jirrimarka li l-Parlament ser jwettaq għal kollox ir-rwol tiegħu billi jqiegħed din id-deċiżjoni fil-prattika;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

27.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, David Coburn, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Neena Gill, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, Jan Keller, Verónica Lope Fontagné, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Michel Reimon, Andreas Schwab, Tibor Szanyi, Romana Tomc, Miguel Urbán Crespo, Roberts Zīle

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Zbigniew Kuźmiuk, Edouard Martin

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

48

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Petr Ježek, Wolf Klinz, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Kay Swinburne, Roberts Zīle

ENF

Bernard Monot

PPE

Burkhard Balz, Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Esther de Lange, Werner Langen, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Dariusz Rosati, Anne Sander, Andreas Schwab, Theodor Dumitru Stolojan, Romana Tomc, Tom Vandenkendelaere

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Jonás Fernández, Neena Gill, Cătălin Sorin Ivan, Jan Keller, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Costas Mavrides, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Tibor Szanyi, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Philippe Lamberts, Michel Reimon, Molly Scott Cato, Ernest Urtasun

1

-

EFDD

David Coburn

4

0

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Dimitrios Papadimoulis, Miguel Urbán Crespo

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Raffaele Fitto, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Arndt Kohn, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Julia Pitera, Miroslav Poche

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Arndt Kohn, Miroslav Poche, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

4

-

ECR

Raffaele Fitto, Notis Marias

EFDD

Marco Valli

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 87.

(2)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 87.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(5)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(6)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 87.

(7)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 87.

(8)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(9)

ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(10)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(11)

  ĠU C 24, 24.01.2017, p. 1.

(12)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2018)0000.

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' April 2018Avviż legali